ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
18 ta' Awwissu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1399 tas-17 ta' Awwissu 2015 dwar iċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) (li qabel kien magħruf bħala Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ifħla għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija u r-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għad-dundjani tas-simna u fenkiet għat-tnissil, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005 u (KE) Nru 1200/2005 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2008, (KE) Nru 378/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 ( 1 )

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1400 tas-17 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1401 tal-14 ta' Lulju 2015 li tawtorizza lill-Italja biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 206 u 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1402 tal-15 ta' Lulju 2015 li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' deċiżjoni tal-entitajiet amministrattivi skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim ( 1 )

9

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1399

tas-17 ta' Awwissu 2015

dwar iċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) (li qabel kien magħruf bħala Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ifħla għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija u r-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għad-dundjani tas-simna u fenkiet għat-tnissil, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005 u (KE) Nru 1200/2005 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2008, (KE) Nru 378/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti, għaċ-ċaħda jew għar-revoka ta' tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jistipula l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Il-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) kienet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv mal-għalf għall-qżieqeż li jkollhom anqas minn xahrejn u għall-ħanżiriet bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (3), għall-qżieqeż li għandhom bejn xahrejn u erba' xhur u għall-ħnieżer tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (4), għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 (5) u għall-fniek tas-simna u għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (6). Sussegwentement, dik il-preparazzjoni ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi mal-għalf bħala prodott eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik il-preparazzjoni kienet awtorizzata wkoll skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għal għaxar snin għad-dundjani tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 166/2008 (7) u għall-fenkiet għat-tnissil bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 (8).

(4)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala addittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna u ħanżiriet għat-tnissil u, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għal użu ġdid ta' dik il-preparazzjoni għall-għoġġiela għat-trobbija, biż-żewġ applikazzjonijiet jitolbu li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Abbażi tal-opinjoni tas-16 ta' Ottubru 2012 tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) (9), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013 (10) issospenda l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012).

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 jirreferi għall-possibbiltà li d-dejta supplimentari dwar is-sikurezza tal-użu tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li għandha titressaq mill-applikant, tista' ġġib elementi ġodda li jkunu jippermettu li l-valutazzjoni mwettqa għal dak l-addittiv terġa' titqies. Dak ir-Regolament jistipula wkoll l-eżami tal-miżura ta' sospensjoni.

(7)

Fis-6 ta' Diċembru 2013, l-applikant ressaq dejta supplimentari lill-Kummissjoni, li sussegwentement intbagħtet lill-Awtorità b'talba biex din tevalwahom biex tirċievi opinjoni ġdida dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-addittiv.

(8)

Barra minn hekk l-applikant, fuq inizjattiva tiegħu, ressaq dokumentazzjoni addizzjonali lill-Awtorità fl-24 ta' April 2014, fl-14 ta' Mejju 2014 u fis-17 ta' Ġunju 2014.

(9)

Fl-1 ta' Lulju 2014, l-Awtorità adottat opinjoni wara l-valutazzjoni tad-dejta supplimentari mressqa mill-applikant (11). Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset li l-klassifikazzjoni tassonomika mill-ġdid tar-razza ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala speċi ġdida bl-isem Bacillus toyonensis ma kellha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tagħha, peress li tibqa' tappartjeni għall-grupp Bacillus cereus. Fir-rigward tas-suxxettibbilità antibijotika tar-razza Bacillus toyonensis, l-Awtorità kkonkludiet li d-dejta supplimentari pprovduta ma tbiddilx il-konklużjoni preċedenti li r-razza toħloq riskju għat-tixrid ta' ġeni li jikkodifikaw għar-reżistenza għat-tetraċiklina u l-kloramfenikol, li huma antibijotiċi ta' importanza umana u veterinarja. Dwar il-potenzjal tossiġeniku tar-razza tal-Bacillus toyonensis, l-Awtorità kkonkludiet li din għandha l-kapaċità li telabora t-tossini funzjonali u, b'hekk, toħloq riskju għal dawk li jiġu esposti għal dan l-organiżmu, inklużi dawk li jimmaniġġjaw l-addittiv u l-konsumaturi li jiġu esposti għal prodotti tal-annimali kontaminati.

(10)

Fit-30 ta' Awwissu 2014, l-applikant talab l-eżami amministrattiv tal-opinjoni tal-Awtorità tal-1 ta' Lulju 2014 u fis-17 ta' Ottubru 2014 huwa ssupplimenta t-talba tiegħu b'elementi addizzjonali. Bid-Deċiżjoni tal-20 ta' Mejju 2015 (12), il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex l-Awtorità tiġi rikjesta tirtira dik l-opinjoni.

(11)

Għaldaqstant, ma ġiex stabbilit li l-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li ġiet kklassifikata mill-ġdid bħala speċi ġdida bl-isem Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T), ma għandhiex l-effetti ħziena fuq is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa tal-bniedem, meta użata bħala addittiv mal-ikel.

(12)

Għaldaqstant il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma ntlaħqux.

(13)

Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) bħala addittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrad tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħanżiriet għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija għandha tinċaħad.

(14)

Għall-istess raġunijiet, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala addittivi mal-għalf għall-użu għad-dundjani tas-simna u għall-fenkiet għat-tnissil ma għadhomx sodisfatti u dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu revokati.

(15)

Ir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005 u (KE) Nru 1200/2005 għandhom jiġu emendati skont dan, u r-Regolementi (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 għandhom jitħassru.

(16)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 għandu jitħassar ukoll.

(17)

Peress li l-ħażniet eżistenti tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), ta' taħlitiet lesti li fihom dik il-preparazzjoni u ta' materjali tal-għalf u għalf kompost prodott minn dik il-preparazzjoni diġà kellhom jitneħħew mis-suq f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013, ma għandha tiġi stipulata l-ebda miżura tranżitorja.

(18)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ċaħda ta' awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni tal-Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali għall-bhejjem tal-ifrad tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħanżiriet għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija għandha tinċaħad.

Artikolu 2

Revoka tal-awtorizzazzjoni

L-awtorizzazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali għall-użu għad-dundjani tas-simna u l-fenkiet għat-tnissil hija revokata.

Artikolu 3

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 256/2002

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 256/2002 u l-Anness III ta' dak ir-Regolament huma mħassra.

Artikolu 4

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1453/2004

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1453/2004, titħassar l-entrata E 1701, Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012.

Artikolu 5

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 255/2005

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 255/2005, titħassar l-entrata E 1701, Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012.

Artikolu 6

Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1200/2005

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005, titħassar l-entrata E 1701, Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012.

Artikolu 7

It-Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 166/2008

Ir-Regolament (KE) Nru 166/2008 huwa mħassar.

Artikolu 8

It-Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 378/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 378/2009 huwa mħassar.

Artikolu 9

Tħassir tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 huwa mħassar.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 tat-12 ta' Frar 2002 dwar l-awtorizzazzjoni provviżorja ta' addittivi ġodda, il-prolongazzjoni ta' awtorizzazzjoni provviżorja ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv fl-għalf (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 6).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 tas-16 ta' Awwissu 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 tal-15 ta' Frar 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 tas-26 ta' Lulju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf (ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 166/2008 tat-22 ta' Frar 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (Toyocerin) bħala addittiv tal-ikel (ĠU L 50, 23.2.2008, p. 11).

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 tat-8 ta' Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv mal-għalf għall-fenkiet għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.) (ĠU L 116, 9.5.2009, p. 3).

(9)  EFSA Journal 2012; 10(10):2924.

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013 tal-25 ta' Marzu 2013 dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) kif previst mir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005, (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 (ĠU L 86, 26.3.2013, p. 15).

(11)  EFSA Journal 2014; 12(7):3766.

(12)  C(2015) 3409 final.


18.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1400

tas-17 ta' Awwissu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

153,0

MK

51,2

ZZ

102,1

0709 93 10

TR

128,9

ZZ

128,9

0805 50 10

AR

150,8

CL

160,0

UY

130,5

ZA

153,3

ZZ

148,7

0806 10 10

EG

256,6

IL

390,7

TR

157,9

US

339,9

ZZ

286,3

0808 10 80

AR

102,5

BR

99,6

CL

135,9

NZ

135,6

US

145,7

ZA

122,1

ZZ

123,6

0808 30 90

AR

89,6

CL

155,2

NZ

146,7

TR

140,6

ZA

117,0

ZZ

129,8

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

64,9

TR

130,9

ZZ

97,9

0809 40 05

BA

48,2

IL

99,6

MK

36,8

XS

57,7

ZZ

60,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/7


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1401

tal-14 ta' Lulju 2015

li tawtorizza lill-Italja biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 206 u 226 tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 395(1) tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Permezz ta' ittra rreġistrata mal-Kummissjoni fl-24 ta' Novembru 2014, l-Italja talbet awtorizzazzjoni biex tintroduċi miżura speċjali li tidderoga mill-Artikoli 206 u 226 tad-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward ta' arranġamenti ta' ħlas u fatturar għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT).

(2)

B'ittra tas-16 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra bit-talba tal-Italja. B'ittra tas-17 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Italja li kellha l-informazzjoni kollha li qieset meħtieġa biex it-talba tiġi valutata.

(3)

L-Italja identifikat evażjoni sostanzjali mit-taxxa b'rabta ma' provvisti ta' merkanzija u servizzi lill-awtoritajiet pubbliċi. Il-VAT fuq dawn il-provvisti titħallas mill-awtorità pubblika lill-fornitur li b'regola ġenerali, huwa responsabbli jħallas din il-VAT lill-awtorità tat-taxxa. Madankollu, l-Italja indikat li għadd sew ta' kummerċjanti jipprattikaw l-evażjoni mit-taxxa billi ma jħallsux il-VAT lill-awtoritajiet tat-taxxa.

(4)

L-Italja talbet il-miżura ta' deroga biex timpedixxi li l-VAT dovuta fuq il-provvisti lill-awtoritajiet pubbliċi titħallas lill-fornitur, u biex, minflok, tirrikjedi li din titħallas f'kont bankarju separat u bblokkat. Din il-miżura ta' deroga għandha tiżgura li l-opportunità li ssir dik il-forma ta' evażjoni mit-taxxa tiġi eskluża mingħajr ma taffettwa l-ammont ta' VAT dovut. Għal dak l-għan, tinħtieġ deroga mill-Artikolu 206 tad-Direttiva 2006/112/KE għal dawk il-provvisti. Barra minn hekk, tinħtieġ ukoll deroga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE li tippermetti kumment speċjali fuq il-fattura li jindika li l-VAT trid titħallas f'dak il-kont speċjali.

(5)

B'konsegwenza tal-miżura, il-persuni taxxabbli, li jaġixxu bħala fornituri tal-awtoritajiet pubbliċi, jista' jkollhom jitolbu aktar ta' spiss rifużjoni tal-VAT mingħand l-amministrazzjoni tat-taxxa. L-Italja indikat li ħadet il-passi leġiżlattivi u amministrattivi neċessarji biex il-proċedura ta' rifużjoni titħaffef ħalli tiżgura li d-dritt għat-tnaqqis tal-persuni taxxabbli kkonċernati jkun rispettat bis-sħiħ. Għalhekk l-Italja għandha tkun meħtieġa tibgħat rapport lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar mid-dħul fis-seħħ tal-miżura ta' deroga fl-Italja, dwar is-sitwazzjoni ġenerali tar-rifużjonijiet tal-VAT lill-persuni taxxabbli, u b'mod partikolari ż-żmien medju meħtieġ biex dawn jingħatawlom. Fl-2014, l-Italja introduċiet obbligu għall-awtoritajiet pubbliċi biex jagħmlu fatturar elettroniku għall-provvisti ta' merkanzija u servizzi. Dan għandu jippermetti li 'l quddiem, meta tiġi żviluppata politika adatta ta' kontroll li tkun titħaddem abbażi tad-data elettronika disponibbli, is-settur ikkonċernat ikun korrettement ikkontrollat. Ladarba din is-sistema tkun implimentata bis-sħiħ, ma għandu jkun hemm l-ebda ħtieġa ulterjuri ta' deroga mid-Direttiva 2006/112/KE. Għalhekk, l-Italja offriet assigurazzjoni li ma tfittix li ġġedded l-awtorizzazzjoni tal-miżura ta' deroga.

(6)

Għalhekk, il-miżura ta' deroga hija proporzjonata għall-objettivi mmirati billi hija limitata fiż-żmien u ristretta għal settur li jippreżenta problemi konsiderevoli ta' evażjoni mit-taxxa. Barra minn hekk, il-miżura ta' deroga ma tagħtix lok għal riskju li l-evażjoni mit-taxxa timxi lejn setturi oħra jew Stati Membri oħra.

(7)

Sabiex ikun żgurat li jinkisbu l-objettivi mmirati mill-miżura u sabiex l-applikazzjoni tagħha ma toħloqx inċertezza ġuridika fir-rigward tal-perijodu tat-taxxa, huwa meħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.

(8)

Id-deroga mhux se jkollha effett negattiv fuq l-ammont globali tad-dħul mit-taxxa miġbur fl-istadju tal-konsum finali u mhux se jkollha effett negattiv fuq ir-riżorsi proprji tal-Unjoni li jinġabru mill-VAT,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

B'deroga mill-Artikolu 206 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata tipprovdi sabiex il-VAT dovuta fuq il-provvisti ta' merkanzija u l-għoti ta' servizzi lill-awtoritajiet pubbliċi tkun trid titħallas minn min jirċevihom f'kont bankarju separat u bblokkat tal-amministrazzjoni tat-taxxa.

Artikolu 2

B'deroga mill-Artikolu 226 tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Italja hija awtorizzata tirrikjedi li l-fatturi, li jinħarġu b'rabta mal-provvisti ta' merkanzija u l-għoti ta' servizzi lill-awtoritajiet pubbliċi, ikunu jinkludu kumment speċjali li l-VAT trid titħallas f'dak il-kont bankarju separat u bblokkat tal-amministrazzjoni tat-taxxa.

Artikolu 3

L-Italja għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikoli 1 u 2.

Fi żmien 18-il xahar minn meta l-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 u 2 jidħlu fis-seħħ fl-Italja, din għandha tibgħat rapport lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni ġenerali tar-rifużjonijiet tal-VAT lill-persuni taxxabbli milquta minn dawn il-miżuri u, b'mod partikolari, dwar it-tul medju tal-proċedura ta' rifużjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1.


18.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1402

tal-15 ta' Lulju 2015

li tiddetermina l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' deċiżjoni tal-entitajiet amministrattivi skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/107/UE tat-13 ta' Novembru 2012 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tagħha,

Billi:

(1)

Il-Ftehim jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali (EPA) tal-Istati Uniti, jiżviluppaw u jirrevedu perjodikament l-ispeċifikazzjonijiet komuni għat-tagħmir tal-uffiċċju, biex hekk jemendaw l-Anness C tal-Ftehim.

(2)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet trid tiġi ddeterminata mill-Kummissjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jqisu l-opinjoni mogħtija mill-Bord tal-Energy Star tal-Unjoni Ewropea li jissemma fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(4)

L-ispeċifikazzjoni għall-kompjuters mogħtija fil-Parti I tal-Anness C għandha titħassar u tinbidel bl-ispeċifikazzjonijiet annessi ma' din id-Deċiżjoni,

ADITTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li l-Unjoni Ewropea għandha tadotta fir-rigward ta' deċiżjoni li trid tittieħed mill-entitajiet amministrattivi skont il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuter mogħtija fil-Parti I tal-Anness C tal-Ftehim se tiġi bbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż.

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-15 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 63, 6.3.2013, p. 5.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza tal-enerġija għal tagħmir tal-uffiċċju (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 1).


ANNESS

 

ABBOZZ TA' DEĊIŻJONI

tal- …

entitajiet amministrattivi skont il-ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni ta' programmi ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju dwar ir-reviżjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-kompjuters inklużi fl-Anness C tal-Ftehim

L-ENTITAJIET AMMINISTRATTIVI,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi tat-tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju, u b'mod partikolari l-Artikolu XII tiegħu,

Filwaqt li l-ispeċifikazzjonijijet għall-“kompjuters” għandhom jiġu riveduti,

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Parti I “Kompjuters” li bħalissa hija inkluża fl-Anness C tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Istati Uniti u l-Unjoni Ewropea dwar il-koordinazzjoni tal-programmi ta' tikkettar tal-effiċjenza enerġetika għat-tagħmir tal-uffiċċju tinbidel bil-Parti V “Kompjuters” kif stabbilit minn hemmhekk.

