ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 257

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
2 ta' Ottubru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1755 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1756 tal-21 ta' Settembru 2015 li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Citron de Menton (IGP))

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1757 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għal prodotti tat-tip 6 ( 1 )

12

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1758 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-folpet bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tipi ta' prodott 7 u 9 ( 1 )

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1759 tat-28 ta' Settembru 2015 li japprova l-glutaraldeid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 6, 11 u 12 ( 1 )

19

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1760 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti p-menta-1,8-dien-7-al mil-lista tal-Unjoni ( 1 )

27

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1761 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 rigward ir-rapporti tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji, it-tariffi u l-laboratorji elenkati fl-Anness II tiegħu ( 1 )

30

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1762 tal-1 ta' Ottubru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

35

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

37

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1764 tal-1 ta' Ottubru 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

42

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1765 tat-30 ta' Settembru 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istat Federali ta' Baden-Württemberg fil-Ġermanja u tar-reġjun ta' Valle d'Aosta fl-Italja (notifikata bid-dokument C(2015) 6572)  ( 1 )

44

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1755

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 tal-1 ta' Ottubru 2015 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Ottubru 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi li tipprovdi għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u għall-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni, entitajiet jew korpi responsabbli għall-imminar tad-demokrazija, jew li jostakolaw l-isforz għal soluzzjoni politika fil-Burundi, anke permezz ta' atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza, persuni, entitajiet jew korpi involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni, jew fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Burundi. Dawk il-persuni, entitajiet u korpi huma elenkati fl-Anness mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763.

(2)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex tiġi implimentata d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763.

(3)

Huwa kunsiljabbli li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea jagħmlu proposta għal Regolament dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi.

(4)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat skont dawk id-drittijiet.

(5)

Jinħtieġ li s-setgħa ta' modifika tal-lista fl-Anness I ta' dan ir-Regolament tkun eżerċitata mill-Kunsill, fid-dawl tat-theddida speċifika għall-paċi internazzjonali u għas-sigurtà fir-reġjun maħluqa mis-sitwazzjoni fil-Burundi u sabiex tkun żgurata l-konsistenza mal-proċess għall-emendar u r-reviżjoni l-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1763.

(6)

Għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u sabiex tkun żgurata ċertezza legali massima fl-Unjoni, huwa tassattiv li jiġu ppubblikati l-ismijiet u dejta oħra rilevanti li jikkonċernaw lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom ikollhom jiġu ffriżati f'konformità ma' dan ir-Regolament. Kull ipproċessar ta' dejta personali għandu jkun konformi mad-Direttiva 95/46/KE (2) u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (3).

(7)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih mal-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“pretensjoni” tfisser kull talba, kemm jekk asserita bi proċeduri legali kif ukoll jekk le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt jew b'rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b'mod partikolari tinkludi:

(i)

pretensjoni għall-eżekuzzjoni ta' kull obbligu li jirriżulta minn kuntratt jew tranżazzjoni, jew b'rabta ma' wieħed minnhom;

(ii)

pretensjoni għall-proroga jew għall-ħlas ta' bond, garanzija finanzjarja jew indennizz ta' kull forma;

(iii)

pretensjoni għal kumpens fir-rigward ta' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv)

kontropretensjoni;

(v)

pretensjoni għar-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, ta' deċiżjoni bl-arbitraġġ jew ta' deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn tittieħed jew tingħata;

(b)

“kuntratt jew tranżazzjoni” tfisser kull tranżazzjoni irrispettivament mill-forma tagħha u irrispettivament mill-liġi applikabbli, li tikkonsisti f'kuntratt jew obbligi simili wieħed jew aktar magħmula bejn l-istess partijiet jew bejn partijiet differenti; għal dan l-iskop, “kuntratt” jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux, kif ukoll kull dispożizzjoni relatata li toriġina mit-tranżazzjoni jew tkun marbuta magħha;

(c)

“awtoritajiet kompetenti” tirriferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq is-siti web elenkati fl-Anness II;

(d)

“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta' kull xorta, kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda li jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;

(e)

“iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, beni jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;

(f)

“iffriżar ta' fondi” tfisser il-prevenzjoni ta' kull moviment, trasferiment, alterazzjoni, użu, aċċess għal, jew innegozjar ta' fondi b'mod li jwassal għal xi bidla fil-volum, l-ammont, il-post, il-proprjetà, il-pussess, il-karattru, id-destinazzjoni jew xi bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluża l-amministrazzjoni tal-portafolli;

(g)

“fondi” tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii)

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii)

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv)

imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jirriżulta jew li hu ġġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz ta' karigu, poloz ta' bejgħ; kif ukoll

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(h)

“territorju tal-Unjoni” tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, bil-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, li huma l-proprjetà, jew li huma fil-pussess jew fil-kontroll ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp kif elenkati fl-Anness I jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond jew riżorsa ekonomika ma jitqiegħdu għad-dispożizzjoni, direttament jew indirettament, jew għall-beneficċju ta' xi persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I.

3.   L-Anness I jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi li, skont l-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1763 ikunu ġew identifikati mill-Kunsill bħala li:

(a)

qegħdin jimminaw id-demokrazija jew jostakolaw l-isforz għal soluzzjoni politika fil-Burundi, anke b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew bl-inċitament għall-vjolenza;

(b)

huma involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni, jew fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Burundi; u

(c)

huma assoċjati mal-persuni, entitajiet jew korpi msemmija fil-punti (a) u (b).

Artikolu 3

1.   B'deroga mill-Artikolu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew jagħmlu disponibbli ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi, b'dawk il-kundizzjonijiet li jidhrilhom xierqa, wara li jkunu ddeterminaw li l-fondi jew riżorsi ekonomiċi kkonċernati jkunu:

(a)

neċessarji biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi elenkati fl-Anness I, u tal-membri dipendenti tal-familji ta' dawn il-persuni fiżiċi, inklużi ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteki, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u spejjeż ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi professjonali raġonevoli jew għar-rimborż ta' spejjeż marbutin mal-għoti ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' tariffi jew imposti għal servizzi ta' kustodja jew ġestjoni normali ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti relevanti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom hi kkunsidrat li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

2.   L-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 4

1.   B'deroga mill-Artikolu 2(1), l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi huma soġġetti għal deċiżjoni arbitrarja stabbilita qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmija fl-Artikolu 2 iddaħħlu fil-lista fl-Anness I, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi se jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom tali pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

2.   L-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 5

1.   B'deroga mill-Artikolu 2(1) u bil-kundizzjoni li pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I ikun dovut skont kuntratt jew ftehim li ġie konkluż, jew skont obbligu li rriżulta għall-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernat qabel id-data ta' meta dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp iddaħħlu fl-Anness I, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, jistgħu jawtorizzaw, b'dawk il-kundizzjonijiet li huma jqisu adattati, ir-rilaxx ta' ċerti fondi ffriżati jew ta' riżorsi ekonomiċi, dejjem jekk l-awtorità kompetenti kkonċernata tkun iddeterminat li:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw għal pagament minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness I; kif ukoll

(b)

il-pagament mhuwiex bi ksur tal-Artikolu 2(2).

2.   L-Istat Membru kkonċernat jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar kull awtorizzazzjoni mogħtija taħt il-paragrafu 1.

Artikolu 6

1.   L-Artikolu 2(2) ma jwaqqafx l-ikkreditar ta' kontijiet iffriżati minn istituzzjonijiet finanzjarji jew ta' kreditu li jirċievu fondi ttrasferiti minn partijiet terzi fil-kont tal-persuna fiżika jew ġuridika, tal-entità jew tal-korp elenkati, dejjem jekk kull żieda f'dawn il-kontijiet tiġi ffriżata wkoll. L-istituzzjoni finanzjarja jew ta' kreditu tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti b'kull tranżazzjoni bħal din mingħajr dewmien.

