ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1743
tat-28 ta' Settembru 2015
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Ovos Moles de Aveiro (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Portugall għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ovos Moles de Aveiro”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 286/2009 (2). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Ovos Moles de Aveiro” (IĠP) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 286/2009 tas-7 ta' April 2009 li jdaħħal ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Melva de Andalucía (IĠP), Caballa de Andalucía (IĠP), Ovos Moles de Aveiro (IĠP), Castagna di Vallerano (DPO)] (ĠU L 94, 8.4.2009, p. 15).
(3) ĠU C 170, 23.5.2015, p. 10.
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1744
tat-28 ta' Settembru 2015
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Limone di Siracusa (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Limone di Siracusa”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 96/2011 (2). |
(2) |
Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi. |
(3) |
Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda fl-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Limone di Siracusa” (IĠP) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 96/2011 tat-3 ta' Frar 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Limone di Siracusa (IĠP)] (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 25).
(3) ĠU C 165, 20.5.2015, p. 5.
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1745
tat-30 ta' Settembru 2015
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti (Hollandse maatjesharing/Hollandse Nieuwe/Holländischer Matjes (STG))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni mressqa min-Netherlands għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes”, għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Hollandse maatjesharing”/“Hollandse Nieuwe”/“Holländischer Matjes”, (STG) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.7 — Ħut frisk, molluski u krustaċji friski u prodotti magħmulin minnhom — tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 156, 12.5.2015, p. 19.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1746
tat-30 ta' Settembru 2015
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014 billi jtawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea epidemika porċina
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(1) u (7) tagħha,
Billi:
(1) |
Ġie adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2014 (2) wara rapporti ta' marda ġdida tal-koronavajrus enterika tal-ħnieżer ikkawżata mill-alfakoronavajrusis porċini emerġenti inkluż il-vajrus tad-dijarea epidemika porċina u d-deltakoronavajrus porċin ġdid li feġġet fl-Amerika ta' Fuq. Dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni jistabbilixxi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-introduzzjoni fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ħnieżer ħajjin għat-tgħammir u l-produzzjoni minn dawk iż-żoni fejn il-mard ikkawżat minn dawk il-vajrusis huwa preżenti sabiex jipprevedi t-twettiq tal-garanziji meħtieġa fl-istabbiliment tal-oriġini u biex jipprevjeni l-introduzzjoni tad-dijarea epidemika porċina kkawżata minn dawk il-vajrusis fl-Unjoni. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni huma applikabbli sat-12 ta' Jannar 2015. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014 ġie emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1306/2014 (3) sabiex jestendi d-data ta' applikazzjoni sal-31 ta' Ottubru 2015 peress li l-qagħda epidemjoloġika f'pajjiżi terzi milquta mill-marda ġdida tal-koronavajrus enterika tal-ħnieżer ikkawżata mill-alfakoronavajrusis porċini emerġenti inkluż il-vajrus tad-dijarea epidemika porċina u d-deltakoronavajrus porċin, ma kinetx inbidlet f'termini ta' riskju ta' tixrid ta' dawk il-koronavajrusis enteriċi porċini mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014. |
(3) |
Fid-dawl ta' kif żviluppat il-qagħda tal-marda fil-pajjiżi terzi kkonċernati u fin-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika ġdida, il-miżuri ta' protezzjoni stabbiliti mir-Regolament (UE) Nru 750/2014 għandhom jiġi estiżi sa tmiem Ottubru 2016. Il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 750/2014, id-data “31 ta' Ottubru 2015” tinbidel bid-data “31 ta' Ottubru 2016”.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 750/2014 tal-10 ta' Lulju 2014 dwar il-miżuri ta' protezzjoni f'rabta mad-dijarea porċina epidemika fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-introduzzjoni tal-annimali porċini fl-Unjoni (ĠU L 203, 11.7.2014, p. 91).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1306/2014 tat-8 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 750/2014 billi jtawwal il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tad-dijarea epidemika porċina (ĠU L 351, 9.12.2014, p. 1).
