ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 214

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
13 ta' Awwissu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1383 tat-28 ta' Mejju 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 rigward il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà marbuta mar-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-annimali għall-appoġġ akkoppjat skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1384 tal-10 ta' Awwissu 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1385 tal-10 ta' Awwissu 2015 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1386 tat-12 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għad-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni, l-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport annwali ta' kontroll

9

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1387 tat-12 ta' Awwissu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

24

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1388 tas-7 ta' Awwissu 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar l-abbozz tar-Regoli ta' Proċedura fil-Konferenza tal-Istati Partijiet għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

26

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1383

tat-28 ta' Mejju 2015

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 rigward il-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà marbuta mar-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-annimali għall-appoġġ akkoppjat skont ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(9)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 l-Istati Membri jistgħu jagħtu appoġġ akkoppjat lill-bdiewa skont il-kundizzjonijiet stipulati f'Kapitolu 1 tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament u f'att delegat li għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 53(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 (2), meta l-miżura tal-appoġġ akkoppjat tkun tikkonċerna l-annimali tal-ifrat u/jew in-nagħaġ u l-mogħoż, l-Istati Membri, bħala kundizzjoni għall-eliġibbiltà għall-appoġġ, iridu jiddefinixxu r-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-annimali kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 (4) rispettivament. Bħala konsegwenza, annimal li ma jikkonformax ma' dawk ir-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni mqar darba, jibqa' mhux eliġibbli għal appoġġ akkoppjat volontarju tul ħajtu kollha, irrispettivament jekk dak li jkun ikunx għamel tajjeb għan-nuqqas wara.

(3)

Sabiex jiġu rimedjati sitwazzjonijiet bħal dawn, l-Artikolu 117 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (5) kien jipprevedi li fil-każ tal-pagamenti għaċ-ċanga u għall-vitella, annimal kellu jitqies eliġibbli jekk l-informazzjoni meħtieġa tkun ngħatat lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perjodu taż-żamma tal-annimal.

(4)

Minħabba l-fatt li l-pagamenti għaċ-ċanga u għall-vitella ġew aboliti u peress li l-perjodu taż-żamma ma għadux kundizzjoni ta' eliġibbiltà għal appoġġ akkoppjat volontarju, l-Artikolu 53(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014 ma fihx dispożizzjoni simili.

(5)

Madankollu, sabiex tkun żgurata l-proporzjonalità u mingħajr preġudizzju għall-kundizzjonijiet oħra applikabbli ta' eliġibbiltà li jkunu stabbiliti mill-Istat Membru, l-annimali tal-ifrat għandhom jitqiesu eliġibbli għall-appoġġ sakemm jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni sa ċertu data. Sabiex tinżamm il-konsistenza, dik ir-regola għandha tapplika wkoll għan-nagħaġ u għall-mogħoż.

(6)

Dan ir-Regolament għandu japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-bhejjem marbuta mas-sena kalendarja tal-2015 u mas-snin sussegwenti,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 53(4) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 639/2014, jiżdiedu s-sottoparagrafi li ġejjin:

“Madankollu, mingħajr preġudizzju għal kundizzjonijiet oħra ta' eliġibbiltà, annimal għandu jitqies ukoll eliġibbli għall-appoġġ meta r-rekwiżiti tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni msemmijin fl-ewwel sottoparagrafu jiġu ssodisfati sa data li għandha tiġi stabbilita mill-Istat Membru u li ma għandhiex tkun iktar tard:

(a)

mill-ewwel jum tal-perjodu taż-żamma tal-annimal, meta jiġi applikat perjodu taż-żamma;

(b)

minn data magħżula abbażi ta' kriterji oġġettivi u konsistenti mal-miżura korrispondenti nnotifikata skont l-Anness I, meta ma jiġi applikat l-ebda perjodu taż-żamma.

Sal-15 ta' Settembru 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dati msemmija fit-tieni sottoparagrafu.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 639/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lil bdiewa skont skemi ta' appoġġ fi ħdan il-qafas tal-politika agrikola komuni u li jemenda l-Anness X ta' dak ir-Regolament (ĠU L 181, 20.6.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttivi 92/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).


13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1384

tal-10 ta' Awwissu 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra bbażata parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid xi subtaqsima magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), għar-raġunijiet stipulati fil-kolonna (3) tal-istess tabella.

(4)

Jixraq jiġi previst li d-detentur tal-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tinħareġ għall-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament u li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament jista' jibqa' jinvokaha għal perjodu partikolari taż-żmien skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott (“ktieb ta' taħbil il-moħħ”) li jikkonsisti f'logħob ta' taħbil il-moħħ, testi, mapep u stampi edukattivi oħra marbutin flimkien, li jkun magħmul mill-kartun u jkun ta' madwar 34 b'24 cm, u li jkollu 14-il paġna.

Kull paġna jkun fiha logħba ta' taħbil il-moħħ b'madwar 40 biċċa, li turi mappa b'informazzjoni u stampi fuq sfond ta' lewn wieħed. Il-logħbiet ta' taħbil il-moħħ għandhom x'jaqsmu mat-testi, il-mapep u l-istampi edukattivi fuq il-paġni ta' faċċata, u jikkompletawhom.

(Ara r-ritratt) (*1)

9503 00 69

Il-klassifikazzjoni qed issir skont ir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), u skont il-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9503 00 u 9503 00 69 .

Mad-daqqa t'għajn il-prodott jista' jiġi kklassifikat taħt l-intestatura 4901 bħala ktieb stampat jew materjal stampat simili, jew taħt l-intestatura 9503 bħala logħba ta' taħbil il-moħħ. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ intestaturi ma tista' titqies li tipprovdi deskrizzjoni aktar speċifika ta' dan il-prodott fi ħdan it-tifsira tal-GIR 3(a).

Minħabba li ma jistax jiġi stabbilit jekk humiex it-testi, il-mapep u l-istampi edukattivi (l-intestatura 4901 ) jew il-logħob ta' taħbil il-moħħ (l-intestatura 9503 ) li jagħtu lill-prodott il-karattru essenzjali tiegħu fi ħdan it-tifsira tal-GIR 3(b), il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar fl-ordni numerika fost dawk il-prodotti li jistħoqqilhom jitqiesu bl-istess mod.

Għalhekk, l-oġġett qed jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9503 00 69 bħala logħob ieħor ta' taħbil il-moħħ.

Image 1

(*1)  Ir-ritratt qed jingħata għal skopijiet tat-tagħrif biss.


13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1385

tal-10 ta' Awwissu 2015

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija bbażata fuqha, parzjalment jew kollha kemm hi, jew li żżid xi subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bil-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħrajn relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Jixraq jiġi previst li d-detentur tal-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tinħareġ għall-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament u li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament jista' jibqa' jinvokaha skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2) għal perjodu partikulari taż-żmien. Dak il-perjodu għandu jkun tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mogħtija fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur minn meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-merkanzija

Klassifikazzjoni

(il-kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Oġġett li għandu jintuża biex jgħin fit-tkabbir tal-pjanti fuq ġewwa u jistimulahom jikbru.

