ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 183

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
10 ta' Lulju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1091 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar il-miżuri SA.34191 (2012/C) (ex 2012/NN) (ex 2012/CP) implimentati mil-Latvja għal A/S Air Baltic Corporation (airBaltic) (notifikata bid-dokument C(2014) 4552)  ( 1 )

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1092 tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34824 (2012/C), SA.36007 (2013/NN) SA.36658 (2014/NN), SA.37156 (2014/NN), SA.34534 (2012/NN) implimentata mill-Greċja għall-Grupp National Bank of Greece relatata ma':
(notifikata bid-dokument C(2014) 5201)
 ( 1 )

29

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 95 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta' kolliżjoni laterali [2015/1093]

91

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

10.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1091

tad-9 ta' Lulju 2014

dwar il-miżuri SA.34191 (2012/C) (ex 2012/NN) (ex 2012/CP) implimentati mil-Latvja għal A/S Air Baltic Corporation (airBaltic)

(notifikata bid-dokument C(2014) 4552)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-għajnuna SA.34191 (2012/C) (ex 2012/NN) (ex 2012/CP), (1)

Wara li stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   IL-PRE-NOTIFIKA — SA.33799 (2011/PN)

(1)

Permezz tan-notifika SANI Nruo6332 tat-18 ta' Ottubru 2011, irreġistrata fl-20 ta' Ottubru 2011, il-Latvja nnotifikat minn qabel lill-Kummissjoni self ta' LVL 16-il miljun (EUR 22,65 miljuni) (2) favur il-Korporazzjoni A/S Air Baltic (“airBaltic” jew “il-kumpanija”). L-awtoritajiet Latvjani kienu tal-fehma li s-self ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat iżda madankollu xorta nnotifikatu minn qabel għal raġunijiet ta' ċertezza u trasparenza legali. Din il-pre-notifika kienet irreġistrata bin-numru ta' referenza SA.33799 (2011/PN).

(2)

Fis-27 ta' Ottubru 2011, saret laqgħa mal-awtoritajiet Latvjani u l-konsulenti tagħhom, li warajha l-awtoritajiet Latvjani ssottomettew informazzjoni supplimentari permezz ta' ittra tas-7 ta' Novembru 2011. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali permezz tal-posta elettronika tas-16 ta' Novembru 2011, is-17 ta' Novembru 2011, l-1 ta' Diċembru 2011, u d-9 ta' Diċembru 2011, li għalihom l-awtoritajiet Latvjani rrispondew rispettivament permezz tal-posta elettronika tas-16 ta' Novembru 2011, it-22 ta' Novembru 2011, is-7 ta' Diċembru 2011, u t-13 ta' Diċembru 2011.

(3)

Fl-4 ta' Jannar 2012, il-Latvja ssottomettiet informazzjoni addizzjonali u spjegat li s-self ta' LVL 16-il miljun — imsemmi fil-paragrafu 1.1 hawn fuq — kien diġà ngħata lill-kumpanija fil-21 ta' Ottubru 2011 mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, fit-13 ta' Diċembru 2011, l-Istat tal-Latvja ddeċieda li jżid il-kapital tal-kumpanija u fl-14 ta' Diċembru 2011 ta t-tieni self lill-airBaltic.

(4)

Fid-dawl tal-fatt li l-miżura ngħatat lill-kumpanija u ta' lment li wasal fid-9 ta' Jannar 2012 (ara t-taqsima 1.2 hawn taħt), l-awtoritajiet Latvjani rtiraw il-pre-notifika tagħhom permezz tal-posta elettronika tal-21 ta' Frar 2012. Il-każ ta' għajnuna mill-istat SA.33799 (2011/PN) kien amministrattivament magħluq fis-27 ta' Frar 2012.

1.2.   L-ILMENTI — SA.34191 (2012/C) (ex 2012/NN) (ex 2012/CP)

(5)

Fid-9 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni rċeviet ilment imressaq minn kumpanija privata SIA Baltijas aviācijas sistēmas (“BAS” jew “l-ilmentatur”), eks azzjonist tal-airBaltic, fir-rigward ta' numru ta' miżuri allegatament ipprovduti lill-airBaltic mill-Istat tal-Latvja.

(6)

Permezz tal-ittra tat-23 ta' Jannar 2012, il-Kummissjoni bagħtet l-ilment għal kummenti lil-Latvja, li rrispondiet fit-13 ta' Marzu 2012. Permezz tal-ittra tal-14 ta' Mejju 2012, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mil-Latvja, li ġiet ipprovduta fis-16 ta' Lulju 2012.

(7)

Permezz tal-ittra tat-18 ta' Lulju 2012, irreġistrata fl-20 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet ilment ġdid mis-Sa Inga Piterniece, eks membru tal-bord tal-BAS, rigward miżura addizzjonali allegatament mogħtija mill-Istat tal-Latvja lill-airBaltic. Permezz tal-posta elettronika tal-24 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni bagħtet l-ilment ġdid għall-kummenti lil-Latvja, li wieġbet fit-22 ta' Awwissu u l-4 ta' Settembru 2012.

(8)

Il-laqgħat mal-awtoritajiet Latvjani, il-konsulenti tagħhom u r-rappreżentanti tal-airBaltic saru fil-5 ta' Lulju u s-17 ta' Awwissu 2012.

(9)

Permezz tal-ittra ddatata 20 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni infurmat lil-Latvja li kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward tal-għajnuna (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Il-Latvja ssottomettiet kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ permezz tal-ittra ddatata 23 ta' Jannar 2013. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni lil-Latvja permezz tal-ittra tas-6 ta' Marzu 2013, li ngħatat risposta għaliha fit-8 ta' April 2013. Barra minn hekk, saret laqgħa mal-awtoritajiet Latvjani fil-25 ta' Ġunju 2013, li warajha l-Latvja ssottomettiet informazzjoni addizzjonali fl-14 ta' Awwissu, it-18 ta' Settembru, id-9 u l-25 ta' Ottubru 2013. Laqgħat addizzjonali mal-awtoritajiet Latvjani u r-rappreżentanti legali tagħhom saru fit-22 ta' Ottubru u t-22 ta' Novembru 2013, kif ukoll fl-10 ta' Jannar 2014. Il-Latvja ssottomettiet informazzjoni addizzjonali fis-7 u t-8 ta' Novembru, it-2, it-13 u l-20 ta' Diċembru 2013, u fit-28 u l-31 ta' Jannar, it-28 ta' Frar, l-24 u s-26 ta' Marzu, id-9 ta' April u s-16 ta' Mejju 2014.

(10)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3) fit-8 ta' Marzu 2013. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar il-miżuri.

(11)

Il-Kummissjoni rċeviet osservazzjonijiet mir-Ryanair u l-airBaltic, kif ukoll mingħand tliet individwi f'isem il-kredituri tal-airBaltic (FLS, AB Jet u Eurobalt Junipro). Il-Kummissjoni għaddiet dawn l-osservazzjonijiet lil-Latvja, li ngħatat l-opportunità li tagħti r-risposta tagħha; il-kummenti tal-Latvja waslu permezz ta' ittra tas-27 ta' Mejju 2013.

(12)

Permezz tal-ittra ddatata 4 ta' Lulju 2014, il-Latvja qablet li tirrinunzja għad-drittijiet tagħha derivati mill-Artikolu 342 TFUE flimkien mal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1/1958 u li din id-deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż.

2.   IS-SUQ TAT-TRASPORT BL-AJRU TAL-LATVJA

(13)

Is-suq tat-trasport bl-ajru tal-Latvja espanda b'mod mgħaġġel minn mindu l-Latvja ngħaqdet mal-UE. Bejn l-2003 u l-2007, il-medja annwali tat-tkabbir tal-passiġġieri fl-Ajruport Internazzjonali ta' Riga — inklużi passiġġieri minn punt għal ieħor u passiġġieri fi tranżitu — laħqet 47 %, jiġifieri minn madwar 700 000 passiġġier fl-2003, għaddiet għal 3,2 miljuni fl-2007. Id-dħul ta' trasportaturi bi prezz baxx, speċjalment ir-Ryanair, ikkontribwixxa għat-tkabbir tas-suq peress li nħolqot domanda ġdida sostanzjali bil-ftuħ ta' rotot ġodda.

(14)

Il-kriżi ekonomika globali tal-2008-2009 laqtet ħażin ħafna t-tkabbir ekonomiku tal-Latvja u konsegwentement is-suq tat-trasport bl-ajru tagħha. Bħala riżultat tal-kriżi, in-numru ta' passiġġieri minn punt għal ieħor fil-Latvja naqas minn 3,2 miljuni fl-2008 għal 2,7 miljuni fl-2009, għalkemm in-numru totali ta' passiġġieri kompla jikber permezz tat-trasferiment tal-passiġġieri.

(15)

Mill-2010, issokta t-tkabbir ġenerali tas-suq, u dan laħaq medja ta'tkabbir annwali ta' 12 %. Filwaqt li s-suq tal-passiġġieri minn punt għal ieħor żdied b'medja ta' 9 % fis-sena, iż-żieda fis-suq tat-trasferiment tal-passiġġieri laħaq it-18 % fis-sena. Fil-futur, huwa mistenni li s-suq tal-Latvja tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru sejjer ikompli jikber bir-rata ta' tkabbir annwali ta' % bejn l-2012 u l-2015.

(16)

L-ajruport Internazzjonali ta' Riga jinsab fuq quddiem nett fir-reġjun Baltiku. Fl-2011, madwar 5,1 miljun passiġġier ivvjaġġaw minn/lejn Riga, meta mqabbel mal-1,9 miljun passiġġier li vvjaġġaw minn/lejn Tallinn u 1,7 miljun passiġġier li vvjaġġaw minn/lejn Vilnius. Fl-2011, l-airBaltic trasportat 66 % tal-passiġġieri li jtiru minn Riga, filwaqt li r-Ryanair, it-tieni l-ikbar operatur u l-kompetitur ewlieni tal-airBaltic, ittrasporat 20 %. 15-il kumpanija oħra joperaw minn/lejn Riga (fornituri ta' servizz komplut u trasportaturi bi prezz baxx) u dawn jammontaw għal 14 % tal-passiġġieri kollha. (4)

3.   IL-BENEFIĊJARJU

(17)

L-airBaltic twaqqfet fl-1995 permezz ta' impriża konġunta bejn Scandinavian Airlines SAS u l-Istat Latvjan. F'Jannar 2009, SAS biegħet is-sehem kollu tagħha fil-kumpanija (47,2 %) lil BAS.

(18)

Mill-informazzjoni ppubblikata mill-istampa jidher li BAS twaqqfet bħala kumpanija privata li hija proprjetà sħiħa tas-Sur Bertolt Flick sa Diċembru 2010, meta 50 % tal-ishma tagħha ġew ittrasferiti lill-kumpanija rreġistrata l-Bahamas Taurus Asset Management Fund Ltd (“Taurus”). (5)

(19)

Minn Ottubru 2011, l-azzjonisti tal-airBaltic kienu l-Istat tal-Latvja — permezz tal-Ministeru tat-Trasport — b'52,6 % tal-ishma u BAS b'47,2 %, il-kumplament (0,2 %) kienu tal-linja tal-ajru Russa Transaero. F'dak iż-żmien, il-President u l-Kap Eżekuttiv tal-airBaltic kien is-Sur Bertolt Flick. Mill-1 ta' Novembru 2011, il-Kap Eżekuttiv tal-airBaltic huwa s-Sur Martin Gauss, eks Kap Eżekuttiv ta' Malév.

(20)

Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Latvjani, jidher li BAS kienet rahnet is-47,2 % tal-ishma tagħha fl-airBaltic bħala kollateral lil Latvijas Krājbanka, is-sussidjarja Latvjana tal-bank Litwan Snoras (6). Fis-16 ta' Novembru 2011, Snoras ikkollassa u ġie nazzjonalizzat. (7) Fis-17 ta' Novembru 2011, il-Kummissjoni Finanzjarja u tas-Swieq Kapitali tal-Latvja (“FCMC”) ordnat limitazzjoni tal-operazzjonijiet bankarji ta' Latvijas Krājbanka li jaqbżu l-EUR 100 000. (8) B'ordni mill-FCMC tal-21 ta' Novembru 2011, l-operazzjonijiet ta' Latvijas Krājbanka ġew sospiżi u nħatar maniġment ta' trustees. (9)

(21)

Skont l-informazzjoni pprovduta, jidher li l-BAS kienet inadempjenti fuq xi obbligi finanzjarji tagħha lejn Latvijas Krājbanka. Bħala riżultat, fit-30 ta' Novembru 2011, Latvijas Krājbanka biegħet l-ishma kollha minbarra sehem wieħed li qabel kienu tal-BAS lill-Ministeru tat-Trasport għall-valur nominali tagħhom, li jlaħħqu t-total ta' LVL 224 453 (EUR 317 787). (10) Bħala riżultat, l-ishma tal-Latvja fl-airBaltic żdiedu għal 99,8 %, filwaqt li l-BAS żammet sehem wieħed biss.

(22)

Mill-istampa jidher ukoll li l-azzjonisti tal-BAS rahnu wkoll l-ishma tagħhom fil-BAS bħala sigurtà ma' Latvijas Krājbanka. (11) Fis-6 ta' Frar 2012, fil-kuntest tal-proċeduri tal-insolvenza relatati mal-BAS, (12) sussidjarja ta' Latvijas Krājbanka ħadet l-ishma tal-BAS mill-azzjonisti preċedenti tagħha u ħatret maniġment ġdid.

(23)

Fl-aħħar nett jidher li fit-8 ta' Ġunju 2012, l-Istat Latvjan xtara mill-BAS l-uniku sehem tagħha fl-airBaltic għal LVL 1. Għalhekk, minn din id-data, il-BAS ma baqgħetx azzjonist tal-airBaltic. (13)

(24)

Fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-airBaltic, l-awtoritajiet Latvjani spjegaw li d-diffikultajiet tal-kumpanija bdew fl-2008, minħabba r-reċessjoni ekonomika globali u ż-żieda qawwija fil-prezz taż-żejt. Bħala riżultat, fl-2008 l-airBaltic kellha telf ta' LVL 28 miljun (EUR 39,64 miljuni). Madankollu, fl-2009 il-kumpanija reġgħet lura għal profit ta' LVL 14-il miljun (EUR 19,82 miljuni). (14) Fl-2010, l-airBaltic reġgħet għamlet telf ta' LVL 34,2 miljuni (EUR 48,42 miljuni). F'Ġunju 2011, il-Ministru tal-Ekonomija tal-Latvja qal li l-airBaltic operat b'telf ta' LVL 18-il miljun (EUR 25,48 miljuni) fl-ewwel ħames xhur tal-2011 u kienet viċin li tfalli. (15) Fil-21 ta' Settembru 2011, l-airBaltic għamlet talba għal protezzjoni ġuridika mill-kredituri tagħha. (16) Ir-riżultati awditjati tal-2011 urew telf ta' LVL 83,5 miljuni (EUR 118,22 miljuni).

(25)

Fis-27 ta' Awwissu 2012, il-Latvja ppubblikat stedina għal investituri potenzjali biex jesprimu l-interess tagħhom biex jakkwistaw 50 % tal-voti minbarra vot wieħed tal-kapital tal-airBaltic, (*) għalkemm ma ġewx esklużi tranżazzjonijiet ta' natura differenti. Il-kriterji ewlenin sabiex jintgħażel investitur sejrin ikunu l-kapaċità li jiġi appoġġjat l-iżvilupp tal-airBaltic, ir-reputazzjoni u l-esperjenza tal-investitur kif ukoll ir-riżorsi finanzjarji tiegħu. Il-proċess huwa mmirat li jiġi konkluż fl-2014.

4.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

4.1.   IL-FTEHIM TAT-3 TA' OTTUBRU 2011: L-EWWEL SELF MILL-ISTAT U S-SELF MILL-BAS

(26)

Abbażi tal-ftehim iddatat 3 ta' Ottubru 2011 (“il-Ftehim”), il-Latvja qablet li tipprovdi lill-airBaltic b'self ta' LVL 16-il miljun (EUR 22,65 miljuni) (“l-ewwel self mill-Istat”, miżura 1) flimkien ma' self ieħor ta' LVL 14-il miljun (EUR 19,82 miljuni) mill-BAS (“is-self mill-BAS”). Il-kundizzjonijiet taż-żewġ selfiet kienu relatati u identiċi, u r-rata tal-imgħaxinizjali ġiet stabbilita fil-livell ta' [11 — 13] (17) %. Madankollu, fiż-żmien meta ngħata s-self lill-airBaltic, il-BAS irrinunzjat għad-dritt tagħha li jkollha s-self mill-BAS kollateralizzat.

(27)

Il-Ftehim stipula wkoll li sa mhux iktar tard mill-15 ta' Diċembru 2011, l-Istat jagħti self ieħor lill-airBaltic ta' ammont mhux determinat bi proporzjon għad-drittijiet ta' votazzjoni tiegħu, bl-istess kundizzjonijiet tal-ewwel self mill-Istat. Iż-żewġ selfiet mill-Istat kellhom jiġu kapitalizzati jekk jiġu ssodisfati numru ta' kundizzjonijiet, li fosthom hemm l-approvazzjoni mill-bord tal-airBaltic ta' pjan ta' negozju/ristrutturar.

(28)

L-Artikolu 7 tal-Ftehim stipula l-kundizzjonijiet għaż-żieda fil-kapital tal-airBaltic fil-futur. B'mod partikolari, l-Artikolu 7.3 jgħid li “is-self mill-Istat u s-self mill-BAS […] jista' jiżdied mas-somma li għandha tiġi kapitalizzata”. Skont l-Artikolu 7.4, il-BAS impenjat ruħha li tivvota għall-kapitalizzazzjoni tas-self u għaż-żieda fil-kapital. F'każ li l-BAS ma tissodisfax l-impenji tagħha, l-Artikolu 7.4 ipprovda lill-Istat id-dritt li jixtri mill-BAS, l-ishma tagħha fl-airBaltic għal LVL 1. (18)

(29)

Il-Latvja tat l-ewwel self mill-Istat lill-airBaltic fil-21 ta' Ottubru 2011 (ara l-premessa 3 hawn fuq). Il-BAS tat is-self mill-BAS fl-1 ta' Novembru 2011.

(30)

Fit-13 ta' Diċembru 2011, ladarba l-ishma tal-Latvja fl-airBaltic kienu żdiedu għal 99,8 % (ara l-premessa 21 hawn fuq), il-Gvern tal-Latvja ddeċieda li jawtorizza rata tal-imgħax imnaqqsa għall-ewwel self mill-Istat minn [11 — 13] % għal [2 — 4] %. Minħabba li l-ewwel self mill-Istat u s-self mill-BAS kienu marbuta (ara l-premess 26 hawn fuq), l-istess tnaqqis fir-rata tal-imgħax kien applikat għal dan tal-aħħar.

4.2.   IT-TIENI SELF MILL-ISTAT TAT-13 TA' DIĊEMBRU 2011

(31)

Fit-13 ta' Diċembru 2011, fl-istess żmien tat-tnaqqis tar-rata tal-imgħax tal-ewwel self mill-Istat (ara l-premessa 30 hawn fuq), il-Gvern tal-Latvja ddeċieda li jagħti self konvertibbli lill-airBaltic ta' LVL 67 miljun (EUR 94,86 miljuni) b'rata tal-imgħax ta' [9 — 11] % diviż f'żewġ segmenti (“it-tieni self mill-Istat”, miżura 2). (19)

(32)

L-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat ta' LVL 41,6 miljuni (EUR 58,89 miljuni) sar disponibbli immedjatament għall-Baltic bi ftehim tal-14 ta' Diċembru 2011. It-tieni segment ta' LVL 25,4 miljuni (EUR 35,96 miljuni) sar disponibbli għall-kumpanija fl-14 ta' Diċembru 2012, jiġifieri wara li l-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha.

4.3.   ŻIEDA FIL-KAPITAL TAL-AIRBALTIC MIFTIEHMA FIT-22 TA' DIĊEMBRU 2011

(33)

Matul il-laqgħa tal-azzjonisti tal-airBaltic tat-22 ta' Diċembru 2011, l-Istat tal-Latvja u l-BAS — minkejja li dak iż-żmien kellha sehem wieħed biss fil-kumpanija — qablu li jżidu l-kapital b'LVL 110 miljuni (EUR 155,74 miljuni) (“iż-żieda fil-kapital”, miżura 3). Dan kellu jintlaħaq permezz tal-konverżjoni f'kapital tal-ewwel self mill-Istat, l-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat, u s-self mill-BAS, flimkien ma' kontribuzzjoni fi flus mill-BAS ta' LVL 37,7 miljuni (EUR 53,38 miljuni).

(34)

L-Istat tal-Latvja eżeġwixxa d-deċiżjoni tiegħu biex jipparteċipa fiż-żieda fil-kapital tal-airBaltic fid-29 ta' Diċembru 2011 u pproċeda biex jikkonverti f'kapital l-ewwel self mill-Istat u l-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat.

(35)

Permezz tal-ittra tal-4 ta' Jannar 2012, il-Ministeru tat-Trasport tal-Latvja talab li l-BAS tipparteċipa fiż-żieda fil-kapital billi tikkonverti s-self mill-BAS u billi tinjetta l-flus. Minkejja t-talbiet tal-awtoritajiet Latvjani, il-BAS ma dehritx li kellha rieda biex tissodisfa l-ftehim milħuq fil-laqgħa tal-azzjonisti. Tabilħaqq, permezz tal-ittri ddatati mis-6 sas-26 ta' Jannar 2012, il-BAS ikkontestat l-akkwist tal-Istat minn Latvijas Krājbanka tal-ishma tal-airBaltic li l-BAS kellha qabel (ara l-premessa 21 hawn fuq) u talbet li l-Istat ma jadottax deċiżjonijiet dwar bidliet fil-kapital tal-airBaltic. Fid-19 ta' Jannar 2012, l-FCMC ħarġet projbizzjoni formali lill-BAS u lill-airBaltic dwar l-inklużjoni tas-self mill-BAS bħala parti miż-żieda fil-kapital.

(36)

Sat-30 ta' Jannar 2012, jiġifieri t-tmiem tal-ewwel stadju tal-perjodu ta' implimentazzjoni tas-sottoskrizzjoni għaż-żieda fil-kapital, il-BAS kienet la kkonvertit is-self tagħha u lanqas injettat il-flus.

4.4.   L-ILMENT MILL-BAS U L-AVVENIMENTI SUSSEGWENTI

(37)

L-ilment ippreżentat lill-Kummissjoni fid-9 ta' Jannar 2012 kien jikkonċerna l-ewwel u t-tieni self mill-Istat kif ukoll iż-żieda fil-kapital. Barra minn hekk, il-BAS ilmentat dwar żewġ miżuri oħra li potenzjalment jikkostitwixxu għajnuna lill-airBaltic, jiġifieri l-akkwist mill-Istat ta' bonds ta' kupun ta' 0 % mill-airBaltic f'April 2010 (miżura 4) u l-ħlas ta' EUR 2,8 miljuni minn Latvijas Krājbanka lill-airBaltic fil-21 u t- 22 ta' Novembru 2011 (miżura 5).

(38)

Il-Latvja spjegat li l-miżura 4 tinkludi l-akkwist ta' LVL 30 miljun (EUR 42,47 miljuni) ta' bonds ta' kupun ta' 0 % mill-airBaltic mill-maġġoranza tal-azzjonisti fl-airBaltic dak iż-żmien, jiġifieri, l-Istat tal-Latvja u l-BAS. Il-parti korrispondenti għal-Latvja ma kinitx sottoskritta direttament mill-Ministeru tat-Trasport — is-sid reali tal-ishma tal-airBaltic — iżda mir-Radju u ċ-Ċentru tat-Televiżjoni tal-Istat tal-Latvja (“LVRTC”), kumpanija 100 % tal-Istat. Il-bonds kienu akkwistati b'valur nominali ta' LVL 1 kull waħda u ma kellhom ebda mgħax, u nxtraw mil-Latvja u l-BAS bi proporzjon għall-ishma tagħhom. Dan jirriżulta fl-akkwist min-naħa tal-Istat tal-Latvja ta' bonds b'imgħax ta' 0 % mingħand l-airBaltic f'ammont ta' madwar LVL 15,78 miljuni (EUR 22,34 miljuni) u l-akkwist ta' madwar LVL 14,22 miljuni (EUR 20,13 miljuni) min-naħa tal-BAS. Il-bonds għandhom jiġu kkonvertiti f'kapital fl-1 ta' Lulju 2015, bir-rata ta' sehem wieħed għal kull bond.

(39)

Fir-rigward tal-miżura 5, l-awtoritajiet Latvjani spjegaw li ma sar ebda pagament lill-airBaltic fil-21 u t-22 ta' Novembru 2011 kif allegat mill-ilmentatur. Madankollu, l-airBaltic issottomettiet tliet ordnijiet ta' ħlas lil-Latvijas Krājbanka qabel id-deċiżjonijiet tal-FCMC tas-17 ta' Novembru 2011 sabiex tillimita l-operazzjonijiet bankarji ta' iktar minn EUR 100 000 u sabiex twaqqaf l-operazzjonijiet kollha ta' Latvijas Krājbanka fil-21 ta' Novembru 2011 (ara l-premessa 20 hawn fuq). Dawn l-ordnijiet ġew eżegwiti minn Latvijas Krājbanka jiem wara. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet inkwistjoni kienu żewġ pagamenti ta' USD […] miljuni lill-IATA Clearing House u ta' EUR […] miljuni lill-Ajruport Internazzjonali ta' Riga li saru fil-25 ta' Novembru 2011, u trasferiment ta' EUR […] miljuni lejn kont bankarju alternattiv tal-airBaltic fi Swedbank fit-30 ta' Novembru 2011.

4.4.1.   Il-pjan ta' “riForma” ta' Marzu 2012

(40)

F'Marzu 2012, l-airBaltic adottat pjan imsejjaħ “riForma”. Il-pjan jipprevedi numru ta' miżuri, inkluż ix-xiri ta' ajruplani iktar effiċjenti (20) u l-għeluq ta' ċerti rotot, li jippermetti lill-kumpanija biex ikollha ekwilibriju fl-2014 fix-xenarji realistiċi u ottimisti. Madankollu, f'xenarju pessimist, l- l-EBIT tal-airBaltic ikun tal-inqas negattiv sal-2016.

(41)

Il-pjan ta' riForma jipprevedi li minbarra l-LVL 83 miljun (EUR 117,51 miljuni) diġà impenjati lill-kumpanija, (21) sejjer ikun meħtieġ finanzjament addizzjonali ta' LVL [45 — 55] miljun (EUR [64 — 78] miljun) […] f'xenarju realistiku. Dan l-ammont jonqos għal LVL [5 — 15]-il miljun (EUR [7 — 21] miljun) fix-xenarju ottimist iżda jiżdied għal LVL [135 — 145] miljun (EUR [192 — 206] miljuni) f'xenarju pessimist.

4.5.   L-ILMENT TAT-18 TA' LULJU 2012

(42)

Minbarra l-Latvja u l-BAS, numru ta' investituri oħra kienu wkoll partijiet mill-Ftehim. Dawn l-investituri qablu li jagħtu żewġ selfiet sindikati lill-airBaltic ta' EUR 35 miljun kull wieħed b'rata tal-imgħax inizjali ta'[5 — 7] %. L-ewwel self sindikat kellu suppost li jiġi pprovdut minn Latvijas Krājbanka u l-bank tal-Litwanja Snoras. It-tieni self sindikat kellu suppost jiġi pprovdut minn diversi kumpaniji, fosthom Taurus. Dawn is-selfiet sindikati kellhom jingħataw sabiex jiġu sostitwiti diversi pretensjonijiet li dawk l-investituri privati kellhom kontra l-airBaltic. F'każ li l-BAS ma tissodisfax l-impenji tagħha skont dan il-Ftehim, b'konformità mal-Artikolu 7.4 tiegħu, l-investituri li kellhom jagħtu lill-airBaltic it-tieni (2) self sindikat — inkluż l-azzjonist tal-BAS Taurus — qablu li “jassenjaw u jagħtu lura lill-Istat jew lill-kumpanija nnominata tiegħu għas-somma ta' LVL 1 il-pretensjonijiet kollha li jirriżultaw mill-[…] is-self pendenti [sindikat] nru 2”.

(43)

Fit-18 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni rċeviet ilment addizzjonali (ara l-premessa 7 hawn fuq) rigward l-obbligu tal-investituri skont l-Artikolu 7.4 tal-Ftehim sabiex jiġu assenjati u mgħoddija lill-Istat jew lill-kumpanija nnominata tiegħu, il-pretensjonijiet kollha li jirriżultaw mit-tieni (2) self sindikat għal LVL 1 biss (ara l-premessa 28 hawn fuq). L-ilmentatur jallega li permezz tal-ittri tad-9 ta' Frar 2012 u t-12 ta' Ġunju 2012 l-Istat tal-Latvja kien iddeċieda li l-pretensjoni ta' EUR 5 miljuni għall-airBaltic għat-tieni (2) self sindikat — il-parti mogħtija minn Taurus, minn total ta' EUR 35 miljun — għandha tiġi assenjata lill-airBaltic għall-prezz ta' LVL 1 (miżura 6).

5.   ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

(44)

Fl-20 ta' Novembru 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ proċedura ta' investigazzjoni formali. Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni waslet għall-opinjoni preliminari li l-airBaltic tista' titqies bħala ditta f'diffikultà fiż-żmien meta ġew ipprovduti l-miżuri identifikati. Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji fir-rigward tas-sitt miżuri li qegħdin jiġu vvalutati u waslet għall-konklużjoni preliminari li kollha kienu jinkludu għajnuna mill-Istat.

(45)

Il-Kummissjoni l-ewwel innotat li l-ewwel self mill-Istat (miżura 1) kien ipprovdut mill-Istat fl-istess żmien bħas-self mill-BAS — bi proporzjon għall-ishma tagħhom — u b'kundizzjonijiet identiċi, li għall-bidu jidher li jissuġġerixxi li s-self ingħata fuq termini pari passu. Madankollu, il-Kummissjoni osservat li ma setgħetx tivvaluta l-ewwel self mill-Istat u s-self mill-BAS waħedhom iżda f'kuntest globali tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim. Għaldaqstant, il-Kummissjoni nnotat li mill-Ftehim ma jirriżultax li, minbarra s-self mill-BAS, il-BAS kellha toħroġ ukoll self konvertibbli lill-airBaltic flimkien mat-tieni self mill-Istat u li l-Istat kien għamel impenji li kienu differenti u ekonomikament iktar sinifikanti minn dawk li għamlet il-BAS. Il-Kummissjoni osservat ukoll li d-deċiżjoni tal-BAS li tinvesti fl-airBaltic ittieħdet f'kuntest li fih l-awtoritajiet pubbliċi kienu diġà urew ir-rieda tagħhom sabiex jappoġġjaw finanzjarjament lill-kumpanija.

(46)

Fir-rigward tar-rata tal-imgħax tal-ewwel self tal-Istat u t-tnaqqis tar-rata tal-imgħax ta' [5-15] punti perċentwali li seħħ f'Diċembru 2011 (ara l-premessa 30 hawn fuq), il-Kummissjoni kkunsidrat bħala dubjuż li r-rati applikati jkunu fil-livell tas-suq fid-dawl tad-diffikultajiet sinifikanti tal-airBaltic f'dak iż-żmien.

(47)

Fir-rigward tat-tieni self mill-Istat (miżura 2) il-Kummissjoni l-ewwel osservat li dan kien diġà previst fil-Ftehim, għalkemm f'ammont mhux determinat u suġġett għal numru ta' fatturi. Skont il-Kummissjoni, it-tieni self mill-Istat ma setax jitqies li huwa pari passu minħabba li mill-Ftehim ma kienx isegwi — għall-kuntrarju ta' dak li argumentat il-Latvja — li, minbarra s-self mill-BAS, il-BAS kellha wkoll toħroġ self konvertibbli għall-airBaltic. Barra minn hekk, il-Kummissjoni enfasizzat li meta l-Latvja ddeċidiet li tipprovdi t-tieni self mill-Istat lill-airBaltic, ma hemm ebda konkomitanza possibbli min-naħa tal-BAS minħabba li ma għandha ebda obbligu biex tipprovdi kwalunkwe self ieħor lill-airBaltic.

(48)

Fir-rigward tar-rata tal-imgħax tat-tieni self mill-Istat ([9 — 11] %), il-Kummissjoni esprimiet dubji li investitur privat ikun ipprovda lill-kumpanija b'self bit-tali rata tal-imgħax fid-dawl tad-diffikultajiet li l-airBaltic kienet qiegħda taffaċċja u l-fatt li l-kollateral użat kien l-istess bħal dak mogħti fir-rigward tal-ewwel self mill-Istat.

(49)

Rigward iż-żieda fi-kapital miftiehma fit-22 ta' Diċembru 2011 (miżura 3), il-Kummissjoni nnotat li fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni tar-rikapitalizzazzjoni, il-BAS kienet tilfet l-ishma kollha tagħha minbarra sehem wieħed fl-airBaltic (minħabba li l-Istat kien akkwistahom minn Latvijas Krājbanka). Bħala riżultat, l-Istat żied l-ishma tiegħu fil-kumpanija għal 99,8 % (ara l-premessa 21 hawn fuq). Għalhekk, il-konverżjoni kellha ftit sens ekonomiku għall-BAS, li — sabiex terġa' tikseb l-ishma preċedenti tagħha — intalbet biex mhux biss tikkonverti f'kapital is-self mill-BAS iżda biex tinjetta wkoll LVL 37,7 miljuni (EUR 53,38 miljuni) fi flus, dan kollu b'possibbiltajiet limitati li l-ekwità tipprovdi biss xi redditu f'terminu ta' żmien qasir u medju fid-dawl tad-diffikultajiet tal-kumpanija. Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar id-data li fiha l-miżura 3effettivament ingħatat.

(50)

Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-BAS u l-Istat kellhom ċertu perjodu ta' żmien — wieħed jassumi sat-30 ta' Jannar 2012, jiġifieri fl-aħħar tal-ewwel stadju tal-perjodu ta' implimentazzjoni tas-sottoskrizzjoni għaż-żieda fil-kapital — biex jinjettaw il-kapital fl-airBaltic. Madankollu, l-Istat għamel dan fid-29 jew it-30 ta' Diċembru 2011, filwaqt li l-BAS eventwalment qatt ma kkonvertiet is-self tagħha jew injettat il-flus. Skont il-Kummissjoni, qabel ma kkonvertiet is-self, il-Latvja missha stenniet sakemm jiġi żgurat b'mod raġonevoli li l-BAS kienet sejra tagħmel dan. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li l-miżura 3 ma kinitx tidher li tikkonforma mal-MEIP.

(51)

Fir-rigward tal-akkwist ta' LVL 30 miljun (EUR 42,47 miljuni) f'bonds ta' kupun ta' 0 % mill-airBaltic f'April 2010 (miżura 4), il-Kummissjoni enfasizzat li dawn il-bonds, fid-dawl tal-karatteristiċi tagħhom, kienu paragunabbli ma' injezzjoni ta' kapital. Minħabba li mill-bidu nett ġiet eskluża l-profittabbiltà, peress li ma kien marbut ebda mgħax għall-bonds u li l-profittabbiltà futura wara l-konverżjoni dehret mhux probabbli minħabba d-diffikultajiet tal-kumpanija, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-linji tal-ajru, u n-nuqqas, f'dak iż-żmien ta' pjan sabiex il-kumpanija terga' ssir profittabbli, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar il-konformità mas-suq tal-miżura 4. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-BAS akkwistat il-bonds minħabba l-interess qawwi li wriet il-Latvja fl-airBaltic qabel il-ħruġ tal-bonds.

(52)

Rigward il-pagamenti ta' EUR 2,8 miljuni minn Latvijas Krājbanka (miżura 5), il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi b'ċertezza jekk — fiż-żmien meta seħħew dawn il-pagamenti — l-azzjonijiet ta' Latvijas Krājbanka, minħabba li kien bank 100 % tal-Istat, kinux indipendenti minn dawk tal-Istat. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li l-Latvja ma kinitx ipprovdiet ebda evidenza li l-airBaltic issottomettiet il-pagament u l-ordnijiet ta' trasferiment qabel id-deċiżjoni tal-FCMC tas-17 ta' Novembru 2011 sabiex jiġu limitati l-operazzonijiet bankarji għal kull klijent ta' iktar minn EUR 100 000.

(53)

Fl-aħħar, rigward il-pretensjoni ta' EUR 5 miljuni attribwita lill-airBaltic (miżura 6), il-Kummissjoni spjegat fid-deċiżjoni tal-ftuħ li bis-saħħa tal-Artikolu 7.4 tal-Ftehim, il-Latvja ddeċidiet li pretensjoni ta' EUR 5 miljuni għall-airBaltic għat-tieni (2) self sindikat — il-parti mogħtija minn Taurus, ta' total ta' EUR 35 miljun — kellha tiġi assenjata lill-airBaltic għall-prezz ta' LVL 1. Il-Kummissjoni enfasizzat li f'termini ekonomiċi, din l-operazzjoni kienet simili ħafna għal revoka ta' dejn, li permezz tagħha l-Latvja kienet qiegħda teħles lill-airBaltic mill-obbligi tagħha biex tħallas l-imgħax u tirrimborża parti mit-tieni (2) self sindikat lill-portatur tal-pretensjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżura 6 ma kinitx tikkonforma mal-MEIP minħabba li airBaltic ma kinitx intitolata skont il-Ftehim sabiex tikseb il-kreditu għal LVL 1.

(54)

Fir-rigward tal-bqija pretensjonijiet skont it-tieni (2) self sindikat li jammonta għal total ta' LVI 30 miljun (EUR 42,47 miljuni) (ara l-premessa 42 hawn fuq), il-Kummissjoni nnotat li r-raġunament ta' hawn fuq kien ikun japplika mutatis mutandis għal dawn il-pretensjonijiet.

(55)

Għalhekk, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li s-sitt miżuri li qegħdin jiġu vvalutati kienu jinkludu għajnuna llegali mill-Istat, minħabba li kienu ngħataw bi ksur tan-notifika u l-obbligi ta' sospensjoni stabbiliti mill-Artikolu 108(3) TFUE.

(56)

Il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern tas-sitt miżuri li qegħdin jiġu vvalutati, b'mod partikolari minħabba li l-awtoritajiet Latvjani ma pprovdew ebda raġuni possibbli għall-kompatibbiltà. Mir-raġunijiet possibbli tal-kompatibbiltà, il-Kummissjoni — fid-dawl tad-diffikultajiet tal-airBaltic — b'mod preliminari kkunsidrat li l-uniċi kriterji applikabbli kienu dawk li jikkonċernaw għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE abbażi tal-linji gwida tal-Komunità dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar tad-ditti f'diffikultà (22) (“il-Linji Gwida R&R”). F'dan ir-rigward, abbażi tal-informazzjoni disponibbli f'dak iż-żmien, il-Kummissjoni kienet tal-opinjoni li l-kundizzjonijiet għall-għajnuna għas-salvataġġ ma jidhirx li kienu ssodisfati, u li l-pjan ta' riForma ma kien jinkludi ebda wieħed mill-elementi meħtieġa sabiex jiġi kkunsidrat pjan ta' ristrutturar skont it-tifsira tal-punt 3.2 tal-Linji Gwida R&R.

6.   KUMMENTI DWAR ID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ

6.1.   KUMMENTI MIL-LATVIA

(57)

Fil-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ tal-Kummissjoni, il-Latvja tinnota li l-miżuri 1, 2, 3 u 6 kienu interdipendenti u li huma derivati mill-Ftehim, u għaldaqstant essenzjalment jikkostitwixxu l-istess tranżazzjoni finanzjarja li għandha tiġi vvalutata fiż-żmien meta l-Ftehim daħal fis-seħħ jiġifieri, it-3 ta' Ottubru 2011. Abbażi ta' dan, il-Latvja tikkonkludi li dawn il-miżuri huma konkomittanti u jikkonformaw mal-MEIP, u b'hekk jeskludu għajnuna mill-Istat.

(58)

Il-Latvja targumenta li l-BAS kienet l-inizjatur tal-Ftehim u attwalment talbet lill-Istat biex jipparteċipa fiż-żieda kapitali. Eventwalment, l-Istat qabel li jinvesti suġġett għal kundizzjonijiet stretti stipulati fil-Ftehim. Wieħed mill-elementi ewlenin tal-Ftehim kien l-injezzjoni mill-Istat u l-BAS ta' madwar LVL 100 miljun (EUR 141,58 miljuni f'żewġ stadji: (i) LVL 30 miljun (EUR 42,47 miljuni) fil-forma tal-ewwel self mill-Istat u s-self mill-BAS, u (ii) madwar LVL 70 miljun (EUR 99,1 miljuni) li għandhom jiġu pprovduti mill-Istat u l-BAS skont il-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom. Għalhekk, skont il-Latvja, il-BAS kellha obbligu kuntrattwali biex tinjetta kapital addizzjonali fl-airBaltic proporzjonalment għall-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha. Il-Latvja tislet din il-konklużjoni mill-Artikolu 7.2 tal-Ftehim, li jistabbilixxi li l-Istat jipprovdi t-tieni self lill-airBaltic “proporzjonalment għad-drittijiet ta' votazzjoni tiegħu”, li fil-fehma tal-Latvja ifisser li l-BAS kellha wkoll tinjetta flus proporzjonalment għall-parteċipazzjoni azzjonarja tagħha.

(59)

Il-Latvja nnotat ukoll li l-Ftehim jipprevedi numru ta' miżuri ta' kontinġenza mmirati biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Istat f'każ li l-BAS tonqos mill-tissodisfa l-obbligi tagħha: (i) id-dritt tal-Istat li jakkwista l-ishma mill-BAS għal LVL 1 (2), (ii) l-obbligu tal-investituri privati li taw it-tieni (2) self sindikat lill-airBaltic biex jattribwixxu l-pretensjonijiet tagħhom kontra l-airBaltic lill-Istat taħt ċertu ċirkostanzi, kif ukoll (iii) l-obbligu għall-investituri li jikkumpensaw lill-airBaltic għal ċerti obbligi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ li jammontaw għal madwar EUR […] miljuni. (23) Il-fatt li l-BAS u l-investituri aċċettaw dawn il-miżuri ta' kontinġenza huwa, fl-opinjoni tal-Latvja, prova li l-investituri kienu kunfidenti li l-BAS kienet sejra tissodisfa l-obbligi tagħha. Abbażi ta' dan, il-Latvja tqis li l-miżuri 1, 2 u 3 kienu konkomittanti u razzjonali għall-MEIP. Barra minn hekk, minħabba li l-miżura 6 kienet korollarja tal-miżuri ta' kontinġenza, il-Latvja sostni li din il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna lanqas.

(60)

Barra minn hekk, rigward il-miżura 1, il-Latvja żżid li r-rata tal-imgħax kienet konformi mal-MEIP u l-Komunikazzjoni tar-Rata ta' Referenza (24) u targumenta li t-tnaqqis fir-rata tal-imgħax minn [11 — 13] % għal [2 — 4] % kien ekonomikament razzjonali għall-Istat sabiex inaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament tal-airBaltic (li f'dak iż-żmien diġà kellha 99,8 % tagħha). Rigward il-miżura 2, il-Latvja hija tal-opinjoni li r-rata tal-imgħax kienet tikkonforma mal-MEIP.

(61)

Fir-rigward tal-miżura 3, l-awtoritajiet Latvjani jargumentaw li l-konverżjoni f'kapital tal-ewwel self mill-Istat u l-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat saru abbażi tad-deċiżjoni konkomittanti mill-BAS biex tikkonverti s-self tal-BAS u tinjetta LVL 37,7 miljuni (EUR 53,38 miljuni) fi flus, li saret waqt il-laqgħa tal-azzjonisti tal-airBaltic tat-22 ta' Diċembru 2011. L-awtoritajiet Latvjani jtennu li l-miżuri 1, 2 u 3 ma għandhomx jiġu vvalutati waħedhom iżda biss flimkien mat-tranżazzjoni usa' li jiffurmaw parti inseparabbli minnha. Minħabba li din it-tranżazzjoni kienet miftiehma mill-BAS u l-Istat b'konkomittanza sħiħa, il-Latvja teskludi l-preżenza tal-għajnuna. Il-Latvja targumenta wkoll li l-fatt li l-BAS ma ssodisfatx l-impenn tagħha sal-aħħar tad-data ta' skadenza (jiġifieri t-30 ta' Jannar 2012) huwa irrelevanti u li l-Istat ma kellu ebda għażla ħlief li jikkonverti l-ewwel self mill-Istat u l-ewwel segment tat-tieni self mil-Istat f'kapital — huwa għamel dan fid-29 ta' Diċembru 2011. Barra minn hekk, il-Latvja, tispjega li l-Istat ħa l-passi kollha possibbli sabiex il-BAS tiġi sfurzata tissodisfa l-impenn tagħha.

(62)

F'dak li għandu x'jaqsam mal-miżura 6, il-Latvja żżid li l-attribuzzjoni tal-pretensjonijiet lill-airBaltic kienet korollarju tal-miżuri previsti fl-Artikolu 7 tal-Ftehim. Skont il-Latvja, dan jiżgura li l-Ftehim kollu huwa pari passu, minħabba li l-assenjazzjoni tal-pretensjoni lill-airBaltic tiggarantixxi li l-investituri privati jagħmlu kontribuzzjoni proporzjonata għall-injezzjoni finanzjarja fl-airBaltic.

(63)

Fir-rigward tal-miżura 4, il-Latvja hija tal-fehma li l-ħruġ ta' bonds ta' kupun ta' 0 % sar, b'mod konkomittanti mill-Istat u l-BAS skont kundizzjonijiet identiċi u b'hekk jeskludi l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat. Il-Latvja tispjega wkoll li d-deċiżjoni biex jinħarġu bonds ittieħdet bl-inizjattiva tal-BAS. Rigward il-fatt li dawn il-bonds ma offrew ebda profitt, il-Latvja ssostni li l-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-hekk imsejjaħ “effett tas-sid” u tikkunsidra li li l-Istat, bħala azzjonist tal-airBaltic, kellu inċentivi differenti minn investituri barranin.

(64)

Fl-aħħar, rigward il-miżura 5, il-Latvja hija tal-fehma li ma kienu involuti ebda riżorsi tal-Istat u li fi kwalunkwe każ, l-azzjonijiet tal-FCMC ma jkunux imputabbli lill-Istat.

(65)

Fid-dawl tal-fehma tagħha li ma kien hemm ebda għajnuna mill-Istat, il-Latvja inizjalment ma pprovdietx argumenti dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri mas-suq intern. Madankollu, matul il-kors tal-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Latvja pprovdiet argumenti f'dan ir-rigward u nnotat li jekk kien hemm għajnuna mill-Istat, din kienet għajnuna ta' ristrutturar kompatibbli mal-Linji Gwida R&R.

(66)

Abbażi ta' dan, f'Diċembru 2013, il-Latvja ssottomettiet pjan ta' ristrutturar li jgħid li r-ristrutturar tal-airBaltic beda f'April 2011, meta l-ewwel verżjoni tal-pjan kienet ippreżentatata lill-maniġment tal-kumpanija. Dan id-dokument identifika xi dgħufijiet tal-airBaltic u stabbilixxa li kienu meħtieġa EUR [175 — 185] miljun f'kapital. Din l-ewwel verżjoni tal-pjan evolviet fil-pjan ta' riForma ta' Marzu 2012, li skont il-Latvja kien il-pass preliminari għall-pjan ta' ristrutturar sottomess f'Diċembru 2013.

(67)

Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi perjodu ta' ristrutturar ta' 5 snin minn April 2011 sa April 2016 u spejjeż totali għar-ristrutturar ta' LVL [150 — 170] miljun (EUR [214 — 242] miljun). Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi tliet tipi ta' miżuri ta' ristrutturar: (i) l-ottimizzazzjoni tal-introjtu u l-ispejjeż tal-operazzjonijiet eżistenti; (ii) ir-rikonfigurazzjoni tan-netwerk, li jirriżulta f'aġġustament tad-destinazzjonijiet, il-frekwenzi u ż-żmien; kif ukoll (iii) ottimizzazzjoni tan-netwerk u tal-flotta. Il-pjan ta' ristrutturar jinkludi total ta' 26 inizjattiva li jindirizzaw l-introjtu u l-ispejjeż, flimkien ma' inizjattivi addizzjonali fil-qasam tar-rikonfigurazzjoni tan-netwerk u t-tiġdid tal-flotta. Rigward ir-restawr tal-vijabbiltà tal-airBaltic, il-pjan jistenna li b'dawn l-inizjattivi, il-kumpanija sejra tilħaq ekwilibriju fl-2014 u wara tibqa' profittabbli, bl-EBIT jilħaq LVL [1 — 3] miljuni (EUR [1,4 — 4,2] miljuni) fl-2014 u LVL [9 — 12]-il miljun (EUR [12,8 — 17]-il miljun) fl-2016. Il-pjan ta' ristrutturar jinkludi wkoll previżjonijiet finanzjarji riveduti abbażi ta' xenarji realistiċi, pessimisti u ottimisti, li huma suġġetti għal analiżi ta' sensittività sabiex jiġu vvalutati r-riskji u l-impatt possibbli tagħhom.

(68)

Il-pjan jippreżenta wkoll numru ta' miżuri kumpensatorji: (i) it-tnaqqis tal-flotta b'27 %; (ii) iċ-ċediment ta' 14-il rotta profittabbli; kif ukoll (iii) iċ-ċediment ta' […] pari ta' slotts f'ajruporti kkoordinati. Bejn l-2011 u l-2016, l-airBaltic sejra tnaqqas il-kapaċità tagħha bi [17 — 20] % f'termini ta' ASK (25) ([7 — 10] % meta jiġu kkunsidrati r-rotot profittabbli biss). Skont il-Latvja, tali tnaqqis fil-kapaċità sejjer ikun konformi ma' każijiet preċedenti. Barra minn hekk, il-pjan ta' ristrutturar jinkludi r-rilaxx ta' […] pari ta' slotts minħabba l-għeluq ta' diversi rotot.

(69)

Il-pjan ta' ristrutturar jistma li l-ispejjeż tar-ristrutturar jilħqu LVL [150 — 170] miljun (EUR [214 — 242] miljun), li sejrin jintużaw sabiex jitħallas is-self ta' partijiet terzi, biex jiġu kkunpensati telfiet minn inġenji tal-ajru li gradwalment ma jibqgħux jintużaw u minn inġenji tal-ajru li jiġu skartati, ħlasijiet għal tkeċċijiet, ix-xiri ta' inġenji tal-ajru ġodda eċċ.

(70)

Fid-dawl tal-ispejjeż totali għar-ristrutturar, il-kontribuzzjoni proprja proposta mill-airBaltic skont il-pjan ta' ristrutturar tammonta għal LVL [100 — 110] miljuni (EUR [141 — 155] miljun), jiġifieri. [60 — 70] % tal-ispejjeż totali kollha għar-ristrutturar. Skont il-pjan tar-ristrutturar, il-kontribuzzjoni proprja sejra tirriżulta f'diversi injezzjonijiet minn partijiet privati (inklużi l-faċilità ta' likwidità u pagamenti bil-quddiem), selfiet privati, ftehim ta' kiri ta' inġenji tal-ajru ġodda u t-tħassir ta' dejn ma' żewġ banek.

6.2.   KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(71)

Matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mir-Ryanair u l-airBaltic, kif ukoll minn tliet individwi f'isem il-kredituri ta' airBaltic.

(72)

Ryanair qablet mas-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni li l-miżuri li kienu qegħdin jiġu vvalutati huma inkonsistenti mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (“MEIP”) u inkompatibbli mas-suq intern. Ir-Ryanair madankollu targumenta li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-MEIP ma kinitx kompluta fid-deċiżjoni tal-ftuħ, minħabba li l-Kummissjoni missha kkunsidrat jekk investitur privat kienx jagħżel li jillikwida lill-airBaltic minn qabel minflok ma jipprovdiha b'kapital addizzjonali. (26) Ir-Ryanair targumenta wkoll li l-Kummissjoni missha vvalutat fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ tagħha jekk il-likwidazzjoni tal-airBaltic kinitx iktar profittabbli għall-Istat milli l-provvediment ta' fondi addizzjonali. Għalkemm ir-Ryanair tqis li ma kellhiex biżżejjed informazzjoni biex tikkummenta dwar il-pjan ta' riForma, hija tinnota d-dubji tagħha kemm l-airBaltic terġa' tibda tagħmel profitt u kkunsidrat li l-kumpanija missha ġiet illikwidata.

(73)

Ir-Ryanair targumenta wkoll li kwalunkwe għajnuna lill-airBaltic tagħmel ħsara lill-pożizzjoni tas-suq tagħha minħabba li r-Ryanair topera 13-il rotta minn Riga, li minnhom iktar minn nofshom huma f'kompetizzjoni diretta mal-airBaltic.

(74)

Fil-kummenti tagħha, l-airBaltic tenfasizza li r-raġunijiet għad-diffikultajiet tal-kumpanija kienu minħabba l-imġiba tal-maniġment preċedenti u d-deċiżjonijiet sfortunati tas-Sur Flick qabel Ottubru 2011, li — skont l-airBaltic — iffoka fuq strateġija kummerċjali bbażata biss fuq l-espansjoni u mhux fuq il-profittabbiltà. Barra minn hekk, l-airBaltic tispjega li l-maniġment preċedenti tal-kumpanija daħal f'ħafna kuntratti żvantaġġużi u kkonkluda tranżazzjoni mingħajr rationale, kummerċjali minbarra li stabbilixxa struttura korporattiva u organizzazzjonali mhux trasparenti.

(75)

Barra minn hekk, skont l-airBaltic, meta l-Latvja ddeċidiet li tipparteċipa u teżegwixxi l-Ftehim, hija aġixxiet bħala investitur privat razzjonali. L-airBaltic tinnota li l-investiment tal-Latvja kien konkomittanti ma' dak tal-BAS u li kien jitlob sagrifiċċji kbar mill-BAS u investituri privati oħra. Barra minn hekk, il-Ftehim inkluda salvagwardji suffiċjenti biex jiġi żgurat li l-interessi tal-Latvja kienu protetti għal kollox kontra l-BAS; l-użu ta' dawn is-salvagwardji kien — skont l-airBaltic — iktar razzjonali għal-Latvja milli tikser l-impenji ta' investiment tagħha, u b'hekk tikkawża li l-kumpanija tfalli, teqred il-valur tal-azzjonisti eżistenti u tesponi lilha nnifisha għal pretensjonijiet ta' dannu mill-investituri privati. Abbażi ta' dan, l-airBaltic tikkonkludi li d-deċiżjoni tal-Latvja biex tidħol fil-Ftehim ma jinkludix elementi ta' għajnuna mill-Istat.

(76)

Fir-rigward tal-akkwist mill-Istat ta' bonds ta' kupun ta' 0 % mill-airBaltic f'April 2010 (miżura 4), l-airBaltic hija tal-fehma li kien ekonomikament vijabbli u investiment konkomittanti għal kollox tal-Istat u l-BAS u b'hekk tikkonkludi li ma kienx għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tal-pagament ta' EUR 2,8 miljuni minn Latvijas Krājbanka lill-airBaltic fil-21 u t-22 ta' Novembru 2011 (miżura 5), l-airBaltic tikkunsidra li dawn kienu deċiżjonijiet meħuda fil-perkors tan-negozju tal-airBaltic u li jikkonċernaw fondi privati, li b'hekk jeskludu l-preżenza tar-riżorsi mill-Istat.

(77)

Fl-aħħar, l-airBaltic tenfasizza r-rwol tal-airBaltic biex iżżomm lil-Latvja konnessa mal-kumplament tal-UE u tipprovdi xi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' riForma mill-maniġment il-ġdid tal-kumpanija.

(78)

Fir-rigward tal-kummenti pprovduti minn tliet individwi f'isem il-kredituri tal-airBaltic, dawn kellhom struttura simili. Il-kredituri lmentaw f'termini ġenerali dwar il-miżuri suġġetti għad-deċiżjoni tal-ftuħ, b'mod partikolari rigward il-miżura 6. Barra minn hekk, huma għamlu referenza għal ċertu dejn mhux imħallas tal-airBaltic li jidher li kien joriġina mill-ftehim u li allegatament wassal lil xi kredituri għal insolvenza.

6.3.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-LATVJA DWAR IL-KUMMENTI TA' PARTIJIET TERZI INTERESSATI

(79)

Fl-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kummenti ta' partijiet terzi, il-Latvja qablet mal-opinjonijiet tal-airBaltic li l-miżuri vvalutati ma kinux jinkludu għajnuna mill-Istat.

(80)

Fir-rigward tal-kummenti tar-Ryanair, il-Latvja tosserva li l-ġurisprudenza enfasizzata mir-Ryanair — tissuġġerixxi li l-Istat kellu jillikwida lill-airBaltic minflok jipprovdiha b'fondi — mhix applikabbli, minħabba li f'dak iż-żmien, l-Istat ma kienx il-kreditur ewlieni tal-airBaltic iżda sempliċement azzjonist. Skont il-Latvja, it-test tal-kreditur privat mhux adegwat biex jivvaluta r-razzjonalità tad-deċiżjonijiet ta' investiment tal-Istat f'dan il-każ. Barra minn hekk, il-Latvja targumenta li meta hija ddeċidiet li tidħol fi Ftehim, hija għażlet li tagħmel telf għal perjodu ta' żmien qasir bl-għan li terga tagħmel profitt fuq terminu ta' żmien twil u dawn id-deċiżjonijiet ta' investiment ittieħdu bl-inizjattiva tal-BAS. Il-Latvja tinnota wkoll li t-telfiet ta' airBaltic tnaqqsu u injorat l-argumenti tar-Ryanair bħala mingħajr bażi.

(81)

Fl-aħħar nett, f'dak li jirrigwarda l-kummenti tal-individwi f'isem il-kredituri ta' airBaltic, il-Latvja tikkunsidra li mhumiex relatati mal-miżuri stabbiliti fid-deċiżjoni tal-ftuħ u li jidhru li huma mmirati biex itejbu l-pożizzjoni tal-kredituri fil-litigazzjonijiet kummerċjali tagħhom ma' airBaltic.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

(82)

Din id-deċiżjoni tindirizza bħala punt preliminari l-kwistjoni dwar jekk l-airBaltic hijiex ditta f'diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida R&R (taqsima 7.1 hawn taħt). Hija mbagħad tanalizza jekk il-miżuri li qegħdin jiġu eżaminati jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat lill-airBaltic skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE (taqsima 7.2 hawn taħt) u jekk tali għajnuna hix legali (taqsima 7.3 hawn taħt) u kompatibbli mas-suq intern (taqsima 7.4 hawn taħt).

7.1.   DIFFIKULTAJIET TAL-AIRBALTIC

(83)

Kif diġà ġie indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, l-awtoritajiet Latvjani stess spjegaw li d-diffikultajiet tal-airBaltic bdew fl-2008, minħabba r-reċessjoni ekonomika globali u ż-żieda qawwija fil-prezz taż-żejt. Bħala riżultat, fl-2008 l-airBaltic għamlet telf ta' LVL 28 miljun (EUR 39,64 miljuni). Fl-2009 il-kumpanija għamlet profitt ta' LVL 6 miljuni (EUR 8,49 miljuni). Madankollu, fl-2010, l-airBaltic reġgħet ġarrbet telf ta' LVL 34,2 miljuni (EUR 48,42 miljuni), li żdiedu għal LVL 84,7 miljuni (EUR 119,2 miljuni) fl-2011. Il-Kummissjoni tfakkar li l-Ministru tal-Ekonomija tal-Latvja f'Ġunju 2011 ddikjara li l-airBaltic kienet viċin li tfalli, (27) filwaqt li l-istampa rrapportat li l-kumpanija talbet protezzjoni legali mill-kredituri tagħha fil-21 ta' Settembru 2011. (28)

(84)

Il-kontijiet annwali awditjati tal-airBaltic juru li l-kumpanija kellha ekwità negattiva matul il-perjodu 2009-2012, li barra minn hekk żdiedet kull sena. Tabilħaqq, l-airBaltic kellha ekwità negattiva ta' LVL 19,2 miljuni (EUR 27,18 miljuni) fl-2009, li żdiedet għal LVL 23,3 miljuni (EUR 32,99 miljuni) fl-2010, għal LVL 105,6 miljuni (EUR 149,51 miljuni) fl-2011 għal LVL 125,1 miljuni (EUR 177,12 miljuni) fl-2012.

Tabella

Id-dejta finanzjarja ewlenija tal-airBaltic 2007 — Ġunju 2011 (eluf ta' LVL)

 

2009

2010

2011

2012

Riżultat nett

6 004

(34 207 )

(84 761 )

(19 117 )

Spejjeż tal-operat

(207 312 )

(266 930 )

(306 183 )

(248 168 )

Spejjeż finanzjarji

(2 592 )

(3 877 )

(17 446 )

(4 582 )

Ekwità tal-azzjonisti

(19 282 )

(23 359 )

(105 620 )

(125 145 )

(85)

Il-punt 10(c) tal-Linji Gwida R&R jistipula li kumpanija titqies f'diffikultà meta hija “tissodisfa l-kriterji skont il-liġi lokali talli tkun is-suġġett ta' proċeduri ta' insolvenza kollettiva”. Dan jidher li huwa l-każ tal-airBaltic tal-inqas mill-21 ta' Settembru 2011 — jekk mhux qabel — meta talbet għall-protezzjoni legali mill-kredituri tagħha. Il-Kummissjoni madankollu nnotat li l-Qorti allegatament ċaħdet il-protezzoni legali ftit jiem wara, apparentement minħabba n-negozjati bejn il-Latvja u l-BAS li kkulminaw fil-Ftehim. Irrispettivament minn dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li, fi kwalunkwe każ, jidher li l-airBaltic hija ditta f'diffikultà skont it-tifsira tal-punt 11 tal-Linji Gwida R&R

(86)

B'konformità ma' dik id-dispożizzjoni, ditta tista' tiġi kkunsidrata f'diffikultà “meta jkunu preżenti sinjali normali ta' ditta li tkun f'diffikultà, bħal telf dejjem jiżdied, tnaqqis fil-fatturat, inventarji ta' stokk li jiżdied, kapaċità eċċessiva, inqas fluss ta' flus, iktar dejn, tariffi tal-imgħax ogħla u valur tal-assi netti li jonqos jew li sar żero”. Mit-tabella ta' hawn fuq, b'mod ċar jidher li l-airBaltic kienet ilha tagħmel it-telf mill-2008 (minbarra fl-2009). Madankollu, jidher li l-airBaltic irnexxielha tagħmel profitt fl-2009 minħabba t-tnaqqis straordinarju fil-prezz tal-fjuwil biss. Għalhekk, kif inhu indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, jidher li r-ritorn għall-profittabbiltà fl-2009 kien okkorrenza ta' darba minħabba ċirkustanzi straordinarji u mhux xejra strutturali. Id-dejn tal-kumpanija u l-ispejjeż finanzjarji żdiedu b'mod sinifikanti bejn l-2008 u l-2009 iżda b'mod partikolari bejn l-2009 u l-2010, meta l-ispiża għall-finanzjament żdiedet minn LVL 3,8 miljuni (EUR 5,38 miljuni) għal LVL 17,4 miljuni (EUR 24,64 miljuni). (29) Jirriżulta wkoll li l-varjabbli relatati mal-ispejjeż tal-airBaltic żdiedu bir-rata ta' [5-10] % fis-sena, jiġifieri, b'mod b'iktar rapidu mill-varjabbli relatati mal-introjtu li żdiedu [2 — 7] % fis-sena. Fl-aħħar, il-Kummissjoni ttenni s-sejba fid-deċiżjoni tal-ftuħ li t-telf tal-airBaltic kien tant kbir li fl-2010 l-ekwità negattiva tagħha ammontat għal madwar LVL 23,3 miljuni (EUR 32,99 miljuni), li żdiedet għal madwar LVL 105,6 miljuni (EUR 149,51 miljuni) minħabba t-telfiet addizzjonali fl-2011. Meta wieħed jikkunsidra l-fatturi kollha msemmija hawn fuq, jidher li ġew issodisfati l-kriterji fil-punt 11 tal-Linji Gwida R&R.

(87)

Għalhekk, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-airBaltic kienet ditta f'diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida R&R tal-inqas mill-2011.

7.2.   EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

(88)

Bis-saħħa tal-Artikolu 107(1) TFUE, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni, billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta' ċerti oġġetti, sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, għandha tkun inkompatibbli mas-suq intern.

(89)

Sabiex jiġi konkluż jekk hix preżenti għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-kriterji kumulattivi stabbiliti fl-Artikoli 107(1) TFUE (jiġifieri trasferiment tar-riżorsi tal-Istat, vantaġġ selettiv, tgħawwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ ġewwa l-UE) ġewx issodisfati għal kull waħda mis-sitt miżuri vvalutati.

7.2.1.   Miżuri 1, 2, 3 u 6 bħala tranżazzjoni unika

(90)

Il-Latvja targumenta li l-miżura 1 għandha tiġi vvalutat flimkien mal-miżuri 2, 3 u 6 minħabba li kienu miftiehma fl-istess data, jiġifieri fit-3 ta' Ottubru 2011, f'punt meta l-Latvja u l-BAS it-tnejn kienu azzjonisti ewlenin tal-airBaltic.

(91)

Il-Kummissjoni taqbel mal-awtoritajiet Latvjani li l-ewwel self mill-Istat (miżura 1) u s-self mill-BAS ma jistax jiġi vvalutat waħdu u għalhekk għandu jiġi kkunsidrat bħala parti mill-kuntest kumplessiv tal-Ftehim, li abbażi tiegħu ġew ipprovduti ż-żewġ selfiet. Madankollu, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument tal-Latvja li l-miżuri l-oħra għandhom jiġu valutati flimkien bħala tranżazzjoni waħda.

(92)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li fit-3 ta' Ottubru 2011, meta daħal fis-seħħ il-Ftehim, il-BAS u l-Istat impenjaw ruħhom b'ċertezza assoluta li jipprovdu l-ewwel self mill-Istat (miżura 1) u s-self mill-BAS. Għalhekk, jista' jingħad li dawk il-miżuri ngħataw f'dik id-data. Madankollu, l-ammonti eżatti tat-tieni self mill-Istat (miżura 2) u taż-żieda fil-kapital (miżura 3) ma jistgħux jiġu aċċertati b'ċertezza mill-informazzjoni fil-Ftehim. B'mod partikolari, fir-rigward tal-miżura 2, il-Ftehim sempliċiment jgħid li l-Latvja tipprovdi self fi proporzjon mal-ishma tagħha iżda ma tikkwantifikahx. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li l-Artikolu 7.1 tal-Ftehim jgħid li ż-żieda tal-ekwità prevedibbli (li tirriżulta mill-kapitalizzazzjoni tal-ewwel u t-tieni self mill-Istat u s-self mill-BAS, flimkien ma' kontribuzzjoni addizzjonali fi flus mill-BAS) ma taqbiżx LVL 100 miljun (EUR 141,58 miljuni). Madankollu, għandhom jiġu nnotati l-punti li ġejjin. L-ewwel, is-self mill-Istat biss u s-self mill-BAS kienu kkwantifikati fil-Ftehim, fil-livell ta' LVL 16-il miljun u LVL 14–il miljun. Iċ-ċifra ta' LVL 100 miljun kienet sempliċement previżjoni, stima ta' x'jista' jkun meħtieġ jew mistenni f'termini ta' żieda tal-ekwità sal-aħħar tas-sena; l-ammont taż-żieda tal-ekwità ma kienx determinat b'mod ċar fil-Ftehim. Tabilħaqq, l-ammont attwali taż-żieda fl-ekwità miftiehma f'Diċembru 2011 fil-fatt kien ta' LVL 110 miljuni (ara l-paragrafu 33 hawn fuq), jiġifieri, iktar minn dak li kien previst fil-Ftehim. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-ammonti tal-Miżuri 2 u 3 ma kinux determinati jew aċċertati f'Ottubru 2011.

(93)

Bl-istess mod, fir-rigward tal-miżura 6, il-Kummissjoni tosserva li meta l-Ftehim daħal fis-seħħ fit-3 ta' Ottubru 2011, l-Istat ma kienx jaf jekk kienx sejjer jagħmel użu mill-Artikolu 7.4 tal-Ftehim u sejjer ikollu l-pretensjonijiet tal-investituri privati assenjati lilu. Barra minn hekk, l-Istat ma kienx obbligat li jassenja lill-airBaltic il-pretensjonijiet li jirriżultaw mit-tieni self sindikat. L-assenjazzjoni tal-pretensjonijiet tal-investituri privati lill-Istat kienet sempliċiment eventwalità suġġetta għall-BAS li ma kinitx qiegħda tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Ftehim, xi ħaġa li ma kinitx magħrufa u li ma kienx hemm raġuni għalfejn wieħed jissuspetta fit-3 ta' Ottubru 2011. Għal din ir-raġuni, il-miżura 6 ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li ngħatat fil-mument li ġie ffirmat il-Ftehim u għalhekk ma jistax jiġi kkunsidrat bħala pari passu mal-ewwel self mill-Istat u s-self mill-BAS.

(94)

Barra minn hekk, il-Latvja targumenta li l-biċċa l-kbira tal-pretensjonijiet tal-investituri privati li suppost kienu sostitwiti biż-żewġ selfiet sindikati, ma kinux assigurati, u li kieku l-Istat ħalla lill-kumpanija tfalli, l-investituri privati kienu jfittxu lill-Istat għad-danni, li kienet tkun iktar għalja għall-Istat milli jipprovdi l-bqija tal-miżuri għall-airBaltic.

(95)

Fil-fehma tal-Kummissjoni, il-pretensjoni li l-investituri privati kienu jfittxu lill-Istat għad-danni, kienet purament ipotetika u mhux appoġġjata mill-ebda evidenza. Barra minn hekk, xejn ma juri li l-Latvja attwalment qieset dawn il-kunsiderazzjonijiet meta pprovdiet appoġġ lill-airBaltic.

(96)

Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-argument ta' konkomittanza imqajjem mill-awtoritajiet Latvjani ma għandux bażi. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni tikkonkludi li miżuri 1, 2, 3 u 6 ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu tranżazzjoni unika deċiża fit-3 ta' Ottubru 2011 u għaldaqstant sejra tivvalutahom b'mod separat.

7.2.2.   L-ewwel self mill-Istat (miżura 1)

(97)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ewwel self mill-Istat ingħata direttament mil-Latvja permezz tat-Teżor tal-Istat wara li saret talba mill-Ministeru tat-Trasport. Dan intqal b'mod ċar fil-Ftehim. Għaldaqstant huwa ċar li l-miżura 1 tikkostitwixxi riżorsi tal-Istat u hija imputabbli għall-Istat. Il-Latvja ma tikkontestax dan il-punt.

(98)

Sabiex jiġi vvalutat jekk il-miżura 1 kinitx tinkludi vantaġġ selettiv mhux dovut lill-airBaltic, il-Kummissjoni l-ewwel osservat li l-ewwel self mill-Istat u s-self mill-BAS ġew miftiehma fit-3 ta' Ottubru 2011, jiġifieri d-data tal-iffirmar tal-Ftehim. F'dak iż-żmien, il-Latvja u l-BAS kienu l-azzjonisti ewlenin tal-kumpanija u s-selfiet kienu pprovduti proporzjonalmrnt għall-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom (52,6 % u 47,2 % rispettivament), u b'kundizzjonijiet identiċi u relatati.

(99)

Kif indikat fil-premessa 45 hawn fuq, il-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ kienet osservat li d-deċiżjoni tal-BAS biex tinvesti fl-airBaltic setgħet ġiet influwenzata mir-rieda tal-awtoritajiet pubbliċi biex jappoġġjaw finanzjarjament lill-kumpanija. Madankollu, filwaqt li huwa veru li l-Gvern tal-Latvja kien esprima l-interess tiegħu li jżomm lill-airBaltic bħala t-trasportatur nazzjonali, (30) il-Kummissjoni tosserva li l-Istat tal-Latvja kien qiegħed jinnegozja u kien għadu mhux determinat u suġġett għall-kundizzjonijiet. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ma tistax teskludi li l-ewwel self mill-Istat u s-self mill-BAS kienu pprovduti b'mod konkomittanti, u b'hekk teskludi l-preżenza ta' għajnuna. Kif iċċarat il-Qorti Ġenerali, “is-simultanjetà ma tistax fiha nnifisha, anki meta jkunu saru investimenti privati sinifikanti, tkun biżżejjed għal sejba li ma kien hemm ebda għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu [107(1) TFUE] mingħajr ma jiġu kkunsidrati fatti u punti tal-liġi rilevanti oħra”. (31)

(100)

Il-Kummissjoni għalhekk ivvalutat ukoll jekk ir-rata tal-imgħax miftiehma ta' [11 — 13] % għall-ewwel self mill-Istat (u s-self mill-BAS) tistax tiġi kkunsidrata li hija fil-livell tas-suq.