2.   L-Artikolu 2(2) ma japplikax għaż-żieda mal-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b)

pagamenti dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li jkunu ġew konklużi jew li nħolqu qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp imsemmijin fl-Artikolu 2 jkunu ġew inklużi fl-Anness I; jew

(c)

ħlasijiet dovuti skont deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali mogħtija fi Stat Membru jew infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat;

bil-kundizzjoni li kull imgħax, dħul ieħor u ħlasijiet bħal dawn ikunu ffriżati skont l-Artikolu 2(1).

Artikolu 7

1.   Bla preġudizju għar-regoli applikabbli dwar ir-rappurtar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi:

(a)

ifornu minnufih kull informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma' dan ir-Regolament, bħall-informazzjoni fuq kontijiet u l-ammonti ffriżati skont l-Artikolu 2 lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn ikunu residenti jew fejn jinsabu, u jittrażmettu din l-informazzjoni, direttament jew permezz tal-Istat Membru lill-Kummissjoni; kif ukoll

(b)

jikkooperaw mal-awtorità kompetenti biex din l-informazzjoni tiġi vverifikata b'kull mod.

2.   Kull informazzjoni addizzjonali riċevuta direttament mill-Kummissjoni tkun disponibbli għall-Istati Membri.

3.   Kull informazzjoni mogħtija jew riċevuta skont dan l-Artikolu tintuża biss għall-finijiet li għalihom tkun ngħatat jew ġiet riċevuta.

Artikolu 8

Il-parteċipazzjoni b'mod konxju u bi ħsieb, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artiklu 2 hija pprojbita.

Artikolu 9

1.   L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li tali fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, imwettaq in bona fede abbażi li tali azzjoni tkun konformi ma' dan ir-Regolament, ma joħloqx responsabbiltà ta' kull tip min-naħa tal-persuna fiżika jew ġuridika jew l-entità jew il-korp li jkunu qed jimplimentawh, jew id-diretturi jew l-impjegati tagħhom, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati jew miżmuma b'riżultat ta' negliġenza.

2.   L-azzjonijiet mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma jagħtux lok għal responsabbiltà tal-ebda xorta fuq in-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida biex jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Artikolu 10

1.   Ebda talba b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet effettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, permezz tal-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inklużi pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħall-pretensjoni għal kumpens jew il-pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma tiġi ssodisfata, jekk din issir minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi nnominati, elenkati fl-Anness I;

(b)

kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li taġixxi permezz ta' waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li taġixxi f'isimhom, imsemmija fil-punt (a).

2.   F'kull proċediment għall-eżekuzzjoni ta' pretensjoni, l-obbligu ta' prova li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit bil-paragrafu 1, ikun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-eżekuzzjoni ta' dik il-pretensjoni.

3.   Dan l-Artikolu huwa bla preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tan-nonadempiment ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11

1.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jinfurmaw minnufih lil xulxin dwar il-miżuri meħuda b'dan ir-Regolament u jikkondividu kull informazzjoni oħra rilevanti li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, partikolarment informazzjoni:

(a)

dwar il-fondi ffriżati skont l-Artikolu 2 u l-awtorizzazzjonijiet mogħtija skont l-Artikoli 3, 4 u 5;

(b)

fir-rigward ta' ksur u ta' problemi li jirrigwardaw l-infurzar u sentenzi mogħtija minn qrati nazzjonali.

2.   L-Istati Membri jinfurmaw minnufih lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar kull informazzjoni relevanti oħra li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom li jista' jkollha impatt fuq l-implimentazzjoni effettiva ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 12

Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li temenda l-Anness II abbażi tat-tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri.

Artikolu 13

1.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jagħmel persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp soġġetti għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 2(1), hu għandu jemenda l-Anness I skont il-każ.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp msemmijin fil-paragrafu 1, direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, fejn dik il-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza ġdida sostanzjali, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp skont il-każ.

4.   Il-lista fl-Anness I għandha tiġi riveduta f'intervalli regolari u mill-inqas kull 12-il xahar.

Artikolu 14

1.   L-Anness I għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati.

2.   L-Anness I għandu jinkludi, fejn disponibbli, informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 15

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha li hemm bżonn biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk ir-regoli lill-Kummissjoni mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u jinnotifikawha b'kull emenda sussegwenti.

Artikolu 16

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f'dan ir-Regolament u jidentifikawhom fuq is-siti web elenkati fl-Anness II. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-bidliet kollha fl-indirizzi tas-siti web tagħhom elenkati fl-Anness II.

2.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom, inklużi d-dettalji ta' kuntatt ta' dawk l-awtoritajiet kompetenti, mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta dan ir-Regolament u għandhom jinnotifikawha dwar kull emenda sussegwenti.

3.   Fejn dan ir-Regolament jistipula obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata jew infurmata, jew li ssir xi komunikazzjoni magħha xorta oħra, l-indirizz u d-dettalji l-oħra tal-kuntatt li jintużaw għal din il-komunikazzjoni jkunu dawk indikati fl-Anness II.

Artikolu 17

Dan ir-Regolament japplika:

(a)

fit-territorju tal-Unjoni, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha;

(b)

abbord kull inġenju tal-ajru jew kull bastiment fil-ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru;

(c)

għal kull persuna fiżika fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun ċittadina ta' Stat Membru;

(d)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korp, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti taħt il-liġi ta' Stat Membru;

(e)

għal kull persuna ġuridika, entità jew korpi fir-rigward ta' kull negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni.

Artikolu 18

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHNEIDER


(1)  Ara l-paġna 37 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2

Nru

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

1.

Godefroid BIZIMANA

Data tat-Twelid: 23.4.1968

Post tat-Twelid: NYAGASEKE, MABAYI, CIBITOKE

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520

Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali, responsabbli li dgħajjef id-demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta' forza u atti ta' repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza.

2.

Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA

Data tat-Twelid: 1.8.1970

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761

Kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli minn kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta' forza, atti ta' vjolenza, atti ta' repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem kontra dimostranti waqt protesti mis-26 ta' April 2015 'il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta' April fid-distretti ta' Nyakabiga u Musaga f'Bujumbura.

3.

Mathias/Joseph NIYONZIMA psewdonimu KAZUNGU

Numru ta' reġistrazzjoni (SNR): O/00064

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: OP0053090

Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi inċita l-vjolenza u atti ta' repressjoni waqt il-protesti li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza. Responsabbli li għen iħarreġ, jikkoordina u jarma lill-milizzji paramilitari Imbonerakure, inkluż barra l-Burundi, li huma responsabbli għal atti ta' vjolenza, repressjoni u abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi.

4.

Léonard NGENDAKUMANA

Data tat-Twelid: 24.11.1968

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000885

Ex-“Chargé de Missions de la Présidence” u ex ġeneral tal-armata. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ħa sehem fit-tentattiv ta' kolp ta' stat fit-13 ta' Mejju 2015 biex iwaqqa' l-Gvern Burundjan. Responsabbli għal atti ta' vjolenza — attakki bil-granati — imwettqa fil-Burundi, kif ukoll għal inċitament għall-vjolenza. Il-Ġeneral Léonard Ngendakumana pubblikament appoġġa l-vjolenza bħala mezz biex jintlaħqu għanijiet politiċi.