Id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha. Id-Deċiżjoni, li qed issir b'duplikat, għandha tiġi ffirmata mill-Kopresidenti.

Iffirmat f'Washington DC fi […] […]

f'isem l-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti

Iffirmat fi Brussell fi […] […]

f'isem l-Unjoni Ewropea

ANNESS

ANNESS C

PARTI II TAL-FTEHIM

V.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-KOMPJUTER (IL-VERŻJONI 6.1)

1.   Definizzjonijiet

A.

Tipi ta' Prodott:

(1)   Kompjuter: Apparat li jwettaq operazzjonijiet loġiċi u jipproċessa d-dejta. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, kompjuters jinkludu kemm unitajiet stazzjonarji kif ukoll dawk li jinġarru, inklużi kompjuters Desktop, kompjuters Desktop integrati, kompjuters Notebook, servers fuq skala żgħira, terminal ħafif u stazzjonijiet tax-xogħol. Għalkemm il-kompjuters huma kapaċi jużaw apparat tal-input u d-displejs, mhemmx għalfejn li dawn il-mezzi jkunu inklużi mal-kompjuter meta jiġi kkonsenjat. Il-kompjuters huma tal-anqas magħmulin minn:

(a)

unità ċentrali ta' pproċessar (CPU) biex jitwettqu l-operazzjonijiet. Jekk ma jkollux CPU, allura l-apparat irid jaħdem bħala client gateway għal server li jaġixxi bħala CPU komputazzjonali;

(b)

Apparat li bih l-utent idaħħal id-dejta bħalma huma t-tastiera, il-maws, jew it-touchpad; kif ukoll

(c)

Skrin Displej integrat u/jew il-kapaċità li jappoġġa displej estern biex jgħaddi l-informazzjoni.

(2)   Kompjuter Desktop: Kompjuter li l-unità prinċipali tiegħu hija maħsuba li tkun f'post permanenti, spiss fuq skrivanija jew mal-art. Il-kompjuters Desktop mhumiex iddisinjati biex jinġarru iżda huma ddinsinjati għall-użu ma' displej estern, tastiera u maws. Il-kompjuters Desktop huma maħsuba għal firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet fid-dar u fl-uffiċċju, inkluż bħala applikazzjonijiet ta' punt ta' bejgħ.

(a)   Kompjuter Desktop Integrat: Kompjuter Desktop li fih il-ħardwer tal-kompjuter u d-displej huma integrati fi struttura unika, u li jkun ikkonnettjat ma' potenza elettrika ac permezz ta' kejbil uniku. Il-kompjuters Desktop integrati jaslu f'żewġ għamliet possibbli: (1) sistema fejn id-displej u l-kompjuter huma fiżikament magħqudin f'unità waħda; jew (2) sistema ppakkjata bħala sistema unika fejn id-displej huwa separat iżda huwa kkonnettjat mal-qafas prinċipali permezz ta' wajer tal-kurrent dirett u kemm il-kompjuter kif ukoll id-displej jirċievu l-kurrent minn provvista waħda tal-elettriku. Bħala subsett tal-Kompjuters Desktop, il-kompjuters Desktop Integrati huma tipikament iddisinjati biex jipprovdu funzjonalità simili għas-sistemi tal-kompjuter Desktop.

(3)   Kompjuter Notebook: Kompjuter iddisinjat speċifikament biex jinġarr u jitħaddem għal perjodi twal b'konnessjoni diretta ma' potenza elettrika ac jew mingħajrha. Il-kompjuters Notebook jinkludu displej integrat, tastiera mekkanika li ma tinqalax (bl-użu ta' buttini fiżiċi, li jiċċaqilqu), kif ukoll apparat għall-ippuntar.

Nota: Il-kompjuters Notebook huma ddisinjati tipikament biex jipprovdu funzjonalità simili għall-kompjuters Desktop, inkluż it-tħaddim tas-softwer simili fil-funzjonalità bħal dik tal-kompjuters Desktop. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, il-kompjuters Notebook jinkludu mudelli bi skrin tattilu

(a)   Terminal Ħafif Mobbli: Kompjuter li jissodisfa d-definizzjoni ta' terminal ħafif, iddisinjat speċifikament biex jinġarr, u wkoll li jissodisfa d-definizzjoni ta' kompjuter Notebook. Dawn il-prodotti huma meqjusa bħala kompjuters Notebook għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni.

(b)   Two-In-One Notebook: Kompjuter li jixbah kompjuter Notebook tradizzjonali b'għamla msejħa ‘clamshell’ għax ikun jinfetaħ qisu arzella, iżda għandu displej li jinqala' li jista' jiffunzjona bħala kompjuter Slate/Tablet indipendenti meta skonnettjat. It-tastiera u l-porzjonijiet tad-displej tal-prodott għandhom jiġu kkonsenjati bħala unità integrata. Notebooks two-in-one huma meqjusa bħala kompjuters Notebook fil-bqija ta' din l-ispeċifikazzjoni u għalhekk mhumiex imsemmija b'mod espliċitu.

(4)   Slate/Tablet: Apparat tal-komputazzjoni ddisinjat biex jinġarr li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

Jinkludi displej integrat, b'daqs dijagonali akbar minn 6,5 pulzier u inqas minn 17,4 pulzier;

(b)

Ma għandux tastiera integrata, fiżika magħquda fil-konfigurazzjoni tiegħu kif ikkonsenjat;

(c)

Jinkludi input ta' skrin tattilu u prinċipalment jiddependi fuqu (b'tastiera fakultattiva);

(d)

Jinkludi konnessjoni ma' netwerk bla fili (eż. Wi-Fi, 3G, LTE, eċċ.) u prinċipalment jiddependi fuqha; kif ukoll

(e)

Jinkludi batterija interna (b'konnessjoni mal-potenza elettrika għal iċċarġjar tal-batterija, mhux is-sors ewlieni tal-enerġija tal-apparat), u jirċievi prinċipalment il-kurrent minnha.

(5)   Kompjuters portabbli komprensivi: Apparat ta' komputazzjoni ddisinjat għall-portabilità limitata li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a)

Jinkludi displej integrat, b'daqs dijagonali tat-tul ta' 17,4 pulzier jew akbar;

(b)

Ma għandux tastiera integrata f'kaxxa fiżika tal-prodott fil-konfigurazzjoni tiegħu kif ikkonsenjat;

(c)

Jinkludi input ta' skrin tattilu u prinċipalment jiddependi fuqu (b'tastiera fakultattiva);

(d)

jinkludi konnessjoni ma' netwerk bla fili (eż. Wi-Fi, 3G, LTE, eċċ.) u prinċipalment jiddependi fuqha; kif ukoll

(e)

Jinkludi batterija interna, iżda prinċipalment jirċievi l-kurrent b'konnessjoni mal-potenza elettrika ac.

(6)   Qarrej elettroniku: Apparat iddisinjat għad-displej u l-konsum ta' immaġini wieqfa. Id-displej huwa kkaratterizzat minn frekwenza baxxa tar-rinfriskar (Refresh) tal-iskrin u d-displej magħmul minn materjali bistabbli fejn m'hemmx bżonn ta' ebda enerġija biex tinżamm l-immaġni viżibbli, jekk mhux biex tbiddel l-istampa.

(7)   Server fuq Skala żgħira: Kompjuter li juża tipikament komponenti tal-kompjuters Desktop fl-għamla ta' kompjuter Desktop iżda li prinċiparjament ikun iddisinjat biex jaħżen id-dejta ta' kompjuters oħrajn. Servers fuq skala żgħira huma ddisinjati biex iwettqu funzjonijiet bħalma huma s-servizzi fi ħdan l-infrastruttura tan-netwerk (eż. l-arkivjar) u l-ħażna ta' dejta/midja. Dawn il-prodotti mhumiex iddisinjati biex jipproċessaw l-informazzjoni għal sistemi oħra jew biex iħaddmu s-servers elettroniċi bħala funzjoni primarja. Server fuq skala żgħira jkollu dawn il-karatteristiċi:

(a)

Ikun iddisinjat f'għamla ta' pedestall, torri, jew għamla oħra simili għal dik tal-kompjuter Desktop b'tali mod li l-ipproċessar kollu tad-dejta, il-ħażna, u l-interfaċċar tan-netwerk ikunu f'kaxxa waħda/prodott wieħed;

(b)

Iddisinjat biex jaħdem 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa, b'minimu ta' waqfien mhux skedat (fl-ordni ta' sigħat fis-sena);

(c)

Ikun kapaċi jopera f'ambjent multi-utenti simultanju filwaqt li jservi diversi utenti permezz ta' unitajiet ta' klijenti f'netwerk; kif ukoll

(d)

Ikun iddisinjat għal sistema operattiva aċċettata mill-professjonisti tas-settur għal applikazzjonijiet ta' servers domestiċi jew low-end (eż. Windows Home Server, Mac OS X Server, Linux, UNIX, Solaris).

(8)   Terminal Ħafif: Kompjuter li għandu provvista ta' kurrent elettriku indipendenti u li jiddependi fuq konnessjoni ma' riżorsi informatiċi mbiegħda (eż, server tal-kompjuter, stazzjon tax-xogħol imbiegħed) biex jikseb il-funzjonijiet prinċipali. L-operazzjonijiet prinċipali tal-informatika (eż. it-twettiq tal-programmi, il-ħżin tad-dejta, l-interazzjoni ma' riżorsi tal-Internet oħra, eċċ.) iseħħu bl-użu tar-riżorsi informatiċi mbiegħda. Terminals Ħfief koperti b'din l-ispeċifikazzjoni huma (1) limitati għal apparat mingħajr l-ebda midja ta' ħażna rotazzjonali integrali għall-kompjuter u (2) iddisjinjati għall-użu f'post permanenti (eż. fuq skrivanija) u mhux biex jinġarru.

(a)   Terminal Ħafif Integrat: Dan hu Terminal Ħafif integrat li fih il-ħardwer tal-kompjuter u d-displej huma konnessi fi struttura unika, u li jkun ikkonnettjat ma' potenza elettrika ac permezz ta' kejbil uniku. Il-kompjuters Terminal Ħafif Integrati jeżistu f'żewġ għamliet possibbli: (1) sistema fejn id-displej u l-kompjuter huma fiżikament magħqudin f'unità waħda; jew (2) sistema ppakkjata bħala sistema unika fejn id-displej huwa separat iżda huwa kkonnettjat mal-qafas prinċipali permezz ta' wajer tal-kurrent dirett u kemm il-kompjuter kif ukoll id-displej jirċievu l-kurrent minn provvista waħda tal-elettriku. Bħala subsett tal-terminal ħafif, il-kompjuters terminal ħafif integrati huma tipikament iddisinjati biex jipprovdu funzjonalità simili bħas-sistemi tat-Terminal Ħafif.

(b)   Terminal ultra-ħafif: Dan hu kompjuter b'anqas riżorsi lokali mit-Terminal Ħafif standard li jqabbad maws u t-tastiera bażiċi ma' riżorsi remoti ta' informatika u jirċievi lura l-vidjow bażiku minn riżors informatiku mbiegħed. It-terminals ultra-ħfief, la jistgħu jingħaqdu f'daqqa ma' tagħmir multipli u lanqas jistgħu jħaddmu applikazzjonijiet mbiegħda f'ambjent ta' windows għax it-tagħmir ma għandux sistema operattiva tal-klijent aċċessibbli għall-utenti (jiġifieri jaħdem f'livell lil hinn mill-firmwer, u allura mhuwiex aċċessibbli għall-utent).

(9)   Stazzjon tax-xogħol: Kompjuter bi prestazzjoni għolja u maħsub għal utent wieħed li jintuża l-aktar għall-grafika, CAD, l-iżvilupp tas-softwer, applikazzjonjiet finanzjarji u xjentifiċi, fost bosta ħidmiet oħra li jeħtieġu komputazzjoni intensiva. L-istazzjonijiet tax-xogħol koperti b'din l-ispeċifikazzjoni (a) jiġu kkummerċjalizzati bħala stazzjonijiet tax-xogħol; (b) ikollhom ħin medju bejn il-ħsarat (MTBF) ta' mill-anqas 15 000 siegħa (ibbażat fuq Bellcore TR-NWT-000332, il-ħarġa 6, 12/97 jew fuq dejta miġbura fuq il-post); u (c) jappoġġaw il-kodiċi ta' korrezzjoni tal-iżbalji (ECC) u/jew memorja bbaferjata. Barra minn hekk, stazzjon tax-xogħol jissodisfa tlieta jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)

Għandu kapaċità li jieħu kurrent supplimentari għall-grafika mill-aktar avvanzata (pereżempju, sors ta' kurrent supplimentari PCI-E 6-pin 12 V);

(b)

Għandu wiring għal sistema b'aktar minn x4 PCI-E fuq il-motherboard barra mill-islott(ijiet) tal-grafika u/jew l-appoġġ għall-PCI-X;

(c)

Ma jipprovdix appoġġ għall-grafika tal-Aċċess Uniformi għall-Memorja (UMA);

(d)

Jipprovdi 5 slottijiet jew aktar PCI, PCI-E jew PCI-X;

(e)

Jipprovdi sostenn ta' multi-proċessuri sa żewġ proċessuri jew aktar (għandu jieħu pakketti/sokits tal-proċessur fiżikament separati, jiġifieri, mingħajr appoġġ għal proċessur uniku multi-core); u/jew

(f)

Kwalifika għal tal-anqas żewġ ċertifikazzjonijiet tal-prodott minn Bejjiegħa Indipendenti tas-Softwer (ISV); dawn iċ-ċertifikazzjonijiet jistgħu jkunu għadhom fil-proċess, iżda għandhom jitlestew fi żmien tliet xhur mill-kwalifika.

B.

Kategorija tal-Prodott: Klassifikazzjoni tas-sekonda ordni jew subtip fit-tip tal-prodott li hija bbażata fuq l-karatteristiċi tal-prodott u l-komponenti installati. Il-kategoriji tal-prodott jintużaw f'din l-ispeċifikazzjoni biex jiddeterminaw il-kwalifika u r-rekwiżiti tat-test.

C.

Komponenti tal-kompjuter:

(1)   Unità tal-Ipproċessar ta' Grafika (GPU): Ċirkwit integrat, separat mis-CPU, imfassal biex iħaffef ir-rendiment ta' kontenut 2D u/jew 3D fis-displejs. GPU jista' jingħaqad ma' CPU, fuq il-bord tas-sistema tal-kompjuter jew x'imkien ieħor biex jinħattu l-kapaċitajiet tad-displej mis-CPU.

(2)   Grafika Diskreta (dGfx): Proċessur grafiku (GPU) li jkollu interfaċċa ta' kontroll tal-memorja lokali kif ukoll memorja lokali speċifika għall-grafika.

(3)   Grafika Integrata (iGfx): Soluzzjoni tal-grafika li ma fihiex Grafika Diskreta.

(4)   Displej: Prodott disponibbli kummerċjalment bi skrin tad-displej u l-komponenti elettroniċi assoċjati, spiss magħluq f'kaxxa waħda, li l-funzjoni primarja tiegħu hija li juri informazzjoni viżwali minn (1) kompjuter, stazzjon tax-xogħol jew server permezz ta' input wieħed jew aktar (eż. VGA, DVI, HDMI, Port tad-Displej, IEEE 1394, USB), (2) ħażna esterna (eż. USB flash drive, kard tal-memorja) jew (3) konnessjoni tan-netwerk.

