ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 264

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
9 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1815 tat-8 ta' Ottubru 2015 li jemenda għall-238 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

6

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1816 tat-8 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1817 tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea fis-sitta u sittin sessjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Programm tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati

13

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2015 tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-7 ta' Lulju 2015 li tadotta r-regoli ta' proċedura tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli [2015/1818]

15

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2015 tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-7 ta' Lulju 2015 li tadotta l-lista ta' esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 379(3) tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropa u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra [2015/1819]

17

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/1


DEĊIŻJONI (UE) 2015/1814 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta' Ottubru 2015

dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) stabbilixxiet sistema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (EU ETS) sabiex tippromwovi tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra b'mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti.

(2)

Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014 dwar qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030, EU ETS riformata u li tiffunzjona sew, bi strument li jistabbilizza s-suq ser tkun l-istrument ewlieni Ewropew biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra.

(3)

L-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprovdi li kull sena l-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tas-suq Ewropew tal-karbonju.

(4)

Ir-rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-istat tas-suq Ewropew tal-karbonju fl-2012 identifika l-ħtieġa għal miżuri sabiex jiġu indirizzati l-iżbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda. Il-valutazzjoni tal-impatt tal-qafas ta' politika dwar l-enerġija u l-klima għall-2030 tindika li tali żbilanċi huma mistennija li jkomplu, u mhux ser jiġu indirizzati b'mod suffiċjenti billi l-perkors lineari jiġi adattat għal mira aktar stretta f'dak il-qafas. Bidla fil-fattur lineari tibdel biss gradwalment il-kwantità ta' kwoti fl-Unjoni kollha (il-limitu massimu EU ETS). Għaldaqstant, is-surplus ukoll jonqos gradwalment biss, b'tali mod li s-suq ikollu jkompli jopera għal aktar minn deċennju b'surplus ta' madwar 2 biljun kwota jew aktar, u b'hekk ma jħallix li l-EU ETS twassal is-sinjal meħtieġ dwar l-investiment biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 b'mod kosteffettiv u tkun mutur ta' innovazzjoni b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju biex b'hekk jingħata kontribut għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi.

(5)

Sabiex tiġi indirizzata dik il-problema u biex l-EU ETS tkun aktar reżistenti fir-rigward tal-iżbilanċi bejn il-provvista u d-domanda, sabiex l-EU ETS tiffunzjona f'suq ordinat, riżerva ta' stabbiltà tas-suq (ir-“riżerva”) għandha tiġi stabbilita fl-2018 u għandha tkun operattiva mill-2019. Ir-riżerva se ttejjeb ukoll is-sinerġija ma' politiki oħra tal-klima u l-enerġija. Sabiex jinżamm grad massimu ta' prevedibbiltà, għandhom jiġu stabbiliti regoli ċari għat-tqegħid tal-kwoti fir-riżerva u għall-ħruġ tagħhom minnha. Ir-riżerva għandha tiffunzjona billi tattiva l-aġġustamenti għall-volumi annwali tal-irkant. Meta l-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati, sa mill-2019, ammont ta'kwoti li jikkorrispondi għal 12 % tan-numru ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, kif stabbilit fl-aktar pubblikazzjoni reċenti tan-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni mill-Kummissjoni, għandhom jitnaqqsu, kull sena, mill-volumi ta' rkant u jitqiegħdu fir-riżerva. Fi kwalunkwe sena partikolari, numru korrispondenti ta' kwoti għandhom jinħarġu mir-riżerva lill-Istati Membri bl-istess proporzjonijiet u ordni kif applikati meta jitqiegħdu fir-riżerva, u għandhom jiżdiedu mal-volumi ta' rkant jekk in-numru totali rilevanti ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun anqas minn 400 miljun.

(6)

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien żejjed wara l-pubblikazzjoni tan-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni mill-Kummissjoni sal-15 ta' Mejju ta' sena partikolari, jiżguraw li l-kalendarji tal-irkantijiet tal-pjattaforma komuni tal-irkant u, fejn applikabbli, tal-pjattaformi tal-irkant indipendenti jiġu aġġustati biex jitqiesu l-kwoti li tqiegħdu fir-riżerva jew li jridu jinħarġu minnha. L-aġġustament tal-volum ta' kwoti li se jiġu rkantati għandu jitqassam fuq perjodu ta' 12-il xahar wara l-bidla għal kalendarju tal-irkant rilevanti. Minħabba l-ħtieġa ta' funzjonament bla xkiel tal-proċess tal-irkant, aktar dettalji dwar l-aġġustament, fejn ikun meħtieġ, għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 (4).

