ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 206

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
1 ta' Awwissu 2015

Werrej

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

REGOLAMENTI

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1322 tal-31 ta' Lulju 2015 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

1

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1323 tal-31 ta' Lulju 2015 li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

4

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1324 tal-31 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

10

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1325 tal-31 ta' Lulju 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513

12

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1326 tal-31 ta' Lulju 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

16

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1327 tal-31 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

18

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1328 tal-31 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

20

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1329 tal-31 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tat-tħaddim minn trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni ta' inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz ( 1 )

21

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1330 tal-31 ta' Lulju 2015 li jemenda għall-234 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

26

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1331 tal-31 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

28

DEĊIŻJONIJIET

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1332 tal-31 ta' Lulju 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

31

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK

34

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1334 tal-31 ta' Lulju 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/521

61

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1335 tal-31 ta' Lulju 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

64

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1336 tal-31 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

66

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1337 tal-31 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

68

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1338 tat-30 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (notifikata bid-dokument C(2015) 5252)  ( 1 )

69

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/1

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1322

tal-31 ta' Lulju 2015

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) u (4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 753/2011.

(2)

Fit-23 ta' Settembru 2014 u s-27 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit f'konformità mal-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011 huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 1.

ANNESS

I.

L-entrati ta' hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011:

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Basir Noorzai (psewdonimi: (a) Haji Abdul Basir, (b) Haji 'Abd Al-Basir (c) Haji Basir Noorzai, (d) Abdul Baseer (e) Abdul Basir).

Titolu: Haji. Indirizz: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: a) 1965 b) 1960 c) 1963. Post tat-twelid: Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgan Nru tal-passaport: Numru tal-passaport Pakistani AA3829182 Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Pakistana 5420124679187. Informazzjoni oħra: Proprjetarju ta' “Haji Basir and Zarjmil Company Hawala”, li tipprovdi servizzi finanzjarji lit-Taliban fir-reġjun. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:27.3.2015

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Basir Noorzai ġie inkluż fil-lista fis-27 ta' Marzu 2015 skont il-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet iddeżinjati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Informazzjoni addizzjonali:

Haji Abdul Basir (Basir) huwa l-proprjetarju u l-operatur ta' “Haji Basir and Zarjmil Company Hawala”. Basir kellu l-awtorità li jqassam il-flus lit-Taliban, u matul dawn l-aħħar ftit snin, Basir qassam eluf ta' dollari permezz tal-Hawala tiegħu lill-membri tat-Taliban fir-reġjun. Basir iffinanzja l-attivitajiet tat-Taliban permezz tal-Hawala tiegħu, ittrasferixxa flus lis-superjuri tat-Taliban u ffaċilita l-ivjaġġar ta' informaturi tat-Taliban.

Sa mill-2012, Basir kien meqjus bħala l-iskambjatur prinċipali tal-flus għat-tmexxija għolja tat-Taliban. Fl-2010 wkoll, Basir isolleċita donazzjonijiet lit-Taliban minn espatrijati Pakistani u Afgani li jgħixu fil-Ġappun, l-Emirati Għarab Magħquda u Singapore.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Haji Basir and Zarjmil Company Hawala (psewdonomi: (a) Haji Bashir and Zarjmil Hawala Company (b) Haji Abdul Basir and Zar Jameel Hawala (c) Haji Basir Hawala (d) Haji Baseer Hawala (e) Haji Abdul Basir Exchange Shop (f) Haji Basir and Zarjamil Currency Exchange (g) Haji Zar Jamil, Haji Abdul Baseer Money Changer.

Indirizz: (a) Fergħa 1: Sanatan (varjant Sanatin) Bazaar, Triq Sanatan Bazaar, qrib Triq Trench (varjant Tranch), Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan(b) Fergħa 2: Quetta, il-Pakistan. (c) Fergħa 3: Lahore, il-Pakistan (d) Fergħa 4: Peshawar, il-Pakistan (e) Fergħa 5: Karachi, il-Pakistan (f) Fergħa 6: Islamabad, il-Pakistan (g) Fergħa 7: Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (h) Fergħa 8: Provinċja ta' Herat, l-Afganistan (i) Fergħa 9: Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (j) Fergħa 10: Dubaj, l-Emirati Għarab Magħquda (k) Fergħa 11: Iran. Informazzjoni oħra: (a) Fornitur ta' servizzi ta' flus użat minn mexxejja anzjani tat-Taliban għat-trasferiment ta' fondi lil kmandanti tat-Taliban fir-reġjun. (b) Proprjetà ta' Abdul Basir Noorzai. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:27.3.2015

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

“Haji Basir and Zarjmil Company Hawala” ġiet inkluża fil-lista fis-27 ta' Marzu 2015 skont il-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet iddeżinjati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Informazzjoni addizzjonali:

“Haji Basir and Zarjmil Company Hawala” (Basir Zarjmil Hawala) f'Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan, hija l-proprjetà ta' Abdul Basir Noorzai. Hija tqassam flus lill-membri tat-Taliban fir-reġjun. Mexxejja anzjani tat-Taliban fir-reġjun ippreferew li jittrasferixxi flus lil kmandanti tat-Taliban permezz ta' “Basir Zarjmil Hawala” u “Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange”.

Fl-2013, “Basir Zarjmil Hawala” qassmet eluf ta' dollari lil kmandanti tat-Taliban fir-reġjun, u b'hekk iffaċilitat il-finanzjament ta' operazzjonijiet tat-Taliban. Fl-2012, “Basir Zarjmil Hawala” wettqet transazzjonijiet ta' eluf ta' dollari relatati ma' armi u spejjeż operattivi oħra għat-Taliban.

II.

L-entrata ta' hawn taħt għandha titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 753/2011:

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

121.

Sangeen Zadran Sher Mohammad

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/4

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1323

tal-31 ta' Lulju 2015

li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-2 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

(2)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 (2) li fost l-oħrajn tikkonsolida l-miżuri restrittivi imposti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (3) u li temenda id-Deċiżjoni 2011/137/PESK. Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 tikkonkludi wkoll rieżami tal-persuni u l-entitajiet elenkati preċedentement fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

(3)

Ir-raġunijiet għall-elenkar fir-rigward għadd ta' persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitatijiet li jinsabu fl-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandhom jiġu emendati.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa b'dan sostitwit bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ara l-paġna 34 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53).

ANNESS

“ANNESS III

LISTA TA' PERSUNI FIŻIĊI U ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2)

A.   PERSUNI

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap fil-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju.

Sieħeb qrib ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

2.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Ħaten Muammar Qadhafi.

Membru prominenti tar-reġim ta' Qadhafi u bħala tali assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

3.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Status maħsub: inqatel fl-Eġittu, f'Awwissu 2014

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

4.

ALSHARGAWI, Bashir Saleh Bashir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

5.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Ex direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

6.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Ex direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

7.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

Ex Segretarju Ġenerali tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

8.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

Prim Ministru fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

9.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

Ministru għas-Saħħa u l-Ambjent fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

10.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru għall-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

11.

AL-GAOUD, Abdelmajid

Data tat-twelid: 1943

Ministru għall-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

12.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

Ministru għall-Affarijiet Soċjali fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

13.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

Data tat-twelid: 4 ta' Mejju 1963

Numru tal-Passaport: B/014965 (skada fi tmiem l-2013)

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

14.

MANSOUR, Abdallah

Data tat-twelid: 8.7.1954

Numru tal-Passaport: B/014924 (skada fi tmiem l-2013)

Ex kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Qadhafi, ex rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u direttur tar-radju u t-televiżjoni.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

15.

Kurunell Taher Juwadi

Pożizzjoni: Ir-raba' responsabbli fil-linja tal-kmand tal-Gwardja Rivoluzzjonarja

Kurunell.

Membru Ewlieni fir-reġim ta' Qadhafi. Bħala tali, assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

23.5.2011

16.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji.

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

17.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar Qadhafi.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

18.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar Qadhafi. Fis-snin tmenin, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil tad-dissidenti u kien allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

19.

AL QADHAFI, Quren Salih Quren

Ex ambaxxatur Libjan għaċ-Chad. Telaq miċ-Ċad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-koordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

20.

AL KUNI, il-Kurunell Amid Husain

Status/post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja

Ex Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

B.   ENTITAJIET

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Libyan Arab African Investment Company — LAAICO

(magħruf ukoll bħala LAICO)

Sit: http://www.laaico.com Kumpannija stabbilita fl-1981 76351 Janzour, il-Libja. 81370 Tripli, il-Libja Tel: 00 218 (21) 4890146 — 4890586 — 4892613 Fax: 00 218 (21) 4893800 — 4891867 email: info@laaico.com

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

2.

Fondazzjoni Internazzjonali Qadhafi għall-Karità u l-Iżvilupp

Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus — Jian St. — Tripli — PoBox: 1101 — Telefon tal-LIBJA: (+218) 214778301 — Fax: (+218) 214778766; email: info@gicdf.org

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

3.

Fondazzjoni Waatassimou

Ibbażata fi Tripli

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

4.

Libyan Jamahirya Broadcasting Corporation

Dettalji ta' kuntatt: tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00; fax: 00 218 21 340 21 07 http://www.ljbc.net; email: info@ljbc.net

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

Involuta f'tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' miżinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

5.

Korpi tal-Gwardji Revoluzzjonarji

Assoċjati mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

Involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

6.

Libyan Agricultural Bank (magħruf ukoll bħala Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae; magħruf ukoll bħala Libyan Agricultural Bank)

Fiż-żona ta' El Ghayran, Ganzor El Sharqya, P.O. Box 1100, Tripli, il-Libja; Al Jumhouria Street, East Junzour, Al Gheran, Tripli, il-Libja; email: agbank@agribankly.org; SWIFT/BIC AGRULYLT (Libja);

Nru tat-Tel. (218)214870586;

Nru tat-Tel. (218) 214870714;

Nru tat-Tel. (218) 214870745;

Nru tat-Tel. (218) 213338366;

Nru tat-Tel. (218) 213331533;

Nru tat-Tel. (218) 213333541;

Nru tat-Tel. (218) 213333544;

Nru tat-Tel. (218) 213333543;

Nru tat-Tel. (218) 213333542;

Nru tal-Fax (218) 214870747;

Nru tal-Fax (218) 214870767;

Nru tal-Fax (218) 214870777;

Nru tal-Fax (218) 213330927;

Nru tal-Fax (218) 213333545

Sussidjarju Libjan tal-Bank Ċentrali tal-Libja.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

7.

Al-Inma Holding Co. for Services Investments

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

8.

Al-Inma Holding Co. For Industrial Investments

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

9.

Al-Inma Holding Company for Tourism Investment

Hasan al-Mashay Street (qrib Zawiyah Street) Nru tat-Tel.: (218) 213345187 Fax: +218.21.334.5188 e-mail: info@ethic.ly

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

10.

Al-Inma Holding Co. for Construction and Real Estate Developments

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

11.

LAP Green Networks (magħrufa wkoll bħala LAP Green Holding Company)

9th Floor, Ebene Tower, 52, Cybercity, Ebene, Mauritius

Sussidjarja Libjana ta' Libyan Africa Investment Portfolio

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

12.

Sabtina Ltd

530-532 Elder Gate, Elder House, Milton Keynes, ir-Renju Unit

Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 01794877 (UK)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fir-Renju Unit

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

13.

Ashton Global Investments Limited (BVI)

Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 1510484 (BVI)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fil-BVI

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

14.

Capitana Seas Limited

Entità inkorporata fil-BVI proprjetà ta' Saadi Qadhafi

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

15.

Kinloss Property Limited (BVI)

Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 1534407 (BVI)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fil-BVI.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

16.

Baroque Investments Limited

c/o ILS Fiduciaries (IOM) Ltd, First Floor, Millennium House, Victoria Road, Douglas, Isle of Man

Informazzjoni oħra: Reg no 59058C (IOM)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fl-IOM

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011”.

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/10

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1324

tal-31 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta' Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 (2) jimplimenta ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK (3).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 lestiet rieżami tal-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Annessi II u IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK. Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 il-miżuri restrittivi imposti mid-Deċiżjoni 2011/137/PESK, kif emendata jiġu wkoll ikkonsolidati fi strument legali ġdid. Hija meħtieġa emenda teknika fir-Regolament (UE) Nru 204/2011 sabiex jallinja ruħu mad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333.

(3)

Din l-emenda taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tiegħu mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata.