(101)

Matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Latvja ssottomettiet evidenza rigward il-valur tal-kollateral (marki ta' ditti u riċevibbli) li kien ivvalutat minn awditur indipendenti […] bħala parti minn eżerċizzju tal-awditjar tal-kumpanija li nbeda fis-sajf tal-2011. Minħabba li r-riċevibbli (mit-30 ta' Settembru 2011) kienu parti minn informazzjoni finanzjarja rilevanti, huma kienu wkoll suġġetti għal evalwazzjoni minn […]. Rigward il-marki kummerċjali, il-valur tagħhom kien ibbażat fuq il-prezz li bih l-airBaltic kienet xtrat lura l-marki kummerċjali mill-BAS. Sabiex jiġi determinat il-valur tal-likwidazzjoni tal-kollateral, il-Latvja applikat rata ta' skont ta' […] % f'konformità mal-metodoloġija interna tal-valutazzjoni tal-kollateral tat-Teżor tal-Latvja, li l-Kummissjoni tqis li hija adegwata fid-dawl tan-natura tal-kollateral. Abbażi ta' dan, il-valur tal-likwidazzjoni kien LVL [15 — 25] miljun (EUR [21,3 — 35,5] miljuni) li kien [15 — 25] % ogħla mill-ammont tal-ewwel self mill-Istat.

(102)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li fid-dawl tal-kollateral sinifikanti dwar l-ewwel self mill-Istat, l-applikazzjoni ta' rata tal-imgħax ta' [11 — 13] % tkun konformi mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rata ta' Referenza. (32) L-asserzjoni li rata tal-imgħax [11 — 13] % kienet ir-rata tas-suq hija madankollu msaħħa wkoll mill-fatt li l-BAS (investitur privat) kien irrinunzja għad-dritt tiegħu li jkollu s-self mill-BAS ikkollateralizzat (ara l-premessa 26 hawn fuq): is-self mill-BAS għalhekk kien iktar riskjuż milli s-self mill-Istat iżda ngħata bl-istess rata tal-imgħax.

(103)

Meta wieħed iżomm f'moħħu l-livell ta' kollateralizzazzjoni u r-rata tal-imgħax applikata, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura 1 ma kinitx tikkostitwixxi vantaġġ selettiv lill-airBaltic u li l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat tista' tiġi eskluża, mingħajr ma jkun meħtieġ li jiġi vvalutat iktar jekk il-bqija tal-kundizzjonijiet kumulattivi tal-Artikolu 107(1) TFUE ġewx issodisfati. (33)

It-tnaqqis tar-rata tal-imgħax tal-ewwel self mill-Istat minn [11 — 13] % għal [2 — 4] %

(104)

Fit-13 ta' Diċembru 2011, jiġifieri meta l-ishma tal-Latvja fl-airBaltic żdiedu għal 99,8 % (ara l-premessa 21) hawn fuq), il-Gvern tal-Latvja ddeċieda li jawtorizza tnaqqis fir-rata tal-imgħax fuq is-self mill-Istat — u għalhekk anki tas-self mill-BAS — ta' [9 — 11] punti perċentwali li jikkorrispondu għall-primjum tar-riskju, minn [11 — 13] % għal [2 — 4] %.

(105)

Il-Latvja tikkunsidra li t-tnaqqis tar-rata tal-imgħax kienet iġġustifikata minħabba li s-self kien ħieles mir-riskju, minħabba li l-valur tal-likwidazzjoni tal-kollateral kien stmat li hu LVL [15 — 25] miljun (EUR [21,3 — 35,5] miljuni), jiġifieri [15 — 25] % ogħla mill-ammont tal-ewwel self tal-Istat (ara l-premessa (101) hawn fuq).

(106)

Il-Kummissjoni mhix konvinta mill-argumenti tal-Latvja meta tgħid li bit-tnaqqis tar-rata tal-imgħax, l-Istat naqqas l-ispejjeż tal-finanzjament tal-airBaltic (minħabba li r-rata tal-imgħax tas-self mill-BAS tnaqqset ukoll), li dak iż-żmien kienet kważi esklussivament il-proprjetà tal-Istat b'99,8 % tal-ishma. Din kienet — skont il-Latvja — deċiżjoni razzjonali għall-Istat minħabba li l-introjtu predeterminat għall-Istat fil-forma ta' mgħax kien kkumpensat mill-vantaġġ li l-Istat, bħala azzjonist ewlieni tal-airBaltic, kien qiegħed jieħu mill-kumpanija billi kien qiegħed iħallas imgħax iktar baxx.

(107)

Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tfakkar li fiż-żmien meta ngħata l-ewwel self mill-Istat u s-self mill-BAS, il-Ftehim kien jistipula li l-kundizzjonijiet tat-tnejn kienu identiċi u relatati, u għalhekk kwalunkwe bidla f'wieħed mis-self kienet tirriżulta f'bidla identika tas-self l-ieħor. It-tnaqqis tar-rata tal-imgħax għalhekk kienet tirrifletti fuq iż-żewġ selfiet u l-livell sinifikanti ħafna tal-kollateralizzazzjoni tas-self u l-fatt li s-self mill-BAS ma kienx ikkollateralizzat jibqgħu l-istess. Minħabba li l-BAS kienet qablet minn qabel li torbot il-kundizzjonijiet tas-self mill-BAS ma' dawk tal-ewwel self mill-Istat, il-Kummissjoni ma għandha ebda raġuni biex tqis li din ma tkunx deċiżjoni konformi mas-suq.

(108)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li anki b'kunsiderazzjoni għat-tnaqqis tar-rata tal-imgħax, il-miżura 1 ma tikkostitwixxix vantaġġ selettiv lill-airBaltic u l-preżenza ta' għajnuna mill-Istat tista' tiġi eskluża.

7.2.3.   It-tieni self mill-Istat (miżura 2)

(109)

It-tieni self mill-Istat kien ipprovdut direttament mil-Latvja permezz tat-Teżor tal-Istat, b'deċiżjoni tal-Gvern Latvjan tat-13 ta' Diċembru 2011 li tawtorizza lill-Ministru tal-Finanzi biex jipprovdi fil-baġit tal-Istat self konvertibbli lill-airBaltic ta' LVL 67 miljun (EUR 94,86 miljuni). Għalhekk, il-miżura 2 tinkludi riżorsi mill-Istat u hija imputabbli għall-Istat.

(110)

Il-Kummissjoni tosserva li fiż-żmien meta kien ipprovdut it-tieni self mill-Istat, jiġifieri fit-13 ta' Diċembru 2011, il-BAS kienet tilfet il-parteċipazzjoni azzjonarja kollha tagħha fl-airBaltic, minbarra sehem wieħed biss, u l-Istat issa kellu 99,8 % tal-kumpanija. Għalhekk, l-Istat u l-BAS ma kinux iktar f'pożizzjoni paragunabbli bħala azzjonisti.

(111)

Il-Latvja targumenta li skont l-Artikolu 7.2 tal-Ftehim, li jgħid li l-Latvja għandha tipprovdi self lill-airBaltic “bi proporzjon għall-ishma tagħha”, il-BAS kienet obbligata li tipprovdi fondi lill-airBaltic f'ammont li jikkorrispondi għan-numru tal-ishma tagħha. Dan sar mill-BAS fiż-żmien tal-injezzjoni tal-kapital ta' Diċembru 2011 fil-forma ta' flus. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li fit-13 ta' Diċembru 2011 il-BAS kellha sehem wieħed biss fl-airBaltic. Minn dan isegwi li l-Istat kien imissu adotta l-pożizzjoni ta' investitur prudenti fl-ekonomija tas-suq u vvaluta jekk, minħabba l-bidla fiċ-ċirkostanzi tal-ishma, il-BAS kellhiex inċentiv li tinjetta flus fil-kumpanija fiż-żmien taż-żieda fil-kapital. Fil-fatt, l-Istat kien ippreveda din il-possibbiltà u inkluda diversi miżuri ta' kontinġenza fil-Ftehim — b'mod partikolari fl-Artikolu 7.4 — f'każ li l-BAS naqset milli tissodisfa l-impenji tagħha. Barra minn hekk, kif tirrikonoxxi l-Latvja, it-tieni segment tat-tieni self tal-Istat kellu jiġi rilaxxat f'każ li l-BAS naqset milli tipprovdi fondi addizzjonali.

(112)

L-Artikolu 7.4 tal-Ftehim jagħti lill-Istat id-dritt li jixtri mill-BAS l-ishma kollha tagħha fl-airBaltic għal LVL 1. Fiż-żmien meta ġie ffirmat il-Ftehim, dan kien ifisser garanzija għall-Istat li l-BAS tissodisfa l-impenji tagħha jew inkella titlef l-ishma kollha tagħha fl-airBaltic. Madankollu, is-sitwazzjoni nbidlet radikalment fit-30 ta' Novembru 2011 meta Latvijas Krājbanka biegħ l-ishma kollha minbarra wieħed tal-airBaltic li kienu tal-BAS lill-Istat tal-Latvja (ara l-premessa 21 hawn fuq). F'dan il-kuntest ġdid, l-Artikolu 7.4 kien imċaħħad mit-tifsira tiegħu. Tabilħaqq, b'sehem wieħed biss, il-BAS kellha ftit inċentiv biex tissodisfa l-obbligi tagħha: il-konsegwenzi jekk ma tagħmilx dan kienu jfissru biss li titlef l-uniku sehem tagħha fl-airBaltic. Operatur prudentifis-suq kien jikkunsidra b'attenzjoni jipprovdix fondi addizzjonali lill-airBaltic taħt dawk iċ-ċirkostanzi ġodda u, tal-inqas, kien jistaqsi lill-parti l-oħra (jiġifieri lill-BAS) għal assigurazzjoni li verament kienet sejra talloka fondi lill-kumpanija. Il-Kummissjoni barra minn hekk, tinnota li ma jidhirx li huwa probabbli li tali assigurazzjoni kienet tingħata minħabba li l-BAS kienet meħtieġa tinjetta somma ta' flus kbira ħafna — ħafna iktar minn dak li oriġinarjament kien stmat — sabiex terga' tikseb il-parteċipazzjoni azzjonarja li kellha qabel ta' 47,2 % jew kwalunkwe livell sinifikanti ieħor ta' ishma fl-airBaltic.

(113)

Il-Latvja tindika wkoll li t-tieni self mill-Istat ingħata skont termini tas-suq, u b'hekk teskludi kwalunkwe vantaġġ mhux dovut lill-airBaltic.

(114)

Rigward il-kollateral, il-Latvja tinnota li t-tieni self mill-Istat kellu l-istess kollateral bħall-ewwel self mill-Istat, jiġifieri riċevibbli u marki kummerċjali tal-airBaltic. Kif spjegat fil-premessa 101 hawn fuq, il-valur tal-likwidazzjoni tal-kollateral kien stmat għal LVL [15 — 25] miljun (EUR [21,3 — 35,5] miljuni). Għalhekk, jidher li l-livell ta' kollateralizzazzjoni disponibbli għat-tieni self mill-Istat kien sejjer ikun baxx. Barra minn hekk, ma hemm ebda raġuni sabiex wieħed jassumi li operatur privat fis-suq kien sejjer jaċċetta li s-sigurtà diġà stabbilita fuq l-ewwel self mill-Istat titnaqqas taħt tal-inqas 100 %.

(115)

Sabiex tiġi aċċertata l-konformità mas-suq tar-rata applikata għall-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat, il-Kummissjoni sejra tuża bħala l-aħjar prokura disponibbli, ir-rata li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tar-Rata ta' Referenza. Ir-rata ta' bażi għal-Latvja fit-13 ta' Diċembru 2011 kienet 2,2 %. Ma' din iċ-ċifra, għandu jiżdied marġni skont il-klassifikazzjoni tal-benefiċjarju u l-kollateralizzazzjoni tas-self. Kif indikat fil-paragrafu preċedenti, il-livell ta' kollateralizzazzjoni huwa baxx. Minħabba d-diffikultajiet tal-airBaltic dak iż-żmien, mill-Komunikazzjoni tar-Rata ta' Referenza isegwi li għandhom jiżdiedu 1 000 punt ta' bażi mar-rata ta' bażi, li jirriżultaw f'rata ta' 12,2 %. Għaldaqstant jidher li r-rata tal-imgħax ta' [9 — 11] % fuq l-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat ma jistax jiġi kkunsidrat li jikkonforma mas-suq.

(116)

It-tieni segment tat-tieni self mill-Istat kien sar disponibbli għall-kumpanija fl-14 ta' Diċembru 2012 b'rata tal-imgħax ta' [6 — 8] %. Il-Latvja targumenta li din ir-rata tal-imgħax hija ogħla minn dik li tirriżulta mill-Komunikazzjoni tar-Rata ta' Referenza u għalhekk tikkonforma mal-MEIP.

(117)

Skont il-Komunikazzjoni tar-Rata ta' Referenza, ir-rata ta' bażi applikabbli għal-Latvja fl-14 ta' Diċembru 2012 kienet 1,91 %. Il-marġni li għandu jiżdied ma' dik ir-rata ta' bażi jiddependi fuq il-klassifikazzjoni tal-benefiċjarju u l-livell ta' kollateralizzazzjoni. Kif spjegat fit-taqsima 7.1 hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-airBaltic kienet ditta f'diffikultà tal-inqas mill-2011. Barra minn hekk, it-tieni segment kellu bħala kollateral ir-riċevibbli u l-marki kummerċjali tal-airBaltic. L-argumenti dwar l-insuffiċjenza tal-kollateral sejrin japplikaw mutatis mutandis, u għalhekk, għandu jiżdied marġni ta' 1 000 punt ta' bażi. Għaldaqstant, ir-rata ta' referenza li tirriżulta tkun 11,91 %, ħafna ogħla minn [6 — 8] % attwalment applikata.

(118)

Meta wieħed iqis dan kollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li operatur ekonomiku fis-suq ma kienx jipprovdi t-tieni self mill-Istat lill-airBaltic.

(119)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura 2 tat vantaġġ mhux dovut lill-airBaltic. Dan il-vantaġġ kien selettiv fin-natura minħabba li l-benefiċjarju uniku tiegħu kienet l-airBaltic.

(120)

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll jekk il-miżura 2 kinitx probabbilment tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, billi tipprovdi lill-airBaltic b'vantaġġ fuq il-kompetituti tagħha li ma jirċevux appoġġ pubbliku. Jidher ċar li l-miżura 2 setgħet taffettwa l-kummerċ u l-kompetizzjoni ġewwa l-UE minħabba li l-airBaltic tikkompeti ma' linji tal-ajru oħra tal-UE, b'mod partikolari minħabba d-dħul fis-seħħ tat-tielet stadju ta' liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru (“it-tielet pakkett”) fl-1 ta' Jannar 1993. Barra minn hekk, għal ivvjaġġar ta' distanzi relattivament iqsar fl-UE, l-ivvjaġġar bl-ajru qiegħed jikkompeti mat-trasport bit-triq jew bil-ferroviji, u għalhekk it-trasportaturi bit-triq jew bil-ferroviji jistgħu jiġu affettwati wkoll.

(121)

Għalhekk, il-miżura 2 ippermettiet lill-airBaltic tkompli topera sabiex ma jkollhiex taffaċċja konsegwenzi normali derivati mis-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tagħha. Abbażi ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-miżura 2 involviet għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju tal-airBaltic skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.2.4.   Iż-żieda kapitali miftiehma fit-22 ta' Diċembru 2011 (miżura 3)

(122)

Kif indikat hawn fuq, l-ewwel self mill-Istat u l-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat jinkludu riżorsi mill-Istat u huma imputabbli għall-Istat. Il-konverżjoni tagħhom f'kapital kienet deċiża mill-Ministeru tat-Trasport tal-Latvja, jiġifieri 99,8 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja fl-airBaltic mit-30 ta' Novembru 2011. Għalhekk, il-miżura 3 tinkludi wkoll riżorsi mill-Istat u hija imputabbli għall-Istat.

(123)

Il-Kummissjoni mhix tal-istess opinjoni bħall-awtoritajiet Latvjani li l-miżura 3 ma tikkostitwixxix għajnuna. L-ewwel nett, il-Kummissjoni ttenni li l-konklużjonijiet milħuqa fit-taqsima 7.2.1 hawn fuq huma applikabbli għall-miżura 3. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-miżura 3 ma ngħatatx fit-22 ta' Diċembru 2011 (jiġifieri d-data tal-laqgħa tal-azzjonisti tal-airBaltic) iżda fid-29 ta' Diċembru 2011, id-data li fiha l-Istat ikkonverta s-selfiet tiegħu. Tabilħaqq, skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Latvjani matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, skont ir-regoli applikabbli, il-BAS u l-Istat kellhom sat-30 ta' Jannar 2012 biex jifformalizzaw il-konverżjoni deċiża waqt il-laqgħa tal-azzjonisti tal-airBaltic.

(124)

Il-Kummissjoni tinnota wkoll li fid-29 ta' Diċembru 2011, il-Latvja setgħet kellha dubji raġonevoli dwar ir-rieda tal-BAS li tissodisfa l-impenji tagħha. Tabilħaqq il-BAS kienet diġà tat indikazzjonijiet li ma kinitx sejra tikkonverti s-self tagħha. Il-Latvja stess tammetti li t-tieni segment tat-tieni self mill-Istat, deċiż fit-13 ta' Diċembru 2011, kien previst preċiżament minħabba l-eventwalità li l-BAS ma tissodisfax l-impenji tagħha. Barra minn hekk, mit-30 ta' Novembru 2011 l-Istat u l-BAS ma kinux iktar f'pożizzjoni paragunabbli bħala azzjonisti minħabba li l-BAS kienet tilfet il-parteċipazzjoni azzjonarja kollha tagħha fl-airBaltic minbarra sehem wieħed u l-Istat kellu 99,8 % tal-kumpanija.

(125)

Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi l-Istat, qabel ma effettivament ikkonverta s-selfiet tal-Istat, missu ddeduċa — jew tal-inqas kellu raġunijiet biex jissuspetta — mill-azzjonijiet tal-BAS, li din ma kellhiex l-intenzjoni li tissodisfa l-obbligi tagħha (ara l-premessa 35 hawn fuq). Barra minn hekk, minħabba li l-BAS kienet tilfet l-ishma kollha tagħha fl-airBaltic minbarra wieħed, ir-rimedju previst fl-Artikolu 7.4 tal-Ftehim — jiġifieri d-dritt tal-Istat li jixtri mill-BAS l-ishma kollha tagħha fl-airBaltic għal LVL 1 — spiċċa ma jfisser xejn: l-Istat kien tilef il-mezzi li permezz tagħhom seta' jisforza lill-BAS biex tikkonforma ma' dak li kienet ftehmet dwaru.

(126)

Jekk wieħed iżomm f'moħħu l-elementi indikati hawn fuq, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li operatur ekonomiku prudenti fis-suq ma kienx jikkonverti s-selfiet tiegħu f'kapital qabel ma jkun żgur li l-parti l-oħra ikkonvertiet is-self tagħha u injettat il-flus, u f'dak il-kuntest ikun ivvaluta b'attenzjoni l-inċentivi tal-parti l-oħra biex tissodisfa l-impenji tagħha.

(127)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li, anki li kieku rrispettat il-ftehim milħuq waqt il-laqgħa tal-azzjonisti, il-BAS ma kinitx tikseb l-ishma preċedenti li kellha fl-airBaltic. Sabiex tilħaq il-livell ta' 47,2 %, il-BAS kien ikollha tinvesti ħafna iktar mill-ammonti miftiehma waqt dik il-laqgħa. Għalkemm il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Istat aġixxa b'konformità mal-MEIP, huwa kellu jikkunsidra b'attenzjoni jekk il-BAS kinitx sejra tinvesti ammonti sinifikanti ta' flus — is-self mill-BAS u flus li jammontaw għal LVL 37.7 miljuni (EUR 53,38 miljuni) — sabiex tikseb parteċipazzjoni azzjonarja minuri fl-airBaltic.

(128)

Bħala argument addizzjonali, il-Latvja tispjega li l-obbligu tal-BAS li tinjetta l-flus u tikkonverti s-self tal-BAS kien ikkonfermat mill-eżistenza ta' garanzija mill-imprenditur Russu, is-Sur Vladimir Antonov, li qabel li jagħmel il-pagamenti meħtieġa f'isem il-BAS. (34) Madankollu, jidher li mill-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, fil-fatt il-garanzija qatt ma ġiet ipprovduta.

(129)

Il-Latvja indikat ukoll li l-prekundizzjonijiet għall-kapitalizzazzjoni tas-selfiet tal-Istat mitluba mill-Artikolu 7.2 tal-Ftehim kienu ġew issodisfati fit-13 ta' Diċembru 2011, meta ġiet ippreżentata bi pjan ta' direzzjoni tan-negozju li juri ritorn għall-profittabbiltà tal-airBaltic fl-2015 u tissuġġerixxi li d-deċiżjoni li s-selfiet mill-Istat jiġu kkonvertiti f'kapital kienet għaldaqstant konformi mal-MEIP. Il-Kummissjoni madankollu tibqa' mhix konvinta mill-argumenti tal-Latvja, minħabba li l-pjan ma kienx komplut u operatur privat razzjonali ma kienx iserraħ fuqu sabiex jinjetta ammonti sinifikanti ta' kapital f'ditta li tinsab f'diffikultà.

(130)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Latvja ma aġixxietx f'termini pari passu meta kkonvertiet is-self tagħha u għalhekk żiedet il-kapital tal-airBaltic. Barra minn hekk, l-imġiba tal-Istat ma kinitx f'konformità mat-test MEIP. Għalhekk, l-airBaltic irċeviet vantaġġ mhux dovut li jirriżulta mill-miżura 3, li huwa selettiv minħabba li l-kumpanija kienet l-uniku benfiċjarju.

(131)

Il-Kummissjonu għandha tikkunsidra wkoll jekk il-miżura 3 kinitx probabbli li tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, billi tipprovdi lill-airBaltic b'vantaġġ fuq kompetituri li ma jirċevux appoġġ pubbliku. Il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa 120 hawn fuq japplikaw mutatis mutandis.

(132)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-konverżjoni f'kapital tal-ewwel self mill-Istat u l-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat lill-airBaltic skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.2.5.   Il-bonds ta' kupun ta' 0 % (miżura 4)

(133)

Kif diġà ġie indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, mill-Ftehim tat-30 ta' April 2010 li jifformalizza x-xiri tal-bonds ta' kupun ta' 0 % isegwi li x-xerrej tal-LVRTC (ara l-premessa 38 hawn fuq) aġixxa f'isem l-Istat tal-Latvja. Barra minn hekk, il-Latvja targumenta li l-bonds inxtraw minn LVRTC għal raġunijiet baġitarji. Għalhekk huwa ċar li l-miżura 4 tikkostitwixxi riżorsi tal-Istat u li huma imputabbli għall-Istat, punti li l-Latvja ma tikkontestax lanqas.

(134)

Matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Latvja pprovdiet evidenza li turi li kemm l-Istat kif ukoll il-BAS akkwistaw il-bonds bi proporzjon għall-ishma tagħhom fl-airBaltic u bl-istess kundizzjonijiet. Barra minn hekk jidher li l-Istat ma pprovdiex finanzjament għall-airBaltic qabel l-2010, filwaqt li l-BAS effettivament investiet ammonti sinifikanti fil-kumpanija qabel dik id-data. Fl-aħħar, mill-investigazzjoni ħareġ li l-ftehim ta' ħruġ ta' bonds ġie adottat fuq inizjattiva tal-BAS u tal-maniġment tal-airBaltic, li kienu diġà ssuġġerixxew lill-Istat f'April u Ġunju 2009 żieda fil-kapital fil-kumpanija bi proporzjon għall-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom.

(135)

Kif enfasizzat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, il-Kummissjoni hija tal-fehma li x-xiri ta' bonds ta' kupun ta' 0 % ma kienx investiment tipiku minn operatur prudenti fis-suq. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-Latvja u l-BAS kienu f'dak iż-żmien azzjonisti ewlenin tal-airBaltic u d-deċiżjoni ta' investiment tagħhom għandha tiġi vvalutata minn din il-perspettiva mhux mill-perspettiva ta' investitur estern biss. Tabilħaqq, jidher razzjonali li jiġi konkluż li s-sidien tal-airBaltic ma kinux qegħdin ifittxu profitt għal tul ta' żmien qasir f'dak iż-żmien, iżda kienu interessati li jżommu lill-kumpanija biex ma tfallix.

(136)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-Latvja aġixxiet bħala operatur prudenti fis-suq meta xtrat bonds ta' kupun ta' 0 % flimkien mal-investitur privat BAS. Il-Kummissjoni għalhekk teskludi l-preżenza ta' vantaġġ mhux dovut fir-rigward tal-miżura 4, u valutazzjoni ta' kundizzjonijiet kumulattivi oħra stipulati fl-Artikolu 107(1) TFUE dwar il-preżenza ta' għajnuna mill-Istat hija żejda.

7.2.6.   Il-pagamenti ta' EUR 2,8 miljuni minn Latvijas Krājbanka (miżura 5)

(137)

Il-Miżura 5 hija relatata mal-pagament ta' EUR 2,8 miljuni minn Latvijas Krājbanka lill-airBaltic fil-21 u t-22 ta' Novembru 2011. Kif spjegat fil-premessa 39 hawn fuq, l-airBaltic issottomettiet tliet ordnijiet ta' ħlas lil Latvijas Krājbanka qabel id-deċiżjonijiet tal-FCMC fis-17 ta' Novembru 2011 sabiex jiġu limitati l-operazzjonijiet bankarji ta' iktar minn EUR 100 000 u tal-21 ta' Novembru 2011 biex jitwaqqfu l-operazzjonijiet kollha ta' Latvijas Krājbanka. Il-Latvja tikkunsidra li ma kienu involuti ebda riżorsi tal-Istat meta wieħed iqis li l-operazzjonijiet kienu jikkonċernaw tliet ordnijiet ta' ħlas tal-airBaltic lill-IATA Clearing House, lill-Ajruport Internazzjonali ta' Riga u lill-kont bankarju alternattiv ta' airBaltic f'bank differenti (ara l-premessa 39 hawn fuq). Dawn kienu, skont il-Latvja, sempliċiment operazzjonijiet bankarji komuni ta' fondi privati tal-airBaltic. Il-Latvja targumenta wkoll li d-deċiżjonijiet tal-FCMC ma kinux imputabbli għall-Istat.

(138)

Il-Latvja spjegat li t-trasferiment ta' fondi kien joriġina minn ordnijiet ta' ħlas sottomessi mill-airBaltic qabel l-FCMC ordnat is-sospensjoni tal-attivitajiet ta' Latvijas Krājbanka fil-21 ta' Novembru 2011. Latvijas Krājbanka eżegwixxa t-tranżazzjonijiet fil-25 u t-30 ta' Novembru 2011.

(139)

Barra minn hekk, skont il-Liġi tal-FCMC tal-1 ta' Ġunju 2000, l-FCMC tieħu d-deċiżjonijiet tagħha mingħajr ma jkollha għalfejn tikkunsidra kwalunkwe rekwiżit jew struzzjoni ta' kwalunkwe awtorità pubblika oħra. Barra minn hekk, il-finanzjament tal-FCMC ma jiddependix fuq l-Istat, minħabba li l-attivitajiet tal-FCMC huma ffinanzjati permezz ta' pagamenti minn partijiet attivi fis-swieq finanzjarji u kapitali Latvjani. Jidher ukoll mil-liġijiet applikabbli li l-Istat mhux involut fl-eżekuzzjoni tas-setgħat u d-drittijiet tal-FCMC relatati mas-superviżjoni tagħha tal-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(140)

Abbażi tal-evidenza li għandha għad-dispożizzjoni, il-Kummissjoni hija tal-fehma li t-trustees maħtura mill-FCMC aġixxew b'mod indipendenti mill-Istat, li jeskludu l-imputabbiltà tal-azzjonijiet tagħhom għal-Latvja.

(141)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura 5 ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.2.7.   Pretensjoni ta' EUR 5 miljuni minn Taurus attribwita lill-airBaltic (miżura 6)

(142)

L-ilment ta' segwitu li wasal fit-18 ta' Lulju 2012 jirreferi għall-obbligu tal-investituri skont l-Artikolu 7.4 tal-Ftehim li jgħaddu lill-Istat jew lill-kumpanija nnominata tiegħu — taħt ċertu ċirkostanzi — il-pretensjonijiet pendenti li jirriżultaw mit-tieni self sindikat għal LVL 1 (ara l-premessa 42 hawn fuq).

(143)

B'konformità mal-Artikolu 7.4 tal-Ftehim, Taurus assenjat lil-Latvja l-pretensjoni ta' EUR 5 miljuni li kellha kontra l-airBaltic għal LVL 1. Sussegwentement, il-Latvja assenjat il-pretensjoni lill-airBaltic.

(144)

Fir-rigward għall-pretensjonijiet li fadal, li jammontaw għal EUR 30 miljun (EUR 42,47 miljuni), li suppost kellhom jiġu sostitwiti fil-kuntest tat-tieni self sindikat, l-awtoritajiet Latvjani talbu lill-investituri permezz tal-ittra tad-9 ta' Frar 2012 biex jassenjawlha l-pretensjonijiet rispettivi tagħhom għal 1 LVL kull wieħed. Barra minn hekk, il-Latvja ressqet azzjoni quddiem il-Qorti Reġjonali ta' Riga fir-rigward ta' tliet investituri sabiex tinforza l-Artikolu 7.4 tal-Ftehim. Il-Latvja indikat l-intenzjoni tagħha biex tattribwixxi wkoll dawn il-pretensjonijiet lill-airBaltic.

(145)

Il-Latvja targumenta li l-assenjazzjoni tal-pretensjoni ta' EUR 5 miljuni lill-airBaltic kienet miżura ta' kontinġenza mmirata biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Istat u għandha tiġi kkunsidrata bħala miżura pari passu skont il-Ftehim, u għaldaqstant teskludi għajnuna mill-Istat.

(146)

Il-Kummissjoni tinnota li mill-Artikolu 7.4 tal-Ftehim isegwi b'mod ċar li l-pretensjonijiet rilevanti kellhom jiġu assenjati jew mgħoddija “lill-Istat jew il-kumpanija nnominata tiegħu għas-somma ta' LVL 1”. Għalhekk, minħabba li d-deċiżjoni biex il-pretensjoni ta' EUR 5 miljuni tiġi attribwita lill-airBaltic ittieħdet mill-Istat, din id-deċiżjoni hija imputabbli għalih u tikkostitwixxi riżorsi tal-Istat.

(147)

Mill-proċedura ta' investigazzjoni formali rriżulta li l-ftehimiet għal selfiet sindikati qatt ma ġew iffirmati. Madankollu, mill-evidenza sottomessa mil-Latvja jidher li l-qrati rrikonoxxew il-validità tal-Ftehim fir-rigward tal-obbligu tal-investituri privati li jassenjaw lill-Istat jew lill-kumpanija nnominata tiegħu il-pretensjonijiet li jirriżultaw mit-tieni (2) self sindikat.

(148)

F'dan ir-rigward, il-Latvja tindika li, skont diversi sentenzi tal-qrati tal-Latvja, is-sid tal-pretensjoni ta' EUR 5 miljuni ma għandux dritt jitlob ripagament ta' dan l-ammont iżda biss li jitlob ishma fl-airBaltic li jirriflettu pagament bil-quddiem ta' EUR 5 miljuni f'kapital azzjonarju tal-kumpanija. Minħabba li l-Istat diġà kellu 99,8 % tal-ishma tal-airBaltic, il-Latvja targumenta li l-intitolament għal ishma addizzjonali ma jirrappreżenta ebda valur ekonomiku sinifikanti għall-Istat.

(149)

Il-Kummissjoni tinnota li kuntrarju għal dak li tissuġġerixxi l-Latvja, filwaqt li l-qrati setgħu rrikonoxxew id-dritt tal-Istat biex jieħdu l-pretensjonijiet li jirriżultaw mit-tieni (2) self sindikat b'konformità mal-Artikolu 7.4 tal-Ftehim, dan ma jfissirx li l-Latvja kienet obbligata li tattribwixxi dan lill-pretensjoni lill-airBaltic. Il-Kummissjoni tinnota li operatur ekonomiku prudenti fis-suq ma kienx jassenja l-pretensjoni lill-airBaltic għal LVL 1. Il-Latvja ma pprovdietx evidenza għaliex l-Istat kien imur aħjar jekk jgħaddi l-pretensjoni lill-airBaltic milli jżommha jew jużaha għal finijiet oħra. Bħala riżultat tal-assenjazzjoni, il-Latvja poġġiet lill-kumpanija f'pożizzjoni iktar favorevoli minn dik tal-kompetituri tagħha.

(150)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argumenti tal-awtoritajiet Latvjani u tenfasizza li kwalunkwe sehem addizzjonali fl-airBaltic ikollu valur addizzjonali għall-Istat, anke jekk żgħir, b'tali mod li l-preżenza ta' għajnuna ma tistax tiġi eskluża. (35) Barra minn hekk, billi l-pretensjoni tingħata lill-airBaltic, l-Istat ċeda mhux biss il-pretensjoni iżda wkoll kwalunkwe dritt għal imgħax bir-rata ta' [5 — 7] % fuqha.

(151)

Fl-aħħar nett, il-Latvja targumenta li l-miżura 6 għandha tiġi kkunsidrata bħala li ngħatat, għall-finijiet tal-liġi tal-għajnuna mill-Istat, fit-3 ta' Ottubru 2011, jiġifieri fid-data tal-iffirmar tal-Ftehim, flimkien mal-miżuri 1, 2, u 3.

(152)

Il-Kummissjoni ttenni li l-konklużjonijiet milħuqa fit-taqsima 7.2.1 hawn fuq, jiġifieri, meta l-Ftehim daħal fis-seħħ fit-3 ta' Ottubru 2011, l-Istat ma kienx jaf jekk kienx sejjer ikun jeħtieġ li jagħmel użu tal-Artikolu 7.4 tal-Ftehim. Barra minn hekk, l-Istat ma kienx obbligat li jassenja lill-airBaltic il-pretensjonijiet affettwati bl-applikazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni.

(153)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li l-Latvja ma ssostanzjatx il-pretensjoni tagħha li l-fini tal-Artikolu 7.4 tal-Ftehim kien li jiġi salvagwardjat l-investiment tal-Istat fl-airBaltic billi jiġi evitat kwalunkwe dannu għall-Istat f'każ ta' inadempjenza tal-BAS.

(154)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li billi jipprovdi l-miżura 6, l-Istat ma aġixxiex bħala investitur tal-ekonomija tas-suq u l-operazzjoni ma kinetx pari passu mal-miżuri 1, 2 u 3. Għalhekk, il-Kummissjoni, hija tal-fehma li l-miżura 6 ikkonferixxiet vantaġġ mhux dovut lill-airBaltic. Dan il-vantaġġ kien selettiv fin-natura meta wieħed iqis li l-airBaltic kienet il-benefiċjarju uniku tiegħu.

(155)

Għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessa 120 hawn fuq, il-miżura 6 probabbilment tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(156)

Abbażi tal-argumenti msemmija hawn fuq, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li l-miżura 6 involviet għajnuna mill-Istat għall-benefiċċju tal-airBaltic skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE.

7.2.8.   Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna

(157)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri 1, 4 u 5 ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għar-raġunijiet spjegati hawn fuq.

(158)

Madankollu, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri 2, 3 u 6 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għall-airBaltic. Sabiex jiġi determinat l-ammont tal-għajnuna li diġà ngħata lill-airBaltic, il-Kummissjoni tosserva li l-miżura 3 ikkonsistiet fil-kapitalizzazzjoni tal-ewwel self mill-Istat ta' LVL 16-il miljun (EUR 22,65 miljuni) u l-ewwel segment tat-tieni self mill-Istat ta' LVL 41,6 miljuni (EUR 58,89 miljuni). It-tieni segment tat-tieni self mill-Istat ta' LVL 25,4 miljuni (EUR 35,96 miljuni) li sar disponibbli għall-airBaltic fl-14 ta' Diċembru 2012 — jiġifieri il-kumplament tal-parti tal-miżura 2 li ma kinitx kapitalizzata — għandu jiżdied ma' dak l-ammont, flimkien mal-EUR 5 miljuni attribwiti lill-airBaltic bħala l-miżura 6. L-ammont totali kumplessiv tal-għajnuna mill-Istat mogħti lill-airBaltic għalhekk huwa madwar LVL 86,53 miljuni (EUR 122,51 miljuni).

7.3.   LEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA

(159)

L-Artikolu 108(3) TFUE jgħid li Stat Membru ma għandux idaħħal fis-seħħ miżura ta' għajnuna qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni li tawtorizza din il-miżura.

(160)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Latvja tat il-miżuri 2, 3 u 6 lill-airBaltic mingħajr ma nnotifikathom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-Latvja ma kkonformatx mal-obbligu ta' sospensjoni u għalhekk kisret l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 108(3) TFUE.

(161)

Rigward l-intenzjoni tal-awtoritajiet Latvjani biex jagħtu lill-airBaltic EUR 30 miljun li jirriżultaw mit-tieni (2) self sindikat u marbuta mal-miżura 6, il-Kummissjoni tfakkar l-obbligu tal-awtoritajiet Latvjani skont l-Artikolu 108(3) TFUE biex jinfurmaw lill-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti sabiex jippermettulha tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan biex jagħtu għajnuna.

7.4.   KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

(162)

Sa fejn il-miżuri 2, 3 u 6 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE, għandha tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tagħha fid-dawl tal-eċċezzjonijiet stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta' dak l-Artikolu. Kif indikat fid-deċiżjoni tal-ftuħ, fid-dawl tan-natura tal-miżuri u tad-diffikultajiet tal-airBaltic, l-uniku kriterju ta' kompatibbiltà rilevanti jidher li huwa dak li jikkonċerna għajnuna għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti li jinsabu f'diffikultà skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE abbażi tal-Linji Gwida R&R, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna għar-ristrutturar.

(163)

L-awtoritajiet Latvjani inizjalment kienu tal-fehma li ebda mill-miżuri ma kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Madankollu, abbażi tad-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Latvja pprovdiet argumenti ta' kompatibbiltà u argumentat li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna għar-ristruttrar kompatibbli.

(164)

B'mod partikolari, il-Latvja pprovdiet pjan ta' ristrutturar aġġornat f'Diċembru 2013, ikkumplimentat mis-sottomissjonijiet tat-28 ta' Jannar, it-28 ta' Frar u l-24 ta' Marzu 2014. Il-Latvja tinnota li r-ristrutturar tal-airBaltic beda fit-18 ta' April 2011, meta ġie sottomess l-ewwel pjan lill-maniġment tal-kumpanija. Dan l-ewwel pjan, li kien sottomess lill-Kummissjoni, identifika, xi dgħufijiet tal-airBaltic u stabbilixxa li kienu meħtiega madwar EUR [175 — 185] miljuni f'kapital azzjonarju biex il-kumpanija tkun tista' ġġedded il-flotta tagħha u jippermettulha li tikkompeti b'mod effettiv mat-trasportaturi bi prezz baxx. Il-Latvja targumenta li minn April 2011, ittieħdu diversi azzjonijiet, inkluż l-għeluq tal-ċentru tal-airBaltic f'Vilnius u l- kanċellazzjoni ta' rotot, u b'hekk beda l-proċess tar-ristrutturar tal-airBaltic. Sabiex jiġi garantit ir-ritorn tal-airBaltic għall-profitt, ġie żviluppat sett komprensiv ta' inizjattivi li jkopru l-introjti, l-operazzjonijiet, in-netwerk, il-flotta u l-organizzazzjoni ġenerali fl-istadju iktar tard (il-pjan ta' riForma).

(165)

Dan l-ewwel pjan ġie żviluppat fl-2011, u inkluda l-aspetti finanzjarji prinċipali tar-ristrutturar. Skont il-Latvja, dan wassal għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim u eventwalment irriżulta fil-pjan ta' riForma ta' Marzu 2012.

(166)

L-argumenti tal-Latvja sejrin jiġu vvalutati fit-taqsimiet li ġejjin.

7.4.1.   Eliġibbiltà

(167)

Skont il-punt 33 tal-Linji Gwida R&R, ditti f'diffikultà skont it-tifsira tal-punti 9 sa 13 tal-Linji Gwida R&R biss huma eliġibbli biex jirċievu għajnuna għar-ristutturar. Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-airBaltic kienet ditta f'diffikultà minn tal-inqas l-2011 (ara l-premessa 87 hawn fuq).

(168)

Il-Punt 12 tal-Linji Gwida R&R jgħid li ditta ġdida li għadha kemm inħolqot mhix eliġibbli għal għajnuna ta' salvataġġ jew ta' ristrutturar anki jekk il-pożizzjoni finanzjarja inizjali tagħha ma kinitx sigura. Fil-prinċipju, ditta hija kkunsidrata bħala ġdida għall-ewwel tliet snin wara l-bidu tal-operazzjonijiet tagħha fil-qasam rilevanti tal-attività. L-airBaltic ġiet stabbilita fl-1995 u ma tistax titqies bħala ditta ġdida. Barra minn hekk, l-airBaltic ma tagħmilx parti minn grupp kummerċjali skont it-tifsira tal-punt 13 tal-Linji Gwida R&R.

(169)

Il-Kummissjoni għaldaqstant tikkonkludi li l-airBaltic hija eliġibbli għall-għajnuna għar-ristrutturar.

7.4.2.   Il-validità tal-pjan tar-ristrutturar

(170)

Il-Kummissjoni tinnota li r-ristrutturar tal-airBaltic beda f'April 2011, meta l-maniġment tal-kumpanija prepara l-ewwel pjan ta' ristrutturar. Dan il-pjan prinċiparjament iffoka fuq l-ottimizzazzjoni tal-flotta u l-bżonn li l-inġenji tal-ajru tal-kumpanija jiġu sostitwiti b'ajruplani iktar effiċjenti, li huwa wkoll il-qofol tal-pjan ta' riForma li ġie iktar tard. Fl-istess ħin, iċ-ċentru ta' Vilnius ingħalaq. Diversi ġimgħat wara, wara li saret analiżi minn […], il-maniġment tal-airBaltic inkluda fil-pjan tnaqqis tal-persunal ta' [8 — 12] %.

(171)

Il-pjan tal-2011 ġie aġġornat fil-forma tal-pjan ta' riForma, imsemmi hawn fuq u formalment adottat matul l-ewwel kwart tal-2012. Kif innotat fil-premessa 164 hawn fuq, f'Diċembru 2013 l-awtoritajiet Latvjani ssottomettew pjan għar-ristrutturar lill-Kummissjoni, li jaġġorna l-pjan ta' riForma.

(172)

Il-Kummissjoni tinnota li f'April 2011, il-pjan ta' ristrutturar stabbilixxa l-bżonnijiet ewlenin tal-airBaltic. Għalkemm ma kienx żviluppat għal kollox, il-pjan ikkostitwixxa l-ewwel bażi għad-determinazzjoni tal-bżonnijiet ta' ristrutturar tal-airBaltic u li jiżgura li l-airBaltic terġa' ddur għall-vijabbiltà. Barra minn hekk ikkostitwixxa l-bażi għall-pjan ta' riForma, li kien qiegħed jitħejja fiż-żmien meta ġie ffirmat il-Ftehim (jiġifieri t-3 ta' Ottubru 2011) u ġie ffinalizzat f'Marzu 2012.

(173)

Fil-prattika preċedenti tagħha, il-Kummissjoni aċċettat li l-pjanijiet tar-ristrutturar jiġu ddefiniti matul iż-żmien u kkunsidrat il-pjanijiet inizjali bħala l-punt tat-tluq tal-perjodu ta' ristrutturar. Pereżempju fid-deċiżjoni Varvaressos  (36), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri mogħtija lil din id-ditta bejn l-2006 u l-2009 kellhom jiġu vvalutati bħala parti mill-continuum ta' ristrutturar abbażi tal-pjan ta' ristrutturar iddatat 2009 (li jkopri l-perjodu 2006-2011). B'mod simili għall-każ tal-airBaltic, il-pjan ta' ristrutturar tal-2009 ta' Varvaressos kien l-evoluzzjoni ta' “pjan strateġiku u ta' direzzjoni tan-negozju” li jmur lura għall-2006.

7.4.3.   Restawr tal-vijabbiltà għal żmien twil

(174)

Skont il-punt 34 tal-Linji Gwida R&R, l-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar għandha tkun kundizzjonali fuq l-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar li għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni fil-każijiet kollha ta' għajnuna individwali. Il-Punt 35 jispjega li l-pjan ta' ristrutturar, li għandu jdum l-iqsar żmien possibbli, għandu jġib lura l-vijabbiltà għal tul ta' żmien twil tad-ditta f'perjodu ta' żmien raġonevoli u abbażi tal-preżunzjonijiet realistiċi dwar il-kundizzjonijiet ta' operat futuri.

(175)

Skont il-punt 36, il-pjan għandu jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tal-kumpanija u jikkunsidraw l-istat attwali u l-prospetti tas-suq fil-futur bl-aħjar xenarji, l-agħar xenarji u x-xenarji ta' bażi.

(176)

Il-pjan għandu jipprovdi għal bidla totali li sejra tippermetti lill-kumpanija, wara li ttemm ir-ristrutturar tagħha, tkopri l-ispejjeż kollha tagħha inklużi d-deprezzament u t-tariffi finanzjarji. Ir-redditu mistenni fuq il-kapital għandu jkun għoli biżżejjed biex jippermetti lid-ditta ristrutturatatikkompeti fis-suq bil-mertu proprju tagħha (punt 37).

(177)

Il-Kummissjoni tosserva li l-pjan ta' ristrutturar jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tal-airBaltic, li prinċiparjament kienu kkawżati mill-kriżi ekonomika globali tal-2008-2009, li kellha impatt sinifikanti fir-reġjun Baltiku, u li affettwat ukoll is-settur tal-linji tal-ajru.

(178)

Barra minn hekk, il-pjan ta' ristrutturar jispjega li l-istrateġija kummerċjali segwita fil-passat kif ukoll numru ta' deċiżjonijiet mill-maniġment preċedenti tal-airBaltic ikkontribwixxew iktar għad-diffikultajiet tal-kumpanija. B'mod partikolari, rigward l-istrateġija kummerċjali tal-airBaltic, il-pjan ta' ristrutturar jenfasizza li fil-passat kien iffukat biss fuq l-espansjoni u mhux fuq il-profittabbiltà, u b'hekk espona lill-kumpanija għal nefqa għolja mhux sostenibbli. Barra minn hekk, l-ispejjeż kienu żdiedu ħafna minħabba l-flotta, li inkludiet erba' tipi differenti ta' inġenji tal-ajru, kif ukoll spejjeż għoljin għall-kiri tal-ajruplani. Ir-rotot infetħu mingħajr ma saret valutazzjoni adegwata tal-profittabbiltà tagħhom, u ħafna minnhom kienu qegħdin jagħmlu t-telf.

(179)

Il-pjan ta' ristrutturar ikopri perjodu ta' ħames (5) snin li jibda minn April 2011 u jassumi r-ritorn tal-airBaltic għal vijabbiltà għal żmien twil sa mhux iktar tard minn April 2016, għalkemm skont ix-xenarju ta' bażi, fl-2014 l-airBaltic hija mistennija li terġa' tagħmel profitt. Il-perjodu ta' ristrutturar għalhekk huwa ta' massimu ta' ħames (5) snin, skont prattika preċedenti fis-settur tat-trasport tal-passiġġieri bl-ajru. (37) Tabilħaqq, il-Kummissjoni kienet konsistentement tal-fehma li, fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali, huwa importanti li tiġi evitata bidla totali sempliċiment għal żmien qasir u minflok tinħoloq bażi soda għal tkabbir futur. F'dak il-kuntest, l-istabbilizzazzjoni meħtieġa tal-prestazzjoni operazzjonali u tas-servizzi sejra tieħu diversi snin.

(180)

Il-pjan ta' ristrutturar jenfasizza l-bidla fl-istrateġija kummerċjali tal-airBaltic, li għandha l-għan li ssir linja tal-ajru ibrida, li jkollha fil-mira klijenti li jrendu iktar permezz tal-biċċa l-kbira tas-servizzi tradizzjonalment offruti minn trasportaturi tan-netwerk filwaqt li tfittex kost-effiċjenzi li huma ġeneralment żviluppati mit-trasportaturi bi prezz baxx. Din l-istrateġija diġà ġiet implimentata sa ċertu punt sinifikanti mill-maniġment il-ġdid tal-kumpanija minn Ottubru 2011. Barra minn hekk, il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi tliet tipi ewlenin ta' miżuri ta' ristrutturar: (i) l-ottimizzazzjoni tal-introjtu u l-ispejjeż tal-operazzjonijiet eżistenti; (ii) ir-rikonfigurazzjoni tan-netwerk, li tirriżulta fl-aġġustament tad-destinazzjonijiet, il-frekwenzi u l-ħin sabiex jiġi ottimizzat l--RASK u s-CASK (38) fil-livell tar-rotta; kif ukoll (iii) l-ottimizzazzjoni tan-netwerk u l-flotta, bl-objettiv ta' reviżjoni u d-definizzjoni tal-aħjar network u daqs tal-flotta. B'kollox, ġew żviluppati 13-il inizjattiva li jindirizzaw l-introjtu u 13-il inizjattiva li jindirizzaw l-ispejjeż, filwaqt li ġew żviluppati żewġ inizjattivi addizzjonali fil-qasam tar-rikonfigurazzjoni tan-netwerk u t-tiġdid tal-flotta.

(181)

Rigward l-ottimizzazzjoni tal-flotta, il-Kummissjoni tosserva li l-flotta varjata u li qiegħda teqdiem tal-airBaltic hija inqas effiċjenti f'termini ta' fjuwil u teħtieġ manutenzjoni iktar intensivaminn dik ta' kompetituri, u dan iwassal għal iktar spejjeż. Matul l-2012 u l-2013, l-airBaltic iddeċidiet li topera biss parti mill-inġenji tal-ajru disponibbli tagħha sabiex tnaqqas l-ispejjeż. Fl-2013, sabiex tagħmel tajjeb inparti għat-telf fil-kapaċità minħabba t-tneħħija tal-flotot Fokker u Boeing 757, l-airBaltic żiedet żewġ ajruplani Q400 Bombardier mal-flotta tagħha. Barra minn hekk, fid-dawl tas-sostituzzjoni tal-flotta, il-kuntratti attwali tal-kiri ġew innegozjati mill-ġdid b'termini iktar favorevoli sakemm il-Bombardier CS300 il-ġdid isir disponibbli fl-[…] jew […]. Sal-aħħar tal-2014, l-airBaltic sejra topera 25 inġenju tal-ajru u sejra tkompli b'dan il-livell sal-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar fl-2016. F'termini ġenerali, sejjer jkun hemm tnaqqis ta' 27 % fil-flotta tal-inġenji tal-ajru matul il-perjodu ta' ristrutturar.

(182)

Fir-rigward tar-rikonfigurazzjoni tan-netwerk, il-Kummissjoni tosserva li fl-2013 in-netwerk il-ġdid iġġenera LVL [16 — 21] miljun (EUR [22,7 — 29,8] miljuni addizzjonali fil-livell C1 (39) meta mqabbel mas-sena ta' qabel, inter alia minħabba l-kanċellazzjoni ta' rotot mhux profittabbli (pereż. […]) u t-tnaqqis fil-frekwenzi ([…] f' […], […] u […]).

(183)

L-inizjattivi tal-introjtu jinkludu l-introduzzjoni ta' strutturi ġodda ta' biljetti jew l-ottimizzazzjoni tal-istruttura tat-tariffi tal-bagalji. Barra minn hekk, sejjer jiġi promoss iċ-check-in online, filwaqt li l-persunal tal-kabina u l-persunal li jaħdem fit-taqsima tal-bejgħ sejrin jaħdmu b'rimunerazzjoni flessibbli. Fir-rigward tal-inizjattivi tal-ispejjeż, dawn jinkludi n-negozjar mill-ġdid tal-prezzijiet tal-fjuwil mal-fornituri attwali u tal-kuntratti tal-iċċekkjar u tar-reviżjoni tal-magni, l-ottimizzazzjoni tal-kiri u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-hangars u l-ispejjeż relatati mal-użu tal-lukandi mill-persunal. Barra minn hekk, il-ftehimiet attwali mal-fornituri tal-groundhandling sejrin jerġgħu jiġu nnegozjati.

(184)

Il-biċċa l-kbira tal-miżuri tar-ristrutturar deskritti fil-paragrafi preċedenti diġà ġew implimentati. Bħala riżultat tal-inizjattivi tal-ottimizzazzjoni tal-introjtu u l-inizjattivi biex jitnaqqsu l-ispejjeż, kif ukoll it-tiġdid tal-flotta u r-rikonfigurazzjoni tan-netwerk, l-airBaltic temmet l-2012 b'EBIT negattiv ta' LVL 30 miljun (EUR 42,47 miljuni) għall-kuntrarju ta' EBIT negattiv ibbaġitjat ta' LVL 38 miljun (EUR 53,8 miljuni). Fl-2013, l-EBIT negattiv tnaqqas għal LVL 7,7 miljuni (EUR 10,9 miljuni), iktar mill-mira. Huwa mistenni li l-kumpanija sejra tilħaq ekwilibriju fl-2014 u sejra tibqa' tagħmel profitt minn hemm 'il quddiem, b'EBIT jilħaq LVL [1 — 3] miljuni (EUR [1,4 — 4,2] miljuni) fl-2014 u LVL [9 — 12] miljun (EUR [12,8 — 17]-il miljun) fl-2016. Ir-redditu fuq l-ekwità (ROE) huwa mistenni li jilħaq [3 — 6] % sal-2014 u [18 — 21] % sal-2016.

(185)

Il-pjan ta' ristrutturar jinkludi previżjonijiet finanzjarji riveduti abbażi ta' xenarji pessimisti u ottimisti bbażati fuq preżenzjonijiet affidabbli. Pereżempju, ix-xenarju realistiku jassumi tkabbir tas-suq ta' [6 — 8] %, filwaqt li jillimita t-tkabbir tal-airBaltic għal [1 — 3] % fl-2014 u għal [2 — 4] % fl-2015 u l-2016, b'rata ta' inflazzjoni ta' [1 — 3] % fis-sena u spejjeż tal-fjuwil li qegħdin jiżdiedu, minn [950 — 1000] USD/t fl-2014 għal [1 000 — 1 050] USD/t fl-2016. Il-fattur tat-tgħabija jvarja minn [69 — 71] % fl-2014 għal [71 — 75] % fl-2016. F'dan ix-xenarju, l-implimentazzjoni tal-inizjattivi sejra tippermetti lill-airBaltic biex fl-2014 tilħaq ekwilibriju (b'EBIT ta' LVL [1 — 3] miljuni (EUR [1,4 — 4,2] miljuni)), filwaqt li l-kumpanija sejra tibqa' tagħmel profitt minn hemm 'il quddiem, b'EBIT ta' LVL [6 — 9] miljuni (EUR [8,5 — 12,8] miljuni) fl-2015 u ta' LVL [9 — 12]-il miljun fl-2016 (EUR [12,8 — 17]-il miljun).

(186)

Fix-xenarji kollha, l-EBIT tal-airBaltic sejjer ikun pożittiv sal-2016, u sejjer ivarja minn LVL [10 — 15]-il miljun (EUR [14,2 — 21,3] miljuni) fix-xenarju ottimist għal LVL [5 — 10] miljuni (EUR [7,1 — 14,2] miljuni) fix-xenarju pessimist. Ix-xenarji huma suġġetti wkoll għal analiżi tas-sensittività sabiex jiġu vvalutati r-riskji u l-impatt possibbli tagħhom sal-2016, b'mod partikolari meta wieħed jikkunsidra r-riskji tal-munita (apprezzament/deprezzament tal-USD kontra l-LVL u l-EUR) u bidliet fil-fatturi tat-tgħabija, il-prezz tas-suq tal-fjuwil, ir-rendita u n-numru ta' passiġġieri.

(187)

Il-Kummissjoni vvalutat il-pjan ta' ristrutturar u hija tal-fehma li għandha tippermetti lill-airBaltic tilħaq ir-redditu mistenni għall-vijabbiltà għal żmien twil sa mhux iktar tard minn April 2016. Il-pjan ta' ristrutturar jinkludi valutazzjoni ddettaljata taċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tal-airBaltic, li huma indirizzati b'mod xieraq bħala riżultat tal-miżuri tar-ristrutturar fil-forma ta' inizjattivi tal-introjtu u l-ispejjeż kif ukoll inizjattivi fil-qasam tal-konfigurazzjoni tan-netwerk u t-tiġdid tal-flotta.

(188)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-pjan ta' ristrutturar sottomess mil-Latvja jikkwantifika b'mod xieraq l-impatt tad-diversi miżuri tar-ristrutturar, li l-preżunzjonijiet huma adegwati u xierqa għall-kuntest tas-settur tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri, u li l-vijabbiltà hija prevista f'livelli adegwati fix-xenarji kollha matul il-perjodu tar-ristrutturar kollu. L-analiżi tas-sensittività hija adegwata u turi li l-impatt fuq l-EBIT tal-fatturi kkunsidrati sejjer ikun limitat.

(189)

Għalhekk, fid-dawl tal-miżuri tar-ristrutturar meħuda u tal-progress li sar s'issa, il-Kummissjoni tqis li l-pjan ta' ristrutturar sejjer jippermetti lill-airBaltic terġa' takkwista l-vijabbiltà tagħha f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

(190)

Barra minn hekk, l-evidenza pprovduta mil-Latvja turi li l-airBaltic bħalissa tinsab f'perkors tajjeb sabiex tilħaq il-biċċa l-kbira tal-għanijiet stabbiliti fil-pjan ta' ristrutturar, li huwa indikatur addizzjonali tal-affidabbiltà tal-pjan.

7.4.4.   Evitar ta' tgħawwiġ mhux dovut tal-kompetizzjoni (miżuri kompensatorji)

(191)

Skont il-punt 38 tal-Linji Gwida R&R, għandhom jittieħdu miżuri kompensatorji sabiex jiġi żgurat li l-impatti negattivi fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali jitnaqqsu għal livell aċċettabbli. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu diversi assi, tnaqqis fil-kapaċità jew preżenza jew tnaqqis tas-suq tal-ostakli tad-dħul fis-swieq ikkonċernati (punt 39).

(192)

F'dan ir-rigward, l-għeluq ta' attivitajiet li jagħmlu telf li xorta jkunu meħtieġa sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà mhux sejjer jiġi kkunsidrat bħala tnaqqis tal-kapaċità jew preżenza tas-suq għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-miżuri kompensatorji (punt 40).

(193)

Il-Latvja tipproponi bħala miżuri kompensatorji għall-airBaltic il-kanċellazzjoni ta' rotot profittabbli, li jwassal għal tnaqqis fil-kapaċità, u ċ-ċediment ta' pari ta' slotts f'ajruporti kkoordinati.

(194)

Minbarra l-abbandun tar-rotot mhux profittabbli kif mitlub għar-ritorn tal-vijabbiltà, il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi ċ-ċediment ta' 14-il rotta profittabbli (40) f'termini ta' marġni ta' kontribuzzjoni C1. Hija prattika tal-Kummissjoni, li tikkunsidra rotot bħala profittabbli jekk kellhom marġni ta' kontribuzzjoni C1 fis-sena qabel iċ-ċediment tagħhom (41). Il-kontribuzzjoni C1 tikkunsidra l-ispejjeż tat-titjiriet, tal-passiġġieri u tad-distribuzzjoni (jiġifieri spejjeż varjabbli) attribwibbli għal kull rotta individwali. Il-kontribuzzjoni C1 hija ċ-ċifra xierqa minħabba li tikkunsidra l-ispejjeż kollha li huma marbuta mal-ispejjeż fissi tal-kumpanija.

(195)

Rigward il-kapaċità, il-pjan ta' ristrutturar għalhekk jipprevedi li l-kapaċità totali tal-kumpanija kienet ta' [5 — 5,5] biljuni ASK f'April 2011, filwaqt li fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar f'April 2016, il-kapaċità tal-airBaltic hija mistennija li tkun [4 — 4,5] biljuni ASK, jiġifieri tnaqqis ta' [17 — 20] %. Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li b'mod partikolari fil-kuntest tat-ritorn għall-vijabbiltà għal żmien twil, il-flotta sejra titnaqqas minn 34 inġenju tal-ajru f'April 2011 għal 25 inġenju tal-ajru sal-aħħar tal-2014 u sejra tibqa' f'dak il-livell sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar f'April 2016 (ara l-premessa 181 hawn fuq). Meta jiġu kkunsidrati biss rotot profittabbli, it-tnaqqis tal-kapaċità huwa ta' [7 — 10] %.

(196)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-airBaltic ikkanċellat numru ta' rotot li joperaw mill-ajruporti kkoordinati b'mod sħiħ (42) ta' […]. Bħala riżultat, […] il-pari tal-islotts fl-ajruporti kkoordinati b'mod sħiħ ġew rilaxxati fl-2011 u l-2012, fattur li joħloq opportunitajiet ġodda ta' negozju għal-linji tal-ajru kompetittivi li joperaw rotot minn u lejn dawn l-ajruporti u biex tiżdied il-preżenza tagħhom fihom.

(197)

Meta jiġi vvalutat jekk il-miżuri kompensatorji humiex xierqa, il-Kummissjoni sejra tikkunsidra l-istruttura tas-suq u l-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe tali miżura ma twassalx għad-deterjorazzjoni tal-istruttura tas-suq (punt 39 tal-Linji Gwida R&R). Il-miżuri kompensatorji għandhom ikun proporzjonati għall-effetti tad-distorsjoni tal-għajnuna u, b'mod partikolari, għad-daqs u l-importanza relattiva tad-ditta fis-suq jew swieq. Il-grad ta' tnaqqis għandu jiġi stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ (punt 40 tal-Linji Gwida R&R).

(198)

Il-Kummissjoni tosserva li l-airBaltic hija attur żgħir ħafna fis-suq tal-avjazzjoni Ewropew, billi tirrappreżenta 0,5 % tal-produzzjoni tal-industrija Ewropea tal-linji tal-ajru kollha.

(199)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tasal għall-fehma li t-tnaqqis fil-kapaċità ta' [7 — 10] % tal-airBaltic mhix insinifikanti meta wieħed iqis id-daqs relattivament żgħir tal-airBaltic meta mqabbel mal-kapaċità produttiva tal-industrija Ewropea tal-linji tal-ajru u l-produzzjoni f'termini ta' passiġġieri. Għal trasportatur relattivament żgħir bħall-airBaltic, tnaqqis ulterjuri fil-flotta u fill-kapaċità jista' jipperikola r-ritorn tagħha għall-vijabbiltà għal żmien twil mingħajr ma jipprovdi ebda opportunità sinifikanti tas-suq għall-kompetituri. Barra minn hekk, għalkemm l-airBaltic hija l-ikbar trasportatur bl-ajru fil-Latvja, is-suq tagħha f'Riga sejjer jonqos minn [65 — 70] % fl-2011 għal [55 — 60] % fl-2016.

(200)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-Latvja hija żona assistita għall-finijiet ta' għajnuna għall-investiment reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) TFUE. (43) Skont il-punt 56 tal-Linji Gwida R&R, “il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna [f'żoni assistiti] jistgħu jkunu inqas stretti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' miżuri kumpensatorji u d-daqs tal-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju. Jekk il-bżonnijiet tal-iżvilupp reġjonali jiġġustifikawh, f'każijiet li fihom tnaqqis tal-kapaċità jew il-preżenza tas-suq jidhru li huma l-iktar miżuri xierqa sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, it-tnaqqis meħtieġ sejjer ikun iżgħar f'żoni assistiti milli f'żoni mhux assistiti”.

(201)

Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll il-partikolaritajiet ta' dan il-każ meta vvalutat l-idoneità tal-miżuri kumpensatorji proposti, meta wieħed iqis is-sitwazzjoni ġeografika periferali tal-Latvja u l-aċċessibbiltà għall-bqija tal-Unjoni Ewropea. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-biċċa l-kbira tas-sistema ferrovjarja tal-Latvja tuża l-kejl Russu li huwa usa' mill-kejl Standard użat fil-parti l-kbira tal-UE, u b'hekk jinħolqu problemi ta' interoperabbiltà mal-pajjiżi ġirien tal-UE. It-trasport bil-baħar ukoll joffri grad limitat ta' sostitwibbiltà mat-trasport bl-ajru, b'mod partikolari għat-trasport tal-passiġġieri. Fl-aħħar, il-Kummissjoni tosserva li l-eqreb ajruporti internazzjonali li jistgħu jintlaħqu bit-trasport bit-triq huma dawk ta' Vilnius u Tallinn, li huma madwar 300 km 'il bogħod minn Riga, u b'hekk jikkostitwixxu ċentri alternattivi konvenjenti, b'mod partikolari għat-trasport kummerċjali tal-passiġġieri.

(202)

Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżuri kumpensatorji adottati mill-airBaltic, jiġifieri t-tnaqqis fil-kapaċità b'[7 — 10] % u ċ-ċediment ta' slotts f'ajruporti kkoordinati, huma aċċettabbli fiċ-ċirkostanzi ta' dan il-każ. Il-miżuri kumpensatorji proposti mil-Latvja għalhekk huma suffiċjenti skont il-Linji Gwida R&R sabiex jiġi żgurat li l-effetti negattivi fuq il-kundizzjonijiet kummerċjali li jirriżultaw mill-għoti ta' għajnuna għar-ristrutturar lill-airBaltic jitnaqqsu għal livell aċċettabbli.

7.4.5.   Għajnuna limitata għal minimu (kontribuzzjoni proprja)

(203)

Skont il-punt 43 tal-Linji Gwida R&R, sabiex jiġi limitat l-ammont ta' għajnuna għal minimu strett, hija neċessarja kontribuzzjoni sinifikanti għall-ispejjeż għar-ristrutturar mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju. Dan jista' jinkludi l-bejgħ ta' assi li mhumiex essenzjali għas-sopravivenza tad-ditta, jew finanzjament estern bil-kundizzjonijiet tas-suq.

(204)

Il-kontribuzzjoni proprja għandha tkun reali, jiġifieri attwali, minbarra l-profitti futuri kollha bħall-fluss tal-flus (punt 43 tal-Linji Gwida R&R). Inerentement, il-kontribuzzjoni proprja ma għandhix tinkludi ebda għajnuna mill-Istat. Għal ditti kbar, il-Kummissjoni ġeneralment tikkunsidra li kontribuzzjoni ta' mill-inqas 50 % tal-ispejjeż għar-ristrutturar tkun xierqa. Madankollu, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, u f'każijiet ta' diffikultà partikolari, il-Kummissjoni tista' taċċetta kontribuzzjoni iktar baxxa (punt 44 tal-Linji Gwida R&R).

(205)

Il-pjan ta' ristruttar jistma l-ispejjeż għar-ristrutturar fil-livell ta' LVL [150 — 170] miljun (EUR [214 — 242] miljun), ibbażat fuq il-fondi meħtieġa għar-ripagament ta' selfiet ta' partijiet terzi (LVL [5 — 15]-il miljun (EUR [7,1 — 21,3] miljuni)), kumpens għal telf li jirriżulta mill-eliminazzjoni gradwali jew id-disponiment ta' ċerti inġenji tal-ajru (LVL [15 — 25] miljun (EUR [21,3 — 35,5] miljuni)), provvediment għal dejn mitluf li l-kumpanija ma tkunx tista' tirkupra (LVL [5 — 10] miljuni (EUR [7,1 — 15,3] miljuni)), pagamenti għal sensji (LVL [1 — 4] miljuni (EUR [1,4 — 5,6] miljuni)), ix-xiri ta' inġenji tal-ajru ġodda, b'mod partikolari […] Bombardier Q400NG u […] Boeing 737-500 (għal total ta' LVL [50 — 60] miljun (EUR [71,1 — 85,3] miljuni)), ix-xiri mill-ġdid tal-marki kummerċjali mill-BAS (LVL [5 — 15]-il miljun (EUR [7,1 — 21,3] miljuni)), obbligazzjonijiet mhux previsti li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn pretensjoni minn […] (LVL [5 — 15]-il miljun (EUR [7,1 — 21,3] miljun)), u LVL [45 — 55] miljun (EUR [64 — 78,2] miljun) sabiex jagħmlu tajjeb għat-telf mhux mistenni sakemm l-airBaltic terġa' lura għall-profittabbiltà.

(206)

Fid-dawl tal-ispejjeż totali għar-ristrutturar ta' LVL [150 — 170] miljun (EUR [214 — 242] miljun), il-kontribuzzjoni proprja proposta tal-airBaltic skont il-pjan ta' ristrutturar tammonta għal LVL [100 — 110] miljuni (EUR [141 — 155] miljun), jiġifieri [60 — 70] % tal-ispejjeż totali għar-ristrutturar. Ir-rendikont tal-kontribuzzjoni proprja hija kif ġej:

(i)

Injezzjonijiet finanzjarji privati ta' LVL [20 — 30] miljun (EUR [28,4 — 42,6] miljuni) mogħtija mill-BAS u l-investituri privati THC u […] fil-perjodu April-Settembru 2011. Dan l-ammont jinkludi LVL […] miljuni (EUR […] miljuni) fil-forma ta' faċilità ta' likwidità mogħtija minn […] f'Marzu u Mejju 2011 għax-xiri ta' spare parts mill-airBaltic; LVL […] miljun (EUR […] miljun) u LVL […] miljun (EUR […] miljun) ta' pagamenti bil-quddiem fl-ekwità tal-airBaltic rispettivament magħmula minn […] u […]; u LVL [6 — 8] miljuni (EUR [8,5 — 12,3] miljuni) minn Transatlantic Holdings derivati minn ftehim ta' xiri ta' ishma.

(ii)

Selfiet privati ta' LVL [20 — 30] miljun (EUR [28,4 — 42,6] miljuni) mogħtija mill-BAS wara l-Ftehim, speċjalment is-self mill-BAS (LVL 14-il miljun (EUR 19,82 miljuni)) self mill-bejjiegħ ta' LVL [5 — 15]-il miljun (EUR [7,1 — 21,3] miljuni) għax-xiri mill-ġdid tal-marki kummerċjali.

(iii)

Ftehimiet ta' kiri ta' inġenji tal-ajru ġodda vvalutat fil-livell ta' LVL [45 — 55] miljun (EUR [64 — 78] miljun).

(iv)

LVL […] miljun (EUR […] miljun) minn dejn parzjalment mitluf li jirriżulta mir-ristrutturar tad-dejn tal-airBaltic miftiehem ma' Latvijas Krājbanka u Snoras f'Marzu 2014.

(207)

Rigward l-injezzjonijiet finanzjarji privati msemmija fil-punt (i) hawn fuq, il-Latvja uriet li l-BAS għamlet pagamenti bil-quddiem fl-ekwità tal-kumpanija ta' LVL [7 — 9] miljuni (EUR [10 — 13]-il miljun) bejn Ġunju u Lulju 2011. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawn il-pagamenti jikkostitwixxu kontribuzzjoni proprja skont it-tifsira tal-punt 43 tal-Linji Gwida R&R, minħabba li l-BAS kienet operatur privat fis-suq u l-Kummissjoni ma għandha ebda raġuni għalfejn tikkunsidra li ma kinitx qiegħda taġixxi skont il-loġika tas-suq. L-istess konklużjoni tapplika għal-LVL [6 — 8] miljuni (EUR [8,5 — 12,3] miljuni) ipprovduti minn Transatlantic Holdings bi skambju għal […] ishma pendenti mhux imħallsa fl-airBaltic, li seħħ f'Settembru 2011.