(7)

Barra minn hekk, minbarra l-istabbiliment tar-riżerva, għandhom isiru xi emendi konsegwenzjali għad-Direttiva 2003/87/KE sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-funzjonament bla xkiel tal-EU ETS. B'mod partikolari, l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tista' twassal għal volumi kbar ta' kwoti li jiġu rkantati fi tmiem kull perjodu ta' negozjar li jistgħu jfixklu l-istabbiltà tas-suq. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata sitwazzjoni ta' suq ta' provvista ta' kwoti żbilanċjat fi tmiem wieħed mill-perjodi ta' negozjar u l-bidu ta' dak li jmiss b'effetti li jistgħu jfixklu s-suq, għandu jsir provvediment għall-irkantar tal-parti ta' kwalunkwe żieda kbira fil-provvista fi tmiem wieħed mill-perjodi ta' negozjar fl-ewwel sentejn tal-perjodu li jmiss. Sabiex tissaħħaħ aktar l-istabbiltà tas-suq Ewropew tal-karbonju u biex jiġi evitat li jiżdied b'mod artifiċjali l-forniment lejn tmiem il-perjodu ta' skambju li beda fl-2013, kwoti li mhumiex allokati għal installazzjonijiet skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE u kwoti li mhumiex allokati għal installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20) ta' dik id-Direttiva (“kwoti mhux allokati”), għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fl-2020. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2003/87/KE f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk il-kwoti mhux allokati u, jekk ikun xieraq, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-għażliet għal azzjoni ulterjuri.

(8)

L-introduzzjoni mill-ġdid ippjanata ta' 300 miljun kwota fl-2019 u 600 miljun kwota fl-2020, kif determinat fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2014 (5), tikkomprometti l-għan tar-riżerva biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda. Għalhekk, dawk id-900 miljun kwota ma għandhomx jiġu rkantati fl-2019 u fl-2020, iżda minflok għandhom jitqiegħdu fir-riżerva.

(9)

Huwa importanti li l-EU ETS tinċentiva t-tkabbir effiċjenti fil-karbonju u li l-kompetittività tal-industriji tal-Unjoni f'riskju reali ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tiġi protetta. Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-qafas ta' politika dwar l-enerġija u l-klima għall-2030 msemmija hawn fuq taw gwida ċara dwar il-kontinwazzjoni tal-allokazzjonijiet mingħajr ħlas u d-dispożizzjonijiet dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju wara l-2020. Filwaqt li tibni fuq din il-gwida strateġika, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid id-Direttiva 2003/87/KE, b'mod partikolari l-Artikolu 10a tagħha, u tressaq proposta għar-reviżjoni ta' dik id-Direttiva fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Biex jinkiseb l-objettiv ta' kundizzjonijiet ekwi, dik ir-reviżjoni għandha tqis ukoll arranġamenti armonizzati biex tikkumpensa għal spejjeż indiretti fil-livell tal-Unjoni. Ir-reviżjoni għandha tqis ukoll jekk sa 50 miljun kwota li mhumiex allokati għandhomx jintużaw biex jissupplimentaw riżorsi eżistenti li jippromwovu proġetti msemmija fl-Artikolu 10a(8) ta' dik id-Direttiva u proġetti ta' innovazzjoni industrijali b'livell baxx ta' karbonju, bi proġetti fl-Istati Membri kollha, inklużi proġetti fuq skala żgħira, qabel l-2021.

(10)

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament ta' din ir-riżerva fil-kuntest tar-rapport annwali tagħha dwar is-suq tal-karbonju. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra l-effetti rilevanti fuq il-kompetittività, b'mod partikolari fis-settur industrijali, inklużi fir-rigward tal-indikaturi tal-PDG, tal-impjiegi u tal-investiment. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha, fi żmien tliet snin minn meta r-riżerva tibda topera u minn hemm 'il quddiem perjodikament tirrevedi r-riżerva fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni tagħha. Ir-reviżjoni tal-funzjonament tar-riżerva għandha b'mod partikolari tikkunsidra jekk ir-regoli dwar it-tqegħid ta' kwoti fir-riżerva u l-ħruġ tagħhom humiex xierqa fir-rigward tal-mira li jiġu indirizzati l-iżbilanċi strutturali bejn il-provvista u d-domanda. Ir-reviżjoni għandha tinkludi analiżi tal-bilanċ tas-suq, inklużi l-fatturi rilevanti kollha li jaffettwaw il-provvista u d-domanda, u ta' kemm hija xierqa firxa definita minn qabel li tattiva l-aġġustamenti għall-volumi ta' rkant annwali, kif ukoll ir-rata ta' persentaġġ applikat għan-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni. Meta l-analiżi tindika li l-firxa ma għadhiex adatta fid-dawl ta' bidliet fl-iżviluppi tas-suq u ta' informazzjoni ġdida disponibbli fiż-żmien tar-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tressaq proposta biex tindirizza tali sitwazzjoni. Ir-reviżjoni għandha wkoll tħares lejn l-impatt tar-riżerva fuq it-tkabbir, l-impjiegi u l-kompetittività industrijali tal-Unjoni u fuq ir-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-reviżjoni tal-funzjonament tar-riżerva għandha tkun oġġettiva u tqis il-bżonn li tiġi ppreservata l-istabbiltà regolatorja u tiżgura prevedibbiltà fuq medda twila fit-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju.

(11)

Minħabba li l-objettivi ta' din id-Deċiżjoni, jiġifieri li tiġi stabbilita riżerva tal-istabbiltà tas-suq u li din issir operattiva fl-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Deċiżjoni ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dawk l-objettivi.

