|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1604
tat-12 ta' Ġunju 2015
li jemeda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' elementi relatati mal-prospetti u r-reklami
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 7(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 (2) jirrikjedi lill-emittenti minn pajjiżi terzi jippreparaw l-informazzjoni finanzjarja storika fil-prospetti għal offerta ta' titoli lill-pubbliku jew għall-ammissjoni ta' titoli għan-negozjar f'suq regolat skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) jew skont standards nazzjonali tal-kontabbiltà ta' pajjiż terz, sakemm dawn ikunu ekwivalenti għal dawn l-istandards. |
|
(2) |
Sabiex tiġi vvalutata l-ekwivalenza tal-Prinċipji tal-Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati (GAAP) ta' pajjiż terz mal-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 (3) jipprovdi għad-definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. Skont il-kondizzjonijiet tal-mekkaniżmu għall-ekwivalenza, emittenti minn pajjiżi terzi jistgħu jitħallew jużaw il-GAAP ta' pajjiżi terzi li kienu qed jikkonverġu jew li kkommettew ruħhom li jadottaw l-IFRS għal perjodu tranżizzjonali li jispiċċa fil-31 ta' Diċembru 2014. Huwa importanti li jiġu vvalutati l-isforzi ta' dawk il-pajjiżi li ħadu l-passi biex jikkonverġu l-istandards tal-kontabbiltà tagħhom mal-IFRS jew biex jadottawhom. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 għandu jiġi emendat biex jestendi dan il-perjodu tranżizzjonali sal-31 ta' Marzu 2016. Il-Kummissjoni qieset ir-rapport ipprovdut mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) f'Ottubru 2014 dwar l-Indja, li kienet ngħatat perjodu tranżizzjonali mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/961/KE (4) u mir-Regolament (KE) Nru 809/2004 adottati skont il-mekkaniżmu tal-ekwivalenza. |
|
(3) |
Il-Gvern tal-Indja u l-Indian Institute of Chartered Accountants impenjaw ruħhom pubblikament li sal-31 ta' Diċembru 2011 jadottaw l-IFRS bil-għan li l-GAAP Indjani jkunu konformi bi sħiħ mal-IFRS sa tmiem dak il-programm. Dan il-proċess ittardja. F'Ottubru 2014, l-ESMA ssottomettiet lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza tal-GAAP Indjani. F'dan ir-rapport, l-ESMA osservat li l-GAAP Indjani jidher li fihom għadd ta' differenzi mill-IFRS li jistgħu jkunu sinifikanti fil-prattika. |
|
(4) |
F'Marzu 2014 l-Indian Institute of Chartered Accountants ippubblika pjan direzzjonali ġdid għall-implimentazzjoni tal-konverġenza tal-GAAP Indjani mal-IFRS. F'Jannar 2015, il-Ministeru tal-Affarijiet Korporattivi tal-Indja ħabbar pjan direzzjonali rivedut għall-implimentazzjoni tal-GAAP Indjani li se jiġu konverġuti mal-IFRS. Dan il-pjan direzzjonali jipprevedi l-użu obbligatorju tal-GAAP Indjani, konverġuti mal-IFRS, mill-kumpaniji elenkati kollha għall-perjodi tal-kontabbiltà li jibdew fl-1 ta' April 2016 jew wara. Madankollu, għad hemm inċertezzi dwar l-iskeda għall-implimentazzjoni tas-sistema tar-rappurtar konformi mal-IFRS u dwar l-infurzar tal-IFRS. |
|
(5) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-perjodu tranżizzjonali jiġi estiż sa mhux aktar mill-1 ta' April 2016, sabiex l-emittenti ta' pajjiżi terzi jkunu jistgħu jippreparaw ir-rapporti finanzjarji annwali u ta' kull sitt xhur tagħhom skont il-GAAP tal-Indja għall-użu fl-Unjoni. Dan il-perjodu addizzjonali għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-awtoritajiet Indjani jlestu l-konverġenza tal-GAAP Indjani mal-IFRS. |
|
(6) |
Minħabba li l-perjodu li matulu l-Kummissjoni poġġiet fis-seħħ kundizzjonijiet għall-għoti tal-ekwivalenza tal-Prinċipji tal-Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati (GAAP) ta' pajjiżi terzi skada fil-31 ta' Diċembru 2014, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 u jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. Dan huwa meħtieġ sabiex tingħata ċertezza legali lill-emittenti mill-pajjiżi terzi rilevanti elenkati fl-Unjoni u biex jiġi evitat ir-riskju li dawn jista' jkollhom jirrikonċiljaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS). Id-dispożizzjoni tar-retroattività għalhekk ittaffi kwalunkwe piż potenzjali fuq l-emittenti kkonċernati. |
|
(7) |
Ir-Regolament (KE) Nru 809/2004 għalhekk għandu jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fil-paragrafu 5a tal-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 809/2004, ir-referenzi kollha għad-data tal-1 ta' Jannar 2015 jinbidlu mid-data tal-1 ta' April 2016.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Hu jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta' April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b'referenza u l-pubblikazzjoni ta' prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami (ĠU L 149, 30.4.2004, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skont id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Diċembru 2008 dwar l-użu, min-naħa ta' emittenti ta' titoli ta' pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta' ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 112).