(208)

Rigward il-punt (ii) hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li s-self ta' LVL 14-il miljun (EUR 19,82 miljuni) mogħti mill-BAS, jiġifieri s-self mill-BAS jikkostitwixxi finanzjament estern fit-termini tas-suq li jista' jiġi aċċettat bħala kontribuzzjoni proprja minn investitur privat li dak iż-żmien kien azzjonist tal-kumpanija.

(209)

Rigward il-ftehimiet tal-kiri għal inġenji tal-ajru ġodda fl-ammont ta' LVL [45 — 55] miljun (EUR [64 — 78] miljun) (punt (iii) hawn fuq), il-pjan ta' ristrutturar jispjega li f'Marzu 2013, l-airBaltic ikkonkludiet ftehimiet ġodda għall-kiri ta' inġenji tal-ajru ma' kontrapartijiet privati bħala parti mit-tnaqqis fil-flotta u l-ottimizzazzjoni tal-programm. Il-ftehimiet huma relatati mal-kiri-nett ta' […] tal-inġenji tal-ajru Bombardier Dash 8 Q400NG għal perjodu ta' 10 snin għall-ammont totali ta' madwar USD […] miljuni (EUR […] miljuni), jiġifieri kera ta' kull xahar ta' madwar USD […] (EUR […]).

(210)

Skont il-pjan ta' ristrutturar, il-kiri ngħata bil-kundizzjonijiet tas-suq minn […]. Il-kera fix-xhar hija intenzjonata li tkopri l-ammortizzazzjoni tal-prezz tax-xiri li minnu jitnaqqas il-valur residwali fl-aħħar tal-għaxar (10) snin tal-inġenji tal-ajru rilevanti (flimkien ma' ċertu perċentwal addizzjonali biex ikopri […] spejjeż ta' finanzjament u għall-operat kif ukoll marġni tal-profitt), u b'hekk effettivament il-prezz tax-xiri tal-inġenju tal-ajru ġdid jiġi ndaqs.

(211)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ftehimiet ta' kiri bħala tali huma forma ta' finanzjament fl-industrija tal-linji tal-ajru u jistgħu jiġu attribwiti għal selfiet ipprovduti lil kumpanija li għaddejja minn ristrutturar. Il-fatt li hemm kollateral li jkorpi parti sinifikanti tas-self ma jipprekludix li s-self jiġi kkunsidrat bħala “kontribuzzjoni proprja”. Barra minn hekk, il-Latvja kkonfermat li l-ftehimiet ta' kiri huma suġġetti għal kollateralizzazzjoni standard (jiġifieri li l-kapaċità li jinqabad ajruplan f'każ ta' inadempjenza u depożitu ta' sigurtà fi flus). Għalhekk, il-lokatur għandu ċertu grad ta' riskju tal-kreditu minħabba li jbati telfiet konsiderevoli f'każ ta' inadempjenza mill-airBaltic, jiġifieri t-telf immedjat ta' introjtu mill-kera, li jkompli sakemm l-inġenju tal-ajru jkun jista' jerġa jinkera lil klijent ġdid, kif ukoll spejjeż imġarrba sabiex l-inġenju tal-ajru jerġa' jiġi rikonfigurat għall-operatur li jmiss. (44)

(212)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tinnota li l-ftehimiet ta' kiri juru li l-airBaltic setgħet tikseb finanzjament estern bil-kundizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, il-ftehimiet tal-kiri jistgħu jitqiesu bħala prova li s-suq jemmen fil-vijabbiltà għal żmien twil tal-airBaltic, minħabba li l-ftehimiet jiġu żgurati biss bit-tip standard tal-kollateral u l-finanzjatur xorta għandu ċertu grad ta' riskju. Dan huwa konformi mal-punt 43 tal-Linji Gwida R&R, li jgħid li kontribuzzjoni proprja għandha toriġina mill-finanzjament estern bil-kundizzjonijiet tas-suq u hija sinjal li s-suq jemmen fil-fattibbiltà tar-ritorn għall-vijabbiltà previst. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra kirjiet ta' LVL [45 — 55] miljuni (EUR [64 — 78] miljun) bħala parti mill-kontribuzzjoni proprja. Dan huwa konformi wkoll mal-prattika preċedenti tal-Kummissjoni, f'pereżempju l-każ tal-Czech Airlines. (45)

(213)

Madankollu, il-Kummissjoni għandha dubji dwar xi tipi ta' kontribuzzjoni proprja fil-pjan ta' ristrutturar, kif spjegat hawn taħt.

(214)

Fir-rigward tal- pagament bil-quddiem fl-ekwità tal-airBaltic ta' LVL […] miljuni (EUR […] miljuni) li sar minn […] f'Lulju 2011, mill-informazzjoni sottomessa mil-Latvja jidher li dan huwa direttament relatat mal-miżura 6, li ġie konkluż li tinkludi għajnuna mill-Istat. Għalhekk, il- pagament bil-quddiem fl-ekwità tal-airBaltic li sar minn […] ma jistax jitqies bħala kontribuzzjoni proprja, li neċessarjament għandha tkun ħielsa minn għajnuna mill-Istat.

(215)

Inkwantu għall-faċilità ta' likwidità ta' LVL […] miljuni (EUR […] miljuni) mogħtija minn […] bejn April u Ġunju 2011 għax-xiri ta' spare parts, l-awtoritajiet Latvjani ma pprovdewx evidenza li tippermetti lill-Kummissjoni biex ikollha fehim ċar ta' din il-miżura u s-sinifikat tagħha f'termini ta' twemmin fir-ritorn għall-vijabbiltà tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni għalhekk ma tistax tikkonkludi b'ċertezza li din il-faċilità hija aċċettabbli bħala kontribuzzjoni proprja.

(216)

Fir-rigward tas-self mill-bejjiegħ ta' LVL [5 — 15]-il miljun (EUR [7,1 — 21,3] miljun) mill-BAS lill-airBaltic għax-xiri mill-ġdid tal-marki kummerċjali, il-Latvja ma pprovdiet ebda evidenza li s-self kien effettivament ipprovdut.

(217)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ma tqisx li l-pagament bil-quddiem fl-ekwità tal-airBaltic ta' LVL […] miljuni (EUR […] miljuni) li sar minn […] f'Lulju 2011, il-faċilità ta' likwidità għal LVL […] miljuni (EUR […] miljuni) mogħtija minn […] bejn April u Ġunju 2011 għax-xiri ta' spare parts, is-self mill-bejjiegħ ta' LVL [5 — 15]-il miljun (EUR [7,1 — 21,3] miljuni) mill-BAS lill-airBaltic għax-xiri mill-ġdid ta' marki kummerċjali u t-tħassir parzjali tad-dejn ta' LVL […] miljuni (EUR […] miljuni) huma aċċettabbli bħala kontribuzzjoni propjra. Il-Kummissjoni tiddubita wkoll, b'mod partikolari abbażi tal-informazzjoni inkonklussiva pprovduta f'dak ir-rigward (natura mhux ċara tad-dejn inkwistjoni, inklużi diversi pretensjonijiet u marki kummerċjali tal-airBaltic) jekk l-LVL […] miljuni (EUR […] miljuni) f'dejn parzjalment imħassar miż-żewġ banek jistax jgħodd bħala kontribuzzjoni proprja.

(218)

Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tinnota li l-miżuri l-oħra proposti bħala kontribuzzjoni proprja xorta huma konformi mal-punt 43 tal-Linji Gwida R&R u li l-livell ta' kontribuzzjonijiet proprji huwa għaldaqstant aċċettabbli. Huma jammontaw għal LVL [75 — 85] miljun (EUR [107 — 120] miljun), ekwivalenti għal madwar [48 — 50] % tal-kosti tar-ristrutturar. Għal ditta kbira bħall-airBaltic, il-livell ta' kontribuzzjoni proprja normalment għandu jkun ta' 50 %. Madankollu, skont il-punt 56 tal-Linji Gwida R&R, il-Kummissjoni tista' tkun inqas stretta rigward id-daqs tal-kontribuzzjoni proprja fiż-żoni assistiti, kif kien il-każ għal-Latvja fiż-żmien li ngħataw il-miżuri (ara l-premessa 200 hawn fuq).

(219)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li r-rekwiżiti tal-punt 43 tal-Linji Gwida R&R ġew issodisfati.

7.4.6.   Il-prinċipju “darba, l-aħħar darba”

(220)

Fl-aħħar, għandu jiġi osservat il-punt 72 tal-Linji Gwida R&R, li jipprevedi li kumpanija li rċeviet għajnuna ta' salvataġġ u għar-ristrutturar fl-aħħar għaxar snin mhix eliġibbli għal għajnuna ta' salvataġġ u għar-ristrutturar (il-prinċipju “darba, l-aħħar darba”).

(221)

Minħabba li l-miżuri 1, 4 u 5 ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat, huma ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-prinċipju “darba, l-aħħar darba”. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Latvjani kkonfermaw li l-airBaltic ma bbenefikat minn l-ebda għajnuna ta' salvataġġ jew għar-ristruttura fl-aħħar għaxar (10) snin. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-prinċipju “darba, l-aħħar darba”, ġie osservat.

7.5.   KONKLUŻJONI DWAR IL-MIŻURI 2, 3 U 6

(222)

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li l-Latvja implimentat il-miżuri 2, 3 u 6 illegalment favur l-airBaltic, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri u l-pjan ta' ristrutturar jissodisfaw il-kundizzjonijiet meħtieġa mil-Linji Gwida R&R. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern.

(223)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li l-Latvja qablet li din id-deċiżjoni tiġi adottata u nnotifikata bl-Ingliż.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ewwel self mill-Istat ta' LVL 16-il miljun li r-Repubblika tal-Latvja tat lill-airBaltic fl-2011, kif ukoll l-akkwist mill-Istat ta' bonds ta' kupun ta' 0 % mill-airBaltic f'April 2010 u l-pagament ta' EUR 2,8 miljuni minn Latvijas Krājbanka lill-airBaltic f'Novembru 2011, ma jikkostitwixxux għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

It-tieni self mill- Istat ta' LVL 67 miljun u ż-żieda fil-kapital tal-airBaltic, li r-Repubblika tal-Latvja implimentat fl-2011, kif ukoll l-attribuzzjoni lill-airBaltic tal-pretensjoni ta' EUR 5 miljun, li r-Repubblika tal-Latvja implimentat fl-2012, jikkostitwixxu għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 69, 8.3.2013, p. 40.

(2)  Rata tal-kambju ta' EUR 1 = LVL 0,7063. Rata tal-kambju medja għall-2011 ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, disponibbli fuq http://sdw.ecb.europa.eu/reports.do?node=100000233.

(3)  Cf. in-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(4)  Sors: Il-Ktieb Annwali tal-2011 tal-Ajruport Internazzjonali ta' Riga, disponibbli minn http://www.riga-airport.com/en/main/about-company/gada-gramata.

(5)  Ara http://bnn-news.com/airbaltic-shareholders-structure-11608. L-istampa tirrapporta xi rabtiet bejn Taurus u l-imprenditur Russu s-Sur Vladimir Antonov.

(6)  L-eks azzjonist ewlieni u president tal-bank Litwan Snoras kien is-Sur Vladimir Antonov.

(7)  Il-Bank Ċentrali tal-Litwanja spjega li kellu jinnazzjonalizza Snoras minħabba li naqas milli jissodisfa rekwiżiti regolatorji, naqas milli jipprovdi l-informazzjoni mitluba u minħabba l-kundizzjoni ħażina tal-assi. Ara http://en.rian.ru/ business/20120523/173624459.html u http://www.bloomberg.com/news/2011-12-19/antonov-says-he-invested-50-million-euros-in-latvia-s-airbaltic.html.

(8)  Ara http://www.lkb.lv/en/about_bank/news/archyve?item=2022&page=6.

(9)  Ara http://www.fktk.lv/en/publications/other_publications/2012-02-07_jsc_latvijas_krajbanka_c/.

(10)  Il-Ministeru tat-Trasport spjega li l-għan tal-akkwist kien li jipproteġi d-depożitaturi ta' Latvijas Krājbanka. Apparentement, il-problemi finanzjarji ta' BAS kienu qegħdin jheddu lill-Istat milli jinvesti fil-kapital tal-airBaltic u għalhekk il-Gvern iddeċieda li jieħu azzjoni biex jiddefendi l-interessi tiegħu u jieħu l-kontroll tal-airBaltic. Ara http://www.bloomberg.com/news/2011-12-01/latvia-buys-out-minority-shareholder-in-airbaltic-ministry-says.html u http://www.sam.gov.lv/?cat=8& art_id=2598.

(11)  Ara http://www.baltic-course.com/eng/transport/?doc=54423. L-istampa tirrapporta wkoll li l-BAS allegatament kellha tagħti LVL 14-il miljun lil Latvijas Krājbanka (ara pereżempju http://www.baltic-course.com/eng/transport/?doc=53861).

(12)  Skont il-Latvja, minn Awwissu 2013, il-BAS ma kinitx iddikjarata falluta minkejja tentattivi minn diversi kredituri tagħha.

(13)  Barra minn hekk, jidher li tal-inqas mill-2010, l-azzjonisti ewlenin tal-airBaltic — l-Istat tal-Latvja u l-BAS — baqgħu f'kunflitt: l-istampa tirrapporta dwar diversi azzjonijiet legali bejn l-Istat tal-Latvja u l-BAS (ara pereżempju http://atwonline.com/airline-finance-data/news/airbaltic-files-bankruptcy-0921).

(14)  Ara http://centreforaviation.com/analysis/airbaltics-restructuring-plan-is-in-full-swing-but-competition-from-estonian-air-is-rising-74754.

(15)  Ara http://www.eurofound.europa.eu/emcc/erm/factsheets/18371/Air%20Baltic%20Corporation? Template=searchfactsheets&kSel=1 u http://www.baltic-course.com/eng/transport/?doc=42089.

(16)  Ara https://www.airbaltic.com/en/bottom_menu/press-room/press_releases/2011/airbaltic-files-for-legal-protection-airbaltic-to-continue-operations.

(*)  Il-Ministru tat-Trasport tal-Latvja għamel reklam fl-edizzjonijiet Ewropej u Ingliżi tal-Financial Times fis-27 ta' Awwissu 2012 u stieden espressjonijiet ta' interess mhux vinkolanti biex wieħed jipparteċipa fil-bejgħ ta' ishma maħruġa mill-airBaltic. Ara http://prudentia.lv/upload_file/27082012-ABC%20ad%20EN.pdf.

(17)  Sigriet kummerċjali.

(18)  L-Istat tal-Latvja apparentement eżerċita dan id-dritt fit-8 ta' Ġunju 2012 (ara l-premessa 23 hawn fuq).

(19)  Għall-kuntrarju ta' dak li ntqal fil-premessa 80 tad-deċiżjoni tal-ftuħ, matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali, il-Kummissjoni osservat li l-BAS ma kinitx obbligata skont il-Ftehim li tipprovdi self konvertibbli b'termini pari passu flimkien mat-tieni self mill-Istat.

(20)  Fl-10 ta' Lulju 2012 l-airBaltic iffirmat ittra ta' intenzjoni ma' Bombardier biex takkwista 10 ajruplani CS300 u jieħu d-drittijiet tax-xiri fuq 10 CS300 jetliners oħra. Abbażi tal-lista tal-prezzijiet tal-ajruplani CS300, kuntratt ta' ordni ta' ditta sejjer jiġi vvalutat madwar USD 764 miljun (EUR 621,74 miljuni), u jista' jiżdied għal USD 1,57 biljuni (EUR 1,28 biljuni) jekk id-drittijiet tax-xiri jiġu kkonvertiti għal ordnijiet ta' ditta. Ara http://www.airbaltic.com/public/49780.html. Rata tal-kambju ta' EUR 1 = USD 1,2288 — rata tal-kambju medja għal Lulju 2012 ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, disponibbli minn http://sdw.ecb.europa.eu/reports.do?node=100000233.

(21)  L-ewwel self mill-Istat ta' LVL 16-il miljun u t-tieni self mill-Istat ta' LVL 67 miljun (inkluż it-tieni segment ta' LVL 25,4 miljuni, li wara l-pjan ta' riForma kien ipprovdut lill-kumpanija fit-tieni nofs tal-2012).

(22)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(23)  Iċ-ċifra ta' EUR […] miljuni hija mitluba mil-Latvja iżda ma tirriżultax mill-Ftehim.

(24)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu sabiex jiġu stabbiliti r-referenzi u r-rati tal-iskont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6).

(25)  ASK ifisser kilometri disponibbli għal kull seat (seats li jittajru mmultiplikati bin-numru ta' kilometri li jittajru). ASK huwa l-iktar indikatur tal-kapaċità importanti ta' linja tal-ajru kif imħaddem mill-industrija tat-trasport bl-ajru u mill-Kummissjoni stess f'każijiet ta' ristrutturar preċedenti fis-settur tat-trasport bl-ajru.

(26)  Ir-Ryanair irreferiet għal Kawża C-405/11 P, Buczek Automotive, li għadu mhux ippubblikat fil-Ġabra, il-paragrafi 55-57.

(27)  Ara http://www.eurofound.europa.eu/emcc/erm/factsheets/18371/Air%20Baltic%20Corporation?Template=searchfactsheets&kSel=1 u http://www.baltic-course.com/eng/transport/?doc=42089.

(28)  Ara http://atwonline.com/airline-finance-data/news/airbaltic-files-bankruptcy-0921.

(29)  Sors: Rapport annwali tal-airBaltic għall-2011.

(30)  Ara pereżempju l-istqarrija għall-istampa tal-Kabinett tal-Ministri tal-Latvja tas-7 ta' Settembru 2011 (http://www.mk.gov.lv/en/aktuali/zinas/2011/09/070911-cm-01/), fejn il-Prim Ministru dak iż-żmien ġie rrapportat li qal li “huwa essenzjali li l-airBaltic tinżamm bħala l-operatur tal-ajru nazzjonali li joħloq vantaġġi sostanzjali għal-Latvja fl-oqsma tal-loġistika, tal-attrazzjoni turistika u bħala impjegatur sinifikanti, madankollu, enfasizza l-bżonn li jintagħżlu s-soluzzjonijiet li huma l-iktar favorevoli għall-interess pubbliku”.

(31)  Kawża T-565/08 Corsica Ferries vs il-Kummissjoni, sentenza tal-11 ta' Settembru 2012, li għadha mhix irrapportata, paragrafu 122.

(32)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 24. Ir-rata tal-bażi għal-Latvja fit-3 ta' Ottubru 2011 kienet 2,2 %. Ma' din iċ-ċifra għandhom jiżdiedu 400 punt ta' bażi, meta wieħed iqis id-diffikultajiet tal-airBaltic f'dak iż-żmien u l-livell sinifikanti tal-kollateralizzazzjoni tas-self, li jirriżulta fir-rata ta' 6,2 %.

(33)  Il-Kummissjoni xorta waħda tosserva li l-ewwel self mill-Istat kien kapitalizzat fid-29 ta' Diċembru 2011 bħala parti mill-miżura 3. Il-valutazzjoni tal-miżura 3 hija ppreżentata fit-taqsima 7.2.4 hawn taħt.

(34)  L-ittra ta' garanzija, iddatata 3 ta' Ottubru 2011, tgħid li l-garanzija ma tapplikax jekk l-Istat “uża d-drittijiet tiegħu skont […] il-Klawżola 7.4 [tal-Ftehim] u l-Istat sar azzjonist ta' mhux inqas minn 99,78 % tal-azzjonijiet bi dritt tal-vot tal-[airBaltic]”. Tabilħaqq, il-Latvja saret azzjonist ta' 99,8 % tal-ishma tal-airBaltic fit-30 ta' Novembru 2011.

(35)  Kawża C-280/00, Altmark Trans GmbH u Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH (Altmark), [2003] Ġabra I-7747, paragrafu 81.

(36)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/414/UE tal-14 ta' Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat C 8/10 (ex N 21 09 u NN 15/10) implementata mill-Greċja favur Varvaressos S.A. (ĠU L 184, 14.7.2011, p. 9).

(37)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża SA.30908 — CSA — Czech Airlines — Pjan ta' Ristrutturar, paragrafu 107 u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża SA.33015 — Air Malta plc., paragrafu 93. Ara wkoll id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2010/137/KE tat-28 ta' Awwissu 2009 dwar l-Għajnuna mill-Istat C 6/09 (ex N 663/08) — Austria Austrian Airlines — Pjan ta' Ristrutturar (ĠU L 59, 9.3.2010, p. 1), fil-paragrafu 296 u Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/542/UE tal-21 ta' Marzu 2012 dwar il-miżura SA.31479 (2011/C) (ex 2011/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta għar-Royal Mail Group (ĠU L 279, 12.10.2012, p. 40), fil-paragrafu 217.

(38)  Rispettivament introjtu minn kull kilometru għal kull seat disponibbli (RASK) u l-ispiża għal kull kilometru għal kull seat disponibbli (CASK).

(39)  Ara l-premessa 194 hawn taħt.

(40)  B'mod partikolari r-rotot bejn […]. Il-Kummissjoni tifhem li l-għeluq ta' dawn ir-rotot huwa miżura kompensatorja biss minħabba li xejn ma jissuġġerixxi li huma ngħalqu bħala konsegwenza neċessarja tat-tnaqqis fil-flotta.

(41)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża SA.30908 — CSACzech AirlinesPjan ta' Ristrutturar, il-paragrafi 130 u 131.

(42)  Ajruporti ikkoordinati b'mod sħiħ huma ddefiniti fl-Artikolu 2(g) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 95/93 tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (ĠU L 14, 22.1.1993, p. 1). Skont l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KEE) Nru 95/93, dawn l-ajruporti jesperjenzaw, tal-inqas matul ċerti perjodi, limitazzjonijiet tal-kapaċità.

(43)  Ara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2006 fil-każ ta' għajnuna mill-Istat N 447/2006 — LatvjaMappa tal-Għajnuna Reġjonali 2007-2013.

(44)  L-ispejjeż totali għat-tranżizzjoni tal-inġenju tal-ajru minn operatur inadempjenti biex jissodisfa r-rekwiżiti għall-klijent ġdid faċilment jistgħu jitilgħu sa […] % tal-valur kontabilistiku tal-inġenju tal-ajru.

(45)  Ara d-deċiżjoni Czech Airlines, paragrafi 119 u 145.


10.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1092

tat-23 ta' Lulju 2014

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.34824 (2012/C), SA.36007 (2013/NN) SA.36658 (2014/NN), SA.37156 (2014/NN), SA.34534 (2012/NN) implimentata mill-Greċja għall-Grupp National Bank of Greece relatata ma':

Rikapitalizzazzjoni u ristrutturar ta' National Bank of Greece S.A.;

Riżoluzzjoni ta' First Business Bank S.A. permezz ta' ordni ta' trasferiment lil National Bank of Greece S.A.;

Riżoluzzjoni ta' Probank S.A. permezz ta' ordni ta' trasferiment lil National Bank of Greece S.A.

Riżoluzzjoni tal-Bank Kooperattiv ta' Lesvos-Limnos, tal-Bank Kooperattiv ta' Achaia u tal-Bank Kooperattiv ta' Lamia

(notifikata bid-dokument C(2014) 5201)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-Istati Membri u lil partijiet interessati oħrajn sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet,

Billi,

1.   PROĊEDURA

1.1.   PROĊEDURA RELATATA MAL-NATIONAL BANK OF GREECE GROUP (1) (“IL-BANK”).

(1)

Permezz ta' deċiżjoni tad-19 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni approvat skema intitolata “Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (l-“Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi”) maħsuba biex tiżgura l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja Griega. L-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi tippermetti li l-għajnuna tingħata taħt it-tliet miżuri kostitwenti tagħha, jiġifieri miżura ta' rikapitalizzazzjoni, miżura ta' garanzija u miżura ta' self obbligazzjonarju tal-gvern (2).

(2)

Il-premessa (14) tad-Deċiżjoni tad-19 ta' Novembru 2008 irreġistrat li għandu jiġi nnotifikat pjan ta' ristrutturar lill-Kummissjoni fir-rigward tal-benefiċjarji tal-miżura ta' rikapitalizzazzjoni.

(3)

F'Mejju 2009, il-Bank ġie rikapitalizzat taħt il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni tal-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi.

(4)

Fit-2 ta' Awwissu 2010, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta' ristrutturar fir-rigward tal-Bank lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni rreġistrat dak il-pjan, l-aġġornamenti sussegwenti tiegħu, kif ukoll l-informazzjoni addizzjonali mibgħuta mill-awtoritajiet Griegi bħala l-Każ SA.30342 (PN 26/2010) u mbagħad bħala l-Każ SA.32788 (2011/PN).

(5)

F'Diċembru 2011, il-Bank kien rikapitalizzat mill-ġdid mill-Greċja taħt il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni. Fit-22 ta' Diċembru 2011, il-Kummissjoni approvat it-tieni rikapitalizzazzjoni tal-Bank (3).

(6)

Il-Bank ripetutament ibbenefika minn garanziji Statali fuq strumenti tad-dejn u self ta' bonds tal-gvern skont l-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi (4). Huwa bbenifika wkoll minn assistenza ta' likwidità f'emerġenza ggarantita mill-Istat (“ELA garantita mill-Istat”).

(7)

Fit-18 ta' Marzu 2012, il-Bank of Greece pproċeda bl-irtirar tal-liċenzji ta' tliet Banek Kooperattivi (“it-tliet Banek Kooperattivi”), jiġifieri l-Bank Kooperattiv ta' Lesvos-Limnos (“Lesvos-Limnos Bank”), il-Bank Kooperattiv ta' Achaia (“Achaia Bank”) u l-Bank Kooperattiv ta' Lamia (“Lamia Bank”) u poġġihom f'likwidazzjoni.

(8)

Il-Kummissjoni rreġistrat l-informazzjoni li rċeviet b'mod informali mill-Greċja dwar ir-riżoluzzjoni tal-Banek Kooperattivi bħala l-Kawża SA.34534 (2012/NN).

(9)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Bank of Greece pproċeda bit-trasferiment tal-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi lill-Bank u ddetermina l-ammont ta' diskrepanzi tal-likwidità (5) li jiġu koperti mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (“HFSF”) skont il-liġi 4051/2012 (6). Id-diskrepanzi tal-likwidità kienu ugwali għall-valur tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti minħabba li ma seħħ ebda trasferiment ta' assi tat-tliet Banek Kooperattivi.

(10)

Fl-20 ta' April 2012, l-HFSF ipprovda lill-Bank b'ittra li fiha impenja ruħu li sejjer jipparteċipa f'żieda ppjanata tal-kapital azzjonarju tal-Bank. Fit-28 ta' Mejju 2012, l-HFSF ta rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta' EUR 7 430 miljun lill-Bank (“l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja”).

(11)

F'Mejju 2012, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ittra ta' impenn li ġiet ipprovduta mill-HFSF lill-Bank. Il-Kummissjoni rreġistratha bħala għajnuna mhux innotifikata (il-Kawża SA.34824 (2012/NN)) minħabba li l-miżura kienet diġà ġiet implimentata.

(12)

Permezz ta' deċiżjoni tas-27 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet proċedura ta' investigazzjoni formali fuq l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (“id-Deċiżjoni ta' Ftuħ ta' NBG”) (7).

(13)

F'Diċembru 2012, l-HFSF ta t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta' EUR 2 326 miljun lill-Bank (“it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja”). (8). L-awtoritajiet Griegi nnotifikaw dik il-miżura lill-Kummissjoni fis-27 ta' Diċembru 2012. Il-Kummissjoni rreġistrat dawn i-miżuri bħala l-każ SA.36007 (2013/NN).

(14)

F'Ġunju 2013, il-Bank ħabbar it-tlestija b'suċċess tal-ħruġ tiegħu ta' drittijiet ta' EUR 1 079 miljun (9) filwaqt li l-HFSF ikkonverta parzjalment l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji f'ekwità (“ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013”, li tinkludi kemm il-ħruġ ta' drittijiet ta' EUR 1 079 miljun u l-konverżjoni tal-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja). L-ammont totali tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 kien ta' EUR 9 756 miljun, li EUR 8 677 miljun minnhom kienu injettati mill-HFSF (il-“parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013”).

(15)

Fid-19 ta' Diċembru 2013, l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni rigward it-termini tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013.

(16)

Fil-25 ta' Ġunju 2014, l-awtoritajiet Griegi ssottomettew pjan ta' ristrutturar finali għall-Bank (“il-pjan ta' ristrutturar”) lill-Kummissjoni. Fl-istess data, huma pprovdew informazzjoni dwar l-ELA garantita mill-Istat. Indikaw li riedu jkomplu jipprovdu lill-Bank b'dan l-appoġġ ta' likwidità, kif ukoll b'garanziji Statali fuq l-istrumenti tad-dejn u b'self ta' bonds tal-gvern skont l-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi.Il-Kummissjoni rreġistrat in-notifika skont in-numru SA.34824 (2012/C).

(17)

Il-Kummissjoni kellha diversi laqgħat, telekonferenzi u skambji ta' emails mar-rappreżentanti tal-awtoritajiet Griegi u l-Bank.

(18)

Il-Greċja taċċetta li, b'mod eċċezzjonali, din id-Deċiżjoni tiġi adottata bil-lingwa Ingliża biss.

1.2.   PROĊEDURA RELATATA MAN-NEGOZJI AKKWISTATI

1.2.1.   Proċedura relatata ma' First Business Bank S.A.

(19)

F'Lulju 2009, First Business Bank S.A. (“FB Bank”) kien rikapitalizzat mill-Ġreċja taħt il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni tal-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi (10), għal ammont ta' EUR 50 miljun.

(20)

Fir-Rebbiegħa 2013, il-Bank of Greece ddeċieda li jipproċedi bir-riżoluzzjoni ta' FB Bank permezz tal-proċedura ta' Xiri u Suppożizzjoni (11).

(21)

Fl-1 ta' Mejju 2013, il-Bank of Greece stieden lill-akbar erba' banek fil-Greċja sabiex jissottomettu offerti mhux vinkolanti għal portafoll tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FB Bank. Fl-ittra tiegħu lill-offerenti, il-Bank of Greece ddikjara li l-HFSF għandu, qabelxejn u minbarra d-diskrepanza tal-likwidità, ikopri l-ħtiġijiet kapitali tal-akkwirent, li kienu relatati mal-assi ttrasferiti minn FB Bank.

(22)

Fit-8 ta' Mejju 2013, il-Bank u bank ieħor ippreżentaw l-offerti preliminari tagħhom.

(23)

Fl-10 ta' Mejju 2013, il-Bank irreveda l-offerta tiegħu.

(24)

Fl-istess data, il-Bank of Greece, ipproċeda bir-riżoluzzjoni tal-FB Bank u t-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħzula lill-Bank.

(25)

Fill-11 ta' Mejju 2013, l-awtoritajiet Griegi ppreżentaw informazzjoni lill-Kummissjoni rigward ir-riżoluzzjoni tal-FB Bank. Il-Kummissjoni rreġistrat dik l-informazzjoni u s-sottomissjonijiet sussegwenti mill-awtoritajiet Griegi bħall-Kawża SA.36658 (2014/NN).

(26)

Fit-28 ta' Ġunju 2013, l-HFSF żborża żewġ terzi tad-diskrepanza tal-likwidità kif kienet stmata inizjalment.

(27)

Fid-29 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni l-finanzjament tad-diskrepanza tal-likwidità għal ammont totali ta' madwar EUR 524 miljun, kif stmata fiż-żmien tar-riżoluzzjoni abbażi tad-dejta disponibbli fil-31 ta' Marzu 2013.

(28)

Fis-7 ta' Novembru 2013, il-Bank of Greece ffinalizza l-kalkolu tat-total ta' diskrepanza tal-likwidità, li kien jammonta għal EUR 457 miljun (12).

(29)

Fit-13 ta' Novembru 2013, l-HFSF ħallas il-bilanċ li kien għad fadal tad-diskrepanza tal-likwidità lill-Bank.

(30)

Fil-25 ta' Ġunju 2014, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-Bank ma għandux il-ħsieb illi jitlob lill-HFSF sabiex jinjetta l-ammont tal-ħtiġijiet kapitali maħluqa bl-akkwist tal-assi ta' FB Bank fil-Bank.

1.2.2.   Proċedura relatata ma' Probank S.A.

(31)

Fl-10 ta' Mejju 2013, il-Bank of Greece ħatar Kummissarju fi Probank S.A. (“Probank”).

(32)

F'Lulju 2013, il-Bank of Greece ddeċieda li jipproċedi bir-riżoluzzjoni ta' Probank, permezz tal-proċedura ta' Xiri u Suppożizzjoni.

(33)

Fit-22 ta' Lulju 2013, il-Bank of Greece stieden lill-akbar erba' banek fil-Greċja sabiex jissottomettu offerta għal portafoll tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' Probank. Fl-ittra tiegħu lill-offerenti potenzjali, il-Bank of Greece ddikjara li l-HFSF għandu, qabelxejn u minbarra d-diskrepanza tal-likwidità, ikopri l-ħtiġijiet kapitali tal-akkwirent, li kienu relatati mal-assi ttrasferiti minn Probank.

(34)

Fl-24 ta' Lulju 2013, bank issottometta abbozz ta' offerta u fil-25 ta' Lulju 2013 il-Bank issottometta l-offerta vinkolanti tiegħu.

(35)

Fis-26 ta' Lulju 2013, il-Bank of Greece pproċeda bir-riżoluzzjoni ta' Probank u t-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula lill-Bank.

(36)

Fid-29 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni l-finanzjament tad-diskrepanza tal-likwidità għal ammont totali ta' EUR 238 miljun, kif stmata mill-Bank of Greece abbażi tad-dejta disponibbli fil-31 ta' Marzu 2013. Il-Kummissjoni rreġistrat dik in-notifika u l-informazzjoni sussegwenti ppreżentata mill-awtoritajiet Griegi bħall-Kawża SA.37156 (2014/NN).

(37)

Fid-9 ta' Awwissu 2013, l-HFSF żborża żewġ terzi tad-diskrepanza tal-likwidità kif kienet stmata inizjalment.

(38)

Fit-30 ta' Diċembru 2013, il-Bank of Greece iffinalizza l-kalkolu tat-total tad-diskrepanza tal-likwidità, li kien jammonta għal EUR 563 miljun.

(39)

Fil-31 ta' Diċembru 2013, l-HFSF ħallas il-bilanċ li kien għad fadal tad-diskrepanza tal-likwidità lill-Bank.

(40)

Fl-istess data, il-Bank of Greece pprovda lill-Kummissjoni b'aktar informazzjoni dwar il-finalizzazzjoni tad-diskrepanza tal-likwidità.

(41)

Fil-25 ta' Ġunju 2014, l-awtoritajiet Griegi nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-Bank ma għandux il-ħsieb illi jitlob lill-HFSF sabiex jinjetta l-ammont tal-ħtiġijiet kapitali maħluqa mill-akkwist tal-assi ta' Probank fil-Bank.

2.   DESKRIZZJONI

2.1.   IL-BANK U D-DIFFIKULTAJIET TIEGĦU

2.1.1.   Il-kuntest ġenerali tas-settur bankarju Grieg

(42)

Il-prodott domestiku gross (“PDG”) reali tal-Greċja naqas b'20 % mill-2008 sal-2012, kif muri fit-Tabella 1. B'riżultat ta' dan, il-banek Griegi ffaċċjaw rata ta' inadempjenza li kompliet tiżdied b'mod rapidu fuq is-self mogħti lill-familji u lill-kumpaniji Griegi (13). Dawk l-iżviluppi affettwaw ir-rendiment tal-assi tal-banek Griegi b'mod negattiv u jiġġeneraw telf kbir minn self.

Tabella 1

It-Tkabbir Reali tal-PDG fil-Greċja, 2008-2013

Il-Greċja

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Tkabbir Reali tal-PDG, %

– 0,2

– 3,1

– 4,9

– 7,1

– 6,4

– 3,9

Sors: Eurostat, disponibbli onlajn fuq: http://epp.eurostat.ec.europa.eu/tgm/table.do?tab=table&init=1&plugin=1&language=en&pcode=tec00115

(43)

Barra minn hekk, fi Frar 2012, il-Greċja implimentat skambju ta' bonds fis-settur privat magħruf bħala Parteċipazzjoni tas-Settur Privat (“il-programm PSI”). Il-banek Griegi kienu involuti fil-programm PSI, li matulu l-gvern Grieg offra lid-detenturi tal-bonds privati eżistenti b'titoli ġodda (inklużi Bonds tal-Gvern Grieg (“GGBs”) ġodda, titoli marbuta mal-PDG u noti ta' ħlas tal-PSI maħruġa mill-Fond Ewropew għall-Istabbiltà Finanzjarja (“EFSF”)) inkambju għall-GGBs eżistenti, bi skont nominali ta' 53,5 % u maturitajiet itwal (14). L-awtoritajiet Griegi ħabbru r-riżultati ta' dak l-iskambju ta' bonds fid-9 ta' Marzu 2012 (15). L-iskambju rriżulta f'telf sinifikanti għad-detenturi tal-bonds (stmat mill-Bank of Greece bħala 78 % tal-ammont nominali tal-GGBs l-antiki bħala medja għall-banek Griegi) u ħtiġijiet kapitali li kienu rreġistrati b'mod retroattiv fir-rapporti finanzjarji tal-banek Griegi għall-2011.

Tabella 2

Telf totali tal-banek Griegi ewlenin minħabba l-PSI (f'miljuni ta' EUR)

Banek

Ammont nominali ta' GGBs (1)

Ammont nominali ta' self relatat mal-Istat (2)

Ammont nominali totali

(3) = (1) + (2)

It-telf tal-PSI fuq il-GGBs (4)

Telf minħabba self relatat mal-Istat (5)

Telf gross totali minħabba l-PSI

(6) = (4) + (5)

Telf gross totali minħabba l-PSI/Kapital tal-Grad 1 (16)

(Diċ 2011) (%)

Telf gross totali minħabba l-PSI/Assi totali

(Diċ 2011) (%)

NBG

13 748

1 001

14 749

10 985

751

11 735

161,0

11,0

Eurobank

7 001

335

7 336

5 517

264

5 781

164,5

7,5

Alpha

3 898

2 145

6 043

3 087

1 699

4 786

105,7

8,1

Piraeus

7 063

280

7 343

5 686

225

5 911

226,0

12,0

Probank

415

0

415

295

0

295

105,1

8,7

FB Bank

70

0

70

49

0

49

33,8

3,1

Sors: Bank of Greece, Rapport dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tas-Settur Bankarju Grieg, Diċembru 2012, p. 14.

(44)

Peress li l-banek Griegi ffaċċjaw nuqqasijiet sostanzjali fil-kapital b'riżultat tal-programm PSI u r-riċessjoni kontinwa, il-Memorandum ta' Politiki Ekonomiċi u Finanzjarji (“MPEF”) tat-Tieni Programm ta' Aġġustament għall-Greċja bejn il-Gvern Grieg, l-Unjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali (“FMI”) u l-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) datat il-11 ta' Marzu 2012, għamel il-fondi disponibbli għar-rikapitalizzazzjoni ta' dawk il-banek. L-awtoritajiet Griegi stmaw li l-ħtiġijiet tar-rikapitalizzazzjoni u l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni totali tal-bank, li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dak il-programm, kienu ta' EUR 50 biljun (17). Dak l-ammont kien ikkalkolat fuq il-bażi ta' test tal-istress imwettaq mill-Bank of Greece għall-perjodu li beda f'Diċembru 2011 u li jiġi fi tmiemu f'Diċembru 2014 (“it-test tal-istress tal-2012”), li kien jiddependi fuq il-previżjoni tat-telf mis-self imwettqa minn Blackrock (18). Il-fondi għar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi huma disponibbli permezz tal-HFSF. It-tabella 3 tiġbor fil-qosor il-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali għall-banek Griegi ewlenin kif jirriżultaw mit-test tal-istress tal-2012.

Tabella 3

Test tal-istress tal-2012: Il-ħtiġijiet kapitali tal-banek Griegi ewlenin (f'miljuni ta' EUR)

Banek

Kapital tal-Grad ta' Referenza 1

(Diċ 2011) (1)

Telf gross totali minħabba l-PSI

(Diċ 2011) (2)

Dispożizzjonijiet relatati mal-PSI

(Ġunju 2011) (3)

Telf Kumulattiv Gross

Projezzjonijiet għar-riskju ta' kreditu (4)

Riżervi ta' telf mis-self

(Diċ 2011) (5)

Ġenerazzjoni ta' kapital intern ġenerazzjoni (6)

Kapital tal-Grad fil-Mira 1

(Diċ 2014) (7)

Ħtiġijiet kapitali

(8) = (7) – (1) – (2) – (3) – (4) – (5) – (6)

NBG

7 287

– 11 735

1 646

– 8 366

5 390

4 681

8 657

9 756

Eurobank

3 515

– 5 781

830

– 8 226

3 514

2 904

2 595

5 839

Alpha

4 526

– 4 786

673

– 8 493

3 115

2 428

2 033

4 571

Piraeus

2 615

– 5 911

1 005

– 6 281

2 565

1 080

2 408

7 335

Probank

281

– 295

59

– 462

168

147

180

282

FB Bank

145

– 49

0

– 285

167

-29

116

168

Sors: Bank of Greece, Rapport dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tas-Settur Bankarju Grieg, Diċembru 2012, p. 8.

(45)

Skont l-MPEF, “il-banek li jissottomettu pjanijiet vijabbli ta' ġbir tal-kapital jingħataw l-opportunità li japplikaw għal u jirċievu appoġġ pubbliku b'mod li jippreserva inċentivi fis-settur privat għall-injezzjoni ta' kapital u b'hekk jitnaqqas il-piż għall-kontribwenti” (19). Il-Bank of Greece sab li l-akbar erba' banek biss (Eurobank, National Bank of Greece, Piraeus Bank u Alpha Bank) huma vijabbli (20). Huma rċevew l-ewwel rikapitalizzazzjoni mill-HFSF f'Mejju 2012.

(46)

Id-depożiti domestiċi fil-banek fil-Greċja naqsu b'37 % b'kollox bejn l-aħħar tal-2009 u Ġunju 2012 minħabba r-reċessjoni u l-inċertezza politika. Dawk il-banek kellhom iħallsu rati ta' mgħax ogħla sabiex jippruvaw iżommu d-depożiti. L-ispejjeż tad-depożiti żdiedu, filwaqt li l-marġini tal-imgħax nett tal-banek naqas. Minħabba li l-banek Griegi ma komplewx joperaw fis-swieq tal-finanzjament tal-operaturi, huma saru kompletament dipendenti fuq il-finanzjament tal-Eurosistema (21), li porzjon dejjem jikber minnu kien fil-forma ta' ELA garantita mill-Istat mogħtija mill-Bank of Greece.

(47)

Fit-3 ta' Diċembru 2012, il-Greċja nediet programm ta' xiri lura fuq il-GGBs ġodda riċevuti mill-investituri fil-qafas tal-programm PSI, bi prezzijiet li jvarjaw minn 30,2 % sa 40,1 % tal-valur nominali tagħhom (22). Il-banek Griegi pparteċipaw f'dak il-programm ta' xiri lura li kkristallizza t-telf ulterjuri fuq il-karti tal-bilanċ tagħhom, minħabba li ħafna mit-telf tal-kontabbiltà (jiġifieri, id-differenza bejn il-valur fis-suq u l-valur nominali) irreġistrat fuq dawk il-GGBs ġodda fiż-żmien tal-programm PSI kien sar definittiv u irriversibbli (23).

(48)

F'Diċembru 2012, l-akbar erba' banek Griegi rċevew it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja mill-HFSF.

(49)

Fir-Rebbiegħa tal-2013, ir-rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji tal-erba' banek ġew ikkonvertiti f'rikapitalizzazzjonijiet permanenti f'ishma ordinarji, bl-HFSF iżomm aktar minn 80 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja ta' kull wieħed mill-erba' banek. Għall-banek li rnexxielhom jattiraw ammont stabbilit minn qabel ta' kapital privat, l-HFSF irċieva ishma mingħajr vot, filwaqt li l-investituri privati li injettaw flus ġodda flimkien mal-HFSF ingħataw ċertifikati tal-ishma miksuba mill-HFSF.

(50)

F'Lulju 2013, il-Bank of Greece kkummissjona konsulent sabiex iwettaq studju dijanjostiku fuq il-portafolli tas-self tal-banek Griegi kollha. Dak il-konsulent wettaq projezzjonijiet tat-telf ta' kreditu (“CLPs”) fuq il-kotba tas-self domestiċi kollha tal-banek Griegi, kif ukoll fuq is-self li jġorr riskju Grieg fil-fergħat barranin u s-sussidjarji fuq medda ta' tliet snin u nofs u fuq orizzont tul il-ħajja ta' self. L-analiżi pprovdiet CLPs taħt żewġ xenarji makroekonomiċi, xenarju bażi u xenarju avvers. Is-CLPs għall-portafolli tas-self barranin ġew stmati mill-Bank of Greece permezz ta' kontribut mill-konsulent.

(51)

Abbażi tal-valutazzjoni tas-CLPs mill-konsulent, il-Bank of Greece nieda eżerċizzju ġdid ta' test tal-istress fil-Ħarifa 2013 (“it-test tal-istress tal-2013”) sabiex jivvaluta r-robustezza tal-pożizzjoni kapitali tal-banek Griegi kemm taħt xenarju bażi kif ukoll taħt xenarju avvers. Il-Bank of Greece wettaq il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali bl-appoġġ tekniku tat-tieni konsulent.

(52)

Il-komponenti ewlenin tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali skont it-test tal-istress tal-2013 kienu (i) is-CLPs (24) fuq il-portafolli tas-self tal-banek fuq bażi kkonsolidata għar-riskju Grieg u għar-riskju barrani, nett tar-riżervi tas-self eżistenti, u (ii) il-profittabbiltà operattiva stmata tal-banek għall-perjodu minn Ġunju 2013 sa Diċembru 2016, abbażi ta' aġġustament konservattiv tal-pjanijiet ta' ristrutturar li ġew sottomessi lill-Bank of Greece matul ir-raba' kwart tal-2013. It-tabella 4 tiġbor fil-qosor il-kalkolazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali għall-banek Griegi ewlenin fuq bażi kkonsolidata taħt ix-xenarju bażi għal dak it-test tal-istress tal-2013.

Tabella 4

Test tal-istress tal-2013: Il-ħtiġijiet kapitali tal-banek Griegi fuq bażi kkonsolidata fix-xenarju bażi (f'miljuni ta' EUR)

Banek

Kapital ta' Referenza tal-Grad 1

(Ġunju 2013) (1)

Riżervi ta' telf mis-self

(Ġunju 2013) (2)

CLPs għal riskju Grieg (3)

CLPs għal riskju barrani (25) (4)

Ġenerazzjoni tal-Kapital Intern (5)

Proporzjon ta' Kapital tal-Grad 1 skont it-test tal-istress

(Diċembru 2016) (6)

Ħtiġijiet kapitali

(7) = (6) – (1) – (2) – (3) – (4) – (5)

NBG (26)

4 821

8 134

– 8 745

– 3 100

1 451

4 743

2 183

Eurobank (27)

2 228

7 000

– 9 519

– 1 628

2 106

3 133

2 945

Alpha

7 380

10 416

– 14 720

– 2 936

4 047

4 450

262

Piraeus

8 294

12 362

– 16 132

– 2 342

2 658

5 265

425

Sors: Bank of Greece, Test tal-Istress tal-2013 tas-Settur Bankarju Grieg, Marzu 2014, p. 42.

(53)

Fis-6 ta' Marzu 2014, il-Bank of Greece ħabbar ir-riżultati tat-test tal-istress tal-2013 u talab lill-banek sabiex jissottomettu, sa nofs April 2014, il-pjanijiet tagħhom għall-ġbir tal-kapital sabiex ikopru l-ħtiġijiet kapitali taħt ix-xenarju bażi.

(54)

Bejn l-aħħar ta' Marzu 2013 u l-bidu ta' Mejju 2014, il-banek ipproċedew b'żidiet kapitali.

2.1.2.   Il-benefiċjarju

(55)

Il-Bank jipprovdi servizzi bankarji universali prinċipalment fil-Greċja, it-Turkija, u pajjiżi oħra fl-Ewropa Ċentrali, tal-Lvant u x-Xlokk (Ċipru, ir-Rumanija, il-Bulgarija, is-Serbja, l-Albanija u l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (“FYROM”)). Huwa joffri firxa sħiħa ta' prodotti u servizzi bankarji u finanzjarji lil familji u negozji. Huwa attiv f'operazzjonijiet bankarji korporattivi u privati kif ukoll f'dawk għall-konsumatur, l-immaniġġjar tal-assi, l-assigurazzjoni, it-teżor, is-swieq tal-kapital u servizzi oħra. Il-Bank huwa inkorporat fil-Greċja u l-ishma tiegħu huma elenkati fuq il-Borża ta' Ateni. Fit-30 ta' Settembru 2012, il-Bank impjega total ta' 37 831 ruħ (28), li minnhom madwar terz kienu impjegati fil-Greċja, u terz fit-Turkija, filwaqt li t-terz l-ieħor kienu impjegati f'pajjiżi oħra, prinċipalment l-Ewropa tax-Xlokk.

(56)

Il-Bank ipparteċipa fil-programm PSI, skambja GGBs u self relatat mal-Istat b'valur nominali ta' EUR 14 749 miljun. Il-ħlas totali tiegħu relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 11 735 miljun qabel it-taxxa u kien kompletament irreġistrat fil-kontijiet tiegħu għall-2011. (29). Matul il-programm ta' xiri lura ta' Diċembru 2012, il-Bank biegħ il-GGBs ġodda li kien irċieva fil-qafas tal-PSI bi skont qawwi għall-valur nominali. Dak il-bejgħ ikkristallizza t-telf tiegħu fuq il-GGBs il-ġodda.

(57)

Il-figuri ewlenin tal-Bank f'Diċembru 2010, Diċembru 2011, Diċembru 2012 u Diċembru 2013 (dejta kkonsolidata skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali) huma ppreżentati fit-Tabella 5.

Tabella 5

Il-figuri ewlenin tal-Eurobank, 2010, 2011, 2012 u 2013  (30)

Profitt u telf (f'miljuni ta' EUR)

2010

2011

2012

2013

Introjtu mill-imgħax nett

4 148

3 843

3 365

3 157

Dħul operattiv totali

4 639

4 372

3 527

3 771

Spejjeż operattivi totali

– 2 512

– 2 541

– 2 322

– 2 547

Introjtu Qabel il-Provvediment

2 127

1 833

1 205

1 224

Telf minn indeboliment sabiex ikopri r-riskju ta' kreditu

– 1 450

– 3 439

– 2 966

– 1 373

Telf minn indeboliment fuq GGBs u self eliġibbli għall-PSI

0

– 11 735

– 187

0

Profitt/telf nett

440

– 12 325

– 2 131

807

Figuri ta' Volum Selettiv (f'miljuni ta' EUR)

fil-31 ta' Diċembru 2010.

fil-31 ta' Diċembru 2011.

fil-31 ta' Diċembru 2012.

fil-31 ta' Diċembru 2013.

Self u Avvanzi netti totali lill-Klijenti (Netti)

77 262

71 496

69 135

67 250

Depożiti

68 039

59 544

58 722

62 876

Assi Totali

120 745

106 870

104 798

110 930

Ekwità Totali (31)

10 905

– 253

– 2 042

7 874

(58)

It-Tabella 5 tispjega li, minbarra t-telf qawwi li rreġistra fl-2011 minħabba l-programm PSI (EUR 11 735 miljun (32)), il-Bank sofra minn tnaqqis fid-dħul (minħabba, fost raġunijiet oħrajn, l-ispejjeż ogħla tad-depożiti) u minn telf għoli u dejjem jiżdied minn indeboliment fuq il-portafolli tas-self tiegħu fil-Greċja u barra l-pajjiż. Il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank intlaqtet mill-ħruġ tad-depożiti iżda il-proporzjon self-depożitu nett tagħha baqa' relattivament baxx meta mqabbel ma' banek Griegi oħra (118 % fil-31 ta' Diċembru 2012 (33)).

(59)

Wara t-test tal-istress tal-2013, li r-riżultati tiegħu wrew li l-ħtiġijiet kapitali tal-Bank kienu stmati bħala EUR 2 183 miljun fix-xenarju bażi, il-Bank fittex li jżid EUR 2,5 biljun ta' kapital fis-suq.

(60)

Fis-6 ta' Mejju 2014, il-Bank ħabbar it-tnedija ta' eżerċizzju ta' bini tal-kotba (34) għal ammont ta' EUR 2,5 biljun (35).

(61)

Fid-9 ta' Mejju 2014, il-bank ħabbar il-ħruġ u l-istazzjonar ta' 1 136,4 miljun ishma ordinarji ġodda, bi prezz ta' EUR 2,20 għal kull sehem għal rikavat gross totali ta' EUR 2,5 biljun (36). Iż-żieda tal-kapital azzjonarju twettqet permezz tal-kanċellazzjoni tad-drittijiet ta' prelazzjoni għall-azzjonisti eżistenti, kif ġie deċiż mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti li saret f'Ateni fl-10 ta' Mejju 2014 (37). L-HFSF approva ż-żieda tal-kapital azzjonarju fuq il-bażi taż-żewġ rapporti ta' evalwazzjoni mwettqa minn esperti indipendenti skont il-liġi 3864 (38).

2.2.   L-AKKWIŻIZZJONIJIET MILL-BANK TAL-ATTIVITAJIET BANKARJI GRIEGI

2.2.1.   L-akkwiżizzjoni ta' obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi

(62)

Fit-18 ta' Marzu 2012, il-Bank of Greece innota li t-tliet Banek Kooperattivi ma ssodisfawx ir-rekwiżiti tal-adegwatezza kapitali u kkonkluda li dawn mhux ser ikunu jistgħu jżidu l-kapital tagħhom. Għalhekk, il-Bank of Greece ddeċieda li jirtira l-liċenzji tagħhom u jpoġġihom f'likwidazzjoni.

(63)

Il-Bank of Greece kien tal-fehma li t-teħid ta' miżuri ta' riżoluzzjoni u, b'mod partikolari, l-irkantar tad-depożiti fil-kuntest tal-qafas tar-riżoluzzjoni (l-Artikolu 63(D) tal-liġi 3601/2007), kif ukoll il-finanzjament tad-diskrepanza tal-likwidità rilevanti, kienu kruċjali sabiex jinżammu ż-żidiet fil-fiduċja tad-depożituri li seħħew bħala konsegwenza tal-konklużjonijiet b'suċċess tal-PSI u t-Tieni Programm ta' Aġġustament u li, minkejja l-bidla riċenti tas-sentiment tas-suq, tali sentiment kien fraġli. Il-Bank of Greece għamel stima li, fid-19 ta' Marzu 2012, l-ammont totali ta' depożiti tal-klijenti (abbażi tad-dejta mhux ivverifikata fit-30 ta' Settembru 2013) f'dawk it-tliet Banek Kooperattivi kien jammonta għal madwar EUR 325 miljun.

(64)

Il-Bank of Greece ipproċeda bi proċedura ta' Xiri u Suppożizzjoni fejn id-depożiti kollha, inklużi d-depożiti interbankarji, u l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet lejn il-Fond Elleniku ta' Garanzija tad-Depożiti u l-Investimenti (“HDIGF”) iżda ebda self ma jiġi ttrasferit lil akkwirent. Fl-20 ta' Marzu 2012, il-Bank of Greece stieden lill-akbar ħames istituzzjonijiet ta' kreditu Griegi f'dak iż-żmien sabiex jissottomettu l-offerti tagħhom. Il-Bank u tliet banek oħra ssottomettew offerti vinkolanti. L-offerta tal-Bank kienet dik ippreferuta, f'termini tal-kunsiderazzjoni u ż-żmien meħtieġa għall-konklużjoni tat-trasferiment. Il-Bank offra li jħallas bħala kunsiderazzjoni ammont ugwali għal […] (*) % tad-depożiti ttrasferiti u stima li t-trasferiment jista' jitlesta fi żmien jum tax-xogħol.

2.2.1.1.   Bank Kooperattiv ta' Lesvos-Limnos (“Lesvos-Limnos Bank”)

(65)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Bank of Greece ddeċieda li d-depożiti u l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet ta' Lesvos-Limnos Bank lejn l-HDIGF kellhom jiġu ttrasferiti lill-Bank (39). Skont il-Bank of Greece (40), il-valur ġust tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti ammonta għal EUR […] miljuni, filwaqt li ma ġew ittrasferiti l-ebda assi. Il-kunsiderazzjoni ġiet ikkalkolata (41) bħala EUR […] miljun, jiġifieri, […] % tad-depożiti ttrasferiti. Id-diskrepanza tal-likwidità ġiet koperta mill-HFSF skont l-Artikolu 63D(13) tal-liġi 3601/2007. Fl-10 ta' April 2012, l-HFSF ħareġ żewġ terzi mid-diskrepanza tal-likwidità sħiħa f'Noti tal-EFSF filwaqt li ħa impenn li jħallas l-ammont li jifdal mal-istabbiliment finali tad-diskrepanza tal-likwidità. Fit-22 ta' Ġunju 2012, il-Bank of Greece stabbilixxa li d-diskrepanza tal-likwidità finali ta' Lesvos-Limnos Bank kienet tammonta għal EUR 56,6 miljun. L-HFSF kopra l-parti mhux maħruġa tad-diskrepanza tal-likwidità fl-20 ta' Lulju 2012.

(66)

Fi żmien ir-riżoluzzjoni tiegħu, Lesvos-Limnos Bank kien iħaddem 37 persuna u kellu 3 fergħat. Il-Bank ma ħa ebda fergħa ta' Lesvos-Limnos Bank u l-impjegati tiegħu ngħataw sensja.

2.2.1.2.   Bank Kooperattiva ta' Achaia (“Achaia Bank”)

(67)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Bank of Greece ddeċieda li d-depożiti u l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet ta' Achaia Bank lejn l-HDIGF kellhom jiġu ttrasferiti lill-Bank (42). Skont il-Bank of Greece (43), il-valur ġust tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti ammonta għal EUR […] miljuni, filwaqt li ma ġew ittrasferiti l-ebda assi. Il-kunsiderazzjoni ġiet ikkalkolata (44) bħala EUR […] miljun, jiġifieri, […] % tal-kapital tad-depożiti ttrasferiti. Id-diskrepanza tal-likwidità ġiet koperta mill-HFSF skont l-Artikolu 63(D)(13) tal-liġi 3601/2007. Fl-10 ta' April 2012, l-HFSF ħareġ żewġ terzi mid-diskrepanza tal-likwidità sħiħa f'Noti tal-EFSF filwaqt li ħa impenn li jħallas l-ammont li jifdal mal-istabbiliment finali tad-diskrepanza tal-likwidità. Fit-22 ta' Ġunju 2012, il-Bank of Greece stabbilixxa li d-diskrepanza tal-finanzjament finali ta' Achaia Bank kienet tammonta għal EUR 212,9 miljun. L-HFSF kopra l-parti mhux maħruġa tad-diskrepanza tal-likwidità fl-20 ta' Lulju 2012.

(68)

Fi żmien ir-riżoluzzjoni tiegħu, Achaia Bank kien iħaddem 103 persuna u kellu 13-il fergħa. Il-Bank ma ħa ebda fergħa ta' Achaia Bank u l-impjegati tiegħu ngħataw sensja.

2.2.1.3.   Bank Kooperattiva ta' Lamia (“Lamia Bank”)

(69)

Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Bank of Greece ddeċieda li d-depożiti u l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet ta' Lamia Bank lejn l-HDIGF kellhom jiġu ttrasferiti lill-Bank (45). Skont il-Bank of Greece, il-valur ġust tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti kien jammonta għal EUR […] miljun, filwaqt li ma ġewx ittrasferiti assi. Il-kunsiderazzjoni ġiet ikkalkolata (46) bħala EUR […] miljun, jiġifieri, […] % tal-kapital tad-depożiti ttrasferiti. Id-diskrepanza tal-likwidità ġiet koperta mill-HFSF skont l-Artikolu 63(D)(13) tal-liġi 3601/2007. Fl-10 ta' April 2012, l-HFSF ħareġ żewġ terzi mid-diskrepanza tal-likwidità sħiħa f'Noti tal-EFSF filwaqt li ħa impenn li jħallas l-ammont li jifdal mal-istabbiliment finali tad-diskrepanza tal-likwidità. Fit-22 ta' Ġunju 2012, il-Bank of Greece stabbilixxa li d-diskrepanza tal-likwidità finali ta' Lamia Bank kienet tammonta għal EUR 56,3 miljun. L-HFSF kopra l-parti mhux maħruġa tad-diskrepanza tal-likwidità fl-20 ta' Lulju 2012.

(70)

Fi żmien ir-riżoluzzjoni tiegħu, Lamia Bank kien iħaddem 47 persuna u kellu 5 fergħat. Il-Bank ma ħa ebda fergħa ta' Lamia Bank u l-impjegati tiegħu ngħataw sensja.

(71)

L-ammonti tad-diskrepanzi tal-likwidità tat-tliet Banek Korporattivi huma ppreżentati fit-Tabella 6.

Tabella 6

Id-diskrepanzi tal-likwidità finali tat-tliet Banek Kooperattivi

 

Diskrepanza tal-likwidità finali

(f'miljuni ta' EUR)

Lesvos-Limnos Bank

56,6

Achaia Bank

212,9

Lamia Bank

56,3

Totali

325,8

Sorsi: Id-Deċiżjonijiet 3/1/KE, 3/2/KE, 3/3/KE tat-22 ta' Ġunju 2012 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

2.2.2.   L-akkwiżizzjoni ta' assi u obbligazzjonijiet magħżula ta' First Business Bank

(72)

FB Bank kien bank żgħir b'karta bilanċjali totali ta' EUR 1,4 biljun fiż-żmien tar-riżoluzzjoni tiegħu, u b'sehem mis-suq ta' inqas minn 1 % f'self u f'depożiti. Fil-31 ta' Diċembru 2012, FB Bank kellu 19-il fergħa madwar il-Greċja u kien jimpjega 260 impjegat.

(73)

Taħt l-Iskema ta' Appoġġ lill-banek Griegi, FB Bank irċieva (i) injezzjoni ta' kapital ta' EUR 50 miljun mill-Istat Grieg f'Lulju 2009, (ii) it-Titoli tal-Gvern Grieg jammontaw għal EUR 60 miljun f'Mejju 2012 (47) u (iii) garanzija mill-Istat għal bonds maħruġa b'valur nominali ta' EUR 50 miljun f'Marzu 2011.

(74)

FB Bank ipparteċipa fil-programm PSI, u skambja GGBs b'valur nominali ta' EUR 70 miljun. Kif muri fit-Tabella 2, il-ħlas totali tiegħu relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 49 miljun qabel it-taxxa. Kif muri fit-Tabella 3, il-ħtiġijiet kapitali ta' FB Bank kienu stmati bħala EUR 168 miljun fit-test tal-istress tal-2012.

L-akkwist ta' First Business Bank

(75)

Fit-8 ta' Novembru 2012, il-Bank of Greece talab lil FB Bank biex jikkompleta ż-żieda fil-kapital sat-30 ta' April 2013 sabiex ireġġa' lura l-proporzjon tiegħu ta' kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni.

(76)

Minħabba li FB Bank naqas li jżid il-kapital meħtieġ sat-30 ta' April 2013, il-Bank of Greece ddeċieda li jipproċedi bl-irtirar tal-liċenzja ta' FB Bank u jpoġġih f'likwidazzjoni.

(77)

Il-Bank of Greece kien tal-fehma li t-teħid ta' miżuri ta' riżoluzzjoni permezz ta' proċedura ta' Xiri u Assorbiment, b'mod partikolari l-finanzjament tad-diskrepanza tal-likwidità rilevanti u l-kopertura assoċjata tal-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti, kien kruċjali sabiex tinżamm il-fiduċja tad-depożituri fis-sistema bankarja Griega u, b'hekk, sabiex tiġi ppriservata l-istabbiltà finanzjarja. Il-Bank of Greece għamel stima li, fil-31 ta' Diċembru 2012, l-ammont totali ta' depożiti tal-klijenti f'FB Bank kien jammonta għal madwar EUR 1 278 miljun, li EUR 830 miljun biss minnhom kienu garantiti mill-HDIGF. Għalhekk, li kieku FB Bank tpoġġa f'likwidazzjoni mingħajr l-applikazzjoni ta' miżuri ta' riżoluzzjoni, madwar EUR 448 miljun tad-depożiti ma kinux jiġu koperti.

(78)

Għal dawk il-kunsiderazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja, il-Bank of Greece pproċeda bl-irkant tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula ta' FB Bank, inklużi d-depożiti. Madankollu, l-akkwist tal-assi ta' FB Bank seta' ħoloq aktar ħtiġijiet kapitali għall-akkwirent u, b'hekk, ebda bank ma jaċċetta li jakkwista l-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula. Fl-ittra tiegħu lill-HFSF datata t-8 ta' Mejju 2013, il-Bank of Greece indika li huwa kien tal-fehma li huwa xieraq li l-HFSF għandu jkopri dawk il-ħtiġijiet kapitali bħala parti mill-ispejjeż tar-riżoluzzjoni. Fl-offerta vinkolanti finali tiegħu datata l-10 ta' Mejju 2013, il-Bank talab sabiex il-ħtiġijiet kapitali maħluqa bl-akkwist tal-assi ttrasferiti minn FB Bank jiġu koperti mill-HFSF. L-ammont ta' dawk il-ħtiġijiet kapitali kien stmat f'madwar EUR 100 miljun mill-Bank of Greece fiż-żmien tar-riżoluzzjoni (48).

(79)

Fit-8 ta' Mejju 2013, il-Bank u bank ieħor biss ippreżentaw offerti mhux vinkolanti.L-offerti taż-żewġ banek kienu bbażati fuq l-għarfien li l-HFSF għandu jkopri kemm id-diskrepanza tal-likwidità kif ukoll il-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti. Fl-10 ta' Mejju 2013, il-Bank issottometta l-offerta finali tiegħu. Il- Bank of Greece ddeċieda li jittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FB Bank lill-Bank, li l-offerta tiegħu tqieset bħala dik ippreferuta.

(80)

Is-self tal-klijenti (minbarra dawk b'mod permanenti f'arretrati) u l-maġġoranza tal-flus fl-idejn, kif ukoll l-assi intanġibbli u l-avvjament, id-drittijiet tal-proprjetà, il-kuntratti relatati mal-kiri jew ix-xiri tal-proprjetà, l-obbligazzjonijiet interbankarji u d-depożiti tal-klijenti kienu ttrasferiti lill-Bank.

(81)

Skont il-valutazzjoni inizjali tal-Bank of Greece fi żmien ir-riżoluzzjoni (49), il-valur tal-obligazzjonijiet ittrasferiti minn FB Bank lill-Bank kien stmat f'EUR 1 402 miljun filwaqt li l-valur tal-assi ttrasferiti kien stmat f'EUR 878 miljun, id-differenza tkun id-diskrepanza tal-likwidità ta' EUR 524 miljun. Id-diskrepanza tal-likwidità ġiet koperta skont l-Artikolu 63D(13) tal-liġi 3601/2007 mill-HFSF, li fit-28 ta' Ġunju 2013 ħallas iż-żewġ terzi tad-diskrepanza tal-likwidità stmata, li jfisser EUR 349,6 miljun. Wara l-finalizzazzjoni tal-kalkolazzjoni tad-diskrepanza tal-likwidità mill-Bank of Greece fis-7 ta' Novembru 2013, (50) f'EUR 457 miljun, fit-13 ta' Novembru 2013 (51) l-HFSF ħallas lill-Bank il-bilanċ ta' EUR 107,4 miljun.

2.2.3.   L-akkwiżizzjoni ta' assi u obbligazzjonijiet magħżula ta' Probank

(82)

Probank kellu netwerk ta' 112-il fergħa madwar il-Greċja u kien jimpjega 1 087 persuna (52) fil-31 ta' Marzu 2013.

(83)

Il-karta bilanċjali ta' Probank kienet ta' madwar EUR 3,2 biljun fit-30 ta' Ġunju 2013 (53). Fil-31 ta' Marzu 2013, Probank kellu sehem mis-suq ta' 1,1 % f'self u sehem mis-suq ta' 1,7 % f'depożiti.

(84)

Probank ipparteċipa fil-programm PSI, fejn skambja GGBs b'valur nominali ta' EUR 415 miljun. Kif muri fit-Tabella 2, il-ħlas totali tiegħu relatat mal-PSI kien jammonta għal madwar EUR 295 miljun qabel it-taxxa. Kif muri fit-Tabella 3, il-ħtiġijiet kapitali ta' Probank kienu stmati bħala EUR 282 miljun fit-test tal-istress tal-2012.

Akkwiżizzjoni ta' Probank

(85)

Fis-26 ta' Ottubru 2012, il-Bank of Greece talab lil Probank biex iżid il-kapital tiegħu b'EUR 282 miljun.

(86)

Billi Probank naqas milli jżid il-kapital tiegħu, f'Lulju 2013 il-Bank of Greece ddeċieda li jipproċedi bl-irtirar tal-liċenzja tiegħu u jpoġġih f'likwidazzjoni (54). B'mod aktar preċiż, il-fondi proprji ta' Probank kienu negattivi u kienu stmati f'madwar EUR -16-il miljun abbażi tad-dejta disponibbli fil-31 ta' Marzu 2013 fuq bażi konsolidata. Għalhekk, Probank ma ssodisfax ir-rekwiżiti kapitali minimi tiegħu u l-fondi proprji tiegħu kienu aktar baxxi mill-kapital azzjonarju minimu għal kwalunkwe bank, kif stabbilit fl-Artikolu 5(4)(a) tal-liġi 3601/2007.

(87)

Il-Bank of Greece kien tal-fehma li l-miżuri ta' riżoluzzjoni kienu kruċjali sabiex tinżamm il-fiduċja tad-depożituri fis-sistema bankarja Griega u, b'hekk, sabiex tiġi ppriservata l-istabbiltà finanzjarja. Il-Bank of Greece għamel stima li, fil-31 ta' Marzu 2013, l-ammont totali ta' depożiti tal-klijenti fi Probank kien jammonta għal madwar EUR 3 123 miljun, li EUR 1 998 miljun biss minnhom kienu garantiti mill-HDIGF. Għalhekk, li kieku Probank tpoġġa f'likwidazzjoni mingħajr l-applikazzjoni ta' miżuri ta' riżoluzzjoni, madwar EUR 1 125 miljun tad-depożiti ma kinux jiġu koperti.

(88)

Għal dawk il-kunsiderazzjonijiet tal-istabbiltà finanzjarja, il-Bank of Greece pproċeda bl-irkant tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula ta' Probank, inklużi d-depożiti. Madankollu, l-akkwist tal-assi ta' Probank seta' ħoloq aktar ħtiġijiet kapitali għall-akkwirent u, b'hekk, ebda bank ma jaċċetta li jakkwista l-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula. Għalhekk, fl-offerta vinkolanti finali tiegħu datata l-25 ta' Lulju 2013, il-Bank talab sabiex il-ħtiġijiet kapitali maħluqa bl-akkwist tal-assi ttrasferiti minn Probank jiġu koperti mill-HFSF. L-impenn mitlub sabiex jiġu koperti dawk il-ħtiġijiet kapitali ttieħed f'kunsiderazzjoni mill-HFSF meta ġie biex jivvaluta l-offerti li rċieva. L-ammont ta' dawn il-ħtiġijiet kapitali kien stmat f'EUR [180 sa 280] miljun (55).

(89)

Fl-24 ta' Lulju 2013, bank Grieg kbir ieħor issottometta abbozz ta' offerta u fil-25 ta' Lulju 2013 il-Bank issottometta l-offerta tiegħu.L-offerti taż-żewġ banek kienu bbażati fuq l-għarfien li l-HFSF għandu jkopri kemm id-diskrepanza tal-likwidità kif ukoll il-ħtiġijiet kapitali maħluqa mill-assi ttrasferiti. Il-Bank of Greece ddeċieda li jittrasferixxi l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' Probank lill-Bank, li l-offerta tiegħu tqieset bħala dik ippreferuta.