(12)

Id-Direttiva 2003/87/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Riżerva tal-istabbiltà tas-suq

1.   Għandha tiġi stabbilita riżerva tal-istabbiltà tas-suq fl-2018 u t-tqegħid ta' kwoti fir-riżerva għandu jibda jopera mill-1 ta' Jannar 2019.

2.   Il-kwantità ta' 900 miljun kwota mnaqqsa mill-volumi tal-irkant matul il-perjodu 2014-2016, kif determinat fir-Regolament (UE) Nru 176/2014 bis-saħħa tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, ma għandhomx jiġu miżjuda mal-volumi li għandhom jiġu rkantati fl-2019 u fl-2020, iżda minflok għandhom jitqiegħdu fir-riżerva.

3.   Kwoti li mhumiex allokati għal installazzjonijiet skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE u kwoti li mhumiex allokati għal installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20) ta' dik id-Direttiva għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fl-2020. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi d-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta' dawk il-kwoti mhux allokati u, jekk ikun xieraq, għandha tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni kull sena, sal-15 ta' Mejju tas-sena sussegwenti. In-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni għal sena partikolari għandu jkun in-numru kumulattiv ta' kwoti maħruġa fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008, inkluż in-numru maħruġ skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE f'dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet taħt l-EU ETS fir-rigward tal-emissjonijiet sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena partikolari, li minnu jitnaqqsu t-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet skont l-EU ETS bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru ta' dik l-istess sena partikolari, kwalunkwe kwota kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u n-numru ta' kwoti fir-riżerva. Ma għandhomx jitqiesu l-emissjonijiet matul il-perjodu ta' tliet snin li jibda mill-2005 u jispiċċa fl-2007 u l-kwoti maħruġa fir-rigward ta' dawk l-emissjonijiet. L-ewwel pubblikazzjoni għandha sseħħ sal-15 ta' Mejju 2017.

5.   Kull sena, numru ta' kwoti ugwali għal 12 % tan-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, kif stabbilit fl-aktar pubblikazzjoni reċenti kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, għandu jitnaqqas mill-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE u għandhom jitqiegħdu fir-riżerva matul perjodu ta' 12-il xahar li jibda fl-1 ta' Settembru ta' dik is-sena, sakemm in-numru ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva ma jkunx anqas minn 100 miljun. Fl-ewwel sena ta' operazzjoni tar-riżerva, it-tqegħid għandu jsir ukoll bejn l-1 ta' Jannar u l-1 ta' Settembru ta' dik is-sena ta' 8 %, (li jirrappreżenta 1 % għal kull xahar kalendarju), tan-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni kif stabbilit fl-aktar pubblikazzjoni reċenti.

Mingħajr preġudizzju għall-ammont totali ta' kwoti li għandu jitnaqqas skont dan il-paragrafu, sal-31 ta' Diċembru 2025, il-kwoti msemmija fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE ma għandhomx jitqiesu meta jiġi ddeterminat is-sehem tal-Istati Membri bħala parti minn dak l-ammont totali.

6.   Fi kwalunkwe sena partikolari, jekk in-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun anqas minn 400 miljun, għandhom jinħarġu 100 miljun kwota mir-riżerva u jiżdiedu mal-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE. Meta jkun hemm anqas minn 100 miljun kwota fir-riżerva, il-kwoti kollha fir-riżerva għandhom jinħarġu skont dan il-paragrafu.

7.   Fi kwalunkwe sena, jekk il-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu ma jkunx applikabbli u l-miżuri jiġu adottati skont l-Artikolu 29a tad-Direttiva 2003/87/KE, għandhom jinħarġu 100 miljun kwota mir-riżerva u jiżdiedu mal-volum ta' kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2003/87/KE. Meta jkun hemm anqas minn 100 miljun kwota fir-riżerva, il-kwoti kollha fir-riżerva għandhom jinħarġu skont dan il-paragrafu.

8.   Meta, wara l-pubblikazzjoni tan-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, tittieħed azzjoni skont il-paragrafi 5, 6 jew 7, il-kalendarji tal-irkant għandhom iqisu l-kwoti li tqiegħdu fir-riżerva jew li għandhom jinħarġu mir-riżerva. Il-kwoti għandhom jitqiegħdu fir-riżerva jew jinħarġu minnha tul perjodu ta' 12-il xahar. Meta jinħarġu kwoti skont il-paragrafu 6 jew 7, irrispettivament mill-perjodu li matulu jkun sar il-ħruġ, dan għandu jsegwi l-ishma tal-Istati Membri applikabbli fil-ħin li l-kwoti jkunu tqiegħdu fir-riżerva u għandu wkoll isegwi l-ordni li fiha l-kwoti tqiegħdu fir-riżerva.

Artikolu 2

Emendi għad-Direttiva 2003/87/KE

Id-Direttiva 2003/87/KE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Mill-2019 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jirkantaw il-kwoti kollha li ma ġewx allokati mingħajr ħlas skont l-Artikoli 10a u 10c u li ma jitqiegħdux fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1).

