ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 251

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
26 ta' Settembru 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1712 tat-22 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VI u VII; fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV kif ukoll taż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1713 tat-22 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-ħalibatt ta' Greenland fl-ilmijiet taż-żoni IIa u IV tal-Unjoni; fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali fiż-żoni Vb u VI minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1714 tat-22 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona VIIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1715 tat-22 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-iskampu fl-Unità Funzjonali 16 tas-Subżona VII tal-ICES mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1716 tat-23 ta' Settembru 2015 li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Olive de Nice (DOP)]

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1717 tat-23 ta' Settembru 2015 li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Noix du Périgord (DOP))

10

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1718 tal-25 ta' Settembru 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1719 tal-25 ta' Settembru 2015 dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2015 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

14

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 tat-2 ta' Settembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja ( ĠU L 240, 7.9.2013 )

17

 

*

Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007 ( ĠU L 347, 20.12.2013 )

18

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1712

tat-22 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-merluzz fiż-żoni VI u VII; fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV kif ukoll taż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Ġermanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, huma pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, huwa pprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

39/TQ104

Stat Membru

Il-Ġermanja

Stokk

HKE/571214 + HKE/*8ABDE.

Speċi

Merluzz (Merluccius merluccius)

Żona

Iż-żoni VI u VII; fl-ilmijiet tal-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żona Vb; fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV kif ukoll iż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe

Data tal-għeluq

25.8.2015


26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1713

tat-22 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd tal-ħalibatt ta' Greenland fl-ilmijiet taż-żoni IIa u IV tal-Unjoni; fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali fiż-żoni Vb u VI minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

40/TQ104

Stat Membru

Spanja

Stokk

GHL/2 A-C46

Speċijiet

Ħalibatt tal-Greenland (Reinhardtius hippoglossoides)

Żoni

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali taż-żoni Vb u VI

Data tal-għeluq

31.8.2015


26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1714

tat-22 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-bakkaljaw fiż-żona VIIa minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

41/TQ104

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

COD/07 A.

Speċi

Merluzz (Gadus morhua)

Żona

VIIa

Data tal-għeluq

1.9.2015


26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1715

tat-22 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-iskampu fl-Unità Funzjonali 16 tas-Subżona VII tal-ICES mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Irlanda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness għal dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

João AGUIAR MACHADO

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Numru

42/TQ104

Stat Membru

L-Irlanda

Stokk

NEP/*07U16

Speċi

Skampu (Nephrops norvegicus)

Żona

L-Unità funzjonali 16 fis-subżona VII tal-ICES

Data tal-għeluq

1.9.2015


26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1716

tat-23 ta' Settembru 2015

li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Olive de Nice (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Olive de Nice”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2005 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Olive de Nice” (DOP) huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2005 tal-10 ta' Ġunju 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar l-iskrizzjoni ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini u indikazzjonijiet geografiċi protetti (Olive de Nice) [DPO] — (DPO) (ĠU L 148, 11.6.2005, p. 30).

(3)  ĠU C 150, 7.5.2015, p. 15.


26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1717

tat-23 ta' Settembru 2015

li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Noix du Périgord (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Noix du Périgord”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2004 (2) kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 940/2007 (3).

(2)

Billi l-emenda konċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) ta' dak ir-Regolament (4).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Noix du Périgord” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1486/2004 tal-20 ta' Awwissu 2004 dwar it-tkomplija tal-anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 marbut mar-reġistrazzjoni ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru tal-ismijiet ta' oriġini protetta u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Farinheira de Estremoz e Borba, Domfront, Kiwi Latina, Valle del Belice u Noix du Périgord) (ĠU L 273, 21.8.2004, p. 9).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 940/2007 tas-7 ta' Awwissu 2007 li japprova emendi żgħar fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti Noix du Périgord (DOP) (ĠU L 207, 8.8.2007, p. 5).

(4)  ĠU C 154, 9.5.2015, p. 26.