ANNESS II

Siti elettroniċi għal informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u indirizz biex tiġi nnotifikata l-Kummissjoni Ewropea

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

ILĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://2010-2014.kormany.hu/download/b/3b/70000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf

MALTA

https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx

IN-NETHERLANDS

http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-IŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

INDIRIZZ GĦAL NOTIFIKI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA:

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 02/309

1049 Brussels

Belgium

Posta elettronika: relex-sanctions@ec.europa.eu


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1756

tal-21 ta' Settembru 2015

li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Citron de Menton (IGP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-applikazzjoni ta' Franza biex id-denominazzjoni “Citron de Menton” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), u dan skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(2)

Ladarba ma ġiet notifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Citron de Menton” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Citron de Menton” (IĠP) hija rreġistrata.

L-isem imsemmi fl-ewwel paragrafu jidentifika prodott tal-Klassi 1.6 — Frott, ħaxix u ċereali friski jew ipproċessati — tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 147, 5.5.2015, p. 11.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1757

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova l-folpet bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għal prodotti tat-tip 6

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Lulju 2009, l-Italja rċeviet applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva folpet fl-Anness I tagħha, għall-użu fi prodotti tat-tip 6, preżervattivi ta' ġol-bottijiet, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu għall-prodott tat-tip 6 kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(2)

F'Ġunju 2011, l-Italja ressqet rapport ta' valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Fis-17 ta' Ġunju 2014, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali ifformula l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(4)

Skont dik l-opinjoni, prodotti bijoċidali użati għal prodotti tat-tip 6 u li fihom il-folpet jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, sakemm ikunu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet b'rabta mal-użu tagħhom.

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-użu tal-folpet fi prodotti bijoċidali għal prodotti tat-tip 6 jiġi approvat soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi fl-Anness.

(6)

Billi l-folpet jissodisfa l-kriterji biex jiġi kklassifikat bħala sensitizzatur tal-ġilda fil-kategorija 1, kif iddefinit fl-Anness 1 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-oġġetti ttrattati bil-folpet jew li jkunu jinkorporaw din is-sustanza, meta jitqiegħdu fis-suq, għandu jkollhom tikketta li tindika proprju dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-folpet hu approvat bħala sustanza attiva għall-użu fi prodotti bijoċidali għal prodotti tat-tip 6, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Folpet

Isem tal-IUPAC:

N-(triklorometiltijo)ftalimmid

Nru tal-KE: 205-088-6

Nru tal-CAS: 133-07-3

940 gm/kg

L-1 ta' Jannar 2016

Il-31 ta' Diċembru 2025

6

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

Għal prodotti bijoċidali, l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għall-utenti industrijali, għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati. Fejn l-esponiment ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq.

(2)

It-tikketti u, fejn ipprovduti, l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti bijoċidali għandhom jindikaw li jridu jittieħdu miżuri għall-protezzjoni tal-ħamrija waqt li l-prodotti ta' preservazzjoni jiġu applikati fuq barra biex jipprevjenu t-telf u jiġu minimizzati l-emissjonijet fl-ambjent, sakemm ma jkunx jista' jintwera fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli permezz ta' mezzi oħra.

(3)

Prodotti bijoċidali ma għandhomx ikunu awtorizzati għall-preservazzjoni matul il-ħażna ta' prodotti li għandhom jiġu applikati barra permezz ta' sprej, sakemm ma jkunx jista' jintwera fl-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-prodott li r-riskji għall-kompartimenti tal-ħamrija jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġetti ttrattati hi soġġetta għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni tal-oġġett ittrattat għandha tiżgura li t-tikketta tagħti informazzjoni dwar ir-riskju ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll l-informazzjoni li hemm referenza għaliha fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użat għall-evalwazzjoni li saret f'konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott ikkummerċjalizzat jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1758

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova l-folpet bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tipi ta' prodott 7 u 9

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu vvalutati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali.

(2)

Dik il-lista tinkludi l-folpet.

(3)

Il-folpet ġie evalwat b'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 7, preservattivi għall-pellikoli, u fi prodotti tat-tip ta' prodott 9, preservattivi għal fibra, ġilda, gomma u materjali polimerizzati, kif definit fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu rispettivament mat-tipi ta' prodott 7 u 9, kif definit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(4)

L-Italja ġiet magħżula bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u ssottomettiet ir-rapporti ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Kummissjoni f'Ġunju 2011 b'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 1451/2007 (4).

(5)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjonijiet tiegħu fl-17 ta' Ġunju 2014, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-Awtorità Kompetenti tal-evalwazzjoni.

(6)

Skont dawk l-opinjonijiet, wieħed jista' jistenna li l-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 7 u għall-prodotti tat-tip 9 u li fihom il-folpet jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, sakemm ikun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom.

(7)

Għaldaqstant, jixraq li l-użu tal-folpet fi prodotti bijoċidali għat-tipi ta' prodott 7 u 9 jiġi approvat soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fl-Anness.

(8)

Billi l-folpet jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda tal-kategorija 1 kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), oġġetti ttrattati bil-folpet jew li jinkorporaw il-folpet għandhom ikunu tikkettati b'mod xieraq meta jitqiegħdu fis-suq.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tiġi approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' preparazzjoni biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-folpet huwa approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għat-tipi ta' prodott 7 u 9, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi eżistenti kollha li jinsabu fil-prodotti bijoċidali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Livell minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Il-Folpet

Isem tal-IUPAC:

N-(triklorometiltijo)ftalimid

Nru tal-KE: 205-088-6

Nru tal-CAS: 133-07-3

940 g/kg

l-1 ta' Ottubru 2016

it-30 ta' Settembru 2026

7

Il-valutazzjoni tal-prodott trid tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għal dawn il-kundizzjonijiet:

(1)

Għall-utenti industrijali għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati. Meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabli b'mezzo oħra, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali adegwat.

(2)

Minħabba r-riskji għal-kompartiment tal-ħamrija, it-tikketti u, meta pprovduti, l-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti għandhom jindikaw li jridu jittieħdu miżuri biex, meta t-taħlitiet priżervati jiġu applikati fuq barra bil-pinzell, il-ħamrija titħares mit-telf u biex jiġu minimizzati l-emissjonijet fl-ambjent, sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra.

(3)

Minħabba r-riskji għal-kompartiment tal-ħamrija, il-prodotti ma għandhomx jiġu awtorizzati għall-preservazzjoni ta' taħlitiet li jridu jiġu applikati fuq barra bl-isprej, sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

It-tqegħid fis-suq tal-oġġetti trattati hu soġġett għal dawn il-kundizzjonijiet:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett trattat li jkun ġie trattat bil-folpet jew li jkun fih il-folpet, għandu jiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett trattat ikun fiha l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

9

Il-valutazzjoni tal-prodott trid tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għal din il-kundizzjoni:

Għall-utenti industrijali għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati. Meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabli b'mezz ieħor, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir protettiv personali adegwat.

It-tqegħid fis-suq tal-oġġetti trattati hu soġġett għal din il-kundizzjoni:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett trattat li jkun ġie trattat bil-folpet jew li jkun fih il-folpet, għandu jiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett trattat ikun fiha l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-livell minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret f'konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott kummerċjalizzat jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/19


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1759

tat-28 ta' Settembru 2015

li japprova l-glutaraldeid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 6, 11 u 12

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu vvalutati biex possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali.

(2)

Dik il-lista tinkludi l-glutaraldeid.