(4)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 għandu jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

l-għoti ta' assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja marbuta ma':

(i)

tagħmir militari, inklużi armi u materjal relatat li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-punt (b) u intiżi biss għas-sigurà jew bħala assistenza għad-diżarm għall-Gvern Libjan, kif approvat bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet;

(ii)

tagħmir militari mhux letali intiż biss għas-sigurà jew bħala assistenza għad-diżarm għall-Gvern Libjan;”

(2)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 8(1), il-kliem tal-bidu u l-punt (a) huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.   B'deroga mill-Artikolu 5, fir-rigward ta' persuni, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness II u l-entitajiet msemmijin fl-Artikolu 5(4), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness IV, jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi in kwistjoni huma soġġetti għal garanzija ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali stabbilita, jew ta' sentenza ġudizzjarja, amministrattiva jew arbitrali li tkun ingħat;

(i)

qabel id-data li fiha l-persuna, l-entità jew il-korp ikunu ġew inklużi fl-Anness II; jew

(ii)

qabel id-data li fiha l-entità msemmija fl-Artikolu 5(4) ġiet deżinjata mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;” ;

(b)

fil-paragrafu 8(2), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(c)

id-deċiżjoni ma tkunx għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkati fl-Anness II jew III; u”.

(3)

fl-Artikolu 8b(2), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

l-awtorità kompetenti kkonċernata stipulat li l-pagament ma jmurx kontra l-Artikolu 5(2) u lanqas mhu għall-benefiċċju ta' entità msemmija fl-Artikolu 5(4);”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  Ara l-paġna 34 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 204/2011 tat-2 ta' Marzu 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 1).

(3)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/12

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1325

tal-31 ta' Lulju 2015

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001, li jistabbilixxi lista aġġornata ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill ipprovda, fejn possibbli fil-prattika, lil kull persuna, grupp u l-entità b'dikjarazzjonijiet ta' raġunijiet li fihom fisser għaliex huma ġew inklużi fil-lista.

(3)

B'avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista li huwa kien iddeċieda li jżommhom fuq dik il-lista. Il-Kunsill informa wkoll lill-persuni, gruppi u entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill għall-inklużjoni tagħhom fil-lista, fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill irreveda l-lista kif rikjest mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Metagħamel dan, il-Kunsill ħa kont tal-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll tal-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus ta' individwi u entitajiet inklużi fil-lista fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fuq il-lista għar-raġuni li huma kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikoli 1(2) u (3) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Il-lista għandha tiġi aġġornata skont dan u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513 għandu jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 tinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/513 qiegħed b'dan jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513 tas-26 ta' Marzu 2015 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014 (ĠU L 82, 27.3.2015, p. 1).

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (l-Iran); Passaport: 477845448 (l-Istati Uniti tal-Amerika). Numru tal-ID Nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) — membru tal-“Hofstadgroep”.

6.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

7.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

8.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

9.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

10.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.3.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

2.

Il-“Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V.”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Gama'a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) (il-“Grupp Iżlamiku” — “IG”).

7.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”).

8.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

9.

Il-“Fergħa Militari ta' Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbu'llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluża l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

11.

“Hofstadgroep”.

12.

Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” — “ISYF”.

13.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

14.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

15.

It-“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

16.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

17.

Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

18.

“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

19.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

20.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (il-“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

21.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

22.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

23.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/16

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1326

tal-31 ta' Lulju 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8a(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006, li jikkonċerna miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja.

(2)

Il-Kunsill iqis li 24 persuna għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

(3)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa b'dan emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fit-Taqsima A “Persuni” tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006:

1.

Ablameika, Siarhei Uladzimiravich

5.

Alpeeva, Tamara Mikhailauna

6.

Ananich, Alena Mikalaeuna

13.

Balauniou, Mikalai Vasilievich

15.

Baranouski, Andrei Fiodaravich

19.

Batura, Mikhail Paulavich

32.

Charniak, Alena Leanidauna

39.

Dubinina/Rouda, Zhanna Piatrouna

56.

Husakova, Volha Arkadzieuna

106.

Kuzniatsova, Natallia Anatolieuna

109.

Laptseva, Alena Viacheslavauna

126.

Maltsau, Leanid Siamionavich

130.

Merkul, Natallia Viktarauna

140.

Niavyhlas, Henadz Mikalaevich

144.

Padhaiski, Henadz Danatavich

145.

Paluyan, Uladzimir Mikalaevich

149.

Piatkevich, Natallia Uladzimirauna

150.

Poludzen, Iauhen Iauhenavich

151.

Prakopau, Yury Viktaravich

160.

Rubinau, Anatol Mikalaevich

203.

Tselitsa, Lidziia Fiodarauna

213.

Varenik, Natallia Siamionauna

215.

Vasilieu, Aliaksei Aliaksandravich

231.

Ziankevich, Valiantsina Mikalaeuna

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/18

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1327

tal-31 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1336 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK li tipprovdi għal ċerti miżuri skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2231 (2015) li tapprova l-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) dwar il-kwistjoni nukleari tal-Iran u li jipprovdu għal azzjonijiet li jseħħu skont il-PAKK.

(3)

Il-UNSCR 2231 (2015) tipprevedi b'mod partikolari li l-miżuri imposti fir-Riżoluzzjonijiet 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008) u 1929 (2010) ma japplikawx, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal attivitajiet mill-Istati parteċipanti fil-PAKK, jew mill-Istati Membri tan-NU li jaġixxu f'koordinazzjoni magħhom, relatati direttament mal-modifika ta' żewġ kaskati fil-faċilità ta' Fordow għall-produzzjoni tal-isotopi stabbli, l-esportazzjoni ta' uranju arrikit tal-Iran 'il fuq minn 300 kilogramm bi skambju għal uranju naturali, jew l-immodernizzar tar-reattur ta' Arak abbażi tad-disinn kunċettwali miftiehem u, sussegwentement, abbażi tad-disinn finali miftiehem ta' reattur bħal dan.

(4)

Il-UNSCR 2231(2015) tistabbilixxi ulterjorment li l-miżuri imposti fir-Riżoluzzjonijiet 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008) u 1929 (2010) ma japplikawx sal-punt meħtieġ biex jitwettqu, taħt ċerti kundizzjonijiet, it-trasferimenti u l-attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni ta' ċerti impenji relatati man-nukleari speċifikati fil-PAKK, meħtieġa għat-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-PAKK, jew determinati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilit skont il-UNSCR) 1737 (2006) li jkunu konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2231 (2015).

(5)

Hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex il-miżuri jiġu implimentati, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fir-Regolament (UE) Nru 267/2012, jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 43b

1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' oġġetti, materjali, apparat, prodotti u teknoloġija, u l-provvista ta' kull servizz ta' assistenza teknika, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, senserija, jew kwalunkwe servizz ieħor, meta jqisuhom bħala direttament relatati ma':

(a)

il-modifika ta' żewġ kaskati fil-faċilità ta' Fordow għall-produzzjoni tal-isotopi stabbli;

(b)

l-esportazzjoni tal-uranju arrikkit tal-Iran 'il fuq minn 300 kilogramm bi skambju għal uranju naturali; jew

(c)

l-immodernizzar tar-reattur ta' Arak abbażi tad-disinn kunċettwali miftiehem u, sussegwentement, abbażi tad-disinn finali miftiehem ta' reattur bħal dan.

2.   L-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tiżgura li:

(a)

kull attività ssir b'mod strett skont il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt tal-14 ta' Lulju 2015 (‘PAKK’);

(b)

ir-rekwiżiti, skont il-każ, speċifikati fis-subparagrafu 22(c) tal-UNSCR 2231 (2015) ikunu ġew issodisfati; u

(c)

tkun akkwistat, u tkun fil-pożizzjoni li teżerċitaw b'mod effettiv id-dritt għall-verifika tal-użu aħħari u tal-post tal-użu aħħari ta' kull oġġett fornut.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika:

(a)

lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u, meta tkun kostitwita, lill-Kummissjoni Konġunta, kif adatt, għaxart ijiem qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni;

(b)

lill-IAEA fi żmien għaxart ijiem mill-provvista, il-bejgħ jew trasferiment, fil-każ ta' oġġetti, materjali, apparat, prodotti u teknoloġija pprovduti speċifikati fis-subparagrafu 22(e) ta' UNSCR 2231 (2015).

4.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu minn tal-inqas għaxart ijiem qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 43c

1.   Minkejja kull dispożizzjoni oħra f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw, każ b'każ, trasferimenti u attivitajiet, sa fejn ikun neċessarju għall-eżekuzzjoni tagħhom, li jkunu:

(a)

direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet relatati man-nukleari speċifikati fil-paragrafi 15.1 sa 15.11 tal-Anness V tal-PAKK;

(b)

meħtieġa għall-preparazzjoni għall-implimentazzjoni tal-PAKK; jew

(c)

stabbiliti mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, kif adatt, bħala li huma konsistenti mal-għanijiet tal-UNSCR 2231 (2015).

2.   L-Istat Membru kkonċernat għandu, kif adatt, jippreżenta l-awtorizzazzjonijiet proposti lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-approvazzjoni.

3.   L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu minn tal-inqas għaxart ijiem qabel l-għoti tal-awtorizzazzjoni.”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1336 tal-31 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara l-paġna 66 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/20

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/1328

tal-31 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK.

(2)

Fil-31 ta' Lulju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1337 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK biex testendi sal-14 ta' Jannar 2016 l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 20(14) dwar atti u tranżazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta' entitajiet elenkati sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta' tali obbligi fejn il-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavati derivati mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimborż ta' ammonti pendenti fir-rigward ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 lill-persuni u entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew fil-ġurisdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament għal tali rimborżi.

(3)

Din il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat, u għalhekk, sabiex tiġi implimentata, hemm bżonn ta' azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-punt (b) tal-Artikolu 28a tar-Regolament (UE) Nru 267/2012, il-kliem “sat-30 ta' Ġunju 2015” huma sostitwiti bil-kliem “sal-14 ta' Jannar 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1337 tal-31 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara l-paġna 68 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/21

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1329

tal-31 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tat-tħaddim minn trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni ta' inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 8(5) u 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal tħaddim sikur tal-inġenji tal-ajru. Dak ir-Regolament għandu jiġi emendat biex jippermetti it-tħaddim ta' inġenji tal-ajru rreġistrati f'pajjiż terz minn trasportaturi tal-ajru li ngħataw liċenzja skont ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Jeħtieġ li jingħata żmien suffiċjenti lill-industrija arjunawtika u lill-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri biex jadattaw ruħhom għall-qafas regolatorju emendat; Għalhekk għandha tiġi prevista l-possibbiltà li jiġi applikat perjodu tranżitorju xieraq.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II (il-Parti-ARO) u l-Anness III (il-Parti-ORO) u l-Anness IV (il-Parti-CAT) tar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

1.   Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2015.

2.   B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li d-dispożizzjonijiet tal-ORO.AOC.110 (d) stabbiliti fil-punt (2)(b)(ii) tal-Anness japplikaw biss mill-25 ta' Awwissu 2017.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER

(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

ANNESS

Anness II, Anness III u Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II (il-Parti-ARO) hu emendat kif ġej:

(a)

Il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

L-approvazzjoni ta' ftehim ta' kiri ta' inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor għandha tiġi sospiża jew irrevokata kull meta:

(1)

iċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru jiġi sospiż jew revokat;

(2)

l-inġenju tal-ajru huwa inkluż fil-lista tal-operaturi suġġetti għal restrizzjonijiet operattivi jew huwa reġistrat fi Stat li l-operaturi kollha taħt is-superviżjoni tiegħu huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.”;

(b)

Jiżdied il-punt (e) li ġej:

“(e)

Meta tintalab approvazzjoni minn qabel ta' ftehim ta' kiri mingħajr ekwipaġġ skont il-punt ORO.AOC. 110(d), l-awtorità kompetenti għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa mal-Istat tar-Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru kif meħtieġ biex jiġu eżerċitati r-responsabbiltajiet ta' sorveljanza tal-inġenji tal-ajru.”;

(2)

L-Anness III (il-Parti-ORO), hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt ORO.AOC.100 (c), il-punt (2) jinbidel b'dan li ġej:

“(2)

l-inġenji tal-ajru kollha għandu jkollhom ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà (CofA) skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 jew għandu jinkera mingħajr ekwipaġġ skont ORO.AOC.110 (d); u”.