(a)   Displej Integrata bi Prestazzjoni Mtejba: Displej tal-Kompjuter bi Prestazzjoni Mtejba li għandu l-karatteristiċi u l-funzjonalitajiet kollha li ġejjin:

(1)

Proporzjon tal-kuntrast ta' mill-inqas 60:1 imkejjel f'angolu orizzontali tal-wiri ta' mill-inqas 85°, bil-ħġieġa ta' kopertura tal-iskrin jew le;

(2)

Riżoluzzjoni nativa ikbar minn jew daqs 2,3 megapixels (MP); kif ukoll

(3)

Gamma kromatika ta' mill-inqas profil sRGB kif definit mill-istandard Ewropew EN 61966-2-1 (identika għal IEC 61966-2-1). Huma permessi ċ-ċaqliqiet fl-ispazju tal-kuluri sakemm 99 % jew iktar tal-kuluri sRGB definiti huma appoġġatti.

(5)   Provvista Esterna tal-Enerġija (EPS): Magħrufa wkoll bħala Adapter Estern tal-Enerġija. Ċirkwit ta' provvista tal-elettriku esterna li jintuża sabiex jinqaleb il-kurrent domestiku tal-elettriku f'kurrent dc jew kurrent ac ta' vultaġġ baxx biex iħaddem prodott tal-konsumatur.

(6)   Provvista Interna tal-Enerġija (IPS): Komponent intern għall-kaxxa tal-kompjuter u ddisinjat biex jaqleb il-vultaġġ ac mill-potenza elettrika għal vultaġġ(i) dc għall-fini li jitħaddmu l-komponenti tal-kompjuter. Għall-finijiet ta' din l-ispeċifikazzjoni, provvista interna tal-enerġija għandha tkun fil-kaxxa tal-kompjuter iżda separata mill-bord prinċipali tal-kompjuter. Il-provvista tal-enerġija għandha tikkonnettja mal-potenza elettrika permezz ta' kejbil uniku mingħajr ċirkwiterija intermedja bejn il-provvista tal-enerġija u l-enerġija mill-mejn. Barra minn hekk, il-konnessjonijiet kollha mill-provvista tal-kurrent elettriku għall-komponenti tal-kompjuter, ħlief il-konnessjoni DC għal displej tal-kompjuter f'kompjuter Desktop Integrat, għandhom ikunu interni fil-kaxxa tal-kompjuter (jiġifieri, mingħajr kejbils esterni li jkunu għaddejjin mill-provvista tal-kurrent elettriku għall-kompjuter jew għall-komponenti individwali). Konvertituri interni minn dc għal dc użati biex jinqaleb vultaġġ dc uniku minn provvista ta' kurrent esterna għal vultaġġi multipli għall-użu mill-kompjuter mhumiex ikkunsidrati bħala provvisti interni ta' kurrent.

D.

Modalitajiet Operattivi:

(1)   Stat Attiv: L-istat ta' enerġija li fih il-kompjuter iwettaq xogħol utli bħala reazzjoni għal a) input preċedenti jew simultanju mill-utent jew b) struzzjoni preċedenti jew simultanja trażmessa bin-netwerk. Dan l-Istat Attiv jinkludi proċessar attiv, it-tiftix tad-dejta maħżuna, mill-memorja jew cache, inkluż il-ħin tal-Istat Inattiv waqt l-istennija għal iktar dħul ta' dejta mill-utent u qabel id-dħul fil-modalitajiet ta' kurrent baxx.

(2)   Stat Inattiv: L-istat tal-enerġija li fih is-sistema operattiva u softwer ieħor ikunu lestew il-loading, ikun inħoloq profil tal-utent, l-attività tkun limitata għal dawk l-applikazzjonijiet bażiċi li s-sistema tibda tħaddem b'mod awtomatiku u l-kompjuter mhuwiex f'Modalità Rieqda. Stat Inattiv hu magħmul minn żewġ substati: Wieqaf għal Ftit u Wieqaf fit-Tul.

(a)   Wieqaf fit-Tul: Il-mod li fih il-kompjuter ikun laħaq il-kondizzjoni ta' Wieqaf (jiġifieri, 15-il minuta wara li tibbutja s-Sistema Operattiva jew wara li jitlesta xi xogħol attiv jew wara li jerġa' jibda minn Modalità Rieqed) u d-Displej prinċipali tal-Kompjuter tkun daħlet fi stat ta' enerġija elettrika baxxa fejn il-kontenut tal-iskrin ma jistax jiġi osservat (jiġifieri, meta l-unitajiet tad-dawl minn wara jintfew) iżda jibqa' f'modalità ta' ħidma (ACPI G0/S0). Jekk il-fatturi tal-ġestjoni tal-enerġija elettrika jiġu attivati skont il-konsenja fix-xenarju deskritt f'din id-definizzjoni, dawn il-karatteristiċi jibdew jaħdmu qabel l-evalwazzjoni tal-Wieqaf fit-tul (pereżempju, id-displej ikun fi stat ta' enerġija elettrika baxxa, HDD tista' tkun spun-down), iżda l-Kompjuter ma jitħalliex jidħol fil-Modalità Rieqed. PLONG_IDLE tirrappreżenta l-enerġija medja mkejla waqt il-modalità Wieqaf fit-Tul.

(b)   Wieqaf għal Ftit: Il-modalità fejn il-Kompjuter ikun laħaq kundizzjoni Wieqaf (jiġifieri, 5 minuti wara li tkun ibbutjat s-Sistema Operattiva jew wara li jitlesta xi xogħol attiv jew wara li jerġa' jibda minn Modalità Rieqda), l-iskrin ikun mixgħul, l-elementi tal-ġestjoni tal-enerġija elettrika ta' Wieqaf fit-Tul ma jkunux bdew jaħdmu (pereżempju, l-HDD qed tispinnja u l-Kompjuter ma jitħalliex jidħol f'modalità rieqda). PLONG_IDLE tirrappreżenta l-enerġija medja mkejla waqt il-modalità Wieqaf għal Ftit.

(3)   Modalità Mitfi: L-iżjed modalità baxxa tal-konsum tal-enerġija li ma jistax jintefa (influwenzat) mill-utent u li jista' jippersisti għal żmien indefinit meta l-prodott ikun konness ma' provvista ċentrali tal-elettriku u użat f'konformità mal-istruzzjonijiet tal-manifattur. Għal sistemi fejn japplikaw l-istandards ACPI, Modalità Mitfi jikkorrispondi biss għall-istat ta' Sistema ACPI Livell S5.

(4)   Modalità Rieqed: Modalità ta' qawwa elettrika baxxa li l-kompjuter ikun kapaċi jidħol fih awtomatikament wara perjodu inattiv jew permezz ta' selezzjoni manwali. Kompjuter b'kapaċità ta' Modalità Rieqed jista' ‘jqum’ malajr biex jirreaġġixxi għall-konnessjonijiet tan-netwerk jew għall-apparat tal-interfaċċja tal-utent b'dewmien ta' 5 sekondi jew inqas mill-mument li fih il-kompjuter jirriattiva ruħu sakemm is-sistema tibda taħdem sew, inkluż ir-riżoluzzjoni tad-displej. Għal sistemi fejn japplikaw l-istandards ACPI, il-Modalità Rieqed l-iktar li tikkorrelata mal-istat tas-Sistema ACPI Livell S3 (sospensjoni għar-RAM).

E.

Netwerking u Kapaċitajiet Addizzjonali:

(1)   Ħażna Interna Addizzjonali: Il-konsenja tal-diski riġidi (HDD) interni kollha jew xi wħud minnhom jew diski bi stat solidu (SSD) ma' kompjuter wara l-ewwel waħda. Din id-definizzjoni ma tinkludix drives esterni.

(2)   Eternet Effiċjenti fl-Enerġija (EEE): Teknoloġija li tippermetti t-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tal-interfaċċi tal-Eternet meta qed tinħadem ftit dejta. Speċifikati mill-IEEE 802.3az.

(3)   Konnettività Sħiħa tan-Netwerk: Il-kapaċità tal-kompjuter li jżomm preżenza tan-netwerk waqt li jkun fil-Modalità Rieqed jew modalità alternattiva ta' enerġija baxxa (LPM) b'enerġija ta' 10 watts jew inqas u jirriattiva ruħu b'mod intelliġenti meta jkun hemm il-ħtieġa ta' iktar ipproċessar (inkluż l-ipproċessar okkażjonali mitlub għaż-żamma tal-preżenza tan-netwerk). Għalkemm il-kompjuter ikun jinsab fil-LPM, jinżammu l-preżenza, is-servizzi u l-applikazzjonijiet tan-netwerk tiegħu. Min-naħa tan-netwerk, kompjuter b'konnettività sħiħa tan-netwerk fil-LPM jiffunzjona daqs kompjuter inattiv fir-rigward tal-applikazzjonijiet komuni u l-mudelli ta' użu. Il-konnettività sħiħa tan-netwerk fil-LPM mhix limitata għal sett speċifiku ta' protokolli iżda tista' tkopri l-applikazzjonijiet installati wara l-installazzjoni inizjali. Magħrufa wkoll bħala l-funzjonalità ‘netwerk proxy’ u kif deskritta fl-istandard Ecma-393.

(a)   Network Proxy — Kapaċità Bażika: Biex iżżomm l-indirizzi u l-preżenza fuq in-netwerk fil-LPM, is-sistema tittratta IPv4 ARP and IPv6 NS/ND.

(b)   Network Proxy — Kapaċità Sħiħa: Fil-LPM, is-sistema tappoġġa Kapaċità Bażika, Riattivazzjoni mill-Bogħod, Servizz ta' Skoperta/Servizz tal-Ismijiet.

(c)   Network Proxy — Riattivazzjoni mill-Bogħod: Fil-LPM, is-sistema tkun kapaċi tattiva mill-bogħod fuq talba minn barra n-netwerk lokali. Tinkludi l-Kapaċità Bażika.

(d)   Network Proxy — Servizz ta' Skoperta/Servizz tal-Ismijiet: Fil-LPM, is-sistema tippermetti r-reklamar ta' servizzi ospitanti u isem in-netwerk. Tinkludi l-Kapaċità Bażika.

(4)   Interfaċċa tan-Netwerk: Il-komponenti (ħardwer u softwer) li l-funzjoni primarja tagħhom hija li jagħmlu l-kompjuter kapaċi jikkomunika fuq teknoloġija tan-netwerk waħda jew aktar. Eżempji tal-Interfaċċi tan-Netwerk huma IEEE 802.3 (Eternet) u IEEE 802.11 (Wi-Fi).

(5)   Avveniment ta' Riattivazzjoni: Avveniment skedat mill-utent, skedat jew estern li jġiegħel lill-kompjuter jaqleb mill-Modalità Rieqed jew Mitfi għal stat attiv tal-operazzjoni. Eżempji ta' avvenimenti ta' riattivazzjoni jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: ċaqliq tal-maws, attività tat-tastiera, input ta' kontrollur, avveniment tal-arloġġ f'ħin reali, jew l-għafsa ta' buttuna fuq il-kaxxa tal-kompjuter u, fil-każ ta' avvenimenti esterni, stimolu li jitwassal permezz ta' kontroll remot, ta' netwerk, ta' modem, eċċ.

(6)   Riattivazzjoni fuq LAN (WOL): Funzjonalità li tippermetti li kompjuter jirriattiva ruħu mill-Modalità Rieqed jew Mitfi għal Stat Attiv tal-operazzjoni meta jintalab minn Avveniment ta' Riattivazzjoni tan-netwerk permezz tal-Eternet.

(7)   Grafika li tista' tinqaleb: Funzjonalità li tippermetti li l-Grafika Diskreta tiġi diżattivata meta ma tkunx Meħtieġa favur Grafika Integrata.

Nota: Din il-funzjonalità tippermetti l-użu ta' inqas enerġija u GPUs integrati b'inqas kapaċità biex irendu d-displej meta jkun fuq batterija jew meta l-grafika tal-output mhix kumplessa żżejjed filwaqt li mbagħad tippermetti il-GPU diskret li jikkonsma aktar enerġija iżda li huwa aktar kapaċi biex jipprovdi kapaċità ta' rendiment meta l-utent ikun jeħtieġha.

F.

Kanali ta' kummerċjalizzazzjoni u distribuzzjoni:

(1)   Kanali tal-impriżi: Il-kanali tal-bejgħ tipikament użati minn impriżi kbar jew ta' daqs medju, organizzazzjonijiet governattivi, istituzzjonijiet edukattivi, jew organizzazzjonijiet oħra li jixtru l-kompjuters li jintużaw f'ambjenti ġestiti ta' klijent/server.

(2)   Isem il-Mudell: Isem kummerċjali li jinkludi referenza għan-numru tal-mudell tal-kompjuter, id-deskrizzjoni tal-prodott jew referenzi oħra għall-immarkar korporattiv.

(3)   Numru tal-Mudell: Isem kummerċjali uniku jew identifikazzjoni ta' referenza li tapplika għal konfigurazzjoni speċifika tal-ħardwer u s-softwer (eż. sistema operattiva, tip ta' proċessur, memorja, GPU), u jkun definit minn qabel jew magħżul minn klijent.

G.

Familja ta' Prodott: Deskrizzjoni tal-livell għoli li tirreferi għal grupp ta' kompjuters li bejniethom jikkondividu kombinazzjoni ta' xażi/motherboard waħda li spiss ikollha mijiet ta' konfigurazzjonijiet possibbli ta' ħardwer u softwer. Mudelli tal-prodott f'familja ivarjaw minn xulxin skont karatteristiċi jew karatteristika waħda jew iktar li (1) ma għandhomx impatt fuq il-prestazzjoni ta' prodott fir-rigward tal-kriterji tal-kwalifika ENERGY STAR jew (2) huma speċifikati hawn ġew bħala varjazzjonijiet aċċettabbli f'familja ta' prodott. Għall-kompjuters, varjazzjonijiet aċċettabbli f'familja ta' prodotti jinkludu:

(1)

Kulur;

(2)

Il-kaxxa; kif ukoll

(3)

Komponenti elettroniċi għajr ix-xażi/il-motherboard, bħal proċessur, memorja, GPU eċċ.

2.   Kamp ta' applikazzjoni

2.1.   Prodotti Inklużi

2.1.1.

Prodotti li jissodisfaw id-definizzjoni ta' Kompjuter kif ukoll waħda mid-definizzjonijiet tat-Tip ta' Prodotti li ġejjin, kif speċifikat hawnhekk, huma eliġibbli għal kwalifika ta' ENERGY STAR, bl-eċċezzjoni tal-prodotti elenkati fit-Taqsima 2.2:

(i)

Kompjuters Desktop u Kompjuter Desktop Integrat;

(ii)

Kompjuters Notebook;

(iii)

Slates/Tablets;

(iv)

Kompjuters Portabbli Komprensivi;

(v)

Stazzjonijiet tax-xogħol;

(vi)

Servers fuq Skala Żgħira li huma kummerċjalizzati u mibjugħa għall-użu taċ-ċentru mhux tad-dejta; kif ukoll

(vii)

Kompjuters Terminal Ħafif.

2.2.   Prodotti Esklużi

2.2.1.

Prodotti li huma koperti taħt speċifikazzjonijiet ta' prodott ENERGY STAR ieħor ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni. Il-lista tal-ispeċifikazzjonijiet attwalment fis-seħħ tinsab fuq www.energystar.gov/products.

2.2.2.

Il-prodotti li ġejjin ma humiex eliġibbli għal kwalifika taħt din l-ispeċifikazzjoni:

(i)

Stazzjonijiet għad-Dokkjar;

(ii)

Konsols tal-Logħob;

(iii)

Qarrejja elettroniċi;

(iv)

L-apparat tal-logħob li jinżamm fl-idejn, tipikament jaħdem bil-batterija u maħsub għall-użu ma' displej integrali bħala d-displej ewlieni;

(v)

Terminals Ħfief mobbli li ma jissodisfawx id-definizzjoni ta' Kompjuter Notebook;

(vi)

Apparat ta' Assistent Personali Diġitali (PDAs);

(vii)

Prodotti tal-Punt tal-Bejgħ (POS) li ma jużawx il-komponenti interni komuni għal Kompjuters Notebook, Desktop jew Desktop Integrati, inklużi l-proċessur, il-motherboard, u l-memorja;

(viii)

Servers fuq Skala Żgħira li huma kummerċjalizzati u mibjugħa għall-użu fiċ-ċentri tad-dejta;

(ix)

Kompjuters li jinżammu fl-idejn li jkollhom il-kapaċità ta' vuċi ċellulari;

(x)

Terminal ultra-ħafif.