26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1718

tal-25 ta' Settembru 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

204,2

MK

44,1

TR

81,7

XS

50,7

ZZ

95,2

0707 00 05

MK

46,1

TR

137,2

ZZ

91,7

0709 93 10

TR

138,3

ZZ

138,3

0805 50 10

AG

150,3

AR

147,6

BO

135,7

CL

147,7

EG

55,4

UY

77,1

ZA

136,3

ZZ

121,4

0806 10 10

EG

154,0

MK

29,8

TR

132,4

ZZ

105,4

0808 10 80

AR

264,2

CL

148,5

NZ

142,5

US

107,9

UY

48,0

ZA

131,3

ZZ

140,4

0808 30 90

AR

88,2

CL

148,3

NZ

175,8

TR

128,6

ZA

220,9

ZZ

152,4

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

84,1

TR

151,2

ZZ

117,7

0809 40 05

BA

54,9

MK

38,7

XS

61,9

ZZ

51,8


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1719

tal-25 ta' Settembru 2015

dwar il-kwistjoni tal-liċenzji għall-importazzjoni tar-ross skont il-kwoti tariffarji miftuħa għas-subperjodu ta' Settembru 2015 permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 (2) fetaħ u pprovda għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur, li jinqasmu skont il-pajjiż tal-oriġini u f'diversi subperjodi skont l-Anness I tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni.

(2)

Settembru huwa r-raba' subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, it-tielet subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(d) tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni u l-ewwel subperjodu għall-kwota pprovduta skont l-Artikolu 1(1)(e) tal-istess Regolament ta' Implimentazzjoni.

(3)

In-notifiki mibgħuta skont l-Artikolu 8(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 juru li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4112 — 09.4117 — 09.4118 — 09.4119 u 09.4168, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2015, skont l-Artikolu 4(1) ta' dak ir-Regolament ta' Implimentazzjoni, ikopru kwantità li taqbeż dik disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġu stabbiliti l-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li għandhom jiġu applikati għall-kwantitajiet mitluba skont il-kwota/i kkonċernata/i, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(4)

Dawk in-notifiki juru wkoll li, għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4116, l-applikazzjonijiet imressqa fl-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2015, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, ikopru kwantità li hija inqas minn dik disponibbli.

(5)

Il-kwantità mhux użata għas-subperjodu ta' Settembru tal-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4127 — 09.4128 — 09.4129 u 09.4130 hija trasferita għall-kwota bin-numru tal-ordni 09.4138 għas-subperjodu sussegwenti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(6)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita wkoll il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti għall-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4138 u 09.4168, skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011.

(7)

Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effettiva tal-proċedura tal-ħruġ tal-liċenzji għall-importazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjonijiet tal-liċenzji għall-importazzjoni ta' ross li jaqgħu taħt il-kwoti bin-numru tal-ordni 09.4112 — 09.4117 — 09.4118 — 09.4119 u 09.4168, imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011 u mressqa matul l-ewwel 10 ijiem ta' xogħol ta' Settembru 2015, jagħtu lok għall-ħruġ ta' liċenzji għall-kwantità mitluba, immultiplikata bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu sussegwenti taħt il-kwoti bin-numri tal-ordni 09.4138 u 09.4168 imsemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011, hija stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1273/2011 tas-7 ta' Diċembru 2011 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti ta' tariffi għall-importazzjoni ta' ross u ross miksur (ĠU L 325, 8.12.2011, p. 6).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Settembru 2015 u kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu sussegwenti skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011

(a)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat bl-Artikolu 1(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2015

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Ottubru 2015 (kg)

L-Istati Uniti

09.4127

 (1)

 

It-Tajlandja

09.4128

 (1)

 

L-Awstralja

09.4129

 (1)

 

Oriġini oħra

09.4130

 (2)

 

Il-pajjiżi kollha

09.4138

 

1 673 897

(b)

Kwota ta' ross mitħun kollu jew ross mitħun parzjalment kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 30 kif stipulat bl-Artikolu 1(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2015

It-Tajlandja

09.4112

13,995168 %

L-Istati Uniti

09.4116

 (3)

L-Indja

09.4117

25 %

Il-Pakistan

09.4118

38,249497 %

Oriġini oħra

09.4119

16,030270 %

Il-pajjiżi kollha

09.4166

 (4)

(c)

Kwota ta' ross miksur kopert bil-kodiċi tan-NM 1006 40 00 kif stipulat fl-Artikolu 1(1)(e) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1273/2011:

Oriġini

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni għas-subperjodu ta' Settembru 2015

Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Ottubru 2015 (kg)

Il-pajjiżi kollha

09.4168

3,483753 %

0


(1)  (1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

(2)  (2) L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.

(3)  (1) L-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet li huma inqas minn jew daqs il-kwantitajiet disponibbli: għalhekk, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

(4)  (2) L-ebda kwantità disponibbli għal dan is-subperjodu.