(3)

Il-glutaraldeid ġie vvalutat skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (3) għall-użu fil-prodotti tat-tip 2, diżinfettanti taż-żoni privati u taż-żoni tas-saħħa pubblika u prodotti bijoċidali oħrajn, fil-prodotti tat-tip 3, prodotti bijoċidali tal-iġjene veterinarja, fil-prodotti tat-tip 4, diżinfettanti taż-żoni tal-ikel u l-għalf, fil-prodotti tat-tip 6, preservattivi għal prodotti matul il-ħżin, fil-prodotti tat-tip 11, preservattivi għal sistemi tat-tkessiħ u tal-ipproċessar tal-likwidi, u fil-prodotti tat-tip 12, slimiċidi, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu rispettivament mat-tipi ta' prodotti 2, 3, 4, 6, 11 u12 kif definiti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(4)

Il-Finlandja ġiet magħżula bħala l-awtorità kompetenti tal-valutazzjoni u ssottomettiet ir-rapporti tal-valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Kummissjoni fit-30 ta' Marzu 2011 u l-31 ta' Jannar 2013 f'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni(KE) Nru 1451/2007 (4).

(5)

Skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, il-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali tal-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ta l-opinjonijiet tiegħu fl-1 ta' Ottubru 2014, filwaqt li qies il-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(6)

Skont dawn l-opinjonijiet, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 6, 11 u 12 u li fihom il-glutaraldeid jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE, kemm-il darba jkunu konformi ma' ċerti kundizzjonijiet dwar l-użu tiegħu.

(7)

Għalhekk, jixraq li l-użu tal-glutaraldeid fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 2, 3, 4, 6, 11 u 12 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(8)

L-opinjonijiet jikkonkludu li l-glutaraldeid jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur respiratorju kif definit fil-punt 3.4.1.1 tal-Anness I ar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(9)

Skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, billi s-sustanzi li l-valutazzjoni tagħhom mill-Istati Membri tkun tlestiet qabel l-1 ta' Settembru 2013 għandhom jiġu approvati skont id-Direttiva 98/8/KE, il-perjodu tal-approvazzjoni għandu jkun ta' għaxar snin, skont il-prassi stabbilita f'dik id-Direttiva.

(10)

Madankollu, għall-iskopijiet tal-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-glutaraldeid jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 10(1)(b) ta' dak ir-Regolament u għandu għalhekk jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni.

(11)

Għall-użu fil-prodotti tat-tip 4, il-valutazzjoni ma indirizzatx l-inkorporazzjoni tal-prodotti bijoċidali li jkun fihom il-glutaraldeid f'materjali u f'oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt dirett jew indirett mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għal dawn il-materjali jista' jkun hemm bżonn li jiġu stabbiliti limiti speċifiċi għall-migrazzjoni fl-ikel, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Għaldaqstant, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali użu sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet tali limiti jew inkella jkun ġie stabbilit, skont dak ir-Regolament, li dawn il-limitazzjonijiet mhumiex meħtieġa.

(12)

Billi l-glutaraldeid jissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur respiratorju, u bħala sensitizzatur tal-ġilda tas-sub-kategorija 1A, kif definit fl-Anness I tar- Regolament (KE) Nru 1272/2008, l-oġġetti ttrattati bil-glutaraldeid jew li fihom il-glutaraldeid għandhom ikunu ttikkettati kif xieraq meta jitqiegħdu fis-suq.

(13)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(14)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-glutaraldeid għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 2, 3, 4, 6, 11 u 12, kemm-il darba jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi

Glutaraldeid

Isem tal-IUPAC:

1,5-pentanedial

Nru tal-KE: 203-856-5

Nru tal-CAS: 111-30-8

950 g/kg piż xott (95 %)

l-1 ta' Ottubru 2016

it-30 ta' Settembru 2026

2

Il-glutaraldeid jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(2)

Minħabba r-riskji lill-utenti professjonali, il-prodotti ma jistgħux jiġu applikati bl-imsieħ sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

It-tqegħid fis-suq tal-oġġetti ttrattati huwa suġġett għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bil-glutaraldeid, jew li jkun jinkorporah, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

3

Il-glutaraldeid jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjoni li jmiss:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(2)

L-applikazzjoni bil-fogging għandha tkun ristretta għall-użu mill-professjonisti mħarrġin.

(3)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi tar-residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi tar-residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa suġġett għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bil-glutaraldeid jew li jkun jinkorporah, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal- Artikolu 58(3) tar- Regolament (UE) Nru 528/2012.

4

Il-glutaraldeid jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(2)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi tar-residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi tar-residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.

(3)

Il-prodotti ma għandhomx jiġu inkorporati f'materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004, sakemm il-Kummissjoni ma tkunx stabbiliet limiti speċifiċi għall-migrazzjoni tal- glutaraldeid fl-ikel jew jekk ikun ġie stabbilit skont dak ir-Regolament li dawn il-limiti ma jkunux meħtieġa.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa suġġett għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bil-glutaraldeid jew li jkun jinkorporah, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal- Artikolu 58(3) tar- Regolament (UE) Nru 528/2012.

6

Il-glutaraldeid jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(2)

Minħabba r-riskji lis-saħħa tal-bniedem, il-prodotti maħsuba għall-utenti mhux professjonali ma għandux ikun fihom il-glutaraldeid f'konċentrazzjoni li twassal għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda, sakemm l-esponiment ma jkunx tnaqqas għal livell aċċettabbli b'metodi li mhumiex l-ilbies ta' tagħmir ta' protezzjoni personali.

(3)

Minħabba r-riskji lill-ambjent, il-prodotti ma jistgħux jiġu awtorizzati għall-preservazzjoni tal-likwidi għall-iddriljar jew għas-siment sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa suġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

It-taħlitiet ittrattati bil-glutaraldeid jew li jinkorporawh ma għandux ikun fihom il-glutaraldeid f'konċentrazzjoni li twassal għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda, sakemm l-esponiment ma jkunx tnaqqas għal livell aċċettabbli b'metodi li mhumiex l-ilbies ta' tagħmir ta' protezzjoni personali.

(2)

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bil-glutaraldeid jew li jkun jinkorporah, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal- Artikolu 58(3) tar- Regolament (UE) Nru 528/2012.

11

Il-glutaraldeid jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(2)

Minħabba r-riskji lill-ħamrija u lill-ilma tal-wiċċ, il-prodotti ma jistgħux jiġu awtorizzati għall-użu f'sistemi miftuħin żgħar tat-tkessiħ riċirkolanti, sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

(3)

Minħabba r-riskji lill-ambjent, il-prodotti ma jistgħux jiġu awtorizzati għall-preservazzjoni tal-ilma għall-idrottestjar sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa suġġett għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bil-glutaraldeid jew li jkun jinkorporah, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal- Artikolu 58(3) tar- Regolament (UE) Nru 528/2012.

12

Il-glutaraldeid jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzati fil-valutazzjoni tar-riskju, fil-livell tal-Unjoni, tas-sustanza attiva.

L-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn.

(2)

Minħabba r-riskji lill-ambjent, il-prodotti ma jistgħux jiġu awtorizzati għall-użu fil-fabbriki tal-polpa jew tal-karti li ma jkunux imqabbda ma' impjant tat-trattament tad-drenaġġ sakemm ma jkunx jista' jintwera li r-riskji jistgħu jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti ttrattati huwa suġġett għall-kundizzjoni li ġejja:

Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett ittrattat bil-glutaraldeid jew li jkun jinkorporah, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett ittrattat tipprovdi l-informazzjoni elenkata fit-tieni subparagrafu tal- Artikolu 58(3) tar- Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha purezza ndaqs jew differenti, jekk din tkun ġiet ippruvata li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment tal-limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/27


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1760

tal-1 ta' Ottubru 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mat-tneħħija tas-sustanza aromatizzanti p-menta-1,8-dien-7-al mil-lista tal-Unjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' aromatizzanti u ta' materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuqu u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

(3)

Dik il-lista tista' tiġi aġġornata skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan.