3.   Kriterji tal-Kwalifika

3.1.   Numri Sinifikanti u Approssimazzjoni

3.1.1.

Il-kalkoli kollha għandhom jitwettqu b'valuri mkejla direttament (mhux approssimati).

3.1.2.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'din l-iseċifikazzjoni, il-konformità mal-limiti tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi evalwata bl-użu ta' valuri mkejla jew ikkalkulati direttament mingħajr xi benefiċċju ta' approssimazzjoni.

3.1.3.

Valuri mkejla jew ikkalkulati direttament li huma sottomessi għar-rapportar fuq is-sit tal-Internet tal-ENERGY STAR għandhom ikunu approssimati għall-eqreb ċifra sinifikanti kif espressa fil-limitu korrispondenti tal-ispeċifikazzjoni.

3.2.   Rekwiżiti Ġenerali

3.2.1.

Provvista tal-Enerġija Interna (IPS): L-IPSs użati fil-Kompjuters eliġibbli skont din l-ispeċifikazzjoni għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin meta ttestjati permezz tal-Generalized Internal Power Supply Efficiency Test Protocol, Rev. 6.6 (disponibbli fuq http://www.plugloadsolutions.com/docs/collatrl/print/Generalized_Internal_Power_Supply_Efficiency_Test_Protocol_R6.6.pdf) u ttestjati f'kumbinazzjoni rilevanti ta' vultaġġ/frekwenza tal-input għal kull suq li fih se jinbiegħu u jiġu promossi bħala ENERGY STAR.

(i)

L-IPS b'enerġija ta' output nominali massima ta' inqas minn 75 watts għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi ta' effiċjenza kif speċifikat f' Tabella 1;

(ii)

L-IPS b'enerġija ta' output nominali massima ta' 75 watts jew aktar għandha tissodisfa r-rekwiżiti minimi ta' effiċjenza u r-rekwiżiti minimi tal-fattur tal-enerġija, kif speċifikat fit-Tabella 1.

Tabella 1

Rekwiżiti għal Provvisti Interni tal-Enerġija

Kundizzjoni ta' Lowding

(Persentaġġ tal-Kurrent tal-Kapaċità Nominali tal-Output)

Effiċjenza Minima

Rekwiżit tal-Fattur tal-Enerġija

20 %

0,82

50 %

0,85

100 %

0,82

0,90

3.2.2.

Rekwiżiti tal-Provvista Esterna tal-Enerġija (EPS): L-EPSs b'vultaġġ singlu u multiplu għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Livell V jew prestazzjoni aħjar skont l-International Efficiency Marking Protocol, meta ttestjati skont il-Uniform Test Method for Measuring the Energy Consumption of External Power Supplies, Appendix Z sa 10 CFR Parti 430.

L-EPSs b'vultaġġ singlu għandhom jinkludu l-immarkar tal-Livell V (jew aktar).

Ajktar informazzjoni tinstab fuq il-Protokoll tal-Immarkar fuq www.energystar.gov/powersupplies

3.3.   Rekwiżiti għall-Ġestjoni tal-Enerġija

3.3.1.

Il-prodotti għandhom jinkludu l-karatteristiċi tal-ġestjoni tal-enerġija elettrika fil-kundizzjoni kif ikkonsenjati tagħhom kif speċifikat fit-Tabella 2, suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

Għat-Terminals Ħfief, ir-rekwiżit tal-Wake-on-Lan (WOL) għandu japplika għall-prodotti disinjati biex jirċievu aġġornamenti tas-softwer minn netwerk ġestit b'mod ċentrali waqt il-Modalità Rieqed jew Mitfi. It-Terminals Ħfief li l-qafas standard tagħhom li jaġġorna s-softwer ma jeħtieġx programmazzjoni barra mill-ħin tax-xogħol ma għandhomx għalfejn isegwu r-rekwiżit tal-WOL;

(ii)

Għan-Notebooks, il-WOL jista' jiġi diżattivat awtomatikament meta l-prodott hu skonnettjat mill-potenza elettrika ac;

(iii)

Għall-prodotti kollha bil-WOL, il-filtri tal-pakketti diretti (directed packet filters) għandhom ikunu attivati u ssettjati għal konfigurazzjoni awtomatika standard industrijali;

(iv)

Prodotti li ma jappoġġawx il-Modalità Rieqed b'mod awtomatiku huma soġġetti biss għar-rekwiżit tal-Modalità Rieqed tad-Displej.

Tabella 2

Rekwiżiti għall-Ġestjoni tal-Enerġija

Modalità jew Modalità ta' tranżizzjoni

Rekwiżit

Desktops

Desktops Integrati

Kompjuters Komprensivi Portabbli

Kompjuters Notebook

Servers fuq Skala Żgħira

Slates/Tablets

Kompjuters Terminal ħafif

Stazzjonijiet tax-xogħol

Modalità Rieqed tas-Sistema (1)

(1)

Modalità Rieqed għandha tkun ssettjata biex tiġi attivata wara mhux aktar minn 30 minuta ta' inattività mill-utent.

(2)

Il-kompjuters għandhom inaqqsu l-veloċità ta' kwalunkwe kollegament attiv fuq in-netwerk bl-Eternet ta' 1 Gb/s meta jgħaddi għall-Modalità Rieqed jew għall-Modalità Mitfi.

Iva

Iva

Iva

Iva

Le

Mhux Applikabbli

Iva

Iva

Modalità Rieqed tad-Displej

Il-Modalità Rieqed tad-Displej għandha tiġi ssettjata biex tattiva ruħha wara mhux aktar minn 15-il minuta ta' inattività mill-utent.

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Riattivazzjoni tal-LAN (WOL) (1)

(1)

Il-kompjuters b'kapaċità tal-Eternet għandhom jipprovdu lill-utenti l-opżjoni li jattivaw u jiddiżattivaw il-mekkaniżmu ta' riattivazzjoni tal-kompjuter permezz tan-netwerk (WOL) għall-Modalità Rieqed.

(2)

Il-kompjuters b'kapaċità tal-Eternet li huma ikkonsenjati permezz ta' kanali ta' intrapriża għandhom jew:

(a)

jiġu kkonsenjati bil-WOL attivat b'mod awtomatiku għall-Modalità Rieqed, meta l-kompjuter ikun qed jopera fuq potenza elettrika ac. jew

(b)

jipprovdu lill-utenti l-kapaċità li tattiva l-WOL li jkun aċċessibbli kemm mill-interfaċċja tal-utent tas-sistema operattiva tal-klijent kif ukoll fuq in-netwerk.

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Mhux Applikabbli

Iva

Iva

Ġestjoni tar-riattivazzjoni (1)

Il-kompjuters bil-kapaċità tal-Eternet li huma kkonsenjati permezz ta' kanali ta' intrapriża għandhom:

(a)

ikunu kapaċi għall-avvenimenti ta' riattivazzjoni kemm dawk remoti (permezz tan-netwerk) kif ukoll skedati (permezz tal-arloġġ tal-ħin reali) mill-Modalità Rieqed, u

(b)

jipprovdu lill-klijenti bil-kapaċità li jamministraw b'mod ċentrali (permezz ta' għodod tal-bejjiegħ) kwalunkwe settings tal-ġestjoni ta' riattivazzjoni li huma kkonfigurati permezz ta' settings tal-ħardwer jekk il-manifattur ikollu kontroll fuq dawn il-karatteristiċi.

Iva

Iva

Iva

Iva

Iva

Mhux Applikabbli

Iva

Iva

3.4.   Rekwiżiti ta' Tagħrif għall-Utent

3.4.1.

Il-prodotti għandhom jiġu kkonsenjati b'materjal informattiv biex jinfurmaw lill-klijenti b'dan li ġej:

(i)

Deskrizzjoni tas-settings tal-ġestjoni tal-enerġija li ġew attivati b'mod awtomatiku;

(ii)

Deskrizzjoni tas-settings tal-ħin għal diversi karatteristiċi tal-ġestjoni tal-enerġija; u

(iii)

Struzzjonijiet dwar kif tirriattiva kif suppost il-kompjuter mill-modalità Rieqed.

3.4.2.

Il-prodotti għandhom jiġu kkonsenjati b'waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

Lista tas-settings awtomatiċi tal-ġestjoni tal-enerġija elettrika;

(ii)

Nota li ssemmi li settings awtomatiċi tal-ġestjoni tal-enerġija ntgħażlu għall-konformità mal-ENERGY STAR (fi żmien 15-il minuta ta' inattività tal-utent għad-displej, fi żmien 30 minuta għall-kompjuter, jekk applikabbli għal Tabella 2), u huma rakkomandati mill-programm ENERGY STAR għall-aqwa iffrankar tal-enerġija;

(iii)

Informazzjoni dwar l-ENERGY STAR u l-benefiċċji tal-ġestjoni tal-enerġija elettrika, li trid tkun fil-bidu jew viċin tal-manwal tal-utent stampat jew f'forma elettronika, jew fil-pakkett jew bħala inserzjoni fil-kaxxa.

3.4.3.

Id-dispożizzjonijiet, 3.4.1 u 3.4.2 jistgħu jiġu sodisfatti permezz ta' użu ta' dokumentazzjoni dwar il-prodott, elettronika jew stampata, sakemm jaderixxu ma' dawn kollha li ġejjin:

(i)

Id-dokumentazzjoni tiġi kkonsenjata mal-prodott (eż., f'manwal stampat jew inserzjoni, f'fajl ottiku inkluż, f'fajl installat mas-softwer illowdjat ikkonsenjat lill-klijent) jew disponibbli elettronikament fuq il-websajt tal-manifattur. F'dan il-każ, l-istruzzjonijiet dwar l-aċċess għall-informazzjoni fuq il-websajt għandu jiġi pprovdut fil-pakkett ta' prodott jew fuq id-Desktop jew l-iskrin tad-dar; kif ukoll

(ii)

Id-dokumentazzjoni tiġi inkluża jew (a) ma' kompjuters biss ikkwalifikati bħala ENERGY STAR; jew (b) bħala parti mid-dokumentazzjoni standard jekk u jekk biss tkun akkumpanjata minn gwida lill-klijenti approvata mill-EPA dwar kif isiru jafu jekk il-konfigurazzjoni tal-kompjuter tagħhom hix kwalifikata bħala ENERGY STAR.

3.5.   Rekwiżiti għall-Kompjuters Desktop, il-Kompjuters Desktop Integrati u l-Kompjuters Notebook

3.5.1.

Il-Konsum tal-Enerġija Tipiku Kkalkulat (ETEC) għall-Kompjuters Desktop, il-Kompjuters Desktop Integrati u il-Kompjuters Notebook skont Equation 1 għandu jkun inqas minn jew daqs ir-rekwiżit Massimu tat-TEC (ETEC_MAX) skont Equation 2, suġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

Il-konċessjoni tal-adder tal-Ħażna Interna Addizzjonali (TECSTORAGE) għandha tiġi applikata jekk hemm preżenti fil-prodott aktar minn apparat wieħed ta' ħażna intern, f'liema każ din tiġi applikata darba;

(ii)

Il-konċessjoni tal-adder tad-Displej Integrat (TECINT_DISPLAY) tapplika biss għall-kompjuters Desktop Integrati u Notebooks u tista' tiġi applikata għal kull displej. Għad-Displejs Integrati bi Prestazzjoni Mtejba, l-adder jiġi kkalkulat kif qed jiġi ppreżentat f' Tabella 7 u Equation 3;

(iii)

Għal prodott li jikkwalifika għall-ponderazzjonijiet ta' modalità tal-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk, għandhom jiġu sodisfati l-kriterji li ġejjin:

Il-prodotti għandhom jissodisfaw l-istandard nonproprjetarju tal-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk bħalma hu l-ECMA 393 jew standard ieħor li ġie approvat mill-EPA jew mill-Kummissjoni Ewropea bħala li jissodisfa l-miri tal-ENERGY STAR. Din l-approvazzjoni trid tinkiseb qabel ma titressaq id-dejta tal-prodott għall-kwalifika.

Il-prodotti għandhom ikollhom attivat u konfigurat il-livell applikat ta' funzjonalità b'mod awtomatiku meta jiġi kkonsenjat. Jekk il-karatteristiċi tal-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk mhumiex attivati b'mod awtomatiku, is-sistema għandha tiġi ttestjata u rrappurtata bil-ponderazzjonijiet TEC Konvenzjonali.

Il-prodotti għandhom ikunu kapaċi jħaddmu il-Modalità Rieqed jew modalitajiet alternattivi ta' enerġija baxxa b'kurrent ta' 10 watts jew inqas;

Nota: Il-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk hija parametru rrappurtat mill-manifattur. Dwar il-kompjuters Mac, il-‘Wake for network access’ attivat fi ħdan l-Energy Saver/Power Adapter Preferences ifisser Kapaċità Bażika jew aħjar. Fuq il-kompjuters Windows, ‘ARP Offload’ jew ‘NS Offload’ jew simili fi ħdan il-Karatteristiċi Avvanzati tal-Kard tal-Interfaċċa tan-Netwerk (aċċessibbli permezz tal-Maniġer tal-Apparat) tfisser il-Kapaċità Bażika jew aħjar. Għal sistemi b'konfigurazzjoni doppja tal-Kard tan-Netwerk tal-Interfaċċa (NIC), konfigurazzjoni CNI waħda biss teħtieġ li tikkonforma. Il-manifattur jista' jipprovdi gwida ulterjuri dwar kif kif jiġi kkonfermat l-Appoġġ Proxy;

(iv)

Għall-kompjuters Notebook, il-kompjuters Desktops, u l-kompjuters Desktop Integrati li jużaw modalità alternattiva ta' enerġija baxxa minflok il-Modalità Rieqed, tista' tintuza l-enerġija ta' Wieqaf fit-Tul (PLONG_IDLE) minflok l-enerġija f'Rieqed (PSLEEP) fl- Equation 1 jekk il-modalità alternattiva tal-enerġija baxxa hija ta' 10 Watts jew anqas. F'dawn il-każijiet, (PSLEEP × TSLEEP ), tinbidel bi (PLONG_IDLE × TSLEEP ); Equation 1 jew inkella tibqa' kif inhi;

(v)

Il-kompjuters Desktop, il-kompjuter Notebooks, u l-kompjuters Desktop Integrati bi grafika li tista' tinqaleb jistgħu japplikaw il-konċessjoni tal-Grafika Diskreta, TECGRAPHICS, mit-Tabella 7 fl- Equation 2. Madankollu, għas-sistemi ta-kompjuters Desktop u l-kompjuters Desktop Integrati li jipprovdu Grafika li tista' Tinqaleb u li tiġi attivata b'mod awtomatiku, il-konċessjoni ugwali għal 50 % tal-konċessjoni tal-grafika G1 għat-tip tal-pjattaforma (kompjuter Desktop jew kompjuters Desktop Integrati) tista tiġi applikata. L-inċentiv tal-grafika li tista' tinqaleb japplika biss għal qlib awtomatiku li jiġi attivat b'mod awtomatiku. Din il-kapaċità tiġi ddikjarat mill-manifattur.

Ekwazzjoni 1: Kalkolu TEC (ETEC) għall-kompjuters Desktop, il-kompjuters Desktop Integrati, it-Terminal Ħafif u l-Kompjuters Notebook

Formula

Fejn:

POFF = Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-Modalità Mitfi (W);

PSLEEP = Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-Modalità Rieqed (W);

PLONG_IDLE = Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-Modalità Wieqaf fit-Tul (W);

PSHORT_IDLE = Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-Modalità Wieqaf għal Ftit (W); kif ukoll

TOFF , TSLEEP , TLONG_IDLE , u TSHORT_IDLE huma ponderazzjonijiet tal-modalità kif speċifikati f' Tabella 3 (għall-kompjuters Desktop, il-kompjuters Desktop Integrati u t-Terminals Ħfief) jew Tabella 4 (għall-kompjuters Notebook).