Bejn wieħed u ieħor, id-daqs tal-oġġett hu 80 cm bi 80 cm b'160 cm, u hu magħmul minn qafas ta' tubi vojta tal-azzar u ġnub, bil-wiċċ u l-qiegħ tad-drapp, jistgħu jingħalqu għalkollox u għandhom kisja li tirrifletti d-dawl fuq ġewwa. Id-drapp għandu fetħiet għall-ventilazzjoni, l-ilma u l-elettriku u ma jħallix l-ilma, id-dawl u l-arja jgħaddu minnu. Id-drapp għandu ż-żippijiet biex jagħti aċċess għan-naħa ta' ġewwa tal-oġġett minn kull naħa.

Ara l-istampa (*1).

6307 90 98

Il-klassifikazzjoni jiddeterminawha r-regoli ġenerali Nru 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċijiet NM 6307 , 6307 90 u 6307 90 98 .

L-oġġett ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi 9403 bħala “tip ta' għamara oħra” għax m'għandux jintuża bħala għamara għal djar privati, lukandi, uffiċċji, skejjel, knejjes, ħwienet, laboratorji u postijiet simili oħrajn, iżda għandu jintuża biex jgħin fit-tkabbir tal-pjanti fuq ġewwa u jistimulahom jikbru (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata b'rabta mat-tieni paragrafu tal-intestatura 9403 ).

L-oġġett ma jistax jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi 9406 bħala “bini prefabbrikat” għax il-binja tiegħu tindika li huwa għall-użu fuq ġewwa.

Il-kisja ħafifa li tirrifletti d-dawl fuq in-naħa ta' ġewwa tad-drapp u l-fetħiet għall-ventilazzjoni, l-ilma u l-elettriku li għandu l-oġġett hemm bżonnhom għan dawn jgħinu lit-tkabbir tal-pjanti ġo dan l-oġġett. Għalhekk lill-oġġett, id-drapp jagħtih in-natura essenzjali tiegħu skont ir-regola ġenerali Nru 3(b) għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda.

Għalhekk, l-oġġett għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 6307 90 98 bħala “oġġett tad-drapp ieħor manifatturat”.

Image 2

(*1)  L-istampa qed tingħata biss għall-informazzjoni.


13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1386

tat-12 ta' Awwissu 2015

li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għad-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni, l-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport annwali ta' kontroll

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 32(10) u 34(6) tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/341 (2) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għas-sottomissjoni ta' ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' programmi ffinanzjati mill-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (l-“FEAD”), jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 223/2014. Sabiex jiġu ffaċilitati l-perspettiva komprensiva u l-aċċess għad-dispożizzjonijiet, l-istess dispożizzjonijiet għandhom jiġu stabbiliti f'att ta' implimentazzjoni wieħed.

(2)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall-kontenut tad-dikjarazzjoni ta' ġestjoni fil-forma ta' mudell standard biex jiġu armonizzati l-istandards għat-tħejjija u l-preżentazzjoni tagħha li għaliha hija responsabbli awtorità ta' ġestjoni skont il-punt (e) tal-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(3)

Għandu jingħata mudell li jistabbilixxi kundizzjonijiet uniformi għall-istruttura, u li jispeċifika n-natura u l-kwalità tal-informazzjoni li għandha tintuża fit-tħejjija biex jiġu armonizzati l-istandards għat-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-rapporti tal-awditjar u r-rapport ta' kontroll li għalihom hija responsabbli l-awtorità tal-awditjar skont l-Artikolu 34(4) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(4)

Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Mudell għad-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni

Id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 tiġi ppreżentata għal kull programm operattiv skont il-mudell stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Mudelli għall-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapport annwali ta' kontroll

1.   L-istrateġija tal-awditjar li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 tiġi mħejjija skont il-mudell stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

2.   L-opinjoni tal-awitjar imsemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 titfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.

3.   Ir-rapport annwali ta' kontroll imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 jitfassal skont il-mudell stabbilit fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/341 tal- 20 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għall-preżentazzjoni ta' ċerta informazzjoni lill-Kummissjoni (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 1).


ANNESS I

Mudell għad-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni

Jien/aħna, is-sottoskritt/i (isem, l-ewwel isem, it-titlu(i) jew il-funzjoni(jiet)), il-Kap tal-awtorità ta' ġestjoni, għall-programm operazzjonali (isem il-programm operazzjonali, is-CCI)

abbażi tal-implimentazzjoni ta' (isem il-programm operazzjonali) matul is-sena fiskali li ntemmet fit-30 ta' Ġunju (sena),

abbażi tal-ġudizzju tiegħi/tagħna u tal-informazzjoni disponibbli għalija/għalina fid-data tal-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni, inklużi r-riżultati minn verifiki ta' ġestjoni mwettqin b'konformità mal-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 u mill-awditi u l-kontrolli fir-rigward tan-nefqa inkluża fl-applikazzjonijiet għal pagament ippreżentati lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sena ta' kontabilità li ntemmet fit-30 ta' Ġunju … (sena),

u waqt li nqis/inqisu l-obbligi tiegħi/tagħna skont ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 u b'mod partikolari l-Artikolu 32 tiegħu,

b'dan niddikjara/w li:

—

l-informazzjoni fil-kontijiet hija ppreżentata b'mod xieraq, komplut u preċiż b'konformità mal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014,

—

in-nefqa mdaħħla fil-kontijiet intużat għall-iskop intiż tagħha, kif definit fir-Regolament (UE) Nru 223/2014, u skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda,

—

is-sistema ta' ġestjoni u kontroll stabbilita għall-programm operazzjonali tagħti l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, b'konformità mal-liġi applikabbli.

Jiena/aħna nikkonferma/w li l-irregolaritajiet identifikati fir-rapporti finali ta' verifika jew kontroll fir-rigward tas-sena ta' kontabilità u rrapportati fis-sommarju annwali mehmuż ma' din id-dikjarazzjoni kif meħtieġ skont l-Artikolu 32(4)(e) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, ġew ittrattati b'mod xieraq fil-kontabilità. Fejn kien meħtieġ, sar segwitu adegwat għad-defiċjenzi fis-sistema ta' ġestjoni u kontroll irrapportati f'dawn ir-rapporti, jew qed isir bħalissa fir-rigward tal-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa li ġejjin: … (jekk xieraq, indika liema azzjonijiet ta' rimedju jinsabu għaddejjin bħalissa, fid-data tal-iffirmar tad-dikjarazzjoni).

Jiena/aħna nikkonferma/w ukoll li n-nefqa li bħalissa hija suġġetta għal valutazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tagħha ġiet eskluża mill-kontijiet sakemm tkun konkluża l-valutazzjoni, għall-inklużjoni possibbli f'applikazzjoni ta' pagament interim f'sena ta' kontabilità sussegwenti, kif previst fl-Artikolu 49(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

Barra minn hekk, jiena/aħna nikkonferma/w l-affidabilità tad-dejta dwar l-indikaturi [, (għal PO I biss), inkluż, fejn rilevanti, tad-dejta bbażata fuq stimi infurmati b'konformità mar-Regolament Delegat (UE) Nru 1255/2014 (1)]/[(għal PO II biss) u tad-dejta relatata mal-progress tal-programm operazzjonali, meħtieġa skont l-Artikolu 32(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014]. Jiena/aħna nikkonferma/w li miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi skont l-Artikolu 32(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 huma fis-seħħ, u li nieħu/nieħdu inkonsiderazzjoni r-riskji identifikati u li jien/aħna ma naf/u b'ebda materjal mhux żvelat relatat mal-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali li jista' jkun ta' ħsara għar-reputazzjoni tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn.

