|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
DEĊIŻJONIJIET
|
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1147
tat-13 ta' Lulju 2015
li taħtar membru supplenti Grieg fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Grieg,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Jannar, fil-5 ta' Frar u fit-23 ta' Ġunju 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1), (UE) 2015/190 (2) u (UE) 2015/994 (3) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Kostas BAKOGIANNIS, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:
|
— |
Is-Sur Theodoros GOTSOPOULOS, Politically accountable to the Regional Council of Attica |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. ETGEN
|
14.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/2 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1148
tal-14 ta' Lulju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran. |
|
(2) |
Fl-24 ta' Novembru 2013, iċ-Ċina, Franza. il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, laħqu ftehim mal-Iran dwar Pjan ta' Azzjoni Konġunt li jistabbilixxi approċċ għall-kisba ta' soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. Ġie miftiehem li l-proċess li jwassal għal din is-soluzzjoni komprensiva jinkludi, bħala l-ewwel pass, miżuri inizjali maqbula b'mod reċiproku li għandhom jittieħdu miż-żewġ naħat għal perijodu ta' sitt xhur u rinnovabbli bi qbil komuni. |
|
(3) |
Fit-2 ta' April 2015, iċ-Ċina, Franza. il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, laħqu ftehim dwar il-parametri ewlenin ta' Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (JCPOA) mal-Iran. |
|
(4) |
Fl-10 ta' Lulju 2015, bid-Deċiżjoni 2015/1099 (2) il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt sat-13 ta' Lulju 2015. |
|
(5) |
Fl-14 ta' Lulju 2015, iċ-Ċina, Franza. il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, laħqu ftehim dwar soluzzjoni komprensiva fit-tul għall-kwistjoni nukleari Iranjana. L-implimentazzjoni b'suċċess tal-JCPOA ser tiżgura n-natura esklużivament paċifika tal-programm nukleari Iranjan u tipprevedi t-tneħħija totali tas-sanzjonijiet kollha relatati mal-kwistjonijiet nukleari. |
|
(6) |
Fl-14 ta' Lulju 2015, iċ-Ċina, Franza. il-Ġermanja, il-Federazzjoni Russa, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, bl-appoġġ tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, ftehmu mal-Iran li tiġi estiża l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Pjan ta' Azzjoni Konġunt sabiex ikunu jistgħu jsiru l-arranġamenti u l-preparazzjonijiet neċessarji għall-implimentazzjoni tal-JCPOA. |
|
(7) |
Is-sospensjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni speċifikati fil-Pjan ta' Azzjoni Konġunt għandha għalhekk tiġi estiża sal-14 ta' Jannar 2016. Il-kuntratti rilevanti ikollhom jiġu eżegwiti sa dik id-data. |
|
(8) |
Id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 26a tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 26a
1. Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 3a(1) għandha tiġi sospiża sal-14 ta' Jannar 2016 sa fejn din tirrigwarda t-trasport taż-żejt mhux maħdum Iranjan.
2. Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 3a(2) għandha tiġi sospiża sal-14 ta' Jannar 2016 sa fejn din tirrigwarda l-forniment ta' assigurazzjoni u riassigurazzjoni, relatati mal-importazzjoni, ix-xiri, jew it-trasport taż-żejt mhux maħdum Iranjan.
3. Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 3b għandha tiġi sospiża sal-14 ta' Jannar 2016.
4. Il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 4c għandha tiġi sospiża sal-14 ta' Jannar 2016 sa fejn din tirrigwarda d-deheb u l-metalli prezzjużi.
5. Il-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 10(3) huma sostitwiti bil-punti li ġejjin sal-14 ta' Jannar 2016:
|
‘(a) |
trasferimenti dovuti għal transazzjonijiet fir-rigward ta' oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa, it-tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji ta' inqas minn EUR 1 000 000, kif ukoll trasferimenti fir-rigward ta' rimessi personali, ta' inqas minn EUR 400 000, għandhom isiru mingħajr ebda awtorizzazzjoni minn qabel. It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000; |
|
(b) |
trasferimenti dovuti għal transazzjonijiet fir-rigward ta' oġġetti tal-ikel, il-kura tas-saħħa, it-tagħmir mediku, jew għal finijiet agrikoli jew umanitarji ta' aktar minn EUR 1 000 000, kif ukoll trasferimenti fir-rigward ta' rimessi personali, ta' aktar minn EUR 400 000, għandu jkollhom l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija; |
|
(c) |
kwalunkwe trasferiment ieħor ta' aktar minn EUR 100 000 għandu jkollu l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija.’. |
6. Il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 10(4), huma sostitwiti bil-punti li ġejjin sal-14 ta' Jannar 2016:
|
‘(b) |
kwalunkwe trasferiment ieħor ta' inqas minn EUR 400 000 għandu jsir mingħajr ebda awtorizzazzjoni minn qabel. It-trasferiment għandu jiġi nnotifikat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat jekk ikun ta' aktar minn EUR 10 000; |
|
(c) |
kwalunkwe trasferiment ieħor ta' aktar minn EUR 400 000 għandu jkollu l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtorizzazzjoni għandha titqies li tkun mogħtija fi żmien erba' ġimgħat sakemm il-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat ma tkunx oġġezzjonat f'dak il-perijodu ta' żmien. L-Istat Membru rilevanti għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe awtorizzazzjoni miċħuda.’. |
7. Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 18b għandhom jiġu sospiżi sal-14 ta' Jannar 2016.
8. Il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 20(1)(b) u (c) u fl-Artikolu 20(2) fir-rigward tal-Ministeru taż-Żejt, elenkati fl-Anness II, għandhom jiġu sospiżi sal-14 ta' Jannar 2016, sa fejn ikun neċessarju għall-eżekuzzjoni, sal-14 ta' Jannar 2016, ta' kuntratti għall-importazzjoni jew ix-xiri ta' prodotti petrokimiċi Iranjani.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 14 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1130 tal-10 ta' Lulju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 184, 11.7.2015, p. 18).