Tabella 3

Ponderazzjonijiet tal-Modalità għall-kompjuters Desktop, it-Terminals Ħfief, u l-kompjuters Desktop Integrati

Ponderazzjoni tal-Modalità

Konvenzjonali (%)

Konnettività Sħiħa tan-Netwerk

Kapaċità Bażika (%)

Attivazzjoni mill-Bogħod (%)

Servizz ta' Skoperta/Servizz tal-Ismijiet (%)

Kapaċità Sħiħa (%)

TOFF

45

40

30

25

20

TSLEEP

5

15

28

36

45

TLONG_IDLE

15

12

10

8

5

TSHORT_IDLE

35

33

32

31

30


Tabella 4

Ponderazzjonijiet tal-Modalità għall-kompjuters Notebook

Ponderazzjoni tal-Modalità

Konvenzjonali (%)

Konnettività Sħiħa tan-Netwerk

Kapaċità Bażika (%)

Attivazzjoni mill-Bogħod (%)

Servizzi ta' Skoperta/Servizz tal-Ismijiet (%)

Kapaċità Sħiħa (%)

TOFF

25

25

25

25

25

TSLEEP

35

39

41

43

45

TLONG_IDLE

10

8

7

6

5

TSHORT_IDLE

30

28

27

26

25

Ekwazzjoni 2: Kalkolu ETEC_MAX għall-Kompjuters Desktop, il-Kompjuters Desktop Integrati u l-Kompjuters Notebook:

ETEC_MAX = (1 + ALLOWANCEPSU) × (TECBASE + TECMEMORY + TECGRAPHICS + TECSTORAGE + TECINT_DISPLAY + TECSWITCHABLE + TECEEE)

Fejn:

ALLOWANCEPSU hi konċessjoni mogħtija għal provvisti tal-enerġija li jissodisfaw il-livelli ta' effiċjenza aktar stretta fakultattivi speċifikati fit-Tabella 5; provvisti tal-enerġija li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti jirċievu konċessjoni ta' 0;

TECBASE hija l-konċessjoni bażika kif speċifikata fit-Tabella 6; kif ukoll,

TECGRAPHICS hija konċessjoni tal-grafika diskreta kif speċifikat fit-Tabella 7, bl-eċċezzjoni tas-sistemi b'grafiċi integrati, li ma jirċevux konċessjoni, jew il-kompjuters Desktop u l-kompjuters Desktop Integrati b'grafika li tista' tinqaleb attivata b'mod awtomatiku, li jirċievu konċessjoni permezz tal-TECSWITCHABLE; kif ukoll

TECMEMORY , TECSTORAGE , TECINT_DISPLAY , TECSWITCHABLE , u TECEEE huma konċessjonijiet adder kif speċifikati fit-Tabella 7.

Tabella 5

Kwota tal-Effiċjenza għal Provvisti tal-Enerġija

Tip ta' Provvista tal-Enerġija

Tip ta' Kompjuter

Effiċjenza Minima fi Proporzjon Speċifikat tal-Kurrent tal-Output Nominali (2)

Effiċjenza Medja Minima (3)

AllowancePSU

10 %

20 %

50 %

100 %

IPS

Desktop

0,81

0,85

0,88

0,85

0,015

0,84

0,87

0,90

0,87

0,03

Desktop Integrat

0,81

0,85

0,88

0,85

0,015

0,84

0,87

0,90

0,87

0,04

EPS

Laptop jew Desktop

0,83

0,88

0,015

0,84

0,89

0,03

Desktop Integrat

0,83

0,88

0,015

0,84

0,89

0,04


Tabella 6

Konċessjonijiet bażiċi tat-TEC (TECBASE)

Isem il-Kategorija

Kapaċità tal-Grafika (4)

Desktop jew Desktop Integrat

Kompjuter Notebook

Punteġġ tal-Prestazzjoni, P  (5)

Konċessjoni Bażika

Punteġġ tal-Prestazzjoni, P v

Konċessjoni Bażika

0

Kwalunkwe Grafika

dGfx ≤ G7

P ≤ 3

69,0

P ≤ 2

14,0

I1

Grafika Integrata jew li Tista' Tinqaleb

3 < P ≤ 6

112,0

2 < P ≤ 5,2

22,0

I2

6 < P ≤ 7

120,0

5,2 < P ≤ 8

24,0

I3

P > 7

135,0

P > 8

28,0

D1

Gafika Diskreta

dGfx ≤ G7

3 < P ≤ 9

115,0

2 < P ≤ 9

16,0

D2

P > 9

135,0

P > 9

18,0


Tabella 7

Konċessjonijiet tal-Adder Funzjonali għall-kompjuters Desktop, il-kompjuters Desktop Integrati, it-Terminal Ħafif u l-kompjuters Notebook

Funzjoni

Desktop

Desktop Integrat

Kompjuter Notebook

TECSTORAGE (kWh) (6)

0,8

TECGRAPHICS (kWh) (7)

Kategorija tal-Grafika (8)

G1

(FB_BW ≤ 16)

36

14

G2

(16 < FB_BW ≤ 32)

51

20

G3

(32 < FB_BW ≤ 64)

64

26

G4

(64 < FB_BW ≤ 96)

83

32

G5

(96 < FB_BW ≤ 128)

105

42

G6

(FB_BW > 128; Frame Buffer Data Width < 192 bits)

115

48

G7

(FB_BW > 128; Frame Buffer Data Width ≥ 192 bits

130

60

TECSWITCHABLE (kWh) (9)

0,5 × G1

Mhux Applikabbli

TECEEE (kWh) (10)

8,76 × 0,2 × (0,15 + 0,35)

8,76 × 0,2 × (0,10 + 0,30)

TECSTORAGE (kWh) (11)

26

2,6

TECINT_DISPLAY (kWh) (12)

Mhux Applikabbli

8,76 × 0,35 × (1 + EP) × (4 × r + 0,05 × A)

8,76 × 0,30 × (1 + EP) × (2 × r + 0,02 × A)

Ekwazzjoni 3: Il-kalkolu tal-konċessjoni għall-skrins integrati bi prestazzjoni mtejba

EP =

0,

No Enhanced Performance Display

0,3,

Enhanced Performance Display, d < 27

0,75,

Enhanced Performance Display, d ≥ 27

Fejn:

d hija linja djagonali tal-iskrin, f'pulzieri;

3.6.   Rekwiżiti għas-Slates/Tablets u l-Kompjuters Komprensivi Portabbli

3.6.1.

Is-Slates/Tablets għandhom isegwu r-rekwiżiti kollha għall-Kompjuters Notebook fit-Taqsima 3.5 hawn fuq, inklużi l-kalkoli ta' dan li ġej:

(i)

Il-Konsum tal-Enerġija Tipiku Kkalkulat (ETEC), billi tintuża l-Ekwazzjoni 1 flimkien mal-Ponderazzjonijiet tal-Modalità tal-kompjuter Notebook mit-Tabella 4;

(ii)

Il-Konsum Massimu tal-Enerġija Tipiku Konċess Ikkalkulat (ETEC_MAX), billi tintuża l-Ekwazzjoni 2 flimkien mal-konċessjoni bażika xierqa tal-kompjuter Notebook mit-Tabella 6, u applikabbli għall-konċessjonijiet tal-adder funzjonali tal-kompjuter Noteboook mit-Tabella 7.

3.6.2.

Il-Kompjuters Komprensivi Portabbli għandhom isegwu r-rekwiżiti kollha għall-Kompjuters Desktop Integrati fit-Taqsima 3.5 hawn fuq, inklużi l-kalkoli ta' dan li ġej:

(i)

Il-Konsum tal-Enerġija Tipiku Kkalkulat (ETEC), billi tintuża l-Ekwazzjoni 1 flimkien mal-Ponderazzjonijiet tal-Modalità tal-kompjuter Desktop Integrat mit-Tabella 3;

(ii)

Il-Konsum Massimu tal-Enerġija Tipiku Konċess Ikkalkulat (ETEC_MAX), billi tintuża l-Ekwazzjoni 2 flimkien mal-konċessjoni bażika xierqa tal-kompjuter Desktop Integrat mit-Tabella 6, u applikabbli għall-konċessjonijiet tal-adder funzjonali tal-kompjuter Desktop Integrat mit-Tabella 7.

Noti: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom l-intenzjoni li jkomplu jevalwaw id-dejta tal-prodott tas-Slate/Tablet u l-kompjuter Komprensiv Portabbli biex jinformaw l-iżvilupp tar-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija fil-futur.

3.7.   Rekwiżiti għall-Istazzjonijiet tax-Xogħol

3.7.1.

Il-konsum tal-enerġija ppeżat (PTEC) kif ikkalkulat għal Equation 4 għandu jkun ugwali għar-rekwiżit tal-konsum tal-enerġija massima peżata jew inqas minnu (PTEC_MAX) kif ikkalkulat skont Equation 5.

Ekwazzjoni 4: Kalkolu PTEC għall-Istazzjonijiet tax-Xogħol

PTEC = POFF × TOFF + PSLEEP × TSLEEP + PLONG_IDLE × TLONG_IDLE + PSHORT_IDLE × TSHORT_IDLE

Fejn:

POFF = Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-Modalità Mitfi (W);

PSLEEP = Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-Modalità Rieqed (W);

PLONG_IDLE = Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-Modalità Wieqaf fit-Tul (W);

PSHORT_IDLE = Il-konsum tal-enerġija mkejjel fil-Modalità Wieqaf għal Ftit (W); kif ukoll

TOFF , TSLEEP , TLONG_IDLE , u TSHORT_IDLE huma ponderazzjonijiet tal-modalità kif speċifikati fit-Tabella 8

Tabella 8

Ponderazzjonijiet tal-Modalità għall-Istazzjonijiet tax-Xogħol

TOFF

TSLEEP

TLONG_IDLE

TSHORT_IDLE

35 %

10 %

15 %

40 %

Ekwazzjoni 5: Kalkolu PTEC_MAX għall-Istazzjonijiet tax-Xogħol

PTEC_MAX = 0,28 × (PMAX + NHDD × 5) + 8,76 × PEEE × (TSLEEP + TLONG_IDLE + TSHORT_IDLE)

Fejn:

PMAX = il-konsum ta' enerġija massima mkejla (W)

NHDD = Għadd ta' diski riġidi (HDD) jew diski bi stat solidu (SSD)

PEEE hija l-konċessjoni tal-EEE ta' 0,2 W għal kull port tal-Eternet ta' 802.3az- GigaBit konformi mal-IEEE (Eternet Effiċjenti fl-Enerġija).

3.7.2.

Il-Punt Referenzjaru ta' Stat Attiv: Biex jikkwalifika għall-ENERGY STAR, Stazzjon tax-xogħol għandu jiġi sottomess għal kwalifika bl-informazzjoni li ġejja mogħtija b'mod sħiħ:

(i)

Ir-riżultati tat-test tal-valur referenzjarju tal-Linpack, l-ottimizzazzjonijiet tal-kompilatur, u l-enerġija totali kkunsmata matul id-durata tat-test; kif ukoll

(ii)

Ir-riżultati tat-test tal-valur referenzjarju tal-iSPECviewperf, l-għażliet ta' konfigurazzjoni, id-durata totali tat-test, u l-enerġija totali użata matul id-durata tat-test.

3.7.3.

Stazzjonijiet tax-Xogħol tad-Desktop: Prodotti kummerċjalizzati bħala stazzjonijiet tax-xogħol jistgħu jiġu kkwalifikati bħala ENERGY STAR skont ir-rekwiżiti tad-Desktop fit-Taqsima 3.5 minflok ir-rekwiżiti tal-Istazzjon tax-Xogħol fit-Taqsima 3.6, skont l-għażla tas-Sieħeb. L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea ser jidentifikaw l-Istazzjonijiet tax-Xogħol kwalifikati bħala Desktops bħala ‘Desktops’ f'kull materjal tal-kummerċjalizzazzjoni tal-ENERGY STAR, fuq il-listi tal-prodotti kwalifikati, eċċ.

3.8.   Rekwiżiti għas-Servers fuq Skala Żgħira

3.8.1.

L-enerġija mkejla tal-Modalità Mitfi (POFF) għandha tkun daqs ir-Rekwiżit tal-Enerġija Massima tal-Modalità Mitfi (POFF_MAX) jew inqas minnu kif ikkalkulat skont Equation 6, soġġett għar-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

Il-konċessjoni Adder tal-Modalità Mitfija Wake-on-LAN (WOL) (POFF_WOL) għandha tiġi applikata biss għall-prodotti li joffru WOL attivat b'mod awtomatiku meta jiġi kkonsenjat.

Ekwazzjoni 6: Kalkolu ta' POFF_MAX għal Servers fuq Skala Żgħira

POFF_MAX = POFF_BASE + POFF_WOL

Fejn:

POFF_BASE hija l-konċessjoni bażika kif speċifikata fit-Tabella 9; kif ukoll

POFF_BASE hija l-konċessjoni tal-Wake-on-LAN kif speċifikata fit-Tabella 9;

Tabella 9

Konċessjonijiet tal-Enerġija fil-Modalità Mitfi għal Servers fuq Skala Żgħira

POFF_BASE

(watts)

POFF_WOL

(watts)

1,0

0,4

3.8.2.

L-enerġija Imkejla tal-Istat Inattiv (PLONG_IDLE) għandha tkun inqas minn jew daqs ir-Rekwiżit Massimu tal-Enerġija tal-Istat Inattiv (PIDLE_MAX), kif ikkalkulat skont Equation 7.

Ekwazzjoni 7: Kalkolu ta' PIDLE_MAX għal Servers fuq Skala Żgħira

PIDLE_MAX = PIDLE_BASE + (N – 1) × PIDLE_HDD + PEEE

Fejn:

N hija ugwali għall-għadd ta' apparat ta' ħażna installati fis-Server fuq Skala Żgħira (jew diski riġidi jew diski bi stat solidu);

PIDLE_BASE hija l-konċessjoni bażika kif speċifikata fit-Tabella 10;

PIDLE_HDD hija l-konċessjoni tal-diska riġida kif speċifikata fit-Tabella 10; kif ukoll

PEEE hija l-konċessjoni tal-EEE ta' 0,2 W għal kull port tal-Eternet ta' 802.3az-GigaBit konformi mal-IEEE (Eternet Effiċjenti fl-Enerġija).

Tabella 10

Konċessjonijiet tal-Enerġija fil-Modalità Inattiv għal Servers fuq Skala Żgħira

PIDLE_BASE

(watts)

PIDLE_HDD

(watts)

24,0

8,0

3.9.   Rekwiżiti għat-Terminals Ħfief

3.9.1.

Il-Konsum tal-Enerġija Tipiku Kkalkulat (ETEC) skont Equation 1 għandu jkun inqas mir-Rekwiżit Massimu tat-TEC (ETEC_MAX) jew daqsu, kif ikkalkulat skont Equation 8, suġġett għar-rekwiżiti li ġejjin.

(i)

Il-konċessjonijiet jistgħu jiġu applikati biss jekk adders korrispondenti huma attivati b'mod awtomatiku;

(ii)

It-Terminals Ħfief jistgħu jutilizzaw il-ponderazzjonijiet proxy fit-Tabella 3 meta jiġi kkalkulat ETEC;

(iii)

Għat-Terminals Ħfief li ma għandhomx Sistema Diskreta ta' Modalità Rieqed, l-enerġija tal-Istat Inattiv fit-Tul (PLONG_IDLE) tista' tintuża minflok l-Enerġija tal-Modalità Rieqed (PSLEEP) skont Equation 1 sakemm is-sistema tissodisfa l-konċessjoni TEC tat-Terminal Ħafif. F'dawn il-każijiet, PSLEEP × TSLEEP , tinbidel bi (PLONG_IDLE × TSLEEP ); Equation 1 jew inkella tibqa' kif inhi.

Ekwazzjoni 8: Kalkolu tal-ETEC_MAX għat-Terminals Ħfief

ETEC_MAX = TECBASE + TECGRAPHICS + TECWOL + TECINT_DISPLAY + TECEEE

Fejn:

TECBASE hija l-konċessjoni bażika kif speċifikata fit-Tabella 11;

TECGRAPHICS hija l-konċessjoni tal-Grafika Diskreta kif speċifikata fit-Tabella 11 jekk applikabbli;

TECWOL hija l-konċessjoni Wake-on-LAN kif speċifikata fit-Tabella 11 jekk applikabbli;

TECINT_DISPLAY hija l-konċessjoni tad-Displej Integrata għall-kompjuters Desktop Integrati speċifikata fit-Table 7 jekk applikabbli; kif ukoll

TECEEE hija l-inċentiv tal-Eternet Effiċjenti fl-Enerġija għall-kompjuters Desktops speċifikati fit-Tabella 7 jekk applikabbli, għall-port tal-Eternet ta' 802.3az- GigaBit konformi mal-IEEE (Eternet Effiċjenti fl-Enerġija).