(90)

Is-self tal-klijenti (minbarra dawk b'mod permanenti f'arretrati) u l-maġġoranza tal-flus fl-idejn, kif ukoll l-assi intanġibbli u l-avvjament, id-drittijiet tal-proprjetà, il-kuntratti relatati mal-kiri jew ix-xiri tal-proprjetà, l-obbligazzjonijiet interbankarji u d-depożiti tal-klijenti kienu ttrasferiti lill-Bank.

(91)

Skont il-valutazzjoni inizjali tal-Bank of Greece fi żmien ir-riżoluzzjoni (56), il-valur tal-obligazzjonijiet ittrasferiti minn Probank lill-Bank kien stmat f'EUR 3 198,9 miljun filwaqt li l-valur tal-assi ttrasferiti kien stmat f'EUR 2 961,4 miljun, id-differenza tkun id-diskrepanza tal-likwidità ta' EUR 237,6 miljun. Id-diskrepanza tal-likwidità ġiet koperta skont l-Artikolu 63D(13) tal-liġi 3601/2007 mill-HFSF, li fid-9 ta' Awwissu 2013, ħallas fi flus kontanti iż-żewġ terzi tad-diskrepanza tal-likwidità stmata, li jfisser EUR 158,4 miljun. Id-diskrepanza tal-likwidità, li l-kalkolazzjoni tagħha ġiet iffinalizzata mill-Bank of Greece fit-30 ta' Diċembru 2013, kienet tammonta għal EUR 562,7 (57). Fil-31 ta' Diċembru 2013, l-HFSF ħallas lill-Bank il-bilanċ ta' EUR 404,4 miljun fi flus kontanti (58).

2.3.   IL-MIŻURI TA' GĦAJNUNA

2.3.1.   Miżuri ta' għajnuna mogħtija lill-Bank taħt l-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi (miżuri L1 u A)

(92)

Il-Bank kiseb diversi forom ta' għajnuna taħt il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni, il-miżura ta' garanzija u l-miżura ta' self obbligazzjonarju tal-gvern tal-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi.

2.3.1.1.   Appoġġ ta' likwidità mill-Istat mogħti bil-miżura ta' garanzija u l-miżuri ta' self ta' bonds tal-gvern (miżura L1)

(93)

Il-Bank ibbenefika u għadu jibbenefika minn għajnuna taħt il-miżura ta' garanzija u l-miżuri ta' self ta' bonds tal-gvern. Dik l-għajnuna sejra tiġi deskritta f'din id-Deċiżjoni bħala l-“miżura L1”. Fit-30 ta' Novembru 2013 (59), il-garanziji mogħtija lill-Bank ammontaw għal madwar EUR 14,8 biljun. F'dik id-data, is-self pendenti tal-bonds tal-gvern lill-Bank kien jammonta għal EUR 847 miljun. Mill-15 ta' April 2011, il-Bank kien irċieva self ta' bonds tal-gvern li jammontaw għal EUR 787 miljun u l-garanziji Statali li jammontaw għal EUR 12,9 biljun.

(94)

Fil-pjan ta' ristrutturar għall-Bank, li ġie sottomess mill-awtoritajiet Griegi lill-Kummissjoni fil-25 ta' Ġunju 2014, l-awtoritajiet Griegi ssinjalaw l-intenzjoni tagħhom li jkomplu jagħtu garanziji u jsellfu bonds tal-gvern lill-Bank taħt l-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi matul il-perjodu tar-ristrutturar.

2.3.1.2.   Rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija taħt il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni (il-miżura A)

(95)

F'Mejju 2009 u Diċembru 2011, il-Bank irċieva mingħand il-Greċja, taħt il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni, injezzjonijiet kapitali ta' EUR 350 miljun u EUR 1 000 miljun, rispettivament, li jammontaw għal total ta' EUR 1 350 miljun (il-miżura A), ekwivalenti għal madwar 2 % tal-assi mwieżna għar-riskji (“RWA”) tal-Bank f'dak iż-żmien.

(96)

Ir-rikapitalizzazzjoni ħadet il-forma ta' ishma privileġġati sottoskritti mill-Greċja, li kellhom kupun ta' 10 % u maturità ta' ħames snin. Fl-2010 id-durata tal-ishma privileġġati kienet estiża, filwaqt li r-rimunerazzjoni tagħhom żdiedet. Minn tmiem il-perjodu inizjali ta' ħames snin, jekk l-ishma ta' preferenza ma jkunux mifdija u l-ebda deċiżjoni ma tkun ittieħdet mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti dwar il-fidi ta' dawk l-ishma, il-Ministru tal-Finanzi Grieg iżid il-kupun bi 2 % kull sena fuq bażi kumulattiva (jiġifieri, kupun ta' 12 % għas-sitt sena, ta' 14 % għas-seba' sena, eċċ…).

2.3.2.   ELA garantita mill-Istat (miżura L2)

(97)

ELA hija miżura eċċezzjonali li tippermetti lil istituzzjoni finanzjarja solventi, li tkun qiegħda tiffaċċja problemi ta' likwidità temporanji, sabiex tirċievi finanzjament mill-Eurosistema mingħajr ma tali operazzjoni tkun parti mill-politika monetarja unika. Ir-rata tal-imgħax imħallsa minn istituzzjoni finanzjarja għal ELA hija […] punti bażi (“bps”) ogħla mill-imgħax li tħallas għal rifinanzjament regolari mill-BĊE.

(98)

Il-Bank of Greece huwa responsabbli mill-programm ta' ELA, li jfisser li kwalunkwe spiża ta', u r-riskji li jirriżultaw mill-provvediment ta' ELA jinġarru mill-Bank of Greece (60). Il-Greċja tat lill-Bank of Greece garanzija mill-Istat li tapplika għall-ammont totali ta' ELA mogħtija mill-Bank of Greece. L-adozzjoni tal-Artikolu 50(7) tal-liġi 3943/2011, li emendat l-Artikolu 65(1) tal-liġi 2362/1995, ippermettiet lill-Ministru tal-Finanzi jagħti garanziji f'isem l-Istat lill-Bank of Greece bil-għan li jissalvagwardja l-pretensjonijiet tal-Bank of Greece kontra l-istituzzjonijiet ta' kreditu. Il-banek li jibbenifikaw minn ELA għandhom iħallsu miżata ta' garanzija lill-Istat li tammonta għal […] bps.

(99)

Fil-31 ta' Jannar 2012, il-Bank ibbenifika minn EUR 8,6 biljun ta' ELA garantita mill-Istat (61), filwaqt li fil-31 ta' Diċembru 2012, il-Bank ibbenefika minn EUR 30,9 biljun ta' ELA garantita mill-Istat (62).

2.3.3.   Miżuri ta' għajnuna mogħtija lill-Bank permezz tal-HFSF (miżuri B1, B2 u B3)

(100)

Sa mill-2012, il-Bank ibbenifika minn diversi miżuri ta' appoġġ kapitali mogħtija mill-HFSF. It-Tabella 7 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn dawk il-miżuri ta' għajnuna.

Tabella 7

Il-miżuri ta' għajnuna mogħtija lill-Bank permezz tal-HFSF

 

L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja — Mejju 2012 (f'miljuni ta' EUR)

It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja — Diċ 2012 (f'miljuni ta' EUR)

Ir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013 — Mejju 2013 (miljuni ta' EUR)

Miżura

B1

B2

B3

Ammont

(f'miljuni ta' EUR)

7 430

2 326

8 677

2.3.3.1.   L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B1)

(101)

Il-premessi 14 sa 33 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG jagħtu deskrizzjoni ddettaljata tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta' Mejju (63) 2012 (miżura B1). L-isfond u l-karatteristiċi ewlenin ta' dik il-miżura huma stabbiliti f'din it-taqsima.

(102)

Fl-20 ta' April 2012, l-HFSF ipprovda ittra lill-Bank li fiha impenja ruħu li sejjer jipparteċipa f'żieda ppjanata ta' kapital azzjonarju tal-Bank għal ammont sa EUR 6,9 biljun.

(103)

Taħt il-miżura B1, l-HFSF ittrasferixxa EUR 7,4 biljun ta' bonds tal-EFSF lill-Bank fit-28 ta' Mejju 2012, b'konformità mad-dispożizzjonijiet għar-rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji stipulati fil-liġi 3864/2010, li tistabbilixxi l-HFSF (il-“liġi dwar l-HFSF”). Fil-premessa 50 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ ta' NBG, il-Kummissjoni diġà stabbilixxiet li “Ir-rikapitalizzazzjoni tranżitorja ffinalizzata fit-28 ta' Mejju 2012 hija l-implimentazzjoni tal-obbligu mwettaq fl-ittra ta' impenn u, b'hekk, hija kontinwazzjoni tal-istess għajnuna”. Il-Bank of Greece kkalkula kemm l-ammonti pprovduti fl-ittra ta' impenn kif ukoll dawk ipprovduti fl-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja bil-għan li jiżgura li l-Bank laħaq proporzjon kapitali totali ta' 8 % mill-31 ta' Diċembru 2011, li hija d-data tar-reġistrazzjoni retroattiva tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja fir-reġistri tal-Bank. Kif jista' jidher mit-Tabella 3, il-miżura B1 ma kinitx tkopri kompletament il-ħtiġijiet kapitali identifikati mit-test tal-istress tal-2012. Il-Bank kien mistenni li jiġġenera aktar kapital permezz ta' żieda kapitali futura u r-rikapitalizzazzjoni tranżitorja kienet intiża biss biex tippreserva l-eliġibbiltà tal-Bank għall-finanzjament tal-BĊE sakemm saret dik iż-żieda kapitali.

(104)

Għall-perjodu bejn id-data tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja u d-data tal-konverżjoni tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja f'ishma ordinarji u strumenti finanzjarji konvertibbli oħrajn, il-ftehim ta' qabel is-sottoskrizzjoni bejn il-Bank u l-HFSF stipula li l-Bank kellu jħallas lill-HFSH miżata annwali ta' 1 % fuq il-valur nominali tan-noti tal-EFSF u li kwalunkwe pagamenti ta' kupuni u mgħax akkumulat għan-noti tal-EFSF għal dak il-perjodu għandhom jitqiesu bħala kontribuzzjoni kapitali addizzjonali mill-HFSF lill-Bank (64).

2.3.3.2.   It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B2)

(105)

Il-Bank irreġistra aktar telf fil-ħarifa tal-2012. Għalhekk, il-kapital tiegħu reġa' waqa' taħt ir-rekwiżiti kapitali minimi sabiex huwa jkun jista' jibqa' eliġibbli għal rifinanzjament mill-BĊE.

(106)

B'riżultat ta' dan, saret neċessarja t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja. Fil-21 ta' Diċembru 2012, l-HFSF implimenta t-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta' EUR 2 326 miljun (il-miżura B2), li għal darba oħra tħallset permezz tat-trasferiment tal-bonds tal-EFSF lill-Bank.

(107)

It-total taż-żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2) fisser li l-ħtiġijiet kapitali totali identifikati mit-test tal-istress tal-2012 (EUR 9,76 biljun (65)) kienu diġà żborżati mill-HFSF fil-21 ta' Diċembru 2012.

2.3.3.3.   Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B3)

(108)

Fit-22 ta' Mejju 2013, il-Bord tad-Diretturi tal-Bank ħabbar il-ħruġ ta' 2 274,1 miljun ta' ishma ġodda b'valur nominali ta' EUR 0,30 u bi prezz ta' EUR 4,29 għal kull sehem (66).

(109)

Fil-21 ta' Ġunju 2013 (67) il-Bank ħabbar il-pagament sħiħ taż-żieda totali fl-ishma għal ammont totali ta' EUR 9 756 miljun, inkluż l-ammonti ta' primjum. Il-parteċipazzjoni privata totali fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank kienet tammonta għal EUR 1 079 miljun (68). Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fiż-żieda tal-kapital azzjonarju tal-Bank kienet tammonta għal EUR 8 677 miljun (miżura B3).

(110)

Dak l-ammont huwa daqs is-somma tal-miżuri B1, B2 u B2, wara li jitnaqqas l-ammont tal-parteċipazzjoni privata.Permezz taż-żieda tal-kapital azzjonarju, l-ewwel u t-tieni rikapitilazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2) ġew parzjalment ikkonvertiti f'rikapitilazzjoni permanenti.

(111)

Il-prezz tal-ishma l-ġodda kien stabbilit bħala 50 % tal-prezz medju tal-istokks ippeżat skont il-volum fuq il-perjodu ta' 50 jum tan-negozjar qabel id-determinazzjoni tal-prezz tal-offerta. B'riżultat ta' qsim invers tal-ishma u tnaqqis tal-kapital azzjonarju tal-Bank, li t-tnejn ġew deċiżi mil-laqgħa ġenerali straordinarja tal-azzjonisti fid-29 ta' April 2012 (69), il-prezz ta' ishma ġodda kien iffissat għal EUR 4,29 għal kull sehem.

(112)

Immedjatament wara r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, l-HFSF sar l-azzjonarju ta' maġġoranza tal-Bank b'sehem ta' 84,39 % (70). L-HFSF ħareġ 245 779,6 miljun ċertifikat u ta lill-investituri privati ċertifikat wieħed għal kull sehem sottoskritt, għall-ebda kunsiderazzjoni (71). Kull ċertifikat jinkorpora d-dritt li jinxtraw 8,23 ishma tal-HFSF, f'intervalli speċifikati u bi prezzijiet tal-eżerċitar. L-ewwel data tal-eżerċizzju kienet is-26 ta' Diċembru 2013, u mbagħad iċ-ċertifikati jkunu eżerċitabbli kull sitt xhur sas-26 ta' Diċembru 2017. Il-prezz tal-eżerċizzju huwa ugwali għall-prezz tas-sottoskrizzjoni ta' EUR 4,29 miżjud b'rata tal-imgħax annwali (4 % għall-ewwel sena, 5 % għat-tieni sena, 6 % għat-tielet sena, 7 % għar-raba' sena u mbagħad 8 % annwalizzata għall-aħħar sitt xhur) (72).

(113)

Il-liġi dwar l-HFSF kif emendata fl-2014 tistabbilixxi li huma biss il-prezzijiet tal-eżerċitar taċ-ċertifikati li jistgħu jiġu aġġustati f'każ ta' ħruġ ta' drittijiet. Barra minn hekk, l-aġġustament għandu jseħħ ex post u biss sal-ammont tal-proċeduri realizzati mill-bejgħ ta' drittijiet ta' prelazzjoni tal-HFSF. Ma huwa previst ebda aġġustament f'każ ta' żieda fil-kapital azzjonarju mhux ta' prelazzjoni.

2.3.4.   Miżuri ta' għajnuna għan-negozji akkwistati

2.3.4.1.   Għajnuna mill-Istat lit-tliet Banek Kooperattivi

(114)

Kif diġà ntqal fis-sezzjoni 2.2.1, id-diskrepanzi tal-likwidità ta' Lesvos-Limnos bank, Achaia Bank u Lamia Bank ta' EUR 56,6 miljun, EUR 212,9 miljun u EUR 56,3 miljun rispettivament, kienu koperti mill-HFSF. Għalhekk, l-ammont totali tad-diskrepanzi tal-likwidità ġie stmat għal EUR 325,8 miljun.

2.3.4.2.   Miżuri ta' għajnuna għal FB Bank

(115)

Sa mill-2009, FB Bank ibbenefika minn diversi miżuri ta' għajnuna. It-Tabella 8 tipprovdi ħarsa ġenerali lejn dawk il-miżuri ta' għajnuna.

Tabella 8

Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta' għajnuna għal FB Bank

Benefiċjarju tal-għajnuna

Miżura

Deskrizzjoni

L-entità li tat l-għajnuna

Data

L-ammont ta' għajnuna statali (f'miljuni ta' EUR)

L-attivitajiet tal-FB Bank

FB1

L-ishma ta' preferenza mogħtija bl-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi

Stat

Lulju 2009

50

FB2

Self ta' bonds tal-gvern Grieg taħt l-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi

Stat

Minn Jannar 2009

60

FB3

Garanzija Statali għall-bonds maħruġa taħt l-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi

Stat

Marzu 2011

50

FB4

Il-finanzjament tad-diskrepanza tal-likwidità għall-assi ttrasferiti minn FB Bank lill-Bank

HFSF

10.5.2013

(Data tar-riżoluzzjoni)

456,97

FB5

Impenn sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti minn FB Bank lill-Bank

HFSF

10.5.2013

(Data tar-riżoluzzjoni)

100

 

Ammont totali FB4 u FB5

 

 

556,97

2.3.4.2.1   Rikapitalizzazzjoni mill-Istat riċevuta mill-FB Bank (miżura FB1)

(116)

F'Lulju 2009, il-Greċja injettat EUR 50 miljun f'FB Bank, li kien ekwivalenti għal madwar 3 % tal-RWA tiegħu f'dak iż-żmien. Dik l-injezzjoni fil-kapital ġiet magħmula bil-miżura tar-rikapitalizzazzjoni li tagħmel parti mill-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi. Ir-rikapitalizzazzjoni ħadet il-forma ta' ishma privileġġati.

2.3.4.2.2   Appoġġ ta' likwidità mill-Istat riċevut minn FB Bank (miżuri FB2 u FB3)

(117)

FB Bank ibbenefika wkoll minn miżuri ta' għajnuna għal-likwidità taħt il-miżura ta' garanzija u ta' self ta' bonds tal-gvern li huma parti mill-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi. F'Jannar 2009, FB Bank irċieva titoli mill-gvern Grieg li kienu jammontaw għal EUR 60 miljun, li mmaturaw f'Diċembru 2011 (il-Miżura FB2). F'Mejju 2012, huwa rċieva titoli mill-gvern Grieg li kienu jammontaw għal EUR 60 miljun, li suppost kellhom jimmaturaw f'April 2015 iżda ġew ikkanċellati fit-23 ta' Mejju 2013 (il-Miżura FB3) (73). F'Marzu 2011, FB Bank irċieva wkoll garanzija mill-Istat għall-bonds maħruġa b'valur nominali ta' EUR 50 miljun.

2.3.4.2.3   Miżuri relatati mar-riżoluzzjoni ta' FB Bank (il-miżuri FB4 u FB5)

(i)   Kopertura tad-diskrepanza tal-likwidità minn FB Bank lill-Bank għal ammont ta' EUR 456,97 miljun (miżura FB4)

(118)

L-HFSF kopra d-diskrepanza tal-likwidità (74) tal-assi ttrasferiti minn FB Bank lill-Bank. B'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bank of Greece tal-10 ta' Mejju u tas-7 ta' Novembru 2013, l-HFSF ħallas l-ammont totali ta' EUR 456,97 miljun f'żewġ pagamenti akkont, fis-26 ta' Lulju u fit-13 ta' Novembru 2013 (75).

(ii)   Impenn tal-HFSF sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti (il-miżura FB5)

(119)

Taħt il-proċedura ta' riżoluzzjoni, l-HFSF impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni tal-assi ttrasferiti minn FB Bank. Għalhekk, l-HFSF ser jintalab jinjetta ammont ta' kapital ekwivalenti għal 9 % tal-RWA ttrasferiti fil-Bank. Fiż-żmien tar-riżoluzzjoni, il-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti kienu stmati f'madwar EUR 100 miljun.

(120)

Kif issemma diġà fil-premessa 30, l-HFSF mhux ser jinjetta aktar kapital fil-Bank, minħabba li l-Bank, fil-pjan ta' ristrutturar tiegħu, jirrinunzja d-dritt tiegħu li jitlob lill-HFSF sabiex ikopri l-ħtiġijiet kapitali potenzjali relatati mal-assi ttrasferiti.

2.3.4.3.   Il-miżuri ta' għajnuna għal Probank

(121)

Probank ma bbenefika minn ebda miżura ta' għajnuna taħt l-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi. It-Tabella 9 tagħti ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta' għajnuna l-oħra li bbenefika minnhom Probank.

Tabella 9

Ħarsa ġenerali lejn il-miżuri ta' għajnuna għal Probank

Benefiċjarju tal-għajnuna

Miżura

Deskrizzjoni

L-entità li tat l-għajnuna

Data

L-ammont ta' għajnuna statali (f'miljuni ta' EUR)

L-attivitajiet ta' Probank

PB1

Il-finanzjament tad-diskrepanza tal-likwidità tal-assi ttrasferiti minn Probank lill-Bank

HFSF

26.7.2013

(Data tar-riżoluzzjoni)

562,73

PB2

Impenn sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti minn Probank lill-Bank

HFSF

26.7.2013

(Data tar-riżoluzzjoni)

[180 sa 280]

 

Ammont totali PB1 u PB2

 

 

[742,73 sa 842,73]

2.3.4.3.1.   Kopertura tad-diskrepanza tal-likwidità tal-assi ttrasferiti minn Probank lill-Bank għal ammont ta' EUR 562,73 miljun (miżura PB1)

(122)

L-HFSF iffinanzja d-diskrepanza tal-likwidità tal-assi ttrasferiti minn Probank lill-Bank. B'konformità mad-deċiżjonijiet tal-Bank of Greece tas-26 ta' Lulju u tat-30 ta' Diċembru 2013, l-HFSF ħallas l-ammont totali ta' EUR 562,73 miljun f'żewġ pagamenti akkont, fid-9 ta' Awwissu u fil-31 ta' Diċembru 2013.

2.3.4.3.2.   Impenn tal-HFSF sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti (il-miżura PB2)

(123)

Taħt il-proċedura ta' riżoluzzjoni, l-HFSF impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali tax-xerrej li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni tal-assi ttrasferiti ta' Probank. Għalhekk, l-HFSF ser jintalab jinjetta ammont ta' kapital ekwivalenti għal 9 % tal-RWA ttrasferiti fil-Bank. Fiż-żmien tar-riżoluzzjoni, il-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti kienu stmati f'madwar EUR [180 sa 280] miljun.

(124)

Kif issemma diġà fil-premessa 41, l-HFSF mhux ser jinjetta aktar kapital fil-Bank, minħabba li l-Bank, fil-pjan ta' ristrutturar tiegħu, jirrinunzja d-dritt tiegħu li jitlob lill-HFSF sabiex ikopri l-ħtiġijiet kapitali potenzjali relatati mal-assi ttrasferiti.

2.4.   IL-PJAN TA' RISTRUTTURAR

(125)

Fil-25 ta' Ġunju 2014, il-Greċja ssottomettiet il-pjan ta' ristrutturar tal-Bank, li spjega kif il-Bank, bħala entità kkombinata li rriżultat mill-akkwiżizzjonijiet ta' FB Bank, Probank u t-tliet Banek Kooperattivi, kien beħsiebu jikseb lura l-vijabbiltà tiegħu fit-tul.

2.4.1.   Operazzjonijiet domestiċi

(126)

Permezz tal-pjan ta' ristrutturar, il-Bank se jiffoka fuq l-attivitajiet bankarji ewlenin tiegħu fil-Greċja u fit-Turkija.

(127)

Fir-rigward tal-Greċja, il-prijorità ewlenija tal-Bank hija li jerġa' jġib l-operazzjonijiet bankarji Griegi lura għall-profittabbiltà b'saħħitha u vijabbiltà sal-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar, jiġifieri l-31 ta' Diċembru 2018. Għal dak il-għan, il-pjan ta' ristrutturar jinkludi għadd ta' miżuri li huma mmirati biex itejbu l-effikaċja operattiva u l-marġini tal-imgħax nett tal-Bank, kif ukoll miżuri li jsaħħu l-pożizzjoni kapitali u l-istruttura tal-karta bilanċjali tiegħu.

(128)

Fir-rigward tal-effikaċja operattiva, il-Bank diġà beda programm vast ta' razzjonalizzazzjoni. Mill-31 ta' Diċembru 2009 sat-30 ta' Diċembru 2012, il-Bank naqqas l-impronta tiegħu fil-Greċja. Naqqas in-numru ta' fergħat tiegħu minn 575 fl-2009 (76) għal 511 fl-2012 (77) u naqqas ukoll il-forza tax-xogħol tal-attivitajiet bankarji Griegi (minn 12 534 f'Diċembru 2009 (78) għal 11 230 f'Diċembru 2012 (79)).

(129)

Minn Diċembru 2012 sa tmiem l-2017, il-Bank għandu l-pjan li jkompli jnaqqas in-numru ta' impjegati fil-Greċja (minn 13 675 sa […]) (80) minkejja l-impatt tal-akkwisti ta' FB Bank u Probank, li kienu jimpjegaw 260 u 1087 impjegat (81) rispettivament. Id-differenza bejn il-forza tax-xogħol tal-attivitajiet bankarji Griegi fil-31 ta' Diċembru 2012 (11 230) u l-forza tax-xogħol Griega totali fi tmiem l-2012 (13 675) hija dovuta għall-għadd ta' attivitajiet mhux bankarji bħall-assigurazzjoni (Ethniki Hellenic General Insurance S.A.), it-turiżmu (Astir Palace Vouliagmenis S.A.) jew il-proprjetà immobbli (NBG Pangaea Reic).

(130)

Minn Diċembru 2012 sal-aħħar tal-2017, il-Bank ser jissokta bir-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk domestiku tiegħu. L-għadd ta' fergħat ser jiżdied bi […] minn 511 għal […]. Huwa mfakkar li fl-2013 il-Bank akkwista n-netwerks ta' FB Bank u Probank b'19-il fergħa u 112-il fergħa, rispettivament.

(131)

L-effikaċja miżjuda f'termini tal-fergħat u l-persunal ser tgħin biex ibaxxi l-ispiża totali tal-attivitajiet Griegi minn […] % minn EUR 1 301 miljun fuq bażi pro forma fl-2012 għal EUR […] miljun fl-2017 (82). B'riżultat ta' dan, il-proporzjon spejjeż-dħul mistenni tal-attivitajiet bankarji Griegi tiegħu sejjer jinżel taħt […] % fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar.

(132)

Il-pjan ta' ristrutturar jiddeskrivi wkoll kif il-Bank sejjer inaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament tiegħu, li huwa kruċjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà. Il-Bank qiegħed jistenna li jkun jista' jħallas rati tal-imgħax aktar baxxi fuq id-depożiti tiegħu fl-isfond tal-ambjent aktar stabbli u, b'mod partikolari, l-istabbilizzazzjoni u l-irkupru antiċipati tal-ekonomija Griega, li mistennija terġa' tikber mill-2014 'il quddiem. Il-marġini mħallsin fuq id-depożiti (medja ta' depożiti b'terminu, depożiti ta' domanda u rati ta' tfaddil) huma mistennija li jonqsu fil-Greċja. Bl-istess mod, id-dipendenza tal-Bank fuq ELA ggarantit mill-Istat u l-finanzjament usa' mill-Eurosistema sejrin jonqsu matul il-perjodu ta' ristrutturar.

(133)

Il-pjan ta' ristrutturar jantiċipa li l-Bank sejjer isaħħaħ ukoll il-karta bilanċjali tiegħu. Il-proporzjon self-depożitu nett tiegħu fil-Greċja ser ikompli jonqos, filwaqt li l-adegwatezza kapitali tiegħu ser titjieb (minn proporzjon tal-Grad Ewlieni 1 ta' 8,4 % fil-livell ta' grupp fil-31 ta' Diċembru 2013).

(134)

Prijorità oħra tal-Bank hija l-immaniġġjar tas-self improduttiv. Il-Bank sejjer itejjeb il-proċessi tal-krediti tiegħu kemm fir-rigward tal-oriġini tas-self (kopertura kollaterali aħjar, limiti mnaqqsa) kif ukoll fir-rigward tal-immaniġġjar ta' self improduttiv. Ir-rata ta' self mhux produttiv se […], b'rata mistennija ta' […] % fl-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar (83). L-ispiża tar-riskju (indebolimenti tat-telf mis-self) sejra tonqos minn EUR 2 biljun fl-2012 għal inqas minn EUR […] biljun fl-2018 (84).

(135)

It-titjib tal-effikaċja operattiva, iż-żieda tal-marġini tal-imgħax nett u l-ispiża dejjem tonqos tar-riskju għandhom jippermettu lill-Bank sabiex iżid il-profitabilità tiegħu. Il-Bank jantiċipa li l-profitti tiegħu fil-Greċja se jammontaw għal EUR […] miljun u EUR […] miljun fl-2014 u fl-2018 rispettivament. Ir-redditu fuq l-ekwità se jilħaq […] % fl-2017 għall-attivitajiet Griegi (85), li huwa suffiċjenti meta wieħed iqis il-profil tar-riskju tal-Bank f'dak iż-żmien (86).

2.4.2.   Attivitajiet bankarji internazzjonali (għajr it-Turkija)

(136)

Il-Bank diġà beda d-diżingranaġġ u r-ristrutturar tan-netwerk internazzjonali tiegħu. L-għadd ta' fergħat fl-Ewropa tax-Xlokk tnaqqas b'170 mill-2009 (87).

(137)

Il-Bank ser ikompli bir-ristrutturar u d-diżingranaġġ tan-netwerk internazzjonali tiegħu. B'mod partikolari, il-Bank ser ibiegħ is-sussidjarji barranin tiegħu fi […] u jiżvesti l-fergħat tiegħu fi […]. Dawk l-iżvestimenti kienu jirrappreżentaw […] % tal-assi tal-Bank barra l-Greċja u t-Turkija, jiġifieri EUR […] miljun minn fost EUR 12,101 miljun fi tmiem l-2012.

(138)

Il-fergħat fi […] u […] kif ukoll is-sussidjarji fi […] ser ikunu […].

(139)

Bħala riżultat ta' dawk l-iżvestimenti, il-finanzjament prinċipali nett ser jiġi eliminat sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar.

2.4.3.   It-Turkija

(140)

Il-Bank għandu l-ħsieb li jnaqqas is-sjieda tiegħu f'Finansbank għal 60 %[…].

(141)

[…] ser jipprovdi lil Finansbank b'[…] u jsaħħaħ l-impenn tal-Bank illi jipprovdi […] lil Finansbank matul il-perjodu tar-ristrutturar.

(142)

Il-Bank qed jippjana li Finansbank ser jikber b'mod sinjifikanti matul il-perjodu tar-ristrutturar. Huwa ser jimplimenta wkoll pjan għall-kontroll tal-ispejjeż. Fl-2014, Finansbank għandu l-ħsieb li […] u li […]. Fis-snin ta' wara, il-[…], li jirriżultaw fi tnaqqis fil-proporzjon ta' spejjeż-introjtu minn […] għal […] fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar (88).

(143)

Il-pjan tar-ristrutturar jipprevedi skrutinju mill-qrib tar-riskji meħuda minn Finansbank. Huwa mistenni li l-indebolimenti jammontaw għal inqas minn […] % tas-self lill-klijenti mill-2014 sal-2018, bir-redditu fuq l-assi mistenni jkun ta' […] % fl-2018. Ir-redditu fuq l-ekwità ta' Finansbank ser jibqa' għoli matul il-perjodu.

(144)

Il-Bank biegħ in-negozju tal-assigurazzjoni Tork tiegħu (tal-ħajja u mhux tal-ħajja) fl-2012 bi profitt kapitali ta' EUR […] miljun (89).

2.4.4.   Attivitajiet mhux bankarji: il-bejgħ […] tal-attivitajiet tal-proprjetà immobbli:

(145)

Il-Bank naqqas is-sjieda tiegħu fis-sussidjarju tal-proprjetà immobbli tiegħu Pangea taħt il-35 % b'impatt pożittiv fuq il-proporzjon ta' Kapital tal-Grad 1 tal-Bank. (90) Il-Bank għandu wkoll il-pjan li jbigħ […] sa […] u s-sussidjarji tal-ekwità privata tiegħu sal-[…].

2.4.5.   Il-ġbir tal-kapital privat u l-kontribuzzjoni mill-azzjonisti eżistenti u mill-kredituri subordinati

(146)

Il-Bank irnexxielu jiġbor ammonti sinifikanti ta' kapital fis-suq u b'hekk naqqas l-ammont ta' għajnuna mill-Istat li kellu bżonn.

(147)

L-ewwelnett, fl-2009, il-Bank ġabar xi kapital privat bi ħruġ ta' drittijiet b'valur ta' EUR 1 247 miljun. Fl-2010, il-Bank ġabar mill-ġdid EUR 1 815-il miljun (91) f'kapital privat mis-suq. Kif issemma' fil-premessa (109), il-Bank irnexxielu jiġbor ukoll kapital ta' EUR 1 079 miljun mingħand investituri privati permezz tar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. L-azzjonisti, li inkludew dawk li pparteċipaw fiż-żidiet kapitali tal-2009 u tal-2010, ġew dilwiti sew mir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013: l-HFSF irċieva 84,4 % tal-ishma tal-Bank u l-investituri ġodda rċevew 10,5 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja, li jħalli lill-azzjonisti diġà eżistenti b'parteċipazzjoni azzjonarja ta' 5,1 % biss. Ma tħallas ebda dividend lill-azzjonisti ordinarji mill-2007 jew lill-azzjonisti preferenzjarji tal-Istati Uniti mill-2009 (92).

(148)

F'Mejju 2014, il-Bank ġabar EUR 2,5 biljun ta' kapital mis-suq. Il-Bank għandu l-ħsieb li […].

(149)

Fir-rigward tal-kontribuzzjoni mid-detenturi tad-dejn ibridu u subordinat, fit-3 ta' Jannar 2012, il-Bank offra li jixtri lura t-titoli ppreferuti bi prezzijiet li jvarjaw minn 45 % sa 70 % tal-valur nominali ta' dawk it-titoli. F'dik l-okkażjoni, il-Bank xtara lura wkoll il-bonds koperti. Għal kull wieħed mir-riakkwisti, il-prezz ġie stabbilit fuq il-bażi tal-valur tas-suq tal-istrumenti u fih primjum ta' mhux iktar minn għaxar punti perċentwali, li żdied sabiex l-investituri jitħeġġu sabiex jieħdu sehem fir-riakkwist. Ir-rata ta' aċċettazzjoni kienet ta' 44 % u ż-żieda ġenerali fil-kapital kienet ta' EUR 302 miljuni. (93).

(150)

Aktar tard fl-2012 u fl-2013, il-Bank nieda eżerċizzji addizzjonali ta' ġestjoni tal-obbligazzjonijiet fuq it-titoli maħruġa lill-investituri, inklużi bonds koperti, strumenti ibridi, strumenti tal-Grad 2 u ishma preferenzjarji maħruġa fl-Istati Uniti. Dak ix-xiri lura ġġenera kapital addizzjonali ta' EUR […] miljun. B'mod ġenerali, il-Bank qiegħed jindika li l-ammont totali ta' kapital iġġenerat mill-eżerċizzji ta' ġestjoni tal-obbligazzjonijiet matul is-snin riċenti jammonta għal madwar EUR […] miljun (94). Bis-saħħa ta' dawk ir-riakkwisti, fil-31 ta' Diċembru 2013, l-ammont pendenti tad-dejn subordinat u ibridu naqas għal EUR 293 miljun.

2.5.   IMPENJI TAL-AWTORITAJIET GRIEGI

(151)

Fil-25 ta' Ġunju 2014, il-Greċja tat l-impenn tagħha li l-Bank u l-affiljati tiegħu se jimplimentaw il-pjan ta' ristrutturar mibgħut fil-25 ta' Ġunju 2014 u tat iktar impenji dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar (“l-Impenji”). L-Impenji, li jinsabu fl-Anness, huma miġbura fil-qosor f'din it-taqsima.

(152)

L-ewwel il-Greċja tat l-impenn li l-Bank se jirristruttura l-operazzjonijiet kummerċjali tiegħu fil-Greċja, jistabbilixxi numru massimu ta' fergħat u impjegati, kif ukoll ammont massimu tal-kostijiet totali li għandhom jinkisbu sal-31 ta' Diċembru 2017. (95).

(153)

Il-Greċja tat ukoll l-impenn li l-Bank se jnaqqas l-ispiża tad-depożiti miġbura fil-Greċja u se jikkonforma ma' proporzjon massimu ta' self nett għad-depożiti. (96) il-31 ta' Diċembru 2017. (97).

(154)

Rigward is-sussidjarji barranin tal-Bank, il-Greċja tat impenn li l-Bank mhux se jipprovdi […], u li hija se tagħmel żvestiment ta' sehem minoritarju f'dik is-sussidjarja. Il-Greċja tat impenn ukoll li l-Bank se jwettaq diżingranaġġ ta' għadd ta' sussidjarji barranin sat-30 ta' Ġunju 2018. (98).

(155)

Il-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer jagħmel żvestiment […] u s-sussidjarja tal-ekwità privati tiegħu, kif ukoll għadd ta' titoli. Barra minn hekk, il-Bank mhuwiex sejjer jixtri titoli fi grad mhux ta' investiment, b'xi eċċezzjonijiet limitati (99).

(156)

Il-Greċja tat numru ta' impenji relatati mal-governanza korporattiva tal-Bank. Hija impenjat ruħha li tillimita r-rimunerazzjoni tal-impjegati u tal-maniġers tal-Bank (100).

(157)

Il-Greċja tat ukoll impenn li l-Bank sejjer itejjeb il-politika ta' kreditu tiegħu, sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet dwar l-għoti u r-ristrutturar tas-self ikunu mmirati biex jimmassimizzaw il-vijabbiltà u l-profittabbiltà tal-Bank. Il-Greċja wegħdet li l-Bank sejjer jikkonforma mal-istandards għoljin li jirrigwardjaw il-monitoraġġ tar-riskju ta' kreditu, kif ukoll ir-ristrutturar tas-self (101).

(158)

Numru ta' impenji jittrattaw l-operazzjonijiet tal-Bank mal-mutwatarji konnessi. Dawk l-impenji għandhom l-għan li jiżguraw li l-Bank ma jiddevjax mill-prattiki bankarji prudenti meta jagħti jew jirristruttura self lill-impjegati, lill-maniġers u lill-azzjonisti tiegħu, kif ukoll lil entitajiet pubbliċi, partiti politiċi u kumpaniji tal-midja (102).

(159)

Fl-aħħarnett, il-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer jikkonforma ma' xi limitazzjonijiet komportamentali, bħal projbizzjoni fuq il-kupuni u d-dividendi, projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjoni u projbizzjoni fuq ir-reklamar tal-appoġġ mill-Istat (103).

(160)

Dawk l-impenji sejrin jiġu mmonitorjati sal-31 ta' Diċembru 2018 minn trustee tal-monitoraġġ.

(161)

Separatament, il-Greċja indikat li hija sejra tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel kwalunkwe xiri lura taċ-ċertifikati mill-Bank jew minn kwalunkwe entità tal-Istat, inkluż l-HFSF (104).

3.   IR-RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA

(162)

Fis-27 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta' investigazzjoni formali sabiex tivverifika jekk il-kondizzjonijiet tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 (105) ġewx issodisfati fir-rigward tal-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja pprovduta mill-HFSF favur il-Bank (il-miżura B1).

(163)

Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżura, il-Kummissjoni, fid-dawl tal-fatt li l-għajnuna waslet wara rikapitalizzazzjonijiet u għajnuna ta' likwidità minn qabel u minħabba l-perjodu ta' salvataġġ imtawwal, esprimiet dubji dwar jekk itteħdux l-azzjonijiet kollha possibbli mill-Bank sabiex jevita li terġa' tkun meħtieġa għajnuna fil-ġejjieni (106). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kinitx ċara dwar min ser ikun qiegħed jikkontrolla l-Bank ladarba l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja tiġi sostitwita minn rikapitalizzazzjoni permanenti (107) billi l-Bank jista' jsib ruħu jew taħt il-kontroll jew tal-Istat jew ta' sidien privati minoritarji. Il-Kummissjoni nnotat li tixtieq tiżgura li l-kwalità tal-ġestjoni tal-Bank u b'mod partikolari l-proċess tas-self tiegħu ma jmorrux għall-agħar fl-ebda wieħed miż-żewġ każijiet.

(164)

Fir-rigward tan-neċessità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, fil-premessa 67 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG, il-Kummissjoni staqsiet jekk itteħdux il-miżuri kollha possibbli sabiex jiġi evitat li l-Bank jerġa' jkollu bżonn l-għajnuna fil-ġejjieni. Minbarra dan, billi t-tul tal-perjodu tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja kien inċert, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal konklużjoni jekk dan kienx suffiċjenti u konformi mal-prinċipji tar-rimunerazzjoni u tal-kondiviżjoni tal-piżijiet skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, billi t-termini tal-konverżjoni tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja f'rikapitalizzazzjoni permanenti ma kinux magħrufa fiż-żmien li ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvalutahom.

(165)

Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżura, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk is-salvagwardji (il-projbizzjoni fuq ir-reklamar tal-għajnuna mill-Istat, il-projbizzjoni fuq il-kupuni u d-dividendi, il-projbizzjoni fuq opzjoni eżerċitabbli u l-projbizzjoni fuq ix-xiri lura kif deskritti fil-premessa 71 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG) kinux suffiċjenti b'rabta mal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja. Barra minn hekk, fil-premessa 72 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG, il-Kummissjoni ddikjarat li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jistgħu jkunu kkawżati minn nuqqas ta' regoli li jimpedixxu lill-HFSF milli jikkoordina l-akbar erba' banek Griegi (jiġifieri, il-Bank, Alpha Bank, Eurobank u Piraeus Bank) u n-nuqqas ta' salvagwardji adegwati sabiex jiġi evitat milli huma jikkondividu informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Il-Kummissjoni għalhekk ipproponiet il-ħatra ta' fiduċjarju ta' sorveljanza li jkun fiżikament preżenti fil-Bank.

4.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI DWAR IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA

Kummenti minn bank Grieg

(166)

Fit-3 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni rċeviet kummenti mingħand bank Grieg rigward id-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG. Dak il-bank Grieg ikkummenta li r-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi mill-HFSF kienet tikkostitwixxi, fil-prinċipju, pass mixtieq lejn sistema bankarja aktar b'saħħitha u vijabbli u ma esprima ebda oġġezzjoni għar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank.

(167)

Madankollu, filwaqt li esprima l-appoġġ kollu tiegħu għall-prinċipju tar-rikapitalizzazzjoni tal-banek Griegi mill-HFSF, dak il-bank Grieg spjega li, sabiex jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tiġi evitata d-diskriminazzjoni, huwa kien qiegħed jistenna li r-rikapitalizzazzjoni mill-HFSF tkun miftuħa għall-banek kollha li joperaw fil-Greċja taħt kondizzjonijiet simili.

5.   KUMMENTI MILL-GREĊJA DWAR IL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI FUQ L-EWWEL RIKAPITALIZZAZZJONI TRANŻITORJA

(168)

Fil-5 ta' Settembru 2012, il-Greċja ssottomettiet il-kummenti tagħha, li tħejjew mill-Bank of Greece u mill-HFSF.

5.1.   KUMMENTI MILL-BANK OF GREECE

(169)

Rigward l-adegwatezza tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece nnota li l-ammont ta' EUR 18-il biljun ta' kapital li bih l-HFSF irrikapitalizza l-ikbar erba' banek Griegi f'Mejju 2012 kien inqas mill-ammont finali li kien meħtieġ sabiex dawk il-banek gradwalment jilħqu u jżommu proporzjon ta' kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni stabbilit għal 10 % sa Ġunju 2012 u proporzjon ta' kapital tal-Grad 1 ta' ekwità komuni stabbilit għal 7 % f'xenarju avvers ta' stress ta' tliet snin. Huwa nnota wkoll li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja kienet temporanja, peress li l-proċess tar-rikapitalizzazzjoni se jiġi konkluż b'żidiet fil-kapital azzjonarju minn dawk l-erba' banek.

(170)

Il-Bank of Greece osserva wkoll li r-rikapitalizzazzjoni tal-ikbar banek Griegi hija parti mir-ristrutturar fuq żmien itwal tas-settur bankarju Grieg. Huwa nnota li meta bank jibqa' f'idejn il-privat, probabbilment il-ġestjoni tibqa' l-istess, filwaqt li jekk il-bank isir tal-Istat (jiġifieri, proprjetà tal-HFSF), l-HFSF jista' jaħtar ġestjoni ġdida li fi kwalunkwe każ, tiġi vvalutata mill-Bank of Greece. Il-Bank of Greece rrimarka li huwa jivvaluta l-qafas tal-governanza korporattiva, l-adegwatezza tal-ġestjoni u l-profil tar-riskju ta' kull bank fuq bażi kontinwa bil-għan li jiżgura li ma jitteħdux riskji eċċessivi. Huwa rrimarka wkoll li l-HFSF kien diġà ħatar rappreżentanti fil-Bord tad-Diretturi tal-banek rikapitalizzati.

(171)

Fir-rigward tan-neċessità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece osserva li r-rikapitalizzazzjoni tal-Bank kienet limitata sabiex b'hekk jiġi żgurat li jintlaħqu r-rekwiżiti kapitali minimi applikabbli (8 %). Huwa ddikjara wkoll li l-perjodu ta' żmien imtawwal qabel ir-rikapitalizzazzjonijiet kien dovut għad-deterjorazzjoni qawwija tal-ambjent operattiv fil-Greċja u għall-impatt tal-programm PSI, għall-kumplessità tal-proġett kollu u għall-ħtieġa li tiġi mmassimizzata l-parteċipazzjoni tal-investituri privati fiż-żidiet ta' kapital azzjonarju.

(172)

Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, il-Bank of Greece indika li l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan ta' ristrutturar li għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, hija ssalvagwardjata mill-fatt li s-sospensjoni tad-drittijiet tal-vot tal-HFSF jitneħħew jekk, fost l-oħrajn, il-pjan ta' ristrutturar jinkiser b'mod sostantiv. Il-Bank of Greece osserva wkoll li d-diffikultajiet tal-Bank la kienu dovuti għal sottovalutazzjoni tar-riskji mill-maniġment tal-Bank u lanqas għal azzjonijiet kummerċjalment aggressivi.

5.2.   KUMMENTI MILL-HFSF

(173)

Fir-rigward tal-adegwatezza tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, sabiex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-interferenza potenzjali mill-Istat f'każ li l-Istat jipprovdi ammonti għoljin ta' għajnuna mill-Istat permezz tal-HFSF u l-HFSF ikollu drittijiet sħaħ tal-vot, l-HFSF iddikjara li l-banek iffinanzjati mill-HFSF mhumiex meqjusa bħala entitajiet pubbliċi jew taħt il-kontroll tal-Istat u li mhux ser ikunu kkontrollati mill-Istat wara li jkunu ġew rikapitalizzati b'mod permanenti mill-HFSF. L-HFSF irrimarka li huwa entità legali indipendenti għal kollox li hija rregolata mil-liġi privata b'awtonomija li tieħu deċiżjoni. L-HFSF mhuwiex soġġett għal kontroll mill-gvern, skont l-Artikolu 16C(2) tal-liġi dwar l-HFSF, li jgħid li l-istituzzjonijiet ta' kreditu li lilhom l-HFSF ikun ipprovda appoġġ kapitali mhumiex parti mis-settur pubbliku usa'. Huwa rrefera wkoll għall-istruttura tat-tmexxija tal-HFSF.

(174)

Fir-rigward tal-intervent tal-HFSF fil-ġestjoni tal-Bank, l-HFSF indika li huwa jirrispetta l-awtonomija tal-Bank u li mhux sejjer jinterferixxi fil-ġestjoni ta' kuljum tiegħu minħabba li r-rwol tiegħu huwa limitat għal dak stipulat fil-liġi dwar l-HFSF. Huwa ddikjara li mhux ser ikun hemm interferenza jew koordinazzjoni mill-Istat u li d-deċiżjonijiet tal-Bank fir-rigward tal-proċess tas-self (fost l-oħrajn fuq il-kollateral, l-ipprezzar u s-solvenza tal-mutwatarji) għandhom jittieħdu fuq il-bażi ta' kriterji kummerċjali.

(175)

L-HFSF indika li l-liġi dwar l-HFSF u l-ftehim ta' qabel is-sottoskrizzjoni stabbilew salvagwardji adegwati sabiex jipprevjenu azzjonisti privati eżistenti milli jieħdu riskju eċċessiv. Huwa għamel referenza għal elementi bħal (i) il-ħatra tar-rappreżentanti tal-HFSF bħala membri mhux eżekuttivi indipendenti tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank u l-preżenza tagħhom fil-kumitati, (ii) it-twettiq ta' diliġenza dovuta mill-HFSF fil-Bank u (iii) il-fatt li, wara r-rikapitalizzazzjoni finali, id-drittijiet tal-vot tiegħu sejrin ikunu ristretti biss sakemm il-Bank ikun konformi mat-termini tal-pjan ta' ristrutturar.

(176)

Rigward il-ħtieġa tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja u b'mod partikolari, rigward il-livell tar-rimunerazzjoni tal-għajnuna, l-HFSF iddikjara li r-rimunerazzjoni ġiet miftiehma mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI. Dak il-livell maqbul qies li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja se tinbidel f'rikapitalizzazzjoni permanenti qabel it-30 ta' Settembru 2012, skadenza li kienet stabbilita f'Marzu 2012 fil-MPEF bejn il-Kummissjoni, il-BĊE, l-FMI u l-Greċja.

(177)

Rigward il-proporzjonalità tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja, l-HFSF innota li l-miżuri li adotta, bħal dawk deskritti fil-Premessa 175, huma salvagwardji biżżejjed fid-dawl tal-ammonti kbar ta' għajnuna riċevuta u l-perjodu ta' riskju mtawwal. Barra minn hekk, l-HFSF qal li hemm miżuri xierqa fis-seħħ li huma maħsuba biex jiggarantixxu li l-banek li fihom jipparteċipa l-HFSF ma jikkondividux informazzjoni kummerċjalment sensittiva bejniethom. Barra minn hekk, l-HFSF iddikjara li hemm miżuri adegwati stabbiliti sabiex ikun żgurat li l-banek li fihom jipparteċipa l-HFSF ma jaqsmux informazzjoni kummerċjalment sensittiva bejniethom. Barra minn hekk, l-HFSF qal li huwa ma jeżerċitax id-drittijiet tiegħu fir-rigward tal-banek b'mod li jista' jipprevjeni, jirrestrinġi, ifixkel jew inaqqas jew jimpedixxi b'mod sinjifikanti l-kompetizzjoni effettiva. Fl-aħħarnett, l-HFSF irrimarka li l-membri tal-Bord tad-Diretturi tiegħu, flimkien mal-impjegati tiegħu, huma soġġetti għal regoli stretti ta' kunfidenzjalità u doveri fiduċjarji, kif ukoll huma marbutin b'dispożizzjonijiet li jikkonċernaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-affarijiet tiegħu.

6.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MAN-NEGOZJI AKKWISTATI

6.1.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MILL-ISTAT RELATATA MAR-RIŻOLUZZJONI TAT-TLIET BANEK KOOPERATTIVI

6.1.1.   L-eżistenza u l-ammont ta' għajnuna

(178)

L-ewwel, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk l-appoġġ mill-Istat marbut mar-riżoluzzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi (jiġifieri l-finanzjament tad-diskrepanzi ta' likwidità li ppermettew li jsir it-trasferiment tad-depożiti) jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) tat-Trattat. Skont dik id-dispożizzjoni, għajnuna mill-Istat hija kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni, billi tiffavorixxi ċerti impriżi sakemm taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(179)

Il-Kummissjoni ser tibda billi tivvaluta jekk il-benefiċjarji potenzjali li ġejjin ibbenefikawx jew le minn vantaġġ għall-benefiċjarji potenzjali li ġejjin: (i) il-Banek Kooperattivi u l-“attivitajiet” potenzjalment ittrasferiti lill-Bank; u (ii) il-Bank.

(i)   Eżistenza ta' għajnuna lit-Tliet Banek Kooperattivi u l-attivitajiet potenzjalment ittrasferiti lill-Bank

(180)

Fir-rigward tal-Banek Kooperattivi, il-Kummissjoni tosserva li Lesvos-Limnos Bank, Achaia Bank u Lamia Bank tqiegħdu f'likwidazzjoni u l-liċenzji bankarji tagħhom ġew irtirati. Għalhekk, mhux ser jibqgħu jwettqu attivitajiet ekonomiċi fis-suq bankarju.

(181)

L-għajnuna mill-Istat, jiġifieri l-finanzjament tad-diskrepanzi ta' likwidità, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għall-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat biss jekk flimkien huma jikkostitwixxu impriża. Il-kunċett ta' impriża jinkludi kwalunkwe entità li twettaq attività ekonomika, ikun xi jkun l-istatus legali u l-mod li bih hija ffinanzjata. Kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti jew servizzi f'suq partikolari titqies li hija attività ekonomika. Għalhekk, sabiex jiġi konkluż jekk hemmx għajnuna lil impriża, għandu jiġi vvalutat jekk it-trasferiment tal-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet jinvolvix it-trasferiment ta' attività ekonomika.

(182)

Kif intqal fit-taqsima 2.2.1, wara r-riżoluzzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi, id-depożiti, l-obbligazzjonijiet interbankarji u l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet biss lejn il-HDIGF ġew ittrasferiti lill-Bank. It-tliet Banek Kooperattivi kienu jħaddmu 187 impjegat u kellhom 21 fergħa b'kollox. Ta' min jinnota li ma kien hemm ebda trasferiment awtomatiku ta' fergħat jew kuntratti tax-xogħol jew self bejn it-tliet Banek Kooperattivi u l-Bank.Għalhekk, il-fatt li s-self mhuwiex ittrasferit lill-Bank iżda jibqa' mat-tliet Banek Kooperattivi f'likwidazzjoni, il-fatt li ma ġiet ittrasferita ebda fergħa u n-nuqqas ta' trasferiment awtomatiku tal-kuntratti tax-xogħol jikkontribwixxu (108) għall-konklużjoni li ma hemm ebda trasferiment ta' attività ekonomika. L-obbligazzjonijiet ittrasferiti (jiġifieri d-depożiti) ma jistgħux jitqiesu li huma l-benefiċjarji tal-appoġġ mill-Istat, peress li ma jikkostitwixxux “impriża”.

(183)

Fi ftit kliem, it-tliet entitajiet ġuridiċi eżistenti tqiegħdu f'likwidazzjoni u ma għadhomx iwettqu xi attività bankarja. Fl-istess ħin, l-obbligazzjonijiet ittrasferiti ma jikkostitwixxux attività ekonomika.

(184)

Għalhekk, huwa konkluż li l-għotja ta' bonds tal-EFSF mill-HFSF lill-Bank sabiex tiġi koperta d-diskrepanza ta' likwidità tal-assi u l-obbligazzjonijiet akkwistati tat-tliet Banek Kooperattivi ma tippermettix li jitkomplew l-attivitajiet ekonomiċi ta' dan tal-aħħar. Għalhekk, l-appoġġ tal-HFSF la jikkostitwixxi għajnuna lill-entitajiet likwidati u lanqas għajnuna lill-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

(ii)   Eżistenza ta' għajnuna mogħtija lill-Bank

(185)

Fir-rigward ta' jekk il-bejgħ tal-assi u l-obbligazzjonijiet tat-tliet Banek Kooperattivi jinvolvix għajnuna mill-Istat lill-Bank, il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk humiex issodisfati ċerti rekwiżiti u, b'mod partikolari jekk i) il-proċess ta' bejgħ kienx wieħed miftuħ, bla kundizzjonijiet u nondiskriminatorju; ii) il-bejgħ seħħx bit-termini tas-suq; u iii) l-Istat kisibx l-ogħla prezz tal-bejgħ għall-assi u l-obbligazzjonijiet involuti (109).

(186)

Kif issemma diġà fil-premessa 64, il-Bank of Greece kkuntattja biss lill-akbar ħames istituzzjonijiet ta' kreditu Griegi li kienu joperaw fil-Greċja f'dak iż-żmien. Is-sett limitat ta' xerrejja li ġew ikkuntattjati ma jistax jeskludi li l-offerta kienet miftuħa meta wieħed iqis li huma kienu l-uniċi istituzzjonijiet ta' kreditu li huma mistennija li jkunu interessati li jissottomettu offera. Tabilħaqq, il-pakkett għall-bejgħ kien jinkludi biss depożiti. Għalhekk, sabiex wieħed jibbenifika minn sinerġiji fuq dawk id-depożiti, huwa neċessarju li dan jopera fiż-żona ġeografika kkonċernata. Bank mingħajr ebda preżenza f'dawk iż-żoni ma jkunx jista' joffri servizzi lid-depożituri, sabiex b'hekk iż-żamma tad-depożiti tkun waħda minima u l-akkwirent jispiċċa jsostni l-ispiża għall-akkwist tad-depożiti mingħajr ebda benefiċċju. Għalhekk, il-Bank of Greece jista' b'mod raġonevoli jassumi li, fid-dawl tal-limitu ta' żmien qasir disponibbli għalih sabiex jirrisolvi t-tliet Banek Kooperattivi, ser ikunu biss l-istituzzjonijiet ta' kreditu li l-mudelli kummerċjali tagħhom kienu konsistenti mal-provvista ta' servizzi lil dawk id-depożituri li jista' jkollhom interess fl-akkwist ta' dawk l-assi. Il-Bank u tliet banek oħra ssottomettew offerti vinkolanti. L-offerta tal-Bank kienet dik ippreferuta, f'termini tal-kunsiderazzjoni u ż-żmien meħtieġa għall-konklużjoni tat-trasferiment. Il-Bank offra li jħallas bħala kunsiderazzjoni ammont ugwali għal […] % tad-depożiti ttrasferiti u stima li t-trasferiment jista' jitlesta fi żmien jum tax-xogħol.

(187)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna lill-Bank tista' tiġi eskluża, skont il-punt 20 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni (110).

(iii)   Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna

(188)

L-appoġġ mill-Istat involut fil-bejgħ tat-tliet Banek Kooperattivi ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat lit-tliet Banek Kooperattivi, lill-assi ttrasferiti jew lill-Bank. Għalhekk, il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107 (1) tat-Trattat.

6.2.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MA' FIRST BUSINESS BANK

6.2.1.   L-eżistenza u l-ammont ta' għajnuna

(189)

Il-Kummissjoni trid tivvaluta jekk il-miżuri jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.2.1.1.   L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija taħt l-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi (miżuri FB1, FB2 u FB3)

(190)

L-injezzjoni ta' kapital ta' EUR 50 miljun mill-Greċja f'FB Bank f'Lulju 2009 (miżura FB1), it-titoli tal-gvern Grieg li ammontaw għal EUR 60 miljun f'Mejju 2012 (Miżura FB2) u garanzija Statali mogħtija lil FB Bank għall-bonds maħruġin b'valur nominali ta' EUR 50 miljun f'Marzu 2011 (Miżura FB3) ingħataw bl-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi. (111). Fid-deċiżjoni li tapprova dik l-iskema, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri mogħtija b'dik l-iskema jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(191)

Għalhekk, il-Kummissjoni tinnota li l-attivitajiet ittrasferiti ma jibqgħux jeżistu mingħajr dawk il-miżuri. Dawk il-miżuri kkontribwixxew għall-istabbilizzazzjoni u l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi li aktar tard kienu ttrasferiti lill-Bank u, għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li minnhom ibbenifikaw l-attivitajiet ekonomiċi ta' FB Bank, li aktar tard kienu ttrasferiti lill-Bank u li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.2.1.2.   L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija minħabba r-riżoluzzjoni ta' FB Bank (miżuri FB4 u FB5)

(192)

Il-Kummissjoni tinnota li l-HFSF hija entità stabbilita u ffinanzjata mill-Greċja biex tappoġġja banek u għalhekk, il-miżuri FB4 u FB5 jinvolvu riżorsi tal-Istat. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-miżuri FB4 u FB5 huma selettivi fin-natura tagħhom, minħabba li minnhom jibbenifikaw biss l-attivitajiet ta' FB Bank.

(193)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżuri FB4 u FB5 jipprovdu lill-attivitajiet ta' FB Bank b'vantaġġ ċar billi jżommuhom ħajjin. F'dak il-każ, l-ordni tat-trasferiment hija tabilħaqq bejgħ “en bloc”. Filwaqt li l-ekwità u d-dejn subordinat mhumiex ser jiġu ttrasferiti, l-assi bankarji produttivi ewlenin ser jiġu ttrasferiti (fergħat, depożiti u self). Għalhekk, il-miżura FB4 tipprovdi lill-attivitajiet ittrasferiti b'vantaġġ billi tipprovdi biżżejjed assi sabiex jiġu koperti d-depożiti u l-attivitajiet ittrasferiti jkomplu jeżistu minħabba l-bejgħ tal-assi en bloc ta' FB Bank.

(194)

Barra minn hekk, mingħajr il-miżura FB5, il-bejgħ ma jistax ikun possibbli minħabba li t-trasferiment ikollu impatt negattiv potenzjali fuq il-proporzjon tal-adegwatezza kapitali tal-akkwirent. Għalhekk, l-attivitajiet ittrasferiti ma jibqgħux jeżistu u, b'hekk, il-miżuri FB4 u FB5 jipprovdulhom vantaġġ ċar.

(195)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżuri FB4 u FB5 mhumiex konformi mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq (“MEIP”). Fil-fatt, l-HFSF ma għandu ebda prospett li jagħmel profitt fuq il-kontribuzzjoni tiegħu: fi skambju għall-kontribuzzjoni tiegħu, huwa ma rċieva ebda pretensjoni kontra l-Bank, iżda biss pretensjoni kontra l-entità taħt likwidazzjoni, jiġifieri FB Bank (112). Għalhekk, l-HFSF probabbilment mhuwiex ser jirkupra kompletament il-flus kontribwiti.

(196)

Il-vantaġġ selettiv li l-miżuri FB4 u FB5 jipprovdu jfixkel il-kompetizzjoni billi jżomm attivita bankarja waħda ħajja, u jippermettilha topera fis-suq u tikkompeti ma' banek oħrajn, inkluż sussidjarji ta' banek barranin, li huma attivi fil-Greċja jew potenzjalment interessati li jidħlu fis-suq Grieg. Għalhekk, il-miżuri FB4 u FB5 għandhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u potenzjalment ifixklu l-kompetizzjoni.

(197)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kopertura mill-HFSF tad-diskrepanza fil-finanzjament ta' ammont ta' EUR 456,97 relatat mal-assi ttrasferiti minn FB Bank lill-Bank u l-ħtiġijiet kapitali relatati ma' dawk l-assi, li jistgħu jammontaw għal EUR 100 miljun, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Benefiċjarju tal-miżuri FB4 u FB5

(198)

Kif diġa ġie spjegat fil-premessa 193, il-Kummissjoni tqis li l-attivitajiet ta' FB Bank huma l-benefiċjarji tal-miżuri FB4 u FB5, hekk kif l-għajnuna ppermettiet il-kontinwazzjoni ta' dawk l-attivitajiet ekonomiċi fil-Bank.

(199)

Dwar jekk il-bejgħ tal-attivitajiet ta' FB Bank jinvolvix għajnuna mill-Istat lill-Bank, f'konformità mal-punt 49 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Kummissjoni teħtieġ li tevalwa jekk intlaħqux ċerti rekwiżiti. Teħtieġ li teżamina b'mod partikolari jekk (i) il-proċess tal-bejgħ kienx mifuħ u mhux diskriminatorju; (ii) il-bejgħ twettaqx fuq termini tas-suq; u iii) l-istituzzjoni finanzjarja jew il-gvern immassimizzawx il-prezz tal-bejgħ għall-assi u l-obbligazzjonijiet involuti.

(200)

Il-Bank akkwista l-pakkett tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FB Bank għaliex issottometta l-offerta ppreferuta fil-qafas ta' proċedura tal-offerti mhux diskriminatorja miftuħa għal banek oħrajn. Il-Bank of Greece ddeċieda li jikkuntattja biss lill-akbar erba' banek domestiċi li joperaw fil-Greċja, li minnhom kienu biss il-Bank u bank ieħor li ssottomettew offerti mhux vinkolanti. Il-Bank of Greece stieden liż-żewġ offerenti sabiex jissottomettu offerti mtejba. Il-Bank of Greece għażel lil NBG minħabba li l-offerta tiegħu kienet tinvolvi inqas spejjeż ta' riżoluzzjoni (113).

(201)

Il-Kummissjoni tosserva li l-Bank of Greece kkuntattja biss erba' banek (114). Is-sett limitat ta' xerrejja kkuntattjati ma jistax jeskludi li l-offerta kienet miftuħa, minħabba n-nuqqas ta' banek oħrajn li joperaw fil-Greċja b'daqs suffiċjenti sabiex jassorbu l-assi offruti u b'kapital adegwat fiż-żmien tar-riżoluzzjoni, kif ukoll minħabba l-interess limitat muri fiż-żmien tar-riżoluzzjoni mill-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu barranin fl-involviment tagħhom f'attivitajiet bankarji fil-Greċja. Barra minn hekk, il-Bank of Greece stabbilixxa minn qabel il-portafoll tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti u l-iskeda ta' żmien li għandhom jissodisfaw l-offerti sabiex ikunu validi. Il-Kummissjoni tqis li l-proċess tal-bejgħ kienx mifuħ u mhux diskriminatorju.

(202)

Il-prezz negattiv (jiġifieri, meta titqies id-diskrepanza fil-finanzjament u l-kopertura tal-ħtiġijiet kapitali msemmija fuq) għall-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FB Bank ma jipprekludix li l-prezz tal-bejgħ jirrifletti l-valur tas-suq tan-negozju (115). Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex tikkunsidra li l-offerta magħmula u l-prezz imħallas ma kinux jirriflettu l-prezz tas-suq tan-negozju. Huwa mfakkar li, skont il-liġi Griega, il-valur ġust tal-assi ttrasferiti l-ewwel jiġi stmat mill-Bank of Greece u mbagħad jiġi vverifikat u aġġustat minn esperti esterni matul is-sitt xhur ta' wara. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-bejgħ ma sarx fuq termini tas-suq. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, u b'mod konformi mal-punt 49 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-punt 20 tal-Komunikazzjoni ta' Ristrutturar u l-prattika ta' teħid ta' deċiżjonijiet tagħha (116), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat lill-Bank tista' tiġi eskluża.

6.2.1.3.   Konklużjoni dwar l-eżistenza u l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta

(203)

Fuq il-bażi tal-premessi 190 sa 197, il-Kummissjoni tħoss li l-miżuri FB1, FB2, FB3, FB4 u FB5 kollha jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(204)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-attivitajiet ta' FB Bank irċevew għajnuna mill-Istat fil-forma ta' appoġġ kapitali ta' EUR 606,97 miljun (miżuri FB1, FB4 u FB5), minbarra s-self tat-titoli tal-gvern Grieg ta' EUR 60 miljun (miżura FB2) u t-titoli Statali ta' EUR 50 miljun (miżura FB3), kif miġbura fit-Tabella 10.

Tabella 10

Ħarsa ġenerali lejn l-għajnuna totali tal-attivitajiet ta' FB Bank

Benefiċjarju tal-għajnuna

Miżura

In-natura tal-għajnuna

L-ammont ta' għajnuna (f'miljuni ta' EUR)

L-attivitajiet tal-FB Bank

FB1

Rikapitalizzazzjoni

50

FB4

Il-finanzjament tad-diskrepanza tal-finanzjament minn FB Bank lill-Bank

456,97

FB5

Ittra ta' impenn sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti ta' FB Bank lill-Bank

100

Għajnuna kapitali totali mogħtija

606,97

Għajnuna kapitali totali eventwalment minfuqa

506,97

Benefiċjarju tal-għajnuna

Miżura

In-natura tal-għajnuna

 

L-attivitajiet tal-FB Bank

FB2

Self obbligazzjonarju

60

 

FB3

Garanzija

50

It-total ta' għajnuna ta' likwidità mogħtija

110

6.2.2.   Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà

(205)

L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex issib li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern jekk din tkun intiża “biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru”.

(206)

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista' toħloq taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru u li l-miżuri li jappoġġjaw lill-banek jistgħu jirrimedjaw dak it-taqlib. Dan kien ikkonfermat fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Il-Kummissjoni għadha tħoss li r-rekwiżiti biex l-għajnuna mill-Istat tiġi approvata skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat huma ssodisfati fid-dawl tat-tfaċċar mill-ġdid ta' stress fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni kkonfermat dik il-fehma billi adottat il-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 (117) u l-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 (118).

(207)

Fir-rigward tal-ekonomija Griega, fid-deċiżjonijiet tagħha li japprovaw u jestendu l-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi, kif ukoll fl-approvazzjonijiet tagħha tal-miżuri ta' għajuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lil banek individwali 'il-Kummissjoni rrikonoxxiet li hemm theddida ta' tfixkil serju fl-ekonomija Griega u li l-appoġġ Statali lill-banek huwa adegwat biex jirrimedja dak it-tfixkil. Għalhekk, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.

(208)

B'konformità mal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija għandha tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà:

(a)   Adegwatezza: L-għajnuna għandha tkun immirata sewwa sabiex tkun tista' tilħaq b'mod effettiv l-għan li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija. Dan ma jkunx il-każ jekk il-miżura ma tkunx xierqa sabiex tirrimedja t-taqlib.

(b)   Neċessità: Il-miżura ta' għajnuna, fl-ammont u l-forma tagħha, għandha tkun neċessarja sabiex tilħaq l-għan. Għalhekk, trid tkun tal-inqas ammont meħtieġ sabiex tilħaq l-objettiv, u tieħu l-aktar forma xierqa sabiex tirrimedja t-taqlib.

(c)   Proporzjonalità: L-effetti pożittivi tal-miżura għandhom ikunu bbilanċjati b'mod xieraq kontra d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, sabiex b'hekk id-distorsjonijiet ikunu limitati għall-minimu neċessarju sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu l-għanijiet tal-miżura.

(209)

Matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni żviluppat kriterji tal-kompatibbiltà għat-tipi differenti ta' miżuri ta' għajnuna. Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna ġew stipulati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008.

(210)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tistabbilixxi aktar gwida dwar il-livell ta' rimunerazzjoni meħtieġa għall-injezzjonijiet ta' kapital mill-Istat.

(211)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar spjegat kif se tivverifika l-pjanijiet ta' ristrutturar. Fil-valutazzjoni tagħha tal-pjan ta' ristrutturar tal-Bank taħt il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Kummissjoni sejra tieħu f'kunsiderazzjoni l-miżuri kollha li huma elenkati fit-Tabella 10.

6.2.3.   Il-konformità tal-miżuri ta' għajnuna skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni

6.2.3.1.   Il-konformità tal-miżuri FB1, FB2 u FB3 mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008

(212)

Il-miżuri FB1, FB2 u FB3 ngħataw taħt l-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi. Il-miżuri inklużi f'dik l-iskema diġà ġew ivvalutati bħala kompatibbli mas-suq intern fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2008.

6.2.3.2.   Il-konformità tal-miżuri FB4 u FB5 mal-Komunikazzjonijiet Bankarji u ta' Rikapitalizzazzjoni tal-2008

6.2.3.2.1.   Adegwatezza

(213)

Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżuri FB4 u FB5, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawk il-miżuri huma xierqa minħabba li huma ssalvagwardjaw lid-depożituri ta' FB Bank u, għalhekk, issalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja. Dawk l-attivitajiet ma setgħux jissoktaw mingħajr l-għajnuna mill-HFSF, minħabba li FB Bank kellu ekwità negattiva fil-ħin tar-riżoluzzjoni u fil-kundizzjonijiet diffiċli tas-suq prevalenti li mbagħad ippredominaw, ebda bank ma seta' jakkwista portafoll ta' assi u obbligazzjonijiet b'valur negattiv li kien jgħarraq il-pożizzjoni tal-adegwatezza kapitali tiegħu. Il-miżuri b'hekk iżguraw li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonstata li l-miżuri huma adegwati bħala għajnuna għas-salvataġġ.