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/3 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1605
tat-12 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1569/2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabbiltà applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skont id-Direttivi 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), partikolarment l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (2), u b'mod partikolari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE jeżiġi li l-Kummissjoni twaqqaf mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-informazzjoni, kif meħtieġ minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni hi meħtieġa tadotta miżuri biex tistabbilixxi kriterji ġenerali tal-ekwivalenza fir-rigward tal-istandards tal-kontabbiltà rilevanti għall-emittenti ta' iktar minn pajjiż wieħed. L-Artikolu 23(4) tad-Direttiva 2004/109/KE jitlob ukoll lill-Kummissjoni tieħu deċiżjonijiet marbuta mal-ekwivalenza ta' standards tal-kontabbiltà użati minn emittenti ta' pajjiż terz, u jippermetti lill-Kummissjoni tippermetti l-użu ta' standards tal-kontabbiltà ta' pajjiż terz tul perjodu tranżizzjonali xieraq. Minħabba r-rabta mill-qrib tal-informazzjoni meħtieġa skont id-Direttiva 2004/109/KE mal-informazzjoni meħtieġa skont id-Direttiva 2003/71/KE, huwa xieraq li l-istess kriterji għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza japplikaw fil-qafas taż-żewġ Direttivi. |
|
(2) |
Għalhekk, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 (3) stabbilixxa l-kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni ta' standards tal-kontabbiltà ta' pajjiż terz għal perjodu limitat li jiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni evalwat l-utilità u t-tħaddim tal-mekkaniżmu tal-ekwivalenza għal perjodu limitat ta' żmien u kkonkludiet li għandu jiġi estiż sal-31 ta' Marzu 2016. Minħabba li l-perjodu li għalih il-Kummissjoni poġġiet fis-seħħ kundizzjonijiet għall-għoti tal-ekwivalenza tal-Prinċipji tal-Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati (GAAP) ta' pajjiżi terzi skada fil-31 ta' Diċembru 2014, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015 u jidħol fis-seħħ mingħajr dewmien. Dan huwa meħtieġ sabiex tingħata ċertezza legali lill-emittenti mill-pajjiżi terzi rilevanti elenkati fl-Unjoni u biex jiġi evitat ir-riskju li dawn jista' jkollhom jirrikonċiljaw ir-rapporti finanzjarji tagħhom mal-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS). Id-dispożizzjoni tar-retroattività għalhekk ittaffi kwalunkwe piż addizzjonali potenzjali fuq l-emittenti kkonċernati. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4 id-data 31 ta' Diċembru 2014 tinbidel bid-data 31 ta' Marzu 2016; |
|
(b) |
Fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), id-data 31 ta' Diċembru 2014 tinbidel bid-data 31 ta' Marzu 2016; |
|
(c) |
Fil-punt (i) tal-Artikolu 4(1)(a), id-data 31 ta' Diċembru 2014 tinbidel bid-data 31 ta' Marzu 2016; |
|
(d) |
Fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1), id-data 31 ta' Diċembru 2014 tinbidel bid-data 31 ta' Marzu 2016. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64.