(b)

Il-punt ORO.AOC.110 hu emendat kif ġej:

(i)

il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

l-operatur iċċertifikat skont din il-Parti ma għandux jikri inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ inklużi fil-lista tal-operaturi soġġetti għal restrizzjonijiet operazzjonali, reġistrat fi Stat fejn l-operaturi kollha taħt is-sorveljanza tiegħu huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat jew mingħand operatur li huwa soġġett għal projbizzjoni ta' operat skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.”;

(ii)

il-punt (d) jinbidel b'dan li ġej:

“Kiri ta' inġenji tal-ajru mingħajr l-ekwipaġġ mingħand ħaddieħor

(d)

Applikant għall-approvazzjoni tal-kiri mingħajr ekwipaġġ mingħand ħaddieħor ta' inġenju tal-ajru rreġistrat f'pajjiż terz, għandu juri lill-awtorità kompetenti li:

(1)

ġie identifikat bżonn operazzjonali li ma jistax jiġi ssodisfat billi jinkera inġenju tal-ajru rreġistrat fl-UE;

(2)

il-perjodu tal-kiri tal-inġenju tal-ajru mingħand ħaddieħor mingħajr l-ekwipaġġ mhux se jaqbeż is-seba' xhur fi kwalunkwe perjodu ta' tnax-il xahar konsekuttivi;

(3)

il-konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 hija żgurata; u

(4)

l-inġenju tal-ajru jkun mgħammar skont ir-regolamenti tal-UE għall-Operazzjonijiet tal-Ajru.”;

(c)

il-Punt ORO.AOC.130 jinbidel b'dan li ġej:

“ORO.AOC.130   Ajruplani tal-monitoraġġ tad-dejta tat-titjir

(a)

L-operatur għandu jistabbilixxi u jżomm sistema ta' monitoraġġ tad-dejta dwar it-titjiriet, li għandha tkun integrata fis-sistema ta' ġestjoni tiegħu, fil-każ ta' ajruplani li għandhom massa massima ċċertifikata waqt it-tlugħ ta' iktar minn 27 000 kilogramm.

(b)

Il-programm ta' monitoraġġ ta' dejta tat-titjir ma gћandux ikun wieћed punittiv u gћandu jkollu protezzjoni adegwata biex jitħares/jitħarsu s-sors(i) tad-dejta.”;

(3)

L-Anness IV (il-Parti-CAT) hu emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt CAT.IDE.A.100, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, ħlief għall-oġġetti li ġejjin:

(1)

Il-fjusis ta' fuq ir-riħ;

(2)

Id-dwal portabbli indipendenti;

(3)

Arloġġ preċiż;

(4)

Il-kontenitur tal-mapep;

(5)

Il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;

(6)

Il-kaxex mediċi għall-emerġenza;

(7)

Il-megafoni;

(8)

It-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjalar;

(9)

L-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ; u

(10)

It-tagħmir ta' restrizzjoni għat-tfal.

(b)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti u li ma għandhomx bżonn jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, iżda li jinġarru fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma' dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti, minn dan it-tagħmir jew minn dawn l-aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew CAT.IDE.A.330, CAT.IDE.A.335, CAT.IDE.A.340 u CAT.IDE.A.345; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ajruplan, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”;

(b)

fil-punt CAT.IDE.H.100, il-punti (a) u (b) jinbidlu b'dan li ġej:

“(a)

L-istrumenti u t-tagħmir li huma meħtieġa skont din is-Subparti għandhom jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, ħlief għall-oġġetti li ġejjin:

(1)

Il-fjusis ta' fuq ir-riħ;

(2)

Id-dwal portabbli indipendenti;

(3)

Arloġġ preċiż;

(4)

Il-kontenitur tal-mapep;

(5)

Il-kaxxa għall-ewwel għajnuna;

(6)

Il-megafoni;

(7)

It-tagħmir tas-sopravivenza u għas-sinjalar;

(8)

L-ankri tal-wiċċ u t-tagħmir għall-irmiġġ; u

(9)

It-tagħmir ta' restrizzjoni għat-tfal.

(b)

L-istrumenti u t-tagħmir li mhumiex meħtieġa skont din is-Subparti u li m'għandhomx bżonn jiġu approvati skont ir-rekwiżiti tal-ajrunavigabbiltà applikabbli, iżda li jinġarru fuq it-titjira, għandhom jikkonformaw ma' dawn li ġejjin:

(1)

l-informazzjoni pprovduta minn dawn l-istrumenti, dan it-tagħmir jew dawn l-aċċessorji ma għandhiex tintuża mill-ekwipaġġ tat-titjira sabiex jikkonforma mal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 216/2008 jew CAT.IDE.H.330, CAT.IDE.H.335, CAT.IDE.H.340 u CAT.IDE.H.345; u

(2)

l-istrumenti u t-tagħmir ma għandhomx jaffettwaw l-ajrunavigabbiltà tal-ħelikopter, anki f'każ li jkollhom xi ħsara jew li ma jaħdmux tajjeb.”

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/26

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1330

tal-31 ta' Lulju 2015

li jemenda għall-234 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a) u 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti approva ż-żieda ta' persuna fiżika mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet kontra Al Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. Barra minn hekk, fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU ddeċieda li jemenda entrata waħda fil-lista.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija

(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” titħassar:

“Aliaskhab Alibulatovich Kebekov (Алиaсхаб Алибулатович Кебеков) (psewdonimu: (a) Sheikh Abu Muhammad, (b) Ali Abu Muhammad, (c) Abu Muhammad Ali Al-Dagestani). Data tat-twelid: 1.1.1972. Post tat-twelid: Il-Villaġġ ta' Teletl, id-Distrett ta' Shamilskiy, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. Nazzjonalità: Russa. Nru tal-passaport: 628605523 (In-numru tal-Passaport Russu għall-Ivvjaġġar Barra mill-Pajjiż, maħruġ fl-4.7.2006 fis-Servizz Federali tal-Migrazzjoni tal-Federazzjoni Russa, jiskadi fis-16.7.2016). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 8203883123 (In-numru tal-Passaport Nazzjonali Russu maħruġ fis-16.7.2005 fid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni (OVD), id-Distrett tal-Kirovskiy, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa, jiskadi fil-1.1.2017). Indirizz: Shosse Aeroporta, 5 Ap. 7 Makhachkala, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. Tagħrif ieħor: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; il-kulur tax-xagħar: griż; tul: 170-175 ċm; korporatura: tqil, b'wiċċ ovali, bil-leħja; (b) Isem missieru: Alibulat Kebekovich Kebekov, imwieled fl-1927; (c) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.3.2015.”

(2)

L-entrata “Mohammed Al Ghabra. Indirizz: East London, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 1.6.1980. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nazzjonalità: Brittanika. Numru tal-Passaport: 094629366 (ir-Renju Unit). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Mohamed Ayman Ghabra; (b) Isem l-omm huwa Dalal. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.12.2006.” taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” għandha tiġi ssostitwita b'dan li ġej:

“Mohammed Al Ghabra. (psewdonimu: (a) Mohammed El' Ghabra (b) Danial Adam) Indirizz: East London, ir-Renju Unit. Data tat-twelid: 1.6.1980. Post tat-twelid: Damasku, is-Sirja. Nazzjonalità: Brittanika. Numru tal-Passaport: 094629366 (ir-Renju Unit). Tagħrif ieħor: (a) Isem il-missier huwa Mohamed Ayman Ghabra; (b) Isem l-omm huwa Dalal. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 12.12.2006.”

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/28

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1331

tal-31 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.

ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

161,8

MK

26,3

ZZ

94,1

0707 00 05

TR

126,8

ZZ

126,8

0709 93 10

TR

122,6

ZZ

122,6

0805 50 10

AR

139,6

BO

135,7

UY

142,7

ZA

132,8

ZZ

137,7

0806 10 10

EG

262,1

MA

218,5

TN

158,2

ZA

115,6

ZZ

188,6

0808 10 80

AR

262,5

BR

108,6

CL

146,6

NZ

142,7

US

185,8

UY

139,7

ZA

132,1

ZZ

159,7

0808 30 90

AR

235,3

CL

148,5

CN

89,6

MK

59,4

NZ

150,8

TR

158,2

ZA

118,4

ZZ

137,2

0809 29 00

TR

231,9

ZZ

231,9

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

80,0

TR

157,4

ZZ

118,7

0809 40 05

BA

60,6

IL

124,7

XS

66,1

ZZ

83,8

(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.

DEĊIŻJONIJIET

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/31

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1332

tal-31 ta' Lulju 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK tal-1 ta' Awwissu 2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 u l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fl-1 ta' Awwissu 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/486/PESK.

(2)

Fit-23 ta' Settembru 2014 u s-27 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, stabbilit b'konformità mal-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU emenda l-lista ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK huwa b'dan emendat kif jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  ĠU L 199, 2.8.2011, p. 57.

ANNESS

I.

L-entrati ta' hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK:

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

1.

Abdul Basir Noorzai (psewdonimi: (a) Haji Abdul Basir, (b) Haji 'Abd Al-Basir (c) Haji Basir Noorzai, (d) Abdul Baseer (e) Abdul Basir).

Titolu: Haji. Indirizz: Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Data tat-twelid: a) 1965 b) 1960 c) 1963. Post tat-twelid: Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan. Ċittadinanza: Afgan Nru tal-Passaport: Numru tal-passaport Pakistani AA3829182 Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali Pakistana 5420124679187. Informazzjoni oħra: Proprjetarju ta' “Haji Basir and Zarjmil Company Hawala”, li tipprovdi servizzi finanzjarji lit-Taliban fir-reġjun. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:27.3.2015

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul Basir Noorzai ġie inkluż fil-lista fis-27 ta' Marzu 2015 skont il-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet iddeżinjati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Informazzjoni addizzjonali:

Haji Abdul Basir (Basir) huwa l-proprjetarju u l-operatur ta' “Haji Basir and Zarjmil Company Hawala”. Basir kellu l-awtorità li jqassam il-flus lit-Taliban, u matul dawn l-aħħar ftit snin, Basir qassam eluf ta' dollari permezz tal-Hawala tiegħu lill-membri tat-Taliban fir-reġjun. Basir iffinanzja l-attivitajiet tat-Taliban permezz tal-Hawala tiegħu, ittrasferixxa flus lis-superjuri tat-Taliban u ffaċilita l-ivjaġġar ta' informaturi tat-Taliban.

Sa mill-2012, Basir kien meqjus bħala l-iskambjatur prinċipali tal-flus għat-tmexxija għolja tat-Taliban. Fl-2010 wkoll, Basir isolleċita donazzjonijiet lit-Taliban minn espatrijati Pakistani u Afgani li jgħixu fil-Ġappun, l-Emirati Għarab Magħquda u Singapore.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban

1.

Haji Basir and Zarjmil Company Hawala (psewdonomi: (a) Haji Bashir and Zarjmil Hawala Company (b) Haji Abdul Basir and Zar Jameel Hawala (c) Haji Basir Hawala (d) Haji Baseer Hawala (e) Haji Abdul Basir Exchange Shop (f) Haji Basir and Zarjamil Currency Exchange (g) Haji Zar Jamil, Haji Abdul Baseer Money Changer.

Indirizz: (a) Fergħa 1: Sanatan (varjant Sanatin) Bazaar, Triq Sanatan Bazaar, qrib Triq Trench (varjant Tranch), Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan(b) Fergħa 2: Quetta, il-Pakistan. (c) Fergħa 3: Lahore, il-Pakistan (d) Fergħa 4: Peshawar, il-Pakistan (e) Fergħa 5: Karachi, il-Pakistan (f) Fergħa 6: Islamabad, il-Pakistan (g) Fergħa 7: Provinċja ta' Kandahar, l-Afganistan (h) Fergħa 8: Provinċja ta' Herat, l-Afganistan (i) Fergħa 9: Provinċja ta' Helmand, l-Afganistan (j) Fergħa 10: Dubaj, l-Emirati Għarab Magħquda (k) Fergħa 11: Iran. Informazzjoni oħra: (a) Fornitur ta' servizzi ta' flus użat minn mexxejja anzjani tat-Taliban għat-trasferiment ta' fondi lil kmandanti tat-Taliban fir-reġjun. (b) Proprjetà ta' Abdul Basir Noorzai. Data tad-deżinjazzjoni min-NU:27.3.2015

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

“Haji Basir and Zarjmil Company Hawala” ġiet inkluża fil-lista fis-27 ta' Marzu 2015 skont il-paragrafu 2 tar-Riżoluzzjoni 2160 (2014) minħabba “parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn, flimkien ma', taħt isem, f'isem jew b'appoġġ għal” u “xi forma oħra ta' atti jew attivitajiet ta' appoġġ ta'” dawk l-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet iddeżinjati u oħrajn li huma assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Afganistan.

Informazzjoni addizzjonali:

“Haji Basir and Zarjmil Company Hawala” (Basir Zarjmil Hawala) f'Chaman, Provinċja ta' Baluchistan, il-Pakistan hija l-proprjetà ta' Abdul Basir Noorzai. Hija tqassam flus lill-membri tat-Taliban fir-reġjun. Mexxejja anzjani tat-Taliban fir-reġjun ippreferew li jittrasferixxi flus lil kmandanti tat-Taliban permezz ta' “Basir Zarjmil Hawala” u “Haji Khairullah Haji Sattar Money Exchange”.