Data

Firma/firem


(1)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1255/2014 tas-17 ta' Lulju 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn billi jistabbilixxi l-kontenut tar-rapporti annwali u finali ta' implimentazzjoni, inkluża l-lista ta' indikaturi komuni (ĠU L 337, 25.11.2014, p. 46).


ANNESS II

Mudell għall-istrateġija tal-awditjar

1.   INTRODUZZJONI

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

—

Identifikazzjoni tal-programm(i) operazzjonali (titolu/i (u CCI(s) (1)), u l-perjodu kopert mill-istrateġija ta' verifika.

—

Identifikazzjoni tal-awtorità tal-awditjar responsabbli mit-tfassil, mill-monitoraġġ u mill-aġġornament tal-istrateġija tal-awditjar u ta' kwalunkwe korpi oħrajn li kkontribwew għal dan id-dokument.

—

Referenza għall-istatus tal-awtorità tal-awditjar (korp pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali) u l-korp li tinsab fih.

—

Referenza għad-dikjarazzjoni tal-missjoni, jew karta ta' awditu tal-leġiżlazzjoni nazzjonali (fejn applikabbli) li tistabbilixxi l-funzjonijiet u r-responsabilitajiet tal-awtorità ta' awditjar u tal-korpi l-oћra li jagћmlu l-awditi taћt ir-responsabilità tagћha.

—

Konferma mill-awtorità tal-awditjar li l-korpi li qegħdin iwettqu awditi skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 għandhom l-indipendenza funzjonali rikjesta (u l-indipendenza organizzattiva, fejn applikabbli taħt l-Artikolu 31(5) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014).

2.   VALUTAZZJONI TAR-RISKJI

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

—

Spjegazzjoni tal-metodu ġenerali ta' valutazzjoni tar-riskju segwit.

—

Proċeduri għall-aġġornament tal-valutazzjoni tar-riskju.

3.   METODOLOĠIJA

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

3.1   Ħarsa ġenerali

—

Referenza għal manwali jew proċeduri tal-awditjar li jkun fihom deskrizzjoni tal-passi prinċipali tax-xogħol ta' awditu, inklużi l-klassifikazzjoni u t-trattament tal-iżbalji misjuba.

—

Referenza għall-istandards tal-awditjar rikonoxxuti f'livell internazzjonali li l-awtorità tal-awditjar għandha tqis għal dan ix-xogħol ta' awditjar, kif stabbilit fl-Artikolu 34(3) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

—

Referenza għall-proċeduri fis-seħħ għat-tfassil tar-rapport ta' kontroll u l-opinjoni tal-awditjar li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

3.2   Awditi dwar il-funzjonament tas-sistemi ta' ġestjoni u kontroll (awditi tas-sistemi)

Indikazzjoni tal-korpi li għandhom jiġu awditjati u r-rekwiżiti ewlenin relatati fil-kuntest tal-awditi tas-sistemi. Fejn applikabbli, referenza għall-korp ta' awditjar li fuqha l-awtorità tal-awditjar sserraħ biex jitwettqu dawn l-awditi.

Indikazzjoni ta' kwalunkwe awditi tas-sistema relatati ma' rekwiżiti ewlenin immirati lejn oqsma tematiċi speċifiċi bħalma huma:

—

il-kwalità tal-verifiki amministrattivi u fuq il-post previsti fl-Artikolu 32(5) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, inkluż b'rabta mar-rispett lejn ir-regoli tal-akkwist pubbliku, l-opportunitajiet indaqs, it-tnaqqis u l-prevenzjoni tal-iskart tal-ikel, u mal-liġijiet tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur;

—

il-funzjonament u s-sigurtà ta' sistemi IT imwaqqfa skont l-Artikoli 28(d), 32(2)(d) u 33(d) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014; u l-konnessjoni tagħhom mas-sistema IT, imsemmija fl-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 (“SFC 2014”);

—

l-affidabilità tad-dejta relatata ma' indikaturi u, għal PO II, dejta dwar il-progress tal-programm operazzjonali b'rabta mal-kisba tal-għanijiet ipprovduti mill-awtorità tal-ġestjoni skont l-Artikolu 32(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014;

—

ir-rappurtar ta' irtirar u rkupri;

—

l-implimentazzjoni ta' miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi mirfuda minn valutazzjoni tar-riskju ta' frodi b'konformità mal-Artikolu 32(4)(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

3.3   Awditjar tal-operazzjonijiet

Deskrizzjoni ta' (jew referenza għal dokument intern li jispeċifika) il-metodoloġija tal-kampjunar li għandha tintuża b'konformità mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 u l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014 (2) u proċeduri speċifiċi oħra li huma mwaqqfa għal awditi ta' operazzjonijiet, b'mod partikolari dawk relatati mal-klassifikazzjoni u t-trattament ta' żbalji misjuba, inkluż frodi suspettata.

3.4   Awditjar tal-kontijiet

Deskrizzjoni tal-approċċ tal-awditjar għall-awditjar tal-kontijiet.

3.5   Verifika tad-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni

Referenza għall-proċeduri interni li jistabbilixxu l-ħidma involuta fil-verifika tal-affermazzjonijiet li jinsabu fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni, għall-fini tal-opinjoni tal-awditjar.

4.   ĦIDMA TA' AWDITJAR IPPJANATA

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

—

Deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-objettivi speċifiċi tal-awditjar fir-rigward tas-sena ta' kontabilità kurrenti u s-sentejn ta' kontabilità sussegwenti, flimkien ma' spjegazzjoni tar-rabta bejn ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-ħidma ta' awditjar ippjanata.

—

Skeda indikattiva tal-kompiti ta' awditjar fir-rigward tas-sena ta' kontabilità kurrenti u s-sentejn ta' kontabilità sussegwenti għal awditi tas-sistemi (inklużi awditi mmirati lejn oqsma tematiċi speċifiċi), kif ġej:

Awtoritajiet/il-Korpi jew l-oqsma tematiċi speċifiċi li għandhom jiġu awditjati

CCI

Isem il-PO

Korp responsabbli mill-awditjar

Riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju

20xx

Objettiv u ambitu tal-awditu

20xx

Objettiv u ambitu tal-awditu

20xx

Objettiv u ambitu tal-awditu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.   RIŻORSI

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

—

L-organigramma tal-awtorità ta' verifika u l-informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħha fir-rigward ta' kwalunkwe korp ta' verifika li jwettaq awditjar skont kif imsemmi fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn xieraq.