(2) ĠU L 390, 31.10.2004, p. 38
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skont id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66)
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1606
tat-23 ta' Settembru 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd. |
|
(2) |
Minn kontroll regolari tal-informazzjoni li abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom jiġu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
|
(3) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ l-informazzjoni, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 qed jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
|
Kodiċi tan-NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Prezz rappreżentattiv (f'EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (f'EUR/100 kg) |
Oriġini (1) |
|
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
127,6 |
0 |
AR |
|
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
148,8 173,2 |
0 0 |
AR BR |
|
0207 14 10 |
Qatgħat mingħajr għadam ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati |
297,7 210,6 367,3 282,7 |
1 27 0 5 |
AR BR CL TH |
|
0207 14 60 |
Koxxox tat-tiġieġ, iffriżati |
133,9 |
3 |
BR |
|
0207 27 10 |
Qatgħat mingħajr għadam ta' dundjani, iffriżati |
386,3 307,8 |
0 0 |
BR CL |
|
0408 91 80 |
Bajd, mhux fil-qoxra, imnixxef |
434,8 |
0 |
AR |
|
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq u ta' tiġieġ |
264,2 |
7 |
BR |
(1) Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘oriġini oħrajn’.”
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1607
tal-24 ta' Settembru 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar il-livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali mniżżel fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu. |
|
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel li joriġina mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata. |
|
(4) |
B'mod partikolari, għall-kunisnni ta' karawett u l-prodotti derivati li joriġinaw mill-Gambja u l-lampun li joriġinaw mis-Serbja, is-sorsi rilevanti ta' tagħrif jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-annotazzjonijiet dwar dawn il-kunsinni għandhom jiġu inklużi fil-lista. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-lista għandha tiġi emendata billi jitħassru l-entrati għall-komoditajiet li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika livell ġenerali sodisfaċenti fil-konformità mar-rekwiżiti ta' sikurezza rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom ma għadhiex ġustifikata żieda fil-kontrolli uffiċjali. L-entrati fil-lista li jikkonċernaw frott tad-dielja mill-Uzbekistan, il-weraq tal-betel mit-Tajlandja u n-nagħniegħ mill-Marokk għandhom għalhekk jitħassru. |
|
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jinbidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 qed jibidel bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Ottubru 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali li għalih se jiżdied il-livell ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat
|
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi tan-NM (1) |
Sottodiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
|
Għeneb imnixxef (frott id-dielja) |
0806 20 |
|
L-Afganistan (AF) |
Okratossina A |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Awstralja (AU) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
Il-Brażil (BR) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
|
|
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
|
|
|||||||
|
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
|
|
|||||||
|
Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkli Ċiniż’) (5) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
50 |
||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
Te, sew jekk aromatizzat u sew jekk le |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
10 |
|||||
|
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
|
|
70 70 |
|||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
10 10 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
20 |
|||||
|
|
|
|||||||
|
ex 0709 60 99 |
20 |
||||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
|
Frawli (friski) |
0810 10 00 |
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.) |
0709 60 10 ; |
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
ex 0709 60 99 ; |
20 |
||||||||
|
(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0710 80 51 ; |
|
|||||||
|
ex 0710 80 59 |
20 |
||||||||
|
|
|
Il-Gambja (GM |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
|
Weraq tal-betel (Piper betle L.) |
ex 1404 90 00 |
10 |
L-Indja (IN) |
Salmonella (10) |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella (10) |
20 |
||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Indja (IN) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
10 |
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|
|||||||
|
Enzimi; enzimi ppreparati |
3507 |
|
L-Indja (IN) |
Kloramfenikol |
50 |
||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Indoneżja (ID) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|
|||||||
|
|
40 |
Il-Kenja (KE) |
10 |
|||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
Għeneb tal-mejda |
0806 10 10 |
|
Il-Perù (PE) |
10 |
|||||
|
(Ikel — frisk) |
|
|
|||||||
|
Lampun |
0811 20 31 ; |
|
Is-Serbja (RS) |
Norovirus |
10 |
||||
|
(Ikel — frisk) |
ex 0811 20 11 ; ex 0811 20 19 |
10 10 |
|||||||
|
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti li ġejjin minnhom |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Sjerra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
|
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
20 |
|||||
|
|
|
|||||||
|
ex 0710 80 95 |
72 |
||||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (15) |
10 |
||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Weraq tad-dwieli |
ex 2008 99 99 |
11 19 |
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Uzbekistan (UZ) |
Sulfiti (15) |
50 |
||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 75 |
|||||||
|
|
30 70 |
|||||||
|
|
40 |
|||||||
|
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
|
|
|||||||
|
|
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
|
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
20 |
|||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu f'kodiċi tan-NM partikulari u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.