Fl-2013, “Basir Zarjmil Hawala” qassmet eluf ta' dollari lil kmandanti tat-Taliban fir-reġjun, u b'hekk iffaċilitat il-finanzjament ta' operazzjonijiet tat-Taliban. Fl-2012, “Basir Zarjmil Hawala” wettqet transazzjonijiet ta' eluf ta' dollari relatati ma' armi u spejjeż operattivi oħra għat-Taliban.

II.

L-entrata ta' hawn taħt għandha titħassar mil-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2011/486/PESK:

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

121.

Sangeen Zadran Sher Mohammad

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/34

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1333

tal-31 ta' Lulju 2015

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi,

(1)

Fis-26 ta' Frar 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR)1970 (2011) fid-dawl tat-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Libja u li tintroduċi miżuri restrittivi kontra l-Libja. Minn dakinhar, il-Kunsill tas-Sigurtà adotta numru ta' Riżoluzzjonijiet oħra dwar il-Libja li estendew jew emendaw il-miżuri restrittivi tan-NU kontra l-Libja, inkluż b'mod partikolari (UNSCR) 2174 (2014) u (UNSCR) 2213 (2015) b'rabta mal-impenn tal-Kunsill tas-Sigurtà lejn is-sovranità, l-indipendenza, l-integrità territorjali u l-għaqda nazzjonali tal-Libja.

(2)

Fit-28 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), b'kont meħud ta' UNSCR 1970 (2011) u li timponi miżuri restrittivi addizzjonali fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja.

(3)

Fis-26 ta' Mejju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/818 (2) li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK filwaqt li titqies it-theddida kontinwa kontra l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja u t-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha, fost l-oħrajn minħabba li ġew aggravati d-diviżjonijiet attwali bejn persuni u entitajiet identifikati li kienu involuti fil-politika repressiva tar-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja, jew li, b'xi mod ieħor, kienu preċedentement assoċjati ma' dak ir-reġim, u minħabba li l-biċċa l-kbira ta' dawk il-persuni jew l-entitajiet ma nżammux responsabbli għall-azzjonijiet tagħhom. Dik id-Deċiżjoni qieset ukoll it-theddida minn persuni u entitajiet li huma sidien jew li jikkontrollaw fondi tal-Istat Libjan li kienu ġew miżapproprjati matul ir-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja, li setgħu jintużaw b'mod li jhedded il-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew li jfixkel jew jippreġudika t-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha.

(4)

F'konformità mad-Deċiżjoni 2011/137/PESK, il-Kunsill wettaq rieżami sħiħ tal-listi ta' persuni u entitajiet li jinsabu fl-Annessi II u IV għal dik id-Deċiżjoni.

(5)

Ir-raġunijiet għall-elenkar ta' numru ta' persuni u entitajiet fuq il-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Annessi II u IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK, għandhom jiġu emendati.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, il-miżuri restrittivi imposti bid-Deċiżjoni 2011/137/PESK kif emendata u implimentata minn numru ta' deċiżjonijiet sussegwenti, għandhom jiġu kkonsolidati fi strument legali ġdid.

(7)

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha, għalhekk, titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI U L-IMPORTAZZJONI

Artikolu 1

1.   Il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment b'mod dirett jew indirett ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta' rikambju għal dawn imsemmija qabel, kif ukoll tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna, lil-Libja minn ċittadini ta' Stati Membri jew li ssir minn jew tgħaddi mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-forniment, dirett jew indirett, ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-forniment ta' persunal merċenarju armat, relatat ma' attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manteniment u l-użu ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libja;

(b)

il-forniment, dirett jew indirett, ta' assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manteniment u l-użu ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libja;

(c)

il-parteċipazzjoni, kuxjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal:

(a)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, kif ukoll l-għoti ta' assistenza teknika jew taħriġ relatati.

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' lbies protettiv, inklużi ġkieket rinfurzati u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Libja minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-mezzi tal-informazzjoni u ħaddiema umanitarji u dawk fil-qasam tal-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

(c)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għall-assistenza ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-Gvern Libjan, kif ukoll il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza finanzjarja relatata.

2.   L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal:

(a)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat, kif ukoll il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza finanzjarja relatata, inkluż il-forniment tal-persunal;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u ta' materjal relatat, maħsub biss għall-assistenza ta' sigurtà jew ta' diżarm lill-Gvern Libjan, kif ukoll il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza finanzjarja relatati

kif approvat minn qabel mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011) (“il-Kumitat”).

3.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi ħfief, armi ta' kalibru żgħir u materjal relatat, esportati temporanjament lejn il-Libja għall-użu esklussiv tal-persunal tan- NU, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u ta' għajnuna għall-iżvilupp u persunal assoċjat, notifikati lill-Kumitat bil-quddiem u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.   L-Artikolu 1 m'għandux japplika għal:il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna, maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, kif ukoll l-għoti ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza finanzjarja relatata.

Artikolu 3

L-akkwist minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 1(1) mil-Libja għandu jiġi pprojbit, kemm jekk joriġina kif ukoll jekk ma joriġinax fit-territorju tal-Libja.

KAPITOLU II

SETTUR TAT-TRASPORT

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw fit-territorju tagħhom, inkluż il-portijiet marittimi u l-ajruporti tagħhom, f'konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-dritt marittimu u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, il-bastimenti u l-inġenji tal-ajru li jkunu diretti lejn il-Libja jew li jkunu ġejjin minn hemm, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti u inġenji tal-ajru tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont l-Artikolu 1.

2.   L-Istati Membri għandhom, malli jiskopru, jissekwestraw u jiddisponu minn (bħal billi jinqerdu, isiru inoperabbli, jinħażnu jew jiġu ttrasferiti għal disponiment lejn Stat għajr dawk l-Istati ta' oriġini jew destinazzjoni ) oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma projbiti skont l-Artikolu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, mal-ispezzjonijiet u d-disponimenti li jsiru skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   L-inġenji tal-ajru u l-bastimenti li jittrasportaw merkanzija lejn u mil-Libja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla jew it-tluq tal-merkanzija kollha li tiddaħħal fi Stat Membru jew toħroġ minnu.

Artikolu 5

L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li jitlaq minn, jinżel fi jew itir fuq it-territorju tagħhom, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-inġenju tal-ajru fih oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni, inkluż il-provvediment ta' persunal merċenarju armat, għajr fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.

Artikolu 6

1.   F'konformità mal-paragrafi 5 sa 9 tal-UNSCR 2146 (2014), l-Istati Membri jistgħu jispezzjonaw il-bastimenti indikati fl-ibħra miftuħa, billi jużaw il-miżuri kollha li jikkorrispondu għal ċirkostanzi speċifiċi, f'konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonali u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, skont il-każ, jagħmlu tali spezzjonijiet u jidderieġu l-bastiment biex jieħdu azzjonijiet adatti sabiex bil-kunsens tal-Gvern tal-Libja u f'koordinazzjoni miegħu jirritornaw iż-żejt mhux maħdum lil-Libja.

2.   Qabel ma jagħmlu spezzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri l-ewwel għandhom jipprovaw jiksbu l-kunsens tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment.

3.   L-Istati Membri li qed jagħmlu spezzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw minnufih rapport dwar l-ispezzjoni lill-Kumitat li jinkludi dettalji rilevanti, inklużi sforzi li saru biex jinkiseb il-kunsens tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment.

4.   L-Istati Membri li jagħmlu spezzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li tali spezzjonijiet isiru b'bastimenti tal-gwerra u b'bastimenti li huma tal-Istat jew operati minnu u użati biss fuq servizz tal-gvern mhux kummerċjali.

5.   Il-paragrafu 1 m'għandux jaffettwa d-drittijiet jew l-obbligi jew ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri skont id-dritt internazzjonali, inklużi drittijiet jew obbligi taħt il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar, inkluż il-prinċipju ġenerali tal-ġurisdizzjoni esklussiva ta' Stat tal-bandiera fuq il-bastimenti tiegħu fl-ibħra miftuħa, fir-rigward ta' bastimenti mhux indikati u fi kwalunkwe sitwazzjoni oħra li mhix dik imsemmija f'dak il-paragrafu.

6.   L-Anness V għal din id-Deċiżjoni jinkludi l-bastimenti msemmija fil-paragrafu 1 indikati mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 11 tal-UNSCR 2146 (2014).

Artikolu 7

1.   Stat Membru li huwa Stat tal-bandiera ta' bastiment magħżul għandu, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, jidderieġi l-bastiment biex ma jħottx, jittrasporta, jew jarmi żejt mhux maħdum esportat b'mod illeċitu mil-Libja abbord il-bastiment, mingħajr direzzjoni mill-punt fokali tal-Gvern tal-Libja, kif imsemmi fil-paragrafu 3 tal-UNSCR 2146 (2014).

2.   L-Istati Membri għandhom, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, jiċħdu d-dħul fil-portijiet tagħhom ta' bastimenti sakemm tali dħul ikun meħtieġ għal skopijiet ta' spezzjoni, jew fil-każ ta' emerġenza jew fil-każ ta' ritorn lejn il-Libja.

3.   Il-forniment minn ċittadini ta' Stati Membri jew mit-territorji ta' servizzi ta' bunkering tal-Istati Membri, bħall-forniment ta' karburant jew provvisti, jew manutenzjoni oħra ta' bastimenti, għal bastimenti indikati għandu, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, ikun ipprojbit.

4.   Il-paragrafu 3 m'għandux japplika fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rilevanti tiddetermina li l-forniment ta' tali servizzi huwa meħtieġ għal skopijiet umanitarji, jew li l-bastiment imur lura lejn il-Libja. L-Istat Membru konċernat għandu jinnotifika lill-Kumitat b'kwalunkwe awtorizzazzjoni bħal din.

5.   It-transazzjonijiet finanzjarji miċ-ċittadini tal-Istati Membri jew l-entitajiet taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jew mit-territorji tal-Istati Membri fir-rigward taż-żejt mhux maħdum esportat b'mod illeċitu mil-Libja abbord bastimenti indikati għandhom, f'każ li l-indikazzjoni mill-Kumitat tkun speċifikat dan, ikunu pprojbiti.

6.   L-Anness V jinkludi l-bastimenti msemmija fil-paragrafi 1, 2, 3 u 5 ta' dan l-Artikolu indikati mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 11 tal-UNSCR 2146 (2014).

KAPITOLU III

RESTRIZZJONIJIET FUQ L-AMMISSJONI

Artikolu 8

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni maħtura u soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafu 23 tal-UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014) u l-paragrafu 11 tal-UNSCR 2213 (2015), kif elenkat fl-Anness I.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, ta' persuni:

(a)

involuti jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż bl-involviment jew il-kompliċità fil-pjanifikazzjoni, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż il-bumbardament mill-ajru, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili, jew persuni li jaġixxu għalihom jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom;

(b)

identifikati bħala li kienu involuti fil-politiki repressivi tar-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja, jew inkella preċedentement assoċjati ma' dan ir-reġim, u li huma ta' riskju kontinwu għall-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew għat-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha;

(c)

involuti f'atti, jew jappoġġawhom, li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha, fost l-oħrajn permezz ta':

(i)

il-pjanifikazzjoni, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;

(ii)

attakki kontra kwalunkwe port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kwalunkwe missjoni barranija fil-Libja;

(iii)

l-għoti ta' appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta' żejt mhux maħdum jew kwalunkwe riżorsa naturali oħra fil-Libja;

(iv)

it-theddid jew it-tiġgħil tal-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew l-involviment fi kwalunkwe azzjoni li tista' twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;

(v)

il-ksur, jew l-assistenza fl-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni;

(vi)

it-teħid ta' azzjonijiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuni jew entitajiet elenkati,

(d)

li huma s-sidien ta' jew jikkontrollaw fondi Statali Libjani miżapproprijati matul ir-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja li jistgħu jintużaw biex jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew jostakolaw jew jikkompromettu t-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha;

kif elenkat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jobbligaw lil Stat Membru li jirrifjuta d-dħul taċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.

4.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-Kumitat jiddetermina li:

(a)

l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż; jew

(b)

eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Libja u stabbiltà fir-reġjun;

5.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika fejn:

(a)

id-dħul jew it-transitu huwa meħtieġ biex jitwettaq proċess ġudizzjarju; jew

(b)

Stat Membru jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali dħul jew transitu huwa meħtieġ biex jiffaċilita l-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-Istat Membru jinnotifika sussegwentement lill-Kumitat fi żmien 48 siegħa wara li tkun saret tali determinazzjoni.