6.2.3.2.2.   Neċessità

(214)

Skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-miżura ta' għajnuna, fl-ammont u l-forma tagħha, trid tkun meħtieġa biex tikseb l-għan tal-miżura. Hija timplika li injezzjoni kapitali trid tkun tal-ammont minimu neċessarju biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(215)

Kif iddikjara l-Bank of Greece fl-ittra tiegħu tat-8 ta' Mejju 2013, minkejja d-daqs żgħir ta' FB Bank, l-irtirar tal-liċenzja tiegħu mingħajr l-applikazzjoni ta' miżuri ta' riżoluzzjoni seta' xejjen il-fiduċja tad-depożituri fis-sistema bankarja Griega u, b'hekk, seta' jħalli impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, il-Bank of Greece żied li fost l-għażliet ta' riżoluzzjoni differenti, huwa kien favur ir-riżoluzzjoni ta' FB Bank permezz tal-applikazzjoni tal-proċedura ta' Xiri u Assorbiment b'konformità mal-MEFP ta' Diċembru 2012. Huwa kien tal-fehma li dik il-proċedura offriet soluzzjoni immedjata u definita għall-problemi ffaċċjati minn FB Bank. Il-Kummissjoni tħoss li dawk l-elementi ta' stabbiltà finanzjarja jappoġġjaw in-neċessità tal-miżuri FB4 u FB5.

(216)

Fir-rigward tal-ammont tal-intervent, fid-deċiżjoni tiegħu 10/1/10.5.2013, il-Bank of Greece ddikjara li ordni ta' trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula kienet is-soluzzjoni ppreferuta, hekk kif din naqqset l-ispiża tar-riżoluzzjoni. Dik id-deċiżjoni kienet konformi wkoll mal-MEFP ta' Marzu 2012. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-ammont finali tad-diskrepanza tal-likwidità kien ivvalutat bir-reqqa mill-awtoritajiet Griegi, li ħadu f'kunsiderazzjoni r-rapport ta' evalwazzjoni mħejji minn awditur statutorju. Il-kontribuzzjoni kopriet eżattament id-differenza bejn il-valur ġust tal-assi trasferiti u l-valur tal-obbligazzjonijiet. Barra minn hekk, l-HFSF impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali sa 9 % biss tal-assi ttrasferiti, kif stmati mill-Bank of Greece. Il-fatt li kien biss il-Bank, minn fost iż-żewġ offerenti, li qabel li jirrevedi l-offerta tiegħu, jappoġġja l-konklużjoni li l-kontribuzzjoni ma kinitx eċċessiva.

(217)

Barra minn hekk, l-ekwità ta' FB Bank ma ġietx ittrasferita u, għalhekk, tħalliet fl-entità likwidata, jiġifieri FB Bank. Għalhekk, l-azzjonisti ser iġarrbu telf sħiħ u l-kontribuzzjoni tal-HFSF mhijiex minfuħa mill-ispiża mġarrba għas-salvataġġ tagħhom.

(218)

Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-għajnuna, kif kien indikat preċedentement fil-premessa (195), wisq probabbli li l-HFSF ma jirkuprax kompletament l-ammont ta' flus li kkontribwixxa (119). Għalhekk, b'mod ċar ma jirċevix remunerazzjoni u l-kontribut tiegħu huwa simili għal għotja. Kif indikat fil-punt 44 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, rikapitalizzazzjoni rimunerata b'mod mhux suffiċjenti tista' tkun aċċettata biss fil-każ ta' banek f'diffikultà li ma jistgħu jħallsu l-ebda rimunerazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li dan huwa l-każ ta' FB Bank. L-assenza ta' rimunerazzjoni tqajjem il-ħtieġa ta' ristrutturar fil-fond, f'konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(219)

B'konklużjoni għal dan, il-miżuri FB4 u FB5 huma meħtieġa bħala għajnuna għas-salvataġġ kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma tagħha biex jintlaħqu l-objettivi li jiġi limitat it-tfixkil fis-sistema bankarja Griega u l-ekonomija kollha kemm hi.

6.2.3.2.3.   Proporzjonalità

(220)

Il-Kummissjoni tinnota li FB Bank ma għadux jeżisti kif kien jeżisti qabel. Il-fatt li l-għajnuna ssalva dawk l-attivitajiet ittrasferiti, fit-teorija tista' toħloq distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv id-daqs żgħir ta' FB Bank u l-proċess tal-bejgħ li fih il-kompetituri kellhom l-opportunità li jagħmlu offerta għal assi u obbligazzjonijiet magħżula ta' FB Bank. Barra minn hekk, immedjatament wara t-trasferiment tagħhom, l-attivitajiet ekonomiċi ta' FB Bank ġew integrati b'mod sħiħ mill-Bank u ma baqgħux jeżistu bħala attività ekonomika separata jew kompetitur. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna ma toħloqx distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni.

Konklużjoni dwar il-konformità tal-miżuri FB4 u FB5

(221)

Ġie konkluż li l-miżuri FB4 u FB5 huma xierqa u neċessarji u, fid-dawl tad-daqs żgħir ta' FB Bank u l-għajbien tiegħu bħala kompetitur awtonomu permezz tal-integrazzjoni sħiħa tiegħu fil-Bank, huma proporzjonati għall-għan maħsub, b'konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

6.2.4.   Il-konformità tal-miżuri ta' għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(222)

Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-miżura FB4, il-Kummissjoni nnotat fil-premessa (218) li probabbilment l-HFSF mhux ser jirkupra kompletament l-EUR 456,97 miljun li ġew injettati għar-riżoluzzjoni ta' FB Bank (il-miżura FB4). In-nuqqas ta' rimunerazzjoni tqajjem il-ħtieġa għal ristrutturar fil-fond, kemm f'termini ta' miżuri għall-vijabbiltà kif ukoll f'termini ta' miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

6.2.4.1.   Il-vijabbiltà fit-tul tal-attivitajiet ta' FB Bank permezz tal-bejgħ

(223)

Il-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistipula li meta l-istituzzjoni tal-kreditu f'diffikultà ma tkunx tista' tirritorna b'mod kredibbli għal vijabbiltà fit-tul, għandhom jiġu kkunsidrati l-likwidazzjoni regolari tagħha jew il-bejgħ tagħha b'irkant. L-Istati Membri għalhekk jistgħu jinkoraġġixxu l-ħruġ ta' atturi mhux vijabbli filwaqt li jippermettu li l-proċess tal-ħruġ iseħħ f'qafas ta' żmien adegwat li jippreserva l-istabbiltà finanzjarja.

(224)

Madankollu, FB Bank ma kienx vijabbli fuq bażi awtonoma u tpoġġa f'likwidazzjoni. F'dan ir-rigward, il-punt 17 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jikkjarifika li “l-bejgħ ta' bank f'diffikultà lil istituzzjoni finanzjarja oħra jista' jikkontribwixxi għar-ritorn għall--vijabbiltà għal tul ta' żmien, dejjem jekk ix-xerrej ikun vijabbli u kapaċi jassorbi t-trasferiment tal-bank f'diffikultà u jista' jgħin fit-trawwmin mill-ġdid tal-fiduċja fis-suq.”

(225)

Kif intqal fis-sezzjoni 7.5.2, fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar tiegħu, il-Bank jista' jitqies bħala entità vijabbli. Għalhekk, il-fatt li l-attivitajiet ta' FB Bank ġew trasferiti lill-Bank, jippermetti li tiġi restawrata l-vijabbiltà fit-tul tagħhom. Barra minn hekk, il-fatt li l-attivitajiet ta' FB Bank kienu integrati b'mod sħiħ (120) fil-Bank u waqfu joperaw bħala kompetitur awtonomu, jikkostitwixxi ristrutturar fil-fond kif meħtieġ mir-rimunerazzjoni mhux biżżejjed tal-għajnuna mill-Istat.

6.2.4.2.   Kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet

(226)

Kif ġie spjegat fil-premessa 216, il-mod magħżul għar-riżoluzzjoni ta' FB Bank jiżgura l-limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar għall-minimu. L-ewwelnett, id-diskrepanza tal-likwidità ġiet ivvalutata bir-reqqa mill-awtoritajiet Griegi, billi ħadu f'kunsiderazzjoni rapport li tħejja minn awdituri indipendenti. Barra minn hekk, l-HFSF impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali tax-xerrej li jirriżultaw mill-attivitajiet ittrasferiti biss sal-ammont minimu meħtieġ mil-liġi. Barra minn hekk, l-integrazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi ta' FB Bank f'entità akbar u r-realizzazzjoni simultanja tas-sinerġiji, permezz tar-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk ta' fergħat ta' FB Bank, it-tisħiħ tal-infrastruttura tal-IT u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-finanzjament, jgħinu sabiex jillimitaw l-ispejjeż tar-ristrutturar għall-minimu, meta mqabbla ma' xenarju fejn l-Istat ikun ipprova jreġġa' lura l-vijabbiltà ta' FB Bank fuq bażi awtonoma.

(227)

L-ekwità u d-dejn subordinat ma ġewx ittrasferiti lill-Bank iżda baqgħu f'FB Bank, l-entità f'likwidazzjoni. B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-piż qiegħed jinqasam b'mod suffiċjenti mill-azzjonisti, hekk kif dawn tal-aħħar ikunu intitolati għal rikavati mil-likwidazzjoni biss jekk ir-rikavati jkunu biżżejjed biex l-ewwel jitħallas lura l-HFSF, li għandu pretensjoni ta' prijorità fuq kredituri oħrajn. Għalhekk, minħabba l-iskarsezza tal-assi likwidati, mhuwiex probabbli li l-azzjonisti jieħdu l-investimenti tagħhom lura.

6.2.4.3.   Miżuri maħsubin sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(228)

Rigward il-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-punt 30 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jipprovdi li “il-Kummissjoni tieħu bħala punt ta' bidu għall-valutazzjoni tagħha tal-bżonn għal dawn il-miżuri d-daqs, l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li l-bank inkwistjoni jkollu mal-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar kredibbli […]. In-natura u l-forma ta' tali miżuri jiddependu fuq żewġ kriterji: l-ewwelnett, l-ammont tal-għajnuna u l-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom ingħatat u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew swieq li fihom jopera l-bank benefiċjarju.”

(229)

L-għajnuna totali rċevuta fil-forma ta' ammonti kapitali għal EUR 606,97 miljun (miżuri FB1, FB4 u FB5), apparati t-titoli tal-gvern Grieg ta' EUR 60 miljun (miżura FB2) u l-garanziji tal-Istat ta' EUR 50 miljun (miżura FB3). Fil-31 ta' Diċembru 2008, il-miżura FB1 kienet tikkorrespondi għal 3,25 % tal-RWA ta' FB Bank. Fil-31 ta' Marzu 2013, il-miżura FB4, li tikkonċerna l-finanzjament tad-diskrepanza tal-likwidità minn FB Bank lill-Bank, kienet tikkorrespondi għal madwar 33,44 % tal-RWA ta' FB Bank. Minnha nnifisha, il-miżura FB5 kienet tikkorrespondi għal 9 % tal-RWA ta' FB Bank ittrasferiti lill-Bank. Dawn l-ammonti ta' għajnuna, flimkien mal-assenza ta' rimunerazzjoni, isejħu għal tnaqqis sinifikanti tal-preżenza fis-suq tal-benefiċjarju.

(230)

Rigward is-suq li fih kien jopera FB Bank, il-Kummissjoni tinnota li FB Bank kien bank żgħir ħafna (inqas minn 0,5 % sehem mis-suq tal-assi totali tal-banek Griegi u sehem tas-suq ta' inqas minn 1 % għal self u depożiti fil-Greċja) u konsegwentement, l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FB Bank li ġew trasferiti fil-Bank kienu relattivament żgħar meta mqabbla mad-daqs tas-sistema bankarja Griega.

(231)

Barra minn hekk, l-attivitajiet ta' FB Bank ġew offruti lill-kompetituri permezz ta' rkant miftuħ. Wara l-bejgħ tiegħu, FB Bank waqaf jeżisti bħala kompetitur awtonomu minħabba li l-attivitajiet ittrasferiti ġew integrati b'mod sħiħ fil-Bank.

(232)

Qiegħed jiġi konkluż li minħabba d-daqs żgħir tal-attivitajiet ittrasferiti, il-proċess miftuħ tal-bejgħ, u l-integrazzjoni sħiħa tal-attivitajiet ta' FB Bank fil-Bank, ma jeżistu l-ebda distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni, minkejja l-ammont kbir ħafna ta' għajnuna u l-assenza tar-rimunerazzjoni.

6.2.4.4.   Konklużjoni dwar il-konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(233)

Abbażi ta' dik l-analiżi, huwa konkluż li l-bejgħ tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' FB Bank u l-integrazzjoni tagħhom fil-Bank jiggarantixxu li l-attivitajiet ta' FB Bank jirritornaw għall-vijabbiltà fit-tul tagħhom, li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u li ma hemm ebda distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni, b'konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

6.2.5.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna relatata ma' FB Bank mas-suq intern

(234)

Il-miżuri ta' għajnuna kollha elenkati fit-Tabella 10 huma għaldaqstant kompatibbli mas-suq intern.

6.3.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA RELATATA MA' PROBANK

6.3.1.   L-eżistenza u l-ammont ta' għajnuna

(235)

Il-Kummissjoni trid l-ewwel tivvaluta jekk il-miżuri jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

6.3.1.1.   L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija minħabba r-riżoluzzjoni ta' Probank (miżuri PB1 u PB2)

(236)

L-HFSF hija entità stabbilita u ffinanzjata mill-Greċja biex tappoġġja banek. Għalhekk, il-miżuri PB1 u PB2 jinvolvu riżorsi Statali. Il-miżuri PB1 u PB2 huma wkoll selettivi fin-natura tagħhom, minħabba li minnhom jibbenifikaw biss l-attivitajiet ta' Probank.

(237)

Barra minn hekk, il-miżuri PB1 u PB2 jipprovdu lill-attivitajiet ta' Probank b'vantaġġ ċar billi jżommuhom ħajjin. F'dak il-każ, l-ordni ta' trasferiment hija bejgħ “en bloc” billi, filwaqt li l-ekwità ma tiġix ittrasferita, l-assi bankarji produttivi ewlenin jiġu ttrasferiti (fergħat, depożiti u self).

(238)

Il-miżuri PB1 u PB2 mhumiex konformi mal-MEIP. Fil-fatt, l-HFSF ma għandu ebda prospett li jagħmel profitt fuq il-kontribuzzjoni tiegħu: fi skambju għall-kontribuzzjoni tiegħu, huwa ma rċieva ebda pretensjoni kontra l-Bank, iżda biss pretensjoni kontra l-entità taħt likwidazzjoni, jiġifieri Probank (121). Għalhekk, l-HFSF probabbilment mhuwiex ser jirkupra kompletament il-flus kontribwiti.

(239)

Il-vantaġġ selettiv li l-miżuri PB1 u PB2 jipprovdu jfixkel il-kompetizzjoni billi jżomm attivita bankarja waħda ħajja, u jippermettilha topera fis-suq u tikkompeti ma' banek oħrajn li huma attivi fil-Greċja jew potenzjalment interessati li jidħlu fis-suq Grieg. Għalhekk, il-miżuri PB1 u PB2 għandhom effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u potenzjalment ifixklu l-kompetizzjoni.

(240)

Għalhekk, qiegħed jiġi konkluż li l-kopertura mill-HFSF tad-diskrepanza fil-finanzjament minn Probank lill-Bank, għall-ammont ta' EUR 562,73 miljun u l-impenn tal-HFSF sabiex ikopri l-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti, li jistgħu jammontaw għal EUR [180 sa 280] miljun, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Benefiċjarju tal-miżuri PB1 u PB2

(241)

L-attivitajiet ta' Probank huma dawk li bbenifikaw mill-miżuri PB1 u PB2, hekk kif dawn tal-aħħar ippermettew il-kontinwazzjoni ta' dawk l-attivitajiet fil-Bank.

(242)

Dwar jekk il-bejgħ tal-attivitajiet ta' Probank jinvolvux għajnuna mill-Istat lill-Bank, f'konformità mal-punt 49 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Kummissjoni teħtieġ li tevalwa jekk intlaħqux ċerti rekwiżiti. Teħtieġ li teżamina b'mod partikolari jekk (i) il-proċess tal-bejgħ kienx mifuħ u mhux diskriminatorju; (ii) il-bejgħ twettaqx fuq termini tas-suq; u iii) l-istituzzjoni finanzjarja jew il-gvern immassimizzawx il-prezz tal-bejgħ għall-assi u l-obbligazzjonijiet involuti.

(243)

Il-Bank akkwista l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' Probank għaliex issottometta l-offerta ppreferuta fil-qafas ta' proċedura tal-offerti mhux diskriminatorja miftuħa għal banek oħrajn. Il-Bank of Greece ddeċieda li jikkuntattja biss lill-akbar erba' banek domestiċi li joperaw fil-Greċja, li minnhom kienu biss il-Bank u bank ieħor li ssottomettew offerti mhux vinkolanti. Il-Bank kien l-offerent ippreferut f'termini tal-prezz u s-sinerġiji mistennija.

(244)

Il-Bank of Greece kkuntattja biss erba' banek. Is-sett limitat ta' xerrejja kkuntattjati ma jistax jeskludi li l-offerta kienet miftuħa, minħabba n-nuqqas ta' banek oħrajn li joperaw fil-Greċja b'daqs suffiċjenti sabiex jassorbu l-attivitajiet offruti u b'kapital adegwat fiż-żmien tar-riżoluzzjoni. Barra minn hekk, sakemm issir ir-riżoluzzjoni ta' Probank, ma kien hemm ebda istituzzjoni finanzjarja u ta' kreditu barranija li ssottomettiet proposta vinkolanti valida għall-akkwist ta' Probank, minkejja l-posponiment ripetut tad-data ta' skadenza. Fiż-żmien tar-riżoluzzjoni, l-interess muri mill-istituzzjonijiet finanzjarji u ta' kreditu barranin fl-involviment f'attivitajiet bankarji fil-Greċja kien limitat ħafna. Barra minn hekk, il-Bank of Greece stabbilixxa minn qabel il-portafoll tal-assi u l-obbligazzjonijiet li għandhom jiġu ttrasferiti u l-iskeda ta' żmien li għandhom jissodisfaw l-offerti sabiex ikunu validi. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċess tal-bejgħ kien wieħed mifuħ u mhux diskriminatorju.

(245)

Il-prezz negattiv (jiġifieri, meta titqies id-diskrepanza fil-finanzjament u l-kopertura tal-ħtiġijiet kapitali msemmija fuq) għall-assi u l-obbligazzjonijiet ta' Probank ma jipprekludix li l-prezz tal-bejgħ jirrifletti l-valur tas-suq tan-negozju (122). Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex tikkunsidra li l-offerta magħmula u l-prezz imħallas ma kinux jirriflettu l-prezz tas-suq tan-negozju. Tabilħaqq, il-valur ġust tal-assi kien stmat mill-Bank of Greece u vverifikat minn awdituri esterni. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni tqis li l-bejgħ ma sarx fuq termini tas-suq. Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, u b'mod konformi mal-punt 49 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-punt 20 tal-Komunikazzjoni ta' Ristrutturar u l-prattika ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (123), ġie konkluż li l-għajnuna mill-Istat lill-Bank tista' tiġi eskluża.

6.3.1.2.   Konklużjoni dwar l-eżistenza u l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta

(246)

Fuq il-bażi tal-premessi (236) sa (240), il-Kummissjoni tħoss li l-miżuri PB1 u PB2 kollha jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat u jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(247)

Għalhekk, qiegħed jiġi konkluż li l-attivitajiet ta' Probank irċevew għajnuna mill-Istat fil-forma ta' appoġġ kapitali ta' EUR [742,7 sa 842,7] miljuni (miżuri PB1 u PB2), kif miġbura fit-Tabella 11.

Tabella 11

Ħarsa ġenerali lejn l-għajnuna totali tal-attivitajiet ta' Probank

Benefiċjarju tal-għajnuna

Miżura

In-natura tal-għajnuna

L-ammont ta' għajnuna (f'miljuni ta' EUR)

L-attivitajiet ta' Probank

PB1

Il-finanzjament tad-diskrepanza tal-finanzjament minn Probank lill-Bank

562,7

PB2

Ittra ta' impenn sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali relatati mal-assi ttrasferiti ta' Probank lill-Bank

[180 sa 280]

Għajnuna kapitali totali mogħtija

[742,7 sa 842,7]

Għajnuna kapitali totali minfuqa

[742,7 sa 842,7]

6.3.2.   Il-bażi legali tal-valutazzjoni tal-kompatibbiltà

(248)

L-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex issib li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern jekk din tkun intiża “biex tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta' Stat Membru”.

(249)

Kif spjegat fil-premessi 206 u 207, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna lill-banek Griegi għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat.

(250)

Kif spjegat fil-premessa 208, b'konformità mal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija għandha tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà: adegwatezza, neċessità u proporzjonalità.

(251)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni tistabbilixxi iktar gwida fuq il-livell ta' rimunerazzjoni meħtieġ għall-injezzjonijiet ta' kapital mill-Istat.

(252)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar spjegat kif se tivverifika l-pjanijiet ta' ristrutturar. Fil-valutazzjoni tagħha tal-pjan ta' ristrutturar taħt il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Kummissjoni sejra tqis il-miżuri kollha li huma elenkati fit-Tabella 11.

6.3.3.   Il-konformità tal-miżuri ta' għajnuna taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni

6.3.3.1.   Adegwatezza

(253)

Fir-rigward tal-adegwatezza tal-miżuri PB1 u PB2, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-kopertura tad-diskrepanza tal-likwidità u l-impenn sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali tax-xerrej relatati mal-assi ttrasferiti huma xierqa minħabba li ppermettew li jsir bejgħ, issalvagwardjaw lid-depożituri ta' Probank u, għalhekk, issalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja. Dawn l-attivitajiet ma kinux ikunu jistgħu jkomplu mingħajr l-għajnuna mill-HFSF, peress li Probank kellu ekwità negattiva fiż-żmien tar-riżoluzzjoni. Fil-kundizzjonijiet diffiċli tas-suq li mbagħad ippredominaw, ebda bank ma seta' jakkwista portafoll ta' assi u obbligazzjonijiet b'valur negattiv li kien jgħarraq il-pożizzjoni tal-adegwatezza kapitali tiegħu. Fl-10 ta' Mejju 2013, il-Bank of Greece ħatar kummissarju fi Probank, li l-kompitu tiegħu kien illi jiżgura li jittieħdu kwalunkwe miżuri neċessarji għall-ikkompletar taż-żieda tal-kapital azzjonarju ta' Probank. Il-fatt li ma kien hemm ebda investitur privat li ssottometta proposta vinkolanti finali għall-akkwist ta' Probank saż-żmien tar-riżoluzzjoni, minkejja l-isforzi tal-kummissarju maħtur fi Probank u l-estensjoni ripetuta tal-iskadenza għaż-żieda tal-kapital azzjonarju ta' Probank, jappoġġja s-sejba li dawk l-attivitajiet ma setgħux jissoktaw mingħajr l-għajnuna riċevuta mill-HFSF. Il-miżura għalhekk żgurat li nżammet l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonstata li l-miżuri huma adegwati bħala għajnuna għas-salvataġġ.

6.3.3.2.   Neċessità

(254)

Skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-miżura ta' għajnuna, fl-ammont u l-forma tagħha, trid tkun meħtieġa biex tikseb l-għan tal-miżura. Hija timplika li injezzjoni kapitali trid tkun tal-ammont minimu neċessarju biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(255)

L-MEFP ta' Mejju 2013 stabbilixxa li għal dawk il-banek mhux ewlenin (124) li ma ssodisfawx ir-rekwiżit kapitali tagħhom, il-Bank of Greece, b'koordinazzjoni mal-HFSF, għandu jivvaluta l-għażliet li jnaqqas l-ispiża għall-kontribwenti tat-taxxa, inklużi proċeduri ta' Xiri u Assorbiment, filwaqt li jiggarantixxi s-sigurtà tad-depożituri.

(256)

Kif iddikjara l-Bank of Greece fid-deċiżjoni tiegħu tas-26 ta' Lulju 2013 (125), l-irtirar tal-liċenzja ta' Probank mingħajr l-applikazzjoni ta' miżuri ta' riżoluzzjoni seta' jħalli impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja.

(257)

Il-Kummissjoni tħoss li dawk l-elementi ta' stabbiltà finanzjarja jappoġġjaw in-neċessità tal-miżuri PB1 u PB2.

(258)

Fir-rigward tal-ammont tal-miżura, id-diskrepanza tal-likwidità ġiet ivvalutata bir-reqqa mill-awtoritajiet Griegi, billi ħadu f'kunsiderazzjoni r-rapport ta' evalwazzjoni mħejji minn awditur statutorju. Il-kontribuzzjoni kopriet eżattament id-differenza bejn il-valur ġust tal-assi trasferiti u l-valur tal-obbligazzjonijiet. Fid-deċiżjoni tiegħu 12/1/26.7.2013, il-Bank of Greece iddikjara li ordni ta' trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula kienet is-soluzzjoni ppreferuta minħabba li din naqqset l-ispiża tar-riżoluzzjoni. Dik id-deċiżjoni hija konformi wkoll mat-Tieni Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja ta' Lulju 2013. Barra minn hekk, l-HFSF impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali sa 9 % biss tal-assi ttrasferiti, kif dawn kienu stmati mill-Bank of Greece.

(259)

Barra minn hekk, l-ekwità ma ġietx ittrasferita lill-Bank u, għalhekk, ser titħalla fl-entità li tinsab f'likwidazzjoni. Għalhekk, l-azzjonisti ta' Probank ser iġarrbu telf sħiħ u l-kontribuzzjoni tal-HFSF mhijiex minfuħa mill-ispiża mġarrba għas-salvataġġ tagħhom.

(260)

Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-għajnuna, kif kien indikat preċedentement fil-premessa 238, wisq probabbli li l-HFSF ma jirkuprax kompletament l-ammont ta' flus li kkontribwixxa. Għalhekk, b'mod ċar ma jirċevix remunerazzjoni u l-kontribut tiegħu huwa simili għal għotja. Kif indikat fil-punt 44 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni, rikapitalizzazzjoni rimunerata b'mod mhux suffiċjenti tista' tkun aċċettata biss fil-każ ta' banek f'diffikultà li ma jistgħu jħallsu l-ebda rimunerazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li dan huwa l-każ ta' Probank. L-assenza ta' rimunerazzjoni tqajjem il-ħtieġa ta' ristrutturar fil-fond, f'konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(261)

B'konklużjoni għal dan, il-miżuri huma meħtieġa bħala għajnuna għas-salvataġġ kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma tagħha biex jinkisbu l-objettivi ta' limitazzjoni tat-tfixkil fis-sistema bankarja Griega u l-ekonomija kollha kemm hi.

6.3.3.3.   Proporzjonalità

(262)

Probank ma għadux jeżisti kif kien jeżisti qabel. Il-fatt li l-għajnuna ssalva dawk l-attivitajiet ekonomiċi ttrasferiti lill-Bank, fit-teorija tista' toħloq distorsjonijiet fil-kompetizzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota d-daqs żgħir ta' Probank u l-proċess tal-bejgħ li fih il-kompetituri kellhom l-opportunità li jagħmlu offerta għal assi u obbligazzjonijiet magħżula ta' Probank. Barra minn hekk, immedjatament wara t-trasferiment tagħhom, l-attivitajiet ekonomiċi ta' Probank se jkunu integrati b'mod sħiħ mill-Bank u se jispiċċaw jeżistu bħala attività ekonomika separata jew kompetitur. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-għajnuna ma toħloqx distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni.

6.3.3.4.   Konklużjoni dwar il-konformità tal-miżuri PB1 u PB2 mal-Komunikazzjoni Bankarja u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

(263)

Ġie konkluż li l-miżuri PB1 u PB2 huma xierqa u neċessarji u, fid-dawl tar-ristrutturar profond imbassar għall-Bank, li fih ġew ittrasferiti l-attivitajiet ekonomiċi ta' Probank, huma proporzjonati għall-għan maħsub, b'konformità mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni.

6.3.4.   Il-konformità tal-miżuri ta' għajnuna mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(264)

Fil-premessa (260), fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-miżura PB1, il-Kummissjoni nnotat li probabbilment l-HFSF mhux ser jirkupra kompletament l-EUR 562,73 miljun li ġew injettati għar-riżoluzzjoni ta' Probank (il-miżura PB1). In-nuqqas ta' rimunerazzjoni tqajjem il-ħtieġa għal ristrutturar fil-fond, kemm f'termini ta' miżuri għall-vijabbiltà kif ukoll f'termini ta' miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

6.3.4.1.   Il-vijabbiltà fit-tul tal-attivitajiet ta' Probank permezz tal-bejgħ

(265)

Il-punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid li meta l-istituzzjoni tal-kreditu f'diffikultà ma tkunx tista' tirritorna b'mod kredibbli għal vijabbiltà fit-tul, għandhom jiġu kkunsidrati l-likwidazzjoni regolari tagħha jew il-bejgħ tagħha b'irkant. L-Istati Membri għalhekk jistgħu jinkoraġġixxu l-ħruġ ta' atturi mhux vijabbli filwaqt li jippermettu li l-proċess tal-ħruġ iseħħ f'qafas ta' żmien adegwat li jippreserva l-istabbiltà finanzjarja.

(266)

Madankollu, Probank ma kienx vijabbli fuq bażi awtonoma u tpoġġa f'likwidazzjoni. F'dan ir-rigward, il-punt 17 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jikkjarifika li “l-bejgħ ta' bank f'diffikultà lil istituzzjoni finanzjarja oħra jista' jikkontribwixxi għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul, jekk ix-xerrej ikun vijabbli u kapaċi jassorbi t-trasferiment tal-bank f'diffikultà u jista' jgħin biex jirrestawra l-fiduċja fis-suq.”

(267)

Kif intqal fis-sezzjoni 7.5.2, fuq il-bażi tal-pjan ta' ristrutturar tiegħu, il-Bank jista' jitqies bħala entità vijabbli. Għalhekk, il-fatt li l-attivitajiet ta' Probank ġew trasferiti lill-Bank, jippermetti li tiġi restawrata l-vijabbiltà fit-tul tagħhom. Barra minn hekk, il-fatt li l-attivitajiet ta' Probank kienu integrati b'mod sħiħ (126) fil-Bank u waqaf jopera bħala entità indipendenti, jikkostitwixxi ristrutturar fil-fond kif meħtieġ mir-rimunerazzjoni mhux biżżejjed tal-għajnuna mill-Istat.

6.3.4.2.   Kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet

(268)

Kif ġie spjegat fil-premessa 258, il-mod magħżul għar-riżoluzzjoni ta' Probank jiżgura l-limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar għall-minimu. L-ewwelnett, id-diskrepanza tal-likwidità ġiet ivvalutata bir-reqqa mill-awtoritajiet Griegi, billi ħadu f'kunsiderazzjoni rapport li tħejja minn awdituri indipendenti. Barra minn hekk, l-HFSF impenja ruħu li jkopri l-ħtiġijiet kapitali tax-xerrej li jirriżultaw mill-assi ttrasferiti biss sal-ammont minimu meħtieġ mil-liġi. Barra minn hekk, l-integrazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi ta' Probank f'entità akbar u r-realizzazzjoni simultanja tas-sinerġiji, b'mod partikolari permezz tar-razzjonalizzazzjoni tan-netwerk ta' fergħat ta' Probank, it-tisħiħ tal-infrastruttura tal-IT u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-finanzjament, jikkontribwixxu għal-limitazzjoni tal-ispejjeż tar-ristrutturar għall-minimu, meta mqabbla ma' xenarju fejn l-Istat ikun ipprova jreġġa' lura l-vijabbiltà ta' Probank fuq bażi awtonoma.

(269)

L-ekwità u d-dejn subordinat ma ġewx ittrasferiti lill-Bank iżda baqgħu fl-entità f'likwidazzjoni. B'hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-piż qiegħed jinqasam b'mod suffiċjenti mill-azzjonisti, hekk kif dawn tal-aħħar ikunu intitolati għal rikavati mil-likwidazzjoni biss jekk ir-rikavati jkunu biżżejjed biex l-ewwel jitħallas lura l-HFSF, li għandu pretensjoni ta' prijorità fuq kredituri oħrajn. Għalhekk, minħabba l-iskarsezza tal-assi likwidati, mhuwiex probabbli li l-azzjonisti jieħdu l-investimenti tagħhom lura.

6.3.4.3.   Miżuri maħsubin sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(270)

Rigward il-miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-punt 30 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jipprovdi li “il-Kummissjoni tieħu bħala punt ta' bidu għall-valutazzjoni tagħha tal-bżonn għal dawn il-miżuri d-daqs, l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li l-bank inkwistjoni jkollu mal-implimentazzjoni ta' pjan ta' ristrutturar kredibbli […]. In-natura u l-forma ta' tali miżuri jiddependu fuq żewġ kriterji: l-ewwelnett, l-ammont tal-għajnuna u l-kondizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li taħthom ingħatat u, it-tieni, il-karatteristiċi tas-suq jew swieq li fihom jopera l-bank benefiċjarju.”

(271)

Rigward l-ammont ta' għajnuna riċevuta, l-għajnuna totali rċevuta fil-forma ta' kapital ammontat għal EUR [742,7 sa 842,7] miljun (miżuri PB1 u PB2). Miżura PB1, kienet tikkorrespondi għal madwar 21,15 % tal-RWA ta' Probank fit-30 ta' Ġunju 2013. Minnha nnifisha, il-miżura PB2 kienet tikkorrespondi għal […] % tal-assi ttrasferiti minn Probank. Dawn l-ammonti ta' għajnuna, flimkien mal-assenza ta' rimunerazzjoni, isejħu għal tnaqqis sinifikanti tal-preżenza fis-suq tal-benefiċjarju.

(272)

Rigward is-suq li fih kien jopera Probank, il-Kummissjoni tinnota li Probank kien bank żgħir ħafna (madwar 1 % tal-assi totali tal-banek Griegi u sehem mis-suq ta' madwar 1 % tas-self u inqas minn 2 % għad-depożiti) u konsegwentement, l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' Probank li ġew trasferiti fil-Bank kienu żgħar meta mqabbla mad-daqs tas-sistema bankarja Griega.

(273)

Barra minn hekk, l-attivitajiet ta' Probank ġew offruti lill-kompetituri permezz ta' rkant miftuħ. Wara l-bejgħ tiegħu, Probank waqaf jeżisti bħala kompetitur awtonomu minħabba li l-attivitajiet ittrasferiti ġew integrati b'mod sħiħ fil-Bank.

(274)

Huwa konkluż li minħabba d-daqs żgħir tal-attivitajiet ittrasferiti, il-proċess miftuħ tal-bejgħ u l-integrazzjoni sħiħa tal-attivitajiet ta' Probank fil-Bank, ma jeżistu l-ebda distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni, minkejja l-ammont kbir ħafna ta' għajnuna u l-assenza tar-rimunerazzjoni.

6.3.4.4.   Konklużjoni dwar il-konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(275)

Abbażi ta' dik l-analiżi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-bejgħ tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula ta' Probank u l-integrazzjoni tagħhom fil-Bank jiżguraw ir-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul tal-attiivtajiet ta' Probank, li l-għajnuna hija limitata għall-minimu neċessarju u li ma hemm ebda distorsjoni żejda tal-kompetizzjoni, b'konformità mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

6.3.5.   Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà tal-għajnuna relatata ma' Probank mas-suq intern

(276)

Il-miżuri ta' għajnuna kollha elenkati fit-Tabella 11 għaldaqstant huma kompatibbli mas-suq intern.

7.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA MOGĦTIJA LILL-BANK

7.1.   L-EŻISTENZA U L-AMMONT TA' GĦAJNUNA

(277)

Il-Kummissjoni trid tistabbilixxi l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.1.1.   L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija taħt l-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi L1905

7.1.1.1.   L-appoġġ ta' likwidità mogħti mill-Istat taħt il-garanzija u l-miżuri ta' self obbligazzjonarju mill-gvern (il-miżura L1)

(278)

Il-Kummissjoni diġà stabbilixxiet fid-deċiżjonijiet li japprovaw u jestendu l-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi (127) li l-appoġġ ta' likwidità mogħti taħt l-iskema jikkostitwixxi għajnuna. L-ammont pendenti tal-garanziji mill-15 ta' April 2011 kien EUR 12 873 miljun u laħaq it-EUR 14 798 miljun mit-30 ta' Novembru 2013. F'dawk id-dati, is-self pendenti tal-bonds tal-gvern lill-Bank kien jammonta għal EUR 787 miljun u EUR 847 miljun, rispettivament. L-appoġġ ta' likwidità mogħti fil-ġejjieni taħt l-Iskema wkoll ikun jikkostitwixxi għajnuna.

7.1.1.2.   Rikapitalizzazzjoni mill-Istat mogħtija bl-Iskema ta' Rikapitalizzazzjoni (miżura A)

(279)

Fid-Deċiżjoni tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi, il-Kummissjoni diġà stabbiliet li r-rikapitalizzazzjoni li għandha tingħata bil-miżura ta' rikapitalizzazzjoni inkluża f'dik l-iskema tikkostitwixxi għajnuna. Il-Bank irċieva EUR 1 350 miljun permezz ta' ishma privileġġati, li jirrappreżentaw 2,1 % tal-RWA tal-Bank (128).

(280)

Fl-2010, il-Greċja introduċiet diversi bidliet fil-parametri tekniċi ta' dawk l-ishma ta' preferenza li permezz tagħhom, jekk l-ishma ta' preferenza ma jiġux mifdijin fi żmien ħames snin, il-kupun imbagħad jiżdied bi 2 % kull sena. Peress li l-bidliet iżidu r-rimunerazzjoni tal-Istat, fil-każ li dawn ma jiġux mifdija jew konvertiti wara ħames snin, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-modifiki tal-parametri tekniċi ma jipprovdu l-ebda vantaġġ lill-Bank u għalhekk ma jinvolvux għajnuna addizzjonali mill-Istat.

7.1.2.   L-eżistenza tal-għajnuna fl-ELA garantita mill-Istat (miżura L2)

(281)

Fil-punt 51 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Kummissjoni kkjarifikat li l-provvediment tal-fondi tal-banek ċentrali għall-istituzzjonijiet finanzjarji ma jikkostitwix għajnuna jekk jiġu ssodisfati erba' kundizzjonijiet kumulattivi rigward is-solvenza tal-istituzzjoni finanzjarja, il-kollateralizzazzjoni tal-faċilità, ir-rata tal-imgħax imposta fuq l-istituzzjoni finanzjarja u l-assenza ta' kontrogaranzija mill-Istat. Billi l-ELA garantita mill-Istat mogħtija lill-Bank ma tikkonformax ma' dawk l-erba' kondizzjonijiet kumulattivi, b'mod partikolari minħabba li hija garantita mill-Istat u tingħata flimkien ma' miżuri ta' appoġġ oħrajn, ma jistax jiġi konkluż li l-ELA garantita mill-Istat ma tikkostitwixxi ebda għajnuna mill-Istat.

(282)

L-ELA garantita mill-Istat tilħaq il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ewwelnett, minħabba li l-miżura tinkludi garanzija mill-Istat favur il-Bank of Greece, kwalunkwe telf jitħallas mill-Istat. Għalhekk, il-miżura tinvolvi r-riżorsi Statali. L-ELA ggarantita mill-Istat tippermetti lill-banek jiksbu finanzjament fi żmien meta ma jkollhom ebda aċċess għas-suq tal-finanzjament tal-operaturi u għall-operazzjonijiet standard ta' rifinanzjament tal-Eurosistema. Għalhekk, l-ELA garantita mill-Istat tagħti vantaġġ lill-Bank. Minħabba li l-ELA garantita mill-Istat hija limitata għas-settur bankarju, il-miżura hija selettiva. Minħabba li l-ELA garantita mill-Istat tippermetti lill-Bank ikompli jopera fis-suq u tevita li dan jisfa inadempjenti u jkollu joħroġ mis-suq, mela hija titqies bħala li tfixkel il-kompetizzjoni. Billi l-Bank huwa attiv fi Stati Membri oħrajn u billi l-istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħrajn joperaw jew potenzjalment ikunu interessati li joperaw fil-Greċja, il-vantaġġ mogħti lill-Bank jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(283)

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-ammont ta' ELA garantita mill-Istat varja matul iż-żmien. Fil-31 ta' Diċembru 2012, hija kienet tammonta għal madwar EUR 30,9 biljun.

7.1.3.   L-eżistenza tal-għajnuna fil-miżuri mogħtija permezz tal-HFSF (miżuri B1, B2 u B3)

7.1.3.1.   L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B1)

(284)

Fit-taqsima 5.1 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG, il-Kummissjoni diġà kkonkludiet li l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-kapital riċevut kien jammonta għal EUR 7 430 miljun.

7.1.3.2.   It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja (il-miżura B2)

(285)

Il-miżura B2 ġiet implimentata bir-riżorsi tal-HFSF, li, kif ġie spjegat fil-premessa 49 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG, involvew ir-riżorsi Statali.

(286)

Fir-rigward tal-eżistenza ta' vantaġġ, il-miżura B2 żiedet il-proporzjon tal-kapital tal-Bank għal livell li ppermettielu jkompli jiffunzjona fis-suq u jikseb aċċess għall-finanzjament mill-Eurosistema. Barra minn hekk, ir-rimunerazzjoni tal-miżura B2 tikkonsisti f'imgħax akkumulat fuq in-noti tal-EFSA u miżata addizzjonali ta' 1 %. Minħabba li r-rimunerazzjoni hija evidentement aktar baxxa mir-rimunerazzjoni ta' strumenti kapitali simili fis-suq, ċertament li l-Bank ma kienx ikun jista' jiġbor dak il-kapital fuq tali termini fis-suq. Għalhekk, il-miżura B2 tat vantaġġ lill-Bank mir-riżorsi Statali. Minħabba li l-miżura tpoġġiet disponibbli biss għall-Bank, hija kienet selettiva fin-natura tagħha.

(287)

Il-pożizzjoni tal-Bank issaħħet bħala riżultat tal-miżura B2, billi l-Bank kien ipprovdut bir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex ikun jista' jkompli jikkonforma mar-rekwiżiti kapitali, sitwazzjoni li b'hekk wasslet għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Peress li l-Bank huwa attiv fi swieq bankarji fi Stati Membri oħrajn u minħabba li hemm istituzzjonijiet finanzjarji minn Stati Membri oħrajn li joperaw fil-Greċja, b'mod partikolari fis-suq tal-assigurazzjoni, il-miżura B2 taffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(288)

Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura B2 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Hija kienet innotifikata bħala għajnuna mill-awtoritajiet nazzjonali. Il-kapital riċevut kien jammonta għal EUR 2 326 miljun.

7.1.3.3.   Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B3)

(289)

Il-parteċipazzjoni tal-HFSF fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B3) hija l-konverżjoni parzjali tal-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2) f'rikapitalizzazzjoni permanenti ta' EUR 8 677 miljun f'ishma ordinarji. Billi l-miżura B3 hija l-konverżjoni tal-għajnuna diġà mogħtija, hija xorta waħda tinvolvi riżorsi Statali, iżda hija ma żżidx l-ammont nominali tal-għajnuna. Madankollu, għal ammont nominali ta' għajnuna mogħtija, hija żżid il-vantaġġ għall-Bank (u, għalhekk, id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni), minħabba li hija rikapitalizzazzjoni permanenti u mhux rikapitalizzazzjoni temporanja bħal fil-każ tal-miżuri B1 u B2.

(290)

Dan l-appoġġ ma ngħatax lill-banek kollha li joperaw fil-Greċja. Fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ, il-Kummissjoni pereżempju tinnota li l-għajnuna ppermettiet lill-Bank li jwettaq l-operazzjonijiet tiegħu fi Stati Membri oħra, bħar-Rumanija jew il-Bulgarija. Likwidazzjoni tal-Bank kienet twassal għat-tmiem tal-attivitajiet tiegħu barra l-pajjiż, permezz tal-likwidazzjoni ta' dawk l-attivitajiet jew l-bejgħ ta' dawk in-negozji. Barra minn hekk, l-attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-Bank of Greece jikkompetu mal-attivitajiet tas-sussidjarji tal-kumpaniji tal-assigurazzjoni minn Stati Membri oħra. Għalhekk, il-miżura tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-miżura B3 tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

7.1.3.4.   Konklużjoni dwar il-miżuri B1, B2, u B3

(291)

Il-miżuri B1, B2 u B3 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-ammont ta' għajnuna mill-Istat inkluż fil-miżuri B1, B2 u B3 huwa ta' EUR 9 756 miljun. Kif ġie indikat fit-taqsima 7.1.3.3, parti biss mill-ewwel u mit-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (il-miżuri B1 u B2) ġiet ikkonvertita f'rikapitalizzazzjoni permanenti ta' EUR 8 677 miljun (miżura B3), filwaqt li l-bilanċ tħallas lura lill-HFSF sitt xhur wara li ngħata (129).

(292)

Il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jindika li, minbarra l-ammont assolut ta' għajnuna, il-Kummissjoni għandha tieħu f'kunsiderazzjoni l-għajnuna “fir-rigward tal-assi mwieżna għar-riskji tal-bank”. Il-miżuri B1, B2 u B3 ingħataw matul perjodu ta' sena, minn April 2012 (130) sa Mejju 2013. Matul dan il-perjodu, ir-RWA tal-Bank inbidel. Għalhekk, qamet il-mistoqsija dwar liema livell ta' RWA għandu jintuża u, b'mod partikolari, jekk l-għajnuna mill-Istat għandhiex tiġi vvalutata b'referenza għall-RWA li kien jeżisti fil-bodu tal-perjodu jew fi tmiem il-perjodu. Il-miżuri B1, B2 u B3 għandhom l-għan li jkopru ħtieġa kapitali identifikata mill-Bank of Greece f'Marzu 2012 (it-test tal-istress tal-2012). Fi kliem ieħor, il-ħtiġijiet kapitali li dawk il-miżuri ta' appoġġ mill-Istat għandhom l-għan li jindirizzaw kienu diġà jeżistu f'Marzu 2012. Għalhekk, il-Kummissjoni tal-fehma li l-ammont ta' għajnuna inkluż fil-miżuri B1, B2 u B3 għandu jitqabbel mal-RWA tal-Bank fil-31 ta' Marzu 2012. Huwa mfakkar ukoll li, wara Marzu 2012 u sar-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, il-Bank of Greece ma ħax f'kunsiderazzjoni l-akkwiżizzjonijiet magħmula mill-banek Griegi sabiex jaġġusta l-ħtiġijiet kapitali tagħhom 'il fuq jew 'l isfel. Dak il-fattur ikompli juri li l-miżuri B1, B2, u B3 kienu miżuri ta' għajnuna relatati mal-perimetru tal-Bank kif kien jeżisti fil-31 ta' Marzu 2012.

(293)

L-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji flimkien ammontaw għal EUR 9 756 miljun. Dak l-ammont jirrappreżenta 15,3 % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank fil-31 ta' Marzu 2012.

(294)

Billi l-Bank irnexxielu jattira kapital privat, l-ammont attwali injettat mill-HFSF fil-Bank ammonta biss għal EUR 8 677 miljun, li jirrappreżenta 13,6 % tal-RWA tal-Bank fil-31 ta' Marzu 2012.

7.1.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza u l-ammont totali tal-għajnuna riċevuta mill-Bank

(295)

Il-miżuri A, B1, B2, B3, L1988 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Dawk il-miżuri huma miġbura fil-qosor fit-Tabella 12.

Tabella 12

Ħarsa ġenerali lejn l-għajnuna totali riċevuta mill-Bank

Ref.

Miżura

Tip ta' miżura

Ammont ta' għajnuna

Għajnuna/RWA

A

Ishma Privileġġati

Appoġġ kapitali

EUR 1 350 miljun

2,1 %

B1

B2

L-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja

It-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja

Appoġġ kapitali

EUR 7 430 miljun

EUR 2 326 miljun

15,3 %

Għajnuna kapitali totali mogħtija lill-Bank

EUR 11 106 miljun

17,3 %

B3

Ir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013

Appoġġ kapitali

EUR 8 677 miljun

 

Għajnuna kapitali totali mogħtija lill-Bank, għajr għajnuna mħallsa lura fi żmien 6 xhur

EUR 10 027 miljun

15,6 %

Ref.

Miżura

Tip ta' miżura

Ammont nominali ta' għajnuna

 

L2024

Appoġġ ta' likwidità

Garanzija

Self obbligazzjonarju

Garanziji: EUR 14,8 biliun

Self obbligazzjonarju: EUR 0,8 biliun

Fit-30 ta' Novembru 2013

L2033

ELA garantita mill-Istat

Finanzjament u Garanzija

EUR 30,9 biliun

Fil-31 ta' Diċembru 2012

Għajnuna ta' likwidità totali mogħtija lill-Bank

EUR 46,5 biliun

 

7.2.   IL-BAŻI LEGALI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ

(296)

Kif ġie konkluż fil-premessa 207, il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna għandha tkun l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat (131).

(297)

Matul il-kriżi finanzjarja, il-Kummissjoni żviluppat kriterji tal-kompatibbiltà għat-tipi differenti ta' miżuri ta' għajnuna. Il-prinċipji għall-valutazzjoni tal-miżuri ta' għajnuna ġew stipulati għall-ewwel darba fil-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008.

(298)

Il-gwida għall-miżuri ta' rikapitalizzazzjoni tista' tinstab fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u fil-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011.

(299)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tiddefinixxi l-approċċ adottat mill-Kummissjoni fir-rigward tal-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' ristrutturar, b'mod partikolari l-ħtieġa tar-ritorn għall-vijabbiltà, biex jiġi żgurat kontribut adegwat mill-benefiċjarju u jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(300)

Dak il-qafas kien ikkumplimentat mill-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013, li tapplika għall-miżuri ta' għajnuna nnotifikati jew mogħtija mingħajr approvazzjoni minn qabel wara l-31 ta' Lulju 2013.

7.2.1.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-appoġġ ta' likwidità lill-Bank (il-miżura L1)

(301)

L-appoġġ ta' likwidità diġà riċevut mill-Bank ġie approvat b'mod definittiv permezz tad-deċiżjonijiet suċċessivi li jawtorizzaw il-miżuri bl-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi u l-emendi u l-estensjonijiet tal-Iskema. (132). Kwalunkwe appoġġ ta' likwidità fil-ġejjieni għall-Bank ser ikollu jingħata taħt skema li tkun debitament approvata mill-Kummissjoni. It-termini ta' din l-għajnuna ser ikollhom jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni qabel tingħata u, għalhekk, ma għandhomx bżonn jiġu vvalutati aktar f'din id-deċiżjoni.

7.2.2.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ishma privileġġati (il-miżura A)

(302)

Ir-rikapitalizzazzjoni mogħtija fl-2009 fil-forma ta' ishma privileġġati (il-miżura A) ingħatat taħt il-miżura ta' rikapitalizzazzjoni tal-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi, li kienet approvata fl-2008 skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008. Għalhekk, ma għandhiex bżonn terġa' tiġi valutata skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u għandha tiġi valutata skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.2.3.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2)

(303)

Il-kompatibbiltà tal-ELA garantita mill-Istat (il-miżura L2) għandha l-ewwel tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Kwalunkwe ELA garantita mill-Istat mogħtija wara l-31 ta' Lulju 2013 taqa' taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013.

7.2.4.   Il-bażi legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2 u B3)

(304)

Il-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2 u B3), b'mod partikolari fir-rigward tar-rimunerazzjoni, għandha l-ewwel tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura B1 ma' dawk il-Komunikazzjonijiet. Peress li dawn kienu implimentati qabel l-1 ta' Awwissu 2013, dawn il-miżuri ma jaqgħux taħt il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013. Il-kompatibbiltà tar-rikapitalizzazzjonijiet mill-HFSF (il-miżuri B1, B2 u B3) għandha tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.3.   KONFORMITÀ TAL-MIŻURA L2 MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2008, IL-KOMUNIKAZJONI TA' ESTENSJONI TAL-2011 U L-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2013

(305)

Sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, hija għandha tikkonforma mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà: l-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità.

(306)

Minħabba li l-banek Griegi ma baqgħux joperaw aktar fis-swieq tal-operaturi u saru kompletament dipendenti fuq il-finanzjament mill-bank ċentrali, kif ġie indikat fil-premessa 46, u ladarba l-Bank ma setax jidħol għal self ta' ammont suffiċjenti ta' fondi permezz tal-operazzjonijiet standard ta' rifinanzjament, il-Bank kellu jiddependi fuq l-ELA L2075L2076mekkaniżmu xieraq sabiex jirrimedja t-taqlib serju li seta' jiġi kkawżat mill-inadempjenza tal-Bank.

(307)

Billi l-ELA garantita mill-Istat tinvolvi spiża relattivament għolja ta' finanzjament għall-Bank, il-Bank għandu biżżejjed inċentiv sabiex jevita li jkollu jiddependi fuq dak is-sors ta' finanzjament sabiex jiżviluppa l-attivitajiet tiegħu. Il-Bank kellu jħallas rata ta' imgħax ta' […] bps ogħla mill-operazzjonijiet standard ta' rifinanzjament bl-Eurosistema. Barra minn hekk, il-Bank kellu jħallas miżata ta' garanzija ta' […] bps lill-Istat. Bħala riżultat, l-ispiża totali tal-ELA garantita mill-Istat għall-Bank hija ferm ogħla mill-ispejjeż normali tar-rifinanzjament mill-BĊE. B'mod partikolari, id-differenza bejn tal-ewwel u tal-aħħar hija ogħla mil-livell tal-miżata ta' garanzija mitluba mill-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. B'riżultat ta' dan, ir-rimunerazzjoni totali mitluba mill-Istat tista' titqies bħala suffiċjenti. Fir-rigward tal-ammont tal-ELA garantita mill-Istat, dan jiġi rivedut regolarment mill-Bank of Greece u mill-BĊE fuq il-bażi tal-ħtiġijiet proprji tal-Bank. Huma L2092L2093L2094

(308)

Tali skrutinju mill-qrib tal-użu tal-ELA garantita mill-Istat u l-verifika regolari li l-użu tagħha huwa limitat għall-minimu jiżguraw ukoll li l-likwidità tkun proporzjonata u li ma twassalx għal distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer jimplimenta pjan ta' ristrutturar li jnaqqas id-dipendenza tiegħu fuq il-finanzjament mill-bank ċentrali u li l-Bank sejjer jikkonforma mal-limitazzjonijiet fl-imġiba, kif ġie analizzat fit-taqsima 7.6. Dan jiżgura li d-dipendenza fuq l-appoġġ ta' likwidità sejra tintemm mill-aktar fis possibbli u li tali għajnuna tkun proporzjonata.

(309)

Il-miżura L2 għalhekk hija konformi mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 Peress li li l-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 ma daħħlet l-ebda obbligi ulterjuri f'dak li għandu x'jaqsam ma' garanziji, il-miżura L2 hija konformi ukoll mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013.

7.4.   IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURI B1, B2 U B3 MAL-KOMUNIKAZZJONI BANKARJA TAL-2008, MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RIKAPITALIZZAZZJONI U MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ESTENSJONI TAL-2011

(310)

Kif indikat fil-Premessa 305, sabiex għajnuna tkun kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, trid tkun kompatibbli mal-kriterji ġenerali għall-kompatibbiltà (133): l-adegwatezza, in-neċessità u l-proporzjonalità.

(311)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u l-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011 jistabbilixxu iktar gwida fuq il-livell ta' rimunerazzjoni meħtieġ għall-injezzjonijiet ta' kapital tal-Istat.

7.4.1.   Adegwatezza tal-Miżuri

(312)

Il-Kummissjoni tikkunsidra r-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF (miżuri B1, B2 u B3) adegwati għaliex jipprevjenu l-falliment tal-Bank. Mingħajrhom, l-attivitajiet tagħhom ma setgħux ikomplu peress li l-Bank kellu ekwità negattiva fl-aħħar tal-2012. (134).

(313)

F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni nnotat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG li l-Bank huwa waħda mill-akbar istituzzjonijiet bankarji fil-Greċja, kemm f'termini ta' self kif ukoll f'termini ta' ġbir ta' depożiti. Bħala tali, il-Bank huwa bank sistematikament importanti għall-Greċja. Taħt iċ-ċirkostanzi li kienu prevalenti, l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Greċja kellhom diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzjament. Taħt dawk iċ-ċirkostanzi prevalenti, l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-Greċja kellhom diffikultajiet sabiex jiksbu aċċess għall-finanzjament. Dak in-nuqqas ta' finanzjament illimita l-abbiltà tagħhom li jipprovdu self lill-ekonomija Griega. F'dak il-kuntest, it-taqlib fl-ekonomija seta' jiġi aggravat mill-inadempjenza tal-Bank. Barra minn hekk, il-miżuri B1, B2 u B3 ġew prinċipalment minħabba l-programm tal-PSI, avveniment straordinarju u inprevedibbli kbir, u mhux primarjament bħala riżultat ta' ġestjoni ħażina jew ta' teħid eċċessiv ta' riskji mill-Bank. B'hekk il-miżuri jindirizzaw prinċipalment mar-riżultati tal-programm tal-PSI u jikkontribwixxu għaż-żamma tal-istabbilità finanzjarja fil-Greċja.

(314)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ ta' NBG, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar kemm kienu ttieħdu immedjatament il-passi kollha possibbli biex il-Bank ma jkollux bżonn l-għajnuna fil-futur. Kif ġie indikat fil-premessi 156, 157, 158 ta' din id-Deċiżjoni, il-Greċja impenjat ruħha li timplimenta għadd ta' azzjonijiet relatati mal-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali tal-Bank. Kif ġie deskritt fit-taqsima 2.4, il-Bank beda jirristruttura wkoll l-attivitajiet tiegħu bi tnaqqis fl-ispejjeż diġà implimentati. Għalhekk, id-dubji tal-Kummissjoni ttaffew.

(315)

Fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk kienx hemm biżżejjed salvagwardji f'każ li l-Bank jaqa' taħt il-kontroll tal-Istat jew f'każ li l-azzjonisti privati jżommu l-kontroll waqt li l-maġġoranza tal-proprjetà tinżamm mill-Istat. L-impenji deskritti fil-premessi (156), (157), (158) jiżguraw li l-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Bank jitmexxew fuq bażi kummerċjali u li n-negozju ta' kuljum jiġi protett minn interferenza Statali. Il-qafas tar-relazzjoni miftiehem bejn l-HFSF u l-Bank jiżgura wkoll li l-interessi tal-Istat bħala l-azzjonist prinċipali jiġu mħarsa kontra t-teħid ta' riskji eċċessivi mill-maniġment tal-Bank.

(316)

Għalhekk, il-miżuri B1, B2 u B3 jiżguraw li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fil-Greċja. Ittieħdu azzjonijiet sinifikanti sabiex jimminimizzaw telf futur u sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet tal-Bank ma jiġux imfixkla minn governanza mhux xierqa. Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri B1, B2 u B3 huma xierqa.

7.4.2.   Neċessità — limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu

(317)

Skont il-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, il-miżura ta' għajnuna, fl-ammont u l-forma tagħha, tkun tali li permezz tagħha jkun jista' jintlaħaq l-objettiv. Dan ifisser li injezzjoni ta' kapital trid tkun tal-ammont minimu neċessarju biex jintlaħaq it-tali objettiv.

(318)

L-ammont ta' appoġġ kapitali kien ikkalkolat mill-Bank of Greece fil-qafas tat-test tal-istress tal-2012 bil-għan li jiġi żgurat li l-proporzjon ta' kapital fil-Grad 1 tal-Bank jibqa' 'l fuq minn ċertu livell matul il-perjodu 2012-2014, kif rifless fit-Tabella 3. Għalhekk, il-miżuri B1, B2 u B3 ma jipprovdux lill-Bank b'kapital żejjed. Kif spjegat fil-Premessa 314, ittieħdu azzjonijiet biex jitnaqqas ir-riskju li l-Bank ikollu bżonn għajnuna addizzjonali fil-futur.

(319)

Fir-rigward tar-rimunerazzjoni tal-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji (miżuri B1 u B2), il-Kummissjoni tfakkar li dawn ingħataw f'Mejju u f'Diċembru 2012 u tħallsu fil-forma ta' noti EFSF. Bħala rimunerazzjoni, l-HFSF, mid-data tal-iżborżament tat-tali noti EFSF sad-data tar-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013, irċieva l-imgħax akkumulat fuq in-noti EFSF u dritt ta' 1 %. (135). Kif ġie enfasizzat fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG, dik ir-rimunerazzjoni hija aktar baxxa mill-medda ta' bejn 7 % u 9 % definita fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, il-perjodu ta' rimunerazzjoni baxxa kien limitat għal sena waħda għall-miżura B1 u ħames xhur għall-miżura B2 (jiġifieri, sal-konverżjoni tar-rikapitalizzazzjoni tranżitorja f'rikapitalizzazzjoni standard f'ishma ordinarji, jiġifieri l-miżura B3). Filwaqt li l-ewwel u t-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji ma wasslux għad-dilwizzjoni tal-azzjonisti eżistenti, ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, li kienet il-konverżjoni parzjali tal-ewwel u tat-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji, wasslet għal dilwizzjoni qawwija tal-azzjonisti pre-eżistenti, minħabba li s-sehem tagħhom fl-ekwità tal-Bank niżel għal 5,1 %. Is-sitwazzjoni anormali li pprevaliet mid-data tal-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja mbagħad ġiet fi tmiemha. Għaldaqstant, id-dubji mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG ttaffew.

(320)

Barra minn hekk, minħabba s-sors atipiku tad-diffikultajiet tal-Bank, fejn it-telf prinċipalment jiġi minn rinunzja ta' dejn favur l-Istat (il-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn, li jipprovdu vantaġġ sinifikanti lill-Istat, jiġifieri, tnaqqis tad-dejn) u mill-konsegwenzi ta' riċessjoni mtawwla fl-ekonomija domestika tal-Bank, il-Kummissjoni tista' taċċetta devjazzjoni temporanja bħal din mir-rekwiżiti ta' rimunerazzjoni standard stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. (136).

(321)

Fir-rigward tal-miżura B3, skont il-punt 8 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, l-injezzjonijiet ta' kapital għandhom jiġu sottoskritti bi skont suffiċjenti għall-prezz tal-ishma, aġġustat għall-effett ta' dilwizzjoni, sabiex b'hekk tingħata assigurazzjoni raġonevoli ta' rimunerazzjoni adegwata għall-Istat. Filwaqt li l-miżura B3 ma pprevediet ebda skont sinjifikanti għall-prezz tal-ishma kif aġġustat għall-effett ta' dilwizzjoni, fil-fatt kien impossibbli li jinkiseb skont sinjifikanti għall-prezz teoretiku qabel il-ħruġ ta' ishma bi dritt. (137). Qabel ir-rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013, il-kapital tal-Bank kien negattiv u l-kapitalizzazzjoni tas-suq tiegħu kienet biss frazzjoni tal-ammont taż-żieda kapitali li għandha ssir. F'ċirkostanzi bħal dawn, tqum il-kwistjoni dwar jekk l-azzjonisti eżistenti kellhomx jiġu eliminati għal kollox. Il-Kummissjoni tinnota li l-prezz tal-ħruġ kien stabbilit bi skont ta' 50 % għall-prezz medju tas-suq fuq il-perjodu ta' ħamsin jum qabel id-determinazzjoni tal-prezz tal-ħruġ. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li d-dilwizzjoni tal-azzjonisti diġà eżistenti kienet enormi, peress li wara r-rikapitalizzazzjoni kellhom biss 5,1 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-Bank. Għalhekk, l-applikazzjoni ta' skont ieħor fuq il-prezz tas-suq ikollha biss impatt limitat fuq ir-rimunerazzjoni tal-HFSF. Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tal-banek Griegi spjegata fil-premessa 320 u minħabba l-fatt li l-ħtieġa għall-għajnuna ġejja minn rinunzja tad-dejn favur l-Istat, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-prezz tal-ħruġ tal-ishma sottoskritti mill-Istat kien baxx biżżejjed.

(322)

L-HFSF ħareġ ukoll ċertifikati u ta ċertifikat wieħed għal kull sehem ġdid sottoskritt minn investitur privat li jipparteċipa fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. L-HFSF ta dawk iċ-ċertifikati mingħajr ebda kunsiderazzjoni. Kif ġie spjegat fil-premessa 112, kull ċertifikat jinkorpora d-dritt li jinxtraw 8,23 ishma tal-HFSF f'intervalli speċifikati u bi prezzijiet tal-eżerċitar. Il-prezz tal-eżerċitar huwa ugwali għall-prezz tas-sottoskrizzjoni tal-HFSF miżjud b'marġini annwali u kumulattiv (4 % għall-ewwel sena, 5 % għat-tieni sena, 6 % għat-tielet sena, 7 % għar-raba' sena u mbagħad 8 % annwalizzati għall-aħħar sitt xhur). Ir-rimunerazzjoni riċevuta mill-HFSF fuq l-ishma li jippossjedi hija de facto limitata għal dawk il-livelli. Dik ir-rimunerazzjoni hija aktar baxxa mill-medda ta' bejn 7 % u 9 % definita fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Madankollu, minħabba li dawk iċ-ċertifikati kienu fattur ewlieni fis-suċċess tal-ħruġ tad-drittijiet u tal-kollokament privat imnedija mill-Bank qabel ir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013, il-Kummissjoni hija tal-fehma li dawk iċ-ċertifikati ppermettew lill-Bank tnaqqas l-ammont ta' għajnuna b'EUR 1 079 miljun. Tabilħaqq, minħabba l-proporzjon ta' kapital baxx tal-Bank qabel ir-rikapitalizzazzjoni u l-inċertezza għolja li kienet prevalenti f'dak iż-żmien, is-simulazzjonijiet li kienu disponibbli wrew li mingħajr iċ-ċertifikati, l-investituri privati ma setgħux jiksbu ritorn suffiċjenti u ma kinux jipparteċipaw. Għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 313 u 320, minħabba li l-HFSF jirċievi rimunerazzjoni pożittiva minima jekk jiġu eżerċitati ċ-ċertifikati u minħabba li kien objettiv tal-MPEF li jattira xi investituri privati sabiex jinżammu xi banek taħt maniġment privat, kif ukoll sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn is-settur bankarju kollu jkun ikkontrollat mill-HFSF, il-Kummissjoni tista' taċċetta tali devjazzjoni mir-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni standard stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni. Dik l-aċċettazzjoni hija bbażata wkoll fuq il-fatt li l-liġi tal-HFSF, kif emendata f'Marzu 2014, ma tipprevedi ebda aġġustament taċ-ċertifikati f'każ ta' żieda fil-kapital azzjonarju mhux ta' prelazzjoni, kif ukoll li f'każ ta' ħruġ ta' drittijiet, huwa biss il-prezz tal-eżerċitar skont iċ-ċertifikat li jista' jiġi aġġustat u l-aġġustament jista' jsir biss ex-post u biss sal-ammont tar-rikavat realizzat mill-bejgħ ta' drittijiet ta' prelazzjoni tal-HFSF. Barra minn hekk, l-impenn mogħti mill-Greċja li hija sejra tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel kwalunkwe xiri lura taċ-ċertifikati maħruġa mill-HFSF jippermetti lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe ri-akkwist potenzjali fil-ġejjieni ma jkomplix inaqqas ir-rimunerazzjoni tal-HFSF u jżid ir-rimunerazzjoni tad-detenturi taċ-ċertifikati.

(323)

Fir-rigward tal-fatt li l-ishma tal-HFSF huma ishma mingħajr id-dritt ta' votazzjoni, il-Kummissjoni tfakkar li l-ħtieġa għall-għajnuna ma tiġix primarjament mit-teħid ta' riskji eċċessivi. Barra minn hekk, kien objettiv tal-programm bejn il-gvern Grieg, l-Unjoni, l-IMF u l-BĊE li xi banek jinżammu taħt maniġment privat. Barra minn hekk, il-qafas tar-relazzjoni u l-introduzzjoni awtomatika mill-ġdid tad-drittijiet ta' votazzjoni f'każ ta' nuqqas ta' implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar jipprovdu salvagwardji kontra t-teħid ta' riskji eċċessivi fil-ġejjieni minn maniġers privati. Fl-aħħarnett, il-PSI u x-xiri lura ta' Diċembru 2012 huma tip ta' rimunerazzjoni lill-Istat, minħabba li dan tal-aħħar gawda minn tnaqqis tad-dejn tiegħu lejn il-Bank b'bosta biljuni ta' euros. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Kummissjoni tista' taċċetta li l-HFSF jirċievi ishma mingħajr id-dritt ta' votazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura B3 kienet meħtieġa.

(324)

Bħala konklużjoni, il-miżuri B1, B2 u B3 huma meħtieġa bħala għajnuna ta' salvataġġ kemm fl-ammont kif ukoll fil-forma tagħhom.

7.4.3.   Proporzjonalità — miżuri li jillimitaw effetti negattivi li jinfirxu

(325)

Il-Bank irċieva ammont kbir ħafna ta' għajnuna mill-Istat. Għalhekk, dik is-sitwazzjoni tista' twassal għal distorsjonijiet serji tal-kompetizzjoni. Madankollu, il-Greċja tat impenn li timplimenta numru ta' miżuri li jimmiraw biex inaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi. B'mod partikolari, l-impenji jistabbilixxu li l-operazzjonijiet tal-Bank ikomplu jitmexxew fuq bażi kummerċjali, kif ġie spjegat fil-premessi 157 u 158. Il-Greċja impenjat ukoll li ddaħħal projbizzjoni tal-akkwist, kif ukoll numru ta' ċessjonijiet barra u f'attivitajiet mhux bankarji fil-Greċja, kif stabbilit fil-Premessa 159. Il-limiti għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni sejrin ikomplu jiġu vvalutati fit-taqsima 7.6.

(326)

Fil-Bank inħatar trustee tal-monitoraġġ sabiex jimmonitorja l-implimentazzjoni korretta tal-impenji dwar il-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali. Dan għandu jevita kwalunkwe bidla detrimentali fil-prattika kummerċjali tal-Bank u b'hekk jitnaqqsu l-effetti konsegwenzjali negattivi potenzjali.

(327)

Fl-aħħarnett, fil-25 ta' Ġunju 2014 ġie sottomess pjan ta' ristrutturar komprensiv ġdid lill-Kummissjoni. Dak il-pjan ta' ristrutturar sejjer jiġi vvalutat fit-taqsima 7.6.

(328)

Bħala konklużjoni, id-dubji mqajma fid-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG ttaffew. Il-miżuri B1, B2 u B3 huma proporzjonati fid-dawl tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008.

7.4.4.   Konklużjoni dwar il-konformità tar-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u mal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011

(329)

B'hekk ġie konkluż li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-HFSF (il-miżuri B1, B2 u B3) huma xierqa, neċessarji u proporzjonati, fid-dawl tal-punt 15 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, tal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011. Għalhekk, il-miżuri B1, B2 u B3 jikkonformaw mal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008, mal-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u mal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011.

7.5.   IL-KONFORMITÀ TAL-AKKWIŻIZZJONI TA' TLIET BANEK KOOPERATTIVI, FB BANK U PROBANK MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR

(330)

Il-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jispjega li l-akkwiżizzjonijiet ta' impriżi minn banek megħjuna ma jistgħux jiġu ffinanzjati permezz ta' għajnuna mill-Istat sakemm dan ma jkunx essenzjali għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà ta' impriża. Barra minn hekk, il-punti 40 u 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħidu li l-banek ma għandhomx jużaw l-għajnuna mill-Istat għall-akkwiżizzjoni ta' negozji kompetituri, sakemm l-akkwiżizzjoni ma tkunx parti minn proċess ta' konsolidazzjoni meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew għall-iżgurar ta' kompetizzjoni effettiva. Barra minn hekk, l-akkwiżizzjonijiet jistgħu jipperikolaw jew jikkomplikaw it-treġġigħ lura tal-vijabbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-akkwiżizzjonijiet magħmula mill-Bank jistgħux jiġu rrikonċiljati mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.5.1.   Il-konformità tal-akkwiżizzjoni tal-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi mal-Komunikazzjoni tar-Ristrutturar

7.5.1.1.   L-effett tal-akkwiżizzjoni fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank

(331)

L-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi ssaħħaħ il-vijabilità tal-Bank għal żmien twil.