(4)

Is-sustanza aromatizzanti p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117) hija inkluża fil-lista bħala sustanza aromatizzanti taħt evalwazzjoni li għaliha għandha tintbagħat dejta xjentifika addizzjonali. Din id-dejta ntbagħtet mill-applikant.

(5)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ivvalutat id-dejta mibgħuta u fl-opinjoni xjentifika tagħha tal-24 ta' Ġunju 2015 (4) ikkonkludiet li p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117) hija ġenotossika in vivo u għalhekk l-użu tagħha bħala sustanza aromatizzanti tqajjem tħassib għas-sikurezza.

(6)

Is-sustanza p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117) tinsab b'mod naturali fil-qoxra tal-frott minn xi pjanti tal-ġeneri Perilla, Citrus u oħrajn.

(7)

Għaldaqstant l-użu ta' p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117) ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet ġenerali għall-użu ta' sustanzi aromatizzanti stabbiliti fl-Artikolu 4(a) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. Konsegwentement, dik is-sustanza għandha titneħħa mil-lista mingħajr dewmien sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem.

(8)

Il-Kummissjoni għandha tuża l-proċedura ta' urġenza għat-tneħħija ta' sustanza li tqajjem tħassib dwar is-sikurezza mil-lista tal-Unjoni.

(9)

Il-preżenza tas-sustanza p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117) fl-ikel ma tqajjimx tħassib immedjat dwar is-sikurezza minħabba l-livelli tal-użu baxxi u l-ammont totali baxx ta' dik is-sustanza li ġiet miżjuda fl-ikel fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, filwaqt li jitqiesu wkoll ir-raġunijiet tekniċi, għandhom jiġu stabbiliti perjodi ta' tranżizzjoni biex ikopru ikel li fih is-sustanza aromatizzanti p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117), li jkun tqiegħed fis-suq jew intbagħat minn pajjiżi terzi lejn l-Unjoni, qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

(10)

Għalhekk, il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Ikel li fih tkun żdiedet is-sustanza aromatizzanti p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117) li tqiegħed fis-suq legalment qabel id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data minima ta' durabilità jew sad-data ta' skadenza tiegħu.

2.   Ikel importat fl-Unjoni li fih tkun żdiedet is-sustanza aromatizzanti p-menta-1,8-dien-7-al (Nru FL 05.117), jista' jiġi kkumerċjalizzat sad-data minima ta' durabilità jew sad-data ta' skadenza tiegħu meta l-importatur ta' ikel bħal dan jista' juri li dan intbagħat mill-pajjiż terz ikkonċernat u li kien fi triqtu lejn l-Unjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

(4)  Scientific Opinion on Flavouring Group Evaluation 208 Revision 1 (FGE.208Rev1): Consideration of genotoxicity data on representatives for 10 alicyclic aldehydes with the α,β-unsaturation in ring/side-chain and precursors from chemical subgroup 2.2 of FGE.19. EFSA Journal 2015;13(7):4173, 28 pp. doi:10.2903/j.efsa.2015.4173 Disponibbli onlajn: www.efsa.europa.eu/efsajournal.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 titħassar l-annotazzjoni li ġejja:

“05.117

p-Menta-1,8-dien-7-al

2111-75-3

973

11788

 

 

2

EFSA”


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1761

tal-1 ta' Ottubru 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 rigward ir-rapporti tal-Laboratorji ta' Referenza Komunitarji, it-tariffi u l-laboratorji elenkati fl-Anness II tiegħu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 7(4) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 21 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistabbilixxi l-proċedura għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq u l-użu ta' adittivi fl-għalf għan-nutriment tal-annimali. Jistipula li kull persuna li titlob awtorizzazzjoni għal xi addittiv tal-għalf jew għal użu ġdid ta' addittiv tal-għalf għandha tissottometti applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni skont dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (2) jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 rigward applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta' adittivi tal-għalf jew għal użu ġdid ta' addittivi tal-għalf u d-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju (“LRK”).

(3)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 jistipula li l-LRK għandu jissottometti rapport ta' evalwazzjoni komplut lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) għal kull applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' addittiv tal-għalf. Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet għar-rekwiżit ta' sottomissjoni ta' rapport ta' evalwazzjoni għal applikazzjonijiet għal użu ġdid ta' addittiv tal-għalf jew għal applikazzjonijiet biex jinbidlu t-termini ta' awtorizzazzjoni eżistenti, sakemm il-kundizzjonijiet proposti għall-użu l-ġdid jew biex jinbidlu t-termini ta' awtorizzazzjoni jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu ta' analiżi ppreżentat qabel skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 (3) u diġà evalwat. Barra minn hekk, l-Artikolu 4 ta' dak ir-Regolament jistipula li l-LRK għandu jitlob tariffi tal-applikanti għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. Tista' ssir eċċezzjoni fejn ma jkun meħtieġ l-ebda kampjun u l-LRK ma jeħtiġlux joħroġ rapport, billi l-metodu ta' analiżi jkun diġà ġie evalwat. Madankollu, l-applikazzjonijiet għat-tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet ta' addittivi tal-għalf ma jibbenefikawx minn dawk l-eċċezzjonijiet.

(4)

L-esperjenza wriet li l-eċċezzjonijiet għar-rekwiżiti dwar ir-rapporti ta' evalwazzjoni u t-tariffi tas-sottomissjoni għandhom jiġu estiżi wkoll għall-applikazzjonijiet għat-tiġdid ta' awtorizzazzjonijiet ta' addittivi tal-għalf. L-Artikolu 5 u l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(5)

L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 jistabbilixxi lista ta' Laboratorji ta' Referenza Nazzjonali li jgħinu lil-LRK fid-dmirijiet u l-ħidmiet tagħhom. Bosta Stati Membri infurmaw lill-Kummissjoni li l-laboratorji ta' referenza nazzjonali tagħhom li qed jieħdu sehem fil-konsorzju nbidlu minħabba li ntgħażlu laboratorji oħra għal dak l-għan jew inkella nbidel l-isem jew l-indirizz tal-laboratorji. Għaldaqstant, l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 għandu jiġi adattat għal dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 378/2005 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 5(4) jinbidel b'dan li ġej:

“4.   M'hemmx il-ħtieġa ta' rapport ta' evalwazzjoni għal:

(a)

applikazzjonijiet għal użu ġdid ta' addittiv tal-għalf sottomess skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta l-kundizzjonijiet proposti għat-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf għall-użu l-ġdid jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu ta' analiżi ppreżentat qabel skont il-paragrafu 2.6 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 429/2008 u diġà evalwat mil-LRK;

(b)

applikazzjonijiet biex jinbidlu t-termini ta' awtorizzazzjoni eżistenti sottomessi skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta l-bidla proposta jew il-kundizzjonijiet il-ġodda għat-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu ta' analiżi ppreżentat qabel skont il-paragrafu 2.6 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 429/2008 u diġà evalwat mil-LRK.

(c)

applikazzjonijiet għat-tiġdid ta' awtorizzazzjoni eżistenti sottomessa skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, meta l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq tal-addittiv tal-għalf jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-metodu ta' analiżi ppreżentat qabel skont il-paragrafu 2.6 tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 429/2008 u diġà evalwat mil-LRK.