—

Indikazzjoni tar-riżorsi ppjanati li jiġu allokati fir-rigward tas-sena ta' kontabilità kurrenti u s-sentejn ta' kontabilità sussegwenti.


(1)  Indika l-programmi operazzjonali koperti minn sistema komuni ta' ġestjoni u kontroll, f'każ fejn strateġija unika ta' awditjar hija mħejjija għal żewġ programmi operazzjonali, kif previst l-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 532/2014 tat-13 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 54).


ANNESS III

Mudell għall-opinjoni tal-awditjar

Lill-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali …

1.   INTRODUZZJONI

Jiena, li ismi jidher hawn taħt, rappreżentant/a ta' …[isem l-awtorità ta' verifika maħtura mill-Istat Membru], indipendenti skont it-tifsira tal-Artikolu 31(4) [u (5), fejn applikabbli] tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, wettaqt awditu tal-kontijiet għas-sena ta' kontabilità li bdiet fl-1 ta' Lulju … [sena] u li ntemmet fit-30 ta' Ġunju … [sena] (1) u bid-data ta' … [data tal-kontijiet sottomessi lill-Kummissjoni] (minn hawn 'il quddiem “il-kontijiet”) il-legalità u r-regolarità tan-nefqa li għaliha ntalab rimborż mill-Kummissjoni b'referenza għas-sena ta' kontabilità (u li ġiet inkluża fil-kontijiet), il-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll, u vverifikajt id-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni, għall-finijiet tal-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

b'rabta mal-programm operazzjonali …[isem il-programm operazzjonali, in-numru CCI] (minn hawn 'il quddiem “il-programm”),

sabiex noħroġ opinjoni ta' awditjar b'konformità mal-Artikolu 34(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

2.   RESPONSABILITAJIET TAL-AWTORITAJIET TA' ĠESTJONI U TA' ĊERTIFIKAZZJONI

…[isem l-awtorità ta' ġestjoni], maħtura bħala l-awtorità ta' ġestjoni tal-programm, u l-…[isem l-awtorità ta' ċertifikazzjoni], maħtura bħala l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tal-programm, huma responsabbli sabiex jiżguraw it-tħaddim xieraq tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll f'dak li jirrigwarda l-funzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 32 u 33 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

B'mod partikolari, hija r-responsabilità ta' …[isem l-awtorità ta' ċertifikazzjoni], maħtura bħala l-awtorità ta' ċertifikazzjoni tal-programm, li tfassal il-kontijiet (skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014) u li tiċċertifika l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 33(b) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 33(c) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 hija r-responsabilità tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni biex tiċċertifika li n-nefqa rreġistrata fil-kontijiet tikkonforma mal-liġi applikabbli u tkun tħallset fir-rigward ta' operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament skont il-kriterji applikabbli għall-programm operazzjonali u li jikkonformaw mal-liġi applikabbli (3).

3.   IR-RESPONSABILITAJIET TAL-AWTORITÀ TA' AWDITJAR

Kif stabbilit mill-Artikolu 34(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, ir-responsabilità tiegħi hija li nesprimi opinjoni dwar jekk il-kontijiet jagħtux stampa ċara u ġusta, jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ntalab rimborż mill-Kummissjoni u li hija ddikjarata fil-kontijiet hija legali (4) u regolari, u jekk is-sistema ta' ġestjoni u kontroll stabbilita tiffunzjonax b'mod adegwat. Ir-responsabilità tiegħi hija li ninkludi wkoll fl-opinjoni dikjarazzjoni dwar jekk ix-xogħol tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni (5).

L-awditi fir-rigward tal-programm saru skont l-istrateġija tal-awditjar u kkunsidraw l-istandards internazzjonali tal-awditjar aċċettati f'livell internazzjonali. Dawn l-istandards jeżiġu li l-awtorità ta' verifika tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq ix-xogħol ta' verifika sabiex tikseb assigurazzjoni raġonevoli għall-fini tal-opinjoni tal-awditjar.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza xierqa suffiċjenti bħala appoġġ għall-opinjoni stabbilita hawn taħt. Il-proċeduri mwettqa jiddependu fuq id-deċiżjoni professjonali tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskju ta' nuqqas ta' konformità materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Il-proċeduri tal-awditjar li wettaqt huma dawk li nemmen huma xierqa fiċ-ċirkostanzi.

Jiena tal-fehma li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tiegħi [f'każ li hemm limitazzjonijiet tal-ambitu:] ħlief għal dik imsemmija fit-taqsima 4 “Limitazzjonijiet tal-ambitu”.

Ir-riżultati ewlenin li ġejjin minn verifiki fir-rigward tal-programm huma rrappurtati fir-rapport ta' kontroll annwali mehmuż skont l-Artikolu 34(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

4.   LIMITAZZJONIJIET TAL-AMBITU

Jew

Ma kien hemm ebda limitazzjonijiet tal-ambitu tal-awditjar.

Jew

L-ambitu tal-awditjar kien limitat mill-fatturi li ġejjin:

(a)

…

(b)

…

(c)

….

[Indika kwalunkwe limitazzjoni għall-ambitu tal-awditjar, pereżempju kwalunkwe nuqqas ta' dokumentazzjoni ta' appoġġ, każijiet taħt proċeduri legali, u agħti stima taħt “Opinjoni kkwalifikata” hawn taħt, l-ammonti tan-nefqa u tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni affettwati u l-impatt tal-limitazzjoni tal-ambitu fuq l-opinjoni ta' awditjar. Spjegazzjonijiet ulterjuri f'dan ir-rigward jiġu pprovduti fir-rapport ta' kontroll annwali, kif xieraq.]

5.   OPINJONI

Jew

(Opinjoni mhux ikkwalifikata)

Fl-opinjoni tiegħi, u fuq il-bażi tal-ħidma tal-awditjar imwettqa:

—

il-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta, kif stabbilit bl-Artikolu 7(5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014;

—

in-nefqa fil-kontijiet li għaliha ntalab rimborż mill-Kummissjoni hija legali u regolari,

—

is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll fis-seħħ jiffunzjonaw b'mod xieraq.

Il-ħidma tal-awditjar imwettqa ma tpoġġix f'dubju d-dikjarazzjonijiet magħmula fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni.

Jew

(Opinjoni kwalifikata)

Fl-opinjoni tiegħi, u abbażi tal-ħidma tal-awditjar imwettqa:

—

il-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta, kif stabbilit bl-Artikolu 7(5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014;

—

in-nefqa fil-kontijiet li għaliha ntalab rimborż mill-Kummissjoni hija legali u regolari;

—

is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll fis-seħħ jiffunzjonaw b'mod xieraq,

ħlief f'dawn l-aspetti li ġejjin:

—

fir-rigward ta' kwistjonijiet materjali relatati mal-kontijiet: …

u/jew [ħassar kif xieraq]

—

fir-rigward ta' kwistjonijiet materjali relatati mal-legalità u r-regolarità tan-nefqa fil-kontijiet li għalihom intalab rimborż mill-Kummissjoni: …

—

u/jew [ħassar kif xieraq] b'rabta ma' kwistjonijiet materjali relatati mal-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll (6): ….