(332)

B'mod aktar preċiż, fiż-żmien tal-akkwist, il-banek Griegi kienu diġà osservaw ħruġ ta' depożitu sinjifikanti bejn l-2010 u nofs l-2012 u kienu esklużi mis-swieq tal-finanzjament internazzjonali. Din hija r-raġuni għaliex erba' minn fost l-akbar ħames banek Griegi ssottomettew offerti sabiex jakkwistaw id-depożiti tat-tliet Banek Kooperattivi. L-integrazzjoni tad-depożiti tat-tliet Banek Kooperattivi fil-karta bilanċjali tal-Bank kienet ta' benefiċċju fil-profil ta' likwidità tiegħu. Li kieku l-Bank ma akkwistax id-depożiti tat-tliet Banek Kooperattivi, il-proporzjon self-depożiti nett tal-Bank kien ikun ogħla.

(333)

Barraminhekk, il-Bank malajr integra d-depożiti akkwistati mingħajr ma ħa taħt idejh xi infrastruttura jew netwerk ta' fergħat li jiswewh ħafna flus. Barra minn hekk, il-Bank ma ħa ebda self; b'hekk, l-akkwist ma żiedx ir-riskji tiegħu jew ir-rekwiżiti kapitali tiegħu.

7.5.1.2.   L-effett tal-akkwiżizzjoni fuq l-ammont ta' għajnuna meħtieġa mill-Bank

(334)

B'konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta' kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà tal-Bank. F'dan il-każ, għalkemm l-akkwiżizzjoni għandha implikazzjonijiet pożittivi għall-vijabbiltà tal-Bank, mhijiex essenzjali għall-vijabbiltà tiegħu skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(335)

Madankollu, il-prezz tax-xiri kien baxx ħafna. Il-korrispettiv imħallas mill-Bank għall-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lit-tliet Banek Kooperattivi kollha ġie stabbilit għal […] % tal-valur tad-depożiti ttrasferiti u kien jammonta għal inqas minn EUR […] miljun, ekwivalenti għal madwar [0 sa 0,02] % tal-assi totali tal-Bank f'Diċembru 2011. Għalhekk, dik il-kunsiderazzjoni tista' titqies waħda żgħira ħafna.

(336)

Ġie konkluż li l-akkwiżizzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi ma fixklitx il-limitazzjoni tal-ispejjeż ta' ristrutturar għall-minimu neċessarju.

7.5.1.3.   L-effett distortiv tal-akkwiżizzjoni fuq il-kompetizzjoni

(337)

F'konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment ta' kumpaniji mhux megħjuna għall-akkwist ta' negozji kompetituri. Punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid ukoll li l-akkwisti jistgħu jkunu awtorizzati jekk ikunu parti minn proċess ta' konsolidazzjoni għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni effettiva, li l-proċess ta' akkwist għandu jkun ġust u li l-akkwist għandu jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti.

(338)

Il-Bank of Greece qies li t-tliet Banek Kooperattivi ma kinux vijabbli u li l-adozzjoni tal-miżuri ta' riżoluzzjoni kienet meħtieġa sabiex tinżamm stabbiltà finanzjarja. L-akkwist tat-tliet Banek Kooperattivi għalhekk jista' jiġi kkunsidrat li huwa parti minn proċess ta' konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(339)

Fl-aħħarnett, il-prezz tax-xiri kien baxx ħafna. Ma kien hemm ebda offerent mhux megħjun li ssottometta offerta valida sabiex jakkwista l-assi u l-obbligazzjonijiet tat-tliet Banek Kooperattivi, u l-proċess tal-bejgħ kien wieħed miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. L-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula ta' Achaia Bank mill-Bank kienet awtorizzata wkoll (138) mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ellenika (139). Għalhekk, jista' jiġi preżunt li l-eżitu tal-proċess tal-bejgħ ma jipperikolax il-kompetizzjoni effettiva fil-Greċja.

(340)

Għalhekk, l-akkwiżizzjoni taqa' taħt l-eżenzjoni fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.5.1.4.   Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula tat-tliet Banek Kooperattivi

(341)

Ġie konkluż li, fid-dawl tas-sitwazzjoni unika tal-banek Griegi (140) u l-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi, dik l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.5.2.   Il-konformità tal-akkwiżizzjoni ta' FB Bank mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

7.5.2.1.   L-effett tal-akkwiżizzjoni ta' FB Bank fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank

(342)

Fit-termini tal-profitabbiltà operattiva, l-akkwiżizzjoni ta' FB Bank sejra ttejjeb ir-ritorn tal-Bank għall-vijabbiltà fit-tul għaliex l-amalgamazzjoni ta' żewġ banek fl-istess suq ġeografiku tagħti l-opportunità li jitwettaqu sinerġiji sinifikanti. B'mod partikolari, fiż-żmien tal-akkwist, il-Bank antiċipa l-kisba ta' sinerġiji permezz ta' razzjonalizzazzjoni tan-netwerk ta' fergħat, allinjament tal-offerta ta' prodotti u politiki kreditizji, is-simplifikazzjoni u l-konsolidazzjoni tal-pjattaforma tal-IT. Fl-offerta finali tiegħu, il-Bank għamel stima li huwa ser jelimina l-biċċa l-kbira tal-ispejjeż operattivi ta' FB Bank, filwaqt li antiċipa l-allinjament tal-ispiża tad-depożiti ttrasferiti mal-politika dwar ir-rata tal-imgħax tal-Bank, jiġifieri, permezz tat-tnaqqis tar-rata tal-imgħax imħallsa fuq id-depożiti ta' FB Bank għal-livelli mħallsin mill-Bank fuq id-depożiti tiegħu, filwaqt li jinżammu l-klijenti eżistenti ta' FB Bank.

(343)

F'termini tat-telf mis-self fil-ġejjieni, il-Bank jakkwista s-self ta' FB Bank b'valur ġust, u mhux bil-valur kontabilistiku. Dak il-fattur jillimita r-riskju ta' indebolimenti fil-ġejjieni.

(344)

F'termini tal-pożizzjoni ta' likwidità, l-akkwiżizzjoni għandha effett pożittiv fuq il-Bank minħabba li hu akkwista aktar depożiti minn self nett.

(345)

F'termini tar-rekwiżiti kapitali, huwa mfakkar li l-offerta tal-Bank kienet kundizzjonali fuq il-kopertura mill-HFSF tal-ħtiġijiet kapitali maħluqa bl-akkwist tal-assi ta' FB Bank. Eventwalment, il-Bank ma għamilx użu minn dik il-possibbiltà minħabba li rnexxielu jiġbor biżżejjed kapital privat mis-suq f'Mejju 2014.

(346)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-akkwist huwa pożittiv għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank.

7.5.2.2.   L-effett tal-akkwiżizzjonijiet fuq l-ammont ta' għajnuna meħtieġa mill-Bank

(347)

B'konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta' kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà tal-Bank. F'dan il-każ, għalkemm l-akkwiżizzjoni għandha implikazzjonijiet pożittivi għall-vijabbiltà tal-Bank, mhijiex essenzjali għall-vijabbiltà tiegħu skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(348)

Il-Bank ma kkunsidrax li jixtri l-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula ta' FB Bank. Barra minn hekk, l-offerta tal-Bank kienet kundizzjonali fuq il-kopertura mill-HFSF tal-ħtiġijiet kapitali maħluqa bl-akkwist tal-assi ta' FB Bank. Għalhekk, l-akkwist ma wassalx sabiex l-akkwirent ikun jeħtieġ aktar għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tal-ħtiġijiet kapitali potenzjali fil-ġejjieni maħluqa bl-akkwist, kien osservat li l-assi ġew akkwistati b'valur ġust, li jillimita r-riskju ta' telf addizzjonali fil-ġejjieni.

(349)

B'konklużjoni għal dan, il-Bank ma użax l-għajnuna biex jiffinanzjaa l-akkwiżizzjoni ta' FB Bank u li dik l-akkwiżizzjoni ma tiksirx il-prinċipju li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju

7.5.2.3.   L-effett distortiv tal-akkwiżizzjonijiet fuq il-kompetizzjoni

(350)

F'konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment ta' kumpaniji mhux megħjuna għall-akkwist ta' negozji kompetituri. Punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid ukoll li l-akkwisti jistgħu jkunu awtorizzati jekk ikunu parti minn proċess ta' konsolidazzjoni għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni effettiva, li l-proċess ta' akkwist għandu jkun ġust u li l-akkwist għandu jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti.

(351)

Kif imsemmi fil-premessa 76, FB Bank ma kienx bank vijabbli fuq bażi awtonoma. L-MEFP ta' Diċembru 2012 ippreveda r-riżoluzzjoni tal-banek sottokapitalizzati permezz ta' proċedura ta' Xiri u Assorbiment jew, bħala t-tieni l-aqwa għażla, permezz tal-ħolqien ta' bank tranżitorju. Kif ġie ddikjarat fil-premessa 77, u b'konformità mal-MEFP, il-Bank of Greece innota li l-adozzjoni ta' miżuri ta' riżoluzzjoni kienet kruċjali sabiex tinżamm il-fiduċja tad-depożituri fis-sistema bankarja Griega. Għalhekk, it-transizzjoni tista' titqies bħala parti minn proċess ta' konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(352)

Ma kien hemm ebda offerent mhux megħjun li ssottometta offerta valida sabiex jakkwista lil FB Bank, u l-proċess tal-bejgħ kien wieħed miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Għalhekk, ma tħalla barra eba offerent mhux megħjun mill-Bank. L-akkwiżizzjoni ta' FB Bank kienet awtorizzata mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ellenika (141). Għalhekk, jista' jiġi preżunt li l-eżitu tal-proċess tal-bejgħ ma jipperikolax il-kompetizzjoni effettiva fil-Greċja.

(353)

Fid-dawl ta' dawk l-elementi, jista' jiġi konkluż li l-akkwiżizzjoni ta' FB Bank taqa' taħt l-eżenzjoni fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.5.2.4.   Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni ta' FB Bank

(354)

Ġie konkluż li, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni ta' FB Bank, dik l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.5.3.   Il-konformità tal-akkwiżizzjoni ta' Probank mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

7.5.3.1.   L-effett tal-akkwiżizzjoni ta' Probank fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-Bank

(355)

F'termini ta' profittabbiltà operattiva, l-akkwiżizzjoni ta' Probank għandha ttejjeb ir-ritorn tal-Bank għal vijabbiltà fit-tul minħabba li l-Bank sejjer jikseb sinerġiji li jagħmlu sens. B'mod partikolari, fiż-żmien tal-akkwist, il-Bank antiċipa li s-sinerġiji annwali tiegħu kienu ser jilħqu EUR […] miljun sal-aħħar tal-2015 (142). Il-Bank kien qiegħed jistenna li jaqbad dawk is-sinerġiji billi jirrazzjonalizza n-netwerk ta' fergħat u jnaqqas il-persunal tal-entità kkombinata, permezz ta' amalgamazzjoni tal-funzjonijiet korporattivi u t-tisħiħ tas-sistemi tal-IT u l-operazzjonijiet ċentralizzati. Barra minn hekk, il-Bank antiċipa li jikseb parti sinjifikanti mis-sinerġiji permezz ta' allinjament tal-ispiża tad-depożiti ttrasferiti mal-politika dwar ir-rata tal-imgħax tal-Bank, jiġifieri, billi jnaqqas ir-rati tal-imgħax imħallsin fuq id-depożiti ta' Probank għal-livelli mħallsin fuq id-depożiti tal-Bank.

(356)

Fir-rigward tar-riskju tat-telf mis-self fil-ġejjieni, il-Bank akkwista s-self ta' Probank b'valur ġust, u mhux bil-valur kontabilistiku. Dan jillimita r-riskju ta' indebolimenti fil-ġejjieni.

(357)

F'termini tal-pożizzjoni ta' likwidità, l-akkwiżizzjoni għandha effett pożittiv fuq il-Bank minħabba li hu akkwista aktar depożiti minn self nett. Għalhekk, l-akkwiżizzjoni tikkontribwixxi għat-titjib tal-proporzjon self-depożitu tal-Bank.

(358)

F'termini tar-rekwiżiti kapitali, huwa mfakkar li l-offerta tal-Bank kienet kundizzjonali fuq il-kopertura mill-HFSF tal-ħtiġijiet kapitali maħluqa bl-akkwist tal-assi ta' Probank. Eventwalment, il-Bank ma għamilx użu minn dik il-possibbiltà minħabba li rnexxielu jiġbor biżżejjed kapital privat mis-suq f'Mejju 2014.

(359)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-akkwist huwa pożittiv għat-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank.

7.5.3.2.   L-effett tal-akkwiżizzjonijiet fuq l-ammont ta' għajnuna meħtieġa mill-Bank

(360)

B'konformità mal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna għar-ristrutturar ma għandhiex tintuża għall-akkwiżizzjoni ta' kumpaniji oħrajn, iżda sempliċiment biex tkopri l-ispejjeż tar-ristrutturar li huma meħtieġa sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà tal-Bank. F'dan il-każ, għalkemm l-akkwiżizzjoni għandha implikazzjonijiet pożittivi għall-vijabbiltà tal-Bank, mhijiex essenzjali għall-vijabbiltà tiegħu skont it-tifsira tal-punt 23 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(361)

Il-Bank ma kkunsidrax li jixtri l-assi u l-obbligazzjonijiet magħżula ta' Probank. Barra minn hekk, l-offerta tal-Bank kienet kundizzjonali fuq il-kopertura mill-HFSF tal-ħtiġijiet kapitali maħluqa bl-akkwist tal-assi ta' Probank. Għalhekk, l-akkwist ma wassalx sabiex l-akkwirent ikun jeħtieġ aktar għajnuna mill-Istat. Fir-rigward tal-ħtiġijiet kapitali potenzjali fil-ġejjieni maħluqa bl-akkwist, kien osservat li l-assi ġew akkwistati b'valur ġust, li jillimita r-riskju ta' telf addizzjonali fil-ġejjieni.

(362)

B'konklużjoni għal dan, il-Bank ma użax l-għajnuna biex jiffinanzjaa l-akkwiżizzjoni ta' Probank u li dik l-akkwiżizzjoni ma tiksirx il-prinċipju li l-għajnuna għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju

7.5.3.3.   L-effett distortiv tal-akkwiżizzjoni fuq il-kompetizzjoni

(363)

F'konformità mal-punti 39 u 40 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, l-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għad-detriment ta' kumpaniji mhux megħjuna għall-akkwist ta' negozji kompetituri. Punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jgħid ukoll li l-akkwisti jistgħu jkunu awtorizzati jekk ikunu parti minn proċess ta' konsolidazzjoni għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja jew biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni effettiva, li l-proċess ta' akkwist għandu jkun ġust u li l-akkwist għandu jiżgura l-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni effettiva fis-suq rilevanti.

(364)

Kif issemma fil-premessa 86, Probank ma kienx vijabbli fuq bażi awtonoma. L-MEFP ta' Mejju 2013 ippreveda r-riżoluzzjoni tal-banek sottokapitalizzati permezz ta' proċedura ta' Xiri u Assorbiment. Kif ġie ddikjarat fil-premessa 87, il-Bank of Greece innota li l-adozzjoni ta' miżuri ta' riżoluzzjoni kienet kruċjali sabiex tinżamm il-fiduċja tad-depożituri fis-sistema bankarja Griega. L-akkwist għalhekk jista' jiġi kkunsidrat li huwa parti minn proċess ta' konsolidazzjoni li huwa meħtieġ għat-treġġigħ lura tal-istabbiltà finanzjarja tat-tip deskritt fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

(365)

Ma kien hemm ebda offerent mhux megħjun li ssottometta offerta valida sabiex jakkwista lil Probank, u l-proċess tal-bejgħ kien wieħed miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju. Għalhekk, ma tħalla barra eba offerent mhux megħjun mill-Bank. L-akkwiżizzjoni ta' Probank kienet awtorizzata wkoll mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Ellenika Għalhekk, jista' jiġi preżunt li l-eżitu tal-proċess tal-bejgħ ma jipperikolax il-kompetizzjoni effettiva fil-Greċja.

(366)

Fid-dawl ta' dawk l-elementi, jista' jiġi konkluż li l-akkwiżizzjoni ta' Probank taqa' taħt l-eżenzjoni fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.5.3.4.   Konklużjoni dwar l-akkwiżizzjoni ta' Probank

(367)

Ġie konkluż li, fid-dawl tal-ispeċifiċitajiet tal-akkwiżizzjoni ta' Probank, dik l-akkwiżizzjoni hija konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

7.6.   IL-KONFORMITÀ TAL-MIŻURI A, B1, B2 U B3 MAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR IR-RISTRUTTURAR

7.6.1.   Sorsi tad-diffikultajiet u l-konsegwenzi fuq il-valutazzjoni skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(368)

Kif ġie indikat fit-taqsimiet 2.1.1 u 2.1.2, id-diffikultajiet iffaċċjati mill-Bank ġejjin primarjament mill-kriżi sovrana Griega u mir-reċessjoni profonda fil-Greċja u fin-nofsinhar tal-Ewropa. Fir-rigward tal-fattur imsemmi l-ewwel, il-gvern Grieg tilef l-aċċess għas-swieq finanzjarji u finalment kellu jinnegozja ftehim mal-kredituri domestiċi u internazzjonali tiegħu, il-programm PSI, li rriżulta f'telf impost fuq il-pretensjonijiet miżmuma kontra l-Istat bi 53,3 %. Barra minn hekk, 31,5 % tal-pretensjonijiet ġew skambjati għall-GGBs ġodda b'rati tal-imgħax aktar baxxi u maturitajiet itwal. Dawk il-GGBs inxtraw lura mill-Istat mingħand il-banek Griegi f'Diċembru 2012 bi prezz ta' bejn 30,2 % u 40,1 % tal-valur nominali tagħhom, sabiex b'hekk kien ikkristallizzat telf ulterjuri għall-banek Griegi. Minbarra l-impatt tal-programm PSI u x-xiri lura tad-dejn fuq il-pożizzjoni kapitali tiegħu, il-Bank osserva wkoll ħruġ sinfikanti ta' depożiti bejn l-2010 u nofs l-2012 minħabba r-riskju li l-Greċja tista' toħroġ miż-żona tal-euro bħala konsegwenza ta' dejn pubbliku insostenibbli u r-reċessjoni ekonomika.

(369)

Il-miżuri B1, B2 u B3 jammontaw għal EUR 9 756 miljun, li huwa inqas mill-ammont tat-telf ipprenotat wara l-programm PSI (EUR 11 735 miljun). F'każ bħal dan u jekk id-diffikultajiet ma jiġux primarjament minn imġiba ta' teħid ta' riskju eċċessiv, il-punt 14 tal-Estensjoni ta' Komunikazzjoni 2011 jgħid li l-Kummissjoni se tħaffef ir-rekwiżiti tagħha.

(370)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li parti mir-rekwiżiti tal-kapital tirriżulta mill-espożizzjoni standard ta' istituzzjoni finanzjarja għar-riskju sovran tal-pajjiż domestiku tagħha. Dak il-fatt kien enfasizzat ukoll fil-premessi 60 u 71 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG. B'konsegwenza ta' dan, hemm inqas bżonn li l-Bank jindirizza kwistjonijiet ta' periklu morali fil-pjan ta' ristrutturar tiegġu milli għal istituzzjonijiet finanzjarji megħjuna oħra li kellhom riskji eċċessivi akkumulati. Għalhekk, billi l-miżuri ta' għajnuna huma inqas distortivi, il-miżuri meħuda sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għandhom isiru inqas stretti b'mod proporzjonali. Minħabba li l-programm PSI u r-riakkwist tad-dejn jikkostitwixxu rinunzja tad-dejn favur l-Istat, ir-rimunerazzjoni tal-Istat għar-rikapitalizzazzjoni tal-Bank tista' tkun aktar baxxa. Madankollu, il-Kummissjoni tosserva li l-espożizzjoni tal-Bank għar-riskju sovran Grieg kienet akbar mill-espożizzjoni ta' xi banek Griegi kbar oħrajn. Bħala riżultat, mhux it-telf kollu fuq il-GGBs jista' jiġi attribwit għall-espożizzjoni standard ta' istituzzjoni finanzjarja għar-riskju sovran tal-pajjiż domestiku tagħha.

(371)

It-tieni sors ta' telf għall-Bank huwa t-telf fuq is-self lid-djar u l-korporazzjonijiet Griegi. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan it-telf huwa prinċiplament minħabba t-tnaqqis eċċezzjonalment qawwi u mtawwal fil-PDG ta' madwar 25 % fuq ħames snin u mhux minħabba l-prattiċi riskjużi ta' self mill-Bank. B'riżultat ta' dan, l-għajnuna mogħtija sabiex tkopri dak it-telf ma toħloq ebda periklu morali, li huwa l-każ meta l-għajnuna tipproteġi lil bank mill-konsegwenzi ta' mġiba riskjuża fil-passat. Għalhekk, l-għajnuna hija inqas distortiva (143).

(372)

Madankollu, parti mill-ħtiġijiet kapitali u mit-telf fuq is-self tal-Bank ġejja minn xi sussidjarji internazzjonali.Pereżempju, fl-2012, l-attivitajiet fir-Rumanija u fil-Bulgarija kienu qed jagħmlu t-telf. L-assi barranin wasslu wkoll għal tnaqqis gradwali fil-likwidità minħabba li l-finanzjament intra-grupp ammonta għal madwar EUR […] biljun fil-31 ta' Diċembru 2012.

(373)

Bħala konklużjoni, parti sinifikanti mit-telf u l-ħtieġa għall-għajnuna jaqgħu taħt il-punt 14 tal-Komunikazzjoni dwar l-Estensjoni tal-2011, li jippermetti lill-Kummissjoni tħeffef ir-rekwiżiti tagħha. Parti mill-ħtieġa għall-għajnuna ġejja mit-telf mis-self tal-Greċja minħabba r-riċessjoni profonda u twila b'mod eċċezzjonali u mhux minn self riskjuż. Tali għajnuna ma toħloq ebda periklu morali u, għalhekk, hija inqas distortiva.

(374)

Fl-aħħarnett, parti limitata mill-ħtieġa għall-għajnuna ġejja mit-teħid ta' riskju mill-Bank stess.

(375)

Madankollu, peress li l-ekonomija Griega naqset b'madwar 25 % mill-2008, il-Bank għandu jaddatta l-organizzazzjoni tiegħu, l-istruttura tal-ispejjeż u n-netwerk kummerċjali tiegħu għall-ambjent il-ġdid, sabiex jirrestawra profitabbiltà suffiċjenti. Għalhekk, minkejja l-fatt li ħafna mill-għajnuna ma toriġinax minn teħid eċċessiv ta' riskju, il-Bank irid jirristruttura l-operati tiegħu fil-Greċja biex jiżgura l-vijabbiltà fit-tul tiegħu.

7.6.2.   Vijabbiltà

(376)

Pjan ta' ristrutturar għandu jiżgura li l-istituzzjoni finanzjarja tkun tista' treġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tagħha sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar (it-taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar). Fil-każ inkwistjoni, il-perjodu ta' ristrutturar huwa definit bħala l-perjodu ta' bejn id-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-31 ta' Diċembru 2018.

(377)

B'konformità mal-punti 9, 10 u 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-Greċja ssottomettiet pjan ta' ristrutturar komprensiv u ddettaljat li jipprovdi informazzjoni kompleta dwar il-mudell kummerċjali tal-Bank. Il-pjan jidentifika wkoll il-kawżi tad-diffikultajiet iffaċċjati mill-Bank, kif ukoll il-miżuri meħuda bil-għan li jindirizzaw il-kwistjonijiet kollha ta' vijabbiltà li kellu jiffaċċja. B'mod partikolari, il-pjan ta' ristrutturar jiddeskrivi l-istrateġija magħżula biex tippriserva l-effiċjenza operattiva tal-Bank u biex tindirizza livell għoli ta' self mhux produttiv, il-likwidità vulnerabbli tiegħu u l-pożizzjonijiet tal-kapital u n-negozji barranin tiegħu, li ddipendew fuq il-kumpanija prinċipali għall-iffinanzjar u l-kapital tagħhom.

7.6.2.1.   Attivitajiet bankarji Griegi

(378)

Fir-rigward tal-likwidita' u d-dipendenza tal-Bank fuq il-finanzjament tal-Eurosistema, il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi tkabbir limitat tal-karta bilanċjali fil-Greċja, filwaqt li l-bażi tad-depożiti għandha terġa' tikber. Id-dipendenza fuq għajnuna b'likwidità ta' emerġenza, li diġà naqset, mistennija tkompli tonqos aktar. (144) sitwazzjoni li għandha tgħin lill-Bank sabiex inaqqas l-ispiża tal-finanzjament tiegħu.

(379)

L-impenn tal-proporzjon self-depożiti msemmi fil-premessa 153 jiggarantixxi li l-istruttura tal-karta bilanċjali tal-Bank tibqa' sostenibbli fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. Il-bejgħ tat-titoli u ta' attivitajiet mhux ewlenin oħrajn għandu jsaħħaħ ukoll il-pożizzjoni tal-likwidità tal-Bank. Minħabba l-ambjent li għadu fraġli tas-settur bankarju Grieg, il-Kummissjoni tista' taċċetta t-talba tal-awtoritajiet Griegi li tkun awtorizzata biex tipprovdi likwidità lill-Bank bil-miżura ta' garanzija u tas-self ta' bonds tal-gvern tal-Iskema ta' Appoġġ għall-Banek Griegi.

(380)

Bil-għan li tnaqqas l-ispejjeż tal-finanzjament tagħha, il-Greċja pprovdiet ukoll impenn li l-Bank għandu jkompli jnaqqas ir-rati tal-imgħax li qiegħed iħallas fuq id-depożiti fil-Greċja, kif deskritt fil-premessa 153. L-ilħuq ta' tali tnaqqis fl-ispiża tad-depożiti sejra tkun kontribuzzjoni kruċjali għat-titjib tal-profittabbiltà ta' qabel il-proviżjonament tal-Bank.

(381)

Sa mill-bidu tal-kriżi, il-Bank beda jirrazzjonalizza n-netwerk kummerċjali tiegħu fil-Greċja, permezz ta' tnaqqis fin-numru ta' fergħat u impjegati Sal-31 ta' Diċembru 2017, l-ispejjeż totali tal-Bank mistennija jonqsu aktar. Għal dak il-għan, il-Greċja impenjat ruħha li l-Bank sejjer inaqqas il-fergħat u l-impjegati tiegħu fil-Greċja għal […] u […] rispettivament fil-31 ta' Diċembru 2017, bi spejjeż totali massimi fil-Greċja li jammontaw għal EUR […] miljun. Il-proporzjon spiża-dħul mistenni se jkun inqas minn […] % fl-aħħar tal-perjodu ta' ristrutturar. Il-Kummissjoni tqis li l-pjan tar-ristrutturar jiżgura l-effikaċja tal-Bank fl-ambjent tas-suq il-ġdid.

(382)

Qasam ewlieni ieħor huwa t-trattament tas-self improduttiv. Il-Bank qiegħed jippjana li jsaħħaħ l-attività prinċipali sabiex inaqqas it-telf tiegħu. Taħt il-mudell operattiv ġdid tiegħu, il-Bank ser jiġġestixxi s-self improduttiv permezz ta' taqsima ddedikata, li l-prijorità tagħha hija li timmassimizza l-irkupri għall-Bank u li tnaqqas is-self improduttiv permezz ta' ristrutturar sostenibbli. Il-Greċja tat ukoll impenn li l-Bank għandu jikkonforma mal-istandards għoljin fir-rigward tal-politika kreditizja tiegħu sabiex jimmassimizza l-valur għall-Bank f'kull stadju tal-proċess tal-kreditu, kif deskritt fil-premessa 157.

7.6.2.2.   Governanza korporattiva

(383)

Punt ieħor ta' attenzjoni huwa l-governanza tal-Bank minħabba li l-HFSF jippossjedi l-maġġoranza tal-ishma tal-Bank wara ż-żieda fil-kapital azzjonarju tal-2014, iżda b'setgħa ta' votazzjoni ristretta. Barra minn hekk, uħud mill-azzjonisti privati għandhom ukoll ċertifikati u b'hekk jiggwadanjaw il-benefiċċju sħiħ li kieku l-prezz tal-ishma kellu jogħla matul il-perjodu tar-ristrutturar. Minħabba li s-sitwazzjoni tista' toħloq periklu morali, fl-2013 intlaħaq qbil fuq qafas tar-relazzjoni speċifiku bejn il-Bank u l-HFSF. Dak il-ftehim jipproteġi l-ħidma ta' kuljum tal-Bank minn kwalunkwe interferenza mill-azzjonisti prinċipali tiegħu, filwaqt li jiggarantixxi li l-HFSF ikun jista' jissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar u jipprevjeni t-teħid ta' riskji eċċessivi mill-maniġment tal-Bank permezz ta' proċeduri ta' konsultazzjoni xierqa. Il-Bank impenja ruħu wkoll li jissorvelja mill-qrib l-espożizzjoni tiegħu għall-mutwatarji konnessi. Il-Kummissjoni tinnota b'mod pożittiv il-fatt li l-HFSF awtomatikament se jerġa' jikseb id-drittijiet tal-voti kollha jekk il-Bank ma jibqax jimplimenta l-pjan ta' ristrutturar tiegħu.

7.6.2.3.   Attivitajiet internazzjonali

(384)

Uħud mill-attivitajiet internazzjonali tal-Bank ġabu fix-xejn il-kapital, il-likwidità u l-profitabilità tal-Bank fil-passat, kif spjegat fil-premessa 372.

(385)

Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi tranżizzjoni lejn enfasi akbar fuq is-suq domestiku tiegħu u t-Turkija. Il-Bank diġà beda jirrazzjonalizza wkoll lis-sussidjarji barranin, bil-għan li jsaħħaħ il-proċess tas-sottoskrizzjoni tas-self u jnaqqas id-diskrepanza fil-finanzjament tas-sussidjarji. Il-Greċja tat impenn li l-Bank sejjer ibiegħ il-[…] tiegħu u s-sussidjarji barranin tiegħu fi […].

(386)

Għalhekk, l-ammont totali ta' assi barra mill-Greċja u t-Turkija ser jonqos bi […] % mill-31 ta' Diċembru 2012 sal-31 ta' Diċembru 2017.

(387)

Il-Greċja tat ukoll impenn li l-Bank sejjer inaqqas is-sehem tiegħu fis-sussidjarja Torka tiegħu Finansbank permezz ta' […]. […] milqugħin minħabba li dawn sejrin isaħħa l-pożizzjoni kapitali tal-Bank. Fir-rigward tal-fatt li l-Bank qiegħed jipprevedi li jżomm sehem maġġoritarju f'Finansbank, il-Kummissjoni tosserva li Finansbank baqa' profittabbli b'mod stabbli matul is-snin riċenti. Il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-Bank qiegħed jipprevedi monitoraġġ mill-qrib tal-ispejjeż ta' Finansbank u tar-riskji meħuda minn dak is-sussidjarju.L-impenn li l-Bank mhux se jipprovdi […] lil Finansbank jiżgura li Finansbank […]. Fid-dawl ta' dawk l-elementi, il-Kummissjoni hija tal-fehma li ż-żamma ta' sehem maġġoritarju f'Finansbank ma tipperikolax it-treġġigħ lura tal-profittabbiltà.

(388)

Għalhekk, ġie konkluż li l-Bank għandu jirristruttura b'mod suffiċjenti l-operazzjonijiet barranin tiegħu u jnaqqas l-espożizzjoni tiegħu għal dawk inqas vijabbli.

7.6.2.4.   Konklużjoni dwar il-vijabbiltà

(389)

Il-pjan ta' ristrutturar juri li l-Bank kapaċi jirreżisti ammont raġonevoli ta' stress minħabba li, fix-xenarju avvers, huwa jibqa' profittabbli fl-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar u jżomm proporzjon ta' Kapital tal-Grad 1 suffiċjentament għoli. (145).

(390)

L-ammont ta' kapital addizzjonali li nġabar fl-2014, jiġifieri EUR 2 500 miljun, huwa biżżejjed sabiex ilaħħaq max-xenarju bażi tat-test tal-istress tal-2013. Fil-valutazzjoni tal-ħtiġijiet kapitali taħt ix-xenarju bażi, il-Bank of Greece diġà introduċa bosta aġġustamenti li wasslu għal żieda fil-ħtiġijiet kapitali stmati mqabbla mal-ħtiġijiet kapitali stmati mill-Bank fi ħdan ix-xenarju bażi tiegħu stess. Il-ħtiġijiet kapitali tal-linja bażi stmati mill-Bank of Greece għalhekk jassumu ċertu livell ta' stress. Sabiex tikkonkludi li l-Bank huwa vijabbli, il-Kummissjoni ma teħtieġx li l-Bank ikollu biżżejjed kapital minn qabel biex ikopri r-rekwiżiti tal-kapital tax-xenarju stressjat mill-Bank of Greece, billi l-livell stmat jirrappreżenta livell għoli ta' stress.

(391)

Barra minn hekk, huwa pożittiv li l-Bank mhuwiex ser jagħmel investimenti addizzjonali f'dokument mhux fi grad ta' investiment, fatt li għandu jgħinu sabiex jippreserva l-kapital u l-pożizzjoni tal-likwidità tiegħu.

(392)

Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tikkonkludi li l-miżuri ta' ristrutturar previsti fil-pjan ta' ristrutturar huma biżżejjed sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà tal-Bank.

7.6.3.   Kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet

(393)

Kif ġie ddikjarat fit-taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-banek u l-partijiet interessati tagħhom għandhom jikkontribwixxu għar-ristrutturar kemm jista' jkun sabiex jiżguraw li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju. Għaldaqstant, il-banek għandhom jużaw ir-riżorsi proprji tagħhom biex jiffinanzjaw ir-ristrutturar, pereżempju billi jbiegħu l-assi, filwaqt li l-azzjonisti għandhom jassorbu t-telf tal-bank, fejn ikun possibbli. L-impenji magħmula mill-Greċja għandhom jiżguraw li r-riżorsi tagħhom jintużaw u li l-azzjonisti oriġinali u l-investituri privati, iżommu kapital ibridu tal-Bank, jikkontribwixxu għar-ristrutturar.

7.6.3.1.   Kontribuzzjoni proprja mill-Bank: divestimenti u tnaqqis tal-ispejjeż

(394)

Il-Bank diġà żvesta xi negozji żgħar bħall-attivitajiet tal-assigurazzjoni fit-Turkija u sehem maġġoritarju fis-sussidjarju tiegħu fis-settur tal-proprjetà immobbli.

(395)

Il-pjan ta' ristrutturar jipprevedi l-bejgħ ta' sehem minoritarju f'Finansbank, kif deskritt fil-premessa 387, li sejjer jippermetti lill-Bank sabiex jiġġenera l-kapital internament. Il-Bank ser ibiegħ ukoll […] kif ukoll is-sussidjarju tal-ekwità privata tiegħu u titoli oħrajn. Meta wieħed iqis id-diżingranaġġ u d-divestimenti diġà implimentati, kif ukoll wara l-implimentazzjoni tal-impenji relatati mad-diżingranaġġ u mad-divestimenti tan-negozji barranin, il-Bank ser ikun iġġenera ammont sinifikanti ta' kapital.It-tnaqqis fl-assi internazzjonali tal-Bank għandu jwassal ukoll għal tnaqqis sinjifikanti tar-riskju kontinġenti li tkun meħtieġa l-għajnuna fil-ġejjieni. Għalhekk, dan jgħin sabiex l-ammont tal-għajnuna jitnaqqas għall-minimu.

(396)

Bil-għan li jillimita l-ħtiġijiet kapitali tiegħu, il-Bank mhuwiex sejjer juża […], kif deskritt fil-premessa (154). Barra minn hekk, l-impenji magħmula mill-Greċja jipprovdu li l-Bank ma jagħmilx akkwiżizzjonijiet għaljin.

(397)

Il-Bank involva ruħu wkoll fi programm ambizzjuż ta' tnaqqis tal-ispejjeż, kif indikat fit-taqsima 2.4.2. L-ispejjeż tiegħu sejrin ikomplu jonqsu sal-2017. Il-forza tax-xogħol tiegħu qiegħda titnaqqas u ħafna mis-salarji qegħdin jiġu aġġustati 'l isfel.

7.6.3.2.   Kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti storiċi u kapital ġdid miġbur fis-suq

(398)

L-azzjonisti eżistenti tal-Bank ġew dilwiti suċċessivament permezz tal-ħruġ tad-drittijiet fl-2009 u fl-2010 (146) u mbagħad permezz tar-rikapitalizzazzjoni tal-HFSF (il-miżura B3). Is-sehem miżmum mill-azzjonisti tal-Bank tnaqqas minn 100 % qabel ir-Rikapitalizzazzjoni tar-rebbiegħa 2013 għal 5,1 % biss minn hemm 'il quddiem. Barra minn hekk, ma tħallas ebda dividend lill-azzjonisti ordinarji mill-2007 jew lill-azzjonisti preferenzjarji tal-Istati Uniti mill-2009. Apparti dik il-kondiviżjoni tal-piżijiet mill-azzjonisti storiċi, il-Bank ġabar ammont sinifikanti ta' kapital privat minn mindu bdiet il-kriżi tard fl-2008, jiġifieri EUR 1 247 miljun fl-2009, EUR 1 815-il miljun fl-2010, EUR 1 079 fl-2013 u EUR 2 500 miljun fl-2014. Dak il-kapital miżjud ikkontribwixxa għat-tnaqqis tal-ammont tal-ħtiġijiet kapitali li kellhom jimtlew permezz tal-għajnuna mill-Istat.

7.6.3.3.   Kondiviżjoni tal-piżijiet mid-detenturi tad-dejn subordinat

(399)

Id-detenturi tad-dejn subordinat tal-Bank ikkontribwixxew għall-ispejjeż tar-ristrutturar tal-Bank. Il-Bank wettaq bosta eżerċizzji ta' ġestjoni tal-obbligazzjonijiet bil-għan li jiġġenera l-kapital, kif deskritt fil-premessi 149 u 150.

(400)

L-istrumenti li sa issa għadhom pendenti huma soġġetti għall-projbizzjoni fuq il-kupuni msemmija fil-premessa (159). Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li kondiviżjoni tal-piżijiet adegwata mill-investituri ibridi privati tal-bank hija garantita u li r-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar f'dak ir-rigward qegħdin jiġu ssodisfati.

7.6.3.4.   Konklużjoni dwar il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet

(401)

Il-Kummissjoni tosserva li, meta mqabbla mar-rikapitalizzazzjoni tal-Istat totali riċevuta, il-kontribuzzjoni proprja u l-kondiviżjoni tal-piżijiet fil-forma tal-bejgħ tal-assi u t-tnaqqis fin-numru tal-impjegati huwa ħafna inqas mil-livelli li l-Kummissjoni normalment tikkunsidra bħala biżżejjed. Pereżempju, il-pjan ta' ristrutturar ma qiegħed jipprevedi ebda tnaqqis tal-attivitajiet bankarji Griegi u qiegħed jipprevedi ż-żamma ta' sehem maġġoritarju f'Finansbank. Madankollu, fir-rigward tal-elementi żviluppati fit-Taqsima 7.6.1, li fiha l-Kummissjoni tista' taċċetta kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet iktar baxxa, il-pjan ta' ristrutturar jista' jiġi kkunsidrat li jipprovdi miżuri biżżejjed ta' kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet.

7.6.4.   Miżuri maħsubin sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(402)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tirrikjedi pjan ta' ristrutturar li jipproponi miżuri intiżi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jiggarantixxu settur bankarju kompetittiv. Barra minn hekk, dawk il-miżuri għandhom jindirizzaw ukoll il-kwistjonijiet ta' periklu morali u jiżguraw li l-għajnuna mill-Istat ma tintużax sabiex tiffinanzja mġiba anti-kompetittiva.

(403)

Il-Punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jiddikjara li meta jiġi vvalutat l-ammont ta' għajnuna u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra kemm l-ammont relattiv kif ukoll dak assolut tal-għajnuna mill-Istat riċevuta, kif ukoll il-livell tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-pożizzjoni tal-istituzzjoni finanzjarja fis-suq wara r-ristrutturar. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-Bank irċieva appoġġ kapitali mill-Istat ekwivalenti għal 17,3 % tal-RWA tiegħu (147). Barra minn hekk, il-Bank kiseb garanziji ta' likwidità li ammontaw għal EUR 12 900 miljun fil-15 ta' April 2011 u għal EUR 14 798 miljun fil-31 ta' Diċembru 2013. Il-pjan ta' ristrutturar irċieva wkoll self ta' bonds tal-gvern għal EUR 847 miljun f'dik id-data, kif ukoll ELA ggarantita mill-Istat li fil-31 ta' Diċembru 2012 kienet tammonta għal EUR 30,9 biljun. Il-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri biex jillimitaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni potenzjali għalhekk hija ġġustifikata fir-rigward tat-tali ammont kbir ta' għajnuna. Barra minn hekk, is-sehem mis-suq tal-Bank fil-Greċja huwa kbir, b'ishma tas-suq ta' 22 % għal self u 25 % għal depożiti fil-31 ta' Diċembru 2013. (148).

(404)

Il-Kummissjoni tfakkar li d-diffikultajiet tal-Bank prinċipalment jiġu minn xokkijiet esterni bħal kriżi sovrana tal-Greċja u r-riċessjoni mtawwla li ilha tisfratta l-ekonomija Griega sa mill-2008. Dan ġie nnotat ukoll fil-premessa 68 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG. Għalhekk, b'konsegwenza ta' dan, il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' periklu morali naqset. Kif ġie diskuss fit-taqsima 7.6.1, l-effett distortiv tal-miżuri ta' għajnuna huwa inqas fid-dawl ta' dawk il-fatturi, bħalma hija l-ħtieġa għal miżuri intiżi biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tista' eċċezzjonalment taċċetta li minkejja l-ammont għoli ta' għajnuna, il-pjan ta' ristrutturar ma jipprevedi l-ebda tnaqqis tal-karta tal-bilanċ u s-self fil-Greċja.

(405)

Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li r-rikapitalizzazzjonijiet tal-Istat ippermettew lill-Bank ikompli bl-attivitajiet bankarji tiegħu fis-swieq barranin.

(406)

F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li, minbarra d-diżingranaġġ u r-ristrutturar implimentati diġà, l-impenn li jiġu disvestit l-assi barranin […] sat-30 ta' Ġunju 2018 (149). Għalhekk, l-għajnuna ma għandhiex tintuża sabiex tfixkel il-kompetizzjoni f'dawk is-swieq barranin.

(407)

Il-Greċja impenjat ukoll li l-Bank mhuwiex ser jagħmel akkwiżizzjonijiet sabiex b'hekk tiżgura li l-Bank ma jużax l-għajnuna mill-Istat riċevuta għall-akkwist ta' kwalunkwe negozju ġdid. Dak l-impenn jikkontribwixxi sabiex jiżgura li l-għajnuna tintuża strettament biex tappoġġja t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà tal-attivitajiet bankarji Griegi u mhux, pereżempju, għal tkabbir fis-swieq barranin.

(408)

L-impenn li jitnaqqas l-imgħax imħallas fuq id-depożiti Griegi minn livelli għoljin b'mod mhux profittabbli jiggarantixxi wkoll li l-għajnuna ma tintużax sabiex tiffinanzja strateġiji ta' ġbir tad-depożiti li jfixklu l-kompetizzjoni fis-suq Grieg. B'mod simili, l-impenn biex jiġu implimentati linji gwida stretti fir-rigward tal-ipprezzar tas-self ġdid (150), abbażi ta' valutazzjoni xierqa tar-riskju tal-kreditu, għandu jipprevjeni lill-Bank milli jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq Grieg bi strateġiji ta' pprezzar inadegwati fuq is-self lill-klijenti.

(409)

L-impenn għall-iżvestiment ta' […] jiżgura wkoll li l-għajnuna ma tintużax għat-tkabbir f'dak is-suq għas-spejjeż tal-kompetituri mhux megħjuna.

(410)

Meta wieħed iqis is-sitwazzjoni speċifika deskritta fit-taqsima 7.6.1 u l-miżuri previsti fil-pjan ta' ristrutturar, il-Kummissjoni hija tal-fehma li hemm biżżejjed salvagwardji li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

7.6.5.   Monitoraġġ

(411)

B'konformità mat-taqsima 5 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, huma meħtieġa rapporti regolari li jippermettu lill-Kummissjoni tivverifika li l-pjan ta' ristrutturar qiegħed jiġi implimentat kif suppost. Kif ġie ddikjarat fl-impenji (151), il-Greċja għandha tiżgura li t-Trustee tal-Monitoraġġ, li nħatar mill-Bank bl-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jissorvelja l-impenji mogħtija mill-Greċja fuq ir-ristrutturar tal-attivitajiet fil-Greċja u barra minnha, kif ukoll fuq il-governanza korporattiva u l-operazzjonijiet kummerċjali, sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar, jiġifieri, il-31 ta' Diċembru 2018. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonstata li l-monitoraġġ adegwat tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar huwa żgurat.

7.6.6.   Konklużjoni dwar il-konformità tal-miżuri A, B1, B2 u B3 mal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar

(412)

Il-Kummissjoni ssib li l-pjan ta' ristrutturar, meta kkunsidrat flimkien mal-impenji fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, jiżgura t-treġġigħ lura tal-vijabbiltà fit-tul tal-Bank, huwa suffiċjenti fir-rigward tal-kondiviżjoni tal-piżijiet u l-kontribuzzjoni proprja u fih miżuri suffiċjenti sabiex jillimita d-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-pjan ta' ristrutturar u l-impenji sottomessi jissodisfaw il-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar.

8.   KONKLUŻJONI

(413)

Il-Kummissjoni jiddispjaċiha li l-Greċja implimentat b'mod illegali l-miżuri ta' għajnuna B1, B2, B3, FB4, FB5, PB1, u PB2, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, minħabba li dawn ġew implimentati qabel in-notifika formali tagħhom. Madankollu, dawn il-miżuri, kif ukoll il-miżuri l-oħrajn analizzati f'din id-Deċiżjoni, jistgħu jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq intern,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-miżuri li ġejjin, implimentati jew ippjanati mill-Greċja jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat:

(a)

l-assistenza ta' likwidità ta' emerġenza pprovduta lin-National Bank of Greece S.A. (“NBG”) mill-Bank of Greece u ggarantita mill-GreċjaL2547

(b)

it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta' EUR 2 326 miljun mogħti mill-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (“HFSF”) lil NBG f'Diċembru 2012 (miżura B2);

(c)

ir-rikapitalizzazzjoni ta' EUR 8 677 miljun mogħtija mill-HFSF lil NBG fir-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B3);

(d)

il-finanzjament tad-diskrepanza ta' finanzjament totali ta' EUR 456,97 miljun mill-HFSF relatat mal-attivitajiet trasferiti minn First Business Bank S.A. (“FB Bank”) lil NBG, f'Ġunju u f'Ottubru 2013 (miżura FB4);

(e)

l-impenn sabiex tiġi koperta l-ħtieġa kapitali ta' NBG kien relatat mal-akkwist tal-assi ttrasferiti minn FB Bank lil NBG, f'Mejju 2013, għal ammont ta' EUR 100 miljun (il-miżura FB5);

(f)

il-finanzjament tad-diskrepanza ta' finanzjament totali ta' EUR 562,73 miljun mill-HFSF relatati mal-attivitajiet trasferiti minn Probank S.A. lil NBG, f'Awwissu u Diċembru 2013 (miżura PB1); u

(g)

l-impenn sabiex tiġi koperta l-ħtieġa kapitali ta' NBG kien relatat mal-akkwist tal-assi ttrasferiti minn Probank lil NBG, f'Lulju 2013, għal ammont ta' EUR [180 sa 280] miljun (il-miżura PB2).

2.   Il-finanzjament mill-HFSF tad-diskrepanza tal-likwidità totali ta' EUR 325,8 miljun, fil-qafas tat-trasferiment ta' ċerti assi u obbligazzjonijiet tal-Cooperative Bank of Lesvos-Limnos, Cooperative Bank of Achaia u Cooperative Bank of Lamia f'Marzu 2013, ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

3.   Fid-dawl tal-pjan tar-ristrutturar li għandu x'jaqsam mal-Grupp NBG li jinkludi lin-National Bank of Greece u lis-sussidjarji tiegħu kollha (sussidjarji u fergħat Griegi u mhux Griegi, kemm bankarji u mhux bankarji) mibgħut fil-25 ta' Ġunju 2014 u l-impenji mogħtija mill-Greċja fl-istess ġurnata, l-għajnuna mill-Istat li ġejja hija kompatibbli mas-suq intern:

(a)

l-injezzjoni ta' kapital ta' EUR 1 350 miljun mogħtija mill-Greċja lil NBG f'Mejju 2009 u f'Diċembru 2011 fil-forma ta' ishma ta' preferenza taħt l-Iskema ta' Rikapitalizzazzjoni (il-miżura A);

(b)

l-assistenza ta' likwidità f'każ ta' emerġenza pprovduta lil NBG mill-Bank of Greece u garantita mill-Greċja sa minn Lulju 2011, għal ammont ta' EUR 30,9 biljun fil-L2558

(c)

l-ewwel rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta' EUR 7 430 miljun mogħtija mill-HFSF lil NBG f'Mejju 2012 (miżura B1);

(d)

it-tieni rikapitalizzazzjoni tranżitorja ta' EUR 2 326 miljun mogħtija mill-HFSF lil NBG f'Diċembru 2012 (miżura B2);

(e)

ir-rikapitalizzazzjoni ta' EUR 8 677 miljun mogħtija mill-HFSF lil NBG fir-Rebbiegħa 2013 (il-miżura B3);

(f)

l-injezzjoni ta' kapital ta' EUR 50 miljun mogħtija mill-Greċja lil FB Bank f'Lulju 2009 (miżura FB1);

(g)

il-finanzjament tad-diskrepanza ta' finanzjament totali ta' EUR 456,97 miljun mill-HFSF relatati mal-attivitajiet trasferiti minn FB Bank lil NBG, f'Ġunju u Ottubru 2013 (miżura FB4);

(h)

l-impenn sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet kapitali ta' NBG kien relatat mal-akkwist tal-assi ttrasferiti minn FB Bank lil NBG, f'Mejju 2013, għal ammont ta' EUR 100 miljun (il-miżura FB5);

(i)

il-finanzjament tad-diskrepanza ta' finanzjament totali ta' EUR 562,7 miljun mill-HFSF relatati mal-attivitajiet trasferiti minn Probank lil NBG, f'Awwissu u Diċembru 2013 (miżura PB1); u

(j)

l-impenn sabiex tiġi koperta l-ħtieġa kapitali ta' NBG kien relatat mal-akkwist tal-assi ttrasferiti minn Probank lil NBG, f'Lulju 2013, għal ammont ta' EUR [180 sa 280] miljun (il-miżura PB2).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ellenika.

Magħmul fi Brussel, it-23 ta' Lulju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  National bank of Greece S.A. u s-sussidjarji kollha tiegħu

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Novembru 2008 fl-għajnuna mill-Istat N 560/08 “Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 125, 5.6.2009, p. 6). Hija ġiet attribwita taħt in-numru SA.26678 (N 560/08). Dik l-iskema kienet sussegwentement ġiet imtawla u emendata kif deskritt fin-nota f'qiegħ il-paġna 4.

(3)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Diċembru 2011 fl-għajnuna mill-Istat SA.34064 (11/N) “It-tieni rikapitalizzazzjoni ta' salvataġġ ta' NBG taħt l-iskema ta' rikapitalizzazzjoni Griega” (ĠU C 99, 3.4.2012, p. 4).

(4)  Fit-2 ta' Settembru 2009, il-Greċja nnotifikat numru ta' emendi biex tappoġġja l-miżuri u prolongazzjoni sal-31 ta' Diċembru 2009 li ġew approvati fit-18 ta' Settembru 2009 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Settembru 2009 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 504/09 “Prolongazzjoni u emenda tal-Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 264, 6.11.2009, p. 5)). Fil-25 ta' Jannar 2010, il-Kummissjoni approvat it-tieni prolongazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ sat-30 ta' Ġunju 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 690/09 “Prolongazzjoni tal-Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 57, 9.3.2010, p. 6)). Fit-30 ta' Ġunju 2010, il-Kummissjoni approvat numru ta' emendi għall-miżuri ta' appoġġ u estensjoni sal-31 ta' Diċembru 2010 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat N 260/10 “Estensjoni tal-Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 238, 3.9.2010, p. 3)). Fil-21 ta' Diċembru 2010, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ sat-30 ta' Ġunju 2011 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2010 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 31998 (2010/N) “Ir-Raba' estensjoni tal-Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 53, 19.2.2011, p. 2)). Fl-4 ta' April 2011, il-Kummissjoni approvat emenda (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' April 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.32767 (11/N) “Emenda għall-Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 164, 2.6.2011, p. 8)). Fis-27 ta' Ġunju 2011, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ sal-31 ta' Diċembru 2011 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33153 (11/N) “Il-Ħames estensjoni tal-Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 274, 17.9.2011, p. 6)). Fis-6 ta' Frar 2012, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ sat-30 ta' Ġunju 2012 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Frar 2012 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.34149 (11/N) “Is-Sitt estensjoni tal-Miżuri ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 101, 4.4.2012, p. 2)). Fis-6 ta' Lulju 2012, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-miżuri ta' appoġġ sal-31 ta' Diċembru 2012 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2012 fil-Każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35002 (12/N) — Greċja “Prolongazzjoni tal-Iskema ta' Appoġġ għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 77, 15.3.2013, p. 14)). Fit-22 ta' Jannar 2013, il-Kummissjoni approvat prolongazzjoni tal-Iskema ta' Garanzija u tal-Iskema ta' Self ta' Bonds sat-30 ta' Ġunju 2013 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2013 fil-Każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35999 (12/N) — Greċja “Prolongazzjoni tal-Iskema ta' Garanzija u tal-Iskema ta' Self ta' Bonds għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja” (ĠU C 162, 7.6.2013, p. 6)). Fil-25 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-Iskema ta' Garanzija u tal-Iskema ta' Self Obbligazzjonarju sal-31 ta' Diċembru 2013 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Lulju 2013 fil-kawża dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.36956 (2013/N) — il-Greċja “Estensjoni tal-Iskema ta' Garanzija u tal-Iskema ta' Self Obbligazzjonarju għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja”, (ĠU C 141, 9.5.2014, p. 3)). Fl-14 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni approvat estensjoni tal-Iskema ta' Garanzija u tal-Iskema ta' Self Obbligazzjonarju sat-30 ta' Ġunju 2014 (Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2014 fil-kawża dwar l-Għajnuna mill-Istat (SA). 37958 (2013/N) — il-Greċja “Estensjoni tal-Iskema ta' Garanzija u tal-Iskema ta' Self Obbligazzjonarju għall-Istituzzjonijiet ta' Kreditu fil-Greċja”, li għadha ma ġietx ippubblikata.

(5)  “Diskrepanza tal-likwidità” tirreferi għad-differenza bejn il-valur tal-assi u l-valur tal-obbligazzjonijiet ittrasferiti lill-bank.

(6)  Il-liġi 4051/2012 dwar ir-regoli relatati mal-pensjonijiet u regoli urġenti oħrajn relatati mal-applikazzjoni tal-Memorandum ta' Qbil tal-liġi 4046/2012.

(7)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Lulju 2012 fl-Għajnuna mill-Istat (SA). 34824 (2012/C), “Ir-Rikapitalizzazzjoni tal-National Bank of Greece mill-Hellenic Financial Stability Fund” (ĠU C 359, 21.11.2012, p. 4).

(8)  Stqarrija għall-istampa tal-HFSF, l-24 ta' Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.hfsf.gr/files/press_release_20121224_en.pdf.

(9)  Ir-rapport finanzjarju interim tal-Bank tat-30 ta' Ġunju 2013, Awwissu 2013, p. 9 disponibbli online fuq: https://www.nbg.gr/english/the-group/investor-relations/financial-information/annual-interim-financial-statements/Documents/Annual%20and%20interim%20financial%20statements/Financial%20Report%20NBG%20GROUP-BANK%2030%2006%202013_EN%20FINAL.pdf.

(10)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 2.

(11)  Xiri u Suppożizzjoni hija proċedura ta' riżoluzzjoni li tikkonsisti fl-identifikazzjoni, f'entità legali taħt likwidazzjoni, tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' kwalità għolja u l-irkant tagħhom sabiex jiġu ttrasferiti lil kumpanija vijabbli.

(12)  HFSF, Annual Financial Report for the year ended 31 December 2013, Ġunju 2014, p. 8.

(13)  Il-Kummissjoni Ewropea — id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji. It-Tieni Programm ta' Aġġustament Ekonomiku għall-Greċja — Marzu 2012, p. 17, disponibbli onlajn fuq: http://ec.europa.eu/economy_finance/publications/occasional_paper/2012/pdf/ocp94_en.pdf.

(14)  Ara t-taqsima II “Ir-ristrutturar tad-Dejn Sovran Grieg” tar-Rapport dwar ir-Rikapitalizzazzjoni u r-Ristrutturar tas-Settur Bankarju Grieg, Bank of Greece, Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.bankofgreece.gr/BogEkdoseis/Report_on_the_recapitalisation_and_restructuring.pdf.

(15)  Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Finanzi tad-9 ta' Marzu 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.pdma.gr/attachments/article/80/9%20MARCH%202012%20-%20RESULTS.pdf.

(16)  Il-proporzjon tal-Grad 1 Ewlieni ta' bank huwa wieħed mill-proporzjonijiet kapitali regolatorji ssorveljati mis-superviżur bankarju fil-qafas tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital.

(17)  Ara n-nota 13 f'qiegħ il-paġna, p. 106.

(18)  Ara n-nota 14 f'qiegħ il-paġna.

(19)  Ara n-nota 13 f'qiegħ il-paġna, p. 104.

(20)  Ara n-nota 14 f'qiegħ il-paġna.

(21)  Il-Bank Ċentrali Ewropew u l-banek ċentrali nazzjonali flimkien jikkostitwixxu l-Eurosistema, li hija s-sistema tal-banek ċentrali taż-żona tal-euro.

(22)  Stqarrija għall-istampa tal-Ministeru tal-Finanzi tat-3 ta' Diċembru 2012, disponibbli onlajn fuq: http://www.pdma.gr/attachments/article/248/Press%20Release%20-%20December%2003.pdf. Dak ix-xiri lura tad-dejn tiegħu stess bi prezz ferm taħt il-valur nominali ġġenera tnaqqis sinifikanti tad-dejn għall-Greċja.

(23)  Fin-nuqqas ta' tali xiri lura, il-valur fis-suq ta' dawk il-GGBs ġodda seta' jiżdied skont l-evoluzzjoni ta' parametri tas-suq bħar-rati tal-imgħax u l-probabbiltà ta' inadempjenza tal-Greċja.

(24)  Is-CLPs jinkludu t-telf mistenni mill-produzzjoni ġdida ta' self fil-Greċja matul il-perjodu minn Ġunju 2013 sa Diċembru 2016.

(25)  L-impatt tas-CLPs għal riskju barrani ġie kkalkolat wara t-taxxa barranija u b'kunsiderazzjoni tal-impenji ta' disponiment diskussi mad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Politika tal-Kompetizzjoni f'dak iż-żmien.

(26)  Ir-riżervi tat-telf mis-self ta' NBG fit-30 ta' Ġunju 2013 proforma tad-dispożizzjonijiet ta' First Business Bank u Probank.

(27)  Ir-riżervi tat-telf mis-self ta' Eurobank fit-30 ta' Ġunju 2013 proforma tad-dispożizzjonijiet ta' New Hellenic Postbank u New Proton Bank, li ġew akkwistati f'Awwissu 2013.

(28)  http://www.nbg.gr/wps/wcm/connect/91c0c238-1219-4f87-b0d6-0a3e9c62f4c3/Summary+financial+data+30+09+2013_EN.pdf?MOD=AJPERES&CONVERT_TO=url&CACHEID=91c0c238-1219-4f87-b0d6-0a3e9c62f4c3.

(29)  Ara t-Tabella 2.

(30)  

Sorsi:

l-2012 u l-2013: Riżultati finanzjarji 2013 — Rapporti finanzjarji konsolidati, p. 42-43

2011: Riżultati finanzjarji 2012 — Rapporti finanzjarji konsolidati, p. 44-45

2010: Riżultati finanzjarji 2010 — Rapporti finanzjarji konsolidati: p. 42-43.

(31)  Dawk l-ammonti ta' ekwità jinkludu:

għall-2010, EUR 350 miljun ta' ishma ta' preferenza mogħtija mill-Greċja fl-2009;

għall-2011, l-2012 u l-2013, EUR 1 350 miljun ta' ishma ta' preferenza mogħtija mill-Greċja fl-2009 u l-2011;

Dawn l-ammonti ma jinkludux żewġ rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji riċevuti mill-Bank fl-2012, għall-ammont ta' EUR 9 756 miljun.

(32)  Ara t-Tabella 2.

(33)  Skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati għall-2012.

(34)  Eżerċizzju ta' bini tal-kotba jikkonsisti mill-ikkuntattjar lill-investituri potenzjali sabiex jirreġistraw l-ordnijiet tax-xiri tagħhom fil-ktieb tal-ordnijiet, fid-dawl tal-ikkompletar taż-żieda tal-kapital.

(35)  https://www.nbg.gr/english/the-group/press-office/press-releases/Documents/Launch_press_release.06.05.2014.pdf.

(36)  https://www.nbg.gr/english/the-group/press-office/press-releases/Documents/20140509%20Pricing%20Press%20Release_%ce%95%ce%9d.pdf.

(37)  https://www.nbg.gr/en/the-group/press-office/press-releases/update-regarding-the-egm-10-5-14.

(38)  http://www.hfsf.gr/files/press_release_20140509_en.pdf.

(*)  Informazzjoni kunfidenzjali

(39)  Id-Deċiżjoni 1/4/23.3.2012 tal-Kumitat tiegħu għall-miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(40)  Deċiżjoni 1/6/23.3.2012 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(41)  Id-Deċiżjoni 1/5/23.3.2012 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(42)  Id-Deċiżjoni 1/1/23.3.2012 tal-Kumitat tiegħu għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(43)  Id-Deċiżjoni 1/3/23.3.2012 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(44)  Id-Deċiżjoni 1/2/23.3.2012 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(45)  Id-Deċiżjoni 1/7/23.3.2012 tal-Kumitat tiegħu għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(46)  Id-Deċiżjoni 1/8/23.3.2012 tal-Kumitat tiegħu għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(47)  FB Bank irċieva Titoli mill-Gvern Grieg f'Jannar 2009, li mmaturaw f'Diċembru 2011.

(48)  Posta elettronika tal-Bank of Greece lill-Kummissjoni, 11 ta' Mejju 2013.

(49)  Id-Deċiżjoni 10/2/10.5.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(50)  Id-Deċiżjoni 13/1/7.11.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(51)  Ir-Rapport tal-Attivitajiet tal-Fond tal-Hellenic Financial Stability għall-perjodu Lulju — Diċembru 2013, disponibbli online fuq: http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jul_2013_Dec_2013_en.pdf.

(52)  L-offerta tal-Bank tal-25 ta' Lulju 2013, ibbażata fuq id-dejta pprovduta mill-Bank of Greece, fil-31 ta' Marzu 2013.

(53)  Dejta pprovduta mill-Bank of Greece fit-2 ta' April 2014.

(54)  Id-Deċiżjoni 85/1/26.7.2013 tal-Kumitat għall-Kreditu u l-Assigurazzjoni tal-Bank of Greece.

(55)  HFSF, ProbankAnaliżi tal-offerti sottomessi, il-25 ta' Lulju 2013.

(56)  Id-Deċiżjoni 12/2/26.7.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(57)  Id-differenza rriżultat primarjament mill-fatt li l-ammont attwali ta' self gross ittrasferit kien inqas minn dak inizjalment stmat mill-ammont ta' EUR 197 miljun, mill-fatt li l-provvedimenti għas-self żdiedu wkoll b'EUR 141 miljun, mit-tnaqqis fil-valutazzjoni tal-portafoll tal-bonds u l-ekwità u mit-tnaqqis fil-valutazzjoni tal-obbligazzjonijiet u primarjament id-depożiti.

(58)  Ir-Rapport tal-Attivitajiet tal-Fond tal-Hellenic Financial Stability għall-perjodu Lulju — Diċembru 2013, disponibbli online fuq: http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jul_2013_Dec_2013_en.pdf.

(59)  Skont ir-rapport dwar l-użu tal-miżura ta' garanzija u l-miżura ta' self obbligazzjonarju mibgħuta mill-Greċja fit-13 ta' Diċembru 2013.

(60)  Skont l-ittra tal-Bank of Greece tas-7 ta' Novembru 2011, “Il-Garanziji japplikaw fuq l-ammont totali tal-Assistenza ta' Likwidità f'Emerġenza (ELA)”.

(61)  Informazzjoni sottomessa fin-notifika fil-25 ta' Ġunju 2014.

(62)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, Anness I, p. 24.

(63)  Kif ġie spjegat fil-premessa 101 u 102, l-impenn ingħata f'April 2012 u r-rikapitalizzazzjoni effettivament seħħet f'Mejju 2012.

(64)  Il-ftehim ta' qabel is-sottoskrizzjoni stabbilixxa li: “Ir-Riskju Effettiv pagabbli lill-Bank għandu jinkludi l-bonds tal-EFSF u kwalunkwe pagamenti ta' kupuni u imgħax akkumulat għall-bonds tal-EFSF għall-perjodu mill-ħruġ tal-bonds sal-konverżjoni tal-Avvanz f'kapital azzjonarju u strumenti finanzjarji konvertibbli oħrajn kif preskritti hawnhekk”.

(65)  Ara t-Tabella 3.

(66)  http://www.nbg.gr/wps/wcm/connect/71b1f08a-2c84-4cfe-a368-f985c93d2da9/20130523_Announcement_Cut+Off+Date+and+Subscription+Period_final+clean+...%283%29_EN.pdf?MOD=AJPERES.

(67)  http://www.nbg.gr/wps/portal/en/the-group/Press-Office/Press-Releases/content/Press-Releases/anakoinosi-21-6-2013.

(68)  http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jan_2013_Jun_2013_en.pdf.

(69)  http://www.nbg.gr/wps/portal/en/the-group/Press-Office/Press-Releases/content/Press-Releases/reverse-split.

(70)  http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jan_2013_Jun_2013_en.pdf.

(71)  http://www.nbg.gr/wps/wcm/connect/af79cd67-5fd6-4811-bd70-2b493cf5c205/Announcement+Commencement+of+Trading_EN.pdf?MOD=AJPERES.

(72)  Pereżempju, il-prezz tal-eżerċizzju fis-26 ta' Diċembru 2013 kien EUR 4,3758, fis-26 ta' Ġunju 2014 kien EUR 4,4616, fis-26 ta' Diċembru 2014 sejjer ikun EUR 4,5689, fis-26 ta' Ġunju 2015, sejjer ikun EUR 4,6761 u jibqa' jiżdied b'dan il-mod.

(73)  Dak l-ammont ta' EUR 60 miljun f'titoli tal-gvern Grieg kien allokat u mogħti lill-Bank f'Settembru 2013, wara d-deċiżjoni 73/1/10/05.2013 tal-Kumitat għall-Kreditu u l-Assigurazzjoni tal-Bank of Greece u d-deċiżjoni 10/1/10.5.2003 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(74)  Għaldaqstant, it-terminu “diskrepanza tal-likwidità” jista' jqarraq peress li jiddeskrivi miżura ta' appoġġ kapitali u mhux appoġġ ta' likwidità.

(75)  HFSF, ir-Rapport tal-Attivitajiet tal-Fond tal-Hellenic Financial Stability għall-perjodu Lulju — Diċembru 2013, Marzu 2014, pg. 4, disponibbli online fuq: http://www.hfsf.gr/files/HFSF_activities_Jul_2013_Dec_2013_en.pdf.

(76)  Rapport Annwali tal-2010 https://www.nbg.gr/english/the-group/investor-relations/annual-report-offerring-circular/Documents/73301T05_CNB.pdf.

(77)  Rapport Annwali tal-2012, https://www.nbg.gr/english/the-group/investor-relations/annual-report-offerring-circular/Documents/NBG%20Form%2020-F.PDF

(78)  Rapport Annwali tal-2010 https://www.nbg.gr/english/the-group/investor-relations/annual-report-offerring-circular/Documents/73301T05_CNB.pdf

(79)  Rapport Annwali tal-2012, https://www.nbg.gr/english/the-group/investor-relations/annual-report-offerring-circular/Documents/NBG%20Form%2020-F.PDF

(80)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 30 (il-figuri jirreferu għall-operazzjonijiet domestiċi, inklużi, pereżempju, is-sussidjarji attivi fl-assigurazzjoni, fil-proprjetà immobbli u fit-turiżmu).

(81)  Ara l-Premessi 72 u 82.

(82)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 30.

(83)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, Anness I, p. 11.

(84)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, Anness I, p. 9.

(85)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, Anness I, p. 11.

(86)  Ir-redditu fuq l-RWA, li mhuwiex affettwat b'mod negattiv mill-adegwatezza kapitali għolja tal-Bank, ser jilħaq […] % fi tmiem il-perjodu tar-ristrutturar.

(87)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 13.

(88)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 34.

(89)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 12.

(90)  Il-profitt fil-proporzjon tal-Grad Ewlieni 1 huwa stmat bħala li kien ta' 35 bps fl-2013, skont is-sottomissjoni tal-awtoritajiet Griegi fil-21 ta' Novembru 2013.

(91)  Rapport Finanzjarju 2010, p. 44.

(92)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 12.

(93)  http://www.barchart.com/plmodules/?module=secFilings&filingid=8338505&type=HTML&popup=1&override=1&symbol=NBG.

(94)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 11.

(95)  Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu II.

(96)  Is-swaps tar-rati tal-imgħax maqbula mar-Repubblika Ellenika skont ftehim tal-ISDA, inklużi dawk titolizzati permezz ta' Titlos Plc, ser jiġu esklużi mis-self nett għall-finijiet tal-kalkolazzjoni tal-proporzjon self-depożitu nett.

(97)  Ara l-Impenn fl-Anness, il-kapitolu II.

(98)  Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu II.

(99)  Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu II.

(100)  Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu III, taqsima A.

(101)  Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu III, taqsima A.

(102)  Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu III, taqsima A.

(103)  Ara l-Impenji fl-Anness, il-kapitolu III, taqsima Ċ.

(104)  Ittra tal-Greċja lill-Kummissjoni datata l-25 ta' Ġunju 2014: “Fl-aħħarnett, fir-rigward taċ-ċertifikati maħruġa mill-HFSF, għandu jiġi kkjarifikat li r-Repubblika Ellenika għandha tfittex l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea qabel kwalunkwe ri-akkwist taċ-ċertifikati minn NBG jew minn kwalunkwe entità tal-Istat (inkluż l-HFSF), sabiex b'hekk il-Kummissjoni Ewropea tkun tista' tivverifika li x-xiri lura previst taċ-ċertifikati ma jmurx kontra r-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni tal-Istat skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.”

(105)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — L-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda fejn jidħlu istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali (ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8).

(106)  Il-Premessa 59 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG.

(107)  Il-Premessa 63 tad-Deċiżjoni tal-Ftuħ ta' NBG.

(108)  Ara l-Premessa 146 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2008 fil-Kawża tal-għajnuna mill-Istat SA. 510/08 — Italia “Vendita dei beni della compagnia aerea ALITALIA” (ĠU C 46, 25.2.2009, p. 6).

(109)  Ara l-punt 49 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2008 u punt 20 tal-Komunikazzjoni ta' Ristrutturar.

(110)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Jannar 2010 f'Għajnuna mill-Istat kawża NN 19/09 — Għajnuna għar-Ristrutturar lil Dunfermline Building Society, premessa (47) (ĠU C 101, 20.4.2010, p. 7). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ottubru 2010 f'Għajnuna mill-Istat kawża N 560/09 — Għajuna għal-likwidazzjoni ta' Fionia bank, premessa 55 (ĠU C 76, 10.3.2011, p. 3). Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2010 f'Għajnuna mill-Istat Kawża N 392/10 — Ir-Ristrutturar ta' CajaSur, premessa (52) (ĠU C 357, 30.12.2010, p. 12).

(111)  Ara n-noti ta' qiegħ il-paġna 2 u 4.

(112)  Ara l-Artikolu 9(15) tal-Liġi 4051/2012 u l-Artikolu 13 A(4) tal-Liġi 3746/2009.