(*1)  Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).”;"

(b)

il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 1:

“1a.   Meta l-volum tal-kwoti li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-aħħar sena ta' kull perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) ta' din id-Direttiva jaqbeż b'aktar minn 30 % tal-volum tal-irkant medju mistenni għall-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara qabel l-applikazzjoni tal-Artikolu 1(5) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, żewġ terzi tad-differenza bejn il-volumi għandhom jitnaqqsu mill-volumi tal-irkantar fl-aħħar sena tal-perjodu u miżjuda f'pagamenti ugwali għall-volumi li għandhom jiġu rkantati mill-Istati Membri fl-ewwel sentejn tal-perjodu ta' wara.”.

(2)

Fl-Artikolu 13(2), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom joħorġu kwoti lill-persuni għall-perjodu attwali sabiex jissostitwixxu kwalunkwe kwota miżmuma minnhom li tkun ikkanċellata skont l-ewwel subparagrafu. Bl-istess mod, il-kwoti miżmuma fir-riżerva tal-istabbiltà tas-suq u li ma għadhomx validi għandhom jiġu ssostitwiti minn kwoti li huma validi għall-perjodu attwali.”.

Artikolu 3

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament ta' din ir-riżerva fil-kuntest tar-rapport previst fl-Artikolu 10(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Dak ir-rapport għandu jikkunsidra l-effetti rilevanti fuq il-kompetittività, b'mod partikolari fis-settur industrijali, inkluż fir-rigward tal-PDG, tal-impjiegi u tal-indikaturi tal-investiment. Fi żmien tliet snin minn meta r-riżerva tibda topera, u f'intervalli ta' ħames snin wara, il-Kummissjoni għandha, abbażi ta' analiżi tal-funzjonament ordnat tas-suq Ewropew tal-karbonju, tirrevedi r-riżerva u tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill meta dan ikun xieraq. Kull reviżjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari liċ-ċifra perċentwali għad-determinazzjoni tan-numru ta' kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva skont l-Artikolu 1(5) ta' din id-Deċiżjoni, kif ukoll il-valur numeriku tal-valuri limiti għan-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni u in-numru ta' kwoti li għandhom jinħarġu mir-riżerva skont l-Artikolu 1(6) jew (7) ta' din id-Deċiżjoni. Fir-reviżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll l-impatt tar-riżerva fuq it-tkabbir, l-impjiegi, il-kompetittività industrijali tal-Unjoni u fuq ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

Artikolu 4

Dispożizzjoni tranżitorja

L-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2003/87/KE kif emendat bid-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jibqa' japplika sal-31 ta' Diċembru 2018.

Artikolu 5

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta' Ottubru 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

N. SCHMIT


(1)   ĠU C 424, 26.11.2014, p. 46.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Lulju 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2015.

(3)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta' Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta' rkantar ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità ( ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2014 tal-25 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010, b'mod partikolari, sabiex jiġu stabbiliti l-volumi ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra li għandhom jiġu rkantati fl-2013-20 (ĠU L 56, 26.2.2014, p. 11).

(6)  Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE għat-titjib u l-estensjoni tal-iskema Komunitarja għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 63).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1815

tat-8 ta' Ottubru 2015

li jemenda għall-238 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida, (1) u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-28, id-29, it-30 ta' Settembru u t-2 ta' Ottubru 2015, permezz ta' ħames deċiżjonijiet meħuda fit-28, id-29, it-30 ta' Settembru u t-2 ta' Ottubru 2015 rispettivament, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) ddeċieda li jżid 18-il individwu u żewġ entitajiet mal-lista ta' persuni fiżiċi, gruppi u entitatjiet li fir-rigward tagħhom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi. Fit-28 ta' Settembru 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet iddeċieda li jneħħi żewġ individwi f'din il-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Biex ikun żgurat li l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annex I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 ikun emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Politika Barranija L-Istrument


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

L-Anness I mar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

“Aqsa Mahmood (alias Umm Layth); Data tat-twelid: 11.5.1994; Post tat-twelid: Glasgow, l-Iskozja, ir-Renju Unit; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Novembru 2013), b) ir-Renju Unit (indirizz ta' qabel); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-Passaport: 720134834 (Passaport Brittaniku maħruġ fis-27.6.2012, li jiskadi fis-27.6.2022); Tagħrif ieħor: a) Sess: mara, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.9.2015.”

(b)

“Nasser Ahmed Muthana (alias (a) Nasir Muthana, (b) Abdul Muthana, (c) Abu Muthana, (d) Abu Al-Yemeni Muthana, (e) Abu Muthanna); Data tat-twelid: 29.4.1994; Post tat-twelid: Heath, Cardiff, ir-Renju Unit; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Novembru 2013), b) ir-Renju Unit (indirizz ta' qabel sa Novembru 2013); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-passaport: 210804241 (Passaport Brittaniku maħruġ fis-27.7.2010, li jiskadi fis-27 ta' Lulju 2020) Tagħrif ieħor:. a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tax-xagħar: kannella/iswed, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.9.2015.”

(c)

“Omar Ali Hussain (alias Abu- Sa'id Al Britani); Data tat-twelid: 21.3.1987; Post tat-twelid: High Wycombe, Buckinghamshire, ir-Renju Unit; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Jannar 2014), b) ir-Renju Unit (indirizz ta' qabel sa Jannar 2014); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-Passaport: 205939411 (Passaport Brittaniku maħruġ fl-21.7.2004, li jiskadi fil-21.4.2015); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; il-kulur tax-xagħar: kannella/iswed, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.9.2015.”