Għaldaqstant jien nistma li l-impatt tal-kwalifikazzjoni(jiet) huwa [limitat]/[sinifikanti]. [ħassar kif jixraq]

Dan l-impatt jikkorrispondi għal … [ammont f'EUR u %] tan-nefqa totali ddikjarata. Għalhekk il-kontribuzzjoni tal-Unjoni affettwata hija ta' … [ammont f'EUR].

Il-ħidma tal-awditjar imwettqa ma tpoġġix/tpoġġi [ħassar kif xieraq] fid-dubju d-dikjarazzjonijiet magħmulin fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni.

[Meta x-xogħol tal-awditjar iqajjem dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni, l-Awtorità ta' verifika għandha tiżvela f'din it-taqsima l-aspetti li jwasslu għal din il-konklużjoni.]

Jew

(Opinjoni negattiva)

Fl-opinjoni tiegħi, u msejsa fuq il-ħidma tal-awditjar imwettqa:

—

il-kontijiet jagħtu/ ma jagħtux [ħassar kif xieraq] stampa vera u ġusta, kif stabbilit mill-Artikolu 7(5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014;

—

in-nefqa fil-kontijiet li għaliha ntalab rimborż mill-Kummissjoni hija/ mhijiex [ħassar kif xieraq] legali u regolari;

—

is-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll stabbilita taħdem/ ma taħdimx [ħassar kif xieraq] kif suppost.

Din l-opinjoni avversa hija bbażata fuq dawn l-aspetti:

—

fir-rigward ta' kwistjonijiet materjali relatati mal-kontijiet: ….

u/jew [ħassar kif xieraq]

—

fir-rigward ta' kwistjonijiet materjali relatati mal-legalità u r-regolarità tan-nefqa fil-kontijiet li għalihom intalab rimborż mill-Kummissjoni: …

u/jew [ħassar kif xieraq]

—

fir-rigward ta' kwistjonijiet materjali relatati mal-funzjonament tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll (7): …

Il-ħidma tal-awditjar imwettqa tpoġġi f'dubju l-asserzjonijiet magħmula fid-dikjarazzjoni tar-responsabbiltajiet ta' ġestjoni rigward l-aspetti li ġejjin: …

[Il-korp indipendenti ta' awditjar jista' jinkludi wkoll enfasi dwar kwistjoni, li ma jaffettwax l-opinjoni tiegħu, kif stabbilit fl-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Ċaħda tal-opinjoni tista' tiġi prevista f'każijiet eċċezzjonali (8).]

Data

Firma


(1)  Sena ta' kontabilità tfisser il-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju, ħlief għall-ewwel sena ta' kontabilità, li fir-rigward tagħha din tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għall-eliġibilità tan-nefqa sat-30 ta' Ġunju 2015. Is-sena finali ta' kontabilità għandha tkun mill-1 ta' Lulju 2023 sat-30 ta' Ġunju 2024.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(3)  Kif definit fl-Artikolu 5(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(4)  Kif stipulat mill-Artikolu 5(12) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(5)  Skont l-Artikolu 59(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

(6)  F'każ li s-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll huma affettwati, indika fl-opinjoni l-korp jew korpi u l-aspett(i) tas-sistemi tagħhom li ma kienx/kinux konformi mar-rekwiżiti u/jew li ma opera(w)x effettivament, ħlief fejn din l-informazzjoni hija diġà żvelata biċ-ċar fir-rapport ta' kontroll annwali u l-paragrafu li fih l-opinjoni li tirreferi għal taqsima/taqsimiet speċifika/ċi ta' dan ir-rapport fejn tinsab din l-informazzjoni.

(7)  L-istess rimarka bħan-nota ta' qiegħ il-paġna preċedenti.

(8)  Dawn il-każijiet eċċezzjonali għandhom ikunu relatati ma' fatturi esterni mhux prevedibbli, li jinsabu 'l barra mill-mandat tal-awtorità tal-awditjar.


ANNESS IV

Mudell għar-rapport ta' kontroll annwali

1.   INTRODUZZJONI

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

1.1

Identifikazzjoni tal-awtorità tal-awditjar responsabbli u ta' korpi oħrajn li kienu involuti fit-tħejjija tar-rapport.

1.2

Il-perjodu ta' referenza (jiġifieri s-sena ta' kontabilità (1)).

1.3

Il-perjodu tal-awditjar (li matulu seħħet il-ħidma tal-awditjar).

1.4

Identifikazzjoni tal-programm(i) operazzjonali kopert(i) mir-rapport u tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u ta' ċertifikazzjoni tiegħu/tagħhom. [Fejn ir-rapport ta' kontroll annwali jkopri aktar minn programm wieħed, l-informazzjoni għandha tkun ikklassifikata skont il-programm, filwaqt li l-informazzjoni li hija speċifika għall-programm għandha tiġi identifikata f'kull taqsima, ħlief fil-każ tat-taqsima 10.2, fejn tali informazzjoni għandha tiġi pprovduta fit-taqsima 5.]

1.5

Deskrizzjoni tal-passi meħuda għat-tħejjija tar-rapport u għat-tfassil tal-opinjoni ta' awditjar.

2.   TIBDIL SINIFIKANTI FIS-SISTEMA(I) TA' ĠESTJONI U TA' KONTROLL

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

2.1

Dettalji ta' kwalunkwe tibdil sinifikanti fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll relatati mar-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta' ġestjoni u ta' ċertifikazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tad-delega ta' funzjonijiet lil korpi intermedji ġodda, u konferma tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 28 u 29 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 abbażi tal-ħidma tal-awditjar imwettqa mill-awtorità tal-awditjar skont l-Artikolu 34 ta' dak ir-Regolament.

2.2

Informazzjoni relatata mal-monitoraġġ tal-korpi maħtura skont l-Artikolu 35(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

2.3

Id-dati li minnhom japplika dan it-tibdil, id-dati tan-notifika tat-tibdil lill-awtorità tal-awditjar, kif ukoll l-impatt ta' dan it-tibdil fuq il-ħidma tal-awditjar għandhom jiġu indikati.

3.   TIBDIL FL-ISTRATEĠIJA TAL-AWDITJAR

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

3.1

Dettalji ta' kwalunkwe tibdil li sar fl-istrateġija tal-awditjar, u spjegazzjoni tar-raġunijiet. B'mod partikolari, indika kwalunkwe bidla fil-metodu tal-kampjunar użat għall-awditu tal-operazzjonijiet (ara t-taqsima 5 iktar 'l isfel).

3.2

L-awtorità tal-awditjar tagħmel differenza bejn il-bidliet magħmula jew proposti fi stadju iktar tard, li ma jaffettwawx il-ħidma magħmula matul il-perjodu ta' referenza, u l-bidliet magħmula matul il-perjodu ta' referenza, li jaffettwaw il-ħidma tal-awditjar u r-riżultati. Huma inklużi biss il-bidliet imqabbla mal-verżjoni preċedenti tal-istrateġija tal-awditjar.