(2) Ir-residwi ta' mill-inqas dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettrometrija tal-massa (il-pestiċidijridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(3) Residwi tal-klorbufam.
(4) Residwi tal-fentoat.
(5) Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.
(6) Residwi tat-Trifluralin.
(7) Ir-residwi tal-Aċefat, l-Aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), l-Amitraz (amitraz li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraz), id-Diafentjuron, id-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(8) Ir-residwi tal-Eżaflumuron, il-Metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), il-Fentoat u t-Tijofanat metil.
(9) Ir-residwi tad-Dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-Dinotefuran, il-Folpet, il-Prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), it-Tijofanat metil u t-Triforina.
(10) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(11) Residwi tal-Aċefat u tad-Diafentjuron.
(12) Residwi tal-Etefon.
(13) Residwi tal-Formetanat: is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-) formetanat, Protijofos u Triforina.
(14) Ir-residwi tal-Aċefat, tad-Dikrotofos, tal-Protijofos, tal-Kwinalfos u tat-Triforina.
(15) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(16) Residwi tad-Diafentjuron, tal-Formetanat Is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, u tat-Tijofanat metil.
(17) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-Metrafenon.
(18) Ir-residwi tad-Ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-Fentoat u l-Kwinalfos.”
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1608
tal-24 ta' Settembru 2015
li jemenda l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-aċidu kapriku, għaż-żejt tal-paraffina (CAS 64742-46-7), għaż-żejt tal-paraffina (CAS 72623-86-0), għaż-żejt tal-paraffina (CAS 8042-47-5), għaż-żejt tal-paraffina (CAS 97862-82-3), għall-kubrit tal-ġir u għall-urea f'ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Għall-aċidu kapriku, għaż-żejt tal-paraffina (CAS 64742-46-7), għaż-żejt tal-paraffina (CAS 72623-86-0), għaż-żejt tal-paraffina (CAS 8042-47-5), għaż-żejt tal-paraffina (CAS 97862-82-3), għall-kubrit tal-ġir u għall-urea, ma ġew stabbiliti ebda MRLs speċifiċi u s-sustanzi ma ġewx inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, japplika l-valur prestabbilit ta' 0,01 mg/kg stipulat fl-Artikolu 18(1)(b) ta' dak ir-Regolament. |
|
(2) |
L-aċidu kapriku huwa approvat skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (2). Ebda impuritajiet relevanti ma ġew identifikati għal dik is-sustanza. Barra minn hekk, l-esponiment naturali għall-aċidu kapriku huwa ferm ogħla minn dik marbut mal-użu ta' dik is-sustanza bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(3) |
Għaż-żejt tal-paraffina (CAS 64742-46-7), għaż-żejt tal-paraffina (CAS 72623-86-0), għaż-żejt tal-paraffina (CAS 8042-47-5) u għaż-żejt tal-paraffina (CAS 97862-82-3) (3) (4), l-Awtorità kkonkludiet li jekk jintwera li ż-żjut tal-paraffina huma ta' purità għolja, ma jkunx hemm lok għal tħassib tossikoloġiku u ma jkunux meħtieġa d-doża aċċettabbli ta' kuljum (ADI), il-livell aċċettabbli ta' espożizzjoni tal-operaturi (AOEL) u d-doża akuta ta' referenza (DAR). Fl-20 ta' Novembru 2012, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali ħa nota ta' verżjoni emendata tar-rapporti ta' analiżi li fihom huwa spjegat li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jikkonformaw ma' grad farmaċewtiku (purità għolja). Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li dawn is-sustanzi jiġu inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(4) |