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1747
tat-30 ta' Settembru 2015
li jikkoreġi l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Il-vitamina E kienet soġġetta għal evalwazzjoni mill-ġdid u awtorizzata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 (3) sal-4 ta' Frar 2021 bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi tal-annimali. |
(3) |
Għalkemm l-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 jirreferi għall-preparazzjonijiet tal-vitamina E li huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness tiegħu, f'dak l-Anness m'hemm l-ebda referenza għal preparazzjonijiet. Din l-inkonsistenza twassal biex l-awtoritajiet tal-kontroll ta' xi Stati Membri jqisu li l-preparazzjonijiet bil-vitamina E mhumiex awtorizzati. |
(4) |
Sabiex ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 jiġi interpretat sew, l-Anness jeħtieġ ikun fih referenza għal dak ir-Regolament li tkun tiċċara l-użu u t-tqegħid fis-suq ta' preparazzjonijiet bil-vitamina E, għax dan kien il-ħsieb meta r-Regolament kien ġie adottat. |
(5) |
Barra minn hekk, mill-esperjenza tal-kontrolli uffiċjali fuq it-tikkettar tal-vitamina E ħareġ fid-dieher li jeħtieġ issir kjarifika rigward l-isem speċifiku mogħti lill-addittiv. |
(6) |
Għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru 26/2011 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi tar-Regolament (UE) Nru 26/2011 għandhom jiġu emendati kif ġej:
1. |
fil-kolonna tal-intestatura “Addittiv”:
|
2. |
fil-kolonna tal-intestatura “Dispożizzjonijiet oħra”, jiżdied dan il-punt:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda l-addittivi fl-għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 26/2011 dwar l-awtorizzazzjoni tal-vitamina E bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (ĠU L 11, 15.1.2011, p. 18).
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1748
tat-30 ta' Settembru 2015
li jidderoga fir-rigward tas-sena tat-talba 2015 mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li jikkonċerna l-livell ta' ħlasijiet bil-quddiem għal pagamenti diretti kif ukoll għal miżuri ta' żvilupp rurali relatati mal-erja u mal-annimali u mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) ta' dak ir-Regolament fir-rigward ta' pagamenti diretti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 75(3)(b) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, mis-16 ta' Ottubru sat-30 ta' Novembru, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 50 % fir-rigward ta' pagamenti diretti skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u sa 75 % għal miżuri ta' appoġġ relatati mal-erja u mal-annimali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3). |
(2) |
L-Artikolu 75(2) tar- Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprovdi li pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż ħlasijiet bil-quddiem għall-pagamenti diretti, m'għandhomx isiru qabel ma jiġu ffinalizzati l-verifiki amministrattivi u fuq il-post li għandhom jitwettqu skont l-Artikolu 74 ta' dak ir-Regolament. Madankollu, fir-rigward ta' miżuri ta' appoġġ relatati mal-erja u mal-annimali fil-qafas tal-iżvilupp rurali, l-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jippermetti li l-ħlasijiet bil-quddiem isiru wara li jkunu ġew iffinalizzati l-verifiki amministrattivi skont l-Artikolu 59(1) ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-gravità tas-sitwazzjoni ekonomika f'ċerti setturi agrikoli, b'mod partikolari fis-suq tal-ħalib, ħolqot diffikultajiet finanzjarji serji u problemi ta' likwidità għall-benefiċjarji. Din is-sitwazzjoni tikkoinċidi mal-ewwel sena ta' implimentazzjoni tal-iskemi l-ġodda ta' pagament dirett. Minħabba d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri fl-implimentazzjoni prattika ta' dawk l-iskemi, dawn ittardjaw fl-amministrazzjoni tagħhom tal-applikazzjoni unika, l-applikazzjonijiet għall-għajnuna u t-talbiet għall-ħlas u l-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni tad-drittijiet għall-pagamenti jew għaż-żieda fil-valur tad-drittijiet għall-pagament skont l-iskema ta' pagament bażiku. B'konsegwenza ta' dan, il-verifiki meħtieġa x'aktarx li jitlestew aktar tard mis-soltu u l-pagamenti lill-benefiċjarji x'aktarx jiġu diferiti. |
(4) |
Minħabba n-natura eċċezzjonali ta' dawn iċ-ċirkostanzi f'daqqa u minħabba d-diffikultajiet finanzjarji li jirriżultaw għall-benefiċjarji, huwa neċessarju li jittaffew dawn id-diffikultajiet billi jsir possibbli għall-benefiċjarji li jassorbu t-telf sakemm tintlaħaq stabilizzazzjoni tas-swieq. |
(5) |
Huwa għalhekk iġġustifikat li tingħata deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar- Regolament (UE) Nru 1306/2013, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħtu livell ogħla ta' ħlasijiet bil-quddiem lill-benefiċjarji għas-sena tat-talba 2015. |
(6) |