4.   AWDITI TAS-SISTEMA

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

4.1

Dettalji tal-korpi li wettqu verifiki tas-sistemi (inkluża l-awtorità tal-awditjar innifisha), li wettqu awditjar fuq il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-programm (kif stipulat fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014) — minn hawn 'il quddiem “awditi tas-sistema”.

4.2

Deskrizzjoni tal-bażi għall-awditi mwetqa, inkluż referenza għall-istrateġija ta' awditjar applikabbli, b'mod iktar partikolari għall-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju u għar-riżultati li wasslu biex jiġi stabbilit il-pjan ta' awditu tas-sistemi. F'każ li l-valutazzjoni tar-riskju tkun ġiet aġġornata, dan għandu jiġi deskritt fit-taqsima 3 aktar 'il fuq li tkopri t-tibdil fl-istrateġija tal-awditjar.

4.3

Fir-rigward tat-tabella fit-taqsima 10.1 ħawn taħt, deskrizzjoni tas-sejbiet ewlenin u tal-konklużjonijiet miġbuda mill-awditi tas-sistema, inklużi l-awditi mmirati lejn oqsma tematiċi speċifiċi, kif definit fit-taqsima 3.2 tal-Anness II ta' dan ir-Regolament.

4.4

Indikazzjoni dwar jekk kwalunkwe problemi identifikati ġewx ikkonsidrati li huma ta' karattru sistemiku, u dwar il-miżuri meħuda, inkluża kwantifikazzjoni tan-nefqa irregolari u kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji relatati, b'konformità mal-Artikolu 5(5) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014.

4.5

Informazzjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar minn verifiki tas-sistemi minn snin ta' kontabilità preċedenti.

4.6

Livell tal-assigurazzjoni miksub wara l-awditi tas-sistema (baxx/medju/għoli) u ġustifikazzjoni.

5.   AWDITI TAL-KAMPJUNI TAL-OPERAZZJONIJIET

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

5.1

Indikazzjoni tal-korpi (inkluż l-awtorità tal-awditjar) li wettqu l-awditi tal-operazzjonijiet (kif stipulat fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 u fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014).

5.2

Deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-kampjunar applikata u informazzjoni dwar jekk il-metodoloġija hijiex konformi mal-istrateġija tal-awditjar.

5.3

Indikazzjoni tal-parametri użati għall-kampjunar statistiku tal-awditjar u spjegazzjoni tal-kalkoli sottostanti u tal-ġudizzju professjonali applikati. Il-parametri tal-kampjunar tal-awditjar jinkludu: il-livell limitu ta' materjalità, il-livell ta' kunfidenza, l-unità ta' kampjunar, ir-rata mistennija ta' żball, l-intervall tal-kampjunar, id-daqs tal-popolazzjoni, id-daqs tal-kampjun, informazzjoni dwar l-istratifikazzjoni (jekk applikabbli). Il-kalkoli sottostanti għall-għażla tal-kampjun u r-rata totali ta' żball (kif definit fl-Artikolu 6(14) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014 huma żvelati fit-taqsima 10.3 aktar 'l isfel, f'format li jippermetti l-fehim tal-passi bażiċi meħuda, b'konformità mal-metodu ta' kampjunar speċifiku użat.

5.4

Rikonċiljazzjoni bejn in-nefqa totali ddikjarata f'EUR lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sena ta' kontabilità u l-popolazzjoni minn fejn ittieħed il-kampjun każwali (il-kolonna “A” tat-tabella fit-taqsima 10.2 hawn taħt). Elementi li jirrikonċiljaw jinkludu elementi negattivi fejn saru korrezzjonjiet finanzjarji fir-rigward tas-sena ta' kontabilità.

5.5

Fejn hemm elementi negattivi ta' kampjuni, konferma li dawn ġew ittrattati bħala popolazzjoni separata skont l-Artikolu 6(7) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni Nru (UE) 532/2014. Analiżi tar-riżultati ewlenin tal-awditi ta' dawn l-unitajiet, l-iktar li jiffukaw fuq il-verifika jekk id-deċiżjonijiet li jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji (meħuda minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni) ġewx irreġsitrati fil-kontijiet bħala rtirar jew irkupru.

5.6

Fil-każ tal-użu ta' kampjunar mhux statistiku, indika r-raġunijiet għall-użu tal-metodu bi qbil mal-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, il-perċentwal ta' operazzjonijiet/nefqa kopert permezz tal-awditi, il-passi meħuda sabiex tkun żgurata l-każwalità tal-kampjun (u għalhekk ir-rappreżentattività tiegħu) u sabiex ikun żgurat daqs suffiċjenti tal-kampjun li jippermetti lill-awtorità tal-awditjar li tfassal opinjoni ta' awditjar valida. F'każ ta' kampjunar mhux statistiku tiġi kkalkulata wkoll rata ta' żball ipproġettata.

5.7

Analiżi tar-riżultati prinċipali tal-awditi tal-operazzjonijiet, li jiddiskrivu n-numru ta' elementi tal-kampjun awditjati, l-ammont rispettiv u t-tipi (2) ta' żbalji skont l-operazzjoni, kif ukoll in-natura (3) tal-iżbalji misjuba, ir-rata ta' żbalji skont l-istratum u n-nuqqasijiet jew irregolaritajiet ewlenin, (4) il-limitu ta' fuq tar-rata tal-iżbalji (fejn applikabbli), il-kawżi ewlenin, il-miżuri korrettivi proposti, (inklużi dawk maħsuba biex jimmitigaw dawn l-iżbalji f'applikazzjonijiet ta' pagament sussegwenti) u l-impatt fuq l-opinjoni tal-awditjar. Fejn meħtieġ, ipprovdi spjegazzjonijiet ulterjuri fuq id-dejta ppreżentata fit-taqsimiet 10.2 u 10.3 hawn taħt, b'mod partikolari dik li tikkonċerna r-rata totali ta' żball.

5.8

Spjegazzjonijiet dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw is-sena ta' kontabilità kurrenti u implimentati mill-awtorità ta' ċertifikazzjoni/awtorità ta' ġestjoni qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet finali lill-Kummissjoni, u li jirriżultaw mill-verifiki tal-operazzjonijiet, inklużi korrezzjonijiet b'rata fissa jew estrapolati, kif muri fit-tabella taħt it-taqsima 10.2 hawn taħt.

5.9

Paragun bejn ir-rata totali ta' żball u r-rata totali residwa ta' żball (5) (kif muri fit-taqsima 10.2 hawn taħt) bil-livell ta' materjalità stabbilit, sabiex ikun aċċertat jekk il-popolazzjoni hix materjalment iddikjarata b'mod żbaljat jew le u l-impatt fuq l-opinjoni tal-awditjar.

5.10

Informazzjoni dwar ir-riżultati tal-awditu tal-kampjun komplimentari (kif stabbilit fl-Artikolu 6(12) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014), jekk ikun hemm.

5.11

Dettalji dwar jekk kwalunkwe problemi identifikati kinux ikkunsidrati li huma ta' natura sistemika, u dwar il-miżuri meħuda, inkluża kwantifikazzjoni tan-nefqa irregolari u kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji relatati.