Għall-kubrit tal-ġir (5), l-Awtorità ma setgħetx tasal għal konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-dieta għall-konsumaturi peress li xi informazzjoni dwar il-preżenza potenzjali tar-residwi tal-polisulfat ma kinitx disponibbli. Madankollu, ir-residwi tal-kubrit u tal-kalċju mill-użu ta' kubrit tal-ġir (polisulfat tal-kalċju) jinsabu kullimkien fl-ambjent. Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża temporanjament fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm tiġi ppreżentata l-opinjoni motivata tal-Awtorità skont l-Artikolu 12(1). |
|
(5) |
Għall-urea (6), l-Awtorità kkunsidrat li valutazzjoni tar-riskju kwantitattiva tad-dieta tal-konsumatur ma kinitx meħtieġa minħabba metodi speċifiċi ta' applikazzjoni ta' dik is-sustanza. L-urea (karbamida) hija approvata bħala addittiv tal-ikel skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 (7). Barra minn hekk, l-esponiment naturali għal dik is-sustanza huwa ħafna ogħla minn dak marbut mal-użu tal-urea bħala prodott għall-protezzjoni tal-pjanti. Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li din is-sustanza tiġi inkluża fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(6) |
Abbażi tal-konklużjoni tal-Awtorità u b'kunsiderazzjoni tal-fatturi rilevanti tas-suġġett ikkunsidrat, il-modifiki xierqa tal-MRLs jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(7) |
jista' jenħtieġ ukoll li s-sustanzi elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 ikunu konformi mar-rekwiżiti pprovduti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ikel u/jew l-għalf. Fid-dawl ta' dan, jitqies xieraq li jiġi mmodifikat it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 2 f'dak l-Anness biex tirreferi għal leġiżlazzjoni speċifika oħra dwar l-ikel u/jew l-għalf tal-Unjoni. Tali leġiżlazzjoni tista' wkoll tibda tapplika għal sustanza wara l-inklużjoni tagħha fl-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 396/2005. Fid-dawl ta' dan, huwa xieraq li dik in-nota f'qiegħ il-paġna ssir applikabbli għas-sustanzi kollha inklużi fl-Anness IV. |
|
(8) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).
(3) Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni bejn il-pari dwar il-pestiċidi fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva taż-żjut tal-paraffina (CAS 64742-46-7, 72623-86-0 u 97862-82-3). Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2008) 216, 1-59.
(4) Il-konklużjoni tal-evalwazzjoni bejn il-pari dwar il-pestiċidi fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva taż-żjut tal-paraffina (CAS 8042-47-5, tulijiet tal-ktajjen C18-C30, informazzjoni affidabbli dwar il-punti tat-togħlija mhix disponibbli). Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2008) 219, 1-61.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva kubrit tal-ġir. EFSA Journal 2010;8(11):1890. [45 pp.]. doi:10.2903/j.efsa.2010.1890.
(6) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva urea. EFSA Journal 2012;10(1):2523. [35 pp.] doi:10.2903/j.efsa.2012.2523.
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1129/2011 tal-11 ta' Novembru 2011 li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' addittivi tal-ikel (ĠU L 295, 12.11.2011, p. 1).