Il-prinċipju tal-ħlas ta' pagamenti diretti biss wara li jkunu saru verifiki amministrattivi u fuq il-post huwa l-pedament tal-assigurazzjoni miksuba mis-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll. Madankollu, fid-dawl tad-diffikultajiet serji li jiltaqgħu magħhom il-benefiċjarji, huwa meħtieġ, bħala miżura eċċezzjonali għas-sena tat-talba 2015, li ssir deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 li tippermetti ħlas bil-quddiem għal pagamenti diretti li jsiru wara li jkunu tlestew il-verifiki amministrattivi msemmija fl-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 809/2014 (4). Madankollu, huwa essenzjali li din id-deroga ma tfixkilx il-ġestjoni finanzjarja soda u r-rekwiżit ta' livell suffiċjenti ta' assigurazzjoni. Għaldaqstant, l-Istati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu evitati ħlasijiet żejda u li kwalunkwe ammont mhux dovut jiġi irkuprat malajr u effettivament. Barra minn hekk, l-użu ta' din id-deroga għandu jkun kopert minn dikjarazzjoni tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu 7(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għas-sena finanzjarja 2016. |
(7) |
Fid-dawl tal-gravità tad-diffikultajiet finanzjarji li bħalissa qed jiġu ffaċċjati mill-benefiċjarji, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, il-Kumitat għall-Pagamenti Diretti u l-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
B'deroga mit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-rigward tas-sena tat-talba 2015, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem sa 70 % fir-rigward ta' pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 u sa 85 % għall-appoġġ mogħti fil-qafas tal-iżvilupp rurali kif imsemmi fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 2
B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, fir-rigward tas-sena tat-talba 2015, l-Istati Membri jistgħu jħallsu bil-quddiem fir-rigwrd tal-pagamenti diretti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 wara li jkunu ġew iffinalizzati l-verifiki amminstrattivi kif imsemmija fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.
Artikolu 3
Għal Stati Membri li japplikaw l-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, għas-sena finanzjarja 2016 id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni skont l-Artikolu 7(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandha tinkludi konferma li kienu evitati ħlasijiet żejda lill-benefiċjarji u li l-ammonti mhux dovuti ġew irkuprati malajr u effettivament, abbażi tal-verifika tal-informazzjoni kollha meħtieġa.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 69).
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1749
tat-30 ta' Settembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
46,6 |
MA |
232,5 |
|
MK |
48,7 |
|
TR |
81,7 |
|
XS |
39,0 |
|
ZZ |
89,7 |
|
0707 00 05 |
AL |
46,1 |
MK |
41,5 |
|
TR |
122,2 |
|
ZZ |
69,9 |
|
0709 93 10 |
TR |
134,1 |
ZZ |
134,1 |
|
0805 50 10 |
AR |
139,9 |
BO |
148,1 |
|
CL |
167,0 |
|
EG |
55,4 |
|
UY |
103,7 |
|
ZA |
137,2 |
|
ZZ |
125,2 |
|
0806 10 10 |
BR |
257,8 |
EG |
177,1 |
|
MK |
32,3 |
|
TR |
145,4 |
|
ZZ |
153,2 |
|
0808 10 80 |
AR |
264,2 |
BR |
35,7 |
|
CL |
134,5 |
|
NZ |
142,6 |
|
US |
107,9 |
|
UY |
48,0 |
|
ZA |
144,4 |
|
ZZ |
125,3 |
|
0808 30 90 |
AR |
131,9 |
CL |
148,3 |
|
NZ |
175,8 |
|
TR |
129,3 |
|
XS |
96,2 |
|
ZA |
220,9 |
|
ZZ |
150,4 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/13 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/1750
tad-29 ta' Settembru 2015
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 (ATALANTA/5/2015)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6 tagħha,
Billi:
(1) |
Bis-saħħa tal-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (“Kmandant tal-Forza tal-UE”). |
(2) |
Fil-15 ta' April 2015, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 (2) li taħtar lill-Kaptan (Forza Navali) Alfonso GÓMEZ FERNÁNDEZ DE CÓRDOBA bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tar-Rear Admiral Stefano BARBIERI bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE biex biex jieħu post Captain (Forza Navali) Alfonso GÓMEZ FERNÁNDEZ DE CÓRDOBA. |
(4) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
(5) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 għandha għalhekk titħassar. |
(6) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-Rear Admiral Stefano BARBIERI huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin ta' atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-6 ta' Ottubru 2015.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/607 hija b'dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-6 ta' Ottubru 2015.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/607 tal-15 ta' April 2015 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex ikun hemm kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/102 (Atalanta/3/2015) (ĠU L 100, 17.4.2015, p. 79).