Minkejja l-paragrafu 4, il-Kummissjoni, il-LRK jew l-Awtorità jistgħu, abbażi ta' fatturi leġittimi rilevanti għall-applikazzjoni, iqisu li hija meħtieġa evalwazzjoni ġdida tal-metodi tal-analiżi. F'tali każijiet, l-applikant għandu jiġi infurmat mil-LRK.”

2.

L-Anness II jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament.

3.

Fl-Anness IV, taħt it-titolu “Ir-rati skont it-tip ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' addittivi tal-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003”, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej.

“5.

Tiġdid ta' awtorizzazzjoni għal addittiv fl-għalf (l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003):

Miżata = Komponent 2 = EUR 4 000

meta japplika l-Artikolu 5(4)(c): Miżata = EUR 0.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta' Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta' addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 429/2008 tal-25 ta' April 2008 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-preparazzjoni u l-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet u l-valutazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta' addittivi fl-għalf (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 1).


ANNESS

“ANNESS II

Laboratorji ta' Referenza Komunitarji u Konsorzju ta' Laboratorji ta' Referenza Nazzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 6(2)

LABORATORJU TA' REFERENZA KOMUNITARJU

Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta' Referenza. Geel, il-Belġju

LABORATORJI NAZZJONALI TA' REFERENZA TAL-ISTATI MEMBRI

Belgique/België

Federaal Laboratorium voor de Voedselveiligheid Tervuren (FLVVT –FAVV);

Vlaamse Instelling voor Technologisch Onderzoek (VITO), Mol;

Centre wallon de Recherches agronomiques (CRA-W), Gembloux.

Česká republika

Ústřední kontrolní a zkušební ústav zemědělský (ÚKZÚZ), Praha.

Danmark

Fødevarestyrelsens Laboratorie Aarhus (kemisk);

Fødevarestyrelsens Laboratorie Ringsted (kemisk og mikrobiologisk).

Deutschland

Sachgebiet Futtermittel des Bayrischen Landesamtes für Gesundheit und Lebensmittelsicherheit (LGL), Oberschleißheim;

Landwirtschaftliche Untersuchungs- und Forschungsanstalt (LUFA), Speyer;

Staatliche Betriebsgesellschaft für Umwelt und Landwirtschaft. Geschäftsbereich 6 — Labore Landwirtschaft, Nossen;

Thüringer Landesanstalt für Landwirtschaft (TLL). Abteilung Untersuchungswesen. Jena.

Eesti

Põllumajandusuuringute Keskus (PMK). Jääkide ja saasteainete labor, Saku, Harjumaa;

Põllumajandusuuringute Keskus (PMK), Taimse materjali labor, Saku, Harjumaa.

España

Laboratorio Arbitral Agroalimentario. Ministerio de Agricultura, Alimentación y Medio Ambiente, Madrid;

Laboratori Agroalimentari, Departament d'Agricultura, Ramaderia, Pesca, Alimentació i Medi Natural. Generalitat de Catalunya, Cabrils.

France

Laboratoire de Rennes (SCL L35), Service Commun des Laboratoires DGCCRF et DGDDI, Rennes.

Éire/Ireland

The State Laboratory, Kildare.

Ελλάδα

Εργαστήριο Ελέγχου Κυκλοφορίας Ζωοτροφών Θεσσαλονίκης.

Italia

Istituto Superiore di Sanità. Dipartimento di Sanità Pubblica Veterinaria e Sicurezza Alimentare, Roma;

Centro di referenza nazionale per la sorveglienza ed il controllo degli alimenti per gli animali (CReAA), Torino.

Kypros

Feedingstuffs Analytical Laboratory, Department of Agriculture, Nicosia.

Latvija

Pārtikas drošības, dzīvnieku veselības un vides zinātniskais institūts BIOR, Rīga.

Lietuva

Nacionalinis maisto ir veterinarijos rizikos vertinimo institutas, Vilnius.

Lussemburgu

Laboratoire de Contrôle et d'essais — ASTA, Ettelbruck.

Magyarország

Nemzeti Élelmiszerlánc-biztonsági Hivatal, Élelmiszer- és Takarmánybiztonsági Igazgatóság, Takarmányvizsgáló Nemzeti Referencia Laboratórium, Budapest.

Nederland

RIKILT Wageningen UR, Wageningen.

Österreich

Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit (AGES), Wien.

Polska

Instytut Zootechniki — Państwowy Instytut Badawczy, Krajowe Laboratorium Pasz, Lublin;

Państwowy Instytut Weterynaryjny, Pulawy.

Portugal

Instituto Nacional de Investigação Agrária e Veterinária, I.P. (INIAV,IP), Lisboa.

Slovenija

Univerza v Ljubljani. Veterinarska fakulteta. Nacionalni veterinarski inštitut. Enota za patologijo prehrane in higieno okolja, Ljubljana;

Kmetijski inštitut Slovenije, Ljubljana.

Slovensko

Skúšobné laboratórium analýzy krmív, Ústredný kontrolný a skúšobný ústav poľnohospodársky, Bratislava.

Suomi/Finland

Elintarviketurvallisuusvirasto/Livsmedelssäkerhetsverket (Evira), Helsinki/Helsingfors.

Sverige

Avdelningen för kemi, miljö och fodersäkerhet, Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala.

United Kingdom

LGC Ltd, Teddington.

NATIONAL REFERENCE LABORATORIES OF EFTA COUNTRIES

Norway

The National Institute of Nutrition and Seafood Research (NIFES), Bergen.”


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1762

tal-1 ta' Ottubru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

46,6

MA

171,9

MK

47,2

TR

81,2

XS

39,0

ZZ

77,2

0707 00 05

AL

46,1

MK

41,5

TR

122,2

ZZ

69,9

0709 93 10

TR

132,0

ZZ

132,0

0805 50 10

AR

137,3

BO

141,4

CL

176,4

EG

55,4

UY

92,0

ZA

142,1

ZZ

124,1

0806 10 10

BR

257,8

EG

176,0

MK

32,3

TR

146,1

ZA

128,8

ZZ

148,2

0808 10 80

AR

264,2

BR

35,7

CL

127,4

NZ

160,2

US

107,9

UY

48,0

ZA

132,3

ZZ

125,1

0808 30 90

AR

131,9

CL

148,3

TR

129,3

XS

96,2

ZA

220,9

ZZ

145,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/37


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1763

tal-1 ta' Ottubru 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Burundi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-16 ta' Marzu 2015, l-Unjoni Ewropea tenniet il-pożizzjoni li hija ħadet mill-bidu tal-kriżi fil-Burundi, li huwa biss permezz tad-djalogu li jwassal għall-konsensus, konformement mal-Ftehim Arusha għall-Paċi u Rikonċiljazzjoni tal-2000 u l-Kostituzzjoni tal-Burundi, li tkun tista' tinstab soluzzjoni politika dejjiema fl-interessi tas-sigurtà u d-demokrazija għall-poplu kollu tal-Burundi.

(2)

Fit-18 ta' Mejju 2015, il-Kunsill ikkundanna t-tentattiv ta' kolp ta' stat fil-Burundi kif ukoll kull att ta' vjolenza jew abbuż mill-ordni kostituzzjonali, irrispettivament mill-awturi, u esprima t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi. Il-Kunsill esprima wkoll id-determinazzjoni tiegħu li jieħu kull miżura meħtieġa kontra l-partijiet Burundjani li b'għemilhom ikomplu jqanqlu l-vjolenza u jagħmluha diffiċli li tinstab soluzzjoni politika.