ANNESS
L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-entrati “aċidu kapriku”, “żejt tal-paraffina (CAS 64742-46-7)”, “żejt tal-paraffina (CAS 72623-86-0)”, “żejt tal-paraffina (CAS 8042-47-5)”, “żejt tal-paraffina (CAS 97862-82-3)”, “kubrit tal-ġir (1)” u “urea” huma miżjuda, f'ordni alfabetika. |
|
(2) |
it-test tan-nota f'qiegħ il-paġna 2 jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(3) |
jitħassru r-referenzi għan-nota f'qiegħ il-paġna 2 wara l-entrati. |
|
(4) |
tiżdied referenza għan-nota f'qiegħ il-paġna 2 wara t-titolu. |
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1609
tal-24 ta' Settembru 2015
li japprova l-propikonażol bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 7
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi eżistenti li għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali. Dik il-lista tinkludi l-propikonażol. |
|
(2) |
Il-propikonażol ġie evalwat għall-użu fi prodotti tat-tip 7, il-preservattivi għall-pellikoli, kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(3) |
Il-Finlandja ntgħażlet bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fis-6 ta' Novembru 2013, bagħtet ir-rapport tal-valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha. |
|
(4) |
Fl-4 ta' Diċembru 2014, l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata mill-Kumitat tal-Prodotti Bijoċidali skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
|
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 7 u li fihom il-propikonażol jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkunu konformi ma' ċerti kundizzjonijiet dwar l-użu tagħhom. |
|
(6) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li l-użu tal-propikonażol fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 7 jiġi approvat, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
|
(7) |
Billi l-propikonażol tissodisfa l-kriterji bħala sustanza persistenti ħafna (vP) skont l-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u tissodisfa l-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sensitizzatur tal-ġilda kategorija 1 kif definit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-oġġetti trattati bil-propikonażol jew oġġetti li jinkorporaw din is-sustanza għandhom ikunu tikkettati kif jixraq meta jitqiegħdu fis-suq. |
|
(8) |
Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-propikonżol għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 7, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
||||||
|
Propikonażol |
Isem tal-IUPAC: 1-[[2-(2,4-diklorofenil)-4-propil-1,3-diossolan-2-il]metil]-1H-1,2,4-triażol Nru tal-KE: 262-104-4 Nru tal-CAS: 60207-90-1 |
960 g/kg |
L-1 ta' Diċembru 2016 |
It-30 ta' Novembru 2026 |
7 |
Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. L-awtorizzazzjonijiet għal-prodotti bijoċidali huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
It-tqegħid fis-suq ta' oġġetti trattati huwa soġġett għall-kundizzjoni li jmiss: Il-persuna responsabbli għat-tqegħid fis-suq ta' oġġett trattat bil-propikonażol jew oġġett li jinkorpora l-propikonażol, għandha tiżgura li t-tikketta ta' dak l-oġġett trattat tkun tipprovdi l-informazzjoni mniżżla fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1610
tal-24 ta' Settembru 2015
li japprova s-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta' Lulju 2005, ir-Repubblika Ċeka rċeviet applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva Pythium oligandrum tar-razza M1 fl-Anness I tagħha għall-użu fi prodotti tat-tip 10, priservattivi tal-ġebla tax-xogħol tal-bini, kif definiti fl-Anness V ta' dik id-Direttiva, li jikkorrispondu mal-prodotti tat-tip10 kif iddefiniti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(2) |
Fl-14 ta' Mejju 2000, is-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 ma kinitx fis-suq bħala sustanza attiva ta' prodott bijoċidali. |
|
(3) |
Fit-8 ta' Novembru 2011, f'konformità mal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 98/8/KE, ir-Repubblika Ċeka bagħtet rapport ta' valutazzjoni flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. |
|
(4) |
L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fit-2 ta' Diċembru 2014 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni. |
|
(5) |
Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali li jintużaw għall-prodotti tat-tip 10 u li fihom is-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1, jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, diment li jkun hemm konformità ma' ċerti kundizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tagħhom. |
|
(6) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi approvat l-użu tas-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-użu tas-sustanza Pythium oligandrum tar-razza M1 bħala sustanza attiva fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 10 għandu jiġi approvat, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.
(2) Id-Direttiva Nru 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).
ANNESS
|
Isem Komuni |
Isem tal-IUPAC Numri tal-Identifikazzjoni |
Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Data ta' skadenza tal-approvazzjoni |
Tip ta' prodott |
Kundizzjonijiet speċifiċi |
|
Pythium oligandrum tar-razza M1 |
Mhux applikabbli |
L-ebda impurità rilevanti |
L-1 ta' Jannar 2016 |
Il-31 ta' Diċembru 2025 |
10 |
Fil-valutazzjoni tal-prodott għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kull użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva. Għall-prodotti bijoċidali, l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għal din il-kundizzjoni: Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Il-prodotti għandhom jiġu użati bit-tagħmir protettiv personali adegwat meta l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħrajn. |
(1) Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użata għall-valutazzjoni li saret skont l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva valutata.