5.12

Informazzjoni dwar is-segwitu tar-riżultati ta' verifiki tal-operazzjonijiet li twettqu fi snin preċedenti, b'mod partikolari dwar nuqqasijiet ta' natura sistemika.

5.13

Konklużjonijiet miġbuda mir-riżultati globali tal-verifiki tal-operazzjonijiet fir-rigward tal-effettività tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll.

6.   AWDITJAR TAL-KONTIJIET

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

6.1

Indikazzjoni tal-awtoritajiet/korpi li wettqu awditi tal-kontijiet.

6.2

Deskrizzjoni tal-approċċ ta' awditjar użat biex jivverifika l-elementi tal-kontijiet definiti fl-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 223/2014. Din għandha tinkludi referenza għall-ħidma tal-awditjar imwettqa fil-kuntest ta' awditi tas-sistema (spjegati fit-taqsima 4 hawn fuq) u l-awditi tal-operazzjonijiet (spjegati fit-taqsima 5 hawn fuq) b'rilevanza għall-assigurazzjoni rikjesta fuq il-kontijiet.

6.3

Indikazzjoni tal-konklużjonijiet miġbuda mill-awditu fir-rigward tal-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet, inkluża indikazzjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji magħmula u riflessi fil-kontijiet bħala segwitu għar-riżultati tal-awditi tas-sistema u/jew tal-awditu fuq l-operazzjonijiet.

6.4

Indikazzjoni dwar jekk kwalunkwe problemi identifikati kinux meqjusa li huma ta' natura sistemika, u l-miżuri li ttieħdu.

7.   IL-KOORDINAZZJONI BEJN IL-KORPI TAL-AWDITJAR U L-ĦIDMA SUPERVIŻORJA MILL-AWTORITÀ TAL-AWDITJAR (fejn applikabbli)

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

7.1

Deskrizzjoni tal-proċedura għall-koordinazzjoni bejn l-awtorità tal-awditjar nazzjonali u kwalunkwe korp tal-awditjar li jwettaq awditi kif previst fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014, fejn xieraq.

7.2

Deskrizzjoni tal-proċedura għas-superviżjoni u għar-reviżjoni ta' kwalità applikati mill-awtorità tal-awditjar fuq tali korp/i tal-awditjar.

8.   INFORMAZZJONI OĦRA

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

8.1

Fejn applikabbli, informazzjoni dwar frodi u suspetti ta' frodi rrappurtati miskjuba fil-kuntest tal-awditi mwettqa mill-awtorità ta' awditjar (inkluż il-każijiet irrappurtati minn korpi nazzjonali oħra jew korpi tal-Unjoni u relatati ma' operazzjonijiet awditjati mill-awtorità ta' awditjar), flimkien mal-miżuri meħuda.

8.2

Fejn applikabbli, avvenimenti sussegwenti li seħħew wara li ġew ippreżentati l-kontijiet lill-awtorità tal-awditjar u qabel it-trażmissjoni tar-rapport ta' kontroll annwali taħt l-Artikolu 34(5)(b) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014 lill-Kummissjoni u kkunsidrati meta ġie stabbilit il-livell ta' assigurazzjoni u opinjoni mill-awtorità tal-awditjar.

9.   LIVELL ĠENERALI TA' ASSIGURAZZJONI

Din it-taqsima għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

9.1

Indikazzjoni tal-livell ġenerali tal-assigurazzjoni dwar il-funzjonament xieraq tas-sistema ta' ġestjoni u ta' kontroll (6), u spjegazzjoni dwar kif dan il-livell inkiseb mill-kombinazzjoni tar-riżultati tal-awditi tas-sistema (kif rifless fit-taqsima 10.2 hawn taħt) u awditi tal-operazzjonijiet (kif rifless fit-taqsima 10.3 hawn taħt). Fejn rilevanti, l-awtorità tal-awditjar tieħu inkonsiderazzjoni wkoll ir-riżultati ta' ħidma oħra tal-awditjar nazzjonali jew tal-Unjoni mwettqa fir-rigward tas-sena ta' kontabilità.

9.2

Il-valutazzjoni ta' kwalunkwe azzjonijiet ta' mitigazzjoni implimentati, bħalma huma korrezzjonijiet finanzjarji u l-valutazzjoni tal-ħtieġa ta' kwalunkwe miżuri korrettivi addizzjonali neċessarji, kemm minn perspettiva tas-sistema kif ukoll minn perspettiva finanzjarja..

10.   ANNESSI GĦAR-RAPPORT TA' KONTROLL ANNWALI

10.1.   Riżultati tal-awditi tas-sistemi:

Entità Awditjata

 

Titlu tal-awditu

Data tar-rapport tal-awditu

Programm Operazzjonali: [CCI u Isem tal-PO]

Valutazzjoni ġenerali (kategorija 1, 2, 3, 4)

[kif definit fit-Tabella 2- Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014]

Kummenti

Ir-rekwiżiti ewlenin (kif applikabbli)

[kif definit fit-Tabella 1 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014]

KR 1

KR 2

KR 3

KR 4

KR 5

KR 6

KR 7

KR 8

KR 9

KR 10

KR 11

KR 12

KR 13

MA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IB(s)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

CA

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota: Il-partijiet bil-griż fit-Tabella ta' hawn fuq jirreferu għal rekwiżiti ewlenin li mhumiex applikabbli għal entità awditjata.

10.2   Għal verifiki ta' operazzjonijiet:

Numru tal-Programm (CCI)

It-titolu tal-programm

A

B

C

D

E

F

G

H

Ammont f'EUR li jikkorrispondi għall-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun  (7)

Nefqa b'referenza għas-sena ta' kontabilità awditjata għall-kampjun aleatorju

Ammont ta' nefqa irregolari fil-kampjun aleatorju

Rata totali ta' żball  (8)

Korrezzjonijiet implimentati bħala riżultat tar-rata totali ta' żball

Rata totali residwa ta' żball

Infiq ieħor awditjat  (9)

Ammont ta' nfiq irregolari f'infiq ieħor awditjat

Ammont  (10)

%  (11)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

10.3   Kalkoli sottostanti tal-għażla tal-kampjun aleatorju u tar-rata totali ta' żball ipproġettata


(1)  Kif definit fl-Artikolu 2(14) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014.

(2)  Każwali, sistemiku, anomalu.

(3)  Pereżempju: eliġibilità, akkwist pubbliku.

(4)  Ir-rata ta' żball tal-istrat għandha tiġi żvelata meta l-istratifikazzjoni tkun ġiet applikata skont l-Artikolu 6(10) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014, li jkopri sottopopolazzjonijiet b'karatteristiki simili, bħal operazzjonijiet li jikkonsistu f'kontribuzzjonijiet finanzjarji għal elementi ta' valur għoli.

(5)  Żbalji totali mingħajr il-korrezzjonijiet imsemmija fit-taqsima 5.8, diviżi bil-popolazzjoni totali.

(6)  Il-livell globali ta' aċċertament jikkorrispondi għal wieħed mill-erba' kategoriji definiti fit-Tabella 2 tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014.