(3)

Fit-22 ta' Ġunju 2015 il-Kunsill esprima t-tħassib serju tiegħu kemm dwar in-numri tal-vittmi kif ukoll dwar in-numru tal-każijiet ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem rappurtati mindu bdiet il-kriżi, partikolarment dawk l-abbużi attribwiti lill-forzi tas-sigurtà u lill-membri tal-Imbonerakure. Il-Kunsill ukoll tenna li kien determinat li jadotta, jekk ikun meħtieġ, miżuri restrittivi mmirati kontra dawk li l-azzjonijiet tagħhom setgħu wasslu jew jistgħu jwasslu, għal atti ta' vjolenza u ripressjoni u ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, u/jew jistgħu jfixklu l-isforz għal soluzzjoni politika fi ħdan il-qafas propost mill-Unjoni Afrikana u l-Komunità tal-Afrika tal-Lvant.

(4)

Fit-23 ta' Lulju 2015, l-Unjoni Ewropea ddeplorat li l-gvern tal-Burundi ma kienx implimenta bis-sħiħ id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Unjoni Afrikana u tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant li kienu jwittu t-triq għal elezzjonijiet kredibbli u inklużivi.

(5)

Il-Kunsill għadu serjament imħasseb dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi. Fiċ-ċirkustanzi attwali, u konformement mal-Konklużjoniiet tal-Kunsill ta' Ġunju 2015, għandhom jiġu imposti restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u ffriżar tal-assi ta' persuni, entitajiet jew korpi li jimminaw id-demokrazija jew qed ifixklu l-isforz għal soluzzjoni politika fil-Burundi, inkluż b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza, persuni, entitajiet jew korpi involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni u fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Burundi, kif ukoll persuni, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

(6)

Tinħtieġ aktar azzjoni mill-Unjoni biex ċerti miżuri jiġu implimentati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew transitu minn, it-territorji tagħhom ta':

(a)

persuni fiżiċi li jimminaw id-demokrazija jew ifixklu l-isforz għal soluzzjoni politika fil-Burundi, inkluż b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza;

(b)

persuni fiżiċi involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni u fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi serji kontra id-drittijiet tal-bniedem, fil-Burundi; u

(c)

persuni fiżiċi assoċjati ma' dawk imsemmija fil-punti (a) u (b),

kif elenkati fl-Anness.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta d-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa' minn, jew taħt il-patroċinju ta', in-Nazzjonijiet Uniti; jew

(c)

taħt ftehim multilaterali li jagħti privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

skont it-Trattat ta' Konċiljazzjoni (il-Patt Lateran) tal-1929 konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu jitqies bħala li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru jkun il-pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jiġi infurmat kif meħtieġ fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni taħt il-paragrafi 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' bżonn umanitarju urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza għal laqgħat intergovernattivi u dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi b'mod dirett l-objettivi ta' politika tal-miżuri restrittivi, inklużi d-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Burundi.

7.   Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies li ngħatat ħlief jekk membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol mir-riċezzjoni tan-notifika dwar l-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru wieħed jew aktar tal-Kunsill joġġezzjonaw, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   Fejn, taħt il-paragrafi 3, 4, 6 jew 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorju tiegħu tal-persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun strettament limitata għall-iskop li għalih ingħatat u għall-persuni direttament ikkonċernati minnu.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għal, huma proprjetà ta', miżmuma jew kontrollati minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jimminaw id-demokrazija jew qed ifixflu l-isforz għal soluzzjoni politika fil-Burundi, inkluż b'atti ta' vjolenza, repressjoni jew inċitament għall-vjolenza;

(b)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi involuti fl-ippjanar, fid-direzzjoni u fit-twettiq ta' atti li jiksru l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew il-liġi umanitarja internazzjonali, kif applikabbli, jew li jikkostitwixxu abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Burundi; u

(c)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati mal-persuni, entitajiet jew korpi msemmijin fil-punti (a) u (b),

kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness.

3.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza r-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt il-kundizzjonijiet li hi tqis xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi kkonċernati huma:

(a)

meħtieġa biex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness u l-membri tal-familja dipendenti ta' tali persuni fiżiċi, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, primjums tal-assigurazzjoni, u ħlasijiet ta' servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż tal-ispejjeż imġarrba assoċjati mal-għoti ta' servizzi legali;

(c)

maħsuba esklużivament għall-pagament ta' tariffi jew imposti ta' servizzi għaż-żamma jew manutenzjoni regolari ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati; jew

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kundizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bir-raġunijiet li għalihom tqis li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, għall-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

4.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, bil-kundizzjoni li jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s-suġġett ta' deċiżjoni arbitrali mogħtija qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1 jkunu ġew elenkati fl-Anness, jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva mogħtija fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun eżegwibbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jiġu sodisfatti pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan il-paragrafu.

5.   Il-paragrafu 1 ma għandux iżomm lil persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jinsabu elenkati fl-Anness milli jagħmlu pagament dovut taħt kuntratt li għamlu qabel id-data li fiha tali persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikunu ġew elenkati fih, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ikun iddetermina li l-pagament ma jiġix riċevut, direttament jew indirettament, minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmijin fil-paragrafu 1.

6.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet;

(b)

pagamenti dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li ġew konklużi jew li rriżultaw qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafi 1 u 2; jew

(c)

pagamenti dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali li ngħataw fl-Unjoni jew li huma eżegwibbli fl-Istat Membru kkonċernat,

dment li kwalunkwe tali imgħax, qligħ u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-miżuri previsti fil-paragrafu 1.

Artikolu 3

1.   Għandu jkun il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, li jiddeċiedi li jistabbilixxi u jemenda l-lista fl-Anness.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, biex jipprovdi lil tali persuna, entità jew korp l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet jew provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 u jinforma lill-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp ikkonċernati kif meħtieġ.

Artikolu 4

1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(1).

2.   L-Anness għandu jinkludi wkoll, meta tkun disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu identifikati l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi kkonċernati. Fir-rigward ta' persuni fiżiċi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, inklużi psewdonomi, id-data u l-post tat-twelid, in-nazzjonalità, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward ta' persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi, tali informazzjoni tista' tinkludi ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju.

Artikolu 5

Sabiex ikun massimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk previsti f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-3 ta' Ottubru 2016.

Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kontinwa. Hija għandha tiġġedded, jew tiġi emendata skont il-każ, jekk il-Kunsill iqis li l-għanijiet tagħha ma ntlaħqux.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHNEIDER


ANNESS

Lista tal-persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2

Nru

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

1.

Godefroid BIZIMANA

Data tat-Twelid: 23.4.1968

Post tat-Twelid: NYAGASEKE, MABAYI, CIBITOKE

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0001520

Viċi Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali, responsabbli li dgħajjef id-demokrazija billi ħa deċiżjonijiet operazzjonali li wasslu għal użu sproporzjonat ta' forza u atti ta' repressjoni vjolenti lejn dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza.

2.

Gervais NDIRAKOBUCA psewdonimu NDAKUGARIKA

Data tat-Twelid: 1.8.1970

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000761

Kap tal-Kabinett tal-Amministrazzjoni Presidenzjali (Présidence) responsabbli minn kwistjonijiet relatati mal-Pulizija Nazzjonali. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ta struzzjonijiet li wasslu għal użu sproporzjonat ta' forza, atti ta' vjolenza, atti ta' repressjoni u ksur tal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem kontra dimostranti waqt protesti mis-26 ta' April 2015 'il quddiem, wara li tħabbret il-kandidatura tal-President Nkurunziza, inkluż fis-26, 27 u t-28 ta' April fid-distretti ta' Nyakabiga u Musaga f'Bujumbura.

3.