(d)

“Sally-Anne Frances Jones (alias (a) Umm Hussain al-Britani, (b) Sakinah Hussain); Data tat-twelid: 17.11.1968; Post tat-twelid: Greenwich Greater London, ir-Renju Unit; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (fl-2013), b) ir-Renju Unit (indirizz ta' qabel sal-2013); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-Passaport: 519408086 (Passaport Brittaniku maħruġ fit-23.9.2013, li jiskadi fit-23.9.2023); Tagħrif ieħor: a) Sess: mara, b) Isem żewġha huwa: Junaid Hussain, c) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 28.9.2015.”

(e)

“Boubaker Ben Habib Ben Al-Hakim (alias (a) Boubakeur el-Hakim, (b) Boubaker el Hakim, (c) Abou al Moukatel, (d) Abou Mouqatel, (e) Abu-Muqatil al-Tunisi); Data tat-twelid: 1.8.1983; Post tat-twelid: Pariġi, Franza; Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Settembru 2015); Ċittadinanza: (a) Franċiża (b) Tuneżina. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(f)

“Peter Cherif; Data tat-twelid: 26.8.1982; Post tat-twelid: Pariġi, Franza; Indirizz: Al Mukalla, provinċja ta' Hadramawt, il-Jemen; Ċittadinanza: Franċiża. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(g)

“Maxime Hauchard (alias Abou Abdallah al Faransi); Data tat-twelid: 13.3.1992; Post tat-twelid: In-Normandija, Franza; Indirizz: Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (f'Settembru 2015); Ċittadinanza: Franċiża. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(h)

“Amru Al-Absi (alias (a) Amr al Absi, (b) Abu al Athir Amr al Absi, (c) Abu al-Athir, (d) Abu al-Asir, (e) Abu Asir, (f) Abu Amr al Shami, (g) Abu al-Athir al-Shami, (h) Abu-Umar al-Absi); Data tat-twelid: bejn wieħed u ieħor fl-1979; Post tat-twelid: l-Arabja Sawdija; Indirizz: Homs, ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja (lok f'Settembru 2015). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(i)

“Mu'tassim Yahya 'Ali Al-Rumaysh (alias (a) Rayhanah, (b) Abu-Rayhanah, (c) Handalah, (d) Abu-Rayhanah al-'Ansari al-Jeddawi); Data tat-twelid: 4.1.1973; Post tat-twelid: Jeddah, l-Arabija Sawdija; Ċittadinanza: Jemenita; Numru tal-Passaport: 01055336 (passaport tal-Jemen); Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Reġistrazzjoni aljeni tal-Arabja Sawdija Numru 2054275397, maħruġ fit-22.7.1998. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(j)

“Tarad Mohammad Aljarba (alias (a) Tarad Aljarba, (b) Abu-Muhammad al-Shimali); Data tat-twelid: 20.11.1979; Post tat-twelid: l-Iraq; Ċittadinanza: tal-Arabja Sawdija; Numru tal-Passaport: E704088 (Passaport tal-Arabija Sawdija maħruġ fis-26.8.2003, li jiskadi fit-2.7.2008). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(k)

“Lavdrim Muhaxheri (alias (a) Abu Abdullah al Kosova, (b) Abu Abdallah al-Kosovi, (c) Abu Abdallah al-Kosovo); Data tat-twelid: (a) 3.12.1989, (b) bejn wieħed u ieħor 1987; Post tat-twelid: Kaqanik/Kacanik; Indirizz: ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja (lok f'Settembru 2015). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(l)

“Aseel Muthana; Data tat-twelid: 22.11.1996; Post tat-twelid: Cardiff, ir-Renju Unit; Indirizz: a) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (fi Frar 2014); Ċittadinanza: Brittanika; Numru tal-passaport: 516088643 (Passaport Brittaniku maħruġ fis-7.1.2014, li jiskadi fis-7.1.2024); Tagħrif ieħor: Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tax-xagħar: kannella/iswed. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 30.9.2015.”

(m)

“Maghomed Maghomedzakirovich Abdurakhmanov (alias (a) Abu Banat, (b) Abu al Banat); Data tat-twelid: 24.11.1974; Post tat-twelid: Il-Villaġġ Khadzhalmahi, id-Distrett Levashinskiy, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. Ċittadinanza: Russa; Numru tal-passaport: 515458008 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani, li jiskadi fit-30.5.2017); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 8200203535 (numru tal-passaport nazzjonali Russu); Indirizz: (a) it-Turija (lok possibbli), (b) ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja (lok preċedenti kkonfermat sa minn Settembru 2012); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: skur, binja: qawwija, imnieħer dritt, tul: 180-185 cm, jaf bir-Russu, bl-Ingliż u bl-Għarbi, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(n)