6.   Il-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut minn obbligu skont id-dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;

(c)

taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

7.   Il-paragrafu 6 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anke f'każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

8.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafu 6 jew 7.

9.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 2 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal raġunijiet ta' attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi jew ospitati mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Libja.

10.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 9 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha titqies li ngħatat bil-kondizzjoni li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

11.   Fejn, skont il-paragrafi 6, 7, u 9, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta' persuni elenkati fl-Anness I jew II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-fini li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.

KAPITOLU IV

IFFRIŻAR TA' FONDI U RIŻORSI EKONOMIĊI

Artikolu 9

1.   Għandhom jiġu ffriżati l-fondi, assi finanzjarji oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati minn, direttament jew indirettament, persuni u entitajiet iddiżenjati u soġġetti għal iffriżar tal-assi mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), il-paragrafi 19 u 23 tal-UNSCR 1973 (2011), il-paragrafu 4 tal-UNSCR 2174 (2014) u l-paragrafu 11 tal-UNSCR 2213 (2015), kif elenkat fl-Anness III.

2.   Il-fondi, assi finanzjarji oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta' jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn persuni u entitajiet:

(a)

li huma involuti jew kompliċi fl-ordni, il-kontroll, jew id-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, inkluż bl-involviment jew kompliċità fil-pjanifikazzjoni, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż il-bumbardamenti mill-ajru, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili, jew mill-awtoritajiet Libjani, jew minn persuni u entitajiet li kisru jew assistew il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-UNSCR 1970 (2011) jew ta' din id-Deċiżjoni, jew minn persuni jew entitajiet li jaġixxu għalihom jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom jew minn persuni u entitajiet elenkati fl-Anness III, kif elenkat fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni;

(b)

identifikati bħala li kienu involuti fil-politiki repressivi tar-reġim preċedenti ta' Muammar QadhafiI fil-Libja, jew inkella preċedentement assoċjati ma' dan ir-reġim, u li huma ta' riskju kontinwu għall-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew għat-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha;

(c)

involuti f'atti, jew jappoġġawhom, li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew jostakolaw jew jimminaw it-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha, fost l-oħrajn permezz ta':

(i)

il-pjanifikazzjoni, id-direzzjoni jew it-twettiq ta' atti li jiksru d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem jew id-dritt umanitarju internazzjonali applikabbli, jew atti li jikkostitwixxu abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem, fil-Libja;

(ii)

attakki kontra kwalunkwe port tal-ajru, tal-art jew tal-baħar fil-Libja, jew kontra istituzzjoni jew installazzjoni statali Libjana, jew kontra kwalunkwe missjoni barranija fil-Libja;

(iii)

l-għoti ta' appoġġ għal gruppi armati jew netwerks kriminali permezz tal-isfruttament illeċitu ta' żejt mhux maħdum jew kwalunkwe riżorsa naturali oħra fil-Libja;

(iv)

it-theddid jew it-tiġgħil tal-istituzzjonijiet finanzjarji Statali Libjani u l-Libyan National Oil Company, jew l-involviment fi kwalunkwe azzjoni li tista' twassal jew tirriżulta fil-miżapproprjazzjoni tal-fondi Statali Libjani;

(v)

il-ksur, jew l-assistenza fl-evażjoni tad-dispożizzjonijiet tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbiliti fl-UNSCR 1970 (2011) u l-Artikolu 1 ta' din id-Deċiżjoni;

(vi)

it-teħid ta' azzjonijiet għal jew f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' persuni jew entitajiet elenkati;

(d)

li huma s-sidien ta' jew jikkontrollaw fondi Statali Libjani miżapproprijati matul ir-reġim preċedenti ta' Muammar Qadhafi fil-Libja li jistgħu jintużaw biex jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja, jew biex jostakolaw jew jikkompromettu t-twettiq b'suċċess tat-transizzjoni politika tagħha,

kif elenkat fl-Anness IV, għandhom jiġu ffriżati.

3.   Il-fondi, assi finanzjarji oħra u r-riżorsi ekonomiċi li huma proprjetà ta' jew ikkontrollati minn, direttament jew indirettament, l-entitajiet elenkati fl-Anness VI li ilhom iffriżati mis-16 ta' Settembru 2011, għandhom jibqgħu ffriżati.

4.   L-ebda fond, ass finanzjarju ieħor jew riżorsa ekonomiku ma għandha tkun disponibbli, direttament jew indirettament, għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, jew għall-benefiċċju tagħhom.

5.   Il-projbizzjoni li jitqiegħdu fondi, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi għad-dispożizzjoni tal-persuni jew l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, sa fejn hi applika għall-awtoritajiet tal-port, ma għandhiex timpedixxi l-eżekuzzjoni, sal-15 ta' Lulju 2011, ta' kuntratti konklużi qabel is-7 ta' Ġunju 2011, ħlief għal kuntratti relatati maż-żejt, gass u prodotti raffinati.

6.   Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta' assigurazzjoni, u tariffi ta' servizzi ta' utilità pubblika;

(b)

maħsuba esklużivament għal ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimborż ta' spejjeż li jkunu konnessi mal-għoti ta' servizzi legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali; jew

(c)

maħsuba esklużivament għal ħlas ta' tariffi jew imposta għal servizz, f'konformità mal-liġijiet nazzjonali, għaż-żamma jew manutenzjoni ta' fondi ffriżati, assistenza finanzjarja oħra u riżorsi ekonomiċi;

wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt, dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi, assi jew riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

7.   Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn xieraq, u approvazzjoni mill-Kumitat; jew

(b)

oġġett ta' garanzija jew deċiżjoni ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew dik il-kundizzjoni dment li l-garanzija jew id-deċiżjoni kienet imdaħħla qabel id-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 1970 (2011), u mhix għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 ta' dan l-Artikolu, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt.

8.   Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal finijiet umanitarji bħall-provvista jew l-iffaċilitar tal-provvista ta' assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta' ċittadini barranin mil-Libja.

9.   Fir-rigward tal-entitajiet li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 3, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għall-fondi, l-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi dment li:

(a)

L-Istat Membru kkonċernat ikun ippreżenta notifika lill-Kumitat dwar l-intenzjoni tiegħu li jawtorizza l-aċċess għal fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi, għal waħda mill-finijiet li ġejjin jew aktar u fl-assenza ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika:

(i)

ħtiġijiet umanitarji;

(ii)

karburant, elettriku u ilma għall-użu strettament taċ-ċittadini;

(iii)

l-issoktar, mil-Libja, tal-produzzjoni u l-bejgħ ta' idrokarburi;

(iv)

l-istabbiliment, l-operat jew it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tal-gvern ċivili u tal-infrastruttura pubblika ċivili; jew

(v)

l-iffaċilitar tal-issoktar tal-operazzjonijiet tas-settur bankarju, inkluż l-appoġġ jew l-iffaċilitar tal-kummerċ internazzjonali mal-Libja;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat ikun innotifika lill-Kumitat li dawk il-fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi ma għandhomx ikunu għad-dispożizzjoni jew għall-benefiċċju tal-persuni imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3;

(c)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkonsulta minn qabel l-awtoritajiet Libjani dwar l-użu ta' tali fondi, assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi; u

(d)

l-Istat Membru kkonċernat ikun ikkondivida mal-awtoritajiet Libjani n-notifika ppreżentata skont dan il-paragrafu u l-awtoritajiet Libjani ma jkunux oġġezzjonaw fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol għar-rilaxx ta' tali fondi, assi finanzjarji oħra, jew riżorsi ekonomiċi.

10.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx jipprevjenu lil persuna jew entità indikata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li tkun daħlet fih qabel l-elenkar ta' tali persuna jew entità, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jkunx riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 jew 2 u wara notifika mill-Istat Membri rilevanti lill-Kumitat, fejn xieraq, dwar l-intenzjoni li jsiru jew jiġu riċevuti tali ħlasijiet jew biex tiġi awtorizzata t-tneħħija tal-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra jew ir-riżorsi ekonomiċi għal dan il-fini, 10 ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

11.   Il-paragrafu 3 ma għandux jipprevjeni lil entità msemmija hemmhekk milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li tkun daħlet għalih qabel l-elenkar ta' tali entità taħt din id-Deċiżjoni, dment li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jkunx riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3, u wara notifika mill-Istat Membru rilevanti lill-Kumitat dwar l-intenzjoni li jsiru jew jiġu riċevuti tali ħlasijiet jew biex tiġi awtorizzata t-tneħħija tal-iffriżar tal-fondi jew assi finanzjarji oħra jew riżorsi ekonomiċi għal dan il-fini, 10 ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

12.   Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV, u b'deroga mill-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jistgħu jawtorizzaw ir-rilaxx ta' ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati dment li jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-fondi jew riżorsi ekonomiċi jkunu s- suġġett ta' deċiżjoni arbitrarja li ttieħdet qabel id-data li fiha l-persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-paragrafu 2 ma kienu ġew elenkati fl-Anness IV jew ta' deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva meħuda fl-Unjoni, jew deċiżjoni ġudizzjarja li tkun infurzabbli fl-Istat Membru konċernat, qabel jew wara dik id-data;

(b)

il-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi ser jintużaw esklużivament biex jiġu ssodisfati pretensjonijiet garantiti minn tali deċiżjoni jew rikonoxxuti bħala validi f'tali deċiżjoni, fil-limiti stabbiliti mil-liġijiet u r-regolamenti applikabbli li jirregolaw id-drittijiet ta' persuni li jkollhom dawn il-pretensjonijiet;

(c)

id-deċiżjoni mhix għall-benefiċċju ta' persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness III jew IV; u

(d)

ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ma jmurx kontra l-politika pubblika fl-Istat Membru kkonċernat.

Stat Membru għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija bis-saħħa ta' dan il-paragrafu.

13.   Il-Paragrafu 4 ma għandux japplika għaż-żieda ma' kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor dovut fuq dawk il-kontijiet;

(b)

ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi; jew

(c)

ħlasijiet dovuti taħt deċiżjonijiet ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrarji li jittieħdu fl-Unjoni jew li jkunu infurzabbli fl-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV;

dment li tali imgħax, qligħ u ħlasijiet oħrajn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1 jew 2.

KAPITOLU V

MIŻURI RESTRITTIVI OĦRAJN

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom u d-ditti inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jeżerċitaw viġilanza meta jagħmlu negozju ma' entitajiet inkorporati fil-Libja jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Libja, u kwalunkwe individwu jew entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew huma kkontrollati minnhom, bil-għan li jiġi pprevenut negozju li jista' jikkontribwixxi għall-vjolenza u l-użu tal-forza kontra l-popolazzjoni ċivili.

KAPITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 11

L-ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni ta' tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f'rabta ma' kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1970 (2011), inklużi miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f'konformità ma', kif rikjest minn jew bi kwalunkwe konnessjoni mal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandhom jingħataw lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Anness I, II, III jew IV, jew lil kwalunkwe persuna jew entità fil-Libja, inkluż il-Gvern tal-Libja, jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta' jew għall-benefiċċju ta' kwalunkwe tali persuna jew entità.

Artikolu 12

1.   Il-Kunsill għandu jimplimenta l-modifiki għall-Annessi I, III, V u VI abbażi tad-deċiżjonijiet meħudin mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Annessi II u IV u jadotta modifiki għalihom.

Artikolu 13

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Anness I jew III.

2.   Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 8(2) u 9(2), huwa għandu jemenda l-Annessi II u IV kif adatt.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, u jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa' jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif meħtieġ.

Artikolu 14

Fejn il-Kumitat jindika bastiment kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), (2), (3) u (5), il-Kunsill għandu jinkludi tali bastiment fl-Anness V.

Artikolu 15

1.   L-Annessi I, II, III, IV u VI għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kkonċernati, kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Annessi I, III u VI.

2.   L-Annessi I, II, III, IVu VI għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati, kif ipprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Annessi I, III u VI. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista' tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta' twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Annessi I, III u VI għandhom jinkludu wkoll id-data tad-diżinjazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

Artikolu 16

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili.

Artikolu 17

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra kif adatt, b'mod partikolari fid-dawl tad-deċiżjonijiet rilevanti mill-Kunsill tas-Sigurtà.

2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 8(2) u 9(2) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u minn tal-inqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 12(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx sodisfatti.

Artikolu 18

Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija mħassra

Artikolu 19

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/818 tas-26 ta' Mejju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (ĠU L 129, 27.5.2015, p. 13).

ANNESS I

LISTA TA' PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(1)

1.