Rettifika

26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/17


Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 861/2013 tat-2 ta' Settembru 2013 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-azzar inossidabbli li joriġinaw mill-Indja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 240 tas-7 ta' Settembru 2013 )

F'paġna 1, il-premessa 5, l-inċiż,

minflok:

“—

KEI Industries Limited, New Delhi (KEI).”,

aqra:

“—

KEI Industries Ltd, New Delhi (KEI).”;

F'paġna 10, il-premessa 82,

minflok:

“… kif jista' jidher mit-tabella li ġejja li turi l-prezz medju tal-esportazzjonijiet Indjani sussidjati li jaqgħu fil-kodiċi NM 7223 00 19…”,

aqra:

“… kif jista' jidher mit-tabella li ġejja li turi l-prezz medju tal-esportazzjonijiet Ċiniżi li jaqgħu fil-kodiċi NM 7223 00 19…”;

F'paġna 12, il-premessa 108, it-tabella, it-tielet u r-raba' entrati,

minflok:

“Viraj Profiles Vpl. Ltd

0,9 %

Mhux applikabbli

0,0 %

KEI Industries Limited

0,7 %

Mhux applikabbli

0,0 %”,

aqra:

“Viraj Profiles Ltd

0,9 %

Mhux applikabbli

0,0 %

KEI Industries Ltd

0,7 %

Mhux applikabbli

0,0 %”;

F'paġna 13, l-Artikolu (12), it-tabella, is-sitt u s-seba' entrati,

minflok:

“Viraj Profiles Vpl. Ltd, Thane, Maharashtra

0,0

B780

KEI Industries Limited, New Delhi

0,0

B925 ”,

aqra:

“Viraj Profiles Ltd, Thane, Maharashtra u Mumbai, Maharashtra

0,0

B780

KEI Industries Ltd, New Delhi

0,0

B925 ”;

F'paġna 14, l-Anness, it-tabella, is-sitt u l-għaxar entrati,

minflok:

“Garg Inox Ltd

Bahadurgarh, Haryana

B931

….

 

 

Nevatia Steel & Alloys Pvt. Ltd

Mumbai, Maharashtra

B933 ”,

aqra:

“Garg Inox

Bahadurgarh, Haryana u Pune, Maharashtra

B931

….

 

 

Nevatia Steel & Alloys

Mumbai, Maharashtra

B933 ”.


26.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 251/18


Rettifika tar-Regolament (UE) Nru 1293/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment ta' Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 614/2007

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

F'paġna 197, Artikolu 17 paragrafu 5:

minflok:

“5.   Massimu ta' 30 % tar-riżorsi baġitarji allokati għall-għotjiet għal azzjoni skont il-paragrafu 3a jista' jiġi allokat għal proġetti integrati. Il-persentaġġ massimu għandu jerġa' jiġi evalwat fil-qafas tar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm LIFE msemmi fl-Artikolu 27(2)(a) u akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva.”,

aqra:

“5.   Massimu ta' 30 % tar-riżorsi baġitarji allokati għall-għotjiet għal azzjoni skont il-paragrafu 4 jista' jiġi allokat għal proġetti integrati. Il-persentaġġ massimu għandu jerġa' jiġi evalwat fil-qafas tar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs il-perjodu tal-Programm LIFE msemmi fl-Artikolu 27(2)(a) u akkumpanjat, jekk ikun meħtieġ, minn proposta leġiżlattiva.”;

F'paġna 198, Artikolu 19, punt nru 6, it-tieni sentenza:

minflok:

“Meta tippreżenta l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu kofinanzjati, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat għall-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika dwar kif qieset il-kriterji ta' allokazzjoni stabbiliti skont il-paragrafi 3 u 3a.”,

aqra:

“Meta tippreżenta l-lista ta' proġetti li għandhom jiġu kofinanzjati, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kumitat għall-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika dwar kif qieset il-kriterji ta' allokazzjoni stabbiliti skont il-paragrafi 4 u 5.”;

F'paġna 198, Artikolu 19, punt Nru 8(a):

minflok:

“(a)

il-livell medju ta' użu mill-Istat Membru tal-allokazzjoni nazzjonali indikattiva għas-snin 2010, 2011 u 2012, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 614/2007, jkun inqas minn 70 %;”,

aqra:

“(a)

il-livell medju ta' użu mill-Istat Membru tal-allokazzjoni nazzjonali indikattiva għas-snin 2010, 2011 u 2012, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 614/2007, ikun inqas minn 70 %;”;

F'paġna 198, punt 8, it-tieni paragrafu:

minflok:

“Dak l-impenn għandu jkun stabbilit fil-pjan għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet imsemmi fil-paragrafu 4b.”,

aqra:

“Dak l-impenn għandu jkun stabbilit fil-pjan għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet imsemmi fil-paragrafu 9.”.