(113)  Ittra tal-Bank of Greece lill-Kummissjoni Ewropea datata l-14 ta' Mejju 2013.

(114)  B'kuntrast ma' dak li sar għar-riżoluzzjoni tat-tliet Banek Kooperattivi, Emporiki Bank ma ġiex ikkuntattjat minħabba li sadanittant huwa ttieħed minn Alpha Bank.

(115)  Ara wkoll il-premessa 82 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2012 f'Għajnuna mill-Istat SA. 34053 (12/N) — Ir-Rikapitalizzazzjoni ta' Spanja u r-Ristrutturar tal-Banco de Valencia S.A. (ĠU C 75, 14.3.2013, p. 3).

(116)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 103.

(117)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Jannar 2012, ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li huma maħsuba biex jappoġġjaw il-miżuri favur l-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“Komunikazzjoni ta' Estensjoni tal-2011”), ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7.

(118)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta' Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex isostnu miżuri favur banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (“il-Komunikazzjoni Bankarja”) (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).

(119)  Fir-rigward tal-miżura FB4, l-HFSF jippossjedi pretensjoni ta' EUR 457 miljun lejn l-entità f'likwidazzjoni. Fil-31 ta' Diċembru 2013, l-indebolimenti pprenotati fuq dik il-pretensjoni kienu jammontaw għal EUR 377 miljun fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-HFSF.

(120)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 17.

(121)  Ara l-Artikolu 9(15) tal-Liġi 4051/2012 u l-Artikolu 13 A(4) tal-Liġi 3746/2009.

(122)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 109.

(123)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 103.

(124)  Fil-valutazzjoni tal-vijabbiltà tiegħu mwettqa fl-2012, il-Bank of Greece identifika l-akbar erba' banek fil-Greċja bħala kandidati xierqa għar-rikapitalizzazzjoni mill-HFSF, filwaqt li l-banek l-oħrajn, dawk “mhux ewlenin”, tqiesu bħala li ma kinux eliġibbli għar-rikapitalizzazzjoni mill-HFSF.

(125)  Id-Deċiżjoni 12/1/26.7.2013 tal-Kumitat għall-Miżuri ta' Riżoluzzjoni tal-Bank of Greece.

(126)  Pjan ta' ristrutturar sottomess fil-25 ta' Ġunju 2014, p. 15.

(127)  Ara n-noti ta' qiegħ il-paġna 1 u 3.

(128)  Ara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ ta' NBG, premessa 38.

(129)  HFSF, Annual Financial Report for the year ended 31 December 2013, June 2014, p. 6.

(130)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 56.

(131)  Huwa nnotat ukoll li l-Greċja tat l-għajnuna lill-Bank taħt l-Iskema ta' Appoġġ lill-Banek Griegi, li kienet awtorizzata mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat, kif ukoll permezz tal-HFSF, li l-kriterju tiegħu kien approvat ukoll minn deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(132)  Ara n-noti ta' qiegħ il-paġna 2 u 3.

(133)  Ara l-premessa 41 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Kawża NN 51/08 Skema ta' garanzija għall-banek fid-Danimarka (ĠU C 273, 28.10.2008, p. 2).

(134)  Ara d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2013, p. 42.

(135)  Ara l-premessa 104: l-imgħaxijiet akkumulati jitqiesu bħala kontribuzzjoni addizzjonali mill-HFSF u, għalhekk, żiedu l-ammont ta' ħlas irċevut mill-HFSF wara r-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013.

(136)  Ara wkoll it-Taqsima 7.6.1.

(137)  Il-prezz teoretiku qabel il-ħruġ ta' ishma bi dritt (theoretical ex-right price — “TERP”) huwa metodoloġija ġeneralment aċċettata fis-suq għall-kwantifikazzjoni tal-effett ta' dilwizzjoni taż-żieda tal-kapital azzjonarju.

(138)  Id-deċiżjoni 542/VII/19.6.2012 tal-Awtorità Ellenika għall-Kompetizzjoni, ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern Grieg (FEK B' 238/8.2.2013), disponibbli online fuq: http://www.epant.gr/img/x2/apofaseis/apofaseis696_1_1362562606.pdf.

(139)  L-akkwiżizzjonijiet tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti ta' Lamia Bank u Lesvos-Limnos Bank ma ġewx innotifikati lill-Kummissjoni tal-Kompetizzjoni Ellenika peress li l-fatturat tal-parti ttrasferita ta' kull Bank Kooperattiv ma kienx qabeż il-livell limitu ta' EUR 15-il miljun stabbilit mill-Artikolu 6(1) tal-liġi 3959/2011 f'kombinazzjoni mal-Artikolu 10(3)(a) tal-istess liġi.

(140)  Ara wkoll it-Taqsima 7.5.1.

(141)  Id-deċiżjoni 568/VII/15.7.2013 tal-Awtorità Ellenika għall-Kompetizzjoni kif ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern Grieg (FEK B' 2460/1.10.2013), disponibbli online fuq: http://www.epant.gr/img/x2/apofaseis/apofaseis707_1_1381133065.pdf

(142)  Ara l-preżentazzjoni tal-Bank “NBG-Probank, Creating Value” datata l-24 ta' April 2013, p. 8.

(143)  Ara l-punt 28 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u ara l-premessa 320 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/823/UE tal-5 ta' April 2011 dwar il-miżuri C 11/09 (ex NN 53b/08, NN 2/10 u N 19/10) implimentati mill-Istat Olandiż għal ABN AMRO Group NV (maħluq wara l-fużjoni bejn Fortis Bank Nederland u ABN AMRO N) (ĠU L 333, 15.12.2011, p. 1).

(144)  Il-Kummissjoni tosserva wkoll li parti mill-ħtiġijiet tal-likwidità tal-Bank ġejja mill-forma atipika tal-parteċipazzjoni tal-HFSF fl-ewwel u fit-tieni rikapitalizzazzjonijiet tranżitorji, kif ukoll fir-rikapitalizzazzjoni tar-Rebbiegħa 2013. Tabilħaqq, bħala korrispettiv għall-parteċipazzjoni tiegħu, l-HFSF ittrasferixxa lill-Bank noti tal-EFSF minflok flus kontanti. Il-Bank għandu ammont kbir ta' noti tal-EFSF fuq perjodu ta' żmien medju u twil, li jżidu l-ħtiġijiet tal-finanzjament tiegħu meta mqabbla ma' sitwazzjoni fejn ir-rikapitalizzazzjoni kienet titħallas fi flus kontanti. Dik il-parti tal-ħtiġijiet tal-likwidità ma tirriflettix mudell ta' negozju jew struttura ta' karta bilanċjali mhux xierqa. Hija tgħib awtomatikament meta n-noti tal-EFSF jimmaturaw.

(145)  Il-projezzjonijiet finanzjarji rrapportati fil-pjan ta' ristrutturar ivarjaw mill-eżitu tat-test tal-istress tal-2013 imwettaq mill-Bank of Greece, peress li dan tal-aħħar ma kienx imsejjes fuq l-istess sett ta' suppożizzjonijiet u kkalkola aġġustamenti oħrajn li saru mill-Bank of Greece.

(146)  Ara l-premessa 147.

(147)  Meta tiġi eskluża l-għajnuna mħallsa lura fi żmien sitt xhur, l-ammont tal-għajnuna jitnaqqas għal 15,6 % tal-RWA tal-Bank.

(148)  Rapport Annwali ta' NBG għas-sena li għalqet fl-2013.

(149)  Ara s-seba' impenn fil-Kapitolu II tal-lista ta' Impenji pprovduta fl-Anness.

(150)  Ara r-raba' impenn fil-Kapitolu II tal-lista ta' Impenji pprovduta fl-Anness.

(151)  Ara l-ħdax-il impenn fil-Kapitolu III tal-lista ta' Impenji pprovduta fl-Anness.


ANNESS

Image

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA

IL-MINISTERU TAL-FINANZI

IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-UFFIĊĊJU

Ateni, Ġunju 2014

National Bank of Greece — Impenji mir-Repubblika Ellenika

Ir-Repubblika Ellenika għandha tiżgura li l-Bank qed jimplimenta l-pjan ta' ristrutturar mibgħut fl-24 ta' Ġunju 2014. Il-pjan ta' ristrutturar huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet makro-ekonomiċi kif ipprovduti mill-Kummissjoni Ewropea (il-“Kummissjoni”) fl-Appendiċi I, kif ukoll fuq suppożizzjonijiet regolatorji.

B'hekk, ir-Repubblika Ellenika tipprovdi l-impenji li ġejjin (l-“Impenji”), li huma parti integrali mill-pjan ta' ristrutturar. L-impenji jinkludu l-impenji rigward l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturar (l-“Impenji tar-Ristrutturar”) u l-Impenji dwar il-Governanza Korporattiva u l-Operazzjonijiet Kummerċjali.

L-impenji għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-pjan ta' ristrutturar (id-“Deċiżjoni”).

Il-perjodu tar-ristrutturar għandu jintemm fil-31 ta' Diċembru 2018. L-impenji japplikaw matul il-perjodu ta' ristrutturar sakemm l-impenn individwali ma jiddikjarax mod ieħor.

Dan it-test għandu jiġi interpretat fid-dawl tad-Deċiżjoni fil-qafas ġenerali tal-liġi tal-Unjoni u b'referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/99 (1).

KAPITOLU I.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet tal-Impenji, it-termini li ġejjin għandhom ifissru:

(1)    Bank : National Bank of Greece S.A. u s-sussidjarji kollha tiegħu. Għalhekk jinkludi l-Grupp kollu tan-National Bank of Greece, bis-sussidjarji u l-fergħat Griegi u mhux Griegi tiegħu kollha, kemm bankarji kif ukoll mhux bankarji.

(2)    Offerta kapitali miżjuda b'mod gradwali fis-settur bankarju : offerta li tirriżulta f'żieda fil-proporzjon tal-kapital regolatorju tal-Bank, b'kunsiderazzjoni tal-elementi rilevanti kollha, b'mod partikolari l-profitt/it-telf ipprenotat fuq it-tranżazzjoni u t-tnaqqis tal-RWA li jirriżulta mill-bejgħ (jekk meħtieġ ikkoreġut għaż-żieda tal-RWA li tirriżulta mil-links tal-finanzjament li jifdal).

(3)    Offerta kapitali miżjuda b'mod gradwali fis-[…] : offerta li tirriżulta f'żieda fil-proporzjon tal-kapital regolatorju tal-Bank. Kwalunkwe offerta ogħla mill-valur kontabilistiku […] fil-kont tal-Bank awtomatikament tiġi stmata bħala kapital akkrexxittiv.

(4)    Għeluq : id-data tat-trasferiment tat-titolu legali tan-Negozju tad-Divestiment lill-Akkwirent.

(5)    Negozju ta' Divestiment : in-negozji u l-assi kollha li l-Bank jimpenja ruħu li jbiegħ.

(6)    Data Effettiva : id-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni.

(7)    Tmiem il-perjodu tar-ristrutturar : Il-31 ta' Diċembru 2018.

(8)    Assi barranin jew assi mhux Griegi : assi relatati mal-attivitajiet ta' klijenti barra l-Greċja, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi. Pereżempju, l-assi mniżżla fil-kotba fil-Lussemburgu iżda relatati mal-attivitajiet ta' klijenti fil-Greċja mhumiex inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-definizzjoni. Għall-kuntrarju, l-assi mniżżla fil-kotba fil-Lussemburgu jew fil-Greċja iżda relatati mal-attivitajiet ta' klijenti f'pajjiżi oħrajn tal-SEE jitqiesu bħala assi barranin u huma inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-definizzjoni.

(9)    Negozji barranin : sussidjarji u fergħat bankarji u mhux bankarji barranin tal-Bank.

(10)    Sussidjarji barranin : is-sussidjarji bankarji u mhux bankarji kollha tal-Bank barra mill-Greċja.

(11)    Attivitajiet bankarji Griegi : l-attivitajiet bankarji Griegi tal-Bank, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi.

(12)    Attivitajiet mhux bankarji Griegi : l-attivitajiet mhux bankarji Griegi tal-Bank, indipendentement mill-pajjiż fejn jitniżżlu l-assi.

(13)    Sussidjarji Griegi : is-sussidjarji bankarji u mhux bankarji Griegi kollha tal-Bank.

(14)    Trustee tal-Monitoraġġ : persuna jew persuni fiżika/fiżiċi jew ġuridika/ġuridiċi, indipendenti mill-Bank, approvata/i mill-Kummissjoni u maħtura mill-Bank; it-Trustee tal-Monitoraġġ għandu d-dover li jissorvelja l-konformità tal-Bank mal-Impenji.

(15)    Akkwirent : persuna jew persuni fiżika/fiżiċi jew ġuridika/ġuridiċi għall-akkwist, b'mod sħiħ jew parzjalment, tan-Negozju ta' Divestiment.

(16)    Bejgħ : il-bejgħ ta' 100 % tal-parteċipazzjoni azzjonarja miżmuma mill-Bank, sakemm l-Impenn individwali ma jiddikjarax mod ieħor.

Għall-finijiet tal-Impenji, is-singular ta' dawk it-termini għandu jinkludi l-plural (u viċi versa), sakemm l-Impenji ma jistabbilixxux mod ieħor.

KAPITOLU II.   IMPENJI TA' RISTRUTTURAR

(1)

In-numru ta' fergħat fil-Greċja: In-numru ta' fergħat fil-Greċja għandu jammonta għal massimu ta' […] fil-31 ta' Diċembru 2017.

(2)

In-numru ta' impjegati fil-Greċja: In-numru ta' ekwivalenti għall-full time (“l-FTEs”) fil-Greċja (attivitajiet bankarji u mhux bankarji Griegi) għandhom jammontaw għal massimu ta' […] fil-31 ta' Diċembru 2017.

(3)

L-ispejjeż totali fil-Greċja: L-ispejjeż totali fil-Greċja (attivitajiet bankarji u mhux bankarji Griegi) għandhom jammontaw għal massimu ta' EUR […] miljun fil-31 ta' Diċembru 2017. (2)

(4)

L-ispejjeż tad-depożiti fil-Greċja: Sabiex titreġġa' lura l-profittabbiltà ta' qabel il-proviżjonament tiegħu fis-suq Grieg, il-Bank għandu jnaqqas l-ispiża tal-finanzjament permezz tat-tnaqqis tal-ispiża tad-depożiti miġbura fil-Greċja (inklużi t-tfaddil, id-depożiti liberi u b'terminu u prodotti simili oħrajn offruti lill-klijenti u li l-ispejjeż tagħhom jitħallsu mill-Bank) […].

(5)

Il-proporzjon self-depożiti nett fil-Greċja: Għall-attivitajiet bankarji Griegi, il-proporzjon self-depożiti totali nett għandu jammonta għal massimu ta' 115 % fil-31 ta' Diċembru 2017. […]

(6)

Appoġġ għall-operazzjonijiet fit-Turkija: Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Bank ma għandux jipprovdi […] addizzjonali.

Il-Bank ma għandux jappoġġja lil Finansbank indirettament bi trasferiment ta' self jew kwalunkwe assi oħrajn lil entità oħra tal-Bank.

(7)

Id-disponiment ta' […] ta' […] negozji barranin u […] ta' Finansbank sat-30 ta' Ġunju 2018: Il-Bank għandu jbiegħ (jiffirma) sat-30 ta' Ġunju 2018 is-sussidjarji barranin tiegħu fi […] u l-fergħa tiegħu li topera fi […] sabiex inaqqas l-attivitajiet internazzjonali tiegħu.

(7.1)

[…]

(7.2)

[…]

(7.3)

[…]

(8)

Il-bejgħ ta' […]: […]

(9)

Il-bejgħ ta' titoli: Il-portafoll tat-titoli elenkati, definit kif ġej, għandu jiġi divestit bi […], filwaqt li l-portafoll tat-titoli mhux elenkati għandu jiġi divestit bi […]: dawn il-portafolli jinkludu l-investimenti tal-ekwità kollha akbar minn EUR […] miljun, kif ukoll l-investimenti kollha f'bonds subordinati u bonds ibridi, għajr […].

(10)

Id-disponiment ta' sussidjarju ta' ekwità privata: Il-Bank għandu jiżvesti l-Fondi tal-Ekwità Privata ta' NBG bi […]. […]

(11)

Għal kwalunkwe bejgħ b'dawn l-impenji, ir-Repubblika Ellenika timpenja ruħha li:

a.

L-Akkwirent għandu jkun indipendenti minn u mhux konness mal-Bank;

b.

Għall-iskop li jakkwista n-Negozju taċ-Ċessjoni, ix-Xerrej ma jiġix iffinanzjat b'mod dirett jew indirett mill-Bank; (3)

c.

Għal perjodu ta' 5 snin wara l-għeluq tal-bejgħ, il-Bank ma għandux jakkwista influwenza diretta jew indiretta fuq in-Negozju ta' Divestiment kollu, jew fuq parti minnu, mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni.

(12)

Politika ta' investiment: Sat-30 ta' Ġunju 2017, il-Bank ma għandux jakkwista titoli fi grad mhux ta' investiment.

Dan l-Impenn ma għandux japplika għat-titoli li ġejjin (it-Titoli Eżentati):

i.

[…]

ii.

[…]

iii.

[…]

iv.

[…]

v.

[…]

(13)

Limitu massimu tas-salarju: Sa […], il-Bank ma għandux iħallas rimunerazzjoni annwali totali (paga, kontribuzzjoni tal-pensjoni, bonus) ogħla minn […] lil xi impjegat jew maniġer. F'każ ta' injezzjoni ta' kapital mill-HFSF, il-limitu massimu tar-rimunerazzjoni sejjer jiġi evalwat mill-ġdid skont il-Komunikazzjoni Bankarja Ewropea tal-1 ta' Awwissu 2013.

KAPITOLU III.   IMPENJI FUQ IL-GOVERNANZA KORPORATTIVA U L-OPERAZZJONIJIET KUMMERĊJALI — ESTENSJONI U EMENDI

(1)

Il-Bank għandu jkompli jimplimenta l-Impenji fuq il-Governanza Korporattiva u l-Operazzjonijiet Kummerċjali, kif sottomessi mir-Repubblika Ellenika fl-20 ta' Novembru 2012, bl-emendi sussegwenti pprovduti fil-Kapitolu III tal-Impenji, sat-30 ta' Ġunju 2018. […]

(2)

F'każ li Impenn individwali ma japplikax fil-livell tal-Bank, il-Bank ma għandux juża s-sussidjarji jew l-attivitajiet mhux koperti minn dak l-Impenn individwali sabiex jaħrab mill-Impenn.

It-Taqsima A.   It-twaqqif ta' organizzazzjoni interna effikaċi u adegwata

(3)

Il-Bank, minbarra s-sussidjarji barranin tiegħu, għandu josserva f'kull ħin id-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi 3016/2002 dwar il-Governanza Korporattiva u tal-liġi 2190/1920 dwar is-Sociétés Anonymes u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet b'rabta mal-funzjonijiet ta' korpi korporattivi bħal-laqgħa tal-azzjonisti u l-Bord tad-Diretturi sabiex jiżgura distribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet u t-trasparenza. Is-setgħat tal-laqgħa tal-azzjonisti għandhom ikunu ristretti għall-kompiti ta' laqgħa ġenerali b'konformità mal-liġi dwar il-kumpaniji, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet relatati mal-informazzjoni. Setgħat aktar estensivi, li jippermettu influwenza mhux xierqa fuq il-ġestjoni, għandhom jitwaqqfu. Ir-responsabbiltà għall-ġestjoni operattiva ta' kuljum għandha tkun b'mod ċar f'idejn id-Diretturi eżekuttivi tal-Bank.

(4)

Il-Bank, minbarra s-sussidjarji barranin tiegħu, għandu dejjem jikkonforma mal-Qafas tar-Relazzjoni tal-Fond Elleniku għall-Istabbiltà Finanzjarja (l-“HFSF”).

(5)

Il-Bank għandu josserva d-dispożizzjonijiet tal-Att tal-Gvernatur 2577/9.3.2006 fis-seħħ, bil-għan li jżomm, fuq bażi individwali u kollettiva, struttura organizzattiva effettiva u Sistema ta' Kontroll Intern adegwata, inklużi t-tliet pilastri ewlenin, jiġifieri l-funzjonijiet tal-Verifika Interna, tal-Ġestjoni tar-Riskji u tal-Konformità u l-aqwa prattiki internazzjonali ta' governanza korporattiva.

(6)

Il-Bank għandu jkollu struttura organizzattiva effiċjenti, sabiex ikun jista' jiżgura li d-dipartimenti tal-Verifika Interna u tal-Ġestjoni tar-Riskju jkunu indipendenti b'mod sħiħ min-netwerks kummerċjali u jirrapportaw direttament lill-Bord tad-Diretturi. Kumitat tal-Verifika u Kumitat tar-Riskju — maħluqa fi ħdan il-Bord tad-Diretturi — għandhom jivvalutaw il-kwistjonijiet kollha mqajma minn dawk id-dipartimenti rispettivi. Karta adegwata dwar il-Verifika Interna u Karta adegwata dwar il-Ġestjoni tar-Riskju għandhom jispeċifikaw ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u r-riżorsi ta' dawk id-dipartimenti. Dawk il-karti għandhom jikkonformaw mal-istandards internazzjonali u jiggarantixxu indipendenza sħiħa lid-dipartimenti. Politika Kreditizja għandha tipprovdi gwida u struzzjonijiet rigward l-għoti tas-self, inkluż dwar l-ipprezzar tas-self u r-ristrutturar tas-self.

(7)

Il-Bank għandu jippubblika u jibgħat lill-awtoritajiet kompetenti l-lista ta' azzjonisti li għandhom mill-inqas 1 % ta' ishma ordinarji.

It-Taqsima B.   Il-prattiki kummerċjali u l-monitoraġġ tar-riskji

Prinċipji ġenerali

(8)

Il-Politika Kreditizja għandha tispeċifika li l-klijenti kollha għandhom jiġu ttrattati b'mod ġust permezz ta' proċeduri mhux diskriminatorji għajr dawk relatati mar-riskju ta' kreditu u l-abbiltà li jħallsu. Il-Politika Kreditizja tiddefinixxi l-limiti massimi li l-għoti tas-self 'il fuq minnhom għandu jiġi approvat minn maniġment f'livelli ogħla. Għandhom jiġu definiti limiti massimi simili rigward ir-ristrutturar tas-self u l-immaniġġjar tal-pretensjonijiet u l-litigazzjonijiet. Il-Politika Kreditizja għandha tiċċentralizza f'ċentri magħżula l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell nazzjonali u tipprovdi salvagwardji ċari li jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tal-istruzzjonijiet tagħha fi ħdan l-attivitajiet bankarji Griegi kollha.

(9)

Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank għandu jinkorpora b'mod sħiħ ir-regoli tal-Politika Kreditizja fis-sistemi tagħhom ta' żborżament u fluss tax-xogħol tar-rifinanzjament tas-self u tal-oriġini tas-self.

Dispożizzjonijiet speċifiċi

(10)

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi elenkati fil-paragrafi (8) sa (18) tal-Kapitolu III tal-Impenji għandhom japplikaw għall-attivitajiet bankarji Griegi, sakemm ma jingħadx mod ieħor b'mod espliċitu

(11)

Il-Politika Kreditizja għandha tesiġi li l-ipprezzar tas-self u tal-ipoteki jkun konformi ma' linji gwida stretti. Dawk il-linji gwida għandhom jinkludu l-obbligu li jiġu rrispettati strettament it-tabelli standard tal-politika kreditizja fir-rigward tal-faxex (firxiet) tar-rati tal-imgħax skont il-maturità tas-self, il-valutazzjoni tar-riskju tal-kreditu tal-klijent, il-potenzjal tal-irkupru mistenni tal-kollateral mirhun (inkluż il-qafas taż-żmien għal likwidazzjoni potenzjali), ir-relazzjoni ġenerali mal-Bank (eż. il-livell u l-istabbiltà tad-depożiti, l-istruttura tal-miżati u attivitajiet oħrajn ta' bejgħ trasversali) u l-ispiża tal-finanzjament tal-Bank. Jiġu ġġenerati klassijiet speċifiċi ta' assi ta' self (eż. self kummerċjali, ipoteki, garantiti/mhux garantiti, eċċ.) u l-qafas tal-ipprezzar tagħhom jiġi strutturat f'tabella xierqa tal-Politika Kreditizja li għandha tiġi aġġornata fuq bażi regolari mill-Kumitat tal-Kreditu. Kwalunkwe eċċezzjoni għandha tkun debitament awtorizzata mill-Kumitat tal-Kreditu, jew f'livell aktar baxx ta' awtorità meta dan ikun permess mill-Politika Kreditizja. Tranżazzjonijiet imfassla apposta, bħal self sindakat jew finanzi ta' proġett, għandhom jirrispettaw l-istess prinċipji, billi tingħata attenzjoni xierqa lill-fatt li dawn jistgħu ma jadattawx tajjeb fit-tabelli standardizzati tal-politika kreditizja. Kwalunkwe ksur ta' dik il-politika dwar l-ipprezzar għandu jiġi rrapportat lit-Trustee tal-Monitoraġġ.

(12)

Id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji għandu jkun responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju ta' kreditu u mill-istima tal-kollateral. Meta jiġi biex jivvaluta l-kwalità tas-self, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji għandu jaġixxi b'mod indipendenti, billi jipprovdi l-opinjoni tiegħu bil-miktub bil-għan li jiżgura li l-kriterji użati fil-valutazzjoni jiġu applikati b'mod konsistenti matul iż-żmien u fost il-klijenti u fir-rigward tal-politika kreditizja tal-Bank.

(13)

Fir-rigward tas-self lil individwi u entitajiet legali, għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, abbażi tal-aqwa prassi internazzjonali, il-Bank għandu japplika limiti individwali u aggregati stretti li jirregolaw l-ammont ta' self massimu li jista' jingħata għal riskju ta' kreditu wieħed (jekk dan ikun permess skont il-liġi Griega u tal-UE). Dawk il-limiti għandhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-maturità tas-self u l-kwalità ta' kwalunkwe kollateral/titolu pprovdut u għandhom jiġu stabbiliti fl-isfond ta' punti ta' riferiment ewlenin, inkluż il-kapital.

(14)

L-għoti tas-self (4) sabiex il-mutwatarji jkunu jistgħu jakkwistaw ishma jew strumenti ibridi tal-Bank u ta' banek oħrajn (5) għandu jiġi pprojbit, irrispettivament minn min ikunu dawk il-mutwatarji (6). Din id-dispożizzjoni għandha tapplika u tiġi ssorveljata fil-livell tal-Bank.

(15)

It-talbiet kollha għal self minn mutwatarji mhux konnessi akbar minn [[…] % tal-RWA tal-Bank] jew għal kwalunkwe self li jżomm l-espożizzjoni għal grupp wieħed (definit bħala grupp ta' mutwatarji konnessi li jirrappreżentaw riskju ta' kreditu waħdieni) ogħla minn [[…] % tal-RWA tal-Bank] għandhom jiġu rrapportati lit-Trustee tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jista', jekk ma jidhirx li l-kundizzjonijiet ikunu ġew stabbiliti b'mod distakkat jew jekk ma tkunx ġiet ipprovduta biżżejjed informazzjoni lit-Trustee tal-Monitoraġġ, jipposponi l-għoti tal-linja ta' kreditu jew tas-self bi […] jiem tax-xogħol. F'każijiet ta' emerġenza, it-tali perjodu jista' jitnaqqas għal […] jum ta' ħidma sakemm tkun ingħatat informazzjoni biżżejjed mill-Fiduċjarju ta' Sorveljanza. Dak il-perjodu jippermetti lit-Trustee tal-Monitoraġġ jirrapporta l-każ lill-Kummissjoni u lill-HFSF qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni definittiva mill-Bank.

(16)

Il-Politika Kreditizja għandha tagħti struzzjonijiet ċari dwar ir-ristrutturar tas-self. Hija tiddefinixxi b'mod ċar liema self huwa eliġibbli, taħt liema ċirkostanzi u tindika t-termini u l-kundizzjonijiet li jistgħu jiġu proposti lill-klijenti eliġibbli. Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank għandu jiżgura li r-ristrutturar kollu jimmira li jtejjeb l-irkupri futuri mill-Bank, sabiex b'hekk jiġi ssalvagwardjat l-interess tal-Bank. Il-politika dwar ir-ristrutturar f'ebda każ ma tipperikola l-profittabbiltà futura tal-Bank. Għal dak il-għan, id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji fi ħdan il-Bank għandu jkun responsabbli sabiex jiżviluppa u jiskjera mekkaniżmi adegwati ta' rapportar tal-effettività tar-ristrutturar, iwettaq analiżi profonda tal-aqwa prassi interni u/jew esterni, jirrapporta s-sejbiet tiegħu mill-inqas fuq bażi trimestrali lill-Kumitat tal-Kreditu u lill-Kumitat tar-Riskju tal-Bord, jissuġġerixxi titjib azzjonabbli għall-proċessi u l-politiki involuti u jissorvelja u jirrapporta l-implimentazzjoni tagħhom lill-Kumitat tal-Kreditu u lill-Kumitat tar-Riskju tal-Bord.

(17)

Għall-attivitajiet bankarji Griegi kollha, il-Bank għandu jippromulga politika ta' pretensjoni u litigazzjoni li jkollha l-għan li timmassimizza l-irkupru u li tipprevjeni kwalunkwe diskriminazzjoni jew trattament preferenzjali fl-immaniġġjar tal-litigazzjonijiet. Il-Bank għandu jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex ikun jista' jimmassimizza l-irkupri għall-Bank u jipproteġi l-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fit-tul. Kwalunkwe ksur fl-implimentazzjoni ta' dik il-politika għandu jiġi rrapportat lit-Trustee tal-Monitoraġġ.

(18)

Il-Bank għandu jissorvelja r-riskju ta' kreditu permezz ta' sett żviluppat sewwa ta' twissijiet u rapporti, li jippermettu lid-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji: (i) jidentifika s-sinjali bikrija tal-indeboliment tas-self u l-avvenimenti ta' inadempjenza; (ii) jivvaluta l-potenzjal ta' rkupru tal-portafoll tas-self (inkluż iżda mhux limitat għal sorsi alternattivi ta' ħlas lura, bħal ko-debituri u garanti, kif ukoll il-kollateral mirhun jew disponibbli iżda mhux mirhun); (iii) jivvaluta l-espożizzjoni globali tal-Bank fuq bażi ta' klijent individwali jew ta' portafoll; u (iv) jipproponi azzjonijiet ta' korrezzjoni u titjib lill-Bord tad-Diretturi, skont kif meħtieġ. It-Trustee tal-Monitoraġġ għandu jingħata aċċess għal dik l-informazzjoni.

Dispożizzjonijiet li japplikaw għall-mutwatarji konnessi

(19)

Id-dispożizzjonijiet kollha li japplikaw għall-mutwatarji konnessi għandhom japplikaw fil-livell tal-Bank.

(20)

Fi ħdan il-Politika Kreditizja, għandha tiġi ddedikata taqsima speċifika għar-regoli li jirregolaw ir-relazzjonijiet mal-mutwatarji konnessi. Il-mutwatarji konnessi jinkludu impjegati, azzjonisti, diretturi, maniġers, kif ukoll il-konjugi, it-tfal u l-aħwa tagħhom, kif ukoll kwalunkwe entità legali kkontrollata direttament jew indirettament minn impjegati ewlenin (jiġifieri impjegati involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Politika Kreditizja), azzjonisti, diretturi jew maniġers jew il-konjugi, it-tfal u l-aħwa tagħhom. Permezz ta' estensjoni, kwalunkwe istituzzjoni pubblika jew organizzazzjoni kkontrollata mill-gvern, kwalunkwe kumpanija pubblika jew aġenzija tal-gvern għandha titqies bħala mutwatarja konnessa. Il-partiti politiċi għandhom jiġu ttrattati wkoll bħala mutwatarji konnessi fil-Politika Kreditizja. Għandha ssir enfasi partikolari fuq id-deċiżjonijiet li jirrigwardjaw kwalunkwe ristrutturar u tniżżil fil-valur tas-self lil impjegati, diretturi, azzjonisti u maniġers attwali jew preċedenti, u qraba tagħhom, kif ukoll fuq il-politiki segwiti fl-adegwatezza, fl-evalwazzjoni u fir-reġistrazzjoni tal-ipoteki u l-esklużjoni tal-kollateral tas-self. Id-definizzjoni ta' mutwatarji konnessi kompliet tiġi speċifikata f'dokument separat.

(21)

Id-Dipartiment tal-Ġestjoni tar-Riskji għandu jkun responsabbli għall-immappjar tal-gruppi konnessi kollha ta' mutwatarji li jirrappreżentaw riskju ta' kreditu waħdieni bil-għan li jissorveljaw kif suppost il-konċentrazzjoni tar-riskju ta' kreditu.

(22)

Fir-rigward tas-self lil individwi u entitajiet legali, il-Bank, fuq il-bażi tal-aqwa prassi internazzjonali, japplika limiti individwali u aggregati stretti li jirregolaw l-ammont ta' self massimu li jista' jingħata għal riskju ta' kreditu wieħed li jkun relatat mal-mutwatarji konnessi (jekk dan ikun permess skont il-liġi Griega u tal-UE).

(23)

Il-Bank għandu jissorvelja separatament l-espożizzjoni tiegħu għall-mutwatarji konnessi, inklużi entitajiet fis-settur pubbliku u partiti politiċi. Il-produzzjoni ġdida tas-self (7) lil mutwatarji konnessi (% annwali ta' stokk Y – 1 (8)) ma għandhiex tkun ogħla mill-produzzjoni ġdida tal-portafoll tas-self totali fil-Greċja (% annwali tal-istokk Y – 1). Dak l-Impenn għandu jiġi rrispettat separatament għal kull tip ta' mutwatarju konness (impjegati, azzjonisti, maniġers, entitajiet pubbliċi, partit politiku). Il-valutazzjoni tal-kreditu tal-mutwatarji konnessi, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-ipprezzar u r-ristrutturar possibbli offrut lilhom, ma għandhomx ikunu aktar vantaġġjużi meta mqabbla mal-kundizzjonijiet offruti lil mutwatarji simili iżda mhux konnessi, sabiex b'hekk jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwi fl-ekonomija Griega. Dak l-obbligu ma japplikax għall-iskemi ġenerali eżistenti li minnhom jibbenifikaw l-impjegati, li joffrulhom self issussidjat. Il-Bank għandu jirrapporta kull xahar dwar l-evoluzzjoni ta' dik l-espożizzjoni, l-amont tal-produzzjoni ġdida u t-talbiet riċenti akbar minn [[…] % tal-RWA tal-Bank] li għandhom jiġu indirizzati waqt il-laqgħa tal-kumitat tal-Kreditu.

(24)

Il-kriterji tal-kreditu applikati għall-impjegati/maniġers/azzjonisti ma għandhomx ikunu inqas stretti minn dawk applikati għal mutwatarji mhux konnessi oħrajn. Jekk l-espożizzjoni tal-kreditu totali għal impjegat/maniġer/azzjonist wieħed taqbeż ammont ugwali għal [[…]] ta' salarju fiss għas-self garantit u ammont ugwali għal [[…]] ta' salarju fiss għas-self mhux garantit, l-espożizzjoni għandha tiġi rrapportata fil-pront lit-Trustee tal-Monitoraġġ, li min-naħa tiegħu jista' jintervjeni u jipposponi l-għoti tas-self skont il-proċedura deskritta fil-paragrafu (25) tal-Kapitolu III tal-Impenji.

(25)

It-talbiet kollha għas-self mingħand dawk li jisselfu konnessi, iktar minn [[…] % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank] jew kwalunkwe self li jżomm l-espożizzjoni għal grupp wieħed (definit bħala grupp ta' dawk li jisselfu konnessi li jirrappreżentaw riskju ta' kreditu wieħed) ogħla minn [[…] % tal-assi mwieżna għar-riskju tal-Bank] għandhom jiġu rrappurtati lill-Fiduċjarju ta' Sorveljanza, li jekk il-kundizzjonijiet ma jidhrux li huma stabbiliti b'mod indipendenti jew jekk ma tkunx ingħatat informazzjoni biżżejjed lill-Fiduċjarju ta' Sorveljanza, jistgħu jipposponu l-għoti tal-linja ta' kreditu jew is-self b'[…] jum ta' ħidma. F'każijiet ta' emerġenza, it-tali perjodu jista' jitnaqqas għal […] jum ta' ħidma sakemm tkun ingħatat informazzjoni biżżejjed mill-Fiduċjarju ta' Sorveljanza. Dak il-perjodu jippermetti lit-Trustee tal-Monitoraġġ jirrapporta l-każ lill-Kummissjoni u lill-HFSF qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni definittiva mill-Bank.

(26)

Ir-ristrutturar tas-self li jinvolvi mutwatarji konnessi għandu jikkonforma mal-istess rekwiżiti applikabbli għall-mutwatarji mhux konnessi. Barra minn hekk, l-oqfsa u l-politiki stabbiliti li jittrattaw l-assi danneġġati għandhom jiġu vvalutati u mtejba, jekk ikun meħtieġ. Madankollu, huwa mistenni li s-self ristrutturat tal-mutwatarji konnessi jiġi rrapportat separatament, mill-inqas għal kull klassi tal-assi ta' self u għal kull tip ta' mutwatarju konness.

Taqsima C:   Restrizzjonijiet oħrajn

(27)    Projbizzjoni fuq id-Dividendi, il-Kupuni, ir-Riakkwist, is-Sejħa u x-Xiri Lura : Sakemm il-Kummissjoni ma taqbilx mod ieħor għal eżenzjoni, ir-Repubblika Ellenika timpenja li:

a.

Il-Bank ma għandux iħallas kupuni fuq strumenti kapitali ibridi (jew kwalunkwe strumenti oħrajn li l-ħlas b'kupuni għalihom huwa diskrezzjonarju) jew dividendi fuq strumenti ta' fondi proprji u strumenti ta' dejn subordinat, ħlief meta jkun hemm obbligu legali li jsir dan. […] Il-Bank ma għandux jirrilaxxa riżervi sabiex ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni bħal din. F'każ ta' dubju dwar jekk, għall-finijiet tal-Impenn preżenti, jeżistix obbligu legali, il-Bank għandu jissottometti l-ħlas propost b'kupun jew dividend lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha;

b.

Il-Bank ma għandux jirriakkwista kwalunkwe mill-ishma tiegħu stess jew jeżerċita opzjoni eżerċitabbli fir-rigward ta' dawk l-istrumenti ta' fondi proprja u l-istrumenti ta' dejn subordinat;

c.

Il-Bank ma għandux jixtri lura strumenti kapitali ibridi.

(28)    Projbizzjoni fuq l-Akkwiżizzjonijiet : Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank ma għandu jikseb ebda sehem f'ebda impriża, kemm jekk ikun assi jew trasferiment ta' ishma. Dik il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet tkopri kemm impriża li għandha l-forma legali ta' kumpanija, kif ukoll kwalunkwe pakkett ta' assi li jifforma negozju (9).

i.    Eżenzjoni li teħtieġ l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni : Minkejja dik il-projbizzjoni, il-Bank jista', wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni u, fejn xieraq, fuq proposta tal-HFSF, jakkwista negozji u impriżi jekk, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan ikun neċessarju sabiex titreġġa' lura l-istabbiltà finanzjarja jew sabiex tiġi żgurata l-kompetizzjoni effettiva.

ii.    Eżenzjoni li ma teħtieġx l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni : Il-Bank jista' jikseb ishma f'impriżi, bil-kundizzjoni li:

a.

Il-prezz tax-xiri mħallas mill-Bank għal kwalunkwe akkwiżizzjoni jkun inqas minn [[…] %] tad-daqs tal-karta bilanċjali (10) tal-Bank fid-Data Effettiva tal-Impenji (11); u

b.

Il-prezzijiet tax-xiri kumulattivi mħallsa mill-Bank għal dawn l-akkwisti kollha li jibdew mid-Data tad-Dħul fis-Seħħ tal-Impenju sa tmiem il-perjodu ta' ristrutturar, huma inqas minn [[…] %] tad-daqs tal-karta tal-bilanċ tal-Bank fid-Data tad-Dħul fis-Seħħ tal-Impenji.

iii.    Attivitajiet li ma jaqgħux taħt il-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjoni : Il-projbizzjoni tal-akkwist ma għandhiex tkopri akkwisti li jseħħu fil-kors ordinarju tan-negozju bankarju fil-ġestjoni ta' pretensjonijiet eżistenti lejn ditti f'diffikultà.

(29)    Projbizzjoni fuq ir-reklamar : Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank għandu joqgħod lura minn reklamar li jirreferi għall-appoġġ mill-Istat u milli jadotta strateġiji kummerċjali aggressivi li ma jistgħux iseħħu mingħajr l-appoġġ tar-Repubblika Ellenika.

KAPITOLU IV.   TRUSTEE TAL-MONITORAĠĠ

(1)

Ir-Repubblika Ellenika timpenja li l-Bank għandu jemenda u jestendi l-mandat tat-Trustee tal-Monitoraġġ approvat mill-Kummissjoni u maħtur mill-Bank fis-16 ta' Jannar 2013 sal-aħħar tal-perjodu tar-ristrutturar. Il-Bank għandu jwessa' wkoll il-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-mandat sabiex jinkorpora l-monitoraġġ (i) tal-pjan ta' ristrutturar u (ii) tal-Impenji kollha stipulati f'dan il-katalogu.

(2)

Erba' ġimgħat wara d-Data Effettiva tal-Impenji, ir-Repubblika Ellenika għandha tissottometti lill-Kummissjoni t-termini sħaħ tal-mandat emendat, li għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jippermettu lit-Trustee tal-Monitoraġġ jissodisfa d-doveri tiegħu skont dawk l-Impenji.

(3)

Id-dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-Trustee tal-Monitoraġġ huma speċifikati f'dokument separat.

Is-Segretarju Ġenerali

Christina PAPAKONSTANTINOU


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 83, 27.3.1999, p. 1).

(2)  Dan l-ammont ma jinkludi ebda spiża ta' TEKE/Skelos Exygiansis (skema għar-riżoluzzjoni tal-banek).

(3)  Dan ma japplikax għall-bejgħ ta' proprjetà immobbli, f'liema każ il-Bank jista' jipprovdi finanzjament lill-Akkwirent, jekk dan is-self ġdid isir b'konformità ma' prattika tas-self prudenti. Għall-finijiet tal-verifika tal-konformità mal-impenn fuq id-diżingranaġġ ta' assi mhux Griegi, għandu jiġi kkunsidrat kwalunkwe self ġdid li jaqa' taħt id-definizzjoni ta' assi mhux Griegi.

(4)  Għall-fini ta' dak l-Impenn, it-terminu “self” għandu jiġi interpretat largo sensu, bħal kwalunkwe tip ta' finanzjament, eż. faċilità ta' kreditu, garanzija, eċċ.

(5)  Għall-finijiet ta' kjarifika, it-terminu “banek oħrajn” jirreferi għal kwalunkwe bank — istituzzjoni finanzjarja fid-dinja.

(6)  Għall-finijiet ta' kjarifika, il-mutwatarji kollha, inklużi l-klijenti bankarji privati tal-Bank, huma koperti minn dak l-Impenn.

(7)  Għall-finijiet ta' kjarifika, il-produzzjoni ġdida tas-self tkopri wkoll ir-rifinanzjament tas-self u r-ristrutturar tas-self eżistenti.

(8)  Għall-finijiet ta' kjarifika, “% annwali ta' stokk Y-1” tirreferi għall-produzzjoni ġdida bħala perċentwal tal-istokk fi tmiem is-sena preċedenti. L-ammont ta' RWA huwa dak li jiġi kkalkolat fl-aħħar tas-sena.

(9)  Għall-finijiet ta' kjarifika u ta' dak l-Impenn, in-negozju tal-Ekwità Privata/Kapital ta' Riskju tal-Bank għandu jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dak l-Impenn. F'dak ir-rigward, il-Bank għandu jagħmel talba formali lill-Kummissjoni, li għandha tinkludi pjan ta' direzzjoni tan-negozju għal dik l-entità.

(10)  Għall-finijiet ta' kjarifika u ta' dak l-Impenn, id-daqs tal-karta bilanċjali huwa ugwali għall-assi totali tal-Bank.

(11)  Għall-finijiet ta' kjarifika, f'każ li l-approvazzjoni tal-Kummissjoni sabiex titneħħa l-projbizzjoni fuq l-akkwiżizzjonijiet tinkiseb skont il-punt i., tal-paragrafu (28), Chapter III tal-Impenji, il-karta bilanċjali tal-Bank fid-Data Effettiva tal-Impenji għandha tiġi kkalkolata sabiex jiġu inklużi wkoll l-assi tal-entitajiet akkwistati jew l-assi akkwistati fid-data tal-akkwiżizzjoni.


Appendix I

IL-PROJEZZJONIJIET MAKROEKONOMIĊI GĦALL-OPERAZZJONIJIET DOMESTIĊI GRIEGI

% ta' tkabbir annwali (sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor)

2012

2013

2014

2015

2016

2017

Rata ta' tkabbir kumulattiv għall-perjodu 2013-2017

PDG reali

– 6,4

– 4,2

0,6

2,9

3,7

3,5

6,4

Tkabbir tas-self nominali Greċja

– 6,4

– 4,2

0,6

2,9

3,7

3,5

6,4

Deflatur tal-PDG

– 0,8

– 1,1

– 0,4

0,4

1,1

1,3

1,3

Il-prezzijiet tal-proprjetà

– 11,7

– 10

– 5

0

2

3,5

 

Introjtu disponibbli nominali tal-unitajiet domestiċi

– 8,8

– 9,5

– 0,3

– 0,4

2,6

3,6

– 4,5

Depożiti fis-Settur Privat

– 7

1,3

1

3,4

5

5

16,6

Il-qgħad (%)

24,2

27

26

24

21

18,6

 

Ir-rata ta' rifinanzjament mill-BĊE (%)

0,75

0,5

0,5

1

1,5

1,75

 

Il-quċċata tal-formazzjoni tal-NPL

 

 

2H2014

 

 

 

 

3 xhur ta' Euribor (medja, %)

 

0,24

0,43

0,75

1,25

1,80

 

Aċċess għas-swieq kapitali — repos

 

IVA-Ebda Limitu Massimu

 

Aċċess għas-suq kapitali — kopert/prijoritarju mhux assigurat

 

IVA — sa EUR 500 miljun kull wieħed

IVA — sa EUR 1 biljun kull wieħed

IVA — Ebda Limitu Massimu

 


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

10.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 183/91


It-testi oriġinali tan-NU/KEE biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 95 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta' kolliżjoni laterali [2015/1093]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Suppliment 4 tas-serje ta' emendi 03 — Data tad-dħul fis-seħħ: l-10 ta' Ġunju 2014

WERREJ

REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet u testijiet

6.

Modifika tat-tip ta' vettura

7.

Konformità tal-produzzjoni

8.

Penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

9.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

10.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

11.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

ANNESSI

1

Komunikazzjoni

2

Arranġamenti tal-marka tal-approvazzjoni

3

Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bil-qiegħda fil-vetturi bil-magna

4

Proċedura tat-test ta' kolliżjoni

5

Karatteristiċi tal-ostaklu mobbli deformabbli

6

Deskrizzjoni teknika tal-manikin tal-impatt laterali

7

Installazzjoni tal-manikin tal-impatt laterali

8

Test parzjali

9

Proċeduri tat-test għall-protezzjoni, tal-okkupanti ta' vetturi li jaħdmu bl-enerġija elettrika, minn vultaġġ għoli u minn tixrid tal-elettrolit

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għall-komportament f'kolliżjoni laterali tal-istruttura tal-kompartiment tal-passiġġieri tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1  (1), fejn il-punt “R” tal-aktar sit baxx ma jkunx aktar minn 700 mm mil-livell tal-art, meta l-vettura tkun fil-kundizzjoni korrispondenti għall-massa ta' referenza ddefinita fil-paragrafu 2.10 ta' dan ir-Regolament.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.

“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-komportament tal-istruttura tal-kompartiment tal-passiġġieri f'każ ta' kolliżjoni laterali.

2.2.

“Tip ta' vettura” tfisser kategorija ta' vetturi bil-magna li ma jvarjawx f'tali aspetti essenzjali bħal:

2.2.1.

It-tul, il-wisa' u l-għoli mill-art tal-vettura, fil-limitu li dawn ikollhom effett negattiv fuq il-prestazzjoni preskritta f'dan ir-Regolament;

2.2.2.

L-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali tal-ħitan tal-ġnub tal-kompartiment tal-passiġġieri, fil-limitu li dawn ikollhom effett negattiv fuq il-prestazzjoni preskritta f'dan ir-Regolament;

2.2.3.

Il-linji u d-dimensjonijiet ta' ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri u t-tip ta' sistemi ta' protezzjoni, fil-limitu li dawn ikollhom effett negattiv fuq il-prestazzjoni preskritta f'dan ir-Regolament;

2.2.4.

Il-post (quddiem, wara jew iċ-ċentru) u l-orjentazzjoni (trasversali jew lonġitudinali) tal-magna, fil-limitu li dawn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt ta' dan ir-Regolament;

2.2.5.

Il-massa mingħajr tagħbija, fil-limitu li din ikollha effett negattiv fuq il-prestazzjoni preskritta f'dan ir-Regolament;

2.2.6.

L-arranġamenti jew il-fittings tal-intern opzjonali, fil-limitu li dawn ikollhom effett negattiv fuq il-prestazzjoni preskritta f'dan ir-Regolament;

2.2.7.

It-tip ta' sit(s) ta' quddiem u l-pożizzjoni tal-punt “R”, fil-limitu li dawn ikollhom effett negattiv fuq il-prestazzjoni preskritta f'dan ir-Regolament;

2.2.8.

Il-postijiet fejn tkun ir-REESS, fil-limitu li dawn ikollhom effett negattiv fuq ir-riżultat tat-test tal-impatt preskritt f'dan ir-Regolament.

2.3.

“Kompartiment tal-passiġġieri” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, magħluq permezz tas-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, it-twieqi ta' barra u l-paratija ta' quddiem (front bulkhead) u l-pjan tad-diviżjoni tal-kompartiment ta' wara jew il-pjan tal-appoġġ tad-dahar tas-sit ta' wara.

2.3.1.

“Kompartiment tal-passiġġieri fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupant” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupant, magħluq permezz tas-saqaf, l-art, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, it-twieqi ta' barra u l-paratija ta' quddiem (front bulkhead) u l-pjan tal-paratija tal-kompartiment ta' wara jew il-pjan tal-appoġġ tad-dahar tas-sit ta' wara;

2.3.2.

“Kompartiment tal-passiġġieri għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika” tfisser l-ispazju għall-akkomodazzjoni tal-okkupanti, magħluq permezz tas-saqaf, il-qiegħ, il-ħitan tal-ġnub, il-bibien, it-twieqi ta' barra u l-paratija ta' quddiem (front bulkhead) u ta' wara (rear bulkhead, jew rear gate), kif ukoll permezz tal-ostakli u l-kaxxa għall-protezzjoni elettrika provduti biex l-okkupanti jiġu protetti minn kuntatt dirett ma' partijiet “live” ta' vultaġġ għoli.

2.4.

Il-“punt R” jew il-“punt ta' referenza għas-sits” tfisser il-punt ta' referenza speċifikat mill-manifattur tal-vettura li:

2.4.1.

Għandu koordinati determinati fir-rigward tal-istruttura tal-vettura;

2.4.2.

Jikkorrispondi mal-pożizzjoni teoretika tal-punt ta' rotazzjoni tat-torso/tal-koxox (il-punt H) għall-pożizzjoni normali għas-sewqan jew għall-pożizzjoni tal-użu l-aktar baxxa u l-aktar lura mogħtija mill-manifattur tal-vettura għal kull pożizzjoni bilqiegħda speċifikata minnu.

2.5.

Il-“punt H” huwa kif stabbilit mill-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

2.6.

“Kapaċità tat-tank tal-fjuwil” tfisser il-kapaċità tat-tank tal-fjuwil kif speċifikata mill-manifattur tal-vettura.

2.7.

“Pjan trasversali” tfisser pjan vertikali perpendikulari għall-pjan medjan lonġitudinali vertikali tal-vettura.

2.8.

“Sistema ta' protezzjoni” tfisser apparati maħsuba biex irażżnu u/jew jipproteġu lill-okkupanti tal-vettura.

2.9.

“Tip ta' sistema ta' protezzjoni” tfisser kategorija ta' apparati ta' protezzjoni li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali tagħhom bħal:

 

Teknoloġija;

 

Ġeometrija;

 

Il-materjali kostitwenti tagħhom.

2.10.

“Massa ta' referenza” tfisser il-massa mingħajr tagħbija tal-vettura miżjuda b'massa ta' 100 kg (jiġifieri l-massa tal-manikin tal-impatt laterali u l-istrumentazzjoni tiegħu).

2.11.

“Massa mingħajr tagħbija” tfisser il-massa f'kundizzjoni ta' sewqan mingħajr sewwieq, passiġġieri jew tagħbija, imma bit-tank tal-fjuwil mimli sa 90 fil-mija tal-kapaċità tiegħu u s-sett normali ta' għodod u l-istepni fuq il-vettura, fejn dan ikun applikabbli.

2.12.

“Ostaklu mobbli deformabbli” tfisser l-apparat li bih tintlaqat il-vettura tat-test. Dan huwa magħmul minn troli u impattur.

2.13.

“Impattur” tfisser sezzjoni li titgħaffeġ immuntata fuq in-naħa ta' quddiem tal-ostaklu mobbli deformabbli.

2.14.

“Troli” tfisser qafas bir-roti liberu li jitmexxa fuq l-assi lonġitudinali tiegħu fil-punt tal-impatt. Il-parti ta' quddiem tiegħu ssostni l-impattur.

2.15.

“Vultaġġ għoli” tfisser il-klassifikazzjoni ta' komponent jew ċirkwit elettriku diment li l-vultaġġ operattiv tiegħu ikun > 60 V u ≤ 1 500 V b'kurrent dirett (DC) jew > 30 V u ≤ 1 000 V b'kurrent alternat (AC) root — mean — square (rms).

2.16.

“Sistema ta' ħażna ta' enerġija rikarikabbli (REESS)” tfisser is-sistema ta' ħażna ta' enerġija rikarikabbli li tipprovdi enerġija elettrika għall-propulsjoni.

2.17.

“Ostaklu għall-protezzjoni elettrika” tfisser il-parti li tipprovdi l-protezzjoni mill-kuntatt dirett mal-partijiet “live” ta' vultaġġ għoli.

2.18.

“Sistema tal-motopropulsjoni elettrika” tfisser iċ-ċirkwit elettriku li jinkludi l-mutur(i) tat-trazzjoni, u jista' jinkludi wkoll ir-REESS, is-sistema tal-konverżjoni tal-enerġija elettrika, il-konvertituri elettroniċi, il-kablaġġ u l-konnetturi assoċjati, u s-sistema tal-akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS.

2.19.

“Partijiet live” tfisser il-parti(jiet) konduttiva/i maħsuba biex jiġu enerġizzati elettrikament fl-użu normali.

2.20.

“Parti konduttiva esposta” tfisser il-parti konduttiva li tista' tintmiss skont id-dispożizzjoniet tal-grad ta' protezzjoni IPXXB, u li tiġi enerġizzata elettrikament f'kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' iżolament. Din tinkludi partijiet taħt għata li tista' titneħħa mingħajr għodda.

2.21.

“Kuntatt dirett” tfisser il-kuntatt ta' persuni ma' partijiet “live” b'voltaġġ għoli.

2.22.

“Kuntatt indirett” tfisser il-kuntatt ta' persuni ma' partijiet konduttivi esposti.

2.23.

“Grad ta' protezzjoni IPXXB” tfisser il-protezzjoni minn kuntatt ma' partijiet “live” b'vultaġġ għoli provduta minn ostaklu jew kaxxa għall-protezzjoni elettrika u li tiġi ttestjata permezz ta' Suba' tat-Test Artikolat (Jointed Test Finger) (grad IPXXB) kif deskritt fil-paragrafu 4 tal-Annex 9.

2.24.

“Vultaġġ operattiv” tfisser l-ogħla valur tal-vultaġġ root-mean-square (rms) ta' ċirkwit elettriku speċifikat mill-manifattur, li jista' jkun hemm bejn il-partijiet konduttivi f'kundizzjonijiet ta' ċirkwit miftuħ jew f'kundizzjonijiet ta' tħaddim normali. Jekk iċ-ċirkwit elettriku jkun diviż permezz ta' iżolazzjoni galvanika, il-vultaġġ operattiv jiġi ddefinit għal kull ċirkwit diviż, rispettivament.

2.25.

“Sistema ta' akkoppjament biex tiġi ċċarġjata s-sistema ta' ħażna ta' enerġija rikarikabbli (REESS)” tfisser iċ-ċirkwit elettriku użat biex tiġi ċċarġjata r-REESS minn provvista esterna tal-enerġija elettrika inkluża l-plakka tal-vettura.

2.26.

“Xażi elettriku” tfisser sett magħmul minn partijiet konduttivi konnessi flimkien bl-elettriku, li l-potenzjal elettriku tiegħu jittieħed bħala referenza.

2.27.

“Ċirkwit elettriku” tfisser assemblaġġ ta' partijiet “live” b'vultaġġ għoli, konnessi flimkien, iddisinjat biex ikun enerġizzat elettrikament waqt it-tħaddim normali.

2.28.

“Sistema ta' konverżjoni tal-enerġija elettrika” tfisser sistema (eż. ċellula tal-fjuwil) li tiġġenera u tipprovdi l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

2.29.

“Konvertitur elettroniku” tfisser apparat li jista' jikkontrolla u/jew jikkonverti l-enerġija elettrika għall-propulsjoni elettrika.

2.30.

“Kaxxa” tfisser il-parti li tagħlaq l-unitajiet interni u li tipprovdi protezzjoni minn kwalunkwe kuntatt dirett.

2.31.

“Assemblaġġ b'vultaġġ għoli” tfisser iċ-ċirkwit elettriku, inkluża s-sistema ta' akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS li titħaddem b'vultaġġ għoli.

2.32.

“Iżolatur solidu” tfisser il-kisja ta' iżolazzjoni tal-kablaġġ, ipprovduta sabiex tgħatti u tipprevjeni l-partijiet “live” b'vultaġġ għoli minn kwalunkwe kuntatt dirett. Dan jinkludi l-kisi għall-iżolazzjoni tal-partijiet “live” b'vultaġġ għoli tal-konnetturi, kif ukoll il-verniċ jew iż-żebgħa għall-fini ta' iżolament.

2.33.

“Skonnettur awtomatiku” tfisser apparat li meta jitħaddem, jissepara galvanikament is-sorsi ta' enerġija elettrika mill-bqija taċ-ċirkwit b'vultaġġ għoli tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika.

2.34.

“Batterija ta' trazzjoni tat-tip miftuħa” tfisser tip ta' batterija li taħdem bil-likwidu u li tiġġenera l-gass tal-idroġenu rilaxxat fl-atmosfera.

2.35.

“Sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament” tfisser sistema li tillokkja l-bibien awtomatikament b'veloċità stabbilita minn qabel jew fi kwalunkwe kundizzjoni oħra kif definit mill-manifattur.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta' kolliżjoni laterali għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.   Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmija hawn taħt, fi tliet kopji, u mid-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni dettaljata tat-tip ta' vettura fir-rigward tal-istruttura, id-dimensjonijiet, il-linji u l-materjali kostitwenti tagħha;

3.2.2.

Ritratti u/jew dijagrammi u disinji ta' vettura li juru t-tip tal-vettura b'elevazzjoni minn quddiem, mill-ġenb u minn wara u d-dettalji tad-disinn tal-parti laterali tal-istruttura;

3.2.3.

Dettalji tal-massa tal-vettura kif iddefiniti mill-paragrafu 2.11 ta' dan ir-Regolament;

3.2.4.

Il-linji u d-dimensjonijiet ta' ġewwa tal-kompartiment tal-passiġġieri;

3.2.5.

Deskrizzjoni tal-fittings tal-intern tal-ġenb rilevanti u tas-sistemi ta' protezzjoni installati fil-vettura;

3.2.6.

Deskrizzjoni ġenerali tat-tip tas-sors ta' enerġija elettrika, il-post u s-sistema tal-motopropulsjoni elettrika (eż. ibrida, elettrika).

3.3.   L-applikant għall-approvazzjoni għandu jkun intitolat li jippreżenta kwalunkwe dejta u riżultati ta' testijiet imwettqa li jagħmluha possibbli li jiġi stabbilit, bi grad suffiċjenti ta' preċiżjoni, li l-vetturi prototipi jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa.

3.4.   Vettura li tirrappreżenta t-tip li għandu jiġi approvat għandha titressaq lis-Servizz Tekniku responsabbli għat-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni.

3.4.1.   Vettura li ma tinkludix il-komponenti kollha xierqa għat-tip tista' tiġi aċċettata għat-testijiet kemm-il darba jista' jintwera li n-nuqqas tal-komponenti mhux inklużi ma għandu l-ebda effett detrimentali fuq il-prestazzjoni preskritta fir-rekwiziti ta' dan ir-Regolament.

3.4.2.   Għandha tkun ir-responsabbiltà tal-applikant għall-approvazzjoni li juri li l-applikazzjoni tal-paragrafu 3.4.1 ta' hawn fuq hija konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ta' vettura mressqa għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 5 ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip tal-vettura.

4.2.   F'każ ta' dubju, meta tkun qed tiġi vverifikata l-konformità tal-vettura mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandu jittieħed kont ta' kwalunkwe dejta jew ta' riżultati ta' testijiet ipprovduti mill-manifattur li jistgħu jitqiesu fil-validazzjoni tat-test tal-approvazzjoni mwettaq mis-Servizz Tekniku.

4.3.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 03 li jikkorrispondi għas-serje ta' emendi 03) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkorporaw l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma tistax tagħti l-istess numru ta' approvazzjoni lil tip ieħor ta' vettura.

4.4.   Notifika ta' approvazzjoni jew ta' estensjoni jew ta' rifjut ta' approvazzjoni ta' tip ta' vettura skont dan ir-Regolament għandha tiġi kkomunikata lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formula konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' ritratti u/jew dijagrammi u disinji pprovduti mill-applikant għall-approvazzjoni, f'format mhux akbar minn A4 (210 × 297 mm) jew mitwijin għal dak il-format u fuq skala xierqa.

4.5.   Għandha titwaħħal marka ta' approvazzjoni internazzjonali, fejn tidher u f'post li jkun faċilment aċċessibbli kif speċifikat fil-formula tal-approvazzjoni, ma' kull vettura li tikkonforma mat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, li tkun magħmula minn:

4.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.5.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit mill-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni, fuq il-lemin taċ-ċirku kif preskritt fil-paragrafu 4.5.1 ta' hawn fuq.

4.6.   Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat skont Regolament ieħor jew Regolamenti oħra annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1 ta' hawn fuq ma għandux għalfejn jiġi ripetut; f'dak il-każ, in-numri tar-Regolament u tal-approvazzjoni flimkien mas-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom ingħatat l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.5.1 ta' hawn fuq.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tinqara b'mod ċar u ma tkunx tista' titħassar.

4.8.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.9.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET U TESTIJIET

5.1.   Il-vettura għandha tgħaddi minn test skont l-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

5.1.1.   It-test għandu jitwettaq fuq in-naħa tas-sewwieq sakemm strutturi asimetriċi tal-ġenb, jekk hemm, ma jkunux tant differenti li jaffetwaw il-prestazzjoni f'impatt laterali. F'dak il-każ waħda jew l-oħra mill-alternattivi fil-paragrafu 5.1.1.1 jew 5.1.1.2 jistgħu jintużaw bi ftehim bejn il-manifattur u l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

5.1.1.1.   Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità responsabbli għall-approvazzjoni b'informazzjoni rigward il-kompatibilità ta' prestazzjonijiet imqabbla man-naħa tas-sewwieq meta t-test ikun qed jitwettaq fuq dik in-naħa.

5.1.1.2.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip, jekk tkun ikkonċernata dwar il-kostruzzjoni tal-vettura, għandha tiddeċiedi li t-test isir fuq in-naħa opposta tas-sewwieq, minħabba li din titqies bħala l-inqas favorevoli.

5.1.2.   Is-Servizz Tekniku, wara konsultazzjoni mal-manifattur, jista' jesiġi li t-test jitwettaq bis-sit f'pożizzjoni oħra differenti minn dik indikata fil-paragrafu 5.5.1 tal-Anness 4. Din il-pożizzjoni għandha tiġi indikata fir-rapport tat-test (3).

5.1.3.   Ir-riżultat ta' dan it-test għandu jitqies sodisfaċenti jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 5.2 u 5.3 ta' hawn taħt jiġu ssodisfati.

5.2.   Kriterji tal-prestazzjoni

Barra minn hekk, il-vetturi mgħammra b'sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.7 ta' hawn taħt. Dan jista' jsir permezz ta' test tal-impatt separat fuq talba tal-manifattur u wara l-validazzjoni mis-Servizz Tekniku, u dan kemm-il darba l-komponenti elettriċi ma jinfluwenzawx il-livell ta' protezzjoni tal-okkupant tat-tip ta' vettura kif definit fil-paragrafi minn 5.2.1 sa 5.3.5 ta' dan ir-Regolament. F'każ li l-kundizzjoni tkun tali, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.7 għandhom jiġu ċċekkjati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, għajr għall-paragrafi 6 u 7 u l-Appendiċi 1 u 2. Iżda l-manikin tal-impatt laterali għandu jkun installat fis-sit ta' quddiem fuq in-naħa tal-impatt.

5.2.1.   Il-kriterji tal-prestazzjoni, kif iddeterminati għat-test ta' kolliżjoni skont l-Appendiċi 1 tal-Anness 4 ta' dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

5.2.1.1.   Il-kriterju tal-prestazzjoni tar-ras (HPC — Head Performance Criterion) għandu jkun inqas minn jew daqs 1 000; fejn ma jkun hemm l-ebda kuntatt tar-ras, allura l-HPC ma għandux jitkejjel jew jiġi kkalkulat imma rreġistrat bħala “L-ebda Kuntatt tar-Ras.”

5.2.1.2.   Il-kriterji tal-prestazzjoni tat-toraċi għandhom ikunu:

(a)

Kriterju tad-Deflessjoni tal-Kustilji (RDC — Rib Deflection Criterion) inqas minn jew daqs 42 mm;

(b)

Kriterju tat-Tessuti tal-Ġisem (li la fihom għadam u lanqas huma kartilaġinużi) (VC) inqas minn jew daqs 1,0 m/sec.

Għal perjodu tranżitorju ta' sentejn wara d-data speċifikata fil-paragrafu 10.2 ta' dan ir-Regolament, il-valur V * C ma jkunx kriterju ta' suċċess/falliment fl-ittestjar għall-approvazzjoni, iżda dan il-valur għandu jiġi rreġistrat fir-rapport tat-test u jinġabar mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni. Wara dan il-perjodu tranżitorju, il-valur tal-VC ta' 1,0 m/sec għandu japplika bħala kriterju ta' suċċess/falliment sakemm il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma jiddeċidux mod ieħor.

5.2.1.3.   Il-kriterju tal-prestazzjoni tal-pelvi għandu jkun:

Forza Massima fuq is-Simfisi Pubika (waħda miż-żewġ għadmiet li jiffurmaw iż-żewġt iġnub tal-pelvi, PSPF — Pubic Symphysis Peak Force) inqas minn jew daqs 6 kN.

5.2.1.4.   Il-kriterju tal-prestazzjoni tal-addome għandu jkun:

Forza Massima fuq l-Addome (APF — Abdominal Peak Force) inqas minn jew daqs forza interna ta' 2,5 kN (ekwivalenti għal forza esterna ta' 4,5 kN).

5.3.   Rekwiżiti partikolari

5.3.1.   L-ebda bieba ma għandha tkun miftuħa waqt it-test.

5.3.1.1.   Fil-każ ta' sistemi tal-illokkjar tal-bieb attivati awtomatikament li jkunu installati b'mod opzjonali u/jew li jistgħu jiġu diżattivati mis-sewwieq, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat permezz ta' waħda minn dawn iż-żewġ proċeduri tat-test, fuq għażla tal-manifattur:

5.3.1.1.1.   Jekk l-ittestjar jitwettaq skont il-paragrafu 5.2.2.1 tal-Anness 4, il-manifattur għandu wkoll juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku (eż. permezz ta' dejta interna tal-manifattur) li, fin-nuqqas tas-sistema jew meta s-sistema tkun diżattivata, l-ebda bieba ma tinfetaħ f'każ ta' impatt.

5.3.1.1.2.   Jekk l-ittestjar jitwettaq skont il-paragrafu 5.2.2.2 tal-Anness 4, il-manifattur għandu wkoll juri li r-rekwiżiti għat-tagħbija tal-inerzja tal-paragrafu 6.1.4 tas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament Nru 11 huma ssodisfati għall-bibien mhux illokkjati (rilaxxati) fuq in-naħa mhux milquta bl-impatt.

5.3.2.   Wara l-impatt, il-bibien laterali fuq in-naħa mhux milquta bl-impatt ma għandhomx jibqgħu llokkjati.

5.3.2.1.   Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament, il-bibien għandhom ikunu llokkjati qabel il-mument tal-impatt u rilaxxati wara l-impatt mill-inqas fuq in-naħa mhux milquta bl-impatt.

5.3.2.2.   Fil-każ ta' sistemi tal-illokkjar tal-bieb attivati awtomatikament li jkunu installati b'mod opzjonali u/jew li jistgħu jiġu diżattivati mis-sewwieq, dan ir-rekwiżit għandu jiġi verifikat permezz ta' waħda minn dawn iż-żewġ proċeduri tat-test, fuq għażla tal-manifattur:

5.3.2.2.1.   Jekk l-ittestjar jitwettaq skont il-paragrafu 5.2.2.1 tal-Anness 4, il-manifattur għandu wkoll juri għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku (eż. permezz ta' dejta interna tal-manifattur) li, fin-nuqqas tas-sistema jew meta s-sistema tkun diżattivata, il-bibien laterali tan-naħa mhux milquta bl-impatt jiġu rilaxxati wara l-impatt.

5.3.2.2.2.   Jekk l-ittestjar jitwettaq skont il-paragrafu 5.2.2.2 tal-Anness 4, il-manifattur għandu juri wkoll li meta tiġi applikata t-tagħbija tal-inerzja tal-paragrafu 6.1.4 tas-serje ta' emendi 03 tar-Regolament Nru 11, il-bibien mhux illokkjati fuq in-naħa mhux milquta bl-impatt jibqgħu mhux illokkjati.

5.3.3.   Wara l-impatt, għandu jkun possibbli li mingħajr l-użu ta' għodod:

5.3.3.1.

Jinfetħu numru suffiċjenti ta' bibien ipprovduti għad-dħul u għall-ħruġ normali tal-passiġġieri, u jekk ikun neċessarju jiġu inklinati d-dahrien tas-sits jew is-sits sabiex tkun possibbli l-evakwazzjoni tal-okkupanti kollha;

5.3.3.2.

Il-manikin jiġi rrilaxxat mis-sistema ta' protezzjoni;

5.3.3.3.

Il-manikin jitneħħa mill-vettura;

5.3.4.   L-ebda apparat jew komponent tal-intern ma għandu jinqala' b'tali mod li jżid sew ir-riskju ta' korriment minn partijiet li jisporġu 'l barra u li jaqtgħu jew xfar bil-ponta;

5.3.5.   Ksur li jirriżulta minn deformazzjoni permanenti huwa aċċettabbli, sakemm dan ma jżidx ir-riskju ta' korriment;

5.3.6.   Jekk ikun hemm tnixxija kontinwa ta' likwidu mis-sistema ta' alimentazzjoni tal-fjuwil wara l-kolliżjoni, ir-rata ta' tnixxija ma għandhiex tkun ta' aktar minn 30 g/min; Jekk il-likwidu mis-sistema ta' alimentazzjoni tal-fjuwil jitħallat ma' likwidi mis-sistemi l-oħra u l-likwidi differenti ma jistgħux jiġu separati u identifikati faċilment, il-likwidi kollha miġbura għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tat-tnixxija kontinwa.