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/15 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1751
tad-29 ta' Settembru 2015
dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni ta' prodott bijoċidali li fih il-bromadjolon imressqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2015) 6516)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-8 ta' April 2014, il-kumpanija Rentokil Initial 1927 plc (“l-applikant”) bagħtet applikazzjoni sħiħa lill-Ġermanja (“l-Istat Membru kkonċernat”) għar-rikonoxximent reċiproku ta' awtorizzazzjoni mogħtija mir-Renju Unit (“l-Istat Membru ta' referenza”) fir-rigward ta' prodott bijoċidali rodentiċida li fih is-sustanza attiva bromadjolon, bħala formulazzjoni ta' blokka tax-xama' (“il-prodott ikkontestat”). |
(2) |
L-Istat Membru ta' referenza awtorizza l-prodott ikkontestat fis-17 ta' Frar 2014 għall-użu fil-bini u l-madwar kontra l-ġrieden u l-firien u fil-kanali tad-drenaġġ kontra l-firien. Imbagħad, l-awtorizzazzjoni ngħatat rikonoxximent reċiproku mill-Estonja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, in-Netherlands u n-Norveġja. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 35(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fid-9 ta' Settembru 2014, l-Istat Membru kkonċernat ressaq lill-Grupp ta' Koordinazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 35 ta' dak ir-Regolament, tliet punti ta' nuqqas ta' qbil li jindikaw li l-prodott ikkontestat ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
L-Istat Membru kkonċernat huwa tal-fehma li (a) għall-użu fil-bini u l-madwar kontra l-firien, ma ġiex muri li l-prodott huwa effikaċi billi r-riżultati ta' tnejn mit-tliet provi fuq il-post imressqa mill-applikant ma wrewx livell aċċettabbli ta' effikaċja; (b) għall-użu fil-kanali tad-drenaġġ kontra l-firien, l-approċċ li uża l-Istat Membru ta' referenza biex jistabbilixxi l-effikaċja tal-prodott mhuwiex aċċettabbli b'konsegwenza tal-ewwel punt ta' nuqqas ta' qbil; (c) għall-użu kontra l-ġrieden, il-ġabra ta' studji tal-laboratorju u waħda miż-żewġ provi fuq il-post imressqa mill-applikant ma jissodisfawx il-kriterji għall-wiri tal-effikaċja. |
(5) |
Is-Segretarjat tal-Grupp ta' Koordinazzjoni stieden lill-Istati Membri l-oħra u lill-applikant biex jibagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub dwar din il-komunikazzjoni u l-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, in-Netherlands, Spanja u r-Renju Unit bagħtu xi kummenti. Il-komunikazzjoni ġiet diskussa wkoll bejn l-Awtoritajiet Kompetenti tal-Istati Membri għall-prodotti bijoċidali fil-laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni tal-11 ta' Novembru 2014. |
(6) |
Billi ma ntlaħaq l-ebda ftehim fil-Grupp ta' Koordinazzjoni, fit-13 ta' Marzu 2015, l-Istat Membru ta' referenza bagħat lill-Kummissjoni dikjarazzjoni ddettaljata tal-kwistjonijiet li dwarhom l-Istati Membri ma rnexxilhomx jiftiehmu u r-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil tagħhom, skont l-Artikolu 36(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Inbagħtet ukoll kopja ta' din id-dikjarazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati msemmija fl-Artikolu 35(2) ta' dak ir-Regolament u lill-applikant. |
(7) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-effikaċja kontra l-firien fil-bini u l-madwar, ir-riżultati tat-testijiet tal-laboratorju u ta' waħda mill-provi fuq il-post ipprovduti mill-applikant, juru livell aċċettabbli ta' effikaċja meta mqabbel mal-kriterji stabbiliti fil-gwida tal-UE dwar l-evalwazzjoni tal-effikaċja tar-rodentiċidi (minn hawn' il quddiem, “il-gwida tal-UE”) (2). Barra minn hekk, f'każ simili preċedenti l-Grupp ta' Koordinazzjoni kien tal-fehma li d-disponibbiltà ta' mill-inqas prova fuq il-post valida waħda hija konformi mal-gwida tal-UE u hija aċċettabbli biex turi l-effikaċja ta' rodentiċida (3). |
(8) |
F'dak li għandha x'taqsam l-effikaċja kontra l-firien fil-kanali tad-drenaġġ, biex jegħleb ir-riżultati inkonklussivi tal-istudji tal-palatabilità, l-Istat Membru ta' referenza uża r-riżultati ta' waħda mill-provi fuq il-post ipprovduti mill-applikant li juru livell aċċettabbli ta' effikaċja. L-istess approċċ kien intuża qabel mill-Istat Membru kkonċernat waqt l-evalwazzjoni ta' prodott simili, iżda b'riżultati pożittivi minn tliet provi fuq il-post. |