“Islam Seit-Umarovich Atabiev (alias Abu Jihad) Data tat-twelid: 29.9.1983; Post tat-twelid: Ust-Dzheguta, ir-Repubblika ta' Karachayevo-Cherkessia, il-Federazzjoni Russa; Ċittadinanza: Russa; Numru tal-passaport: 620169661 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 9103314932 (in-numru tal-Passaport nazzjonali Russu maħruġ fil-15.8.2003 mid-Dipartiment tas-Servizz Federali tal-Migrazzjoni tal-Federazzjoni Russa għar-Repubblika ta' Karachayevo-Cherkessia; Indirizz: (a) Moscovskiy Microrayon 6, App. 96, Ust-Dzheguta, ir-Repubblika ta' Karachayevo-Cherkessia, il-Federazzjoni Russa, (b) ir-Repubblika Għarbija tas-Sirja (lok f'Awwissu 2015); Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(o)

“Akhmed Rajapovich Chataev (alias (a) Akhmad Shishani, (b) David Mayer, (c) Elmir Sene, (d) Odnorukiy) Date of birth: 14.7.1980; Post tat-twelid: Il-Villaġġ Vedeno, id-Distrett Vedemskiy, ir-Repubblika taċ-Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa. Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (lok alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 9600133195 (passaport nazzjonali Russu maħruġ fid-Distrett Vedensiky, ir-Repubblika taċ-Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa mid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella, il-kulur tax-xagħar: iswed, binja: solida marki distintivi: wiċċ ovali, bid-daqna, ma għandux idu tal-lemin u siequ tax-xellug, jaf bir-Russu, biċ-Ċeċen u x'aktarx bil-Ġermaniż u bl-Għarbi. b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(p)

“Tarkhan Ismailovich Gaziev (alias (a) Ramzan Oduev, (b) Tarkhan Isaevich Gaziev, (c) Husan Isaevich Gaziev, (d) Umar Sulimov, (e) Wainakh, (f) Sever, (g) Abu Bilalal, (h) Abu Yasir, (i) Abu Asim, (j) Husan); Data tat-twelid: 11.11.1965; Post tat-twelid: Il-Villaġġ Bugaroy, id-Distrett Itum-Kalinskiy, ir-Repubblika ta' Ċeċnija, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Ċittadinanza: (Mhux reġistrat bħala ċittadin tal-Federazzjoni Russa); Numru tal-passaport: 620169661 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani); Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(q)

“Zaurbek Salimovich Guchaev (alias (a) Bach, (b) Fackih, (c) Vostochniy, (d) Muslim, (e) Aziz, (f) Abdul Aziz); Data tat-twelid: 7.9.1975; Post tat-twelid: Il-Villaġġ Chegem-1, id-Distrett Chegemskiy, ir-Repubblika ta' Kabardino-Balkaria, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Ċittadinanza: Russa; Numru tal-passaport: 622641887 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barrani); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 8304661431 (numru tal-passaport nazzjonali Russu); Tagħrif ieħor: Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(r)

“Shamil Magomedovich Ismailov (alias (a) Shamil Magomedovich Aliev, (b) Abu Hanifa); Data tat-twelid: 29.10.1980; Post tat-twelid: Astrakhan, il-Federazzjoni Russa; Indirizz: a) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (lok f'Awwissu 2015), b) l-Iraq (post alternattiv potenzjali f'Awwissu 2015); Ċittadinanza: Russa; Numru tal-passaport: 514448632 (numru tal-passaport Russu għall-ivvjaġġar barra maħruġ fit- 8.9.2010 f'Lixandra, l-Eġittu mill-Konsulat Ġenerali tal-Federazzjoni Russa); Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 1200075689 (numru tal-passapoprt nazzjonali Russu maħruġ fil-15 ta' Diċembru 2000 mill-Federazzjoni Russa); Tagħrif ieħor: a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella, il-kulur tax-xagħar: iswed, binja: irqiq, twil 175-180 cm. Marki distintivi: wiċċ tawwali, difett fil-mod kif ilissen il-kliem, b) Ritratt disponibbli biex jiddaħħal fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 2.10.2015.”

(2)

L-entrati li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni ġuridiċi, gruppi u entitajiet”:

(a)

“Mujahidin Indonesian Timur (MIT) (alias (a) Mujahidin of Eastern Indonesia, (b) East Indonesia Mujahideen, (c) Mujahidin Indonesia Timor, (d) Mujahidin Indonesia Barat (MIB), (e) Mujahidin of Western Indonesia) Indirizz: l-Indoneżja; Tagħrif ieħor: Topera f'Java u f'Sulawesi, l-Indoneżja u attiva wkoll fil-provinċji tal-Lvant tal-Indoneżja. Il-kap tagħha huwa Abu Wardah, magħruf ukoll bħala Santoso (mhux elenkat). Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(b)

“Jund Al-Khilafah In Algeria (JAK-A) (alias (a) Jund al Khalifa, (b) Jund al-Khilafah fi Ard al-Jaza'ir, (c) Jund al-Khalifa fi Ard al- Jazayer, (d) Soldiers of the Caliphate in Algeria, (e) Soldiers of the Caliphate of Algeria, (f) Soldiers of the Caliphate in the Land of Algeria); Indirizz: Ir-reġjun Kabylie, l-Alġerija; Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 29.9.2015.”

