|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
3.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1770
tad-29 ta' Settembru 2015
li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Laguiole (DOP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Laguiole”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2008 (3). |
|
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi. |
|
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni b'konformità mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Laguiole” (DOP) huma b'dan approvati.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini fil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2008 tal-5 ta' Awwissu 2008 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Laguiole (DPO)] (ĠU L 209, 6.8.2008, p. 3).
|
3.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1771
tat-2 ta' Ottubru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
44,1 |
|
MA |
239,0 |
|
|
MK |
46,1 |
|
|
TR |
81,2 |
|
|
XS |
39,0 |
|
|
ZZ |
89,9 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
46,1 |
|
MK |
41,5 |
|
|
TR |
122,2 |
|
|
ZZ |
69,9 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
147,7 |
|
ZZ |
147,7 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
138,1 |
|
BO |
134,3 |
|
|
CL |
177,6 |
|
|
TR |
75,3 |
|
|
UY |
117,7 |
|
|
ZA |
145,1 |
|
|
ZZ |
131,4 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
257,8 |
|
EG |
178,0 |
|
|
MK |
32,3 |
|
|
TR |
142,7 |
|
|
ZA |
128,8 |
|
|
ZZ |
147,9 |
|
|
0808 10 80 |
BR |
35,7 |
|
CL |
122,9 |
|
|
NZ |
137,5 |
|
|
US |
136,3 |
|
|
ZA |
143,0 |
|
|
ZZ |
115,1 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
132,2 |
|
CL |
148,3 |
|
|
TR |
127,2 |
|
|
XS |
95,8 |
|
|
ZZ |
125,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
3.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1772
tat-28 ta' Settembru 2015
dwar it-transizzjoni mill-EUNAVFOR MED għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (EUNAVFOR MED/2/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta' Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni EUNAVFOR MED indika li l-operazzjoni ssodisfat l-objettivi militari kollha tal-ewwel fażi relatati mal-ġbir ta' informazzjoni u intelligence, u ppropona li l-operazzjoni għandha tgħaddi għat-tieni fażi, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778. |
|
(2) |
Fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta' Settembru 2015, il-Kunsill ikkonkluda li ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha biex l-EUNAVFOR MED tgħaddi għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778. |
|
(3) |
It-transizzjoni għat-tieni fażi tal-operazzjoni għandha sseħħ fis-7 ta' Ottubru 2015. |
|
(4) |
It-transizzjoni għal fażijiet sussegwenti tal-EUNAVFOR MED, inkluża l-fażi stabbilita fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, ser tkun soġġetta għal valutazzjoni ulterjuri mill-Kunsill dwar jekk ikunux ġew sodisfatti l-kondizzjonijiet għal dik it-tansizzjoni, b'kont meħud ta' kwalunkwe Riżoluzzjoni applikabbli tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-kunsens mill-Istati kostali kkonċernati, u d-deċiżjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà dwar meta għandha ssir it-transizzjoni, f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/972 (2) li varat l-operazzjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) għandha, b'effett mis-7 ta' Ottubru 2015, tgħaddi għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778.
Artikolu 2
Ir-Regoli tal-Ingaġġ li ġew adattati għat-tieni fażi tal-operazzjoni, kif stabbilit fil-punt (b)(i) tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/778, huma b'dan approvati.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 122, 19.5.2015, p. 31.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/972 tat-22 ta' Ġunju 2015 li tvara operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 51).
|
3.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1773
tal-1 ta' Ottubru 2015
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE (Statistika dwar l-Enerġija)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 338(1) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li, fost l-oħrajn, jemenda l-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għalhekk għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta tal-Anness XXI (Statistika) għall-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SCHNEIDER
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi (ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2015
ta'
li temenda l-ANNESS XXI (Statistiċi) għall-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istatistika annwali dwar il-konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE |
|
(2) |
L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-test tal-punt 26a (ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI hu sostitwit b'dan li ġej:
“ 32008 R 1099: Ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1), kif emendat b'dawn li ġejjin:
|
— |
32013 R 0147: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 147/2013 tat-13 ta' Frar 2013 (ĠU L 50, 22.2.2013, p. 1), |
|
— |