Isem: ABDULQADER MOHAMMED AL-BAGHDADI

Titlu: Dr Deżinjazzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kuntatt tal-Kumitati Rivoluzzjonarji Data tat-Twelid:1 ta' Lulju 1950Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: B010574 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Tuneżija (Status/post preżunt: il-ħabs fit-Tuneżija.) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat min-NU skont paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Status/post preżunt: deċedut.

Al-Baghdadi ġie elenkat fis-26 ta' Frar 2011 skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 bħala “Kap tal-Uffiċċju ta' Kuntatt tal-Kumitati Rivoluzzjonarji”.

Informazzjoni addizzjonali

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

2.

Isem: ABDULQADER YUSEF DIBRI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar Qadhafi Data tat-Twelid: 1946 Post tat-Twelid: Houn, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar).

Dibri ġie elenkat fis-26 ta' Frar 2011 skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 bħala “Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar Qadhafi”.

Informazzjoni addizzjonali:

Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

3.

Isem: SAYYID MOHAMMED QADHAF AL-DAM

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1948 Post tat-Twelid: Sirte, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat min-NU skont paragrafu 15 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar).

Dibri ġie elenkat fis-26 ta' Frar 2011 skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 bħala “Kuġin ta' Muammar Qadhafi”.

Informazzjoni addizzjonali

Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-assassinju tad-dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi.

4.

Isem: QUREN SALIH QUREN AL QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Ambaxxatur Libjan għaċ-Ċad Data tat-Twelid: mhux disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: Akrin Saleh Akrin (Image) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Eġittu Elenkat fi:17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar).

Al Qadhafi ġie elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 bħala “Ambaxxatur Libjan għaċ-Chad”.

Informazzjoni addizzjonali

Telaq miċ-Chad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-koordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim

5.

Isem: AMID HUSAIN AL KUNI

Titlu: Kurunell Deżinjazzjoni: Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja) Data tat-Twelid: mhux disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: Libja (Status/post preżunt: Nofsinhar tal-Libja) Elenkat fi:17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar).

Informazzjoni addizzjonali

Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

6.

Isem: ABU ZAYD UMAR DORDA

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Pożizzjoni: Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. b) Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tat-twelid: mhux disponibbli Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: detenut fil-Libja) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

7.

Isem: ABU BAKR YUNIS JABIR

Titlu: Maġġur Ġeneral Deżinjazzjoni: Pożizzjoni: Ministru għad-Difiża. Data tat-twelid: 1952 Post tat-Twelid: Jalo, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

8.

Isem: MATUQ MOHAMMED MATUQ

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Pożizzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet Data tat-Twelid: 1956 Post tat-Twelid: Khoms, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: mhux magħruf, maħsub li hu maħtuf.

Informazzjoni addizzjonali

Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'ripressjoni ta' persuni dissidenti u vjolenza.

9.

Isem: AISHA MUAMMAR MUHAMMED ABU MINYAR QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Aisha Muhammed Abdul Salam (Numru tal-Passaport: 215215) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 428720 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjat mill-qrib mar-reġim. Ivvjaġġa bi ksur tal-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970, kif deskritt mill-Bord ta' Esperti dwar il-Libja fir-Rapport Interim tiegħu tal-2013.

10.

Isem: HANNIBAL MUAMMAR QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid:20 ta' Settembru 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: B/002210 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: l-Alġerija (Status/post preżunt: l-Alġerija) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

11.

Isem: KHAMIS MUAMMAR QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1978 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

12.

Isem: MOHAMMED MUAMMAR QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1970 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman (Status/post preżunt: is-Saltna tal-Oman) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

13.

Isem: MUAMMAR MOHAMMED ABU MINYAR QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Data tat-Twelid: 1942 Post tat-Twelid: Sirte, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat minn-NU skont il-paragrafi 15 u 17 tar-riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Responsabbiltà għall-ordni tar-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

14.

Isem: MUTASSIM QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Konsulent dwar is-Sigurtà Nazzjonali Data tat-Twelid: 1976 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

15.

Isem: SAADI QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali Data tat-Twelid: a)27 ta' Mejju 1973b) 1 ta' Jannar 1975Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: a) 014797 b) 524521 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (detenut) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

16.

Isem: SAIF AL-ARAB QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: 1982 Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi). Status/post preżunt: deċedut.

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

17.

Isem: SAIF AL-ISLAM QADHAFI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: Direttur, Fondazzjoni Qadhafi Data tat-Twelid:25 ta' Ġunju 1972Post tat-Twelid: Tripli, il-Libja Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: B014995 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: detenut fil-Libja.) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jinkoraġġixxu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

18.

Isem: ABDULLAH AL-SENUSSI

Titlu: Kurunell Deżinjazzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari Data tat-Twelid: 1949 Post tat-Twelid: Is-Sudan Psewdonimu affidabbli: a) Abdoullah Ould Ahmed (Nru tal-Passaport: B0515260; DOB: 1948; Post tat-Twelid: Anefif (Kidal), il-Mali; Data tal-ħruġ: 10 ta' Jannar 2012; Post tal-ħruġ: Bamako, il-Mali; Data ta' skadenza: 10 ta' Jannar 2017.) b) Abdoullah Ould Ahmed (Numru tal-identifikazzjoni tal-Mali 073/SPICRE; Post tat-Twelid: Anefif, il-Mali; Data tal-ħruġ: 6 ta' Diċembru 2011; Post tal-ħruġ: Essouck, il-Mali) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: il-Libja (Status/post preżunt: detenut fil-Libja.) Elenkat fi:26 ta' Frar 2011Informazzjoni oħra: Elenkat skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar). Elenkat fis-17 ta' Marzu 2011 skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1970 (Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

19.

Isem: SAFIA FARKASH AL-BARASSI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: Madwar l-1952 Post tat-Twelid: Al Bayda, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Safia Farkash Mohammed Al-Hadad, imwielda fl-1 ta' Jannar 1953 (Nru tal-passaport tal-Oman 03825239) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 03825239 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman Elenkata fi:24 ta' Ġunju 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, Kap tal-intelligence militari Libjana.

20.

Isem: ABDELHAFIZ ZLITNI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. b) Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar c) Kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja Data tat-Twelid: 1935 Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:24 ta' Ġunju 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar. Zlitni bħalissa huwa l-kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja. Qabel kien il-President tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt. L-informazzjoni li għandna tissuġġerixxi li huwa attwalment qed jipprova jiġbor fondi għar-reġim biex jagħmel riforniment tar-riżervi tal-Bank Ċentrali li diġà ntefqu biex isostnu l-kampanja militari attwali.

ANNESS II

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 8(2)

A.   Persuni

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap fil-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju.

Sieħeb qrib ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

2.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Ħaten Muammar Qadhafi.

Membru prominenti tar-reġim ta' Qadhafi u bħala tali assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

3.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Status maħsub: inqatel fl-Eġittu, f'Awwissu 2014

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

4.

ALSHARGAWI, Bashir Saleh Bashir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

5.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Ex direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

6.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Ex direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

7.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

Ex Segretarju Ġenerali tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

8.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

Prim Ministru fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

9.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

Ministru għas-Saħħa u l-Ambjent fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

10.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru għall-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

11.

AL-GAOUD, Abdelmajid

Data tat-twelid: 1943

Ministru għall-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

12.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

Ministru għall-Affarijiet Soċjali fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

13.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

Data tat-twelid: 4 ta' Mejju 1963

Numru tal-Passaport: B/014965 (skada fi tmiem l-2013)

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

14.

MANSOUR, Abdallah

Data tat-twelid: 8.7.1954

Numru tal-Passaport: B/014924 (skada fi tmiem l-2013)

Ex kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Qadhafi, ex rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u direttur tar-radju u t-televiżjoni.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

15.

Kurunell Taher Juwadi

Pożizzjoni: Ir-raba' responsabbli fil-linja tal-kmand tal-Gwardja Rivoluzzjonarja

Kurunell.

Membru Ewlieni fir-regim ta' Qadhafi. Bħala tali, assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

23.5.2011

ANNESS III

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(1)

A.   Individwi

Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar Qadhafi.

19.

Isem: SAFIA FARKASH AL-BARASSI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: mhux disponibbli Data tat-Twelid: Madwar l-1952 Post tat-Twelid: Al Bayda, il-Libja Psewdonimu affidabbli: Safia Farkash Mohammed Al-Hadad, imwielda fl-1 ta' Jannar 1953 (Nru tal-passaport tal-Oman 03825239) Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: 03825239 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: is-Saltna tal-Oman Elenkata fi:24 ta' Ġunju 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Ġid personali sinifikanti, li jista' jintuża għall-finijiet tar-reġim. Oħtha Fatima FARKASH hija miżżewġa lil ABDALLAH SANUSSI, kap tal-intelligence militari Libjana.

20.

Isem: ABDELHAFIZ ZLITNI

Titlu: mhux disponibbli Deżinjazzjoni: a) Ministru għall-Ippjanar u l-Finanzi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. b) Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar c) Kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja Data tat-Twelid: 1935 Post tat-Twelid: mhux disponibbli Psewdonimu affidabbli: mhux disponibbli Psewdonimu inqas affidabbli: mhux disponibbli Ċittadinanza: mhux disponibbli Nru tal-Passaport: mhux disponibbli Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: mhux disponibbli Indirizz: mhux disponibbli Elenkat fi:24 ta' Ġunju 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 1970 u l-paragrafu 19 tar-Riżoluzzjoni 1973 (Projbizzjoni fuq Vjaġġar, Iffriżar tal-Assi).

Informazzjoni addizzjonali

Involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. Segretarju tal-Kumitat Ġenerali tal-Poplu għall-Finanzi u l-Ippjanar. Zlitni bħalissa huwa l-kap temporanju tal-Bank Ċentrali tal-Libja. Qabel kien il-President tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt. L-informazzjoni li għandna tissuġġerixxi li huwa attwalment qed jipprova jiġbor fondi għar-reġim biex jagħmel riforniment tar-riżervi tal-Bank Ċentrali li diġà ntefqu biex isostnu l-kampanja militari attwali.

ANNESS IV

LISTA TA' PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(2)

A.   Persuni

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap fil-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju.

Sieħeb qrib ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

2.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Ħaten Muammar Qadhafi.

Membru prominenti tar-reġim ta' Qadhafi u bħala tali assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

3.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Status maħsub: inqatel fl-Eġittu, f'Awwissu 2014

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

4.

ALSHARGAWI, Bashir Saleh Bashir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett ta' Muammar Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

5.

TOHAMI, Ġeneral, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Ex direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

6.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Ex direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

7.

EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou

Ex Segretarju Ġenerali tal-Kungress Ġenerali tal-Poplu.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

8.

AL-MAHMOUDI, Baghdadi

Prim Ministru fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

9.

HIJAZI, Mohamad Mahmoud

Ministru għas-Saħħa u l-Ambjent fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

10.

HOUEJ, Mohamad Ali

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli)

Ministru għall-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

11.

AL-GAOUD, Abdelmajid

Data tat-twelid: 1943

Ministru għall-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

12.

AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug

Ministru għall-Affarijiet Soċjali fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

13.

FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad

Data tat-twelid: 4 ta' Mejju 1963

Numru tal-Passaport: B/014965 (skada fi tmiem l-2013)

Ministru għall-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka fil-Gvern tal-Kurunell Qadhafi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

14.

MANSOUR, Abdallah

Data tat-twelid: 8.7.1954

Numru tal-Passaport: B/014924 (skada fi tmiem l-2013)

Ex kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Qadhafi, ex rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u direttur tar-radju u t-televiżjoni.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

15.

Kurunell Taher Juwadi

Pożizzjoni: Ir-raba' responsabbli fil-linja tal-kmand tal-Gwardja Rivoluzzjonarja

Kurunell.

Membru Ewlieni fir-regim ta' Qadhafi. Bħala tali, assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

23.5.2011

16.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji.

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

17.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar Qadhafi.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbli għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

18.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar Qadhafi. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil tad-dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi. Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

28.2.2011

19.

AL QADHAFI, Quren Salih Quren

Ex ambaxxatur Libjan għaċ-Chad. Telaq miċ-Chad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-koordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

20

AL KUNI, il-Kurunell Amid Husain

Status/post preżunt: fin-Nofsinhar tal-Libja

Ex Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

B.   Entitajiet

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

1.

Libyan Arab African Investment Company — LAAICO

(magħrufa wkoll bħala LAICO)

Sit: http://www.laaico.com Kumpannija stabbilita fl-1981 76351 Janzour, il-Libja. 81370 Tripli, il-Libja Tel: 00 218 (21) 4890146 — 4890586 — 4892613 Fax: 00 218 (21) 4893800 — 4891867 email: info@laaico.com

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

2.