Tabella 11

Konċessjonijiet tal-Adder għat-Terminals Ħfief

Adder

Konċessjoni

(kWh)

TECBASE

60

TECGRAPHICS

36

TECWOL

2

4.   Ittestjar

4.1.   Metodi tat-Test

4.1.1.

Għall-prodotti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni Ewropea, il-manifatturi huma rikjesti li jwettqu testijiet u jagħmlu awtoċertifikazzjoni ta' dawk il-mudelli li jissodisfaw il-linji gwida ENERGY STAR. Waqt l-ittestjar tal-prodotti tal-Kompjuter, il-metodi tat-test identifikati fit-Tabella 12 għandhom jintużaw biex tkun determinata l-kwalifika ENERGY STAR.

Tabella 12

Metodi tat-test għall-Kwalifika ENERGY STAR

Tip jew Komponent ta' Prodott

Metodu tat-Test

Kollha

ENERGY STAR Test Method for Computers, Rev. August-2014

4.2.   Għadd ta' Unitajiet Meħtieġa għall-Ittestjar

4.2.1.

Il-Mudelli Rappreżentattivi għandhom jingħażlu għall-ittestjar skont ir-rekwiżiti li ġejjin:

(i)

Għall-kwalifika ta' konfigurazzjoni ta' prodott individwali, il-konfigurazzjoni unika li hija maħsuba sabiex tiġi kummerċjalizzata u ttikkettjata bħala ENERGY STAR hija meqjusa bħala Mudell Rappreżentattiv;

(ii)

Għal kwalifika ta' Familja ta' Prodott tat-tipi kollha tal-prodott, bl-eċċezzjoni tal-Istazzjonijiet tax-Xogħol, il-konfigurazzjonijiet tal-prodott li tirrappreżenta l-agħar xenarju ta' konsum tal-enerġija għal kull kategorija tal-prodott fi ħdan il-familja titqies bħala l-Mudell Rappreżentattiv. Meta jissottomettu Familji ta' Prodott, il-manifatturi għandhom jibqgħu jinżammu responsabbli għal kull dikjarazzjoni ta' effiċjenza dwar il-prodotti tagħhom, inklużi dawk mhux ittestjati jew li għalihom ma kinitx irrapportata d-dejta;

(iii)

Għas-sistemi li jissodisfaw id-definizzjoni għall-kategoriji multipli (kif iddefinit fit-Taqsima 1.B) skont il-konfigurazzjoni speċifika, il-manifatturi għandhom jippreżentaw il-konfigurazzjoni tal-ogħla kurrent elettriku għal kull kategorija li taħtha jixtiequ li s-sistema tikseb il-kwalifika ENERGY STAR. Per eżempju, sistema li tista' tiġi kkonfigurata bħala Desktop ta' Kategorija 0 jew 1, kif definit fit-Tabella 6, tkun teħtieġ li tiġi ppreżentata l-konfigurazzjoni tal-ogħla kurrent elettrika għaż-żewġ kategoriji sabiex tikkwalifika bħala ENERGY STAR. Jekk prodott seta' jiġi kkonfigurat biex jissodisfa l-kategoriji kollha, kien ikollu jressaq dejta għall-konfigurazzjoni tal-ogħla kurrent elettriku fil-kategoriji kollha;

(iv)

Għal kwalifika ta' Familja ta' Prodott tat-tipi taħt it-tip ta' prodott tal-Istazzjon tax-Xogħol jew id-Desktop, il-konfigurazzjoni tal-prodott li tirrappreżenta l-agħar xenarju ta' konsum tal-enerġija b'GPU uniku fi ħdan il-familja titqies bħala l-Mudell Rappreżentattiv.

Nota: Stazzjonijiet tax-Xogħol li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ENERGY STAR b'apparat grafiku wieħed jistgħu jikkwalifikaw għal konfigurazzjoni b'apparat grafiku wieħed jew iktar sakemm hu kkwalifikat ENERGY STAR, ladarba l-konfigurazzjoni tal-ħardwer addizzjonali tkun identika ħlief għall-apparat tal-grafika addizzjonali. L-użu ta' grafika multipla jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, unitajiet tad-displej multipli u konċentrazzjoni biex tinkiseb prestazzjoni għolja jew konfigurazzjonijiet multi-GPU (eż. ATI Crossfire, NVIDIA SLI). F'każijiet bħal dawn, u sakemm SPECviewperf® jilqa' bosta apparat grafiku, il-manifatturi jistgħu jressqu r-riżultati tat-testijiet miksuba għall-istazzjonijiet tax-xogħol mgħammra b'apparat grafiku wieħed għaż-żewġ konfigurazzjonijiet mingħajr l-ittestjar mill-ġdid tas-sistema.

4.2.2.

Għall-ittestjar għandha tingħażel unità waħda ta' kull Mudell Rappreżentattiv.

4.2.3.

L-unitajiet/il-konfigurazzjonijiet kollha li għalihom l-Imsieħeb ikun qed ifittex il-kwalifika ENERGY STAR, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ENERGY STAR. Madankollu, jekk l-Imsieħeb jixtieq jikkwalifika l-konfigurazzjonijiet ta' mudell li għalih jeżistu konfigurazzjonijiet alternattivi li ma jikkwalifikawx ENERGY STAR, l-Imsieħeb għandu jassenja lill-konfigurazzjonijiet li jikkwalifikaw identifikatur bl-użu tal-isem/numru tal-mudell li huwa uniku għall-konfigurazzjonijiet ikkwalifikati ENERGY STAR. Dan l-identifikatur għandu jintuża b'mod konsistenti flimkien mal-konfigurazzjonijiet li jikkwalifikaw fil-materjali ta' kummerċjalizzazzjoni/bejgħ u fuq il-lista ENERGY STAR tal-prodotti kkwalifikati (eż. il-mudell A1234 għall-konfigurazzjonijiet ta' linja bażi u A1234-ES għall-konfigurazzjonijiet li jikkwalifikaw għal ENERGY STAR).

Nota: Jista' jkun hemm każijiet — kif ġie deskritt fil-paragrafu hawn fuq — fejn mhux l-unitajiet/konfigurazzjonijiet kollha se jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-ENERGY STAR. Jekk dan hu l-każ, l-agħar każ ta' konfigurazzjoni għat-test ser tkun l-agħar każ ta' konfigurazzjoni kwalifikata, u mhux waħda minn dawk il-konfigurazzjonijiet mhux kwalifikati li preżumibilment saħansitra jikkunsmaw aktar enerġija.

4.3.   Kwalifika tas-Suq Internazzjonali

4.3.1.

Il-prodotti għandhom jiġu ttestjati għall-kwalifika fil-kombinazzjoni rilevanti tal-vultaġġ/frekwenza tal-input għal kull suq li fih se jinbiegħu u jiġu promossi bħala ENERGY STAR.

4.4.   L-installazzjoni minn qabel tas-softwer tal-klijent u s-servizz ta' ġestjoni

4.4.1.

Jekk l-imsieħeb fil-manifattura jintalab minn klijent biex jillowdja stampa personalizzata fuq kompjuter kwalifikat bħala ENERGY STAR, l-Imsieħeb għandu jieħu l-passi li ġejjin:

(i)

Jinforma lill-klijent li l-prodott tiegħu jista' ma jissodisfax l-ENERGY STAR bl-istampa personalizzata. Kampjun tal-ittra ta' notifika ikun disponibbli fuq is-sit tal-Internet tal-ENERGY STAR;

(ii)

Iħeġġeġ lill-klijent biex jittestja l-prodott għall-konformità mal-ENERGY STAR.

5.   Interfaċċa tal-Utent

5.1.1.

Il-manifatturi huma mħeġġa jiddisinjaw prodotti f'konformità mal-istandard tal-interfaċċa tal-utent, IEEE 1621: Standard for User Interface Elements in Power Control of Electronic Devices Employed in Office/Consumer Environments. Għad-dettalji, ara http://eetd.LBL.gov/Controls

6.   Dejta Effetiva

6.1.1.

Id-data meta l-manifatturi jistgħu jibdew jikkwalifikaw il-prodotti bħala Energy Star skont din il-Verżjoni 6.1, se tiġi ddefinita bħala d-data effettiva tal-Ftehim. Biex jikkwalifika għall-ENERGY STAR, mudell ta' prodott għandu jissodisfa l-ispeċifikazzjoni tal-ENERGY STAR fis-seħħ fid-data tal-manifattura tiegħu. Id-data tal-manifattura hija speċifika għal kull unità u hija d-data li fiha unità titqies li ġiet assemblata kompletament.

6.1.2.

Reviżjonijiet Futuri tal-Ispeċifikazzjoni: L-EPA u l-Kummissjoni Ewropea jirriżervaw id-dritt li jibiddlu din l-ispeċifikazzjoni jekk il-bidiet teknoloġiċi u/jew tas-suq jaffettwaw l-utilità tagħha għall-konsumaturi, l-industrija, jew l-ambjent. Sabiex ikun hemm konformità mal-politika attwali, ir-reviżjonijiet tal-ispeċifikazzjoni jsiru permezz ta' diskussjoni tal-partijiet interessati. Fil-każ ta' reviżjoni tal-ispeċifikazzjoni, jekk jogħġbok ħu nota li l-kwalifika ENERGY STAR ma tingħatax awtomatikament għat-tul tal-ħajja ta' mudell ta' prodott.

Appendiċi A

KALKOLI TAL-KAMPJUN

I.   Kompjuters Desktop, Kompjuters Desktop Integrati, Kompjuters Notebook: Dan ta' hawn taħt huwa kampjun tal-kalkolu TEC biex juri kif il-livelli ta' konformità jiġu determinati abbażi ta' adders funzjonali u kejl ta' modalitajiet operattivi.

Dan li ġej huwa kampjun ta' evalwazzjoni ETEC għal 2,0 GHz, kompjuter Notebook dual core bi Grafika li tista' Tinqaleb, Memorja 8 GB, Eternet Effiċjenti fl-Enerġija (EEE), u 1 diska riġida (HDD).

A.

Kejjel il-valuri bl-użu tal-metodu ta' test għall-kompjuters ENERGY STAR:

(1)

Modalità Mitfi = 1,0 W

(2)

Modalità Rieqed = 1,7 W

(3)

Stat Wieqaf fit-Tul = 8,0 W

(4)

Stat Wieqaf għal Ftit = 10,0 W

B.

Iddetermina l-appoġġ proxy ipprovdut mis-sistema operattiva u l-kard tan-netwerk. Dan huwa parametru rrappurtat mill-manifattur.

(1)

Dwar il-kompjuters Mac, il-‘Wake for network access’ attivat fi ħdan l-Energy Saver/Power Adapter Preferences ifisser Kapaċità Bażika jew aħjar.

(2)

Fuq il-kompjuters Windows, ‘ARP Offload’ jew ‘NS Offload’ jew simili fi ħdan il-Karatteristiċi Avvanzati tal-Kard tal-Interfaċċa tan-Netwerk (aċċessibbli permezz tal-Maniġer tal-Apparat) tfisser il-Kapaċità Bażika jew aħjar. L-OEM jista' jipprovdi gwida ulterjuri dwar kif kif jiġi kkonfermat l-Appoġġ Proxy.

C.

Ikkalkula ETEC mill-kejl tal-enerġija u l-ponderazzjonijiet tal-modalità — dan l-eżempju ma jassumi l-ebda Appoġġ Proxy/Ponderazzjonijiet konvenzjonali:

TOFF

25 %

TSLEEP

35 %

TLONG_IDLE

10 %

TSHORT_IDLE

30 %

(1)

Formula

(2)

Formula

(3)

ETEC = 40,7 kWh/sena

D.

Iddetermina liema konċessjoni Bażika tat-TEC tapplika abbażi tal-kapaċità tal-grafika u l-punteġġ tal-prestazzjoni: P = [# of CPU cores] × [CPU clock speed (GHz)] = 2 × 2 GHz = 4.

Tabella 6

Konċessjonijiet bażiċi tat-TEC (TECBASE)

Isem il-Kategorija

Kapaċità tal-Grafika

Kompjuter Notebook

Punteġġ tal-Prestazzjoni, P

Konċessjoni Bażika:

I1

Grafika Integrata jew li Tista' Tinqaleb

2 < P ≤ 5,2

22,0

E.

Iddetermina liema Konċessjonijiet tal-Adder Funzjonali japplikaw:

(1)

Memorja: 8 GB installati, għalhekk konċessjoni TECMEMORY ta'

Formula

tapplika

(2)

Grafika Diskreta? Le, għalhekk konċessjoni TECGRAPHICS ma tapplikax.

(3)

Grafika li tista' tinqaleb? Iva, iżda konċessjoni TECSWITCHABLE ma tapplikax għall-kompjuters Notebook.

(4)

Eternet Effiċjenti fl-Enerġija (EEE)? Iva, u meta qed jiġi assunt li hu port wieħed tal-Eternet, tapplika konċessjoni TECEEE ta' 8,76 × 0,2 × (0,10 + 0,30) = 0,7 kWh

(5)

Ħżin? Le, il-kompjuter Notebook għandu biss diska waħda riġida, għalhekk l-ebda konċessjoni ta' ħażna ma tapplika.

(6)

Displej Integrat? Iva, u meta tassumi prestazzjoni mhux imtejba, displej ta' 14-il pulzier b'erja ta' 83,4 pulzier kwadru u riżoluzzjoni ta' 1,05 megapixels, tapplika konċessjoni TECINT_DISPLAY ta' 8,76 × 0,30 × (1+EP) × (2 × r + 0,02 × A) = 8,76 × 0,30 × (2 × 1,05 MP + 0,02 × 83,4 in2) = 9,9 kWh.

F.

Ikkalkula ETEC_MAX:

(1)

ETEC_MAX = 22,0 kWh + 6,4 kWh + 0,7 kWh + 9,9 kWh

(2)

ETEC_MAX = 39,0 kWh/yr

G.

Qabbel ETEC mal-ETEC_MAX biex tiddetermina jekk il-mudell jikkwalifikax:

40,7 kWh/yr > 39,0 kWh/yr

Għalhekk, il-kompjuter Notebook ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-ENERGY STAR.

II.   Stazzjonijiet tax-xogħol: Dan ta' hawn taħt huwa kampjun tal-kalkolu PTEC għal Stazzjon tax-Xogħol b'2 diski riġidi u l-ebda kapaċità tal-Effiċjenza tal-Enerġija tal-Eternet.

A.

Valuri ta' kejl li jużaw l-metodu ta' ttestjar għall-Kompjuters ENERGY STAR:

(1)

Modalità Mitfi = 2 W

(2)

Modalità Rieqed = 4 W

(3)

Stat Wieqaf fit-Tul = 50 W

(4)

Stat Wieqaf għal Ftit = 80 W

(5)

Qawwa massima = 180 W

B.

Ħu nota tal-għadd ta' diski riġidi installati. Żewġ diski riġidi installati matul it-test.

C.

Ikkalkula il-PTEC mill-kejl tal-enerġija u l-ponderazzjonijiet tal-modalità billi tuża Equation 4

TOFF

TSLEEP

TLONG_IDLE

TSHORT_IDLE

35 %

10 %

15 %

40 %

(1)

PTEC = (35 % × POFF  + 10 % × PSLEEP  + 15 % × PLONG_IDLE  + 40 % × PSHORT_IDLE )

(2)

PTEC = (35 % × 2 W + 10 % × 4 W + 15 % × 50 W + 40 % × 80 W)

(3)

PTEC  = 40,6 W

D.

Ikkalkula r-rekwiżit PMAX billi tuża Equation 5:

(1)

PTEC_MAX  = 0,28 × (PMAX + NHDD × 5) + 8,76 × PEEE × (TSLEEP + TLONG_IDLE + TSHORT_IDLE )

(2)

PTEC_MAX  = 0,28 × (180 + 2 × 5) + 8,76 × 0 × (TSLEEP + TLONG_IDLE + TSHORT_IDLE)

(3)

PTEC_MAX  = 53,2 + 0

E.

