ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 198

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
28 ta' Lulju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1279 tat-22 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

1

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1280 tat-22 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1281 tat-22 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

5

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1282 tat-23 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

7

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1283 tat-23 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

9

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1284 tat-23 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju iswed fiż-żona VI; fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1285 tat-23 ta' Lulju 2015 li japprova emenda mhix minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Capocollo di Calabria (DOP)]

13

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1286 tat-23 ta' Lulju 2015 li japprova emenda mhix minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pancetta di Calabria (DOP)]

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1287 tat-23 ta' Lulju 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Soppressata di Calabria (DPO)]

15

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1288 tas-27 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

16

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1289 tat-13 ta' Lulju 2015 li timponi multa fuq Spanja għall-manipulazzjoni tad-data dwar id-defiċit fil-Komunità Awtonoma ta' Valencia

19

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1290 tat-23 ta' Lulju 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt raffinat miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 4961)

22

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1291 tat-23 ta' Lulju 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana ffermentati bil-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 4960)

26

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 294, 10.10.2014 )

28

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/960 tad-19 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd ( ĠU L 157, 23.6.2015 )

31

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat- tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil ( ĠU L 258, 26.9.2012 )

31

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1279

tat-22 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin blu fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

09/TQ104

Stat Membru

Spanja

Stokk

BUM/ATLANT

Speċi

Marlin Blu (Makaira nigricans)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data tal-għeluq

6.2.2015


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1280

tat-22 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għaċ-ċinturin iswed fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

08/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

BSF/8910

Speċi

Ċinturin Iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX u X

Data tal-għeluq

1.1.2015


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1281

tat-22 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-marlin abjad fl-Oċean Atlantiku minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

10/TQ104

Stat Membru

Spanja

Stokk

WHM/ATLANT

Speċi

Marlin Abjad (Tetrapturus albidus)

Żona

L-Oċean Atlantiku

Data tal-għeluq

6.2.2015


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1282

tat-23 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għat-tusk fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni V, VI u VII minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

12/TQ104

Stat Membru

Spanja

Stokk

USK/567EI.

Speċijiet

Tusk (Brosme brosme)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI u VII

Data tal-għeluq

11.4.2015


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/9


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1283

tat-23 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni għas-sajd tal-alfonsinos fl-ilmijiet tal-UE u fl-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru tal-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1367/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jiffissa għall-2015 u l-2016 l-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-UE għal ċerti stokkijiet ta' ħut tal-baħar fond (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 1).


ANNESS

Nru

11/DSS

Stat Membru

Spanja

Stokk

ALF/3X14-

Speċi

Alfonsinos (Beryx spp.)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

Data tal-għeluq

12.3.2015


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1284

tat-23 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għall-pollakkju iswed fiż-żona VI; fl-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Spanja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2015.

(2)

Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Eżawriment tal-kwota

Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Projbizzjonijiet

L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Lowri EVANS

Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).


ANNESS

Nru

13/TQ104

Stat Membru

Spanja

Stokk

(POK/56-14)

Speċi

Pollakkju iswed (Pollachius virens)

Żona

VI; L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb, XII u XIV

Data tal-għeluq

16.5.2015


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/13


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1285

tat-23 ta' Lulju 2015

li japprova emenda mhix minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Capocollo di Calabria (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Capocollo di Calabria”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/98 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Capocollo di Calabria” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/98 tal-20 ta' Jannar 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KKE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 6).

(3)  ĠU C 82, 10.3.2015, p. 12.


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1286

tat-23 ta' Lulju 2015

li japprova emenda mhix minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pancetta di Calabria (DOP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Pancetta di Calabria”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/98 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Pancetta di Calabria” (DOP), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/98 tal-20 ta' Jannar 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KKE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 6).

(3)  ĠU C 78, 6.3.2015, p. 9.


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/15


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1287

tat-23 ta' Lulju 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Soppressata di Calabria (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Bi qbil mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Soppressata di Calabria”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/98 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), b'konformità mal-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-Ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Soppressata di Calabria” (DPO), b'dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 134/98 tal-20 ta' Jannar 1998 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 6).

(3)  ĠU C 82, 10.3.2015, p. 7.


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1288

tas-27 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

165,4

MK

26,9

ZZ

96,2

0709 93 10

TR

120,5

ZZ

120,5

0805 50 10

AR

119,7

UY

134,4

ZA

141,8

ZZ

132,0

0806 10 10

EG

267,6

MA

237,5

TN

174,9

TR

158,2

US

286,0

ZA

115,6

ZZ

206,6

0808 10 80

AR

118,3

BR

113,4

CL

119,9

NZ

148,5

US

123,2

UY

170,5

ZA

117,3

ZZ

130,2

0808 30 90

AR

111,2

CL

138,9

NZ

153,0

ZA

120,4

ZZ

130,9

0809 10 00

TR

228,1

ZZ

228,1

0809 29 00

TR

245,4

US

487,6

ZZ

366,5

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

66,2

TR

202,8

ZZ

134,5

0809 40 05

BA

59,1

IL

124,7

ZZ

91,9


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/19


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1289

tat-13 ta' Lulju 2015

li timponi multa fuq Spanja għall-manipulazzjoni tad-data dwar id-defiċit fil-Komunità Awtonoma ta' Valencia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Delega tal-Kummissjoni 2012/678/UE tad-29 ta' Ġunju 2012 dwar l-investigazzjonijiet u l-multi marbuta mal-manipulazzjoni tal-istatistika kif imsemmi fir- Regolament (UE) Nru 1173/2011 (2),

Wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-investigazzjoni marbuta mal-manipulazzjoni tal-istatistika fi Spanja kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1173/2011 adottat fis-7 ta' Mejju 2015,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 126(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri għandhom jevitaw defiċits eċċessivi tal-gvern. Id-data dwar id-dejn u d-defiċit tal-gvern rilevanti għall-applikazzjoni tal-Artikoli 121 u 126 tat-TFUE, jew għall-applikazzjoni tal-Protokoll Nru 12 dwar il-proċedura tad-defiċit eċċessiv anness mat-Trattati, huma element essenzjali għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fl-Unjoni.

(2)

Sabiex jissaħħaħ l-infurzar tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro, u tiġi evitata r-rappreżentanza ħażina, kemm intenzjonali kif ukoll minħabba negliġenza serja, tad-data dwar id-dejn u d-defiċit u tal-gvern, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, jista' jiddeċiedi li jimponi multa fuq l-Istat Membru responsabbli.

(3)

Fil-11 ta' Lulju 2014, il-Kummissjoni nediet investigazzjoni marbuta mal-manipulazzjoni tal-istatistika fi Spanja kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1173/2011. Is-sejbiet preliminari tal-investigazzjoni ntbagħtu lil Spanja għall-osservazzjonijiet tagħha fid-19 ta' Frar 2015, kif meħtieġ skont id-Deċiżjoni ta' Delega 2012/678/UE. Spanja pprovdiet l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub dwar is-sejbiet preliminari fil-ħin.

(4)

Fis-7 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-investigazzjoni marbuta mal-manipulazzjoni tal-istatistika fi Spanja kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1173/2011, fejn qieset l-osservazzjonijiet ta' Spanja.

(5)

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni kkonkludiet li entità fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika ta' Spanja, l-Uffiċċju Reġjonali tal-Awditjar tal-Komunità Awtonoma ta' Valencia (IGGV), kienet serjament negliġenti dwar in-nuqqas ta' reġistrazzjoni tan-nefqa fuq is-saħħa u n-nuqqas ta' rispett tal-prinċipju tad-dovuti fil-kontijiet nazzjonali, u dan wassal biex f'Marzu 2012 Spanja rrapputat lill-Kummissjoni (Eurostat) data żbaljata dwar id-defiċit tal-gvern. Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-Kummissjoni, hu xieraq li wieħed jikkonkludi li rappreżentazzjoni ħażina tad-data dwar id-defiċit minħabba negliġenza serja seħħet meta Spanja rrappurtat iċ-ċifri żbaljati lill-Eurostat f'Marzu 2012. Dawn l-elementi jiġġustifikaw l-impożizzjoni ta' multa.

(6)

L-ammont tal-multa rrakkomandata ma għandux jaqbeż iż-0,2 % tal-prodott domestiku gross ta' Spanja fl-2014.

(7)

L-ammont ta' referenza tal-multa li trid tiġi imposta jrid ikun daqs 5 % tal-impatt akbar tar-rappreżentazzjoni ħażina tad-defiċit tal-amministrazzjoni pubblika ta' Spanja għas-snin rilevanti koperti bin-notifika fil-kuntest tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (EDP). Ir-reviżjoni tan-nefqa rrappurtata minn a' Spanja għan-notifika tal-EDP ta' April 2012 kienet tammonta għal EUR 1 893 biljun. Għalhekk, l-ammont ta' referenza għandu jkun stabbilit għal EUR 94,65 miljun.

(8)

B'kunsiderazzjoni tal-kriterji stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 14(3) tad-Deċiżjoni ta' Delega 2012/678/UE, il-Kummissjoni fir-rapport tagħha kkonkludiet li r-rappreżentazzjoni ħażina tad-data ma kellha l-ebda impatt sinifikanti fuq il-funzjonament tal-governanza ekonomika msaħħa tal-Unjoni, minħabba l-impatt limitat fuq id-defiċit ta' Spanja kollu kemm hu. Barra minn hekk, dan jikkonkludi li r-rappurtar taċ-ċifri korretti li sar ftit wara l-pubblikazzjoni tad-data żbaljata dwar id-defiċit ta' Spanja f'April 2012, li permezz tiegħu r-reviżjoni tad-data dwar id-defiċit ta' Spanja setgħet issir xorta waħda fl-2012. Dawn l-elementi jiġġustifikaw li jitnaqqas l-ammont tal-multa.

(9)

Meta jitqiesu l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 14(3) tad-Deċiżjoni ta' Delega 2012/678/UE, il-Kummissjoni fir-rapport tagħha kkonkludiet li r-rappreżentazzjoni ħażina kienet ir-riżultat ta' negliġenza serja. Ma għandha tiġi applikata l-ebda modulazzjoni għall-ammont tal-multa f'dan ir-rigward.

(10)

Meta jitqiesu l-kriterji stabbiliti fil-punt (c) tal-Artikolu 14(3) tad-Deċiżjoni ta' Delega 2012/678/UE, il-Kummissjoni fir-rapport tagħha kkonkludiet li r-rappreżentazzjoni ħażina tad-data twettqet essenzjalment minn entità waħda fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika ta' Spanja. Dawn l-elementi jiġġustifikaw li jitnaqqas l-ammont tal-multa.

(11)

Meta jqis il-kriterji stabbiliti fil-punt (d) tal-Artikolu 14(3) tad-Deċiżjoni ta' Delega 2012/678/UE, il-Kummissjoni fir-rapport tagħha kkonkludiet li l-azzjonijiet rilevanti tal-Istat Membru li fuqhom tista tiġi bbażata multa, huma dawk li seħħew fil-perjodu mit-13 ta' Diċembru 2011, meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (UE) Nru 1173/2011, sakemm tnediet l-investigazzjoni, jiġifieri, fil-11 ta' Lulju 2014. Ikkonkludiet ukoll li d-data dwar id-defiċit irrappurtata ħażin ġiet korretta b'rabta mar-reviżjoni tan-notifika tal-EDP ta' Ottubru 2012. Ma għandha tiġi applikata l-ebda modulazzjoni għall-ammont tal-multa minħabba t-tul ta' żmien tar-rappreżentanza ħażina.

(12)

Meta jqis il-kriterji stabbiliti fil-punt (e) tal-Artikolu 14(3) tad-Deċiżjoni ta' Delega 2012/678/UE, il-Kummissjoni fir-rapport tagħha kkonkludiet li l-aworitajiet tal-istatistika Spanjoli u l-entitajiet kollha kkonċernati wrew livell għoli ta' kooperazzjoni matul l-investigazzjoni. Dawn l-elementi jiġġustifikaw li jitnaqqas l-ammont tal-multa.

(13)

Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkustanzi, il-multa li trid tiġi imposta fuq Spanja għandha tiġi stabbilita għal EUR 18,93 miljun,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ġiet imposta multa ta' EUR 18,93 miljun fuq Spanja għar-rappreżentazzjoni ħażina, minħabba negliġenza serja, tad-data dwar id-defiċit tal-gvern, kif stabbilit fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-investigazzjoni marbuta mal-manipulazzjoni tal-istatistika fi Spanja kif imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1173/2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. ETGEN


(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(2)  ĠU L 306, 6.11.2012, p. 21.


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1290

tat-23 ta' Lulju 2015

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' żejt raffinat miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 4961)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ġunju 2013, il-kumpanija Technology Crops International ressqet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed fis-suq żejt raffinat miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis bħala ingredjent tal-ikel ġdid.

(2)

Fis-6 ta' Jannar 2014, l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħarġet l-ewwel rapport tal-valutazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport, ikkonkludiet li ż-żejt raffinat miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis jissodisfa l-kriterji għal ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fil-21 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni għaddiet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Matul il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu xi oġġezzjonijiet motivati.

(5)

Fil-11 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), u talbitha tagħmel valutazzjoni dwar iż-żejt raffinat miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Fil-5 ta' Frar 2015, l-EFSA fis-“Scientific Opinion on the safety of refined Buglossoides oil as a novel food ingredient” (2) (l-Opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza taż-żejt raffinat tal-Buglossoides bħala ingredjent tal-ikel ġdid), ikkonkludiet li ż-żejt raffinat miż-żerriegħa ta' Buglossoides arvensis huwa sigur għall-użi u l-livelli ta' użu proposti.

(7)

Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) tistabbilixxi rekwiżiti dwar is-supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi rekwiżiti dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE (5) tistabbilixxi rekwiżiti għall-ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE (6) tistabbilixxi rekwiżiti dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni tal-enerġija għat-tnaqqis fil-piż. L-użu ta' żejt raffinat miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis għandu jkun awtorizzat mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta' dawk il-leġiżlazzjonijiet.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Iż-żejt raffinat miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis kif speċifikat fl-Anness I jista' jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjent tal-ikel ġdid għall-użi speċifikati u fil-livelli massimi stabbiliti fl-Anness II mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva 2002/46/KE, tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006, tad-Direttiva 1999/21/KE u tad-Direttiva 96/8/KE.

Artikolu 2

L-isem taż-żejt raffinat miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis awtorizzat b'din id-Deċiżjoni fuq it-tikketti tal-oġġetti tal-ikel li jkun fihom dan il-prodott għandu jkun “żejt raffinat tal-Buglossoides”.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Technology Crops International, 7996 North Point Blvd Winston Salem, NC 27106, USA.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2015; 13(2):4029.

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta' vitamini u minerali u ta' ċerti sustanzi oħra mal-ikel (ĠU L 404, 30.12.2006, p. 26).

(5)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar ikel dietetiku għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29).

(6)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni ta' enerġija għat-tnaqqis fil-piż (ĠU L 55, 6.3.1996, p. 22).


ANNESS I

SPEĊIFIKAZZJONI TA' ŻEJT RAFFINAT MIŻ-ŻERRIEGĦA TAL-BUGLOSSOIDES ARVENSIS

Deskrizzjoni: Iż-żejt raffinat tal-Buglossoides huwa estratt miż-żerriegħa tal-Buglossoides arvensis (L) I.M.Johnst.

Test

Speċifikazzjoni

Aċidu alfa-linoleniku

Mhux inqas minn 35 % w/w tal-aċidi grassi totali

Aċidu stearidoniku

Mhux inqas minn 15 % w/w tal-aċidi grassi totali

Aċidu linoleniku

Mhux inqas minn 8 % w/w tal-aċidi grassi totali

Aċidi xaħmin trans

Mhux aktar minn 2 % w/w tal-aċidi grassi totali

Valur aċiduż

Mhux iktar minn 0,6 mg KOH/g

Valur tal-perossidu

Mhux iktar minn 5 meq O2/kg

Kontenut ta' materjal insaponifikabbli

Mhux aktar minn 2 %

Kontenut ta' proteini (total ta' nitroġenu)

Mhux aktar minn 10 μg/ml

Alkalojde pirroliżidiniku

Mhux individwat b'limitu ta' detezzjoni ta' 4 μg/kg


ANNESS II

UŻI AWTORIZZATI TAŻ-ŻEJT RAFFINAT MIŻ-ŻERRIEGĦA TAL-BUGLOSSOIDES ARVENSIS

Kategorija tal-ikel

Livell massimu ta' aċidu stearidoniku

Prodotti tal-ħalib u analogi

250 mg/100 g;

75 mg/100 g għax-xarbiet

Ġobon u prodotti tal-ġobon

750 mg/100 g

Butir u emulsjonijiet oħra tax-xaħam u taż-żejt inklużi pejsts (mhux għat-tisjir jew għall-qali)

750 mg/100 g

Ċereali għall-kolazzjon

625 mg/100 g

Supplimenti tal-ikel kif definiti mid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra supplimenti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar

Doża ta' 500 mg/kuljum kif irrakkomandat mill-manifattur

Ikel tad-dieta għal skopijiet mediċi speċjali kif definiti mid-Direttiva 1999/21/KE, minbarra ikel tad-dieta għat-trabi u għat-tfal żgħar

Skont ir-rekwiżiti nutrizzjonali partikolari tal-persuni li għalihom il-prodotti huma maħsuba

Ikel maħsub għall-użu f'dieti ristretti mill-enerġija għat-tnaqqis fil-piż kif definit mid-Direttiva 96/8/KE

250 mg/sostitut tal-ikel


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/26


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1291

tat-23 ta' Lulju 2015

li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana ffermentati bil-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 4960)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Diċembru 2012, il-kumpanija Avitop GmbH talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Irlanda biex tqiegħed il-prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana ffermentati bil-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) fis-suq bħala ikel ġdid.

(2)

Fil-21 ta' Ġunju 2013, l-entità kompetenti tal-valutazzjoni tal-ikel tal-Irlanda ħarġet l-ewwel rapport ta' valutazzjoni tagħha. F'dak ir-rapport, hija waslet għall-konklużjoni li l-prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana ffermentati bil-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) jissodisfaw il-kriterji għall-ikel il-ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(3)

Fl-4 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(4)

Matul il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97, tqajmu xi oġġezzjonijiet motivati.

(5)

Fl-10 ta' April 2014, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA) u talbitha twettaq valutazzjoni tal-prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana ffermentati bil-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) bħala ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97.

(6)

Fl-10 ta' Diċembru 2014, l-EFSA adottat “Opinjoni xjentifika dwar is-sikurezza tal-”prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana ffermentati bil-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) “bħala ikel ġdid” (2), u kkonkludiet li dawk il-prodotti tal-ħalib huma sikuri.

(7)

F'din l-opinjoni jingħataw biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana ffermentati bil-batterju tat-tipBacteroides xylanisolvens (DSM 23964) bħala ikel ġdid jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana ffermentati bil-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) speċifikati fl-Anness jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala ikel ġdid f'forma likwida u semi-likwida u bħala trab imnixxef bl-atomizzazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-kumpanija Avitop GmbH, li tinsab fl-indirizz li ġej: Robert Rössle Str. 10, D-13125 Berlin, il-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  EFSA Journal 2015; 13(1):3956.


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONI TA' PRODOTTI TAL-ĦALIB ITTRATTATI BIS-SĦANA FFERMENTATI BIL-BATTERJU TAT-TIP BACTEROIDES XYLANISOLVENS (DSM 23964)

Definizzjoni

:

Il-prodotti tal-ħalib ittrattati bis-sħana u ffermentati jsiru billi għalihom jintuża l-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) bħala kultura li tibda l-fermentazzjoni.

Deskrizzjoni

:

Il-ħalib parzjalment xkumat (li jkollu bejn 1,5 % u 1,8 % xaħam) jew il-ħalib xkumat (li jkollu 0,5 % xaħam jew inqas) jiġi ppasturizzat jew ittrattat bis-sħana qabel ma tinbeda l-fermentazzjoni bil-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964). Il-prodott tal-ħalib iffermentat li jirriżulta minn dan il-proċess jiġi omoġenizzat u mbagħad ittrattat bis-sħana biex il-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) ma jibqax attiv. Il-prodott finali ma jkunx fih ċelloli vijabbli tal-batterju tat-tip Bacteroides xylanisolvens (DSM 23964) (1).


(1)  L-istandard DIN EN ISO 21528-2 modifikat.


Rettifika

28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/28


Rettifika tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 294 tal-10 ta' Ottubru 2014 )

F'paġna 18, Anness II, il-Parti 1:

flok:

“397

Didecyldimethylammonium chloride (DDAC)

IT

230-525-2

7173-51-5

x

x

x

x

 

x

 

x

 

x

x

x”,

 

 

 

 

 

 

aqra:

“397

Didecyldimethylammonium chloride (DDAC)

IT

230-525-2

7173-51-5

x

x

x

x

 

x

 

 

 

x

x

x”.

 

 

 

 

 

 

F'paġna 23, Anness II, il-Parti 1:

flok:

“673

Didecyldimethylammonium chloride (DDAC (C8-10))

IT

270-331-5

68424-95-3

x

x

x

x

 

x

 

 

 

x

x

x”,

 

 

 

 

 

 

aqra:

“673

Didecyldimethylammonium chloride (DDAC (C8-10))

IT

270-331-5

68424-95-3

x

x

x

x

x

x

 

 

 

x

x

x”.

 

 

 

 

 

 

F'paġna 23, Anness II, il-Parti 1:

flok:

“725

Alkyl (C12-C14) ethylbenzylammonium chloride (ADEBAC (C12-C14))

IT

287-090-7

85409-23-0

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x”,

aqra:

“725

Alkyl (C12-C14) dimethyl(ethylbenzyl)ammonium chloride (ADEBAC (C12-C14))

IT

287-090-7

85409-23-0

x

x

x

x

 

 

 

 

 

x

x

x

 

 

 

 

 

x”.

F'paġna 25, Anness II, il-Parti 1:

flok:

“952

Bacillus sphaericus 2362, strain ABTS-1743

IT

Mikroorganiżmu

143447-72-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x”,

 

 

 

aqra:

“952

Bacillus sphaericus

IT

Mikroorganiżmu

143447-72-7

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x”.

 

 

 

F'paġna 25, Anness II, il-Parti 1:

flok:

“955

Bacillus thuringiensis subsp. israelensis, strain SA3 A

IT

Mikroorganiżmu

Mhux applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x”,

 

 

 

aqra:

“955

Bacillus thuringiensis subsp. israelensis, Serotype H14

IT

Mikroorganiżmu

Mhux applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x”.

 

 

 

F'paġna 25, Anness II, il-Parti 1:

flok:

“1014

Żeolite tal-fidda

SE

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

x

 

x

x

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

849

3-Fenossibenżil(1R)-ċis,trans-2,2-dimetil-3-(2-metilprop-1-inil)ċiklopropankarbossilat (d-Fenotrin)

IE

Mhux applikabbli

188023-86-1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

x

 

 

 

931

Amines, N-C12-14(even numbered)-alkyltrimethylenedi-, reaction products with chloroacetic acid (Ampholyt 20)

IE

Mhux applikabbli

139734-65-9

 

x

x

x”,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aqra:

“1014

Żeolite tal-fidda

SE

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

 

x

 

x

x

 

x

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

931

Amines, N-C12-C14 (even-numbered)-alkyltrimethylenedi-, reaction products with chloroacetic acid (Ampholyt 20)

IE

Mhux applikabbli

139734-65-9

 

x

x

x”.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F'paġna 28, Anness II, il-Parti 1:

flok:

“868

Poli(eżametilinbigwanid)

FR

Polimer

91403-50-8

x

x

x

x

 

 

 

 

x

 

x”,

 

 

 

 

 

 

 

aqra:

“868

Poli(eżametilinbigwanid)

FR

Polimer

91403-50-8

x

x

x

x

x

x

 

 

x

 

x”.

 

 

 

 

 

 

 

F'paġna 29, l-Anness II, il-Parti 2:

flok:

“214

Klorur tal-miristalkonju (ara l-entrata 948)

 

205-352-0

139-08-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

227

2-thiazol-4-yl-1H-benzoimidazole (Thiabendazole)

ES

205-725-8

148-79-8

 

x

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

331

Didecyldimethylammonium bromide (ara l-entrata 949)

 

219-234-1

2390-68-3”,

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

aqra:

“214

Klorur tal-miristalkonju (ara l-entrata 948)

 

205-352-0

139-08-2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

331

Didecyldimethylammonium bromide (ara l-entrata 949)

 

219-234-1

2390-68-3”.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

F'paġna 34, l-Anness III, is-sitt ringiela:

flok:

“31.9.2023”,

aqra:

“30.9.2023”.


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/31


Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/960 tad-19 ta' Ġunju 2015 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 157 tat-23 ta' Ġunju 2015 )

F'paġna 12, Anness II, il-punt 5, tabella, it-tieni kolonna tal-intestatura:

flok:

“Żona

:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

(RED/1/2AB.)”

aqra:

“Żona

:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' I u II

(RED/1N2AB.)”.


28.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 198/31


Rettifika għar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 874/2012 tat-12 ta' Lulju 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat- tikkettar enerġetiku tal-bozoz tal-elettriku u l-unitajiet tat-tidwil

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 258 tas-26 ta' Settembru 2012 )

1.

F' paġna 2, fil-punt (g) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 1,

minflok:

“… elenkati fil-punti (a) sa (c).”

aqra:

“… elenkati fil-punti (a) sa (c) u (e).”.

2.

F' paġna 4, fil-punt (b)(ii) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 3,

minflok:

“'bozza”

aqra:

“unita' tat-tidwil”.

3.

F'paġna 20, fil-punt 2, “KALKOLU TAL-KONSUM TAL-ENERĠIJA” tal-ANNESS VII,

minflok:

Formula

aqra:

Formula