Fondazzjoni Internazzjonali Qadhafi għall-Karità u l-Iżvilupp

Dettalji tal-amministrazzjoni: Hay Alandalus — Jian St. — Tripli — PoBox: 1101 — Telefon tal-LIBJA: (+218) 214778301 — Fax: (+218) 214778766; email: info@gicdf.org

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

3.

Fondazzjoni Waatassimou

Ibbażata fi Tripli

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

21.3.2011

4.

Libyan Jamahirya Broadcasting Corporation

Dettalji ta' kuntatt: tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00; fax: 00 218 21 340 21 07 http://www.ljbc.net; email: info@ljbc.net

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

Involuta f'tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' miżinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

5.

Korpi tal-Gwardji Revoluzzjonarji

Assoċjati mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

Involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

21.3.2011

6.

Libyan Agricultural Bank (magħruf ukoll bħala Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae Agricultural Bank; magħruf ukoll bħala Al Masraf Al Zirae; magħruf ukoll bħala Libyan Agricultural Bank)

Fiż-żona ta' El Ghayran, Ganzor El Sharqya, P.O. Box 1100, Tripli, il-Libja; Al Jumhouria Street, East Junzour, Al Gheran, Tripli, il-Libja; Indirizz elettroniku agbank@agribankly.org;

SWIFT/BIC AGRULYLT (Libja); Nru tat-Tel. (218)214870586;

Nru tat-Tel. (218) 214870714;

Nru tat-Tel. (218) 214870745;

Nru tat-Tel. (218) 213338366;

Nru tat-Tel. (218) 213331533;

Nru tat-Tel. (218) 213333541;

Nru tat-Tel. (218) 213333544;

Nru tat-Tel. (218) 213333543;

Nru tat-Tel. (218) 213333542;

Nru tal-Fax (218) 214870747;

Nru tal-Fax (218) 214870767;

Nru tal-Fax (218) 214870777;

Nru tal-Fax (218) 213330927;

Nru tal-Fax (218) 213333545

Sussidjarju Libjan tal-Bank Ċentrali tal-Libja.

Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

7.

Al-Inma Holding Co. for Services Investments

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

8.

Al-Inma Holding Co. For Industrial Investments

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

9.

Al-Inma Holding Company for Tourism Investment

Hasan al-Mashay Street (qrib Zawiyah Street) Nru tat-Tel.: (218) 213345187 Fax: +218.21.334.5188 e-mail: info@ethic.ly

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

10.

Al-Inma Holding Co. for Construction and Real Estate Developments

Sussidjarja Libjana tal-Fond għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

11.

LAP Green Networks (magħrufa wkoll bħala LAP Green Holding Company)

9th Floor, Ebene Tower, 52, Cybercity, Ebene, Mauritius

Sussidjarja Libjana ta' Libyan Africa Investment Portfolio

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

12.

Sabtina Ltd

530-532 Elder Gate, Elder House, Milton Keynes, ir-Renju Unit

Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 01794877 (UK)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fir-Renju Unit

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

13.

Ashton Global Investments Limited (BVI)

Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 1510484 (BVI)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporat fil-BVI

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

14.

Capitana Seas Limited

Entità inkorporata fil-BVI proprjetà ta' Saadi Qadhafi

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

15.

Kinloss Property Limited (BVI)

Woodbourne Hall, PO Box 3162, Road Town, Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

Informazzjoni oħra: Nru tar-Reġistrazzjoni 1534407 (BVI)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporata fil-BVI.

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

16.

Baroque Investments Limited

c/o ILS Fiduciaries (IOM) Ltd, First Floor, Millennium House, Victoria Road, Douglas, Isle of Man

Informazzjoni oħra: Reg no 59058C (IOM)

Sussidjarja ta' Libyan Investment Authority inkorporat fl-IOM

Assoċjata mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

12.4.2011

ANNESS V

LISTA TA' BASTIMENTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1) U L-ARTIKOLU 7(1), (2), (3) U (5)

ANNESS VI

LISTA TA' ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 9(3)

1.

Isem: LIBYAN INVESTMENT AUTHORITY

Magħrufa wkoll bħala: Libyan Foreign Investment Company (LFIC) Qabel magħrufa wkoll bħala: mhux disponibbli Indirizz:1 Fateh Tower Office, No 99 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103, il-LibjaElenkata fi:17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1973, kif immodifikata fis-16 ta' Settembru skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 2009.

Informazzjoni addizzjonali

Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' fondi għar-reġim tiegħu.

2.

Isem: LIBYAN AFRICA INVESTMENT PORTFOLIO

Magħrufa wkoll bħala: mhux disponibbli Qabel magħruf ukoll bħala: mhux disponibbli Indirizz:Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-LibjaElenkata fi:17 ta' Marzu 2011Informazzjoni oħra: Elenkata skont il-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni 1973, kif immodifikata fis-16 ta' Settembru skont il-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni 2009.

Informazzjoni addizzjonali

Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' fondi għar-reġim tiegħu.

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/61

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1334

tal-31 ta' Lulju 2015

li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/521

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta' Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fis-26 ta' Marzu 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/521/ (2) li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3, u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (“il-lista”).

(3)

F'konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, jinħtieġ li ssir reviżjoni f'intervalli regolari tal-ismijiet tal-persuni, gruppi u entitajiet fuq il-lista biex jiġi żgurat li hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fuq dik il-lista.

(4)

Din id-Deċiżjoni tistipula r-riżultat tar-reviżjoni li saret mill-Kunsill fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, gruppi u entitajiet kollha fuq il-lista għar-raġuni li huma kienu involuti f'atti terroristiċi fis-sens tal-Artikolu 1(2) u (3) ta' dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK għandhom jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti hemmhekk.

(6)

Il-lista għandha tiġi aġġornata skont dan u d-Deċiżjoni (PESK) 2015/521 għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK tinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2015/521 qiegħda b'dan titħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta' wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta' Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/521 tas-26 ta' Marzu 2015 li taġġorna u temenda l-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta' miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/483/PESK (ĠU L 82, 27.3.2015, p. 107).

ANNESS

LISTA TA' PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f'Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f'Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Ċittadin Iranjan u tal-Istati Uniti. Passaport: C2002515 (l-Iran); Passaport: 477845448 (l-Istati Uniti tal-Amerika). Numru tal-ID Nazzjonali: 07442833, data tal-iskadenza l-15 ta' Marzu 2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerika).

5.

BOUYERI, Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu ZUBAIR, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu ZOUBAIR), imwieled fit-8.3.1978 f'Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) — membru tal-“Hofstadgroep”.

6.

IZZ-AL-DIN, Hasan (magħruf ukoll bħala GARBAYA, Ahmed, magħruf ukoll bħala SA-ID, magħruf ukoll bħala SALWWAN, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

7.

MOHAMMED, Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala ALI, Salem, magħruf ukoll bħala BIN KHALID, Fahd Bin Adballah, magħruf ukoll bħala HENIN, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala WADOOD, Khalid Adbul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

8.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala'i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla'i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Bażi Militari ta' Mehran, Provinċja ta' Ilam, l-Iran.

9.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f'Teheran, l-Iran.

10.

SOLEIMANI Qasem (magħruf ukoll bħala Ghasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasmi Sulayman, magħruf ukoll bħala Qasem Soleymani, magħruf ukoll bħala Qasem Solaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Salimani, magħruf ukoll bħala Qasem Solemani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulaimani, magħruf ukoll bħala Qasem Sulemani), imwieled fil-11.3.1957 fl-Iran. Ċittadin Iranjan. Passaport: 008827 (Diplomatiku Iranjan), maħruġ fl-1999. Titolu: Maġġur Ġeneral.

II.   GRUPPI U ENTITAJIIET

1.

L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

2.

Il-“Brigata tal-Martri ta' Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V.”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluża l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6.

“Gama'a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama'a al-Islamiyya”) (il-“Grupp Iżlamiku” — “IG”).

7.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”).

8.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

9.

Il-“Fergħa Militari ta' Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizbu'llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta' Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluża l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

10.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

11.

“Hofstadgroep”.

12.

Il-“Federazzjoni Internazzjonali taż-Żgħażagħ Sikh” — “ISYF”.

13.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

14.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

15.

It-“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

16.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

17.

Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

18.

“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

19.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

20.

“Fuerzas armadas revolucionarias de Colombia” — “FARC” (il-“Forzi Armati Rivoluzzjonarji tal-Kolombja”).

21.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

22.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

23.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni għall-Ħelsien tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/64

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1335

tal-31 ta' Lulju 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-15 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK, li timponi miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja.

(2)

Il-Kunsill iqis li 24 persuna għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b'dan emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

ANNESS

L-entrati li jikkonċernaw il-persuni li ġejjin huma mħassra mil-lista li tinsab fit-Taqsima A “Persuni” tal-Anness għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK:

1.

Ablameika, Siarhei Uladzimiravich

5.

Alpeeva, Tamara Mikhailauna

6.

Ananich, Alena Mikalaeuna

13.

Balauniou, Mikalai Vasilievich

15.

Baranouski, Andrei Fiodaravich

19.

Batura, Mikhail Paulavich

32.

Charniak, Alena Leanidauna

39.

Dubinina/Rouda, Zhanna Piatrouna

56.

Husakova, Volha Arkadzieuna

106.

Kuzniatsova, Natallia Anatolieuna

109.

Laptseva, Alena Viacheslavauna

126.

Maltsau, Leanid Siamionavich

130.

Merkul, Natallia Viktarauna

140.

Niavyhlas, Henadz Mikalaevich

144.

Padhaiski, Henadz Danatavich

145.

Paluyan, Uladzimir Mikalaevich

149.

Piatkevich, Natallia Uladzimirauna

150.

Poludzen, Iauhen Iauhenavich

151.

Prakopau, Yury Viktaravich

160.

Rubinau, Anatol Mikalaevich

203.

Tselitsa, Lidziia Fiodarauna

213.

Varenik, Natallia Siamionauna

215.

Vasilieu, Aliaksei Aliaksandravich

231.

Ziankevich, Valiantsina Mikalaeuna

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/66

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1336

tal-31 ta' Lulju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Fl-24 ta' Novembru 2013, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“Rappreżentant Għoli”), laħqu ftehim mal-Iran dwar Pjan ta' Azzjoni Konġunt li jistabbilixxi approċċ għall-kisba ta' soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. Ġie miftiehem li l-proċess li jwassal għal din is-soluzzjoni komprensiva jinkludi, bħala l-ewwel pass, miżuri inizjali maqbula b'mod reċiproku li għandhom jittieħdu miż-żewġ naħat għal perijodu ta' sitt xhur u jiġġeddu bi qbil komuni.

(3)

Fit-2 ta' April 2015, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli, laħqu ftehim dwar il-parametri ewlenin ta' Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) mal-Iran.

(4)

Fl-14 ta' Lulju 2015, iċ-Ċina, Franza, il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli, laħqu ftehim mal-Iran dwar soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. L-implimentazzjoni b'suċċess tal-PAKK ser tiżgura n-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari Iranjan u tipprevedi t-tneħħija totali tas-sanzjonijiet kollha relatati mal-kwistjonijiet nukleari.

(5)

Fl-20 ta' Lulju 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2231 (2015) li tapprova l-PAKK, filwaqt li ħeġġeġ l-implimentazzjoni sħiħa tagħha fl-iskeda ta' żmien stabbilita fil-PAKK u ppreveda l-azzjonijiet li għandhom isiru f'konformità mal-PAKK.

(6)

L-UNSCR 2231 (2015) tipprevedi li l-miżuri imposti fir-Riżoluzzjonijiet 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008) u 1929 (2010) ma għandhomx japplikaw, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal attivitajiet mill-Istati parteċipanti fil-PAKK jew mill-Istati Membri tan-NU li jaġixxu f'koordinazzjoni magħhom, relatati direttament mal-modifika ta' żewġ kaskati fil-faċilita' ta' Fordow għall-produzzjoni stabbli ta' isotopi, l-esportazzjoni ta' uranju arrikkit tal-Iran 'il fuq minn 300 kilogramma bi skambju għal uranju naturali, jew l-immodernizzar tar-reattur Arak abbażi tad-disinn kunċettwali miftiehem u, sussegwentement abbażi tad-disinn finali miftiehem ta' reattur bħal dan.