(9) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-użu kontra l-ġrieden, l-istudji tal-laboratorju ma jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fil-gwida tal-UE. Madankollu, din il-gwida tal-UE tistabbilixxi wkoll li r-riżultati tal-provi fuq il-post jista' jkollhom aktar piż minn dawk tal-provi fil-laboratorju. F'dan il-każ, ir-riżultati ta' waħda minn dawn il-provi fuq il-post turi livell aċċettabbli ta' effikaċja meta mqabbel mal-kriterji stabbiliti fil-gwida tal-UE disponibbli. |
(10) |
Fid-dawl tal-elementi msemmija fil-premessa 7 sal-premessa 9, il-Kummissjoni tqis li l-konklużjonijiet milħuqa mill-Istat Membru ta' referenza dwar it-tliet punti ta' nuqqas ta' qbil huma validi. |
(11) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-konklużjonijiet milħuqa mill-Istat Membru ta' referenza fuq il-bażi ta' dawn l-elementi u l-ġudizzju tal-esperti tiegħu, kif previst mill-paragrafu 12 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, kienu appoġġati minn dawk l-Istati Membri li awtorizzaw il-prodott ikkontestat permezz ta' rikonoxximent reċiproku. |
(12) |
Peress li l-bażi legali għal din id-Deċiżjoni hija l-Artikolu 36(3) ta' dak ir-Regolament, din id-Deċiżjoni għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha bis-saħħa tal-Artikolu 36(4) ta' dak ir-Regolament. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Din id-Deċiżjoni tapplika għall-prodott identifikat min-numru tal-assi UK-0005252-0000, kif previst fir-Reġistru tal-Prodotti Bijoċidali.
Artikolu 2
Il-prodott jissodisfa l-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 19(1)(b)(i) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, jiġifieri huwa effettiv biżżejjed għall-użu fil-bini u l-madwar għal kontra l-ġrieden u l-firien u fil-kanali tad-drenaġġ għal kontra l-firien.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ara n-Noti Tekniċi għall-Gwida dwar l-Evalwazzjoni tal-Prodotti. L-Appendiċijiet tal-Kapitolu 7. Tip ta' Prodott 14: Evalwazzjoni tal-Effikaċja tal-Prodotti Bijoċidali Rodentiċidi, (Product Type 14: Efficacy Evaluation of Rodenticidal Biocidal Products), disponibbli fuq: http://echa.europa.eu/documents/10162/16960215/bpd_guid_revised_appendix_chapter_7_pt14_2009_en.pdf
(3) Ara l-ftehim li ntlaħaq fl-għaxar laqgħa tal-Grupp ta' Koordinazzjoni dwar l-effikaċja ta' prodott bijoċidali rodentiċida li fih il-kumatetralil kontra l-ġrieden, disponibbli fuq: https://circabc.europa.eu/sd/a/0ca55b45-1c74-4c78-b125-de52fd53c08c/Racumin%20Paste_disagreement%20to%20CG_formal_with%20outcome_public.pdf
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/17 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1752
tad-29 ta' Settembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE
(notifikata bid-dokument C(2015) 6519)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-deni Afrikan tal-ħnieżer huwa infezzjoni li tittieħed ħafna u fatali tal-ħnieżer domestiċi u l-qżieqes selvaġġi, li għandha l-potenzjal tinfirex malajr, l-aktar minn prodotti miksuba minn annimali infettati u oġġetti mhux ħajjin ikkontaminati. |
(2) |
Minħabba s-sitwazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fir-Russja u fil-Bjelorussja, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2013/426/UE (2) li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni li jipprevedu fost l-oħrajn tindif u disinfettar xieraq tal-“vetturi tal-bhejjem” wara li jkunu ttrasportaw annimali ħajjin u għalf u li jidħlu fl-Unjoni minn dawn iż-żewġ pajjiżi. |
(3) |
Wara notifiki riċenti ta' tifqigħat tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fl-Ukrajna, il-miżuri eżistenti ta' tindif u disinfettar previsti fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2013/426/UE għandha tiġi estiża wkoll għall-vetturi li jidħlu fl-Unjoni mill-Ukrajna. |
(4) |
Lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi fejn il-preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer hija konfermata, kif previst fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/426/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(5) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE tapplika sal-31 ta' Diċembru 2015. Minħabba s-sitwazzjoni mhux favorevoli tal-mard fir-rigward tad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'pajjiżi ġirien mal-fruntieri tal-Unjoni, u filwaqt li titqies l-epidemjoloġija tad-deni Afrikan tal-ħnieżer u l-miżuri applikabbli fl-Unjoni fir-rigward ta' dik il-marda, huwa xieraq li dan il-perjodu jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2019. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/426/UE, il-kelma “l-Ukrajna” qed tiddaħħal wara l-kelma “ir-Russja”.