(7)  Il-kolonna “A” tirreferi għall-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun aleatorju, jiġifieri l-ammont totali ta' nefqa pubblika eliġibbli mdaħħla fis-sistema ta' kontabilità tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni li ġiet inkluża f'applikazzjonijiet ta' pagament ippreżentati lill-Kummissjoni (kif stabbilit permezz tal-Artikolu 49(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 223/2014), wara li jitneħħew l-unitajiet ta' kampjunar negattivi, jekk ikun hemm. Fejn applikabbli, se jingħataw spjegazzjonijiet fit-taqsima 5.4.

(8)  Ir-rata totali ta' żball hija kkalkulata qabel ma jiġu applikati kwalunkwe korrezzjonijiet finanzjarji b'rabta mal-kampjun awditjat, jew b'rabta mal-popolazzjoni li minnha jkun ittieħed il-kampjun aleotorju. Meta l-kampjun aleotorju jkopri aktar minn Fond jew programm wieħed, ir-rata totali ta' żball (ikkalkulata) ippreżentata fil-kolonna “D” tikkonċerna l-popolazzjoni kollha. Fejn tintuża stratifikazzjoni, fit-taqsima 5.7 għandha tiġi pprovduta informazzjoni ulterjuri skont l-istrat.

(9)  Fejn applikabbli, il-kolonna “G” tirreferi għan-nefqa awditjata fil-kuntest ta' kampjun kumplimentari.

(10)  Ammont tan-nefqa awditjata (f'każ li jiġi applikat is-sottokampjunar skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 532/2014, huwa biss l-ammont tal-unitajiet ta' nefqa awditjati b'mod effettiv skont l-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament Delegat li għandhom jiġu inkjlużi f'din il-kolonna).

(11)  Perċentwal tan-nefqa awditjata fir-rigward tal-popolazzjoni.


13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/24


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1387

tat-12 ta' Awwissu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

159,2

ZZ

159,2

0709 93 10

TR

124,7

ZZ

124,7

0805 50 10

AR

127,9

BO

146,4

CL

160,0

TR

109,0

UY

125,7

ZA

149,7

ZZ

136,5

0806 10 10

EG

290,0

MA

158,2

TR

116,3

ZZ

188,2

0808 10 80

AR

108,9

BR

89,0

CL

142,0

NZ

137,8

US

162,6

ZA

123,1

ZZ

127,2

0808 30 90

AR

112,9

CL

136,5

CN

95,2

MK

62,9

NZ

146,7

TR

140,8

ZA

115,9

ZZ

115,8

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

76,3

TR

134,9

ZZ

105,6

0809 40 05

BA

46,7

IL

141,4

MK

39,3

XS

57,7

ZZ

71,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 214/26


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1388

tas-7 ta' Awwissu 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, dwar l-abbozz tar-Regoli ta' Proċedura fil-Konferenza tal-Istati Partijiet għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 207(3), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

It-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (l-“ATT”) daħal fis-seħħ fl-24 ta' Diċembru 2014 u ġie rratifikat minn 26 Stat Membru. L-Unjoni mhix Parti għall-ATT.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 17 tal-ATT, fi żmien sena minn meta jidħol fis-seħħ l-ATT, is-Segretarjat proviżorju ser ilaqqa' Konferenza tal-Istati Partijiet, stabbilita skont l-Artikolu 18 tiegħu. Il-Konferenza tal-Istati Partijiet ser tadotta r-Regoli ta' Proċedura tagħha b'kunsens fl-ewwel laqgħa tagħha li ser issir fl-24-27 ta' Awwissu 2015.

(3)

Uħud mid-dispożizzjonijiet tal-ATT għandhom x'jaqsmu ma' kwistjonijiet li huma fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni għax jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-politika kummerċjali komuni jew jaffettwaw ir-regoli tas-suq intern għat-trasferiment ta' armi konvenzjonali u splussivi.

(4)

Il-Konferenza tal-Istati Partijiet sejra, fost affarijiet oħra, tirrevedi l-implimentazzjoni tal-ATT, tikkunsidra u tadotta rakkomandazzjonijiet rigward l-implimentazzjoni u t-tħaddim tiegħu, tikkunsidra kwistjonijiet li jirriżultaw mill-interpretazzjoni tiegħu, u tista' tikkunsidra emendi għalih. Ir-Regoli ta' Proċedura tagħha ser jirregolaw kif il-Konferenza tal-Istati Partijiet taħdem u tieħu d-deċiżjonijiet, inkluż fir-rigward ta' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni. Għaldaqstant, ir-Regoli ta' Proċedura tagħha jridu jitqiesu bħala att b'effetti legali fit-tifsira tal-Artikolu 218(9) tat-Trattat.

(5)

Għaldaqstant, il-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Konferenza tal-Istati Partijiet tal-ATT għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, u wara dan espressa mill-Istati Membri li jaġixxu b'mod konġunt fl-interessi tal-Unjoni.

(6)

Fil-marġni tal-ewwel sessjoni tal-Konferenza tal-Istati Partijiet, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw mill-qrib, flimkien u mal-Kummissjoni, fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni dwar ir-Regoli ta' Proċedura tal-Konferenza tal-Istati Partijiet għall-ATT fl-ewwel sessjoni tal-Konferenza li għandha ssir fl-24-27 ta' Awwissu 2015 għandha tkun f'konformità ma' din id-Deċiżjoni, inkluż l-Anness tagħha, u tiġi espressa mill-Istati Membri, li jaġixxu b'mod konġunt fl-interessi tal-Unjoni.

2.   Fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, l-Istati Membri li huma Stati Partijiet għall-ATT huma b'dan awtorizzati li jadottaw ir-Regoli ta' Proċedura, filwaqt li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw mill-qrib, flimkien u mal-Kummissjoni, fl-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

B'mod partikolari, meta l-proposti jsiru fuq il-post dwar kwistjonijiet li għadhom mhumiex is-suġġett ta' pożizzjoni tal-Unjoni, u li jaqgħu fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi stabbilita dwar il-proposta kkonċernata permezz ta' koordinazzjoni kif deskritt fl-ewwel subparagrafu, inkluż fuq il-post, qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar dik il-proposta mill-Konferenza tal-Istati Partijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Awwissu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


ANNESS

Fir-rigward tar-Regoli ta' Proċedura għall-Konferenza tal-Istati Partijiet għat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi (“l-ATT”) li għandhom jiġu adottati fl-ewwel sessjoni tal-Konferenza fl-24-27 ta' Awwissu 2015 fil-Messiku, l-Istati Membri li huma Stati Partijiet għall-ATT, li jaġixxu b'mod konġunt fl-interess tal-Unjoni, għandhom jagħmlu l-aħjar li jistgħu biex jiżguraw li l-interessi tal-Unjoni jiġu preservati u salvagwardjati b'mod adegwat fl-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura fl-ewwel Konferenza tal-Istati Partijiet għall-ATT. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jagħmlu mill-aħjar li jistgħu biex jiżguraw li r-Regoli ta' Proċedura jippermettu li l-interessi tal-Unjoni jiġu preservati u salvagwardjati b'mod adegwat fid-deċiżjonijiet tal-Konferenzi tal-Istati Partijiet.