Qabbel PTEC mal-livelli tal-ENERGY STAR biex tiddetermina jekk il-mudell jikkwalifikax:

40,6 W ≤ 53,2 W

Għalhekk, l-Istazzjon tax-Xogħol jissodisfa r-rekwiżiti tal-ENERGY STAR.

METODI TA' TTESTJAR (REVIŻJONI AWWISSU 2014)

1.   Ħarsa ġenerali

Il-metodu tat-test li ġej għandu jintuża għad-determinazzjoni tal-konformità tal-prodott mar-rekwiżiti tal-Ispecifikazzjoni ENERGY STAR għall-Kompjuters.

2.   Applikabilità

Ir-rekwiżiti tat-test ENERGY STAR huma dipendenti fuq is-sett ta' elementi tal-prodott li qed jiġi evalwat. Il-linji gwida li ġejjin għandhom jintużaw biex tiġi determinata l-applikabbiltà ta' kull taqsima ta' dan id-dokument:

Il-proċedura fit-Taqsima 6 għandha titwettaq fuq il-prodotti eliġibbli kollha li huma koperti taħt il-kamp ta' applikazzjoni kif definit fit-Taqsima 2 tal-Abbozz Finali tal-Kriterji ta' Eliġibbiltà għall-Kompjuters tal-ENERGY STAR.

Il-proċedura fit-Taqsima 7 għandha titwettaq biss fuq prodotti tal-kompjuter eliġibbli tal-Istazzjon tax-Xogħol.

3.   Definizzjonijiet

Sakemm mhux speċifikat mod ieħor, it-termini kollha użati f'dan id-dokument huma konsistenti mad-definizzjonijiet fl-Ispeċifikazzjoni għall-Kompjuters tal-ENERGY STAR.

4.   Arranġament tat-Test

4.1.   Setup tat-Test u Strumentazzjoni

L-arranġament tat-test u l-isrumentazzjoni għall-porzjonijiet kollha ta' din il-proċedura għandhom ikunu f'konformità mar-rekwiżiti tal-Istandard Ewropew EN 50564:2011 (derivat mill-IEC 62301:2011) ‘Household Electrical Appliances — Measurement of Standby Power’, it-Taqsima 4, ‘General Conditions for Measurements’, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor f'dan id-dokument. Fil-każ ta' rekwiżiti konfliġġenti, il-metodu tat-test tal-ENERGY STAR għandu jieħu preċedenza.

A.

Enerġija tal-Input Il-prodotti intenzjonati li jieħdu l-elettriku minn potenza elettrika ac għandhom jiġu kkonnettjati ma' sors tal-vultaġġ adattat għas-suq intenzjonat, kif speċifikat fit-Tabella 13 u t-Tabella 14.

Tabella 13

Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Input għal Prodotti b'Kapaċità Nominali tal-Potenza Nominali Inqas Minn 1 500 watts (W) jew Daqsu

Suq

Vultaġġ

Tolleranza tal-Vultaġġ

Distorsjoni Armonika Massima Totali

Frekwenza

Tolleranza tal-Frekwenza

L-Ewropa, l-Awstralja, New Zealand

230 V ac

+/– 1,0 %

2,0 %

50 Hz

+/– 1,0 %

Tabella 14

Rekwiżiti tal-Enerġija tal-Input għal Prodotti b'Kapaċità Nominali tal-Potenza Nominali Aktar Minn 1 500 watts (W)

Suq

Vultaġġ

Tolleranza tal-Vultaġġ

Distorsjoni Armonika Massima Totali

Frekwenza

Tolleranza tal-Frekwenza

l-Ewropa, l-Awstralja, New Zealand

230 V ac

+/– 4,0 %

5,0 %

50 Hz

+/– 1,0 %

B.

Temperatura Ambjentali: It-temperatura ambjentali għandha tinżamm bejn 18 °C u 28 °C, inklużivi, għad-durata tat-test.

C.

Umdità Relattiva: L-umdità relattiva għandha tibqa' bejn 10 % u 80 %, inklużivi, għad-durata tat-test.

D.

Tagħmir tal-Kejl tad-Dawl (LMD): Il-LMDs kollha għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(1)

Eżattezza: ± 2 % (± 2 ċifri) tal-valur muri diġitalment; kif ukoll

(2)

Angolu tal-Aċċettazzjoni: 3 gradi jew inqas.

Din ir-tolleranza globali tal-LMDs tinstab billi tittieħed is-somma assoluta ta' 2 % tal-luminanza tal-iskrin fil-mira u tolleranza ta' 2 ċifri taċ-ċifra l-inqas sinifikanti tal-valur muri. Pereżempju, jekk il-valur tal-luminanza tal-iskrin hu 90 candela kull metru kwadru (cd/m2) u ċ-ċifra l-inqas sinifikanti tal-LMD hija waħda minn għaxra ta' cd/m2, 2 % ta' 90 cd/m2 se tkun 1,8 cd/m2 u tolleranza ta' 2 ċifri taċ-ċifra l-inqas sinifikanti tkun 0,2 cd/m2. B'hekk, il-valur muri jeħtieġ li jkun 90 ± 2 cd/m2 (1,8 cd/m2 + 0,2 cd/m2).

Noti: It-terminu ‘nit’ xi kultant użat minflok SI unit cd/m2 uffiċjali. Nit wieħed huwa ekwivalenti għal 1 cd/m2.

E.

Miter tal-Enerġija: Il-miters tal-enerġija għandu jkollhom l-attributi li ġejjin:

(1)

Fattur Crest:

(a)

Disponibbiltà tal-ogħla fattur tal-kurrent crest ta' 3 jew aktar fil-valur tal-firxa nominali tiegħu; kif ukoll

(b)

Medda marbuta mal-kurrent ta' 10 milliamperes (mA) jew inqas.

(2)

Reazzjoni Minima tal-Frekwenza: 3,0 kilo-hertz (kHz)

(3)

Riżoluzzjoni Minima:

(a)

0,01 W għal valuri tal-kejl inqas minn 10 W;

(b)

0,1 W għal valuri tal-kejl minn 10 W sa 100 W; kif ukoll

(c)

1,0 W għal valuri tal-kejl ikbar minn 100 W.

(4)

Eżattezza tal-Kejl: Inċertezza tal-kejl kif introdotta b'dan l-istrument li jkejjel il-kurrent tal-input għall-unità taħt test (UUT), inkluż kwalunkwe shunts esterni.

(a)

Il-kejl tal-enerġija ta' valur ikbar minn jew daqs 0,5 W għandu jkollu inċertezza ta' 2 % jew inqas fil-livell tal-kunfidenza ta' 95 %.

(b)

Il-kejl tal-enerġija ta' valur inqas minn 0,5 W għandu jkollu inċertezza ta' 0,01 W % jew inqas fil-livell tal-kunfidenza ta' 95 %.

5.   Twettiq tat-Test

5.1.   Gwida għall-implimentazzjoni ta' EN 62623

It-Twettiq tat-Test għandu jitwettaq skont ir-rekwiżiti fl-Istandard Ewropew EN 62623:2013 (identiku għal IEC 62623:2012) ‘Desktop and Notebook Computers — Measurement of Energy Consumption’ — b'referenza mal-gwida li ġejja.

A.

Is-Servers fuq Skala Żgħira, it-Terminals Ħfief u l-Istazzjonijiet tax-Xogħol għandhom jiġu kkonfigurati b'mod identiku għad-Desktops (mhux integrati) sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Is-Slates/Tablets għandhom jiġu kkonfigurati b'mod identiku għan-Notebooks sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Il-Kompjuters Komprensivi Portabbli għandhom jiġu kkonfigurati b'mod identiku għall-kompjuters Desktop Integrati sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

(1)

It-Terminals Ħfief għandhom jitħaddmu b'softwer b'konnessjoni ma' terminal jew remota fit-testijiet kollha.

B.

Is-settings tal-Wake on LAN (WOL) għandhom ikunu fil-kundizzjoni tal-konsenja għall-ittestjar tal-Modalità Rieqed u l-Modalità Mitfi.

C.

Għall-mudelli li ma joffrux Modalità Rieqed attivata b'mod awtomatiku, it-Taqsima 6.2 għandha tkejjel l-enerġija fil-modalità jew l-istat attivitat mill-utent tal-inqas latenza li żżomm l-istat tal-magna u hija attivata b'mod awtomatiku.

(1)

Jekk m'hemm l-ebda stat separat mill-Istat Wieqaf fit-Tul jew il-Modalità Mitfi, il-kejl fit-Taqsima 6.2 jinqabeż.

D.

Għall-ittestjar tal-Modalità Wieqaf fit-Tul (it-Taqsima 6.3), il-UUT ma għandux jitħalla aktar minn 20 minuta mill-punt meta l-input tal-utent jieqaf qabel ma għandu jibda jittieħed il-kejl. Jekk xi settings awtomatiċi b'mod awtomatiku jikkawżaw lill-UUT jidħol fil-Modalità Wieqaf fit-Tul wara 20 minuta, ibda ħu l-kejl meta l-UUT ikun laħaq il-marka ta' 20 minuta. Is-settings tad-Displej Rieqed għandhom jiġu ssettjati b'mod awtomatiku għall-ittestjar tal-Modalità Wieqaf fit-Tul.

E.

Għall-ittestjar tal-Modalità Wieqaf għal Ftit (it-Taqsima 6.4), il-UUT ma għandux jitħalla aktar minn 5 minuti mill-punt meta l-input tal-utent jieqaf qabel ma għandu jibda jittieħed il-kejl. Is-settings tad-Displej rieqed għandhom jiġu ddiżattivati għall-ittestjar tal-Modalità Wieqaf għal Ftit. Jekk xi settings oħra stabbiliti b'mod awtomatiku jikkawżaw lill-UUT joħroġ mill-Modalità Wieqaf għal Ftit matul il-ħin tal-kejl, estendi s-settings sabiex il-UUT jibqa' wieqaf għad-durata tal-kejl.

F.

Il-kompjuters Desktop, il-kompjuters Desktop Integrati, il-kompjuters Notebook, il-Kompjuters Portabbli Komprensivi, u s-Slates/Tablets għandhom jiġu ttestjati għall-modalità Inattiva, Rieqed jew Mitfi bil-karatteristiċi (‘Proxying’) tal-Konnettività Sħiħa tan-Netwerk bl-użu tas-setting li bih ġie kkonsenjat.

G.

Il-konnessjonijiet tan-netwerk ċellulari għandhom jiġu diżattivati għall-ittestjar. Barra minn hekk, il-Bluetooth għandu jitħalla kif ikkonsenjat.

5.2.   It-Tħejjija tal-Luminanza tad-Displej tal-Kompjuters Notebook, il-Kompjuters Desktop Integrati, is-Slates/Tablets u l-Kompjuters Komprensivi Portabbli

A.

Qabel ma jitwettqu xi testijiet, itfi d-dawl baxx tad-displej, uri l-Modalità Rieqed, il-Modalità Rieqed tal-Kompjuter, u l-Kontroll Awtomatiku tal-Luminożità (ABC) fis-settings tal-kompjuter. Irreġistra s-settings kollha li nbiddlu mill-konfigurazzjoni awtomatiċi.

1.

Jekk ABC ma jistax jiġi diżattivat, poġġi sors ta' dawl b'tali mod li mill-inqas 300 lux jidħlu direttamentfis-sensorju tal-ABC.

B.

Uri s-sinjal tal-vidjo bi tliet kolonni vertikali kif definit fit-Taqsima 3.2.1.3 tal-Istandard Ewropew EN 60107-1:1997 (identiku għal IEC 60107-1:1997) ‘Methods of measurement on receivers for television broadcast transmissions — Part 1: General conditions — Measurements at radio and video frequencies’. L-istampa tat-tliet faxxi għandha tiġi kkonfigurata billi tuża l-applikazzjoni tad-displej tal-istampa awtomatika.

C.

Tagħmir bid-dawl minn wara l-iskrin tal-Cold Cathode Fluorescent Lamp (CCFL) għandha tissaħħan għal mill-inqas 30 minuta. Id-displejs l-oħra kollha għandhom jissaħħnu għal mill-inqas 5 minuti.

D.

Bil-LMD, kejjel il-luminanza fiċ-ċentru tal-iskrin.

E.

Ikkalibra l-UUT tal-luminożità tad-displej għall-eqreb luminożità li tkun tal-inqas 90 cd/m2 għall-Kompjuters Notebook, mill-inqas 150 cd/m2 għall-Kompjuters Desktop Integrati, il-Kompjuters Komprensivi Portabbli u s-Slates/Tablets. Jekk is-setting l-aktar brillanti tal-UUT ma jistax jikseb il-luminożita speċifikata, imbagħad ssettja d-displej tal-UUT għas-setting l-aktar brillanti.

F.

id-displej għandu jiġi kkonfigurat bl-istampa tat-test tal-ENERGY STAR, li tinstab fuq https://www.energystar.gov/ia/partners/images/ComputerTestingImage.bmp. Għall-kompjuters Desktop, il-kompjuters Desktop Integrati, il-kompjuters Notebook u l-Kompjuters Komprensivi Portabbli, din tista' jiġi ssettjat bħala ‘sfond tad-Desktop’ (wallpaper) jew murija permezz tal-applikazzjoni tad-displej tal-istampa. L-istampa għandha titkabbar sakemm timla kompletament l-erja tad-displej. Għas-Slates/Tablets, id-displej għandha tkun ikkonfigurata mal-applikazzjoni tad-displej tal-istampa b'mod awtomatiku.

G.

Għall-ittestjar kollu speċifikat fit-Taqsima 6, sakemm ikun qed jittieħed il-kejl tal-enerġija għat-testijiet tal-Modalità Wieqaf fit-Tul u l-Modalità Wieqaf għall-Ftit, l-UUT ma għandux jiġi bbuttjat mill-ġdid jew jinxtgħel mill-ġdid.

H.

Is-Slate/Tablet u l-Kompjuters Komprensivi Portabbli għandhom jiġu ttestjati bi stazzjon għad-dokkjar biss jekk dan jiġi kkonsenjat mal-prodott u huwa l-uniku mod biex tagħti l-potenza elettrika lill-apparat.

6.   Proċeduri tat-Test għall-prodotti kollha

6.1.   Tħejjija tal-UUT

It-tħejjija tal-UUT għandha titwettaq skont l-istandard Ewropew EN 62623:2013 (identiku għal IEC 62623:2012), it-Taqsima 5.2: Setup tat-Test; bi gwida addizzjonali fit-Taqsima 5 ta' dan id-dokument.

6.2.   Ittestjar tal-Modalità Rieqed

L-enerġija tal-Modalità Rieqed għandha titkejjel skont l-Istandard Ewropew EN 62623:2013 (identiku għal IEC 62623:2012), it-Taqsima 5.3.3: Kejl tal-Modalità Wieqaf; bi gwida addizzjonali fit-Taqsima 5 ta' dan id-dokument.

6.3.   Ittestjar tal-Modalità Wieqaf fit-Tul

L-enerġija tal-Modalità Wieqaf fit-Tul għandha titkejjel skont l-Istandard Ewropew EN 62623:2013 (identiku għal IEC 62623:2012), it-Taqsima 5.3.4: Kejl tal-Modalità Wieqaf fit-Tul; bi gwida addizzjonali fit-Taqsima 5 ta' dan id-dokument.

6.4.   Ittestjar tal-Modalità Wieqaf għal Ftit

L-enerġija tal-Modalità Wieqaf għal Ftit għandha titkejjel skont l-Istandard Ewropew EN 62623:2013 (identiku għal IEC 62623:2012), it-Taqsima 5.3.5: Kejl tal-Modalità Wieqaf għal Ftti; bi gwida addizzjonali fit-Taqsima 5 ta' dan id-dokument.

6.5.   Ittestjar tal-Modalità Mitfi

L-enerġija tal-Modalità Mitfi għandha titkejjel skont l-Istandard Ewropew EN 62623:2013 (identiku għal IEC 62623:2012), it-Taqsima 5.3.2: Kejl tal-Modalità Mitfi; bi gwida addizzjonali fit-Taqsima 5 ta' dan id-dokument.