(7)

L-UNSCR 2231 (2015) tipprevdi wkoll li l-miżuri imposti fir-Riżoluzzjonijiet 1696 (2006), 1737 (2006), 1747 (2007), 1803 (2008), 1835 (2008) u 1929 (2010) ma għandhomx japplikaw sakemm ma jkunx meħtieġ li jsiru, taħt ċertu kundizzjonijiet, trasferimenti u attivitajiet relatati mal-implimentazzjoni ta' ċerti impenji relatati man-nukleari speċifikati fil-PAKK, meħtieġa għat-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-PAKK, jew determinati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilit skont il-UNSCR 1737 (2006) biex ikunu konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2231 (2015).

(8)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni.

(9)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 26b

1.   Il-miżuri imposti minn din id-Deċiżjoni ma għandhomx japplikaw għall-provvista, il-bejgħ, jew it-trasferimenti ta' oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija, jew il-provvista ta' kwalunkwe assistenza teknika relatata, taħriġ, assistenza finanzjarja, investiment, senserija jew servizzi oħra, mill-Istati parteċipanti tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt PAKK jew l-Istati Membri tan-NU li jaġixxu f'koordinazzjoni magħhom, li hija relatata direttament ma':

(a)

il-modifika ta' żewġ kaskati fil-faċilità ta' Fordow għall-produzzjoni stabbli ta' isotopi;

(b)

l-esportazzjoni ta' uranju arrikkit tal-Iran 'il fuq minn 300 kilogramma bi skambju għal uranju naturali; jew

(c)

l-immodernizzar tar-reattur Arak abbażi tad-disinn kunċettwali miftiehem u, sussegwentement, abbażi tad-disinn finali miftiehem ta' reattur bħal dan.

2.   L-Istati Membri involuti fl-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li:

(a)

l-attivitajiet kollha bħal dawn isiru strettament f'konformità mal-PAKK;

(b)

jinnotifikaw lill-Kumitat u, meta kkostitwita f'konformità mal-PAKK, lill-Kummissjoni Konġunta, jew lill-Istati Membri l-oħra, kif adatt, għaxart ijiem qabel attivitajiet bħal dawn;

(c)

jintlaħqu r-rekwiżiti, skont il-każ, speċifikati fis-subparagrafu 22(c) tal-UNSCR 2231 (2015);

(d)

jkunu kisbu u jkunu fil-pożizzjoni li jeżerċitaw b'mod effettiv dritt li jivverifikaw l-użu aħħari u l-post tal-użu aħħari ta' kwalunkwe oġġett provdut; u

(e)

fil-każ tal-provvista ta' oġġetti, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija speċifikata fis-subparagrafu 22(e) tal-UNSCR 2231 (2015), jinnotifikaw ukoll lill-IAEA fi żmien għaxart ijiem mill-provvista, bejgħ jew trasferimenti.

3.   Il-miżuri imposti minn din id-Deċiżjoni ma għandhomx japplikaw sakemm mhux meħtieġ li jsiru trasferimenti u attivitajiet, kif approvati minn qabel skont xi jkun il-każ mill-Kumitat jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru rilevanti, kif adatt, li huma:

(a)

relatati direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet relatati man-nukleari speċifikati fil-paragrafi 15.1 sa 15.11 tal-Anness V tal-PAKK;

(b)

meħtieġa għat-tħejjija għall-implimentazzjoni tal-PAKK; jew

(c)

determinati mill-Kumitat, kif adatt, biex ikunu konsistenti mal-objettivi tal-UNSCR 2231 (2015).

L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn b'kull approvazzjoni.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.).

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/68

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1337

tal-31 ta' Lulju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tippermetti, fost l-oħrajn, it-twettiq ta' obbligi previsti f'kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 jew f'kuntratti anċillari meħtieġa għat-twettiq ta' obbligi bħal dawn meta l-provvista ta' żejt mhux maħdum u prodotti petroliferi Iranjani jew ir-rikavat miksub mill-provvista tagħhom ikunu għar-rimbors ta' ammonti pendenti fir-rigward ta' kuntratti konklużi qabel it-23 ta' Jannar 2012 dovuti lil persuni jew entitajiet fit-territorji tal-Istati Membri jew taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, fejn dawk il-kuntratti jipprevedu speċifikament rimborsi bħal dawn.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK tipprevedi wkoll li l-miżuri tal-iffriżar tal-assi stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni ma japplikawx għal atti u transazzjonijiet imwettqa fir-rigward tal-entitajiet elenkati fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni sa fejn neċessarju għat-twettiq, sat-30 ta' Ġunju 2015, tal-obbligi rilevanti.

(4)

Il-Kunsill iqis li dik l-eżenzjoni għandha tiġi estiża sal-14 ta' Jannar 2016.

(5)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri previsti minn din id-Deċiżjoni.

(6)

Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 20(14) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“14.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal atti u transazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta' entitajiet elenkati fl-Anness II safejn neċessarju għall-eżekuzzjoni, sal-14 ta' Jannar 2016, tal-obbligi kif imsemmi fl-Artikolu 3c(2) sakemm dawk l-atti u t-transazzjonijiet ma jkunux ġew awtorizzati minn qabel, każ b'każ, mill-Istat Membru rilevanti. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jagħti awtorizzazzjoni.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN

(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.).

1.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 206/69

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1338

tat-30 ta' Lulju 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2011/163/UE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument C(2015) 5252)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b'mod partikulari r-raba' subparagrafu tal-Artikolu 29(1) tagħha u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi mniżżlin fl-Anness I tagħha. Dik id-Direttiva teħtieġ li l-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw l-annimali u l-prodotti tal-annimali koperti minn dik id-Direttiva jissottomettu pjan ta' monitoraġġ tar-residwi li jipprovdi l-garanziji meħtieġa. Dak il-pjan għandu jinkludi mill-inqas il-gruppi ta' residwi u s-sustanzi mniżżlin f'dak l-Anness I.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE (2) tapprova l-pjanijiet stipulati fl-Artikolu 29 tad-Direttiva 96/23/KE (“il-pjanijiet”), mibgħutin minn ċerti pajjiżi terzi mniżżlin fl-Anness tagħha, għall-annimali u l-prodotti tal-annimali indikati f'dik il-lista.

(3)

Fid-dawl tal-pjanijiet li tressqu dan l-aħħar minn ċerti pajjiżi terzi u tat-tagħrif addizzjonali miksub mill-Kummissjoni, jeħtieġ li tiġi aġġornata l-lista tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw ċerti annimali u prodotti tal-annimali, kif inhu stipulat fid-Direttiva 96/23/KE u li bħalissa huma mniżżlin fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE (“il-lista”).

(4)

L-Andorra ssottomettiet pjan għall-għasel lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għall-Andorra għall-għasel.

(5)

L-Armenja, il-Kenja u r-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar issottomettew pjanijiet għall-akkwakultura lill-Kummissjoni. Dawn il-pjanijiet jipprovdu biżżejjed garanziji u għandhom jiġu approvati. Għalhekk għandhom jiġu inklużi fil-lista l-annotazzjoniijiet għall-Armenja, il-Kenja u r-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar għall-akkwakultura.

(6)

Il-Marokk issottometta pjan għat-tjur lill-Kummissjoni. Dan il-pjan jipprovdi biżżejjed garanziji u għandu jiġi approvat. Għalhekk għandha tiġi inkluża fil-lista annotazzjoni għall-Marokk għat-tjur.

(7)

Il-Kummissjoni talbet lill-Perù jipprovdilha tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-pjan tiegħu għat-tjur u għall-prodotti tat-tjur. Minħabba li l-Perù ma bagħat l-ebda tweġiba, m'hemmx biżżejjed garanziji għall-approvazzjoni. Għalhekk, l-annotazzjoni għal dak il-pajjiż terz b'rabta mat-tjur u l-prodotti tat-tjur għandha titħassar mil-lista. Il-Perù ġie mgħarraf b'dan kif xieraq.

(8)

Għal raġunijiet ta' trasparenza tas-suq u skont il-liġi pubblika internazzjonali, għandu jiġi ċċarat li l-kopertura territorjali tal-UE b'rabta mal-approvazzjoni tal-pjanijiet hija limitata għat-territorju tal-Istat ta' Iżrael, minbarra t-territorji li ilhom sa minn Ġunju tal-1967 taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent. Il-lista għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2011/163/UE qed jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni

(1)  ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/163/UE tas-16 ta' Marzu 2011 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet sottomessi mill-pajjiżi terzi skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (ĠU L 70, 17.3.2011, p. 40).

ANNESS

“ANNESS

Kodiċi tal-ISO2

Pajjiż

Annimali bovini

Nagħaġ/mogħoż

Ħnieżer

Żwiemel

Tjur

Akkwakultura

Ħalib

Bajd

Fniek

Annimali tal-kaċċa slavaġ

Annimali tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet

Għasel

AD

Andorra

X

X

X

X

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

X (1)

AL

L-Albanija

X

X

X

AM

L-Armenja

X

X

AR

L-Arġentina

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

X

X

X

X

X

X

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

X

X

X

X

X

BD

Il-Bangladesh

X

BN

Il-Brunei

X

BR

Il-Brażil

X

X

X

X

X

BW

Il-Botswana

X

X

X

BY

Il-Belarussja

X (2)

X

X

X

BZ

Il-Belize

X

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Iżvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X

X

X

X

X

X

X

CM

Il-Kamerun

X

CN

Iċ-Ċina

X

X

X

X

X

CO

Il-Kolombja

X

CR

Il-Costa Rica

X

CU

Kuba

X

X

EC

L-Ekwador

X

ET

L-Etjopja

X

FK

Il-Gżejjer Falkland

X

X

FO

Il-Gżejjer Faeroe

X

GH

Il-Ghana

X

GM

Il-Gambja

X

GL

Greenland

X

X

X

GT

Il-Gwatemala

X

X

HN

Il-Honduras

X

ID

L-Indoneżja

X

IL

Iżrael (7)

X

X

X

X

X

X

IN

L-Indja

X

X

X

IR

L-Iran

X

JM

Il-Ġamajka

X

JP

Il-Ġappun

X

X

KE

Il-Kenja

X

X (1)

KG

Il-Kirgiżistan

X

KR

Il-Korea t'Isfel

X

LB

Il-Libanu

X

LK

Is-Sri Lanka

X

MA

Il-Marokk

X

X

MD

Il-Moldova

X

X

X

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

X

X

X

X

MG

Madagascar

X

X

MK

L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4)

X

X

X

X

X

X

X

X

X

MM

Ir-Repubblika tal-Unjoni tal-Myanmar

X

MU

Mauritius

X

MX

Il-Messiku

X

X

X

MY

Il-Malasja

X (3)

X

MZ

Il-Mozambique

X

NA

In-Namibja

X

X

X

NC

New Caledonia

X (3)

X

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

X

X

NZ

New Zealand

X

X

X

X

X

X

X

X

PA

Il-Panama

X

PE

Il-Perù

X

PF

Il-Polineżja Franċiża

X

PH

Il-Filippini

X

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

X

PY

Il-Paragwaj

X

RS

Is-Serbja (5)

X

X

X

X (2)

X

X

X

X

X

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

X

X

X

X (6)

X

RW

Ir-Rwanda

X

SA

L-Arabja Sawdija

X

SG

Singapore

X (3)

X (3)

X (3)

X (3)

X

X (3)

SM

San Marino

X

X (3)

X

SR

Is-Suriname

X

SV

El Salvador

X

SZ

Is-Swaziland

X

TH

It-Tajlandja

X

X

X

TN

It-Tuneżija

X

X

X

TR

It-Turkija

X

X

X

X

X

TW

It-Tajwan

X

X

TZ

It-Tanzanija

X

X

UA

L-Ukrajna

X

X

X

X

X

X

X

UG

L-Uganda

X

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

X

X

X

X

X

VE

Il-Venezwela

X

VN

Il-Vjetnam

X

X

ZA

L-Afrika t'Isfel

X

X

ZM

Iż-Żambja

X

ZW

Iż-Żimbabwe

X

X

(1)  Il-ħalib tal-iġmla biss.

(2)  L-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' żwiemel ħajjin għall-qatla (annimali li jipproduċu l-ikel biss).

(3)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima mill-Istati Membri jew minn pajjiżi terzi oħrajn li jkunu approvati għall-importazzjoni ta' materja prima bħal din lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2.

(4)  L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; in-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż se tiġi miftiehma wara n-negozjati attwali fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti.

(5)  Il-Kosovo mhux inkluż (dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo).

(6)  Għar-renni mir-reġjuni ta' Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(7)  Minn hawn 'il quddiem mifhum bħala l-Istat ta' Iżrael, minbarra t-territorji li ilhom sa minn Ġunju tal-1967 taħt l-amministrazzjoni ta' Iżrael, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, l-Istrixxa ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-bqija tax-Xatt tal-Punent.”