(3)

L-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” qed jiġu mħassra:

(a)

“Ismail Abdallah Sbaitan Shalabi (magħruf ukoll bħala (a) Ismain Shalabe, (b) Ismail Abdallah Sbaitan Shalabi). Indirizz: Il-Ġermanja. Data tat-twelid: 30.4.1973. Post tat-twelid: Beckum, il-Ġermanja. Ċittadinanza: Ġordanjana ta' Oriġini Palestinjana. Numru tal-Passaport: (a) E778675 (Passport tar-Renju ta' Hashemite il-Ġordan, maħruġ f'Rusaifah fit-23.6.1996, validu sat-23.6.2001); (a) H401056, JOR 9731050433 (Passport tar-Renju Hashemite il-Ġordan, maħruġ fil-11.4.2001, validu sal-10.4.2006). Kumment: Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missien hu Abdullah Shalabi; (b) Isem l-omm hu Ammnih Shalabi; (c) Assoċjat ma' Djamel Moustfa, Mohamed Abu Dhess u Aschraf al-Dagma. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2003.”

(b)

“Mohamed Ghassan Ali Abu Dhess (magħruf ukoll bħala (a) Yaser Hassan, (b) Abu Ali Abu Mohamed Dhees, (c) Mohamed Abu Dhess). Indirizz: Il-Ġermanja. Data tat-twelid: (a) 22.6.1966, (b) 1.2.1966. Post tat-twelid: (a) Irbid, il-Ġordan; (b) Hasmija; (c) Hashmija, l-Iraq. Nazzjonalità: Ġordanjana. Numru tal-Passaport: (a) Dokument Internazzjonali tal-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0695982, skada; (b) Dokument Internazzjonali tal-ivvjaġġar Ġermaniż Nru 0785146, validu sat-8.4.2004. Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier hu Mouhemad Saleh Hassan; (b) Isem l-omm hu Mariam Hassan, imwielda Chalabia; (c) Assoċjat ma' Ismail Abdallah Sbaitan Shalabi, Djamel Moustfa u Aschraf Al-Dagma. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.9.2003.”


9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1816

tat-8 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

51,8

MA

163,0

MK

31,3

TR

81,7

ZZ

82,0

0707 00 05

AL

34,9

TR

107,9

ZZ

71,4

0709 93 10

TR

147,7

ZZ

147,7

0805 50 10

AR

126,9

BO

160,8

CL

149,1

TR

112,3

UY

86,6

ZA

130,7

ZZ

127,7

0806 10 10

BR

257,8

EG

184,4

MK

96,2

TR

159,9

ZZ

174,6

0808 10 80

CL

130,0

MK

23,1

NZ

171,1

US

137,2

ZA

120,7

ZZ

116,4

0808 30 90

AR

131,8

TR

133,2

XS

87,9

ZA

149,1

ZZ

125,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1817

tas-6 ta' Ottubru 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea fis-sitta u sittin sessjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Programm tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija attur ewlieni fil-mandat tal-oqsma tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (“UNHCR”), kemm permezz tal-attivitajiet tagħha fil-protezzjoni internazzjonali, inkluża l-politika tal-Unjoni dwar ir-risistemazzjoni u t-twaqqif ta' sistema Ewropea komuni tal-ażil, u bħala donatur ewlieni fl-għajnuna umanitarja u l-assistenza għall-iżvilupp. Madankollu, l-arranġamenti attwalment fis-seħħ li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Programm tal-Kummissarju Għoli (“Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR”) ma jikkorrispondux mar-rwol sinifikanti tal-Unjoni f'dawk l-oqsma.

(2)

L-Istati Membri kollha ħlief il-Litwanja u Malta huma membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR.

(3)

Fil-25 u s-26 ta' Settembru 2014, il-Kunsill qabel dwar pożizzjoni (1) dwar l-arranġamenti għal drittijiet parteċipatorji addizzjonali għall-Unjoni fi ħdan il-korpi formali u informali tal-UNHCR, fejn stieden lill-Kummissjoni, f'koordinazzjoni mill-qrib mar-Rappreżentant Għoli, biex jindirizza lill-UNHCR u l-Istati Membri bħala membri jew osservaturi tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR biex jappoġġaw din l-inizjattiva.

(4)

Konsegwentement, permezz ta' ittra tas-7 ta' Settembru 2015 lill-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR, il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nazzjonijiet Uniti f'Ġinevra talab li jiġu eżaminati l-modi u l-mezzi ta' aġġornament tal-arranġamenti rilevanti li jikkonċernaw il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fil-korpi ta' tmexxija tal-UNHCR, bil-ħsieb tal-parteċipazzjoni potenzjali tal-Unjoni f'konsultazzjonijiet preparatorji informali tal-UNHCR.

(5)

Permezz tal-ittra tal-11 ta' Settembru 2015 lill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR, il-President tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR, fuq talba tal-Bureau tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR, ipproponew li jiġu emendati r-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Programm tal-Kummissarju Għoli (“Regoli ta' Proċeduri tal-UNHCR”) sabiex jakkomodaw it-talba tal-Unjoni.

(6)

Ir-Regola 46 tar-Regoli ta' Proċedura tal-UNHCR tiddikjara li kwalunkwe waħda minn dawk ir-regoli tista' tiġi emendata mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR.

(7)

Huwa mistenni li l-Kumitat Eżekuttiv tal-UNHCR se jintalab jadotta l-emendi proposti matul is-sitta u sittin sessjoni tiegħu bejn il-5 u d-9 ta' Ottubru 2015.