6.6.   Ittestjar Addizzjonali għar-Rappurtar

Għall-kompjuters Notebook, irrepeti t-test Wieqaf għal Ftit tal-luminożità tad-displej stabbiliti lejn l-eqreb setting li jkun tal-inqas 150 cd/m2.

7.   Proċeduri tat-Test għall-istazzjoniiet tax-Xogħol

7.1.   Test tal-Kurrent Elettriku Massimu

Il-kurrent elettriku massimu għall-istazzjonijiet tax-xogħol jinsab bit-tħaddim simultanju ta' żewġ valuri indikattivi standard industrijali: Il-Linpack biex jistressja s-sistema core (eż., il-proċessur, il-memorja, eċċ.) u SPECviewperf® (l-iktar verżjoni riċenti disponibbli għall-UUT) biex tistressja l-Unità tal-Ipproċċessar tal-Grafika (GPU) tas-sistema. Dan it-test irid jiġi rripetut tliet darbiet fuq l-istess UUT, u t-tliet kejliet iridu jaqgħu f'tolleranza ta' ± 2 % mqabblin mal-medja tat-tliet valuri ta' kurrent elettriku massimu mkejlin. L-enerġija medja għandha tintuża għall-kwalifikazzjoni u/jew l-kalkoli TEC.

Aktar informazzjoni dwar dawn il-valuri referenzjarji, inkluż id-downloading mingħajr pagament b'xejn, hija disponibbli fil-postijiet kif speċifikat fit-Tabella 15.

Tabella 15

Informazzjoni tal-Punt ta' Referiment għal Test tal-Kurrent Elettriku Massimu

Punt ta' riferiment

Websajt

Linpack

http://www.netlib.org/linpack/

SPECviewperf

http://www.spec.org/benchmarks.html#gpc

A.

Tħejjija tal-UUT:

(1)

Ikkonnettja miter tal-enerġija kapaċi jkejjel il-kurrent elettriku reali għal sors ta' vultaġġ AC issettjat għal kombinazzjoni ta' vultaġġ/frekwenza adattata għat-test. Il-miter għandu jkollu l-attributi kollha elenkati fit-Taqsima 4.1 E). Il-miter għandu jkun kapaċi jaħżen u joħroġ il-kejl tal-kurrent elettriku massimu milħuq matul it-test jew ikun kapaċi jiddetermina l-kurrent elettriku massimu b'metodu ieħor.

(2)

Ipplaggja l-UUT fejn joħroġ il-kejl tal-kurrent elettriku fil-meter. Ma għandhomx jitqabbdu strippi ta' plakek jew unitajiet tal-Provvista tal-Enerġija Mingħajr Interruzzjoni (UPS) u l-miter u l-UUT.

(3)

Irreġistra l-vultaġġ tal-kurrent ac.

(4)

Ibbuttja l-UUT u, jekk ikunu għadhom mhumiex installati, installa il-Linpack u s-SPECviewperf kif indikat fuq il-websajts ta' hawn fuq.

(5)

Issettja l-Linpack bis-settings b'mod awtomatiku għall-istruttura partikolari tal-UUT u ssettja d-daqs meħtieġ ‘n’ tal-array biex tinġibed il-qawwa elettrika massima tul it-test.

(6)

Kun żgur li l-linji gwida tekniċi kollha rilevanti għall-punt referenzjarju ssettjat mill-organizzazzjoni tal-iStandard Performance Evaluation Corporation (SPEC) għat-tħaddim tas-SPECviewperf ġew sodisfatti.

(7)

Għal informazzjoni addizzjonali dwar l-arranġament tal-Linpack ara t-Taqsima 9.1 Typical Linpack Starting Parameters.

B.

Ittestjar tal-Kurrent Elettriku Massimu

(1)

Issettja l-miter biex tibda takkumula l-valuri reali tal-kurrent elettriku f'intervalli ugwali jew akbar ta' qari wieħed kull sekonda, u ibda ħu l-kejl.

(2)

Irranja s-SPECviewperf flimkien ma' kemm ikunu meħtieġa okkorrenzi simultanji tal-Linpack biex tistressja s-sistema kompletament. L-informazzjoni rakkomandata dwar is-setup tista' tinstab fit-Taqsima 9.1 C).

(3)

Akkumula l-valuri tal-kurrent elettriku sakemm is-SPECviewperf u l-okkorrenzi kollha tal-Linpack jkunu tlestew. Irreġistra l-valur tal-kurrent elettriku massimu miksub matul it-test.

(4)

Għandha tiġi rappurtata wkoll id-dejta li ġejja:

(a)

Il-valur ta' ‘n’ (id-daqs tal-array) użat għal-Linpack,

(b)

L-għadd ta' kopji simultanji tal-Linpack li ntużaw matul it-test,

(c)

Il-verżjoni tas-SPECviewperf użata għat-test;

(d)

L-ottimizzazzjonijiet kollha tal-kompilatur użati fil-kompilazzjoni tal-Linpack u tas-SPECviewperf, kif ukoll

(e)

Binarju kkompilat minn qabel għall-utenti finali biex iniżżlu u jħaddmu kemm is-SPECviewperf kif ukoll il-Linpack. Dawn jistgħu jitqassmu permezz ta' entità ċentralizzata tal-istandards bħall-SPEC, mill-OEM (il-manifattur oriġinali tat-tagħmir), jew minn parti terza relatata.

7.2.   Test tal-Valur Referenzjarju

It-test tal-valur referenzjarju għandu jitwettaq billi jitħaddmu ż-żewġ valuri referenzjarji elenkati hawn taħt b'mod separat. L-UUT għandu jiġi ributtjat mill-ġdid qabel l-ittestjar ma' kull parametru referenzjarju. Aktar informazzjoni dwar dawn il-valuri referenzjarji, inkluż it-tniżżil ta' programmi b'xejn, hija disponibbli fuq l-indirizz URL fit-Tabella 16 L-ittestjar kollu għandu jitwettaq bl-aktar verżjoni riċenti disponibbli tal-valur referenzjarju.

Tabella 16

Informazzjoni għall-Ittestjar tal-Valur Referenzjarju

Valur Referenzjarju

Websajt

Linpack

http://www.netlib.org/linpack/

SPECviewperf

http://www.spec.org/benchmarks.html#gpc

A.

Tħejjija tal-UUT:

(1)

L-UUT għandu jiġi stabbilit skont il-Pass (1) sa Pass (4) tat-Taqsima 7.1(A).

(2)

Jekk ma jkunx diġà installat, installa l-valur referenzjarju kif indikat fil-websajts elenkati fit-Tabella 16

(3)

Ikkonfigura l-valur referenzjarju kif speċifikat fit-Taqsima 7.2(B).

(4)

Kejl tal-Ħin: Il-kejl tal-ħin jista' jsir bi stopwatch standard jew kwalunkwe tip ta' arloġġ ieħor b'riżoluzzjoni ta' mill-inqas ta' sekonda waħda.

B.

Konfigurazzjonijiet tal-Valur Referenzjarju:

(1)

Linpack

(a)

Ikkonfigura s-settings tal-Linpack b'mod identiku għat-test tal-kurrent massimu tal-istazzjon tax-xogħol (pereżempju, Segwi Pass (5) u Pass (7) tat-Taqsima 7.1(A)).

(b)

Irranja l-Linpack għal kemm il-okkorrenza simultanji jkun hemm bżonn biex jistressja s-sistema kompletament. Is-settings rakkomandati jkunu biex jissettjjaw l-għadd ta' okkorrenzi simultanji tal-Linpack ugwali għall-għadd ta' cores loġiċi u/jew fiżiċi tas-CPU tas-sistema.

(2)

SPECviewperf

(a)

Ikkonfigura s-settings tal-Linpack b'mod identiku għat-test tal-kurrent massimu tal-istazzjon tax-xogħol (pereżempju, Segwi Pass (6) tat-Taqsima 7.1(A)).

C.

L-Ittestjar tal-Valur Referenzjarju:

(1)

Issettja l-miter biex tibda takkumula l-valuri reali tal-kurrent elettriku għar-rata ugwali jew akbar ta' 'intervalli ta' qari wieħed kull sekonda, u ibda ħu l-ħin.

(2)

Wettaq il-valur referenzjarju.

(3)

Ieqaf ħu l-ħin u akkumula l-valuri tal-kurrent elettriku għat-tul kollu tal-perjodu tal-valur referenzjarju tal-ħin.

(4)

Għandha tiġi rappurtata d-dejta li ġejja:

(a)

Linpack

(i)

Il-valur ta' ‘n’ (id-daqs tal-firxa) użat għal-Linpack;

(ii)

L-għadd ta' okkorrenzi tal-Linpack simultanjament irranjati fuq is-sistema;

(iii)

L-opzjonijiet kollha tal-kompilatur użati fil-kompilazzjoni tal-Linpack;

(iv)

L-enerġija kkunsmata matul id-durata tat-test; kif ukoll

(v)

Il-fajl tal-output tal-Linpack f'format ta' test li fih il-prestazzjoni tas-sistema fl-operazzjonijiet tal-punt ta' mobbiltà kull sekonda (FLOPS — floating point operations per second) minbarra parametri oħra tal-Linpack parametri oħra (eż. l-għadd ta' testijiet, id-daqs tal-problema, eċċ.).

(b)

SPECviewperf

(i)

Il-verżjoni tas-SPECviewperf użata;

(ii)

L-ottimizzazzjonijiet kollha tal-kompilatur użati fil-kompilazzjoni ta' SPECviewperf,

(iii)

Durata tat-test;

(iv)

L-enerġija kkunsmata matul id-durata tat-test; kif ukoll

(v)

Għandhom jiġu rrappurtati l-fajls u l-fowlders kollha preżenti fil-fowlder tar-Riżultat tas-SPECviewperf suite.

8.   Referenzi

A.

L-Istandard Ewropew EN 50564:2011 (derivat mill-IEC 62301:2011), Electrical and electronic household and office equipment — Measurement of low power consumption.

B.

L-Istandard Ewropew EN 60107-1:1997 (identiku għal IEC 60107-1:1997), Methods of measurement on receivers for television broadcast transmissions — Part 1: General Considerations — Measurements at radio and video frequencies.

C.

L-Istandard Ewropew EN 62623:2013 (derivat mill-IEC 62623:2012), Desktop and Notebook computers — Measurement of energy consumption

9.   Appendiċi: Parametri tal-valur referenzjarju

9.1.   Il-Parametri Inizjali Tipiċi tal-Linpack

Hawn taħt hawn xi valuri tipiċi inizjali għall-użu tal-Linpack għall-ittestjar tal-Istazzjonijiet tax-Xogħol. Dawn il-valuri huma punti tat-tluq u mhumiex maħsuba biex ikunu vinkolanti. It-tester hu liberu li juża l-aktar settings li jaqblu għall-UUT tagħhom. Il-Pjattaforma u s-Sistema Operattiva (OS) se jkollhom impatt sinifikanti fuq l-applikabbiltà ta' dawn il-valuri inizjali. Dan ta' hawn taħt jassumi li Linux huwa l-OS tat-test.

A.

Għadd ta' ekwazzjonijiet (id-daqs tal-problema): Ara l-ekwazzjoni.

B.

Id-dimensjonijiet mexxejja tal-array: Ara l-ekwazzjoni.

Id-daqs tal-matriċi (il-kumbinazzjoni tal-għadd ta' ekwazzjonijiet u d-dimensjonijiet mexxejja tal-array) għandu jkun id-daqs massimu li jiffittja fir-Random Access Memory (RAM) tal-magna. Dan l-iskript AWK se jikkalkula id-daqs tal-matriċi fuq il-magna Linux.

awk ' BEGIN { printf ”Maximum matrix dimension that will fit in RAM on this machine:” } /^MemTotal:/{ print int(sqrt(($2*1 000)/8)/1 000) ”K” } '/proc/meminfo

Uża l-output ta' dan biex tiddetermina liema daqs tal-matriċi għandek tinputja kemm għall-‘Għadd ta' ekwazzjonijiet’ kif ukoll l-inputs tad-‘Dimensjonijiet mexxejja tal-array’. L-‘Għadd ta' ekwazzjonijiet’ se jkun ugwali għall-output stampat. Id-‘Dimensjonijiet mexxejja tal-array’ se jkunu l-output approssimat għall-eqreb multiplu ta' tmienja.

Dan il-kalkolu jista' jiġi kkalkulat bl-aktar mod faċli billi jittieħed id-daqs tal-memorja, f'bytes, tal-UUT (denotati bħala m) u tissostitwixxi m fl-Ekwazzjoni 1.

Formula

Ekwazzjoni 9: Il-Kalkolu tad-Daqs tal-Memorja

C.

Numru ta' provi: c — 1 fejn c hija ugwali għall-għadd ta' cores loġiċi u/jew fiżiċi tas-CPU tas-sistema. It-tester għandu bżonn jiddetermina liema hu l-aktar vantaġġuż għall-unità. -1 iħalli core wieħed miftuħ għall-użu tas-SPECviewperf.

D.

Il-valur tal-allinjament tad-dejta: Tipikament erbgħa b'sistemi Linux. L-aqwa valur biex jintuża huwa il-burdura ta' daqs ta' paġna tal-OS.


(1)  Fejn il-Modalità Rieqed hija appoġġata mill-UUT b'mod awtomatiku u l-enerġija tal-Modalità Rieqed tintuża bħala parti mill-ekwazzjoni TEC għall-kwalifika.

(2)  L-EPSs għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati meta jiġu ttestjati skont il-Uniform Test Method for Measuring the Energy Consumption of External Power Supplies, Appendiċi Z sa 10 CFR Parti430. L-IPSs għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati meta jiġu ttestjati skont il-EPRI 306 Generalized Internal Power Supply Efficiency Test Protocol, Rev. 6.6.

(3)  L-effiċjenza medja hija l-aritmetika medja tal-effiċjenzi ttestjati b'25 %, 50 %, 75 %, u 100 % tal-kurrenti tal-output nominali. L-EPSs għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifikati meta jiġu ttestjati skont il-Uniform Test Method for Measuring the Energy Consumption of External Power Supplies, Appendiċi Z sa 10 CFR Parti 430.

(4)  Il-kapaċità tal-Grafika Diskreta hija kkategorizzata abbażi tal-medda ta' banda tal-frame buffer, kif tidher fit-Tabella 7.

(5)  P = [# of CPU cores] × [CPU clock speed (GHz)], fejn # tal-cores jirrappreżenta l-għadd ta' cores fiżiċi tas-CPU u l-ispid tal-arloġġ tas-CPU jirrappreżenta frekwenza tal-core tal-Max TDP u mhux il-frekwenza tat-turbo boost.

(6)  TECSTORAGE Adder: Japplika għal kull GB installata fis-sistema.

(7)  TECGRAPHICS Adder: Japplika biss għall-ewwel dGfx installat fis-sistema, iżda mhux għall-Switchable Graphics.

(8)  FB_BW: Hija dwar medda ta' banda tal-frame buffer tad-displej f'GigaBytes/sekonda (Gb/s). Dan hu parametru ddikjarat mill-manifattur u għandu jiġi kklakulat kif ġej: (Data Rate [Mhz] × Frame Buffer Data Width [bits])/(8 × 1 000).

(9)  TECSWITCHABLE Incentive: Japplika għal qlib awtomatizzat li hu attivat b'mod awtomatiku fil-kompjuters Desktop u l-kompjuters Desktop Integrati.

(10)  TECEEE: Japplika għal kull port tal-Eternet ta' 802.3az- GigaBit konformi mal-IEEE (Eternet Effiċjenti fl-Enerġija).

(11)  TECSTORAGE Adder: Japplika darba jekk is-sistema għandha aktar minn element wieħed ta' Ħażna Intern Addizzjonali.

(12)  TECINT_DISPLAY Adder: EP hija l-konċessjoni tad-Displej bi Prestazzjoni Mtejba kkalkulata skont Equation 3; r hija r-riżoluzzjoni tal-Iskrin f'megapixels; u A hija l-erja viżibbli tal-iskrin f'pulzieri kwadri.