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/23 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1611
tal-24 ta' Settembru 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
210,4 |
|
MK |
49,4 |
|
|
TR |
81,7 |
|
|
XS |
41,5 |
|
|
ZZ |
95,8 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
46,1 |
|
TR |
137,2 |
|
|
ZZ |
91,7 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
138,3 |
|
ZZ |
138,3 |
|
|
0805 50 10 |
AG |
150,3 |
|
AR |
137,5 |
|
|
BO |
138,3 |
|
|
CL |
147,7 |
|
|
UY |
118,3 |
|
|
ZA |
131,6 |
|
|
ZZ |
137,3 |
|
|
0806 10 10 |
EG |
170,2 |
|
MK |
32,3 |
|
|
TR |
121,7 |
|
|
ZZ |
108,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
209,4 |
|
CL |
164,9 |
|
|
NZ |
132,8 |
|
|
US |
142,9 |
|
|
ZA |
137,8 |
|
|
ZZ |
157,6 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
88,2 |
|
CL |
148,3 |
|
|
NZ |
175,8 |
|
|
TR |
120,2 |
|
|
ZA |
172,2 |
|
|
ZZ |
140,9 |
|
|
0809 30 10 , 0809 30 90 |
MK |
84,1 |
|
TR |
154,3 |
|
|
ZZ |
119,2 |
|
|
0809 40 05 |
BA |
56,0 |
|
MK |
38,7 |
|
|
XS |
61,9 |
|
|
ZZ |
52,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/26 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1612
tat-23 ta' Settembru 2015
li temeda d-Deċiżjoni 2008/961/KE dwar l-użu, min-naħa ta' emittenti ta' titoli ta' pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta' ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom
(notifikata bid-dokument C(2015) 6369)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 23(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/109/KE, l-emittenti ta' pajjiżi terzi jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit li jippreparaw kontijiet konsolidati skont l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) adottati fl-Unjoni, jekk il-Prinċipji ta' Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati (GAAP) tal-pajjiżi terzi inkwistjoni jistipulaw rekwiżiti ekwivalenti. Sabiex tiġi vvalutata l-ekwivalenza tal-GAAP ta' dak il-pajjiż terz mal-IFRS adottati, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 (2) jipprovdi għal definizzjoni tal-ekwivalenza u jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-GAAP ta' pajjiż terz. |
|
(2) |
Huwa importanti li jiġu vvalutati l-isforzi ta' dawk il-pajjiżi li ħadu l-passi biex jikkonverġu l-istandards tal-kontabbiltà tagħhom mal-IFRS jew biex jadottaw lil dawn tal-aħħar. Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1569/2007 għandu jiġi emendat biex il-perjodu ta' ekwivalenza temporanja jiġi estiż sal-31 ta' Marzu 2016. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/961/KE (3) ipprovdiet li qabel is-snin finanzjarji li jibdew fl-1 ta' Jannar 2015 jew wara, l-emittenti ta' pajjiżi terzi jitħallew jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati annwali u ta' kull sitt xhur tagħhom skont il-GAAP tal-Indja. |
|
(4) |
Il-Gvern tal-Indja u l-Indian Institute of Chartered Accountants impenjaw ruħhom pubblikament li jadottaw l-IFRS sal-31 ta' Diċembru 2011 bil-għan li sa dakinhar il-GAAP Indjani jkunu konformi għalkollox mal-IFRS. Dan il-proċess iddewwem. F'Ottubru 2014, l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) issottomettiet lill-Kummissjoni rapport dwar l-ekwivalenza tal-GAAP Indjani. F'dan ir-rapport, l-ESMA osservat li l-GAAP Indjani jidher li fihom għadd ta' differenzi mill-IFRS li fil-prattika, jistgħu jkunu sinifikanti. |
|
(5) |
F'Marzu 2014 l-Indian Institute of Chartered Accountants ippubblika pjan direzzjonali ġdid għall-implimentazzjoni tal-konverġenza tal-GAAP Indjani mal-IFRS. Fit-2 ta' Jannar 2015, il-Ministeru tal-Affarijiet Korporattivi tal-Indja ħabbar pjan direzzjonali rivedut għall-implimentazzjoni tal-GAAP Indjani li se jiġu konverġuti mal-IFRS. Dan il-pjan direzzjonali jipprevedi l-użu obbligatorju tal-GAAP Indjani, konverġuti mal-IFRS, mill-kumpaniji elenkati kollha għall-perjodi tal-kontabbiltà li jibdew fl-1 ta' April 2016 jew wara. Madankollu, għad hemm inċertezzi dwar l-iskeda għall-implimentazzjoni tas-sistema tar-rappurtar konformi mal-IFRS u tl-infurzar tal-IFRS. |