Artikolu 2
L-Artikolu 4a tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/426/UE huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 4a
Din id-deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2019.”
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/426/UE tal-5 ta' Awwissu 2013 dwar miżuri għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni fl-Unjoni tal-virus tad-deni Afrikan tal-ħnieżer minn ċerti pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorju ta' pajjiżi terzi li fihom il-preżenza ta' dik il-marda hija konfermata u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/78/UE (ĠU L 211, 7.8.2013, p. 5).
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1753
tat-30 ta' Settembru 2015
dwar il-konferma tal-parteċipazzjoni tal-Italja fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien tal-protezzjoni tal-privattiva unitarja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 328(1) u 331(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE tal-10 ta' Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja (1),
Wara li kkunsidrat in-notifika mill-Italja tal-intenzjoni tagħha li tipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja,
Billi:
(1) |
Fl-10 ta' Marzu 2011, il-Kunsill iddeċieda li jawtorizza kooperazzjoni msaħħa bejn l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit u l-Ungerija fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja. |
(2) |
Fis-17 ta' Diċembru 2012, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 (2). |
(3) |
Fis-17 ta' Diċembru 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1260/2012 (3). |
(4) |
L-Italja nnotifikat l-intenzjoni tagħha li tipparteċipa f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja b'ittra datata t-2 ta' Lulju 2015, li l-Kummissjoni rreġistrat li rċevietha fl-20 ta' Lulju 2015. |
(5) |
Il-Kummissjoni tinnota li la d-Deċiżjoni 2011/167/UE u lanqas ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 ma jippreskrivu ebda kundizzjoni partikolari tal-parteċipazzjoni f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja u li l-parteċipazzjoni tal-Italja għandha ssaħħaħ il-benefiċċji ta' din il-kooperazzjoni msaħħa. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Parteċipazzjoni tal-Italja f'kooperazzjoni msaħħa
1. Il-parteċipazzjoni tal-Italja f'kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja awtorizzata bid-Deċiżjoni 2011/167/UE, hija kkonfermata.
2. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 għandu japplika għall-Italja skont din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Notifika li trid tingħata mill-Italja
1. L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 sad-data tal-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament:
2. L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1257/2012 sad-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament jew fil-każ fejn il-Qorti Unifikata tal-Privattivi ma jkollhiex ġurisdizzjoni esklussiva fl-Italja fir-rigward tal-privattivi Ewropej b'effett unitarju fid-data ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament, sad-data li minnha l-Qorti Unifikata tal-Privattivi jkollha tali ġurisdizzjoni esklussiva fl-Italja.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u data tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 fl-Italja
1. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 jidħlu fis-seħħ fl-Italja fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
2. Ir-Regolamenti (UE) Nru 1257/2012 u (UE) Nru 1260/2012 għandhom japplikaw għall-Italja fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar Qorti Unifikata tal-Privattivi
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 76, 22.3.2011, p. 53.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1257/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1260/2012 tas-17 ta' Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta' protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (ĠU L 361, 31.12.2012, p. 89).
Rettifika
1.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 256/21 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/786 tad-19 ta' Mejju 2015 li jiddefinixxi l-kriterji ta' aċċettabilità għall-proċessi ta' detossifikazzjoni applikati għal prodotti maħsuba għall-għalf tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 125 tal-21 ta' Mejju 2015 )
F'paġna 13, fl-Artikolu 8:
minflok:
“qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament,”,
aqra:
“qabel ma jibda japplika r-Regolament,”.