32014 R 0431: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 431/2014 tal-24 ta' April 2014 (ĠU L 131, 1.5.2014, p. 1). |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:
|
(a) |
Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jiġbor id-data mitluba minn dan ir-Regolament, ħlief għal dejta dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' prodotti tal-enerġija varji u l-produzzjoni tal-elettriku għall-Istatistiċi Annwali dwar l-Enerġija (Anness B). |
|
(b) |
L-Iżlanda hija eżentata mir-rappurtaġġ tal-aggregati ddefiniti fl-Anness B li għandhom x'jaqsmu mal-klassifikazzjoni dettaljata tal-konsum tal-enerġija skont it-tip ta' użu finali (tisħin ta' spazju, tkessiħ ta' spazju, tisħin tal-ilma, tisjir, dawl elettriku u apparati elettriċi, użi finali oħra) tas-settur Residenzjali kif definit fit-Taqsima 2.3 tal-Anness A.” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 431/2014 bil-lingwa Iżlandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fi…, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(*1) [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
|
3.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1774
tal-1 ta' Ottubru 2015
li taħtar membru supplenti Spanjol fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Spanjol,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Emilio DEL RÍO SANZ, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Hija b'dan maħtura membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
Dña Begoña MARTÍNEZ ARREGUI, Consejera de Presidencia, Relaciones Institucionales y Acción Exterior del Gobierno de La Rioja. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmula fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SCHNEIDER
Rettifika
|
3.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/11 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 361/2014 tad-9 ta' April 2014 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dokumenti għat-trasport internazzjonali ta' passiġġieri bil-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2121/98
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tal-10 ta' April 2014 )
Fil-paġna 43, l-Anness I jinqara kif ġej:
Fil-paġni 47 sa 49, l-Anness III jinqara kif ġej:
“ANNESS III
Qoxra
(Karta sintentika A4 Format DIN)
APPLIKAZZJONI (1) :
BIEX WIEĦED JIBDA SERVIZZ REGOLARI ☐
BIEX WIEĦED JIBDA SERVIZZ REGOLARI SPEĊJALI (2) ☐
BIEX TIĠEDDED AWTORIZZAZZJONI GĦAL SERVIZZ (3) ☐
BIEX JINBIDLU L-KUNDIZZJONIJIET TA' SERVIZZ AWTORIZZAT (3) ☐
li jsir bil-kowċ u bix-xarabank bejn Stati Membri skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009
għal: …
(L-awtorità kompetenti)
1. Il-kunjom u l-isem jew l-isem tan-negozju u l-indirizz, it-tel.efown, il-fakx u/jew l-indirizz tal-posta elettronika tal-applikant u, fejn ikun xieraq, tat-trasportatur maniġerjali fil-każ ta' assoċjazzjoni (pool):
…
…
2. Is-servizz(i) mwettqa (1)
|
minn impriża ☐ |
bħala membru ta' assoċjazzjoni (pool) ☐ |
bħala sottokuntrattur ☐ |
3. Ismijiet u indirizzi-:
tat-Trasportatur trasportatur(i) assoċjat(i) jew sottokuntrattur(i) (4) (5)
3.1 …tel. …
3.2 …tel. …
3.3 …tel. …
3.4 …tel …
(It-tieni paġna tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni)
4. Fil-każ ta' servizz regolari speċjali
4.1 Kategorija ta' passiġġieri …
5. It-tul ta' żmien li għalih qed tintalab l-awtorizazzjoni jew id-data li fiha jintemm is-servizz:
…
…
…
6. Ir-rotta prinċipali tas-servizz (issottolinja l-postijiet mnejn jitrikkbu l-passiġġieri)
…
…
…
…
7. Il-perjodu ta' operat
…
…
…
8. Il-frekwenza (kuljum, kull ġimgħa. eċċ.)
…
9. Nollijiet: …L-anness mehmuż
10. Inkludi skeda tas-sewqan li tkun tippermetti verifika tal-konformità mal-leġi żlazzjoni tal-Unjoni dwar il-perjodi ta' sewqan u ta' mistrieħ.
11. L-għadd ta' awtorizzazzjonijiet jew tal-kopji tal-awtorizzazzjonijiet mitluba (6):
…
12. Kwalunkwe informazzjoni oħra:
…
…
…
|
13. |
… |
… |
|
|
(Post u data) |
(Il-firma tal-applikant) |
(It-tielet paġna tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni)
AVVIŻ IMPORTANTI
|
1. |
Dawn li ġejjin jinthemżu mal-applikazzjoni, kif ikun xieraq:
|
|
2. |
L-applikanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni ulterjuri li huma jikkunsidraw li tista' tkun rilevanti jew li tintalab mill-awtorità emittenti. |
|
3. |
Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 dawn is-servizzi li ġejjin huma soġġetti għal awtorizzazzjoni:
|
|
4. |
L-applikazzjoni għandha ssir lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li minnu jitlaq is-servizz, jiġifieri waħda mill-vendi tas-servizz. |
|
5. |
Il-perjodu massimu tal-validità tal-awtorizzazzjoni huwa ta' ħames snin.” |
(1) Immarka jew imla kif ikun il-każ.
(2) Servizzi speċjali regolari mhux koperti minn kuntratt bejn l-organizzatur u t-trasportatur.
(3) Fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009.
(4) F'kull każ indika jekk hux ikkonċernat membru ta' assoċjazzjoni jew sottokontrattur.
(5) Ehmeż lista jekk ikun il-każ.
(6) Tinġibed l-attenzjoni tal-applikant lejn il-fatt li billi l-awtorizzazzjoni għandha tinżamm fuq il-vettura, l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet li l-applikant irid ikollu għandu jikkorrispondi mal-għadd ta' vetturi meħtieġa biex jingħata s-servizz mitlub fl-istess ħin.