|
(6) |
Għalhekk, huwa xieraq li l-perjodu tranżizzjonali jiġi estiż sal-31 ta' Marzu 2016, sabiex jippermetti lill-emittenti ta' pajjiżi terzi jippreparaw ir-rapporti finanzjarji annwali u ta' kull sitt xhur tagħhom skont il-GAAP Indjani fl-Unjoni. Dan il-perjodu addizzjonali għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-awtoritajiet Indjani jlestu l-konverġenza tal-GAAP Indjani mal-IFRS. |
|
(7) |
Peress li l-perjodu tranżizzjonali li matulu d-Deċiżjoni 2008/961/KE tat ekwivalenza lill-GAAP Indjani ntemm fil-31 ta' Diċembru 2014, għar-raġuni taċ-ċertezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015. |
|
(8) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/961/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tat-Titoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2008/961/KE, id-data l-1 ta' Jannar 2015 tinbidel bid-data l-1 ta' April 2016.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Settembru 2015.
Għall-Kummissjoni
Jonathan HILL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1569/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi mekkaniżmu għad-determinazzjoni tal-ekwivalenza għall-istandards tal-kontabilità applikati mill-emittenti tal-pajjiż terz ta' titoli skont id-Direttiva 2003/71/KE u 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 340, 22.12.2007, p. 66).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/961/KE tat-12 ta' Diċembru 2008 dwar l-użu, min-naħa ta' emittenti ta' titoli ta' pajjiżi terzi, tal-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà ta' ċerti pajjiżi terzi u l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjajru biex jippreparaw ir-rapporti finanzjarji konsolidati tagħhom (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 112).
|
25.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 249/28 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/1613 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta' Settembru 2015
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2015/5 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2015/31)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta' Settembru 2014 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li għandu jinbeda programm ġdid ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (ABSPP). Fit-2 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill Governattiv ħabbar id-dettalji tal-ABSPP u ddeċieda li l-kriterji ta' eliġibbiltà għal segmenti intermedji ggarantiti ta' titoli ggarantiti b'assi (ABS) għandhom jiġu kkomunikati fi stadju aktar tard. |
|
(2) |
Fit-18 ta' Marzu 2015, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li s-segmenti intermedji ta' ABS għandhom jiġu kkunsidrati għal xiri taħt l-ABSPP jekk dawk is-segmenti intermedji jkunu ggarantiti b'garanzija adattata li tikkonforma mal-kriterji tal-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema. Id-Deċiżjoni BĊE/2014/45 (1) tirrigwarda l-implimentazzjoni tal-ABSPP u huwa meħtieġ li din id-Deċiżjoni tiġi aġġornata sabiex tirrifletti dawn il-bidliet. |
|
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni BĊE/2014/45 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni BĊE/2014/45 hija emendata skont kif ġej:
|
1. |
fl-Artikolu 2, il-punt 2 huwa ssostitwit b'dan li ġej:
(*1) Linja Gwida (UE) Nru 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).”;" |
|
2. |
Fl-Artikolu 2, huwa miżjud il-punt 9 li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' Settembru 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).