(8)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' dawk l-emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-UNHCR.

(9)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawk l-Istati Membri mhumiex qegħdin jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(10)

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22, dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fir-rigward tal-emendi għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Programm tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, li ser tiġi espressa, u li taġixxi b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni Ewropea, mill-Istati Membri, hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

2.   Emendi minuri għall-emenda fl-anness jistgħu jiġu maqbula mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-6 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  Id-dokument ST 13046/1/14 REV 1, huwa disponibbli fuq: http://www.consilium.europa.eu/register/en/content/int/?lang=EN&typ=ADV


ANNESS

L-Istati Membri għandhom jappoġġaw l-adozzjoni tal-emenda li ġejja għar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Programm tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati:

“Ir-Regola 33 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Programm tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (A/AC.96/187/Rev.7) hija b'dan emendata biex taqra kif ġej:

‘Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom iseħħu fil-pubbliku sakemm il-Kumitat ma jiddeċidix mod ieħor. Il-President, b'konsultazzjoni mal-Kumitat, jista' jistieden lil aġenziji speċjalizzati, lil fondi u programmi tan-NU u lil organizzazzjonijiet intergovernattivi biex jipparteċipaw f'laqgħat privati fuq il-bażi tal-kompetenza u tal-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ħidma tal-Kumitat.’ ”.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/15


DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

tas-7 ta' Lulju 2015

li tadotta r-regoli ta' proċedura tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli [2015/1818]

IS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 376 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 376(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jiltaqa' sabiex isir monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tat-Titolu V (Kummerċ u Materji Relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim.

(3)

L-Artikolu 376(3) tal-Ftehim jipprovdi wkoll li s-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'hekk adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Done f'Chișinău, is-7 ta' Lulju 2015.

Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Presidenza

Is-Sur Octavian CALMÎC

Deputat Ministru għall-Ekonomija fir-Repubblika tal-Moldova

Segretarji

Is-Sa Mihaela GORBAN

Kap tad-Diviżjoni għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-UE u d-DCFTA, il-Ministru għall-Ekonomija fir-Repubblika tal-Moldova

Is-Sur Dániel KRÁMER

Uffiċjal għall-politika, Unita D1. Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli, DĠ KUMMERĊ, Il-Kummissjoni Ewropea


(1)   ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS

REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli stabbilit skont l-Artikolu 376 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jassisti l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jwettaq il-funzjonijiet stipulati fil-Kapitolu 13 (Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli) tat-Titolu V (Kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ) tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, responsabbli għall-affarijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkun responsabbli għal affarijiet dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 2.

5.   It-terminu “il-Partijiet” f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġi definit kif previst fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.   L-Artikoli 2 sa 14 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova japplika, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   Ir-referenzi għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jinqraw bħala referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ jinqraw bħala referenzi għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.

Artikolu 3

Laqgħat

Is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli jiltaqa' kif meħtieġ. Il-Partijiet jimmiraw li jiltaqgħu darba fis-sena.

Artikolu 4

Emendi għar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova skont l-Artikolu 376 tal-Ftehim.


9.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 264/17


DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

tas-7 ta' Lulju 2015

li tadotta l-lista ta' esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli skont l-Artikolu 379(3) tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropa u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra [2015/1819]

IS-SOTTOKUMITAT GĦALL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 379 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim huma applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 379(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli għandu jistabbilixxi lista ta' mill-inqas 15-il individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-panil,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala esperti fi proċeduri tal-panil għall-finijiet tal-Artikolu 379 tal-Ftehim hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul f'Chișinău, is-7 ta' Lulju 2015.

Għas-Sottokumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli

Il-Presidenza

Is-Sur Octavian CALMÎC

Deputat Ministru għall-Ekonomija fir-Repubblika tal-Moldova

Segretarji

Is-Sa Mihaela GORBAN

Kap tad-Diviżjoni għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-UE u d-DCFTA, il-Ministru għall-Ekonomija fir-Repubblika tal-Moldova

Is-Sur Dániel KRÁMER

Uffiċjal għall-politika, Unita D1. Kummerċ u Żvilupp Sostenibbli, DĠ KUMMERĊ, Il-Kummissjoni Ewropea


(1)   ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS

LISTA TA' ESPERTI DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Esperti proposti mir-Repubblika tal-Moldova

1.

Iurie BEJAN

2.

Maria Ion NEDEALCOV

3.

Alexandru STRATAN

4.

Dorin JOSANU

5.

Nicolae SADOVEI

Esperti proposti mill-UE

1.

Eddy LAURIJSSEN

2.

Jorge CARDONA

3.

Karin LUKAS

4.

Hélène RUIZ FABRI

5.

Laurence BOISSON DE CHAZOURNES

6.

Geert VAN CALSTER

7.

Joost PAUWELYN

Presidenti

1.

Jill MURRAY (l-Awstralja)

2.

Janice BELLACE (l-Istati Uniti)

3.

Ross WILSON (New Zealand)

4.

Arthur APPLETON (l-Istati Uniti)

5.

Nathalie BERNASCONI (L-Iżvizzera)