Mathias/Joseph NIYONZIMA psewdonimu KAZUNGU

Numru ta' reġistrazzjoni (SNR): O/00064

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: OP0053090

Uffiċjal fis-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi inċita l-vjolenza u atti ta' repressjoni waqt il-protesti li bdew fis-26 ta' April 2015 wara li tħabbret il-kandidatura presidenzjali tal-President Nkurunziza. Responsabbli li għen iħarreġ, jikkoordina u jarma lill-milizzji paramilitari Imbonerakure, inkluż barra l-Burundi, li huma responsabbli għal atti ta' vjolenza, repressjoni u abbużi serji kontra d-drittijiet tal-bniedem fil-Burundi.

4.

Léonard NGENDAKUMANA

Data tat-Twelid: 24.11.1968

Nazzjonalità Burundjana. Numru tal-passaport: DP0000885

Ex-“Chargé de Missions de la Présidence” u ex ġeneral tal-armata. Responsabbli li fixkel it-tfittxija għal soluzzjoni politika fil-Burundi billi ħa sehem fit-tentattiv ta' kolp ta' stat fit-13 ta' Mejju 2015 biex iwaqqa' l-Gvern Burundjan. Responsabbli għal atti ta' vjolenza — attakki bil-granati — imwettqa fil-Burundi, kif ukoll għal inċitament għall-vjolenza. Il-Ġeneral Léonard Ngendakumana pubblikament appoġġa l-vjolenza bħala mezz biex jintlaħqu għanijiet politiċi.


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1764

tal-1 ta' Ottubru 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-31 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina.

(2)

Il-Kunsill jikkunsidra li dawk il-miżuri restrittivi ma għandhomx jaffettwaw l-industrija spazjali Ewropea.

(3)

Għalhekk, għandhom ikunu permessi ċerti operazzjonijiet li jirrigwardaw pirotekniċi speċifiċi msemmija fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (2), li huma neċessarji għall-użu ta' lanċaturi operati minn fornituri ta' servizzi ta' llanċar tal-Istati Membri jew stabbiliti fi Stat Membru, jew għall-użu ta' operazzjonijiet ta' llanċar ta' programmi spazjali tal-Unjoni, tal-Istati Membri tiegħu jew tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, jew għar-riforniment ta' satelliti minn produtturi ta' satelliti stabbiliti fi Stat Membru,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2014/512/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2 il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda:

“5.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafi 1 u 3 ma għandhomx japplikaw għal:

(a)

il-bejgħ, il-forniment jew l-esportazzjoni, u l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' idrażin (CAS 302-01-2) f'konċentrazzjonijiet ta' 70 fil-mija jew aktar;

(b)

l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' idrażin dimetil mhux simmetriku (CAS 57-14-7),

(c)

il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, u l-importazzjoni, ix-xiri jew it-trasport ta' idrażin monometil (CAS 60-34-4),

għall-użu ta' lanċaturi operati minn fornituri Ewropej ta' servizzi ta' llanċar, jew għall-użu ta' operazzjonijiet ta' llanċar ta' programmi spazjali, jew għar-riforniment ta' satelliti minn produtturi ta' satelliti minn produtturi Ewropej ta' satelliti.

L-ammont ta' kull esportazzjoni ta' idrażin għandu jiġi kkalkolat skont l-operazzjoni jew l-operazzjonijiet ta' llanċar jew is-satelliti li għalihom ikun sar u ma għandux jeċċedi kwantità totali ta' 800 Kg għal kull operazzjoni individwali ta' llanċar jew satellita. L-ammont ta' kull esportazzjoni ta' idrażin monometil għandu jiġi kkalkolat skont l-operazzjoni jew l-operazzjonijiet ta' llanċar jew is-satelliti li għalihom ikun sar.

6.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 2 ma għandhomx japplikaw għall-forniment ta' assistenza teknika, servizzi ta' intermedjazzjoni jew servizzi oħra u għall-forniment ta' finanzjamenti jew assistenza finanzjarja, relatati mal-operazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 5.

7.   L-operazzjonijiet imsemmijin fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 5 u fil-paragrafu 6 għandhom ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom debitament jinfurmaw lill-Kunsill fil-każijiet kollha fejn huma jagħtu awtorizzazzjoni. L-informazzjoni għandha tinkludi d-dettalji tal-ammonti ttrasferiti u tal-utent finali.”.

(2)

Fl-Artikolu 9(1) is-subparagrafu li ġej huwa miżjud:

“L-Artikolu 2(6) għandu japplika mid-9 ta' Ottubru 2015.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-1 ta' Ottubru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SCHNEIDER


(1)  Deċiżjoni 2014/512/PESK tal-31 ta' Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

(2)  ĠU C 129, 21.4.2015, p. 1.


2.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 257/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1765

tat-30 ta' Settembru 2015

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istat Federali ta' Baden-Württemberg fil-Ġermanja u tar-reġjun ta' Valle d'Aosta fl-Italja

(notifikata bid-dokument C(2015) 6572)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 tagħha jistipula li Stat Membru li għandu programm nazzjonali ta' kontroll obbligatorju għal wieħed mill-mardiet kuntaġġjużi elenkati fl-Anness E (II) tal-istess Direttiva, jista' jissottometti l-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Din il-lista tinkludi r-rinotrakeite bovina infettiva. Ir-rinotrakeite bovina infettiva hija d-deskrizzjoni tal-aktar sinjali kliniċi prominenti tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tat-tip 1 (BHV1). L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jistipula wkoll id-definizzjoni ta' garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu f'kummerċ intra-Unjoni.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jkun tal-fehma li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn marda waħda mill-mard elenkat fl-Anness E(II) ta' din id-Direttiva, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' sostenn rilevanti lill-Kummissjoni. Dan l-Artikolu jipprevedi wkoll id-definizzjoni ta' garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu għall-kummerċ intra-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tal-BHV1 imressqa mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(4)

Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li jitqiesu li huma ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(5)

Ir-reġjuni kollha tal-Ġermanja, bl-eċċezzjoni tal-Istati Federali tal-Bavarja, ta' Thüringen, tas-Sassonja, tas-Sassonja Anhalt, ta' Brandenburg, ta' Berlin u ta' Mecklenburg-Vorpommern fil-preżent huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE. Dawk l-Istati Federali huma ħielsa mill-BHV1, u għalhekk qegħdin elenkati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

(6)

Il-Ġermanja ressqet lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni ta' sostenn biex l-Istat Federali ta' Baden-Württemberg jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-BHV1, u biex jiġi kkunsidrat għall-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(7)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn imressqa minn dak l-Istat Membru, l-Istat Federali ta' Baden-Württemberg ma għandux jibqa' elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandu jiġi elenkat fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludih. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(8)

Ir-reġjun ta' Valle d'Aosta fl-Italja bħalissa huwa elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE.

(9)

L-Italja ressqet lill-Kummissjoni d-dokumentazzjoni ta' sostenn biex ir-reġjun ta' Valle d'Aosta jiġi kkunsidrat bħala ħieles mill-BHV1, u biex jiġi kkunsidrat għall-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(10)

Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ta' sostenn imressqa mill-Italja, ir-reġjun ta' Valle d'Aosta ma għandux jibqa' elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandu jiġi elenkat fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludih. L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwardwa garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

Bremen

Ħamburg

Hesse

Is-Sassonja t'isfel

Nordrhein-Westfalen

Rheinland-Pfalz

Saarland

Schleswig-Holstein

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia

Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento

ANNESS II

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali ta':

Baden-Württemberg

Bayern

Berlin

Brandenburg

Mecklenburg-Vorpommern

Is-Sassonja

Is-Sassonja-Anhalt

Thüringen

L-Italja

Ir-Reġjun ta' Valle d'Aosta

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha