ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 196

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
24 ta' Lulju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet Nri 1/2014 sa 5/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014.

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1205 tat-23 ta' Lulju 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, b'rabta mal-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu ( 1 )

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1206 tat-23 ta' Lulju 2015 li jtemm il-proċediment antisussidji rigward l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1207 tat-23 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

7

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1208 tal-14 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/463/UE dwar l-approvazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għal Ċipru

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1209 tal-20 ta' Lulju 2015 li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1210 tal-20 ta' Lulju 2015 li taħtar membru Estonjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1211 tal-20 ta' Lulju 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Każakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

16

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1212 tal-20 ta' Lulju 2015 li taħtar membru Latvjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

18

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1213 tat-22 ta' Lulju 2015 li tawtorizza l-estensjoni tal-użi tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 4968)

19

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1214 tat-22 ta' Lulju 2015 li toħloq il-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu

23

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni [2015/1215]

26

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont Titolu X u l-Kodiċi ta' Kondotta għal membri ta' bordijiet u medjaturi [2015/1216]

38

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 li tadotta l-Lista ta' Membri tal-Bord [2015/1217]

51

 

*

Deċiżjoni Nru 4/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 li tadotta l-Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli [2015/1218]

55

 

*

Deċiżjoni Nru 5/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta’ Novembru 2014 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII tal-Ftehim [2015/1219]

59

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1204 tat-22 ta' Lulju 2015 dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali li hemm fil-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn ( ĠU L 195, 23.7.2015 )

67

 

*

Rettifika tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) ( ĠU L 343, 14.12.2012 )

67

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/1


Avviż dwar id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjonijiet Nri 1/2014 sa 5/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014.

 

Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tagħha u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu Uniku, id-Deċiżjoni 1 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Mejju 2015.

 

Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont it-Titolu X u l-Kodiċi ta' Kondotta għall-membri tal-bordijiet u l-medjaturi.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu Uniku, id-Deċiżjoni 2 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Mejju 2015.

 

Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 li tadotta l-Lista tal-Membri tal-Bord.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu Uniku, id-Deċiżjoni 3 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Mejju 2015.

 

Deċiżjoni Nru 4/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 li tadotta l-Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu Uniku, id-Deċiżjoni 4 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tidħol fis-seħħ fis-7 ta' Mejju 2015.

 

Id-Deċiżjoni Nru 5/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali tas-7 ta' Novembru 2014 dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII tal-Ftehim.

F'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu Uniku, id-Deċiżjoni 5 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni tidħol fis-seħħ fil-5 ta' Awwissu 2015.


REGOLAMENTI

24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/2


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1205

tat-23 ta' Lulju 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 743/2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem, b'rabta mal-perjodu tal-applikazzjoni tiegħu

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 (2) ġie adottat minħabba li l-awditi tas-servizz tal-awditjar tal-Kummissjoni, jiġifieri l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (“FVO”), identifikaw li t-Turkija għandha defiċjenzi fil-mod kif timplimenta l-kontrolli uffiċjali tal-produzzjoni tal-molluski bivalvi maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, u minħabba li l-Istati Membri rrappurtaw kunsinni mhux konformi ta' molluski bivalvi li oriġinaw mit-Turkija li ma kinux qed jissodisfaw l-istandards mikrobijoloġiċi tal-Unjoni.

(2)

L-awtoritajiet kompetenti Torok ippreżentaw l-informazzjoni dwar il-miżuri korrettivi li nbdew biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fis-sistema tal-kontroll għall-molluski bivalvi maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Madankollu, minħabba s-serjetà tan-nuqqasijiet identifikati fl-awditi tal-FVO, qabel ma jiġi kkunsidrat li jitneħħew il-miżuri, tenħtieġ verifika ta' segwitu mill-FVO. Barra minn hekk, l-Istati Membri rrappurtaw ċerti każijiet ta' nuqqas ta' konformità mikrobijoloġika tal-molluski bivalvi ppreżentati f'post ta' spezzjoni fil-fruntiera tad-dħul fl-Unjoni.

(3)

Għalhekk, il-limitu tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 743/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(4)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 743/2013, id-data “4 ta' Awwissu 2015” għandha tinbidel u ssir “31 ta' Diċembru 2016”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 743/2013 tal-31 ta' Lulju 2013 li jintroduċi miżuri ta' protezzjoni dwar l-importazzjonijiet tal-molluski bivalvi mit-Turkija intenzjonati għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 205, 1.8.2013, p. 1).


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1206

tat-23 ta' Lulju 2015

li jtemm il-proċediment antisussidji rigward l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li jħassar ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku antisussidji”), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 24 tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fl-14 ta' Awwissu 2014 il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika ta' bidu”), il-bidu ta' proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-proċediment antisussidji”).

(2)

Il-proċediment antisussidji nbeda wara lment imressaq fl-1 ta' Lulju 2014 minn Eurofer (“l-ilmentatur”) f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ.

(3)

L-ilment kien fih evidenza prima facie ta' sussidjar ta' dan il-prodott u ta' dannu materjali li jirriżulta minnu, li kienet ikkunsidrata biżżejjed biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta' proċediment.

(4)

Il-Kummissjoni uffiċjalment għarrfet lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufin oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufin fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”), lill-awtoritajiet tar-RPĊ, lill-importaturi, lill-fornituri u lill-utenti, u lin-negozjanti magħrufin, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet li kienet taf li huma kkonċernati, dwar il-bidu taż-żewġ investigazzjonijiet u stednithom jieħdu sehem. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fin-Notifika ta' bidu.

1.2.   Il-proċediment parallel tal-antidumping

(5)

Fis-26 ta' Ġunju 2014 il-Kummissjoni ħabbret permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) it-tnedija tal-proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan skont l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (4) (ir-Regolament bażiku antidumping).

(6)

Fl-24 ta' Marzu 2015 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/501 (5) li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan. L-investigazzjoni għadha għaddejja.

1.3.   Ir-Reġistrazzjoni

(7)

Wara talba mill-ilmentatur sostnuta bl-evidenza meħtieġa, fil-15 ta' Diċembru 2014 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 (6) li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni mis-17 ta' Diċembru 2014.

(8)

Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-finijiet tal-investigazzjoni parallela fuq l-antidumping intemmet mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/501. Ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-għan tal-proċediment antisussidji kompla.

2.   L-IRTIRAR TAL-ILMENT U T-TWAQQIF TAL-PROĊEDIMENT

(9)

Permezz ta' ittra tat-11 ta' Mejju 2015 indirizzata lill-Kummissjoni, l-ilmentatur formalment irtira l-ilment tiegħu.

(10)

Skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament bażiku antisussidji, meta l-ilmentatur jirtira l-ilment tiegħu, il-proċediment jista' jintemm sakemm tali tmiem ma jkunx kontra l-interess tal-Unjoni.

(11)

Il-Kummissjoni qieset li l-proċediment antisussidji attwali għandu jintemm peress li l-investigazzjoni rispettiva ma sabet ebda konsiderazzjonijiet li juru li dan it-tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mgħarrfa b'dan u ngħataw opportunità li jikkummentaw. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kummenti li setgħu iwasslu għall-konklużjoni li tali tmiem ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

(12)

Għaldaqstant il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjonita' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ, li joriġina fir-RPĊ għandu jintemm mingħajr l-impożizzjoni ta' miżuri,

3.   IT-TĦASSIR TAR-REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI (UE) Nru 1331/2014

(13)

Fid-dawl ta' dan li hawn fuq, ir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet għall-finijiet tal-investigazzjoni antisussidji skont l-Artikolu 24(5) tar-Regolament bażiku antisussidji għandha tieqaf hawn. Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 għandu jitħassar.

(14)

Dan ir-Regolament huwa konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-proċediment antisussidji li jikkonċerna l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7219 31 00 , 7219 32 10 , 7219 32 90 , 7219 33 10 , 7219 33 90 , 7219 34 10 , 7219 34 90 , 7219 35 10 , 7219 35 90 , 7220 20 21 , 7220 20 29 , 7220 20 41 , 7220 20 49 , 7220 20 81 u 7220 20 89 huwa b'dan mitmum.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1331/2014 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, i-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93.

(2)   ĠU C 267, 14.8.2014, p. 17.

(3)   ĠU C 196, 26.6.2014, p. 9.

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

(5)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/501 tal-24 ta' Marzu 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' prodotti tal-metall mgħattan mingħajr tisħin f'fuljetti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 79, 25.3.2015, p. 23).

(6)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1331/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jissottometti l-importazzjonijiet ta' prodotti ta' stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u mit-Tajwan għal reġistrazzjoni (ĠU L 359, 16.12.2014, p. 90).


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1207

tat-23 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

29,8

MA

159,2

MK

34,0

ZZ

74,3

0707 00 05

TR

137,2

ZZ

137,2

0709 93 10

AR

73,3

TR

117,4

ZZ

95,4

0805 50 10

AR

112,5

LB

87,7

UY

130,9

ZA

141,7

ZZ

118,2

0806 10 10

EG

228,7

MA

246,7

TN

174,9

TR

158,2

US

286,0

ZZ

218,9

0808 10 80

AR

188,3

BR

119,9

CH

142,8

CL

141,7

NZ

140,8

US

165,7

UY

170,5

ZA

122,4

ZZ

149,0

0808 30 90

AR

154,9

CL

148,2

NZ

159,3

ZA

121,5

ZZ

146,0

0809 10 00

TR

229,0

ZZ

229,0

0809 29 00

TR

237,5

ZZ

237,5

0809 30 10 , 0809 30 90

MK

55,9

TR

202,8

ZZ

129,4

0809 40 05

BA

60,5

IL

124,7

ZZ

92,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/10


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1208

tal-14 ta' Lulju 2015

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/463/UE dwar l-approvazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għal Ċipru

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) u (5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 japplika għal Stati Membri li diġà qed jirċievu assistenza finanzjarja, inklużi dawk mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES), fil-mument tad-dħul fis-seħħ tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 jistabbilixxi r-regoli għall-approvazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għall-Istati Membri li jirċievu għajnuna finanzjarja; jeħtieġ li dawk ir-regoli jkunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-MES.

(3)

Wara talba fil-25 ta' Ġunju 2012 minn Ċipru għal assistenza finanzjarja mill-MES, fil-25 ta' April 2013 il-Kunsill iddeċieda permezz tad-Deċiżjoni 2013/236/UE (2) li Ċipru kellu jimplimenta programm ta' aġġustament makroekonomiku b'mod rigoruż.

(4)

Fl-24 ta' April 2013, il-Bord tal-Gvernaturi tal-MES iddeċieda li jagħti, fil-prinċipju, sostenn ta' stabbiltà lil Ċipru u approva l-Memorandum ta' Qbil dwar il-Kondizzjonalità Speċifika tal-Politika Ekonomika u l-iffirmar tiegħu mill-Kummissjoni f'isem il-MES.

(5)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, il-programm ta' aġġustament makroekonomiku ġie adottat fil-forma ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (3). Għal raġunijiet ta' ċarezza ġuridika u ċertezza ġuridika, il-programm ġie adottat mill-ġdid abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 472/2013. Is-sustanza tal-programm baqgħet identika għal dik approvata bid-Deċiżjoni 2013/236/UE, iżda inkorporat ukoll ir-riżultati tar-rieżami magħmul skont l-Artikolu 1(2) ta' dik id-Deċiżjoni. Fl-istess ħin, id-Deċiżjoni 2013/236/UE ġiet imħassra.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/463/UE kienet diġà ġiet emendata bid-Deċiżjoni 2014/169/UE u d-Deċiżjoni 2014/919/UE. Fid-dawl tal-aħħar żviluppi, hija għandha tiġi emendata mill-ġdid.

(7)

F'konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/463/UE, il-Kummissjoni, flimkien mal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), għamlet is-sitt rieżami biex tevalwa l-progress fl-implimentazzjoni tal-miżuri miftiehma kif ukoll l-effikaċja u l-impatt ekonomiku u soċjali tagħhom. Bħala konsegwenza ta' dak ir-rieżami, għandu jsir tibdil fl-oqsma tar-riforma tas-settur finanzjarju, il-politika fiskali u r-riformi strutturali, li jirrifletti l-passi meħduda mill-awtoritajiet Ċiprijotti sal-ewwel kwart tal-2015, b'mod partikolari rigward: (i) il-kontinwazzjoni tal-monitoraġġ mill-qrib tas-sitwazzjoni ta' likwidità tas-settur bankarju; (ii) is-simplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni ta' kumpaniji tal-assigurazzjoni u fondi pensjonistiċi; (iii) miżuri ulterjuri ta' tisħiħ tal-ġestjoni tal-banek ta' self improduttiv u biex jiġu żgurati soluzzjonijiet sostenibbli ta' ristrutturar fuq terminu twil, inklużi miri għas-soluzzjoni ta' self improduttiv u studju tal-inadempjenza strateġika; (iv) is-sottomissjoni ta' proposta legali li tippermetti l-bejgħ ta' self; (v) il-preżentazzjoni ta' proposta legali li tiżgura t-trasferiment mingħajr dwemien ta' titoli ta' proprjetà maħruġin waqt li jkun hemm salvagwardja kontra l-abbuż; (iv) il-monitoraġġ fuq bażi kontinwa tal-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tal-oqfsa ta' insolvenza u foreclosure, filwaqt li jiġi żgurat li dawn jappoġġaw l-għanijiet u l-prinċipji tagħhom; (vii) sabiex tiġi riflessal-prestazzjoni fiskali fl-ewwel kwart tal-2015, reviżjoni tal-bilanċ primarju fil-mira tal-2015 għal surplus ta' mill-inqas EUR 264 miljun (1,5 % tal-PDG) u aġġustamenti ulterjuri għas-surplus primarju fil-mira għall-2016-2018, ukoll sabiex jibqa' f'konformità mal-perkors ta' aġġustament preskritt mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir; (viii) l-implimentazzjoni sħiħa ta' Sistema Nazzjonali tas-Saħħa (NHS) sal-2017; (ix) it-tlestija funzjonali tal-aġenzija ġdida tat-taxxa integrata bit-twaqqif ta' proċess ta' reġistrazzjoni uniku u bl-approvazzjoni ta' kodiċi ġdid ta' proċedura tat-taxxa; (x) l-adozzjoni ta' pjan għar-riforma tal-amministrazzjoni pubblika li jwassal għat-titjib tal-mekkaniżmu li jiffissa s-salarji, l-introduzzjoni ta' sistema ġdida ta' evalwazzjoni u promozzjoni tal-persunal u żieda fil-mobbiltà tal-persunal; (xi) il-konsolidament tal-benefiċċji tad-diżabbiltà u l-benefiċċji għall-istudenti; (xii) l-inklużjoni ta' rekwiżiti ulterjuri fir-regolamenti tas-suq tad-djar sabiex jiġi aċċellerat il-ħruġ ta' titoli ta' proprjetà; (xiii) it-tħejjija ta' studju bħala input għall-istrateġija nazzjonali tat-turiżmu, bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni għat-Tkabbir; u (xiv) l-għażla ta' reġim regolatorju għall-enerġija u l-organizzazzjoni tas-suq għall-enerġija u iktar progress fir-rijorganizzazzjoni permezz ta' riduzzjoni tal-Awtorità tal-Elettriku ta' Ċipru (EAC).

(8)

Matul l-implimentazzjoni tal-pakkett komprensiv ta' politika ta' Ċipru, il-Kummissjoni għandha tipprovdi konsulenza politika addizzjonali kif ukoll assistenza teknika f'oqsma speċifiċi. Stat Membru soġġett għal programm ta' aġġustament makroekonomiku li jkollu kapaċità amministrattiva insuffiċjenti jista' jfittex assistenza teknika mill-Kummissjoni, li tista' tikkostitwixxi, għal dak l-għan, gruppi ta' esperti.

(9)

L-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom ifittxu l-veduti, skont ir-regoli u l-prattika nazzjonali attwali, tas-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm ta' aġġustament makroekonomiku,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/463/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“5.   Bil-għan li tinkiseb lura s-sodezza tas-settur finanzjarju tiegħu, Ċipru għandu jkompli jimplimenta r-ristrutturar tas-settur bankarju u s-settur tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kooperattiv, ikompli jsaħħaħ is-sorveljanza u r-regolamentazzjoni, filwaqt li wkoll jieħu kont tar-rwol tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU), u jagħmel riforma tal-qafas ta' ristrutturar tad-dejn, filwaqt li jissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja.

Il-programm għandu jipprovdi għal dawn il-miżuri u riżultati:

(a)

li jiġi żgurat li s-sitwazzjoni ta' likwidità tas-settur bankarju tkun monitorata mill-qrib biss sakemm dan ikun strettament meħtieġ għall-mitigazzjoni ta' riskji serji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Il-pjanijiet rigward il-finanzjament u l-kapital tal-banek domestiċi li jiddependu fuq finanzjament mingħand il-bank ċentrali jew li jirċievu għajnuna mill-Istat għandhom jirriflettu b'mod realistiku d-deleveraging antiċipat fis-settur bankarju, u jnaqqsu d-dipendenza fuq is-self mill-bank ċentrali, filwaqt li jiġu evitati bejgħ urġenti bl-irħis ta' assi u kriżi tal-kreditu;

(b)

l-adattament tar-rekwiżiti ta' kapital minimu, filwaqt li jittieħed kont tal-parametri ta' valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ u l-valutazzjoni komprensiva;

(c)

li jsir provvediment sabiex banek b'defiċit ta' kapital jkunu jistgħu, jekk miżuri oħrajn ma jkunux suffiċjenti, jitolbu għajnuna għar-rikapitalizzazzjoni mill-Istat skont il-proċeduri ta' għajnuna mill-Istat. Il-banek bi pjanijiet ta' ristrutturazzjoni għandhom jirrapportaw dwar il-progress fl-implimentazzjoni tagħhom tal-pjanijiet;

(d)

li jiġi żgurat li r-reġistru ta' kreditu jkun operazzjonali bis-sħiħ;

(e)

filwaqt li jittieħed kont tar-rwol tal-MSU, li tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-qafas regolatorju fir-rigward tad-derivazzjoni tas-self, l-indeboliment tal-assi u l-forniment;

(f)

li jiġi żgurat li l-banek jikkomunikaw regolarment mal-awtoritajiet u mas-swieq fir-rigward tal-progress tagħhom fir-ristrutturar tal-operazzjonijiet tagħhom;

(g)

li tkun żgurata r-reviżjoni tad-direttiva għall-governanza, li tispeċifika, fost l-oħrajn, l-interazzjoni bejn l-unitajiet ta' verifika interna tal-banek u s-superviżuri tal-bank;

(h)

it-tisħiħ tal-governanza tal-banek, anke billi jiġi pprojbit is-self lil membri indipendenti tal-bord jew lil partijiet konnessi magħhom;

(i)

li tkun żgurata s-suffiċjenza tal-persunal u li jsiru l-emendi meħtieġa fid-dawl tar-responsabbiltà l-ġdida meħuda mill-Bank Ċentrali ta' Ċipru (CBC), b'mod partikolari għall-funzjonijiet superviżorji u ta' riżoluzzjoni, u t-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tas-Sett Uniku ta' Regoli, inklużi d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u d-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

(j)

is-simplifikazzjoni tar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-fondi pensjonistiċi;

(k)

it-tisħiħ tal-ġestjoni ta' self improduttiv, filwaqt li jittieħed kont tal-iżviluppi u l-iskedi ta' żmien tal-MSU. Dan b'mod partikolari jinkludi: il-monitoraġġ u l-pubblikazzjoni tal-miri ta' ristrutturar stabbiliti mis-CBC; miżuri li jippermettu lill-mutwanti jiksbu informazzjoni adegwata dwar is-sitwazzjoni finanzjarja tal-mutwatarji, u jitolbu, jiksbu u jitħallsu minn sekwestru ta' assi finanzjarji u introjti ta' mutwatarji delinkwenti; miżuri biex jiġi permess u ffaċilitat it-trasferiment mingħand mutwanti għal partijiet terzi ta' self eżistenti, flimkien mal-kollateral u l-garanziji kollha, mingħajr il-ħtieġa li jinkiseb il-kunsens tal-mutwatarju;

(l)

l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tiżgura t-trasferiment malajr ta' titoli emessi ta' proprjetà lil xerrejja ta' proprjetà filwaqt li jkun hemm salvagwardji kontra l-abbuż;

(m)

it-tnaqqis ta' restrizzjonijiet fuq il-qbid tal-kollateral, b'mod partikolari billi jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel u effikaċi tal-qafas rivedut tal-foreclosure; kontemporanjament ma' dan, ir-riforma komprensiva tal-proċeduri tal-insolvenza korporattiva u personali għandha tiġi implimentata u kkumplementata, inklużi kwalunkwe att amministrattiv u regolamenti addizzjonali meħtieġa. L-implimentazzjoni u l-prestazzjoni tal-qafas il-ġdid tal-insolvenza għandhom ikunu mmonitorati fuq bażi kontinwa sabiex jiġi żgurat li hu jappoġġa l-objettivi u l-prinċipji tiegħu, u jekk meħtieġ, jiġu proposti emendi. Barra minn hekk, sa kmieni fl-2016 għandu jsir rieżami komprensiv tal-qafas legali għar-ristrutturar tad-dejn tas-settur privat, bi pjan ta' azzjoni ta' modifiki għal dak il-qafas biex kwalunkwe defiċenzi li hemm jiġu korretti. Għandhom jiġu fformulati rakkomandazzjonjiet dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u r-Regoli tal-Qorti sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel u effettiv tal-liġi riveduta dwar il-foreclosure u l-qafas ġdid tal-insolvenza, filwaqt li jkollhom ukoll fil-mira t-tħaffif tal-pass tax-xogħol fil-qrati u t-tnaqqis tal-akkumulazzjoni tax-xogħol b'lura fil-qrati;

(n)

li jiġi żgurat li l-Grupp Kooperattiv jipprovdi għal implimentazzjoni tempestiva u sħiħa tal-pjan ta' ristrutturar miftiehem u jieħu aktar miżuri biex itejjeb il-kapaċità operazzjonali tiegħu, b'mod partikolari fl-oqsma tal-ġestjoni ta' arretrati, tas-Sistema tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni, tal-governanza, u tal-kapaċità tal-ġestjoni;

(o)

jitkompla t-tisħiħ ulterjuri tal-qafas kontra l-ħasil tal-flus u jiġi implimentat pjan ta' azzjoni li jiżgura l-applikazzjoni ta' prattiċi mtejba fir-rigward tad-diliġenza dovuta lejn il-klijent u tat-trasparenza tal-entitajiet, f'konformità mal-aħjar prattika.

(*1)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190)."

(*2)  Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149).”;"

(2)

Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7b.   Għall-politika fiskali fl-2017-18, l-awtoritajiet Ċiprijotti għandhom isegwu bilanċ ġenerali tal-gvern li jiżgura s-sostenibbiltà tad-dejn u li jkun konformi mal-perkors ta' aġġustament preskritt mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir.”;

(3)

Fil-paragrafu 8, il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(h)

riforma tal-amministrazzjoni pubblika biex jittejbu l-funzjonament u l-effikaċja tagħha, b'mod partikolari billi jiġi rivedut id-daqs u l-organizzazzjoni funzjonali tas-servizz pubbliku, billi jitjieb il-mekkaniżmu li jistabbilixxi l-pagi, jiġu introdotti sistemi ġodda ta' evalwazzjoni u promozzjoni tal-persunal u tiżidied il-mobbiltà tal-persunal sabiex ikun żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi governattivi u l-provvista ta' servizz ta' kwalità lill-popolazzjoni;”;

(4)

Il-paragrafi 12 u 13 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“12.   Ċipru għandu jiżgura li jitnaqqas l-ammont akkumulat ta' titoli ta' proprjetà li għandhom jinħarġu, u jissimplifika l-proċeduri sabiex jippermetti l-ħruġ rapidu u effiċjenti ta' ċertifikati immobbiljarji u titoli ta' proprjetà ġodda.

13.   Bħala parti mill-Pjan ta' Azzjoni għat-Tkabbir, Ċipru għandu jieħu inizjattivi sabiex isaħħaħ il-kompetittività tas-settur tat-turiżmu tiegħu, b'mod partikolari billi jimplementa l-pjan ta' azzjoni għas-settur tat-turiżmu, billi jidentifika l-impedimenti għall-kompetizzjoni fis-settur tat-turiżmu, billi jadotta strateġija nazzjonali ġdida għat-turiżmu, u billi jimplementa strateġija aeropolitika li tieħu kont tal-ftehimiet esterni tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni u tal-ftehimiet tal-Unjoni dwar l-avjazzjoni, filwaqt li jiżgura konnettività suffiċjenti bl-ajru.”;

(5)

Il-paragrafu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“16.   Ċipru għandu jimplementa l-Pjan ta' Azzjoni għat-Tkabbir b'konsiderazzjoni dovuta tar-riforma attwali tal-amministrazzjoni pubblika, ir-riforma fil-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, impenji oħra fil-programm ta' aġġustament makroekonomiku ta' Ċipru u inizjattivi rilevanti tal-Unjoni, b'kont meħud tal-Ftehim ta' Sħubija għall-implimentazzjoni tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment. Il-Pjan ta' Azzjoni għat-Tkabbir se jkun ikkoordinat u infurzat permezz ta' korp wieħed.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Ċipru.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

P. GRAMEGNA


(1)   ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/236/UE tal-25 ta' April 2013 indirizzata lil Ċipru dwar miżuri speċifiċi għall-kisba mill-ġdid ta' stabbiltà finanzjarja u tkabbir sostenibbli (ĠU L 141, 28.5.2013, p. 32).

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/463/UE tat-13 ta' Settembru 2013 dwar l-approvazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku għal Ċipru u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/236/UE (ĠU L 250, 20.9.2013, p. 40).


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1209

tal-20 ta' Lulju 2015

li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 286(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Renju tad-Danimarka,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fl-24 ta' Jannar 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/60/UE (1), li taħtar seba' membri tal-Qorti tal-Awdituri sat-28 ta' Frar 2018.

(2)

Fl-1 ta' Frar 2015 sar vakanti siġġu wara l-mewt tas-Sur Henrik OTBO.

(3)

Għalhekk għandu jinħatar membru ġdid biex iservi għall-bqija tal-mandat tas-Sur OTBO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Michelle JAKOBSEN hija b'dan maħtura membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2015 sat-28 ta' Frar 2018.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/60/UE tal-24 ta' Jannar 2012 li taħtar seba' membri tal-Qorti tal-Awdituri (ĠU L 30, 2.2.2012, p. 18).


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/15


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1210

tal-20 ta' Lulju 2015

li taħtar membru Estonjan fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Filwaqt li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Estonjan,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Toomas VITSUT sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

 

Is-Sur Kalev KALLO, Chairman of Tallinn City Council.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)   ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.

(3)   ĠU L 159, 25.6.2015, p. 70.


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1211

tal-20 ta' Lulju 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li se tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Każakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Jannar 1996, il-Gvern tar-Repubblika tal-Każakistan applika għall-adeżjoni mal-Ftehim ta' Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim ta' Marrakexx”), b'konformità mal-Artikolu XII ta' dan il-Ftehim.

(2)

Fis-6 ta' Frar 1996 ġie stabbilit grupp ta' Ħidma dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Każakistan sabiex jintlaħaq ftehim dwar it-termini ta' adeżjoni aċċettabbli għar-Repubblika tal-Każakistan u l-Membri kollha tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO).

(3)

Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, innegozjat sensiela komprensiva ta' impenji għall-ftuħ tas-suq min-naħa tar-Repubblika tal-Każakistan li jissodisfaw it-talbiet tal-Unjoni dwar tariffi, dażji fuq l-esportazzjoni u dwar kummerċ fis-servizzi.

(4)

Dawk l-impenji huma issa inkorporati fil-Protokoll ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Każakistan mad-WTO (“il-Protokoll tal-Adeżjoni”).

(5)

L-adeżjoni mad-WTO hija mistennija tagħmel kontribut pożittiv u dejjiemi għall-proċess ta' riforma ekonomika u għall-iżvilupp sostenibbli fir-Repubblika tal-Każakistan.

(6)

Il-Protokoll ta' Adeżjoni għandu għalhekk jiġi approvat.

(7)

L-Artikolu XII tal-Ftehim ta' Marakexx jiddisponi li għandu jintlaħaq ftehim dwar it-termini bejn l-Istat aderenti u d-WTO, u li l-Konferenza Ministerjali tad-WTO tapprova t-termini tal-adeżjoni min-naħa tad-WTO. L-Artikolu IV.2 ta' dak il-Ftehim li jipprevedi li matul l-intervalli bejn il-laqgħat tal-Konferenza Ministerjali, il-funzjonijiet tagħha għandhom jitwettqu mill-Kunsill Ġenerali tad-WTO.

(8)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li se tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tad-WTO dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Każakistan mad-WTO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li se tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Każakistan mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, hija li tapprova l-adeżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1212

tal-20 ta' Lulju 2015

li taħtar membru Latvjan fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Latvjan,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Armands KRAUZE, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Gustavs NORKĀRKLIS, biedrības “Latvijas Bioloģiskās lauksaimniecības asociācija” valdes priekšsēdētājs, huwa b'dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Lulju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/19


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1213

tat-22 ta' Lulju 2015

li tawtorizza l-estensjoni tal-użi tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 4968)

(It-testi bl-Olandiż u l-Franċiż biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

L-ispeċifikazzjoni tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. ġiet stabbilita u t-tqegħid tagħhom fis-suq ġie awtorizzat f'bosta ikel f'ċerti livelli massimi tal-użu bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/761/UE (2).

(2)

Fid-19 ta' Marzu 2014 il-kumpanija Kaneka Pharma Europe NV talbet lill-awtoritajiet kompetenti tal-Belġju biex testendi l-użi tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. bħala ingredjent alimentari ġdid.

(3)

Fis-6 ta' Awwissu 2014, il-korp kompetenti għall-valutazzjoni tal-ikel tal-Belġju ħareġ l-ewwel rapport ta' valutazzjoni tiegħu. Dak ir-rapport jikkonkludi li l-estensjoni tal-użu tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. tissodisfa l-kriterji tal-ikel ġdid stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97.

(4)

Fit-22 ta' Settembru 2014, il-Kummissjoni għaddiet ir-rapport ta' valutazzjoni inizjali lill-Istati Membri l-oħra.

(5)

Tul il-perjodu ta' 60 jum stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tqajmu xi oġġezzjonijiet motivati. Spjegazzjonijiet addizzjonali min-naħa tal-applikant ikkalmaw dan it-tħassib għas-sodisfazzjon tal-Istati Membri u l-Kummissjoni.

(6)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE (3) tistabbilixxi rekwiżiti għall-ikel dijetetiku għal skopijiet mediċi speċjali. Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE (4) tistabbilixxi rekwiżiti dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni tal-enerġija għat-tnaqqis fil-piż. L-użu tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' dawk il-leġiżlazzjonijiet.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. (minn issa 'l quddiem “Glavonoid”), kif speċifikat fl-Anness I, jistgħu jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni bħala ingredjenti tal-ikel ġdid għall-użi speċifikati fl-Anness II, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/8/KE u d-Direttiva 1999/21/KE.

Il-Glavonoid bħala tali ma jinbiegħx lill-konsumatur finali.

Artikolu 2

1.   Id-deżinjazzjoni tal-Glavonoid awtorizzat b'din id-Deċiżjoni, li trid tidher fuq it-tikketta tal-prodotti tal-ikel li fihom dan l-ingredjent, għandha tkun “flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L.”.

2.   Fuq it-tikketta ta' ikel li jkun fih il-prodott bħala ingredjent tal-ikel ġdid, għandu jkun hemm dikjarazzjoni li tindika li:

(a)

il-prodott ma għandux jittieħed min-nisa tqal jew li qed ireddgħu, mit-tfal u mill-adoloxxenti; u

(b)

persuni li jieħdu xi mediċina bir-riċetta għandhom jikkunsmaw il-prodott b'superviżjoni medika; u

(c)

ma għandux jiġi kkunsmat iktar minn 120 mg ta' Glavonoid kuljum.

3.   L-ammont ta' Glavonoid fil-prodott finali għandu jkun indikat fuq it-tikketta tal-ikel li jkun qiegħed fih.

4.   Ix-xorb li fih il-Glavonoid għandu jasal għand il-konsumatur finali f'porzjonijiet individwali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Kaneka Pharma Europe N.V. Triomflaan 173, 1160 Brussell, il-Belġju.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/761/UE tal-24 ta' Novembru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-flavonojdi mill-Glycyrrhiza glabra L. bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 313, 26.11.2011, p. 37)

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE tal-25 ta' Marzu 1999 dwar l-ikel dijetetiku għal skopijiet mediċi speċjali. (ĠU L 91, 7.4.1999, p. 29).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 96/8/KE tas-26 ta' Frar 1996 dwar ikel maħsub sabiex jintuża f'dieti ta' restrizzjoni tal-enerġija għat-tnaqqis fil-piż (ĠU L 55, 6.3.1996, p. 22).


ANNESS I

L-ISPEĊIFIKAZZJONIJIET TAL-GLAVONOID

Deskrizzjoni

Il-Glavonoid huwa estratt meħud mill-għeruq jew mir-riżoma tal-Glycyrrhiza glabra bl-estrazzjoni tal-etanol segwit minn estrazzjoni ulterjuri ta' dan l-estratt etanoliku bit-triliċeridi b'katina medja. Huwa likwidu ta' lewn kannella skur li jinkludi bejn 2,5 % u 3,5 % ta' glabridina.

Speċifikazzjonijiet

Parametru

 

Umdità

inqas minn 0,5 %

Irmied

inqas minn 0,1 %

Valur tal-perossidu

inqas minn 0,5 meq/kg

Glabridina

bejn 2,5 % u 3,5 % ta' xaħam

Aċidu gliċirriżiniku

inqas minn 0,005 %

Xaħam, inkluż is-sustanzi tat-tip polifenol

mhux anqas minn 99 %

Proteina

inqas minn 0,1 %

Karboidrati

mhux osservabbli


ANNESS II

L-UŻI AWTORIZZATI TAL-GVALONOID

Kategorija tal-ikel

Kontenut massimu ta' Glavonoid

Ikel maħsub għall-użu fid-dieti mmirati għal użu ristrett ta' enerġija u li huma intiżi għat-tnaqqis tal-piż (għal dawk il-prodotti biss li jiġu ppreżentati bħala sostitut tal-ikliet kollha ta' jum)

120 mg tal-konsm ta' kuljum

Ikel dijetetiku għal skopijiet mediċi speċjali

120 mg tal-konsm ta' kuljum


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/23


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1214

tat-22 ta' Lulju 2015

li toħloq il-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u tistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 — il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 15(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/1017 jagħti r-responsabbiltà lill-Kummissjoni li toħloq, bl-appoġġ tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment.

(2)

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment għandhom jiġu stabbiliti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Inħoloq il-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment (European Investment Project Portal, EIPP).

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu, kif stabbilit fl-Anness, ġew adottati.

Artikolu 2

L-inklużjoni tal-proġetti fl-EIPP tikkonforma ma' dawn il-kriterji ta' ammissjoni:

(a)

il-proġett (jew il-programm li jikkonsisti minn proġetti iżgħar) ikollu daqs minimu ta' EUR 10 miljun f'termini ta' investimenti meħtieġa;

(b)

il-proġett jaqa' taħt wieħed mis-setturi elenkati fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2015/1017;

(c)

il-promotur ikun entità ġuridika stabbilita fi Stat Membru;

(d)

il-proġett ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u l-liġi tal-Istat Membru rilevanti;

(e)

l-implimentazzjoni ta' proġett tkun mistennija li tibda fi żmien tliet snin mis-sottomissjoni lill-EIPP.

Artikolu 3

Tiġi imposta tariffa tal-ipproċessar tal-applikazzjoni ta' proġett sa massimu ta' EUR 250 għal kull proġett lill-promoturi ta' proġett privat.

Il-promoturi ta' proġett fis-settur pubbliku jkunu eżentati minn din it-tariffa.

Id-dħul mit-tariffi jagħti lok għall-provvediment ta' approprjazzjonijiet addizzjonali f'konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2015/1017.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


ANNESS

SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI TAL-PORTAL EWROPEW TA' PROĠETTI TA' INVESTIMENT (EIPP)

1.   DESKRIZZJONI ĠENERALI

L-EIPP, maħluq skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2015/1017, huwa portal web disponibbli pubblikament ta' proġetti ta' investiment fl-Unjoni li jaġixxi bħala pjattaforma sabiex jippromwovi l-proġetti għal investituri potenzjali mad-dinja kollha. L-għan prinċipali tal-EIPP (European Investment Project Portal) huwa li jkun katalist u jgħaġġel l-iżvilupp u r-riżultati tal-proġetti ta' investiment fl-Unjoni, u permezz ta' dan, jikkontribwixxi għal aktar impjiegi u tkabbir ekonomiku. Il-pubblikazzjoni ta' proġett fuq l-EIPP ma tikkostitwixxix l-approvazzjoni tiegħu mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-BEI u mhijiex kundizzjoni sabiex jirċievi appoġġ finanzjarju mill-Unjoni jew mill-(BEI). L-EIPP huwa mistenni jkun operattiv f'Jannar 2016.

Il-komponenti prinċipali tal-EIPP se jkunu:

(i)

bażi ta' dejta ta' skedi ta' proġetti (skeda ta' proġett hija sommarju strutturat informattiv dwar proġetti individwali tal-EIPP);

(ii)

mappa interattiva tal-proġett; u

(iii)

direttorju interattiv tal-proġett f'forma tabulari.

Il-proġetti fl-EIPP se jiġu ggruppati f'setturi li joriġinaw mill-objettivi u l-kategoriji tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2015/1017.

2.   MANIĠMENT TAL-EIPP U RELAZZJONIJIET MAL-PROMOTURI TAL-PROĠETT U MAL-UTENTI TAS-SIT WEB

L-EIPP se jkun immaniġġat mill-Kummissjoni Ewropea. L-Istati Membri jistgħu jikkontribwixxu għall-maniġment tiegħu. Il-kontenut tal-EIPP se jiġi ġġenerat mill-promoturi tal-proġett, jiġifieri minn entitajiet ġuridiċi privati u pubbliċi.

Il-parteċipazzjoni tal-promoturi tal-proġett u tal-utenti tas-sit web li jkunu rreġistrati mal-EIPP se jkunu soġġetti għall-aċċettazzjoni tagħhom tal-Patti u l-Kundizzjonijiet tal-EIPP li se jkollhom l-għan li jiżguraw il-kwalità tal-informazzjoni ppubblikata riċevuta mill-promoturi tal-proġett filwaqt li jagħmluha ċara li l-Kummissjoni Ewropea ma tagħtix garanzija dwar l-akkuratezza tal-informazzjoni ppubblikata u ma tista' tinżamm responsabbli għall-ebda pretensjoni bbażata fuq il-pubblikazzjoni tal-proġett.

Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà twissi lill-utenti tas-sit web li l-Kummissjoni Ewropea ma tistax tiggarantixxi l-akkuratezza tal-informazzjoni ppubblikata u li l-investituri potenzjali jkollhom iwettqu d-diliġenza dovuta proprja tagħhom, inkluż rigward aspetti finanzjarji u kull aspett ieħor rilevanti għad-deċiżjoni tagħhom dwar jekk għandhomx jinvestu fi proġett.

3.   SKRINJAR TAL-PROĠETT

Skrinjar tal-proġett jitwettaq mis-servizzi tal-Kummissjoni Ewropea abbażi tal-kriterji ta' ammissjoni stabbiliti fl-Artikolu 2 ta' din id-Deċiżjoni. L-Istati Membri se jiġu mistiedna jaħtru punt ta' kuntatt wieħed jew aktar u jiffirmaw ftehimiet dwar il-livell ta' servizz li jiddefinixxu l-kontribut tagħhom għall-iskopijiet tal-iskrinjar. Ir-rwol tal-BEI fil-promozzjoni tal-EIPP se jiġi stabbilit fil-ftehim dwar il-livell ta' servizz. Xi aspetti tekniċi tal-proċess ta' validazzjoni, bħall-verifika tal-identità tal-identità tal-promoturi tal-proġett, jistgħu jiġu esternalizzati lil partijiet terzi.

Il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni mibgħuta mill-promoturi tiġi miċħuda jekk l-informazzjoni ma tkunx preċiża jew jekk il-pubblikazzjoni tagħha tista' tinvolvi riskji legali jew reputazzjonali għall-Kummissjoni Ewropea jew għall-Istati Membri, jew għat-tnejn li huma. L-informazzjoni dwar il-proġetti titneħħa mill-EIPP jekk ma tiġix aġġornata għal tliet snin.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/26


TRADUZZJONI

DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI

tas-7 ta' Novembru 2014

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni [2015/1215]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 4, 5(2), 7(3) u 8(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 353(4), Parti IV tal-Ftehim dwar kwistjonijiet kummerċjali ilha applikata mill-1 ta' Awwissu 2013 man-Nikaragwa, il-Honduras u l-Panama, mill-1 ta' Ottubru 2013 ma' El Salvador u l-Costa Rica u mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala.

(2)

Sabiex isir kontribut lejn l-implimentazzjoni effettiva tal-Ftehim, għandu jiġi stabbilit il-qafas istituzzjonali tiegħu mill-aktar fis possibbli.

(3)

Minbarra kif speċifikat mod ieħor f'dan il-Ftehim, hu għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim u biex jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu stess kif ukoll dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u s-Sottokumitati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u s-Sottokumitati, kif jinsabu fl-Appendiċi A u B rispettivament, huma b'dan adottati.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi adottata permezz ta' proċedura bil-miktub. Hija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla għand is-Segretarjat ta' din id-Deċiżjoni debitament iffirmata mill-Partijiet kollha.

Magħmul f'San José, Costa Rica, fis-7 ta' Novembru 2014.

 


ANNESS A

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni li huwa stabbilit skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (il-“Ftehim”) għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim u jieħu responsabbiltà għall-implimentazzjoni ġenerali tal-Ftehim, kif ukoll kwalunkwe kwistjoni bilaterali, multilaterali jew internazzjonali oħra ta' interess komuni.

2.   Kif previst fl-Artikoli 5 u 345 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE u minn rappreżentanti ta' kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, f'livell ministerjali kif xieraq u għandhom jittieħdu f'konsiderazzjoni kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati fi kwalunkwe sessjoni. Fejn adatt u maqbul miż-żewġ partijiet, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' fil-livell ta' Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern.

3.   Skont l-Artikolu 345 tal-Ftehim, meta l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jwettaq esklussivament jew prinċipalment il-kompiti konferiti lilu f'Parti IV tal-Ftehim, għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE u l-Ministri ta' kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali b'responsabbiltà għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ.

4.   Kif previst fl-Artikolu 352(3) tal-Ftehim, ir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali għandhom jaġixxu kollettivament fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qafas istituzzjonali tal-Ftehim; l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jeħtieġu l-kunsens tagħhom.

5.   Referenza għall-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura hija skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 352 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun ippresedut b'mod alternanti għal perjodi ta' 12-il xahar mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u rappreżentant fil-livell ministerjali tal-Parti tal-Amerika Ċentrali. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' regolarment fuq perjodu ta' mhux aktar minn sentejn. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Kull sessjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tinżamm fejn xieraq u f'data miftiehma mill-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bi qbil mal-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

4.   F'każijiet eċċezzjonali, u jekk jaqblu ż-żewġ Partijiet, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' mezzi teknoloġiċi, bħal vidjokonferenza.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jiġu rrappreżentati f'każ li ma jkunux jistgħu jattendu. Jekk membru jixtieq li jiġi rrappreżentat b'dan il-mod, hu/hi għandu/ha j/tinnotifika lill-President bil-miktub, rigward l-isem tar-rappreżentant tiegħu/tagħha qabel il-laqgħa li fiha se j/tiġi rrappreżentat/a b'dan il-mod.

2.   Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jeżerċità d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President se jkun informat, permezz tas-Segretarjat, mill-formazzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista', bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden persuni li mhumiex membri sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti partikolari.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tal-Parti tal-Amerika Ċentrali għandhom flimkien iservu bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju jew tal-Parti tal-UE jew tar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, li min-naħa tagħhom jgħarrfu lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza tiġi trażmessa lill-President u, fejn xieraq, imqassma lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Is-Segretarjat għandu jibgħat il-korrispondenza lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, ir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-Ambaxxati tar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali stabbiliti fi Brussell, il-Belġju, b'kopja, kif applikabbli, lill-ministeri responsabbli għall-affarijiet barranin jew il-ministeri responsabbli għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ.

4.   Komunikazzjonijiet mill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jintbagħtu lid-destinatarji tas-Segretarjat u ċċirkulati, fejn meħtieġ, lill-membri l-oħra tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fl-indirizzi indikati fit-tielet paragrafu.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Meta Parti tissottometti lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni informazzjoni ddikjarata kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni f'konformità mal-proċedura deskritta fl-Artikolu 336(2) tal-Ftehim.

3.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Il-President għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi l-punti li fuqhom il-President irċieva talba sabiex jiżdiedu fuq l-aġenda mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Madankollu dawn il-punti m'għandhomx jinkitbu fl-aġenda proviżorja jekk ma tkunx intbagħtet id-dokumentazzjoni ta' sostenn għal dawk il-punti lis-Segretarji qabel id-data ta' dispaċċ tal-aġenda.

2.   L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt apparti dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

3.   Il-President jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis il-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt miż-żewġ Segretarji.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni;

(b)

id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu, u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-partijiet, bħal deċiżjonijiet adottati, id-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kwalunkwe konklużjoni, fost oħrajn.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Għandhom jiġu approvati fi żmien 45 jum kalendarju wara kull laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Wara l-approvazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u miż-żewġ Segretarji. Kopja ċċertifikata għandha tiġi mgħoddija lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet, li għandhom jiġu ffirmati mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali u mill-Parti tal-UE.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu wkoll deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Għal dan l-għan, it-test tal-proposta għandu jitqassam bil-miktub mill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-membri tiegħu skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih il-membri għandhom jgħarrfu r-riżervi jew l-emendi li jixtiequ jagħmlu. Ladarba t-test jiġi miftiehem, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandhom jiġu ffirmati b'mod indipendenti u suċċessivament mir-rappreżentanti tal-Parti tal-UE u kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali.

3.   L-atti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6 tal-Ftehim. Is-Segretarjat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jagħti numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha u għandha tiġi ffirmata mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali u mill-Parti tal-UE.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati miż-żewġ Segretarji.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu mgħoddija lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-regoli ta' Proċedura.

6.   Parti tista' tiddeċiedi li tordna l-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-Ispanjol u lingwa oħra mil-lingwi awtentiċi tal-Ftehim miftiehma mill-Partijiet.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 13

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri kwalunkwe spiża li tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ispanjol u l-lingwa uffiċjali l-oħra tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 14

Kumitat ta' Assoċjażżjoni

1.   Skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fil-qadi ta' dmirijietu mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Il-Kumitat għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE, minn naħa, u rappreżentanti tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra, fuq il-livell iddeterminat b'dan il-Ftehim.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni (1), jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn xieraq u, b'mod ġenerali, jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim. Għandu jqis kwalunkwe kwistjoni li titressaq quddiemu mingħand il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kwalunkwe kwistjoni li tista' tinqala' fl-andament tat-twettiq ta' kuljum tal-Ftehim. Huwa għandu jippreżenta proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għal approvazzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 7(4) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jagħti s-setgħa lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet f'ismu.

3.   F'każijiet fejn il-Ftehim jirreferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew possibbiltà ta' konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim komuni biex jikkonsultaw lil xulxin, din il-konsultazzjoni tista' ssir fi ħdan il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, ħlief fejn speċifikat mod ieħor fil-Ftehim. Il-konsultazzjoni tista' tkompli fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11.


(1)  Rigward Parti IV tal-Ftehim, din il-funzjoni għandha tiġi osservata mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Koordinaturi maħtura skont l-Artikolu 347 tal-Ftehim.


ANNESS B

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT U S-SOTTOKUMITATI TA' ASSOĊJAZZJONI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 7 tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra, (“il-Ftehim”) għandu jaqdi d-dmirijiet tiegħu kif provdut fil-Ftehim u jassumi r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ġenerali tal-Ftehim.

2.   Kif previst fl-Artikoli 7(1) u 346 tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Parti tal-UE u minn rappreżentanti ta' kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, f'livell uffiċjali għoli, li jkollu kompetenza fi kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati fi kwalunkwe sessjoni.

3.   Skont l-Artikolu 346 tal-Ftehim, meta l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jwettaq il-kompiti konferiti lilu f'Parti IV tal-Ftehim, għandu jkun kompost minn uffiċjali anzjani tal-Kummissjoni Ewropea u ta' kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali li jkollhom responsabbiltà għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Rappreżentant tal-Parti li tippresiedi l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha taġixxi bħala president.

4.   Kif previst fl-Artikolu 352(3) tal-Ftehim, ir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali għandhom jaġixxu kollettivament fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qafas istituzzjonali tal-Ftehim; l-adozzjoni ta' deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet għandhom jeħtieġu l-kunsens tagħhom.

5.   Referenza għall-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura hija skont id-definizzjoni prevista fl-Artikolu 352 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Parti tal-UE u l-Parti tal-Amerika Ċentrali għandhom iżommu l-Presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, alternatament, għal perjodu ta' 12-il xahar. Il-President għandu jkun Membru tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. L-ewwel perjodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' b'mod regolari, minn tal-inqas darba fis-sena. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat tal-Assoċjazzjoni għandha titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru miż-żewġ Partijiet. Is-sejħa għal-laqgħa għandha tinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni lill-Membri mhux aktar tard minn 28 jum qabel il-bidu tas-seduta sakemm ma jiftehmux mod ieħor il-Partijiet.

3.   Kull meta huwa possibbli, il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

4.   F'każijiet eċċezzjonali, u jekk jaqblu hekk iż-żewġ Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' mezzi teknoloġiċi li jkun hemm qbil dwarhom.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   Kull Parti għandha tinnotifika lill-Partijiet l-oħra l-lista tar-rappreżentanti tagħha fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni (il-“Membri”) għad-diversi kwistjonijiet li għandhom jiġu indirizzati. Il-lista se tiġi amministrata mis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Membru li jixtieq jiġi rrappreżentat minn rappreżentant alternattiv għal laqgħa partikolari għandu jinnotifika bil-miktub lill-Partijiet l-oħra tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni bl-isem tar-rappreżentant supplenti tiegħu jew tagħha qabel issir dik il-laqgħa. Ir-rappreżentant sostitut ta' Membru għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-Membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

Il-Membri tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn uffiċjali oħra. Qabel kull laqgħa, il-Partijiet se jkunu informati, permezz tas-Segretarjat, mill-formazzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jattendu kull laqgħa.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tal-Parti tal-UE u uffiċjal ta' Repubblika tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, li għandhom jalternaw skont il-linji gwida stabbiliti għal dak l-għan mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' xi waħda mill-Parti tal-UE jew tar-Repubblika tal-Parti tal-Amerika Ċentrali, li min-naħa tagħhom jgħarrfu lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tingħata lill-President tal-Kumitat u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

3.   Il-korrispondenza mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat u fejn xieraq tiġi ċċirkolata bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

Artikolu 8

Dokumenti

1.   Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkunu bbażati fuq dokumenti ta' sostenn bil-miktub, it-tali dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati mis-Segretarjat tal-Membri.

2.   Kull Segretarju għandu jkun responsabbli għaċ-ċirkulazzjoni tad-dokumenti lill-Membri adatti fin-naħa tiegħu jew tagħha fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u sistematikament għall-ikkupjar lis-Segretarju l-ieħor.

Artikolu 9

Kunfidenzjalità

1.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni m'għandhomx ikunu pubbliċi.

2.   Meta Parti tissottometti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, lis-Sottokumitati, lill-Gruppi ta' Ħidma jew kwalunkwe korp ieħor, informazzjoni ddikjarata bħala kunfidenzjali, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni f'konformità mal-proċedura deskritta fl-Artikolu 336(2) tal-Ftehim.

3.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 10

Aġendi għal-Laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat, flimkien mad-dokumenti rilevanti, lill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u l-Membri tiegħu mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 8 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura.

2.   L-aġenda proviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li s-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, flimkien mad-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti oħra li ma jkunux fuq l-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-sessjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, bi ftehim mal-Partijiet, jista' jistieden osservaturi jew esperti fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu l-informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi.

5.   Il-President tas-sessjoni tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', bi qbil mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jittieħed kont tar-rekwiżiti ta' xi każ partikolari.

Artikolu 11

Minuti

1.   Iż-żewġ Segretarji għandhom jiktbu b'mod konġunt abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa, normalment fi żmien 21 jum kalendarju minn mindu tispiċċa l-laqgħa.

2.   Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni;

(b)

id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu, u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-Partijiet, bħal deċiżjonijiet adottati, ir-rakkomandazzjonijiet magħmula u d-dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kwalunkwe konklużjoni fuq punti speċifiċi, fost oħrajn.

3.   Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-Membri jew tar-rappreżentanti sostituti tagħhom li jkunu ħadu sehem fil-laqgħa, lista tal-Membri tad-delegazzjonijiet li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa.

4.   Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub mill-Partijiet kollha fi żmien 28 jum kalendarju mid-data tal-laqgħa. Wara l-approvazzjoni, il-minuti għandhom jiġu ffirmati mill-President u miż-żewġ Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Kopja ċċertifikata għandha tiġi mgħoddija lil kull waħda mill-Partijiet.

5.   Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta pjan ta' azzjoni li jirrifletti l-azzjonijiet miftiehma matul il-laqgħa u l-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi riveduta fil-laqgħa segwenti.

Artikolu 12

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Fil-każijiet speċifiċi fejn il-Ftehim jagħti s-setgħa li jittieħdu deċiżjonijiet jew fejn tali setgħa kienet iddelegata lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet, li għandhom jiġu ffirmati mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali u mill-Parti tal-UE fil-laqgħat tiegħu.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir hekk. Għal dan l-għan, it-test tal-proposta għandu jitqassam bil-miktub mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni lill-Membri tiegħu skont l-Artikolu 8, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih il-Membri għandhom jgħarrfu r-riżervi jew l-emendi li jixtiequ jagħmlu. Ladarba t-test jiġi miftiehem, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandhom jiġu ffirmati b'mod indipendenti u suċċessivament mir-rappreżentanti tal-Parti tal-UE u kull waħda mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali.

3.   L-atti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni”. Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jagħti numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni u deskrizzjoni tas-suġġett għal kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni meħuda. Kull deċiżjoni għandha tipprevedi d-data tad-dħul fis-seħħ tagħha u għandha tiġi ffirmata mir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali u mill-Parti tal-UE.

Artikolu 13

Rapporti

Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirrapporta lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u Sottokumitati tiegħu, il-Gruppi ta' Ħidma u korpi oħra f'kull laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 14

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-Ispanjol u lingwa oħra mil-lingwi awtentiċi tal-Ftehim miftiehma mill-Partijiet.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'dawk il-lingwi.

Artikolu 15

Spejjeż

1.   Kull Parti għandha tkopri kwalunkwe spiża li tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ispanjol u l-lingwa uffiċjali l-oħra tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 14(1) ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra għandhom jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 16

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12.

Artikolu 17

Sottokumitati u Gruppi ta' Ħidma speċjalizzati

1.   Skont l-Artikolu 8(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf Sottokumitati jew Gruppi ta' Ħidma speċjalizzati minbarra dawk li hemm ipprovduti fil-Ftehim sabiex jgħinuh fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jtemm tali Sottokumitat jew Grupp ta' Ħidma, jew li jiddefinixxi jew jemenda t-termini ta' referenza tagħhom. Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, dawn is-sottokumitati għandhom jaħdmu taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, li lilu għandhom jirrappurtaw wara kull waħda mil-laqgħat tagħhom.

2.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Ftehim jew miftiehem fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, ir-regoli preżenti ta' proċeduri għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe Sottokumitat, Bord jew Grupp ta' Ħidma speċjalizzat, bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

kull Parti għandha tinnotifika bil-miktub lill-Partijiet l-oħra l-lista tal-parteċipanti tagħha f'dawn il-korpi u l-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jamministra dawn il-listi.

(b)

il-korrispondenza rilevanti kollha, id-dokumenti u l-komunikazzjonijiet bejn il-punti ta' kuntatt għandhom jintbagħtu wkoll lis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fl-istess ħin.

(c)

sakemm mhux provdut mod ieħor fil-Ftehim jew miftiehem mill-Partijiet, is-Sottokumitati, il-Bordijiet jew il-Gruppi ta' Ħidma għandhom biss ikollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet.


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/38


TRADUZZJONI

DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI

tas-7 ta' Novembru 2014

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont Titolu X u l-Kodiċi ta' Kondotta għal membri ta' bordijiet u medjaturi [2015/1216]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikoli 6(1), 319, 325 u 328, tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f'dan il-Ftehim.

(2)

Skont l-Artikolu 328(1), matul l-ewwel laqgħa tiegħu, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta regoli ta' proċedura kif ukoll kodiċi ta' kondotta, li jirregolaw is-soluzzjoni ta' tilwim skont Titolu X tal-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Ir-Regoli tal-Proċedura li jirregolaw is-Soluzzjoni ta' Tilwim skont Titolu X tal-Ftehim u l-Kodiċi ta' Kondotta għal membri ta' bordijiet u medjaturi, kif stabbilit fl-Annessi A u B rispettivament, huma b'dan adottati.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi adottata permezz ta' proċedura bil-miktub. Hija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla għand is-Segretarjat ta' din id-Deċiżjoni debitament iffirmata mill-Partijiet kollha.

Magħmul f'San José, Costa Rica, fis-7 ta' Novembru 2014.

 


ANNESS A

REGOLI TA' PROĊEDURA LI JIRREGOLAW IL-PROĊEDURI TA' SOLUZZJONI TA' TILWIM SKONT TITOLU X TAL-FTEHIM

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Kull referenza magħmula f'dawn ir-Regoli għal Artikolu jew Titolu hija referenza għal jew l-Artikolu adattat fil-Ftehim, jew it-Titolu X dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Ftehim fl-intier tiegħu.

2.

Għall-finijiet tat-Titolu u skont dawn ir-Regoli, it-termini li ġejjin għandhom jinftiehmu bħala:

(a)   “kunsillier”: persuna miżmuma jew maħtura minn Parti biex tagħti pariri jew tassisti lil dik il-Parti b'konnessjoni mal-proċedimenti tal-Bord;

(b)   “Ftehim”: il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra;

(c)   “assistent”: persuna li, taħt it-termini ta' ħatra ta' membru tal-Bord, jew il-Bord, iwettaq riċerka jew jipprovdi għajnuna lill-membru tal-Bord jew lill-Bord; għall-fini ta' tilwim;

(d)   “Parti kwerelant”: Parti li titlob it-twaqqif ta' Bord taħt l-Artikolu 311, li jista' jkun kompost minn Repubblika waħda jew aktar tal-Parti tal-Amerika Ċentrali;

(e)   “jum”: jum kalendarju;

(f)   “il-Partijiet litiganti”: il-Parti li qed tqajjem it-tilwima u l-Parti li t-tilwima tkun tressqet kontriha;

(g)   “il-Parti litiganti”: il-Parti li qed tqajjem it-tilwima jew il-Parti li t-tilwima tkun tressqet kontriha;

(h)   “btala legali”: is-Sibtijiet u l-Ħdud, kif ukoll kull jum ieħor uffiċjalment stabbilit minn Parti bħala vaganza legali (1);

(i)   “Bord”: Bord stabbilit taħt l-Artikolu 312;

(j)   “membru ta' Bord”: membru ta' Bord stabbilit taħt l-Artikolu 312;

(k)   “Parti konvenuta”: kull Parti li allegatament tkun qed tikser id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 309, li tista' tkun magħmula minn Repubblika waħda jew aktar tal-Parti tal-Amerika Ċentrali;

(l)   “rappreżentant ta' Parti”: impjegat jew kull persuna maħtura minn dipartiment tal-gvern jew aġenzija jew kull entità pubblika oħra ta' Parti.

3.

Il-Parti konvenuta għandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwim, b'mod partikolari l-organizzazzjoni tas-smigħ tal-każ, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor. Madankollu, il-partijiet litiganti għandhom jaqsmu l-ispejjeż li jirriżultaw minn kwistjonijiet organizzattivi, inklużi l-ispejjeż tal-membri tal-Bord kif ukoll traduzzjoni relatata.

SOTTOMISSJONI TA' DOKUMENTI, NOTIFIKI U KOMUNIKAZZJONIJIET OĦRA

4.

Il-Partijiet litiganti u l-Bord għandhom jibagħtu kull talba, avviż, sottomissjoni bil-miktub jew kull dokument ieħor b'kunsinna b'irċevuta, posta reġistrata, kurrier, fax, telex, telegramma, posta elettronika, links tal-Internet jew kwalunkwe mezz ieħor ta' telekomunikazzjoni li jipprovdi evidenza li dawn ikunu ntbagħtu. Fir-rigward tal-Parti li tippreżenta d-dokument, id-data tal-konsenja għandha tkun id-data indikata fir-reġistru tad-dispaċċ. Fir-rigward tal-Parti li tirċievi d-dokument, id-data tal-konsenja għandha tkun id-data indikata fir-reġistru tal-wasla tad-dokument. Il-ħin li jgħaddi bejn id-data ta' twassil tad-dokument u l-wasla effettiva tiegħu m'għandhiex titqies fil-kalkolu ta' perjodi ta' żmien proċedurali.

5.

Parti litiganti għandha tipprovdi simultanjament kopja ta' kull sottomissjoni bil-miktub lill-Parti litiganti l-oħra fl-uffiċċju indikat fir-Regola 67 u lil kull wieħed mill-membri tal-Bord. Għandha tiġi pprovduta wkoll kopja tad-dokument f'format elettroniku. Bl-istess mod, il-Partijiet litiganti u l-Bord fejn indikat fit-Titolu għandhom jipprovdu kopja tas-sottomissjonijiet lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

6.

In-notifiki kollha magħmula mill-Bord għandhom ikunu indirizzati lejn l-uffiċċji rilevanti tal-Partijiet fil-proċedura.

7.

Żbalji żgħar ta' natura klerikali li jsiru fi kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċeduri tal-Bord jistgħu jitranġaw permezz tal-kunsinna ta' dokument ġdid li jindika l-bidliet b'mod ċar.

8.

Jekk l-aħħar jum għall-kunsinna ta' dokument jaħbat jum ta' jum ta' vaganza tal-Qrati ta' Parti sehem fil-proċedura, jew jekk l-uffiċċju rilevanti huwa magħluq f'dak il-jum minħabba force majeure, id-dokument jista' jkun ikkunsinnat fil-jum tan-negozju li jkun imiss għal dik il-Parti.

BIDU TA' PROĊEDURA TAL-BORD

9.

Ladarba membru tal-Bord jiġi maħtur skont l-Artikolu 312, il-membru maħtur għandu jkollu 10 ijiem biex jaċċetta din il-ħatra. L-aċċettazzjoni tal-membru għandu jkollha magħha Dikjarazzjoni Inizjali stabbilita fil-Kodiċi ta' Kondotta.

10.

Sakemm il-Partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, individwi li aġixxew fil-kapaċità ta' medjatur jew kwalunkwe funzjoni oħra ta' soluzzjoni ta' tilwim ma jistgħux iservu bħala membri tal-Bord f'tilwim sussegwenti dwar l-istess suġġett.

11.

Sakemm il-Partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, dawn għandhom jikkomunikaw ma' jew jiltaqgħu mal-Bord fi żmien 7 ijiem mill-istabbiliment tiegħu skont l-Artikolu 312 (6) sabiex ikunu determinati tali materji li l-Partijiet litiganti jew il-Bord iqisu xierqa, li jinkludu iżda mhux limitati għar-rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-membri tal-Bord u individwi oħra kif stabbilit skont ir-Regoli 63, 64 u 65.

SOTTOMISSJONIJIET INIZJALI

12.

Il-Parti li tressaq l-ilment għandha tagħti s-sottomissjoni inizjali tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara t-twaqqif tal-Bord. Il-Parti li tressaq l-ilment għandha tagħti l-kontrosottomissjoni tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tat-twassil tas-sottomissjoni bil-miktub inizjali.

ĦIDMA TAL-BORDIJIET

13.

Il-Bord għandu jistabbilixxi skeda ta' ħidma tiegħu li tippermetti l-Partijiet litiganti żmien adegwat li jikkonformaw mal-passi kollha tal-proċedimenti. L-iskeda ta' ħidma għandha tistabbilixxi dati preċiżi u perjodi ta' żmien għas-sottomissjoni tal-komunikazzjonijiet rilevanti kollha, is-sottomissjonijiet u dokumenti oħra kif ukoll għal kwalunkwe seduta tal-Bord. Il-Bord jista' jimmodifika, soġġett għar-Regola 19, l-iskeda ta' xogħol b'inizjattiva tiegħu stess jew wara konsultazzjoni mal-Partijiet, u fi kwalunkwe każ għandu minnufih jinnotifika lill-partijiet litiganti b'kull modifika fl-iskeda ta' ħidma.

14.

Il-president tal-Bord għandu jippresjedi fil-laqgħat kollha tal-Bord. Bord jista' jiddelega l-awtorità lill-president biex jieħu deċiżjonijiet amministrattivi u proċedurali.

15.

Il-Bord jista' jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkuż bit-telefown, trażmissjonijiet bil-fax, posta rreġistrata, kurrier, telex, telegramma, posta elettronika, vidjokonferenza jew links tal-Internet, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fil-Parti IV tal-Ftehim jew x'imkien ieħor. Meta jiddeċiedi liema mezzi juża, il-Bord għandu jiżgura li l-mezzi ma jnaqqsux id-dritt ta' Parti milli tipparteċipa bis-sħiħ u b'mod effettiv fil-proċeduri.

16.

Membri tal-Bord biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-Bord. Madankollu, il-Bord jista' jippermetti lill-assistenti tiegħu, interpreti jew tradutturi biex ikunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu.

17.

L-adozzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni proċedurali, inkluż id-deċiżjoni tal-Bord dwar is-suġġett, għandha tibqa' r-responsabbiltà esklużiva tal-Bord u ma tistax tiġi delegata.

18.

Meta tqum xi kwistjoni proċedurali li mhix koperta mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu jew f'dawn ir-Regoli, Bord jista' jadotta għal dik it-tilwima partikolari kwalunkwe proċedura xierqa kompatibbli ma' dawk id-dispożizzjonijiet

19.

Meta l-Bord iqis li hemm il-ħtieġa li jimmodifika xi limitu taż-żmien applikabbli fil-proċedimenti jew li jagħmel kwalunkwe aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, huwa għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet litiganti bir-raġunijiet għall-bidla jew l-aġġustament u bil-perjodu jew aġġustament meħtieġ. Il-perjodi ta' żmien tal-Artikolu 317 (3) m'għandhomx jiġu modifikati, sakemm ma jkunux japplikaw ċirkostanzi straordinarji.

SOSTITUZZJONI

20.

Jekk membru tal-Bord ma jkunx jista' jipparteċipa fil-proċediment, jirtira ruħu jew ikollu jinbidel, għandu jintgħażel sostitut b'konformità mal-Artikolu 312.

21.

Fejn waħda mill-partijiet litiganti jidhrilha li membru tal-Bord qiegħed jikser il-Kodiċi ta' Kondotta jew ma jissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325, u għaldaqstant għandu jiġi sostitwit, din il-Parti tista' titlob it-tneħħija tal-membru tal-Bord billi tinnotifika lill-parti litiganti l-oħra bil-miktub fi żmien 10 ijiem minn meta tkun saret taf biċ-ċirkustanzi li bihom ikun qed jikser il-Kodiċi ta' Kondotta l-membru tal-Bord.

22.

Fejn Parti litiganti tqis li membru apparti l-president qed jikser il-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet litiganti għandhom, fi żmien 10 ijiem, jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jissostitwixxu l-membru tal-Bord u jagħżlu sostitut skont l-Artikolu 312.

Jekk il-Partijiet litiganti jonqsu milli jaqblu dwar il-bżonn li jinbidel membru tal-bord, kwalunkwe Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tal-Bord, u d-deċiżjoni tiegħu tkun waħda finali.

Jekk il-president jikkonkludi li membru tal-Bord ikun qed jikser il-Kodiċi ta' Kondotta, għandu jintgħażel sostitut. L-għażla tas-sostitut għandha titwettaq b'mod konformi mal-paragrafu rilevanti tal-Artikolu 312, li abbażi tiegħu membru tal-Bord li se jiġi sostitwit kien inizjalment magħżul. Għażla assenti ta' sostituzzjoni b'mod konformi mal-paragrafu rilevanti tal-Artikolu 312 fi żmien 10 ijiem mill-komunikazzjoni tal-president lill-partijiet rigward ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta minn membru tal-Bord, il-President għandu jagħżel membru ġdid. Din l-għażla għandha ssir fi żmien 5 ijiem u għandha tkun ikkomunikata mill-ewwel lill-Partijiet litiganti.

23.

Fejn Parti litiganti tqis li l-president tal-Bord qed jikser il-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet litiganti għandhom, fi żmien 10 ijiem, jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jissostitwixxu l-president u jagħżlu sostitut skont l-Artikolu 312.

Jekk il-Partijiet litiganti jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jibdlu l-president, kwalunkwe Parti litiganti tista' titlob li tali kwistjoni tkun irriferuta lil wieħed mill-individwi magħżula sabiex jaġixxu bħala presidenti taħt l-Artikolu 325 (1) tat-Titolu. Ismu jew isimha għandu jittella' bix-xorti, mhux aktar tard minn 5 ijiem mid-data tat-talba, fil-preżenza tal-partijiet jekk jagħżlu hekk, mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jew mid-delegat tal-president. Id-deċiżjoni dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president għandha tkun waħda finali.

Jekk din il-persuna tikkonkludi li l-president oriġinali kiser il-Kodiċi tal-Kondotta, hija għandha tagħżel president ġdid bix-xorti minn fost dawk li jkun għad fadal fost il-ġabra ta' individwi msemmija fl-Artikolu 325 (1) ta' dan it-Titolu. Din l-għażla għandha ssir fil-preżenza tal-Partijiet litiganti jekk jagħżlu hekk u għandha ssir fi żmien 5 ijiem mid-data tal-lott imsemmija fil-paragrafu ta' qabel.

24.

Kwalunkwe membru maħsub li jinsab fi ksur tal-Kodiċi ta' Kondotta jista' wkoll jirriżenja, mingħajr ma din ir-riżenja timplika l-aċċettazzjoni tal-validità tar-raġunijiet li ffurmaw il-bażi ta' talba ta' sostituzzjoni.

25.

Mal-ħatra tas-sostitut, il-Bord għandu jiddeċiedi b'diskrezzjoni kompletament tiegħu, jekk is-seduti kollha jew parti minnhom għandhomx jiġu ripetuti.

26.

Il-proċedimenti tal-Bord għandhom jiġu sospiżi matul il-perjodu ta' żmien li jittieħed sabiex jitwettqu l-proċeduri previsti fir-Regoli 20, 21, 22, 23 u 24.

SEDUTI

27.

Il-president għandu jistabbilixxi data, post u ħin tas-seduta f'konsultazzjoni (2) mal-Partijiet litiganti u l-membri l-oħra tal-Bord, u għandu jikkonferma dan bil-miktub lill-Partijiet litiganti. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament ukoll mill-Parti litiganti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti sakemm is-seduta ma tkunx magħluqa għall-pubbliku. Sakemm ma jkunx hemm Parti litiganti li ma taqbilx, il-Bord jista' jiddeċiedi li ma jlaqqax is-seduta.

28.

Sakemm il-Partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, is-seduta għandha ssir fi Brussell jekk il-Parti li dwarha jkun sar l-ilment tkun l-Unjoni Ewropea jew il-kapitali tal-Amerika Ċentrali rilevanti jekk il-Parti li dwarha jkun sar l-ilment tkun Repubblika tal-Parti tal-Amerika Ċentrali.

29.

Il-Bord jista' jitlob li jkun hemm aktar minn seduta waħda jekk il-Partijiet litiganti jaqblu dwar dan.

30.

Il-membri tal-bord kollha għandhom ikunu preżenti mill-bidu sat-tmiem ta' kull seduta sabiex tkun żgurata soluzzjoni effettiva tat-tilwim u l-validità tal-azzjonijiet, deċiżjonijiet u sentenzi tal-bord.

31.

Il-persuni li ġejjin jistgħu jattendu għas-seduta, irrispettivament minn jekk is-seduta hijiex magħluqa għall-pubbliku jew le:

(a)

rappreżentanti tal-Partijiet litiganti;

(b)

konsulenti tal-Partijiet litiganti;

(c)

persunal amministrattiv, interpreti, tradutturi u relaturi tal-qorti; kif ukoll

(d)

assistenti tal-membri tal-Bord.

Ir-rappreżentanti u l-konsulenti tal-Partijiet litiganti biss jistgħu jindirizzaw lill-Bord.

32.

Mhux aktar tard minn 5 ijiem qabel id-data ta' seduta, kull Parti litiganti għandha tagħti lill-Bord lista tal-ismijiet tal-persuni li jkunu se jitkellmu fis-seduta f'isem dik il-Parti u ta' rappreżentanti jew konsulenti oħra li jkunu se jattendu s-seduta. Il-Partijiet litiganti m'għandhomx jinkludu fid-delegazzjonijiet tagħhom, persuni li direttament jew indirettament ikollhom interess finanzjarju jew personali fil-kwistjoni. Il-Partijiet litiganti jistgħu joġġezzjonaw għall-preżenza ta' kwalunkwe persuna msemmija hawn fuq, filwaqt li jagħtu r-raġunijiet għal tali oġġezzjoni. Il-kwistjoni tal-oġġezzjoni għandha tiġi deċiża mill-Bord fil-bidu ta' kull seduta.

33.

Is-seduti tal-Bordijiet għandhom ikunu miftuħin għall-pubbliku, sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux li s-seduta għandha tkun parzjalment jew kompletament magħluqa għall-pubbliku. Madankollu, il-Bord għandu jiltaqa' f'seduta magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta' xi Parti litiganti jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali, li tinkludi iżda mhux limitata għal informazzjoni kummerċjali.

34.

Il-Bord għandu jmexxi s-seduta b'dan il-mod, filwaqt li jiżgura li l-Parti li qed tressaq l-ilment u l-Parti li qed isir l-ilment kontriha jingħataw l-istess ħin:

 

L-Argument

(a)

l-argument tal-Parti li tressaq l-ilment

(b)

l-argument tal-Parti li sar l-ilment dwarha

 

Il-Kontroargument

(a)

kontroargument

(b)

oppożizzjoni

35.

Il-Bord jista' jindirizza direttament mistoqsijiet liż-żewġ Partijiet litiganti fi kwalunkwe ħin matul is-seduta.

36.

Il-Bord għandu jagħmel arranġamenti għal traskrizzjoni ta' kull seduta ppreparata u kkomunikata minnufih lill-Partijiet litiganti.

37.

Kull Parti litiganti tista' tagħti sottomissjoni supplimentari bil-miktub rigward kwalunkwe kwistjoni li tkun qamet matul is-seduta fi żmien 10 ijiem mid-data finali tas-seduta.

MISTOQSIJIET BIL-MIKTUB

38.

Il-Bord jista' fi kwalunkwe ħin matul il-proċedimenti jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil Parti waħda jew lit-tnejn li huma. Kull waħda mill-Partijiet litiganti għandha tirċievi kopja ta' kwalunkwe mistoqsija mill-Bord.

39.

Parti litiganti għandha fl-istess waqt tipprovdi kopja tat-tweġiba tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet tal-Bord lill-Parti litiganti l-oħra. Kull Parti litiganti għandha tingħata l-opportunità li tipprovdi l-kummenti tagħha bil-miktub għat-tweġibiet mogħtija mill-Parti litiganti l-oħra sa 5 ijiem mill-kunsinna.

EVIDENZA

40.

Il-Partijiet litiganti għandhom, kemm jista' jkun, jippreżentaw evidenza fis-sottomissjoni bil-miktub inizjali u kontra sottomissjoni bil-miktub b'appoġġ għall-argumenti li saru fiha. Il-Partijiet litiganti jistgħu wkoll jissottomettu evidenza addizzjonali biex jappoġġjaw l-argumenti mressqa f'sottomissjonijiet ta' kontroargument u ta' oppożizzjoni. Eċċezzjonalment, il-partijiet litiganti jistgħu jissottomettu evidenza addizzjonali fejn tali evidenza ssir disponibbli biss jew tiġi għall-attenzjoni ta' Partijiet litiganti wara l-iskambju ta' sottomissjonijiet bil-miktub jew fejn il-Bord iqis tali evidenza pertinenti u jipprovdi lill-Parti litiganti l-oħra bl-opportunità biex tikkummenta dwar dan.

KUNFIDENZJALITÀ

41.

Il-Partijiet litiganti u l-konsulenti tagħhom għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduta tal-Bord meta s-seduta issir kompletament jew parzjalment f'sessjonijiet fil-magħluq, b'konformità mar-Regola 33. Kull Parti litiganti u l-konsulenti tagħha għandhom iqisu bħala kunfidenzjali kull informazzjoni mressqa mill-Parti litiganti l-oħra lill-Bord li dik il-Parti litiganti tkun iddefiniet bħala kunfidenzjali. Meta Parti litiganti tissottometti verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet bil-miktub lill-Bord, trid ukoll, fuq talba tal-Parti litiganti l-oħra, tipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni misjuba fis-sottomissjonijiet li jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mhux aktar tard minn 15-il ġurnata wara li tkun saret it-talba jew is-sottomissjoni, liema minnhom tkun l-aktar tard. Xejn f'dawn ir-Regoli ma jżomm lil xi Parti milli tiżvela lill-pubbliku stqarrijiet dwar il-pożizzjonijiet tagħha nfisha sakemm dawn ma jinkludux tagħrif kummerċjali kunfidenzjali.

KUNTATTI EX PARTE

42.

Il-Bord m'għandux jikkuntattja jew jiltaqa' ma' Parti litiganti fl-assenza tal-Parti l-oħra.

43.

L-ebda membru tal-Bord ma jista' jiddiskuti xi aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma' Parti litiganti waħda jew maż-żewġ Partijiet fl-assenza tal-membri l-oħra.

INFORMAZZJONI U PARIRI TEKNIĊI

44.

Meta jitlob informazzjoni u pariri tekniċi skont l-Artikolu 320 (2), il-Bord għandu jitlob din l-informazzjoni u pariri tekniċi fl-aktar mument kmieni possibbli fiż-żmien u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il jum mid-data ta' smigħ finali, ħlief jekk il-Bord juri li jgħoddu ċirkostanzi eċċezzjonali.

45.

Qabel jitlob informazzjoni jew parir tekniku, il-Bord għandu jistabbilixxi u jinnotifika lill-Partijiet litiganti il-proċeduri li se jsegwi sabiex jikseb din l-informazzjoni. Dawn il-proċeduri jinkludu:

(a)

opportunità għall-Partijiet litiganti biex jissottomettu lill-Bord osservazzjonijiet bil-miktub dwar kwistjonijiet fattwali li l-esperti, korpi jew sorsi oħra huma mitluba biex jindirizzaw;

(b)

l-identifikazzjoni u l-ħatra tal-espert jew konsulent mill-Bord u l-istabbiliment tal-perjodu ta' żmien li fih l-informazzjoni jew parir tekniku għandhom jiġu pprovduti; u

(c)

perjodu adegwat ta' ħin għall-Partijiet litiganti biex jipprovdu kummenti dwar l-informazzjoni jew il-parir tekniku ipprovdut mill-espert, korp jew sors ieħor.

46.

Il-Bord ma jistax jagħżel bħala konsulent tekniku, individwu b'interessi finanzjarji jew personali fil-kwistjoni tal-proċediment, jew li min iħaddmu, sħab, soċju jew qarib tiegħu għandu interess simili. Fi kwalunkwe każ, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 325 (2) għandhom japplikaw għall-għażla ta' esperti, korpi jew sorsi oħra.

47.

Meta ssir talba għal informazzjoni u pariri tekniċi skont l-Artikolu 320 (2), il-Bord għandu jqis jekk jissospendix perjodi ta' żmien sakemm jirċievi t-tagħrif imsemmi.

OSSERVAZZJONIJIET AMICUS CURIAE

48.

Sakemm il-Partijiet litiganti ma jaqblux mod ieħor, il-Bord jista' jirċievi osservazzjonijiet Amicus Curiae minn persuni naturali jew ġuridiċi interessati, stabbiliti fit-territorju tal-Partijiet litiganti, sakemm ikunu ppreżentati fi żmien 10 ijiem mid-data tat-twaqqif tal-Bord.

49.

L-osservazzjonijiet għandhom ikunu:

(a)

datati u ffirmati mill-persuni interessati jew ir-rappreżentanti tagħhom;

(b)

miktuba bil-lingwa jew lingwi magħżula mill-Partijiet litiganti skont ir-Regola 55;

(c)

konċiżi u fl-ebda każ ma jaqbzu 15-il paġna ttajpjata, inkluż kwalunkwe anness; u

(d)

direttament rilevanti għal kwistjonijiet fattwali u legali sottomessi għal konsiderazzjoni tal-Bord.

50.

L-osservazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati b'dikjarazzjoni bil-miktub li tindika b'mod ċar:

(a)

deskrizzjoni tal-persuni interessati li jippreżentawhom, inklużi l-post ta' inkorporazzjoni u fejn jinsabu, in-natura tal-attivitajiet tagħhom, is-sorsi tagħhom ta' finanzjament u, fejn rilevanti, dokumentazzjoni li tikkorrobora din l-informazzjoni;

(b)

jekk il-persuni interessati jkollhomx sehem dirett jew indirett ma' xi waħda mill-partijiet fit-tilwima, kif ukoll jekk huma jkunu rċevew jew jistennew li jirċievu xi għajnuna finanzjarja jew ta' tip ieħor ta' għajnuna minn kwalunkwe waħda mill-Partijiet fit-tilwima, gvern ieħor, persuna jew organizzazzjoni, b'mod ġenerali jew fil-preparazzjoni tal-osservazzjonijiet;

(c)

sommarju fil-qosor dwar kif l-osservazzjonijiet tal-persuni interessati jikkontribwixxu biex isolvu t-tilwima.

51.

L-osservazzjonijiet għandhom ikunu indirizzati lill-president tal-Bord fil-lingwi stabbiliti fir-Regola 49.

52.

Il-Bord m'għandux jikkunsidra osservazzjonijiet Amicus Curiae li ma jikkonformawx mar-regoli ta' hawn fuq.

53.

Il-Bord għandu jelenka fid-deċiżjoni dwar is-suġġett l-osservazzjonijiet Amicus Curiae kollha li jkun irċieva u li jkunu konformi mar-regoli ta' hawn fuq. Il-Bord m'għandux ikun obbligat jindirizza, fid-deċiżjoni tiegħu dwar is-suġġett, l-argumenti legali u l-fatti mressqa f'tali sottomissjonijiet. Kwalunkwe sottomissjoni riċevuta mill-Bord skont dawn ir-Regoli għandha tkun ikkomunikata lill-Partijiet litiganti għall-kummenti.

KAŻIJIET URĠENTI

54.

Fil-każijiet ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 313 (3), il-Bord għandu jaġġusta l-limiti taż-żmien imsemmija f'dawn ir-Regoli kif xieraq.

IL-LINGWA TAL-PROĊEDIMENTI, IT-TRADUZZJONI U L-INTERPRETAZZJONI

55.

Matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 310 u mhux aktar tard mil-laqgħa msemmija fir-Regola 11, il-Partijiet litiganti għandhom jagħmlu ħilithom biex jaqblu dwar lingwa jew lingwi għall-proċedimenti quddiem il-Bord, li huma l-Ingliż, jew l-Ispanjol jew it-tnejn.

56.

Id-deċiżjonijiet tal-Bord, inkluż id-deċiżjoni tal-Bord dwar is-suġġett, għandhom ikunu abbozzati u nnotifikati bil-lingwa jew lingwi magħżula mill-Partijiet litiganti. L-ispejjeż li jirriżultaw mit-traduzzjoni ta' tali deċiżjoni tal-Bord għandhom jinqasmu b'mod ugwali bejn il-Partijiet.

57.

Kull waħda mill-Partijiet litiganti għandha terfa' l-ispejjeż ta' kull traduzzjoni oħra li jidhrilha li tkun neċessarja.

KALKOLU TA' PERJODI TA' ŻMIEN PROĊEDURALI

58.

Meta, f'konformità mat-Titolu, dawn ir-Regoli, jew b'deċiżjoni tal-Bord, kwalunkwe azzjoni, pass proċedurali jew seduta għandhom iseħħu, qabel, fil-jum jew wara data speċifika jew każ, id-data speċifikata jew id-data tal-avveniment ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-perjodi taż-żmien stipulati fit-Titolu, dawn ir-Regoli jew stabbiliti mill-Bord.

59.

Il-perjodi kollha ta' żmien stabbiliti fit-Titolu u f'dawn ir-Regoli, għandhom jiġu kkalkolati mill-ġurnata li tiġi wara talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor ikunu ġew ikkomunikati lill-Parti li tirċievi d-dokument.

60.

Iż-żmien li jgħaddi bejn id-data ta' twassil tad-dokument u l-wasla effettiva tiegħu m'għandhiex titqies fil-kalkolu ta' perjodi ta' żmien proċedurali, skont ir-Regola 4.

61.

Fejn Parti tirċievi dokument f'data aktar tard mid-data li fiha dan id-dokument huwa rċevut mill-Parti l-oħra, il-perjodu ta' żmien ikkalkulat fuq il-bażi tad-data tal-wasla ta' dak id-dokument għandu jkun ikkalkulat mill-aħħar data tal-wasla ta' dak id-dokument.

62.

Fejn perjodu taż-żmien jispiċċa f'jum ta' vaganza legali ta' waħda mill-partijiet fit-tilwima jew taż-żewġ partijiet, tali perjodu għandu jkun estiż sal-ġurnata tax-xogħol ta' wara.

SPEJJEŻ

63.

Sakemm ma jiġix stabbilit mill-Bord li japplikaw ċirkostanzi eċċezzjonali, il-ħlas tal-membri tal-Bord, tal-assistenti, l-esperti, korpi jew sorsi oħra maħtura skont l-Artikolu 320, it-trasport tagħhom, l-akkomodazzjoni u spejjeż eliġibbli oħra, kif ukoll tal-ispejjeż amministrattivi ġenerali tal-proċedimenti tal-Bord, għandhom jitħallsu minn ishma ndaqs fost il-Partijiet litiganti, skont it-talba tal-ispiża ppreżentata mill-Bord.

64.

Il-membri tal-Bord għandhom iżommu dokumentazzjoni dettaljata u kompleta tal-spejjeż rilevanti mġarrba u jippreżentaw talba għall-ispiża lill-uffiċċju magħżul mill-Partijiet skont ir-Regola 67, flimkien ma' dokumenti ta' sostenn, għal skopijiet ta' rimunerazzjoni u ħlas ta' spejjeż. L-istess għandu japplika għal assistenti u individwi li huma maħtura skont l-Artikolu 320 sakemm huwa relatat mar-rwol speċifiku tagħhom ta' assistent ta' membru tal-Bord jew tal-Bord jew minn esperti, korpi jew sorsi oħra li jipprovdu tagħrif u pariri tekniċi.

65.

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi l-ispejjeż kollha eliġibbli għall-individwi msemmija hawn fuq, kif ukoll ir-rimunerazzjoni u l-benefiċċji li għandhom jitħallsu, li jkunu skont l-istandards tad-WTO.

66.

Ir-regoli preċedenti japplikaw bl-istess mod għal kwalunkwe medjatur taħt il-Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni.

UFFIĊĊJU MAĦTUR FIR-RIGWARD TAL-PROĊEDURI TA' SOLUZZJONI TA' TILWIM U L-MEKKANIŻMU TA' MEDJAZZJONI

67.

Kull Parti għandha:

(a)

taħtar uffiċċju biex iwettaq il-funzjonijiet speċifikati fil-partijiet rilevanti ta' dawn ir-Regoli; u

(b)

tinnotifika lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni dwar il-post tal-uffiċċju maħtur.

68.

In-notifiki u t-twassil ta' dokumenti kollha msemmija fit-Titolu dwar is-Soluzzjoni ta' Tilwim, ir-Regoli ta' Proċedura u fit-Titolu dwar il-Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni għandhom jiġu magħmula minn dan l-uffiċċju.

PROĊEDURI OĦRA

69.

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma applikabbli wkoll għal proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 315 (3), l-Artikolu 316 (2), l-Artikolu 317 (3) u l-Artikolu 318 (2). Madankollu, il-perjodi ta' żmien stabbiliti f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-perjodi ta' żmien speċjali stipulati għall-adozzjoni ta' deċiżjoni mill-Bord f'dawk il-proċeduri l-oħra.

KONFORMITÀ MAT-TITOLU U R-REGOLI

70.

Il-Partijiet u l-Bord għandhom jiżguraw li r-rappreżentanti tagħhom, il-konsulenti, l-assistenti u individwi oħrajn li jipparteċipaw f'kull parti ta' proċediment taħt it-Titolu u dawn ir-Regoli, jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti kif ukoll ma' kwalunkwe regola supplementari miftiehma mill-Partijiet jew adottata mill-Bord.

(1)  Dawn jinkludu vaganzi permanenti, inkluż iżda mhux limitati għal vaganzi reliġjużi jew storiċi, kif ukoll kwalunkwe festa oħra stabbilita fuq bażi mhux permanenti.

(2)  Ir-riżultat tal-konsultazzjonijiet imsemmija f'din ir-regola, m'għandux ikun vinkolanti fuq il-Bord.


ANNESS B

IL-KODIĊI TAL-KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-BORD U L-MEDJATURI

DEFINIZZJONIJIET

1.

Għall-finijiet ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta, it-termini li ġejjin għandhom jinftiehmu bħala:

(a)

“il-Ftehim”: il-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra;

(b)

“it-Titolu”: Titolu X dwar is-Soluzzjoni tat-Tilwim tal-Ftehim;

(c)

“Artikolu”: referenza għall-Artikolu adatt tal-Ftehim kollu kemm hu;

(d)

“assistent”: persuna li, taħt it-termini ta' ħatra ta' membru tal-Bord, jew il-Bord, iwettaq riċerka jew jipprovdi għajnuna lill-membru tal-Bord jew lill-Bord, għall-fini ta' tilwim;

(e)

“kandidat”: individwu li jkun ikkunsidrat għall-għażla bħala membru ta' Bord taħt l-Artikolu 310;

(f)

“medjatur”: persuna li tmexxi proċedura ta' medjazzjoni skont it-Titolu XI dwar Mekkaniżmu ta' Medjazzjoni għal miżuri nontariffarji tal-Ftehim;

(g)

“membru” jew “membru tal-Bord”: membru ta' Bord stabbilit taħt l-Artikolu 312;

(h)

“proċediment”, sakemm mhux speċifikat mod ieħor, ifisser proċediment tal-Bord taħt it-Titolu; u

(i)

“persunal”, fir-rigward ta' membru, persuni li jaqgħu taħt id-direzzjoni u l-kontroll tal-membru, ħlief l-assistenti;

RESPONSABBILTAJIET GĦALL-PROĊESS

2.

Kull kandidat u membru għandu jevita kondotta skorretta u l-impressjoni ta' kondotta skorretta, għandu jkun independenti u imparzjali, għandu jevita kunflitti ta' interess diretti jew indiretti u għandu josserva l-ogħla standards ta' kondotta sabiex jinżammu sħah l-integrità ta' proċediment tas-soluzzjoni tat-tilwim u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu tas-soluzzjoni tat-tilwim. Membri preċedenti jridu josservaw l-obbligi stabbiliti fit-taqsimiet dwar l-Obbligi tal-Membri Preċedenti u l-Kunfidenzjalità ta' din il-Kodiċi tal-Kondotta.

OBBLIGI DWAR DIVULGAZZJONI

3.

Qabel in-notifika tal-aċċettazzjoni tal-għażla tiegħu bħala membru tal-Bord, kandidat għandu jikkunsidra u jekk meħtieġ jiżvela l-eżistenza ta' kwalunkwe interess, relazzjoni jew ċirkostanzi oħra li x'aktarx jaffettwaw l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu jew li jafu b'mod raġonevoli joħolqu impressjoni ta' kondotta mhux xierqa jew ta' preġudizzju fil-proċediment. Għal dan il-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex isir konxju ta' kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni bħal din.

4.

Mingħajr ma tiġi limitata l-ġeneralità ta' dak li ntqal qabel, il-kandidati għandhom jiżvelaw b'rieda tajba:

(a)

kull interess finanzjarju jew personali:

(i)

fil-proċediment jew ir-riżultat tiegħu; u

(ii)

fi proċediment ġudizzjarju, amministrattiv jew ta' arbitraġġ li jinvolvi kwistjonijiet li jistgħu jkunu direttament jew indirettament affettwati mill-proċediment li għaliha l-kandidati huma taħt konsiderazzjoni.

(b)

kwalunkwe interess finanzjarju lil min iħaddem kandidat, sħab, soċju jew membru tal-familja tiegħu jew tagħha:

(i)

fil-proċediment jew ir-riżultat tiegħu; u

(ii)

fi proċediment ġudizzjarju, amministrattiv jew ta' arbitraġġ li jinvolvi kwistjonijiet li jistgħu jkunu direttament jew indirettament affettwati mill-proċediment li għaliha l-kandidati huma taħt konsiderazzjoni.

(c)

kwalunkwe relazzjoni eżistenti jew tal-passat finanzjarja, kummerċjali, professjonali, familjari, soċjali jew ta' xogħol ma' xi waħda mill-Partijiet jew mar-rappreżentanti tagħhom jew mal-konsulenti tagħhom, jew kwalunkwe tali relazzjoni tal-kandidat, ma' min iħaddem, sieħeb, soċju jew membru tal-familja tiegħu jew tagħha;

(d)

kull ċirkostanza oħra li tista' tirriżulta f'imparzjalità, jew tista' tidher bħala imparzjalità.

5.

Għall-iskop ta' konformità mal-paragrafi 3 u 4, il-kandidati kollha li ntagħżlu bħala membri tal-Bord u aċċettaw il-ħatra tagħhom, għandhom jimlew id-Dikjarazzjoni Inizjali dwar id-divulgazzjoni. Id-dikjarazzjoni għandha tiġi trażmessa lill-Partijiet flimkien mal-aċċettazzjoni tal-ħatra tagħhom għall-konsiderazzjoni tagħhom.

6.

Meta maħtur, membru għandu jibqa' jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha biex isir konxju dwar kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan il-Kodiċi tal-Kondotta u għandu jiżvelahom. L-obbligu ta' divulgazzjoni huwa dmir permanenti li jitlob li membru jiżvela kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni bħal dawn li jistgħu jitfaċċaw matul kwalunkwe stadju tal-proċediment. Il-membru għandu jiżvela tali interessi, relazzjonijiet jew ċirkostanzi oħra billi jinforma lill-Partijiet bil-miktub u għall-konsiderazzjoni tagħhom, b'kopja lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

7.

Membru ta' Bord għandu jikkomunika biss affarijiet relatati mal-ksur attwali jew potenzjal ta' ksur ta' din il-Kodiċi tal-Kondotta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni biex ikunu kkunsidrati mill-Partijiet.

DMIRIJIET TAL-MEMBRI

8.

Mal-aċċettazzjoni tal-ħatra tiegħu Membru għandu jwettaq dmirijietu b'mod sħiħ u bla dewmien matul il-proċediment, u b'ġustizzja u diliġenza.

9.

Membru għandu jikkunsidra u jiddeċiedi biss fuq il-kwistjonijiet li jkunu tqajmu waqt il-proċediment u li jitqiesu neċessarji biex tittieħed deċiżjoni u dan id-dmir m'għandu jiddelegah lill-ebda persuna oħra.

10.

Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa sabiex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu jkunu konxji, u jikkonformaw, mas-sezzjonijiet dwar Responsabbiltajiet lejn il-Proċess, l-Obbligi ta' Divulgazzjoni, l-Indipendenza, l-Imparzjalità u d-Drittijiet tal-Membri, l-Obbligi tal-Membri Preċedenti u l-Kunfidenzjalità ta' din il-Kodiċi tal-Kondotta.

11.

Membru m'għandux jimpenja ruħu f'kuntatti ex parte li jikkonċernaw il-proċediment.

INDIPENDENZA, IMPARZJALITÀ U D-DRITTIJIET TAL-MEMBRI

12.

Membru għandu jkun indipendenti u imparzjali u jevita li joħloq dehra ta' kondotta mhux xierqa, parzjalità jew preġudizzju u m'għandux ikun influwenzat minn interess personali jew minn interessi ta' oħrajn, pressjoni esterna, kunsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, u lealtà lejn xi Parti jew biża' mill-kritika.

13.

Membru ma għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal obbligi jew jaċċetta kwalunkwe benefiċċju li jista' bi kwalunkwe mod ifixkel, jew jidher li jfixkel, fit-twettiq xieraq ta' dmirijietu.

14.

Membru m'għandux jinqeda bil-pożizzjoni tiegħu fuq il-Bord għall-aġevolament ta' xi interessi personali jew privati u jrid jevita dawk l-azzjonijiet li jagħtu l-impressjoni li oħrajn huma f'pożizzjoni speċjali li jinfluwenzaw il-membru.

15.

Membru ma jistax iħalli relazzjonijiet jew responsabbiltajiet finanzjarji, tan-negozju, professjonali, familjari jew soċjali jinfluwenzaw il-kondotta jew il-ġudizzju tiegħu.

16.

Membru jrid jevita li jidħol fi kwalunkwe relazzjoni jew li jakkwista kwalunkwe interess finanzjarju jew personali li x'aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista', b'mod raġonevoli, joħloq dehra ta' mġiba mhux xierqa jew ta' preġudizzju.

17.

L-ebda membru m'għandu jillimita jew iċaħħad lill-membri l-oħra mid-dritt u l-obbligu tagħhom biex jipparteċipaw bis-sħiħ fl-aspetti rilevanti kollha tal-proċediment.

OBBLIGI TA' MEMBRI PREĊEDENTI

18.

Il-membri preċedenti kollha għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu joħolqu d-dehra li kienu ppreġudikati fit-twettiq ta' dmirijiethom jew li bbenefikaw mid-deċiżjonijiet tal-Bord.

KUNFIDENZJALITÀ

19.

L-ebda membru jew membru preċedenti m'għandu fl-ebda mument jiżvela jew juża informazzjoni mhux pubblika li tikkonċerna proċediment jew akkwistata waqt proċediment ħlief għall-finijiet ta' dak il-proċediment u m'għandu, fl-ebda każ, jiżvela jew juża l-ebda informazzjoni bħal din biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwa ħażin l-interessi ta' oħrajn.

20.

Membru m'għandux jiżvela deċiżjoni tal-Bord dwar is-suġġett jew partijiet minnha qabel ma tiġi ppubblikata f'konformità mat-Titolu.

21.

Membru jew membru preċedenti ma għandu fl-ebda mument jiżvela d-deliberazzjonijiet ta' Bord, l-opinjoni ta' xi membru, jew kwalunkwe aspett mhux pubbliku ieħor dwar il-proċediment.

MEDJATURI

22.

Id-dixxiplini mfissra f'din il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-membri jew il-membri preċedenti għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-medjaturi.

24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/51


TRADUZZJONI

DEĊIŻJONI Nru 3/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI

tas-7 ta' Novembru 2014

li tadotta l-Lista ta' Membri tal-Bord [2015/1217]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 6 u l-Artikolu 325 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f'dan il-Ftehim.

(2)

Skont l-Artikolu 325(1), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi lista ta' sitta u tletin individwu li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-Bord fis-sens tat-Titolu X tal-Ftehim dwar is-soluzzjoni ta' tilwim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Il-Lista tal-Membri tal-Bord, kif stabbilita fl-Anness, hija b'dan adottata.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi adottata permezz ta' proċedura bil-miktub. Hija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla għand is-Segretarjat ta' din id-Deċiżjoni debitament iffirmata mill-Partijiet kollha.

Magħmul f’San José, Costa Rica, fis-7 ta’ Novembru 2014

 


ANNESS

LISTA TAL-MEMBRI TAL-BORD

Membri tal-Bord proposti mill-Costa Rica

1.

Ernesto Fernández Monge

2.

Federico Valerio de Ford

Membri tal-Bord proposti minn El Salvador

1.

Cesar Ernesto Salazar Grande

2.

Harold C. Lantan

Membri tal-Bord proposti mill-Gwatemala

1.

Ada Lissette Redondo Aguilera

2.

Julio Roberto Bermejo Quiñones

Membri tal-Bord proposti mill-Honduras

1.

Ulises Mejía León-Gómez

2.

Roberto Herrera Cáceres

Membri tal-Bord proposti min-Nikaragwa

1.

Mauricio Herdocia

2.

José René Orúe

Membri tal-Bord proposti mill-Panama

1.

Yavel Francis Lanuza

2.

Carlos Ernesto González Ramirez

Membri tal-Bord proposti mill-UE

1.

Giorgio Sacerdoti (l-Italja)

2.

Ramon Torrent (Spanja)

3.

Jacques Bourgeois (il-Belġju)

4.

Pieter Jan Kuijper (in-Netherlands)

5.

Claus-Dieter Ehlermann (il-Ġermanja)

6.

Jan Wouters (il-Belġju)

7.

Laurence Boisson de Chazournes (Franza)

8.

Hélène Ruiz Fabri (Franza)

9.

Meinhard Hild (il-Ġermanja)

10.

Claudio Dordi (l-Italja)

11.

Kim Van der Borght (il-Belġju)

12.

Markus Krajewski (il-Ġermanja)

Presidenti

1.

Craig Van Graastek (l-Istati Uniti)

2.

Miriam Mercedes Maroun Marun (il-Venezwela)

3.

Hugo Perezcano Díaz (il-Messiku)

4.

Ignacio Suárez Anzorena (l-Arġentina)

5.

Carlos Vejar (il-Messiku)

6.

Didier Chambovey (l-Iżvizzera)

7.

Shotaro Oshima (il-Ġappun)

8.

Jenniffer Hilman (l-Istati Uniti)

9.

Luiz Olavo Baptista (il-Brażil)

10.

Kirsten Kilman (il-Kanada)

11.

Juan Antonio Buencamino (il-Filippini)

12.

David Unterhalter (l-Afrika t'Isfel)


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/55


TRADUZZJONI

DEĊIŻJONI Nru 4/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI

tas-7 ta' Novembru 2014

li tadotta l-Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli [2015/1218]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerika Ċentrali min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 6 u l-Artikolu 297 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet fil-każijiet imsemmija f'dan il-Ftehim.

(2)

Skont l-Artikolu 297(2), il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta lista ta' sbatax-il espert b'għarfien espert fil-liġi ambjentali, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali u lista ta' sbatax-il espert b'għarfien espert fil-qasam tal-liġi tax-xogħol, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Waħdieni

Il-Lista ta' Esperti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli, kif stabbilita fl-Anness, hija b'dan adottata.

Din id-Deċiżjoni għandha tkun adottata permezz ta' proċedura bil-miktub. Hija għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla għand is-Segretarjat ta' din id-Deċiżjoni debitament iffirmata mill-Partijiet kollha.

Magħmul f'San José, Costa Rica, fis-7 ta' Novembru 2014.

 


ANNESS

LISTA TA' ESPERTI DWAR IL-KUMMERĊ U L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI

Esperti fil-liġi ambjentali, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali

Lista ta' esperti nazzjonali

1.

Marieta Lizano Martínez

2.

Alma Carolina Sánchez Fuentes

3.

Francisco Khalil de León Barrios

4.

Mario Noel Vallejo Larios

5.

Javier Guillermo Hernández Munguía

6.

Alexis Xavier Rodríguez Almanza

7.

Joost Pauwelyn

8.

Jorge Cardona

9.

Karin Lukas

10.

Hélène Ruiz Fabri

11.

Laurence Boisson de Chazournes

12.

Geert Van Calster

Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet)

1.

Claudia de Windt

2.

Juan Carlos Urquidi Fell

3.

Elizabeth Jaramillo Escobar

4.

Janice Bellace

5.

Arthur Appleton

Esperti fil-liġi tax-xogħol, il-kummerċ internazzjonali jew is-soluzzjoni ta' tilwimiet li jqumu taħt ftehimiet internazzjonali

Lista ta' esperti nazzjonali

1.

Manuel Francisco Umaña Soto

2.

Carolina Morán

3.

Mario Fuentes Destarac

4.

Arnando Urtecho López

5.

Adrián Meza

6.

Rolando Murgas Torraza

7.

Eddy Laurijssen

8.

Jorge Cardona

9.

Karin Lukas

10.

Hélène Ruiz Fabri

11.

Laurence Boisson de Chazournes

12.

Geert Van Calster

Presidenti (mhux ċittadini tal-Partijiet)

1.

Emilio Morgado Velenzuela

2.

Juan Mailhos Gutiérrez

3.

Jill Murray

4.

Ross Wilson

5.

Janice Bellace


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/59


TRADUZZJONI

DEĊIŻJONI Nru 5/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI

tas-7 ta’ Novembru 2014

dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness XVIII tal-Ftehim [2015/1219]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI,

Wara li kkunsidra l-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Amerika Ċentrali, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 245(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 353(4), Parti IV tal-Ftehim dwar kwistjonijiet kummerċjali ilha applikata mill-1 ta' Awwissu 2013 man-Nikaragwa, il-Honduras u l-Panama, mill-1 ta' Ottubru 2013 ma' El Salvador u l-Costa Rica u mill-1 ta' Diċembru 2013 mal-Gwatemala.

(2)

L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea u tal-Amerika Ċentrali, li ġew elenkati fl-Anness XVII tal-Ftehim, jew taħt id-Dikjarazzjoni Konġunta “Ismijiet li ġew applikati għar-reġistrazzjoni bħala indikazzjonijiet ġeografiċi f'Repubblika ta' Parti tal-Amerika Ċentrali”, u li minn dakinhar 'l hawn ġew eżaminati b'suċċess mill-awtoritajiet kompetenti tal-Parti l-oħra, għandhom ikunu elenkati fl-Anness XVIII, skont it-Titolu VI u t-Titolu XIII tal-Parti IV tal-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu waħdieni

Emenda għal Anness XVIII

L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom ikunu inklużi fl-Anness XVIII, il-Parti A u l-Parti B tal-Ftehim, kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi adottata permezz ta' proċedura bil-miktub. Hija għandha tidħol fis-seħħ 90 jum wara d-data tal-wasla għand is-Segretarjat ta' din id-Deċiżjoni debitament iffirmata mill-Partijiet kollha.

Magħmul f’San José, Costa Rica, fis-7 ta’ Novembru 2014.

 


ANNESS

GĦAD-DEĊIŻJONI Nru 5/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI UE-AMERIKA ĊENTRALI

ANNESS XVIII

INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

PARTI A

L-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Parti tal-UE protetti fir-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali b'konformità mat-Titolu VI (Proprjetà Intellettwali) tal-Parti IV ta' dan il-Ftehim

STAT MEMBRU

ISEM

DESKRIZZJONI JEW KLASSI TAL-PRODOTT

ĠERMANJA

Bayerisches Bier

Birer

ĠERMANJA

Münchener Bier

Birer

ĠERMANJA

Nürnberger Bratwürste/Nürnberger Rostbratwürste

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

IRLANDA

Irish Cream

Spirti

IRLANDA

Irish whiskey/Uisce Beatha Eireannach/Irish whisky

Spirti

GREĊJA

Ούζο (Ouzo) (1)

Spirti

GREĊJA

Σάμος (Samos)

Inbejjed

SPANJA

Bierzo

Inbejjed

SPANJA

Brandy de Jerez

Spirti

SPANJA

Campo de Borja

Inbejjed

SPANJA

Cariñena

Inbejjed

SPANJA

Castilla

Inbejjed

SPANJA

Cataluña

Inbejjed

SPANJA

Cava

Inbejjed

SPANJA

Empordà

Inbejjed

SPANJA

Idiazábal

Ġobnijiet

SPANJA

Jamón de Teruel

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

SPANJA

Jerez — Xérès- Sherry

Inbejjed

SPANJA

Jijona

Ħobż, prodotti bl-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar — Turrón

SPANJA

Jumilla

Inbejjed

SPANJA

La Mancha

Inbejjed

SPANJA

Los Pedroches

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

SPANJA

Málaga

Inbejjed

SPANJA

Manzanilla — Sanlúcar de Barrameda

Inbejjed

SPANJA

Navarra

Inbejjed

SPANJA

Penedés

Inbejjed

SPANJA

Priorat

Inbejjed

SPANJA

Queso Manchego (2)

Ġobnijiet

SPANJA

Rías Baixas

Inbejjed

SPANJA

Ribera del Duero

Inbejjed

SPANJA

Rioja

Inbejjed

SPANJA

Rueda

Inbejjed

SPANJA

Somontano

Inbejjed

SPANJA

Toro

Inbejjed

SPANJA

Turrón de Alicante

Ħobż, prodotti bl-għaġina, kejkijiet, ħlewwiet, gallettini u oġġetti oħra tal-furnar — Turrón

SPANJA

Utiel-Requena

Inbejjed

SPANJA

Valdepeñas

Inbejjed

SPANJA

Valenzja

Inbejjed

FRANZA

Alsace

Inbejjed

FRANZA

Anjou

Inbejjed

FRANZA

Armagnac

Spirti

FRANZA

Beaujolais

Inbejjed

FRANZA

Bordeaux

Inbejjed

FRANZA

Bourgogne

Inbejjed

FRANZA

Brie de Meaux (3)

Ġobnijiet

FRANZA

Cadillac

Inbejjed

FRANZA

Calvados

Spirti

FRANZA

Camembert de Normandie (4)

Ġobnijiet

FRANZA

Canard à foie gras du Sud-Ouest/Canard à foie gras du Sud-Ouest (Chalosse, Gascogne, Gers, Landes, Périgord, Quercy)

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Papri

FRANZA

Chablis

Inbejjed

FRANZA

Champagne

Inbejjed

FRANZA

Châteauneuf-du-Pape

Inbejjed

FRANZA

Cognac

Spirti

FRANZA

Comté

Ġobnijiet

FRANZA

Côtes de Provence

Inbejjed

FRANZA

Côtes du Rhône

Inbejjed

FRANZA

Côtes du Roussillon

Inbejjed

FRANZA

Emmental de Savoie (5)

Ġobnijiet

FRANZA

Graves

Inbejjed

FRANZA

Haut-Médoc

Inbejjed

FRANZA

Huile essentielle de lavande de Haute-Provence

Żjut essenzjali -Lavanda

FRANZA

Jambon de Bayonne

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) -Prieżet

FRANZA

Languedoc (Coteaux du Languedoc)

Inbejjed

FRANZA

Margaux

Inbejjed

FRANZA

Médoc

Inbejjed

FRANZA

Pommard

Inbejjed

FRANZA

Pruneaux d'Agen/Pruneaux d'Agen mi-cuits

Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati — Għajnbaqar imsajjar imnixxfin

FRANZA

Reblochon

Ġobnijiet

FRANZA

Rhum de la Martinique

Spirti

FRANZA

Romanée Saint-Vivant

Inbejjed

FRANZA

Roquefort

Ġobnijiet

FRANZA

Saint-Emilion

Inbejjed

FRANZA

Saint-Julien

Inbejjed

FRANZA

Sauternes

Inbejjed

FRANZA

Val de Loire

Inbejjed

ITALJA

Asti

Inbejjed

ITALJA

Barbaresco

Inbejjed

ITALJA

Barbera d'Alba

Inbejjed

ITALJA

Barbera d'Asti

Inbejjed

ITALJA

Barolo

Inbejjed

ITALJA

Brachetto d'Acqui

Inbejjed

ITALJA

Conegliano — Valdobbiadene — Prosecco

Inbejjed

ITALJA

Dolcetto d'Alba

Inbejjed

ITALJA

Fontina (6)

Ġobnijiet

ITALJA

Franciacorta

Inbejjed

ITALJA

Gorgonzola (7)

Ġobnijiet

ITALJA

Grana Padano

Ġobnijiet

ITALJA

Grappa

Spirti

ITALJA

Mortadella Bologna

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

ITALJA

Parmigiano Reggiano (8)

Ġobnijiet

ITALJA

Prosciutto di Parma (9)

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

ITALJA

Prosciutto di S. Daniele/Prosciutto di San Daniele

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

ITALJA

Prosciutto Toscano

Prodotti tal-laħam (imsajrin, immellħin, affumikati, eċċ.) — Prieżet

ITALJA

Provolone Valpadana (10)

Ġobnijiet

ITALJA

Soave

Inbejjed

ITALJA

Taleggio

Ġobnijiet

ITALJA

Toscano

Żjut u xaħmijiet (butir, marġerina, żejt, eċċ.) — Żejt taż-żebbuġa

ITALJA

Toscano/Toscana

Inbejjed

ITALJA

Vino Nobile di Montepulciano

Inbejjed

ĊIPRU

Ζιβανία/Τζιβανία/Ζιβάνα (Zivania)

Spirti

ĊIPRU

Κουμανδαρία (Commandaria)

Inbejjed

ĊIPRU

Ούζο (Ouzo) (11)

Spirti

UNGERIJA

Pálinka

Spirti

UNGERIJA

Szegedi téliszalámi/Szegedi szalámi

Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

UNGERIJA

Tokaj

Inbejjed

UNGERIJA

Törkölypálinka

Spirti

AWSTRIJA

Inländerrum

Spirti

AWSTRIJA

Jägertee/Jagertee/Jagatee

Spirti

POLONJA

Polska Wódka/Polish Vodka

Spirti

POLONJA

Wódka ziołowa z Niziny Północnopodlaskiej aromatyzowana ekstraktem z trawy żubrowej/Herbal vodka from the North Podlasie Lowland aromatised with an extract of bison grass

Spirti

PORTUGALL

Douro

Inbejjed

PORTUGALL

Porto/Port/Oporto

Inbejjed

SLOVAKKJA

Vinohradnícka oblasť Tokaj

Inbejjed

ŻVEZJA

Svensk Vodka/Swedish Vodka

Spirti

RENJU UNIT

Scotch Whisky

Spirti

PARTI B

L-Indikazzjonijiet Ġeografiċi tar-Repubbliki tal-Parti tal-Amerika Ċentrali protetti fil-Parti tal-UE b'konformità mat-Titolu VI (Proprjetà Intellettwali) tal-Parti IV ta' dan il-Ftehim

PAJJIŻ

ISEM

PRODOTTI

COSTA RICA

Café de Costa Rica

Kafè

COSTA RICA

Banano de Costa Rica

Banana

EL SALVADOR

Café Apaneca-Ilamapetec

Kafè

EL SALVADOR

Bálsamo de El Salvador

Balzmu

GWATEMALA

Café Antigua

Kafè

GWATEMALA

Ron de Guatemala

Spirti

HONDURAS

Cafés del Occidente Hondureño (H W C)

Kafè

HONDURAS

Café de Marcala

Kafè

PANAMA

Seco de Panamá

Spirti


(1)  Prodott tal-Greċja jew ta' Ċipru.

(2)  Irreġistrat fil-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; proċeduri ta' oppożizzjoni għadhom pendenti fil-Costa Rica u f'El Salvador.

(3)  Irreġistrat fil-Costa Rica, El Salvador, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; il-proċedura ta' oppożizzjoni għadha pendenti fil-Gwatemala.

(4)  Irreġistrat fil-Costa Rica, El Salvador, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; il-proċedura ta' oppożizzjoni għadha pendenti fil-Gwatemala.

(5)  Irreġistrat fil-Costa Rica, El Salvador, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; il-proċedura ta' oppożizzjoni għadha pendenti fil-Gwatemala.

(6)  Irreġistrat f'El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; il-proċedura ta' oppożizzjoni għadha pendenti fil-Costa Rica.

(7)  Irreġistrat fil-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; proċeduri ta' oppożizzjoni għadhom pendenti fil-Costa Rica u f'El Salvador.

(8)  Irreġistrat fil-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; proċeduri ta' oppożizzjoni għadhom pendenti fil-Costa Rica, El Salvador u l-Gwatemala.

(9)  Irreġistrat fil-Costa Rica, il-Gwatemala, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; il-proċedura ta' oppożizzjoni għadha pendenti f'El Salvador.

(10)  Irreġistrat f'El Salvador, il-Honduras, in-Nikaragwa u l-Panama; proċeduri ta' oppożizzjoni għadhom pendenti fil-Costa Rica u l-Gwatemala.

(11)  Prodott tal-Greċja jew ta' Ċipru.


Rettifika

24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/67


Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1204 tat-22 ta' Lulju 2015 dwar deroga temporanja mir-regoli tal-oriġini stipulati fl-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 biex titqies is-sitwazzjoni speċjali li hemm fil-Kenja fir-rigward tal-flettijiet tat-tonn

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 195 tat-23 ta' Lulju 2015 )

F'paġna 47, Artikolu 5:

minflok:

“ ‘Derogation — Commission Implementing Decision 2015/…/EU’.”

aqra:

“ ‘Derogation — Commission Implementing Decision (EU) 2015/1204’.”


24.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/67


Rettifika tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 343 tal-14 ta' Diċembru 2012 )

F'paġna 44, l-Artikolu 13(1):

flok:

“1.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji kollha fuq bażi nondiskriminatorja, il-pakkett minimu ta' aċċess stipulat fil-punt 1 tal-Anness II.”

aqra:

“1.   Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ifornu lill-impriżi ferrovjarji kollha fuq bażi nondiskriminatorja, il-pakkett ta' aċċess minimu stipulat fil-punt 1 tal-Anness II.”;

F'paġna 50, l-Artikolu 31(3):

flok:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 jew 5 ta' dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 32, l-imposti għall-pakkett minimu tal-aċċess u għal aċċess għal infrastrutturi …”

aqra:

“3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 4 jew 5 ta' dan l-Artikolu jew għall-Artikolu 32, l-imposti għall-pakkett ta' aċċess minimu u għal aċċess għal infrastrutturi …”.