5.3.7.   Wara li jkun twettaq it-test skont il-proċedura definita fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament, is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika li topera b'vultaġġ għoli u l-komponenti u s-sistemi b'vultaġġ għoli, li huma konnessi galvanikament mal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika, għandhom jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti:

5.3.7.1.   Protezzjoni minn xokk elettriku

Wara l-impatt, irid ikun ġie ssodisfat tal-inqas wieħed mill-erba' kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.3.7.1.1 sa 5.3.7.1.4.2.

Jekk il-vettura jkollha funzjoni ta' skonnessjoni awtomatika, jew apparat(i) li jiddividu galvanikament iċ-ċirkwit tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika waqt il-kundizzjoni tas-sewqan, wara li tiġi attivata l-funzjoni ta' skonnessjoni, għaċ-ċirkwit skonness jew għal kull ċirkwit diviż, individwalment, għandu japplika tal-inqas wieħed mill-kriterji li ġejjin.

Madankollu, il-kriterji definiti fil-paragrafu 5.3.7.1.4 ma japplikawx jekk ikun hemm iktar minn reżistenza waħda ta' parti mill-assemblaġġ b'vultaġġ għoli li ma tkunx protetta bil-kundizzjonijiet tal-grad ta' protezzjoni IPXXB.

Jekk it-test jitwettaq bil-kundizzjoni li l-part(ijiet) tas-sistema b'vultaġġ għoli ma jkunux enerġizzati, il-protezzjoni minn xokk elettriku għandha tiġi ppruvata jew skont il-paragrafu 5.3.7.1.3 jew il-paragrafu 5.3.7.1.4. għall-part(ijiet) rilevanti.

Għal sistema ta' akkoppjament biex tiġi ċċarġjata r-REESS, li ma tkunx enerġizzata waqt kundizzjonijiet ta' sewqan, tal-inqas għandu jiġi ssodisfat wieħed mill-erba' kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.3.7.1.1 sa 5.3.7.1.4 ta' hawn taħt.

5.3.7.1.1.   Assenza ta' vultaġġ għoli

Il-vultaġġi Vb, V1 u V2 tal-assemblaġġi b'vultaġġ għoli għandhom ikunu daqs jew inqas minn 30 VAC jew 60 VDC kif speċifikat fil-paragrafu 2 tal-Anness 9.

5.3.7.1.2.   Enerġija elettrika baxxa

L-enerġija totali (TE) fl-assemblaġġi b'vultaġġ għoli għandha tkun inqas minn 2,0 joules meta mkejla skont il-proċedura tat-test kif speċifikat fil-paragrafu 3. tal-Anness 9 bil-formula (a). Alternattivament, l-enerġija totali (TE) tista' tiġi kkalkulata bil-vultaġġ imkejjel (Vb) tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u l-kapaċitanza tal-X-kapasiters (Cx) speċifikata mill-manifattur skont il-formula (b) tal-paragrafu 3. tal-Anness 9.

L-enerġija maħżuna fil-Y-kapasiters (TEy1, TEy2) għandha tkun ukoll inqas minn 2,0 joules. Din għandha tiġi kkalkulata billi jitkejlu l-vultaġġi V1 and V2 tal-assemblaġġi b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku, u l-kapaċitanza tal-Y-kapasiters speċifikata mill-manifattur skont il-formula (c) fil-paragrafu 3 tal-Anness 9.

5.3.7.1.3.   Protezzjoni fiżika

Għall-protezzjoni minn kuntatt dirett ma' partijiet “live” b'vultaġġ għoli, għandu jiġi pprovdut il-grad ta' protezzjoni IPXXB.

Barra minn hekk, għall-protezzjoni minn xokk elettriku li jista' jirriżulta minn kuntatt dirett, ir-reżistenza bejn il-partijiet konduttivi esposti u x-xażi elettriku għandha tkun inqas minn 0,1 ohm meta jkun hemm fluss ta' kurrent ta' mill-inqas 0,2 ampere.

Dan ir-rekwiżit jiġi ssodisfat jekk il-konnessjoni galvanika tkun saret bil-welding.

5.3.7.1.4.   Reżistenza tal-iżolament

Il-kriterji speċifikati fil-paragrafi 5.3.7.1.4.1 u 5.3.7.1.4.2 ta' hawn taħt għandhom jiġu ssodisfati.

Il-kejl għandu jitwettaq skont il-paragrafu 5. tal-Anness 9.

5.3.7.1.4.1.   Sistema tal-motopropulsjoni elettrika magħmula minn assemblaġġi DC jew AC separati.

Jekk l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli DC ikunu iżolati minn xulxin galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definit fil-paragrafu 5 tal-Anness 9) għandu jkollha valur minimu ta' 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi DC, u valur minimu ta' 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv għall-assemblaġġi AC.

5.3.7.1.4.2.   Sistema tal-motopropulsjoni elettrika magħmula minn assemblaġġi DC jew AC kkumbinati.

Jekk l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli AC u l-assemblaġġi b'vultaġġ għoli DC ikunu konnessi ma' xulxin galvanikament, ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definit fil-paragrafu 5 tal-Anness 9) għandu jkollha valur minimu ta' 500 Ω/V tal-vultaġġ operattiv.

Madankollu, jekk il-grad ta' protezzjoni IPXXB ikun issodisfat għall-assemblaġġi b'vultaġġ għoli AC kollha inkella l-vultaġġ AC ikun daqs jew inqas minn 30 V wara l-impatt tal-vettura, ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (Ri, kif definit fil-paragrafu 5 tal-Anness 9) għandu jkollha valur minimu ta' 100 Ω/V tal-vultaġġ operattiv.

5.3.7.2.   Tixrid tal-elettrolit

Fil-perjodu ta' bejn l-impatt u 30 minuta wara ma għandu jinxtered ebda elettrolit mir-REESS fil-kompartiment tal-passiġġieri u mhux iktar minn 7 fil-mija ta' elettrolit ma għandu jinxtered mir-REESS ħlief batteriji ta' trazzjoni tat-tip miftuħa barra mill-kompartiment tal-passiġġieri. Fil-każ ta' batteriji ta' trazzjoni tat-tip miftuħa, ma għandux jinxtered iktar minn 7 fil-mija, b'massimu ta' 5,0 litri, barra l-kompartiment tal-passiġġieri.

Il-manifattur għandu juri l-konformità mal-paragrafu 6 tal-Anness 9.

5.3.7.3.   Ritenzjoni tar-REESS

Ir-REESS li jkunu fil-kompartiment tal-passiġġieri għandhom jinżammu fejn ikunu ġew installati u l-komponenti tar-REESS għandhom jibqgħu fil-limiti tar-REESS.

Ebda part ta' xi REESS li tkun tinsab barra l-kompartiment tal-passiġġieri għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika ma tista' tiddaħħal fil-kompartiment tal-passiġġieri waqt it-test tal-impatt jew warajh.

Il-manifattur għandu juri l-konformità mal-paragrafu 7 tal-Anness 9.

6.   MODIFIKA TAT-TIP TA' VETTURA

6.1.   Kwalunkwe modifika li taffettwa l-istruttura, in-numru u t-tip ta' sits, il-finitura jew il-fittings tal-intern, jew il-pożizzjoni tal-kontrolli tal-vettura jew tal-partijiet mekkaniċi, u li tista' taffettwa l-kapaċità ta' assorboment ta' enerġija tal-ġenb tal-vettura għandha tinġieb għall-attenzjoni tal-Awtotità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tagħti l-approvazzjoni. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip imbagħad tista' jew:

6.1.1.   Tqis li l-modifikazzjonijiet li saru mhux probabbli li jkollhom effett avvers apprezzabbli u li fi kwalunkwe każ il-vettura xorta hija konformi mar-rekwiżiti; jew

6.1.2.   Titlob li jsir rapport ieħor tat-testijiet mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet;

6.1.2.1.   Kwalunkwe modifika tal-vettura li taffettwa l-forma ġenerali tal-istruttura tal-vettura jew kwalunkwe varjazzjoni fil-massa ta' referenza ta' aktar minn 8 fil-mija li fil-fehma tal-awtorità tista' tinfluwenza sew ir-riżultati tat-test għandha teħtieġ ripetizzjoni tat-test kif deskritt fl-Anness 4.

6.1.2.2.   Jekk is-Servizz Tekniku, wara konsultazzjoni mal-manifattur tal-vettura, jikkunsidra li l-modifiki fuq tip ta' vettura ma humiex suffiċjenti biex jiġġustifikaw li t-test jerġa' jitwettaq kompletament, ikun jista' jintuża test parzjali. Dan ikun il-każ jekk id-differenza fil-massa ta' referenza ma tkunx ta' aktar minn 8 fil-mija mill-vettura oriġinali jew in-numru tas-sits ta' quddiem ma jitbiddilx. Il-varjazzjonijiet fit-tip ta' sit jew fil-fittings tal-intern ma għandhomx jimplikaw awtomatikent li jetwettaq mill-ġdid it-test komplet. Eżempju ta' kif għandha tkun ittrattata din il-problema jingħata fl-Anness 8.

6.2.   Konferma jew rifjut ta' approvazzjoni, fejn tiġi speċifikata l-modifika, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.4 ta' hawn fuq lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

6.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li toħroġ estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni li ssir għal estensjoni ta' dan it-tip.

7.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2) bir-rekwiżiti li ġejjin:

7.1.   Kull vettura approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b'tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5 ta' hawn fuq.

7.2.   Id-detentur tal-approvazzjoni għandu jiżgura li tal-inqas għal kull tip ta' vettura jitwettqu t-testijiet li jikkonċernaw it-teħid ta' kejl.

7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe waqt, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità ta' produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun ta' darba kull sentejn.

8.   PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   L-approvazzjoni mogħtija għal tip ta' vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ma jkunx hemm konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 7.1 ta' hawn fuq jew jekk il-vettura jew il-vetturi magħżula ma jgħaddux mill-kontrolli preskritti fil-paragrafu 7.2 ta' hawn fuq.

8.2.   Jekk Parti Kontraenti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira l-approvazzjoni li tat qabel, għandha mill-ewwel tgħarraf b'dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament permezz tal-formola tal-komunikazzjoni konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

9.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jwaqqaf għalkollox il-manifattura ta' tip ta' vettura approvata skont dan ir-Regolament, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Malli tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-Awtorità għandha tavża b'dan lill-Partijiet għall-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tkun konformi mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

10.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

10.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02.

10.2.   Minn 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss lil dawk it-tipi ta' vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

10.3.   Minn 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) tal-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendati mis-serje ta' emendi 02.

10.4.   Minn 36-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss lil dawk it-tipi ta' vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02.

10.5.   Minn 84 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) tal-vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-Suppliment 1 tas-serje ta' emendi 02.

10.6.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjonijiet skont dan ir-Regolament kif ġie emendat bis-serje ta' emendi 03.

10.7.   Minn 24 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss lil dawk it-tipi ta' vetturi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

Madankollu, fil-każ ta' vetturi li jkollhom sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b'vultaġġ għoli, jingħata perjodu addizzjonali ta' 12-il xahar kemm-il darba l-manifattur juri, għas-sodisfazzjon tas-Servizz Tekniku, li l-vettura tipprovdi livelli ekwivalenti ta' sikurezza għal dawk meħtieġa skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

10.8.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet għall-approvazzjonijiet maħruġa lis-serje preċedenti ta' emendi għal dan ir-Regolament, u dan meta din l-estensjoni ma tkunx tinvolvi xi bidla lis-sistema tal-propulsjoni tal-vettura.

Madankollu, wara li jgħaddu 48 xahar mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03, ma għandhomx jingħataw estensjonijiet għall-approvazzjonijiet maħruġa mis-serje preċedenti ta' emendi fir-rigward tal-vetturi li jkollhom sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b'vultaġġ għoli.

10.9.   Jekk fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament ikunu jeżistu rekwiżiti nazzjonali biex jindirizzaw id-dispożizzjonijiet ta' sikurezza ta' vetturi li jkollhom sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b'vultaġġ għoli, dawk il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-approvazzjoni nazzjonali ta' tali vetturi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti nazzjonali, sakemm dawn il-vetturi ma jkunux approvati għas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament.

10.10.   Minn 48 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw approvazzjoni tat-tip nazzjonali jew reġjonali u jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel użu) ta' vettura li jkollha sistema tal-motopropulsjoni elettrika li taħdem b'vultaġġ għoli li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament.

10.11.   L-approvazzjonijiet tal-vetturi għas-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament li mhumiex affettwati mis-serje ta' emendi 03 għandhom jibqgħu validi u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom ikomplu jaċċettawhom.

10.12.   Sa 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tas-Suppliment 3 tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw ta' dan ir-Regolament jistgħu jkomplu jagħtu approvazzjonijiet tat-tip skont is-srje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament mingħajr ma jitqiesu d-dispożizzjonijiet tas-Suppliment 3.

11.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI, U TAL-AWTORITAJIET GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li jagħtu l-approvazzjoni, u lil min għandhom jintbagħtu l-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew ir-rifjut jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3, para. 2 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(2)  In-numri li jiddistingwu l-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim tal-1958 huma riprodotti fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev. 3, Anness 3 — www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html

(3)  Sat-30 ta' Settembru 2000, għall-finijiet tar-rekwiżiti tat-test, il-medda tal-aġġustamenti lonġitudinali normali għandha tkun limitata b'tali mod li l-punt H ikun jinsab fit-tul tal-fetħa tal-bieb.


ANNESS 1

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKA TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq, imwaħħla ma' vettura, turi li t-tip tal-vettura kkonċernat, fir-rigward tal-protezzjoni tal-okkupanti fil-każ ta' kolliżjoni laterali, ġie approvat fin-Netherlands (E 4) skont ir-Regolament Nru. 95 bin-numru tal-approvazzjoni 031424. In-numru tal-approvazzjoni jindika li l-approvazzjoni nħarġet skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 95 kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.6 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla ma' vettura turi li t-tip ta' vettura kkonċernat ġie approvat fn-Netherlands (E 4) skont ir-Regolamenti Nru. 95 u 24 (1). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw dawn l-approvazzjonijiet, ir-Regolament Nru 95 kien jinkludi s-serje ta' emendi 03 u r-Regolament Nru 24 kien jinkludi s-serje ta' emendi 03.


(1)  Dan in-numru tal-aħħar hu mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

Proċedura biex jiġu ddeterminati l-punt “H” u l-angolu effettiv tat-torso għall-pożizzjonijiet bil-qiegħda fil-vetturi bil-magna (1)

Appendiċi 1 —

Deskrizzjoni tal-maġna tridimensjonali għall-punt “H” (il-magna 3-D H) (1)

Appendiċi 2 —

Is-sistema ta' referenza tridimensjonali (1)

Appendiċi 3 —

Dejta ta' referenza dwar il-pożizzjonijiet bilqiegħda (1)

(1)  Il-proċedura kif deskritta fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), (dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.3). www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29resolutions.html


ANNESS 4

PROĊEDURA TAT-TEST TA' KOLLIŻJONI

1.   INSTALLAZZJONIJIET

1.1.   Il-post fejn isir it-test

L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed li fiha toqgħod is-sistema ta' propulsjoni tal-ostaklu mobbli deformabbli u tippermetti l-ispostament, wara l-impatt, tal-vettura milquta u l-installazzjoni tat-tagħmir għat-test. Il-parti li fiha jseħħu l-impatt u l-ispostament tal-vettura għandha tkun orizzontali, ċatta u mhux ikkontaminata u rappreżentattiva ta' superfiċje ta' triq normali, xotta u mhux ikkontaminata.

2.   KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST

2.1.   Il-vettura li trid tiġi ttestjata għandha tkun wieqfa.

2.2.   L-ostaklu mobbli deformabbli għandu jkollu l-karatteristiċi stabbiliti fl-Anness 5 ta' dan ir-Regolament. Ir-rekwiżiti għall-eżami jingħataw fl-appendiċi tal-Anness 5. L-ostaklu mobbli deformabbli għandu jkun mgħammar b'apparat xieraq li jħallix iseħħ it-tieni impatt fuq il-vettura milquta.

2.3.   It-trajettorja tal-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-ostaklu mobbli deformabbli għandha tkun perpendikulari mal-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-vettura milquta.

2.4.   Il-pjan medjan vertikali lonġitudinali tal-ostaklu mobbli deformabbli għandu jikkoinċidi, b'varjazzjoni ta' ± 25 mm, ma' pjan vertikali trasversali li jgħaddi mill-punt R tas-sit ta' quddiem ta' maġenb in-naħa milquta tal-vettura ttestjata. Il-pjan medjan orizzontali llimitat mill-pjani laterali vertikali esterni tal-wiċċ ta' quddiem fil-mument tal-impatt għandu jkun bejn żewġ pjani ddeterminati qabel it-test u li jinstabu 25 mm 'il fuq u 'l isfel mill-pjan iddefinit qabel.

2.5.   L-istrumentazzjoni għandha tkun konformi mal-ISO 6487:1987, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan ir-Regolament.

2.6.   It-temperatura stabbilizzata tal-manikin tat-test fil-ħin tat-test tal-impatt laterali għandha tkun 22 ± 4 °C.

3.   VELOĊITÀ TAT-TEST

Il-veloċità tal-ostaklu mobbli deformabbli fil-mument tal-impatt għandha tkun 50 ± 1 km/h. Din il-veloċità għandha tkun stabbilizzata mill-inqas 0,5 m qabel l-impatt. Il-preċiżjoni tal-kejl: 1 fil-mija. Madankollu, jekk it-test ikun twettaq b'veloċità tal-impatt ogħla u l-vettura ssodisfat ir-rekwiżiti, it-test għandu jitqies sodisfaċenti.

4.   L-ISTAT TAL-VETTURA

4.1.   Speċifikazzjoni ġenerali

Il-vettura tat-test għandha tkun rappreżentattiva tal-produzzjoni tas-serje, għandha tinkludi t-tagħmir kollhu li jkun installat normalment u għandha tkun f'kundizzjoni ta' sewqan normali. Xi komponenti jistgħu jitneħħew jew jiġu sostitwiti b'mases ekwivalenti, meta jkun ċar li din it-tneħħija jew sostituzzjoni ma għandha l-ebda effett fuq ir-riżultati tat-test.

Bi ftehim bejn il-manifattur u s-Servizz Tekniku tista' ssir xi modifika lis-sistema tal-fjuwil hekk li jkun jista' jintuża ammont xieraq ta' fjuwil biex titħaddem il-magna jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija elettrika.

4.2.   Speċifikazzjoni tat-tagħmir tal-vettura

Il-vettura tat-test għandu jkollha l-arranġamenti jew il-fittings opzjonali kollha li probabbilment ikollhom influwenza fuq ir-riżultati tat-test.

4.3.   Massa tal-vettura

4.3.1.   Il-vettura li trid tiġi ttestjata għandu jkollha l-massa ta' referenza kif iddefinita fil-paragrafu 2.10 ta' dan ir-Regolament. Il-massa tal-vettura għandha tkun aġġustata għal ± 1 fil-mija tal-massa tar-referenza.

4.3.2.   It-tank tal-fjuwil għandu jkun mimli bl-ilma b'massa daqs 90 fil-mija tal-massa ta' tank mimli għalkollox kif speċifikat mill-manifattur, b'tolleranza ta' ± 1 fil-mija;

Dan ir-rekwiżit ma japplikax għat-tankijiet tal-fjuwil tal-idroġenu.

4.3.3.   Is-sistemi l-oħra kollha (tal-brejk, tat-tkessiħ, eċċ.) jistgħu jkunu vojta; f'dan il-każ, il-massa tal-likwidi għandha tkun ikkumpensata.

4.3.4.   Jekk il-massa tal-apparat tal-kejl fil-vettura teċċedi l-25 kg konċessi, din tista' tiġi kkumpensata bi tnaqqis li ma jkollux effett evidenti fuq ir-riżultati tat-test.

4.3.5.   Il-massa tal-apparat tal-kejl ma għandhiex tbiddel kull tagħbija ta' referenza tal-fus b'aktar minn 5 fil-mija, b'kull varjazzjoni ma teċċedix l-20 kg.

5.   PREPARAZZJONI TAL-VETTURA

5.1.   It-twieqi tal-ġnub, tal-inqas fuq in-naħa milquta, għandhom ikunu magħluqa.

5.2.   Il-bibien għandhom ikunu magħluqa imma mhux illokkjati.

5.2.1.   Madankollu, fil-każ ta' vetturi mgħammra b'sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament, għandu jiġi żgurat li qabel it-test il-bibien tal-ġnub kollha jkunu msakkra.

5.2.2.   Fil-każ ta' vetturi mgħammra b'sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament, li tkun installata b'mod opzjonali u/jew li tista' tiġi diżattivata mis-sewwieq, għandha tintuża waħda minn dawn iż-żewġ proċeduri, skont kif jagħżel il-manifattur:

5.2.2.1.

Il-bibien tal-ġnub kollha għandhom jiġu llokkjati manwalment qabel ma jibda t-test.

5.2.2.2.

Għandu jiġi żgurat li, qabel l-impatt, il-bibien tal-ġnub fuq in-naħa milquta ma jkunux illokkjati u l-bibien tal-ġnub fuq in-naħa mhux milquta jkunu llokkjati; is-sistema tal-illokkjar tal-bieb attivata awtomatikament tista' ma tintużax għal dan it-test.

5.3.   It-trażmissjoni għandha tkun fil-pożizzjoni newtrali, u l-brejk tal-parking diżattivat.

5.4.   L-aġġustamenti tas-sits għal pożizzjoni komda, jekk ikun hemm, għandhom ikunu aġġustati għall-pożizzjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura.

5.5.   Is-sit li fih il-manikin, u l-elementi tiegħu, jekk ikun aġġustabbli, għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

5.5.1.

L-apparat għall-aġġustament lonġitudinali għandu jitqiegħed, bl-apparat tal-illokkjar attivat, fl-eqreb pożizzjoni għan-nofs ta' bejn il-pożizzjoni l-aktar 'il quddiem u dik l-ak tar lura; jekk din il-pożizzjoni tkun bejn żewġ talli, għandu jintuża t-tall li jkun l-aktar lura.

5.5.2.

It-trażżin tar-ras għandu jiġi aġġustat b'tali mod li s-superfiċje ta' fuq tkun livell maċ-ċentru tal-gravità tar-ras tal-manikin; jekk dan mhux possibbli, it-trażżin tar-ras għandu jkun fil-pożizzjoni l-aktar 'il fuq.

5.5.3.

Sakemm il-manifattur ma jispeċifikax mod ieħor, id-dahar tas-sit għandu jitqiegħed b'tali mod li l-linja ta' referenza tat-torso tal-magna tridimensjonali għall-punt H tkun isettjata f'angolu ta' 25° ± 1° lejn in-naħa ta' wara.

5.5.4.

L-aġġustamenti l-oħra kollha tas-sit għandhom ikunu fil-punt tan-nofs ta' kemm jista' jitmexxa; madankollu, l-aġġustament tal-għoli għandu jkun fil-pożizzjoni li tikkorrispondi mas-sit fiss, jekk it-tip ta' vettura tkun disponibbli kemm b'sits aġġustabbli kif ukoll b'sits fissi. Jekk ma jkunux disponibbli pożizzjonijiet ta' llokkjar fil-punti tan-nofs rispettivi ta' kemm jistgħu jitmexxew, għandhom jintużaw il-pożizzjonijiet li huma l-eqreb għan-naħa ta' wara, ta' isfel jew ta' barra. Għal aġġustamenti ta' rotazzjoni (inklinazzjoni), id-direzzjoni għall-aġġustament lura għandha tkun dik li tmexxi r-ras tal-manikin lura. Jekk il-manikin jisporġi 'l barra mill-volum normali tal-passiġġier, pereżempju r-ras fil-kisi ta' ġewwa tas-saqaf, allura għandu jiġi pprovdut spazju ta' 1 cm permezz ta': aġġustamenti sekondarji, l-angolu tad-dahar tas-sit, jew l-aġġustament 'il quddiem u lura f'dik l-ordni.

5.6.   Sakemm il-manifattur ma jispeċifikax mod ieħor, is-sits l-oħra ta' quddiem għandhom, jekk ikun possibbli, jiġu aġġustati għall-istess pożizzjoni bħas-sit li fih il-manikin.

5.7.   Jekk ir-rota tal-isteering tkun aġġustabbli, l-aġġustamenti tal-istering kollha għandhom ikunu fil-pożizzjoni ċentrali tagħhom.

5.8.   It-tajers għandhom jintefħu skont il-pressjoni speċifikata mill-manifattur tal-vettura.

5.9.   Il-vettura tat-test għandha titqiegħed f'pożizzjoni orizzontali fuq l-assi tat-tidwir tagħha u tinżamm minn appoġġi f'dik il-pożizzjoni sakemm il-manikin tal-impatt laterali jkun f'postu u wara li jitlesta x-xogħol kollu ta' preparazzjoni.

5.10.   Il-vettura għandha tkun fil-pożizzjoni normali tagħha li tikkorrispondi għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 4.3. ta' hawn fuq. Il-vetturi b'sospensjoni li tippermetti li jiġi aġġustat l-ispazju mill-art għandhom jiġu ttestjati taħt il-kundizzjonijiet tal-użu normali b'veloċità ta' 50 km/h, kif iddefinit mill-manifattur tal-vettura. Dan għandu jiġi assigurat permezz ta' appoġġi addizzjonali, jekk ikun meħtieġ, imma tali appoġġi ma għandu jkollhom l-ebda effett fuq il-komportament tal-vettura tat-test waqt l-impatt.

5.11.   Aġġustament tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika

5.11.1.   Ir-REESS għandha tkun fi kwalunkwe stat ta' ċċarġjar, li jippermetti t-tħaddim normali tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika kif rakkomandat mill-manifattur.

5.11.2.   Is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika għandha tiġi enerġizzata bit-tħaddim tas-sorsi oriġinali tal-enerġija elettrika jew mingħajru (eż. il-ġeneratur tal-magna, ir-REESS jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija elettrika), madankollu:

5.11.2.1.

Bil-Ftehim bejn is-Servizz Tekniku u l-manifattur, għandu jkun possibbli li t-test jitwettaq bis-sistema tal-motopropulsjoni elettrika kollha, inkella b'partijiet tagħha, li ma jkunux qegħdin jiġu enerġizzati sakemm dan ma jħallix influwenza negattiva fuq ir-riżultat tat-test. Għall-partijiet tas-sistema tal-motopropulsjoni elettrika mhux enerġizzati, il-protezzjoni minn xokk elettriku trid tiġi ppruvata bi protezzjoni fiżika jew b'reżistenza tal-iżolament u b'evidenza addizzjonali xierqa.

5.11.2.2.

Fil-każ fejn tkun ipprovduta skonnessjoni awtomatika, fuq talba tal-manifattur għandu jkun possibbli li t-test jitwettaq bl-iskonnessjoni awtomatika attivata. F'dan il-każ irid jintwera li l-iskonnessjoni awtomatika kienet tiffunzjona waqt it-test tal-impatt. Dan jinkludi s-sinjal ta' attivazzjoni awtomatika kif ukoll is-separazzjoni galvanika, fejn jitqiesu l-kundizzjonijiet osservati waqt l-impatt.

6.   IL-MANIKIN TAL-IMPATT LATERALI U L-INSTALLAZZJONI TIEGĦU

6.1.   Il-manikin tal-impatt laterali għandu jkun konformi mal-ispeċifikazzjonijiet indikati fl-Anness 6 u jiġi installat fis-sit ta' quddiem fuq in-naħa tal-impatt skont il-proċedura indikata fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament.

6.2.   Għandhom jintużaw iċ-ċinturini tas-sikurezza jew sistemi oħra ta' trażżin li huma speċifikati għall-vettura. Iċ-ċinturini għandhom ikunu ta' tip approvat, konformi mar-Regolament Nru. 16 jew ma' rekwiżiti oħra ekwivalenti u jkunu mmuntati fuq ankraġġi li jkunu konformi mar-Regolament Nru. 14 jew ma' rekwiżiti oħra ekwivalenti.

6.3.   Iċ-ċinturin tas-sikurezza jew is-sistema tat-trażżin għandhom jiġu aġġustati b'mod li joqgħodu sew fuq il-manikin skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur; jekk ma jkunx hemm struzzjonijiet tal-manifattur, l-aġġustament tal-għoli għandu jiġi ssettjat fil-pożizzjoni tan-nofs; jekk din il-pożizzjoni ma tkunx disponibbli, għandha tintuża l-pożizzjoni li tinsab eżatt taħtha.

7.   IL-KEJL LI GĦANDU JSIR FUQ IL-MANIKIN TAL-IMPATT LATERALI

7.1.   Il-qari meħud mill-istrumenti tal-kejl li ġejjin għandu jiġi rreġistrat.

7.1.1.   Il-kejl fir-ras tal-manikin

L-aċċellerazzjoni triassali riżultanti, b'referenza għaċ-ċentru tal-gravità tar-ras. L-istrumentazzjoni tal-kanal tar-ras għandha tkun konformi mal ISO 6487:1987 bi:

 

CFC: 1 000 Hz, u

 

CAC: 150 g

7.1.2.   Il-kejl fit-toraċi tal-manikin

It-tliet kanali għall-kejl tad-deflessjoni tal-kustilji tat-toraċi għandhom ikunu konformi mal-ISO 6487:1987

 

CFC: 1 000 Hz

 

CAC: 60 mm

7.1.3.   Il-kejl fil-pelvi tal-manikin

Il-kanal tal-kejl tal-forza fuq il-pelvi għandu jkun konformi mal-ISO 6487:1987

 

CFC: 1 000 Hz

 

CAC: 15 kN

7.1.4.   Il-kejl fl-addome tal-manikin

Il-kanali tal-kejl tal-forza fuq l-addome għandhom ikunu konformi mal-ISO 6487:1987

 

CFC: 1 000 Hz

 

CAC: 5 kN

Appendiċi 1

ID-DETERMINAZZJONI TAD-DEJTA TAL-PRESTAZZJONI

Ir-riżultati meħtieġa tat-testijiet huma speċifikati fil-paragrafu 5.2 ta' dan ir-Regolament.

1.   IL-KRITERJU TAL-PRESTAZZJONI TAR-RAS (HPC)

Meta jkun hemm kuntatt tar-ras, dan il-kriterju ta' prestazzjoni jiġi kkalkulat għad-durata totali ta' bejn il-kuntatt inizjali u l-aħħar mument tal-kuntatt finali.

L-HPC huwa l-valur massimu tal-espressjoni:

Formula

fejn a hija l-aċċellerazzjoni li tirriżulta fiċ-ċentru tal-gravità tar-ras (f'm/s2) diviża b'9,81 u rreġistrata bħala funzjoni tal-ħin u ffiltrata bi klassi ta' frekwenza tal-kanal ta' 1 000 Hz; t1 u t2 huma kwalunkwe żewġ ħinijiet bejn il-kuntatt inizjali u l-aħħar mument tal-kuntatt finali.

2.   IL-KRITERJI TAL-PRESTAZZJONI TAT-TORAĊI

2.1.   Id-deflessjoni tas-sider: id-deflessjoni massima tas-sider hija l-valur massimu tad-deflessjoni ta' kwalunkwe kustilja kif iddeterminata mit-transdjusers ta' frekwenza tal-ispostament tat-toraċi, iffiltrata bi klassi ta' frekwenza tal-kanal ta' 180 Hz.

2.2.   Il-kriterju tal-viskożità: il-valur massimu tar-reazzjoni viskuża huwa l-valur massimu tal-VC ta' kwalunkwe kustilja li jiġi kkalkulat mill-prodott istantanju tal-kompressjoni relattiva tat-toraċi relatata ma' nofs it-toraċi u l-veloċità ta' kompressjoni derivata mid-divrenzjar tal-kompressjoni, iffiltrat bi klassi ta' frekwenza tal-kanal ta' 180 Hz. Għall-fini ta' dan il-kalkolu, il-wisa' standard ta' nofs il-qafas tat-toraċi hija 140 mm.

Formula

fejn D (metri) = id-deflessjoni tal-kustilja

L-algoriżmu tal-kalkolu li għandu jintuża huwa stabbilit fl-Appendiċi 2 tal-Anness 4.

3.   IL-KRITERJU TAL-PROTEZZJONI TAL-ADDOME

Il-forza massima fuq l-addome hija l-valur massimu tas-somma tat-tliet forzi mkejla mit-transdjusers immuntati 39 mm 'l isfel mis-superfiċje fuq in-naħa tal-impatt, b'CFC ta' 600 Hz.

4.   IL-KRITERJU TAL-PRESTAZZJONI TAL-PELVI

Il-forza massima fuq is-simfisi pubika (PSPF) hija l-forza massima mkejla minn ċellula tat-tagħbija fuq is-simfisi pubika tal-pelvi, iffiltrata bi klassi ta' frekwenza tal-kanal ta' 600 Hz.

Appendiċi 2

IL-PROĊEDURA GĦALL-KALKOLU TAL-KRITERJU TAL-VISKOŻITÀ GĦALL-EUROSID 1

Il-Kriterju tal-Viskożità, VC, jiġi kkalkulat bħala l-prodott istantanju tal-kompressjoni u r-rata ta' deflessjoni tal-kustilji. It-tnejn li huma jiġu derivati mill-kejl tad-deflessjoni tal-kustilji. Ir-reazzjoni tad-deflessjoni tal-kustilji tiġi ffiltrata darba bi Klassi ta' Frekwenza tal-Kanal ta' 180Hz. Il-kompressjoni fil-ħin (t) tiġi kkalkulata bħala d-deflessjoni minn dan is-sinjal iffiltrat espressa bħala l-proporzjon ta' nofs il-wisa' tas-sider tal-EUROSID 1, imkejla fil-kustilji tal-metall (0,14 metri):

Formula

Il-veloċità tad-deflessjoni tal-kustilji fil-ħin (t) tiġi kkalkulata mid-deflessjoni ffiltrata bħala:

Image

fejn D(t) hija d-deflessjoni fil-ħin (t) f'metri u ∂t huwa l-intervall ta' ħin f'sekondi bejn il-kejl tad-deflessjoni. Il-valur massimu ta' ∂t għandu jkun ta' 1,25 × 10– 4 sekondi.

Din il-proċedura ta' kalkolu hija indikata fid-dijagramma ta' hawn taħt:

Image

ANNESS 5

KARATTERISTIĊI TAL-OSTAKLU MOBBLI DEFORMABBLI

1.   IL-KARATTERISTIĊI TAL-OSTAKLU MOBBLI DEFORMABBLI

1.1.   L-ostaklu mobbli deformabbli (MDB) jinkludi kemm l-impattur kif ukoll it-troli.

1.2.   Il-massa totali għandha tkun ta' 950 ± 20 kg.

1.3.   Iċ-ċentru tal-gravità għandu jkun fil-pjan medjan vertikali lonġitudinali b'tolleranza ta' 10 mm, 1 000 ± 30 mm wara l-fus ta' quddiem u 500 ± 30 mm 'il fuq mill-art.

1.4.   Id-distanza bejn il-faċċata ta' quddiem tal-impattur u ċ-ċentru tal-gravità tal-ostaklu għandha tkun ta' 2 000 ± 30 mm.

1.5.   L-ispazju mill-art, tal-impattur, għandu jkun ta' 300 ± 5 mm imkejjel f'kundizzjonijiet statiċi mix-xifer ta' taħt tal-pjanċa ta' quddiem, qabel l-impatt.

1.6.   Il-wisa' tal-korsa ta' quddiem u ta' wara tat-troli għandha tkun ta' 1 500 ± 10 mm.

1.7.   Il-bażi tar-roti tat-troli għandha tkun ta' 3 000 ± 10 mm.

2.   IL-KARATTERISTIĊI TAL-IMPATTUR

L-impattur huwa magħmul minn sitt blokki individwali ta' aluminju f'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali, li jkunu ġew ipproċessati sabiex jagħtu livell ta' reżistenza li tiżdied b'mod progressiv maż-żieda fid-deflessjoni (ara l-paragrafu 2.1). Il-pjanċi tal-aluminju ta' quddiem u ta' wara jitwaħħlu mal-blokki tal-aluminju f'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali.

2.1.   Il-blokki f'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali

2.1.1.   Il-karatteristiċi ġeometriċi

2.1.1.1.   L-impattur huwa magħmul minn 6 taqsimiet magħquda ma xulxin li l-forom u l-pożizzjonijiet tagħhom huma indikati fil-Figuri 1 u 2. Id-daqs ta' dawn it-taqsimiet huwa definit bħala 500 ± 5 mm × 250 ± 3 mm fil-Figuri 1 u 2. Il-500 mm għandhom ikunu fid-direzzjoni W u l-250 mm fid-direzzjoni L tal-kostruzzjoni tal-aluminju f'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali (ara l-Figura 3).

2.1.1.2.   L-impattur huwa maqsum f'2 fillieri. Il-filliera ta' taħt għandha tkun għolja 250 ± 3 mm, u fonda 500 ± 2 mm wara l-proċess tat-tgħaffiġ minn qabel (ara l-paragrafu 2.1.2), u aktar fonda mill-filliera ta' fuq b'60 ± 2 mm.

2.1.1.3.   Il-blokki jridu jkunu ċċentrati fuq is-sitt taqsimiet definiti fil-Figura 1 u kull blokka (inklużi ċelluli mhux kompleti) għandha tkopri kompletament l-erja definita għal kull taqsima).

2.1.2.   Tgħaffiġ minn qabel

2.1.2.1.   Il-proċess tat-tgħaffiġ minn qabel għandu jitwettaq fuq is-superfiċje tal-arranġament f'sezzjonijiet eżagonali li magħha jkollha mwaħħla l-folji ta' quddiem.

2.1.2.2.   Il-blokki 1, 2 u 3 għandhom jiġu mgħaffġa b'10 ± 2 mm fuq is-superfiċje ta' fuq qabel l-ittestjar sabiex jinkiseb fond ta' 500 ± 2 mm (il-Figura 2).

2.1.2.3.   Il-blokki 4, 5 u 6 għandhom jiġu mgħaffġa b'10 ± 2 mm fuq is-superfiċje ta' fuq qabel l-ittestjar sabiex jinkiseb fond ta' 440 ± 2 mm.

2.1.3.   Il-karatteristiċi tal-materjali

2.1.3.1.   Id-dimensjonijiet taċ-ċellula għandhom ikunu ta' 19 mm ± 10 fil-mija għal kull blokka (ara l-Figura 4).

2.1.3.2.   Għall-filliera ta' fuq, iċ-ċelluli jridu jkunu magħmula mill-aluminju 3003.

2.1.3.3.   Għall-filliera ta' taħt, iċ-ċelluli jridu jkunu magħmula mill-aluminju 5052.

2.1.3.4.   Il-blokki tal-aluminju f'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali għandhom ikunu pproċessati b'tali mod li l-kurva tal-forza/deflessjoni meta mgħaffġa b'mod statiku (skont il-proċedura ddefinita fil-paragrafu 2.1.4) tkun fil-firxiet ta' limiti definiti għal kull waħda mis-sitt blokki fl-Appendiċi 1 ta' dan l-anness. Barra minn dan, il-materjal ipproċessat f'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali użat fil-blokki eżagonali li jkunu ser jintużaw għall-bini tal-ostaklu, għandhom jitnaddfu sabiex jitneħħa kwalunkwe fdal li seta' ġie prodott waqt l-ipproċessar tal-materjal naturali f'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali.

2.1.3.5.   Il-massa tal-blokki f'kull lott ma għandhiex tvarja b'aktar minn 5 fil-mija tal-massa medja tal-blokka għal dak il-lott.

2.1.4.   Test statiku

2.1.4.1.   Kampjun meħud minn kull lott ta' materjal f'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali pproċessat għandu jiġi ttestjat skont il-proċedura tat-test statiku deskritta fil-paragrafu 5 ta' dan l-anness.

2.1.4.2.   Il-kurva tal-forza/kompressjoni għal kull blokka ttestjata għandha tkun fil-firxiet ta' limiti tal-kurva tal-forza/deflessjoni ddefiniti fl-Appendiċi 1. Il-firxiet ta' limiti statiċi tal-kurva tal-forza/deflessjoni huma ddefiniti għal kull blokka tal-ostaklu.

2.1.5.   Test dinamiku

2.1.5.1.   Il-karatteristiċi dinamiċi tad-deformazzjoni, meta milquta skont il-protokoll deskritt fil-paragrafu 6 ta' dan l-anness.

2.1.5.2.   Id-devjazzjoni mill-firxiet ta' limiti tal-kurva tal-forza/deflessjoni li jikkaratterizzaw ir-riġidità tal-impattur — kif iddefinit fl-Appendiċi 2 ta' dan l-anness — tista' tkun permessa sakemm:

2.1.5.2.1.   Id-devjazzjoni sseħħ wara l-bidu tal-impatt u qabel ma d-deformazzjoni tal-impattur tkun 150 mm;

2.1.5.2.2.   Id-devjazzjoni ma teċċedix 50 fil-mija tal-eqreb limitu istantanju preskritt tal-firxa ta' limiti;

2.1.5.2.3.   Kull deflessjoni li tikkorrispondi għal kull devjazzjoni ma teċċedix 35 mm ta' deflessjoni, u s-somma ta' dawn id-deflessjonijiet ma teċċedix 70 mm (ara l-Appendiċi 2 ta' dan l-anness);

2.1.5.2.4.   Is-somma tal-enerġija derivata mid-devjazzjoni barra mill-firxa ta' limiti ma teċċedix 5 fil-mija tal-enerġija totali għal dik il-blokka.

2.1.5.3.   Il-blokki 1 u 3 huma identiċi. Ir-riġidità tagħhom hija tali li l-kurvi tal-forza/deflessjoni tagħhom ikunu fil-firxiet ta' limiti tal-Figura 2a.

2.1.5.4.   Il-blokki 5 u 6 huma identiċi. Ir-riġidità tagħhom hija tali li l-kurvi tal-forza/deflessjoni tagħhom ikunu fil-firxiet ta' limiti tal-Figura 2d.

2.1.5.5.   Ir-riġidità tagħhom hija tali li l-kurvi tal-forza/deflessjoni tagħhom ikunu fil-firxiet ta' limiti tal-Figura 2b.

2.1.5.6.   Ir-riġidità tagħhom hija tali li l-kurvi tal-forza/deflessjoni tagħhom ikunu fil-firxiet ta' limiti tal-Figura 2c.

2.1.5.7.   Il-forza/deflessjoni tal-impattur kollu kemm hu għandha tkun bejn il-firxiet ta' limiti tal-Figura 2e.

2.1.5.8.   Il-kurvi tal-forza/deflessjoni għandhom jiġu verifikati permezz tat-test dettaljat fil-paragrafu 6 tal-Anness 5, li jikkonsisti f'impatt tal-ostaklu kontra ħajt dinamometriku b'veloċità ta' 35 ± 0,5 km/h.

2.1.5.9.   L-enerġija dissipata (1) mill-blokki 1 u 3 waqt it-test għandha tkun 9,5 ± 2 kJ, għal dawn il-blokki.

2.1.5.10.   L-enerġija dissipata mill-blokki 5 u 6 waqt it-test għandha tkun 3,5 ± 1 kJ, għal dawn il-blokki.

2.1.5.11.   L-enerġija dissipata mill-blokka 4 għandha tkun 4 ± 1 kJ.

2.1.5.12.   L-enerġija dissipata mill-blokka 2 għandha tkun 15 ± 2 kJ.

2.1.5.13.   L-enerġija dissipata totali waqt l-impatt għandha tkun 45 ± 3 kJ.

2.1.5.14.   Id-deformazzjoni massima tal-impattur mill-punt tal-ewwel kuntatt, ikkalkulata mill-integrazzjoni tal-aċċellerometri skont il-paragrafu 6.6.3 ta' dan l-anness, għandha tkun 330 ± 20 mm.

2.1.5.15.   Id-deformazzjoni statika residwa finali tal-impattur, imkejla wara t-test dinamiku fil-livell B (il-Figura 2), għandha tkun 310 ± 20 mm.

2.2.   Il-pjanċi ta' quddiem

2.2.1.   Il-karatteristiċi ġeometriċi

2.2.1.1.   Il-pjanċi ta' quddiem huma wesgħin 1 500 ± 1 mm u għoljin 250 ± 1 mm. Il-ħxuna hija 0,5 ± 0,06 mm.

2.2.1.2.   Meta mmuntat, id-dimensjonijiet totali tal-impattur (iddefiniti fil-Figura 2) għandhom ikunu: wisa' ta' 1 500 ± 2.5 mm u għoli ta' 500 ± 2.5 mm.

2.2.1.3.   Ix-xifer ta' fuq tal-pjanċa ta' taħt ta' quddiem u x-xifer ta' taħt tal-pjanċa ta' fuq ta' quddiem għandhom ikunu bi dritt xulxin, b'varjazzjoni ta' 4 mm.

2.2.2.   Il-karatteristiċi tal-materjali

2.2.2.1.   Il-pjanċi ta' quddiem huma manifatturati minn aluminju tas-serje AlMg2 sa AlMg3 b'elongazzjoni ta' ≥ 12 fil-mija, u UTS ta' ≥ 175 N/mm2.

2.3.   Il-kontrapjanċa (back plate)

2.3.1.   Il-karatteristiċi ġeometriċi

2.3.1.1.   Il-karatteristiċi ġeometriċi għandhom ikunu skont il-Figuri 5 u 6.

2.3.2.   Il-karatteristiċi tal-materjali

2.3.2.1.   Il-kontrapjanċa għandha tkun magħmula minn folja tal-aluminju ta' 3 mm. Il-kontrapjanċa għandha tkun manifatturata minn aluminju tas-serje AlMg2 sa AlMg3 b'ebusija ta' bejn 50 u 65 HBS. Din il-pjanċa għandha tkun imtaqqba b'toqob għall-ventilazzjoni: il-pożizzjoni, id-dijametru u d-distanza bejn it-toqob huma indikati fil-Figuri 5 u 7.

2.4.   Il-pożizzjoni tal-blokki b'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali

2.4.1.   Il-blokki b'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali għandhom ikunu ċċentrati fuq iż-żona mtaqqba tal-kontrapjanċa (il-Figura 5).

2.5.   Adeżjoni

2.5.1.   Kemm għall-pjanċa ta' quddiem u kemm għall-pjanċa ta' wara, l-adeżiv għandu jiġi applikat b'mod uniformi f'massimu ta' 0,5 kg/m2 direttament fuq is-superfiċje tal-pjanċa ta' quddiem, sa ħxuna massima tal-film ta' 0,5 mm. L-adeżiv li jintuża fil-proċess kollu għandu jkun poliuretan magħmul minn żewġ partijiet {bħal pereżempju reżina Ciba Geigy XB5090/1 bis-sustanza li twebbes XB5304} jew ekwivalenti.

2.5.2.   Għall-pjanċa ta' wara, is-saħħa minima tal-adeżjoni għandha tkun 0.6 MPa, (87 psi), ittestjata skont il-paragrafu 2.5.3.

2.5.3.   It-testijiet tas-saħħa tal-adeżjoni:

2.5.3.1.   Għall-kejl tas-saħħa tal-adeżjoni tal-adeżivi skont l-ASTM C297-61, jintuża l-ittestjar tat-trazzjoni perpendikulari.

2.5.3.2.   Il-parti ttestjata għandha tkun 100 mm × 100 mm, u 15 mm fonda, u mwaħħla ma' kampjun tal-materjal tal-kontrapjanċa vventilata. L-arranġament b'sezzjonijiet eżagonali użat għandu jkun rappreżentattiv ta' dak fl-impattur, jiġifieri inċiż b'mod kimiku għal grad ekwivalenti ta' dak viċin il-kontrapjanċa tal-ostaklu iżda mingħajr il-proċess ta' tgħaffiġ minn qabel.

2.6.   Traċċabbiltà

2.6.1.   L-impatturi għandu jkollhom numri konsekuttivi tas-serje stampati, inċiżi jew imwaħħlin b'xi mod ieħor, b'mod permanenti, li minnhom jistgħu jiġu stabbiliti l-lottijiet tal-blokki individwali u d-data tal-manifattura.

2.7.   It-twaħħil tal-impattur

2.7.1.   It-twaħħil fuq it-troli għandu jsir skont il-Figura 8. Għat-twaħħil jintużaw sitt boltijiet M8, u ebda parti ma għandha tkun akbar mid-dimensjonijiet tal-ostaklu ta' quddiem ir-roti tat-troli. Għandhom jintużaw spejsers xierqa biex joħolqu spazju bejn il-flanġ ta' taħt tal-pjanċa ta' wara u l-faċċata tat-troli sabiex ikun evitat li titgħawweġ il-kontrapjanċa meta l-boltijiet tal-irbit jiġu ssikkati.

3.   IS-SISTEMA TA' VENTILAZZJONI

3.1.   L-interfaċċa bejn it-troli u s-sistema ta' ventilazzjoni għandha tkun solida, riġida u ċatta. L-apparat tal-ventilazzjoni huwa parti mit-troli u mhux mill-impattur kif provdut mill-manifattur. Il-karatteristiċi ġeometriċi tal-apparat tal-ventilazzjoni għandhom ikunu skont il-Figura 9.

3.2.   Il-proċedura tal-immuntar tal-apparat tal-ventilazzjoni.

3.2.1.   Immonta l-apparat tal-ventilazzjoni mal-pjanċa ta' quddiem tat-troli;

3.2.2.   Żgura ruħek li f'ebda punt ma jista' jiddaħħal gejġ ta' 0,5 mm bejn l-apparat tal-ventilazzjoni u l-faċċata tat-troli. Jekk ikun hemm spazju akbar minn 0,5 mm, il-qafas tal-ventilazzjoni ikollu jinbidel jew jiġi aġġustat sabiex joqgħod fil-post mingħajr spazju ta' > 0,5 mm.

3.2.3.   Żarma l-apparat tal-ventilazzjoni minn-naħa ta' quddiem tat-troli;

3.2.4.   Waħħal ssaff oħxon 1,0 mm ta' sufra mal-faċċata ta' quddiem tat-troli;

3.2.5.   Erġa' mmonta l-apparat tal-ventilazzjoni mal-parti ta' quddiem tat-troli u ssikka sabiex tneħħi l-ispazji tal-arja.

4.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri għall-konformità tal-produzzjoni għandhom ikunu konformi ma' dawk stabbiliti fil-Ftehim, Appendiċi 2 (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), skont dawn ir-rekwiżiti:

4.1.   Il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni u għalhekk għandu b'mod partikolari:

4.1.1.   Jiżgura l-eżistenza ta' proċeduri effettivi ħalli l-kwalità tal-prodotti tkun tista' tiġi eżaminata;

4.1.2.   Ikollu aċċess għat-tagħmir tal-ittestjar neċessarju sabiex tiġi eżaminata l-konformità ta' kull prodott;

4.1.3.   Jiżgura li r-riżultati tat-test jiġu rreġistrati u li d-dokumenti jibqgħu disponibbli għal perjodu ta' żmien ta' 10 snin wara t-testijiet;

4.1.4.   Juri li l-kampjuni ttestjati huma kejl affidabbli tal-prestazzjoni tal-lott (eżempji ta' metodi ta' kampjunar skont il-produzzjoni tal-lott jingħataw aktar 'l isfel).

4.1.5.   Janalizza r-riżultati tat-testijiet sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-ostaklu, filwaqt li jagħmel konċessjoni għall-varjazzjonijiet ta' produzzjoni industrijali, bħat-temperatura, il-kwalità tal-materja prima, il-ħin ta' immersjoni fil-kimika, il-konċentrazzjoni tal-kimika, in-newtralizzazzjoni eċċ, u l-kontroll tal-materjal proċessat sabiex jitneħħa kull residwu mill-ipproċessar.

4.1.6.   Jiżgura li kwalunkwe sett ta' kampjuni jew partijiet ittestjati li jagħtu evidenza ta' nuqqas ta' konformità iwasslu għal aktar kampjunar u ttestjar. Iridu jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex terġa' tinkiseb il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

4.2.   Il-livell ta' ċertifikazzjoni tal-manifattur irid ikun mill-inqas tal-istandard ISO 9002.

4.3.   Il-kundizzjonijiet minimi għall-kontroll tal-produzzjoni: id-detentur ta' ftehim għandu jassigura l-kontroll tal-konformità skont il-metodi deskritti hawn taħt.

4.4.   Eżempji ta' kampjunar skont il-lott

4.4.1.   Jekk minn blokka oriġinali ta' aluminju b'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali joħorġu diversi eżemplari ta' tip wieħed ta' blokka u kollha jiġu trattati fl-istess kontenitur tat-trattament (produzzjoni parallela), wieħed minn dawn l-eżemplari jista' jintagħżel bħala l-kampjun, sakemm tingħata attenzjoni sabiex jiġi żgurat li t-trattament jiġi applikat b'mod uniformi lill-blokki kollha. Jekk le, jista' jkun meħtieġ li jintagħżel aktar minn kampjun wieħed.

4.4.2.   Jekk għadd limitat ta' blokki simili (ngħidu aħna minn tlieta sa għoxrin) jiġu trattati fl-istess kontenitur (produzzjoni f'serje), allura l-ewwel u l-aħħar blokka trattati f'lott, kollha kemm huma magħmula mill-istess blokka oriġinali ta' aluminju b'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali, għandhom jittieħdu bħala kampjuni rappreżentattivi. Jekk l-ewwel kampjun ikun konformi mar-rekwiżiti imma l-aħħar wieħed ma jkunx, jista' jkun meħtieġ li jittieħdu kampjuni oħra minn produzzjoni preċedenti sakemm jinsab kampjun li jkun konformi. Il-blokki prodotti bejn dawn il-kampjuni biss għandhom jitqiesu bħala approvati.

4.4.3.   Ladarba tinkiseb esperjenza fil-konsistenza tal-kontroll tal-produzzjoni, jista' jkun possibbli li jiġu kkombinati ż-żewġ metodi ta' kampjunar, u b'hekk aktar minn grupp wieħed ta' produzzjoni parallela jkunu jistgħu jiġu kkunsidrati bħala lott, dejjem jekk il-kampjuni mill-ewwel u mill-aħħar lottijiet tal-produzzjoni jkunu konformi.

5.   TESTIJIET STATIĊI

5.1.   Għandhom jiġu ttestjati kampjun wieħed jew aktar (skont il-metodu tal-lott), meħuda minn kull lott ta' aluminju b'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali pproċessat, skont il-proċedura tat-test li ġejja:

5.2.   Id-daqs tal-kampjun tal-aluminju b'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali għal testijiet statiċi għandu jkun id-daqs ta' blokka normali tal-impattur, jiġifieri 250 mm × 500 mm × 440 mm għall-filliera ta' fuq nett u 250 mm × 500 mm × 500 mm għall-filliera ta' taħt nett.

5.3.   Il-kampjuni għandhom jiġu kkompressati bejn żewġ pjanċi tat-tagħbija paralleli li jkunu mill-inqas 20 mm akbar mis-sezzjoni trasversali tal-blokka.

5.4.   Il-veloċità tal-kompressjoni għandha tkun ta' 100 millimetru kull minuta, b'tolleranza ta' 5 fil-mija.

5.5.   Id-dejta dwar il-kompressjoni statika għandha tittieħed bi frekwenza minima ta' 5 Hz.

5.6.   It-test statiku għandu jitkompla sakemm il-kompressjoni tal-blokka tkun mill-inqas ta' 300 mm għall-blokki 4 sa 6 u ta' 350 mm għall-blokki 1 sa 3.

6.   TESTIJIET DINAMIĊI

Għal kull 100 faċċata ta' ostaklu prodotti, il-manifattur għandu jagħmel test dinamiku wieħed kontra ħajt dinamometriku sostnut minn ostaklu riġidu fiss, skont il-metodu deskritt aktar 'l isfel.

6.1.   Installazzjoni

6.1.1.   Il-post fejn isir it-test

6.1.1.1.   L-erja tat-test għandha tkun kbira biżżejjed li jkun hemm spazju għall-korsa tar-rankatura tal-ostaklu mobbli deformabbli, għall-ostaklu riġidu u għat-tagħmir tekniku meħtieġ għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5 metri qabel l-ostaklu riġidu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

6.1.2.   L-ostaklu riġidu fiss u l-ħajt dinamometriku

6.1.2.1.   Il-ħajt riġidu għandu jkun magħmul minn blokka ta' konkrit rinfurzat wiesgħa mhux inqas minn 3 metri u għolja mhux inqas minn 1,5 metri. Il-ħxuna tal-ħajt riġidu għandha tkun tali li dan ikun jiżen mill-inqas 70 tunnellata metrika.

6.1.2.2.   Il-faċċata ta' quddiem għandha tkun vertikali, perpendikulari għall-assi tal-mogħdija tar-rankatura u mgħammra b'sitt pjanċi taċ-ċelluli tat-tagħbija, b'kull waħda kapaċi tkejjel it-tagħbija totali fuq il-blokka xierqa tal-apparat tal-impatt tal-ostaklu mobbli deformabbli fil-mument tal-impatt. Iċ-ċentri taż-żona tal-impatt tal-pjanċa taċ-ċelluli tat-tagħbija għandhom ikunu bi dritt dawk tas-sitt żoni tal-impatt tal-faċċata tal-ostaklu mobbli deformabbli. Ix-xfar tagħhom għandhom ikunu 20 mm 'il bogħod miż-żoni ta' maġenbhom b'tali mod li, fit-tolleranza tal-allinjament tal-impatt tal-MDB, iż-żoni tal-impatt ma jiġux f'kuntatt maż-żoni ta' maġenbhom tal-pjanċa tal-impatt. L-immuntar taċ-ċelluli u s-superfiċji tal-pjanċi għandhom ikunu skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-anness tal-istandard ISO 6487:1987.

6.1.2.3.   Il-protezzjoni tas-superfiċje, inkluża l-faċċata tal-plywood (bi ħxuna ta': 12 ± 1 mm), tiġi applikata ma' kull pjanċa taċ-ċelluli tat-tagħbija b'tali mod li ma tiddegradax ir-reazzjonijiet tat-transdjuser.

6.1.2.4.   Il-ħajt riġidu għandu jkun jew ankrat fl-art jew imqiegħed fuq l-art, u jekk ikun meħtieġ, ikollu apparati addizzjonali li jorbtuħ sabiex jillimitaw id-deflessjoni tiegħu. Jista' jintuża ħajt riġidu (li miegħu jitwaħħlu ċ-ċelluli tat-tagħbija) li jkollu karatteristiċi differenti iżda li jagħti riżultati li huma tal-inqas daqstant ieħor konklużivi.

6.2.   Il-propulsjoni tal-ostaklu mobbli deformabbli

Fil-mument tal-impatt, l-ostaklu mobbli deformabbli ma għandux jibqa' suġġett għall-azzjoni ta' xi apparat addizzjonali ta' gwida jew propulsjoni. Dan għandu jasal fuq l-ostaklu fuq rotta perpendikulari għas-superfiċje ta' quddiem tal-ħajt dinamometriku. L-allinjament tal-impatt għandu jkun preċiż b'varjazzjoni ta' mhux aktar minn 10 mm.

6.3.   Strumenti tal-kejl

6.3.1.   Veloċità

Il-veloċità tal-impatt għandha tkun ta' 35 ± 0,5 km/h, fejn l-istrument użat għar-reġistrar tal-veloċità fil-mument tal-impatt ikollu preċiżjoni b'varjazzjoni ta' mhux aktar minn 0,1 fil-mija.

6.3.2.   Tagħbijiet

L-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-ISO 6487:1987

CFC għall-blokki kollha

:

60 Hz

CAC għall-blokki 1 u 3

:

200 kN

CAC għall-blokki 4, 5 u 6

:

100 kN

CAC għall-blokka 2

:

200 kN

6.3.3.   Aċċellerazzjoni

6.3.3.1.   L-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni lonġitudinali għandha titkejjel fi tliet pożizzjonijiet separati fuq it-troli, waħda ċentrali u waħda fuq kull naħa, f'postijiet mhux suġġetti għal liwi.

6.3.3.2.   L-aċċellerometru ċentrali għandu jkun f'pożizzjoni mhux iktar minn 500 mm mill-pożizzjoni taċ-ċentru tal-gravità tal-MDB u għandu jkun fi pjan vertikali lonġitudinali li jkun ± 10 mm miċ-ċentru tal-gravità tal-MDB.

6.3.3.3.   L-aċċellerometri tal-ġnub għandhom ikunu fl-istess għoli b'varjazzjoni ta' ± 10 mm u fl-istess distanza mis-superfiċje ta' quddiem tal-MDB b'varjazzjoni ta' ± 20 mm.

6.3.3.4.   L-istrumentazzjoni għandha tkun konformi mal-ISO 6487:1987 bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

 

CFC ta' 1 000 Hz (qabel l-integrazzjoni)

 

CAC ta' 50 g

6.4.   Speċifikazzjonijiet ġenerali tal-ostaklu

6.4.1.   Il-karatteristiċi individwali ta' kull ostaklu għandhom ikunu konformi mal-paragrafu 1 ta' dan l-anness u għandhom jiġu rreġistrati.

6.5.   Speċifikazzjonijiet ġenerali tal-impattur

6.5.1.   L-idoneità tal-impattur fir-rigward tar-rekwiżiti tat-test dinamiku għandha tiġi kkonfermata meta l-outputs mis-sitt pjanċi taċ-ċelluli tat-tagħbija lkoll jipproduċu sinjali konformi mar-rekwiżiti kif indikat f'dan l-anness.

6.5.2.   L-impatturi għandu jkollhom numri konsekuttivi tas-serje stampati, inċiżi jew imwaħħlin b'xi mod ieħor, b'mod permanenti, li minnhom jistgħu jiġu stabbiliti l-lottijiet tal-blokki individwali u d-data tal-manifattura.

6.6.   Il-proċedura għall-ipproċessar tad-dejta

6.6.1.   Dejta mhux ipproċessata: Fil-ħin T = T0, il-kumpensi (offsets) kollha għandhom jitneħħew mid-dejta. Il-metodu li bih jitneħħew il-kumpensi għandu jkun irreġistrat fir-rapport tat-test.

6.6.2.   Filtrar

6.6.2.1.   Id-dejta mhux ipproċessata tiġi ffiltrata qabel ma jsiru l-ipproċessar/il-kalkoli.

6.6.2.2.   Id-dejta tal-aċċellerometru għall-integrazzjoni tiġi ffiltrata b'CFC ta' 180, skont l-ISO 6487:1987.

6.6.2.3.   Id-dejta tal-aċċellerometru għall-kalkoli tal-impulsi tiġi ffiltrata b'CFC ta' 60, skont l-ISO 6487:1987.

6.6.2.4.   Id-dejta taċ-ċellula tat-tagħbija tiġi ffiltrata b'CFC ta' 60, skont l-ISO 6487:1987.

6.6.3.   Kalkolu tad-deflessjoni tal-faċċata tal-MDB

6.6.3.1.   Id-dejta tal-aċċellerometru mit-tliet aċċellerometri individwali (wara l-iffiltrar b'CFC ta' 180), tiġi integrata darbtejn sabiex tinkiseb id-deflessjoni tal-element tal-ostaklu deformabbli.

6.6.3.2.   Il-kundizzjonijiet inizjali għad-deflessjoni huma:

6.6.3.2.1.   Veloċità= veloċità tal-impatt (mill-istrument tal-kejl tal-veloċità).

6.6.3.2.2.   Deflessjoni= 0

6.6.3.3.   Id-deflessjoni fuq in-naħa tax-xellug, fil-linja tan-nofs u fuq in-naħa tal-lemin tal-ostaklu mobbli deformabbli tiġi mmarkata fi graff imqabbla mal-ħin.

6.6.3.4.   Id-differenza bejn id-deflessjoni massima kkalkulata minn kull wieħed mit-tliet aċċellerometri ma għandhiex tkun aktar minn 10 mm. Jekk dan ma jkunx il-każ, il-valur anomali mill-kejl għandu jitneħħa u d-differenza bejn id-deflessjonijiet ikkalkulati miż-żewġ aċċellerometri l-oħra tiġi kkontrollata sabiex ikun żgurat li l-varjazzjoni ma tkunx aktar minn 10 mm.

6.6.3.5.   Jekk id-deflessjonijiet kif imkejla mill-aċċellerometri tan-naħa tax-xellug, tan-naħa tal-lemin u tal-linja tan-nofs ikollhom varjazzjoni ta' mhux aktar minn 10 mm, għall-kalkolu tad-deflessjoni tal-faċċata tal-ostaklu għandha tintuża l-aċċellerazzjoni medja tat-tliet aċċellerometri.

6.6.3.6.   Jekk id-deflessjoni minn żewġ aċċellerometri biss tissodisfa r-rekwiżit tal-10 mm, għall-kalkolu tad-deflessjoni tal-faċċata tal-ostaklu għandha tintuża l-aċċellerazzjoni medja ta' dawn iż-żewġ aċċellerometri.

6.6.3.7.   Jekk id-deflessjonijiet ikkalkulati mit-tliet aċċellerometri kollha kemm huma (tan-naħa tax-xellug, tan-naħa tal-lemin u tal-linja tan-nofs) MA JISSODISFAWX ir-rekwiżit tal-10 mm, id-dejta mhux ipproċessata għandha tiġi riveduta sabiex jinstabu l-kawżi ta' din il-varjazzjoni tant kbira. F'dan il-każ il-kumpanija individwali tal-ittestjar tiddetermina liema dejta tal-aċċellerometru għandha tintuża biex tiġi ddeterminata d-deflessjoni tal-ostaklu mobbli deformabbli jew jekk l-ebda wieħed mill-qari tal-aċċellerometri ma jista' jintuża, f'liema każ, it-test ta' ċertifikazzjoni ikun irid jerga' jsir. Għandha tingħata spjegazzjoni dettaljata fir-rapport tat-test.

6.6.3.8.   Sabiex jinkiseb ir-riżultat tal-kurva tal-forza/deflessjoni għal kull blokka, id-dejta medja tal-kurva tad-deflessjoni/ħin tiġi kkombinata mad-dejta tal-kurva tal-forza/ħin tal-ħajt taċ-ċelluli tat-tagħbija.

6.6.4.   Kalkolu tal-enerġija

Għal kull blokka u għall-faċċata kollha tal-MDB, l-enerġija assorbita għandha tiġi kkalkulata sal-punt tad-deflessjoni massima tal-ostaklu.

Formula

Fejn:

t0

huwa l-ħin ta' meta kien jseħħ l-ewwel kuntatt

t1

huwa l-ħin ta' meta t-troli jieqaf, jiġifieri meta u = 0,

s

hija d-deflessjoni tal-element deformabbli tat-troli kkalkulata skont il-paragrafu 6.6.3.

6.6.5.   Verifika tad-dejta tal-forza dinamika

6.6.5.1.   Qabbel l-impuls totali, I, ikkalkulat mill-integrazzjoni tal-forza totali tul il-perjodu tal-kuntatt, mal-bidla fil-momentum matul dak il-perjodu (M*)V).

6.6.5.2.   Qabbel il-bidla totali fl-enerġija mal-bidla fl-enerġija kinetika tal-MDB, mogħtija minn:

Formula

fejn Vi hija l-veloċità tal-impatt u M hija l-massa sħiħa tal-MDB

Jekk il-bidla fil-momentum (M*)V) ma tkunx daqs l-impuls totali (I) ± 5 fil-mija, jew jekk l-enerġija totali assorbita (E En) ma tkunx daqs l-enerġija kinetika, EK ± 5 fil-mija, id-dejta tat-test trid tiġi eżaminata sabiex tinstab il-kawża ta' dan l-iżball.

Figura 1

Id-disinn tal-impattur  (2)

Image

Test ta 'immaġni

Figura 2

Il-wiċċ ta' fuq tal-impatt

Image

Test ta 'immaġni

Figura 3

L-orjentament tal-aluminju b'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali

Image

Test ta 'immaġni

Figura 4

Id-dimensjoni taċ-ċelluli tal-aluminju b'arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali

Image

Figura 5

Id-disinn tal-kontrapjanċa

Image

Test ta 'immaġni

Figura 6

It-twaħħil tal-kontrapjanċa mal-apparat tal-ventilazzjoni u l-pjanċa tal-faċċata tat-troli

Image

Test ta 'immaġni

Figura 7

Id-distanza bejn it-toqob għat-toqob ta' ventilazzjoni tal-kontrapjanċa

Image

Il-flanġi ta' fuq u ta' taħt tal-kontrapjanċa

Image

Nota: It-toqob għall-irbit fil-flanġ ta' taħt jistgħu jitwessgħu u jsiru xquq, kif muri hawn taħt, biex jiffaċilitaw it-twaħħil, basta jkun hemm qabda biżżejjed li ma jseħħ ebda distakk waqt it-test tal-impatt.

Figura 8

Image

Test ta 'immaġni

Figura 9

Il-frejm tal-ventilazzjoni

L-apparat tal-ventilazzjoni huwa struttura magħmula minn pjanċa bi ħxuna ta' 5 mm u wisa' ta' 20 mm. Il-pjanċi vertikali biss huma mtaqqba b'disa' toqob ta' 8 mm sabiex l-arja tkun tista' tiċċirkola b'mod orizzontali.

Image

Test ta 'immaġni

(1)  L-ammonti ta' enerġija indikati huma l-ammonti ta' enerġija dissipati mis-sistema meta l-impattur ikun mgħaffeġ l-aktar.

(2)  Id-dimensjonijiet kollha huma f'mm. It-tolleranzi indikati għad-dimensjonijiet tal-blokki jagħtu konsiderazzjoni għad-diffikultajiet fil-kejl tal-aluminju b'arranġamenti ta' sezzjonijiet eżagonali maqtugħ. It-tolleranza indikata għad-dimensjoni globali tal-impattur hija inqas minn dik għall-blokki individwali minħabba li l-blokki b'arranġementi ta' sezzjonijiet eżagonali jistgħu jiġu aġġustati, anki jekk ikun hemm bżonn li jitrikkbu, sabiex tinżamm dimensjoni tal-impatt tal-faċċata aktar definita.

Appendiċi 1

IL-KURVI TAL-FORZA/DEFLESSJONI GĦAL TESTIJIET STATIĊI

Figura 1 a

Blokki 1 u 3

Image

Figura 1b

Blokka 2

Image

Figura 1c

Blokka 4

Image

Figura 1d

Blokki 5 u 6

Image

Appendiċi 2

IL-KURVI TAL-FORZA/DEFLESSJONI GĦAL TESTIJIET DINAMIĊI

Figura 2a

Blokki 1 u 3

Image

Figura 2b

Blokka 2

Image

Figura 2c

Blokka 4

Image

Figura 2d

Blokki 5 u 6

Image

Figura 2e

Total tal-blokki

Image

Appendiċi 3

IL-VERIFIKA TAL-OSTAKLU MOBBLI DEFORMABBLI

1.   AMBITU

Dan l-appendiċi fih preskrizzjoni għall-verifika tal-ostaklu mobbli deformabbli. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip hija responsabbli li tara li l-ostaklu mobbli deformabbli jissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet, billi tittestjah kontra ħajt dinamometriku sostnut minn ostaklu riġidu fiss.

2.   INSTALLAZZJONI

2.1.   Il-post fejn isir it-test

Iż-żona tal-ittestjar għandha tkun kbira biżżejjed biex takkomoda l-korsa tar-rankatura tal-ostaklu mobbli deformabbli, l-ostaklu riġidu u t-tagħmir tekniku meħtieġ għat-test. L-aħħar parti tal-korsa, għal mill-inqas 5 m qabel l-ostaklu, għandha tkun orizzontali, ċatta u lixxa.

2.2.   L-ostaklu riġidu fiss u l-ħajt dinamometriku

2.2.1.   L-ostaklu riġidu għandu jkun magħmul minn blokka ta' konkrit rinfurzat wiesgħa mhux inqas minn 3 metri fuq quddiem u għolja mhux inqas minn 1,5 metri. Il-ħxuna tal-ostaklu riġidu għandha tkun tali li dan ikun jiżen mill-inqas 70 tunnellata metrika. Il-faċċata ta' quddiem għandha tkun vertikali, perpendikulari mal-assi tal-korsa tar-rankatura u miksija b'ċelloli tat-tagħbija li kapaċi jkejlu t-tagħbija totali ta' kull blokka tal-impattur tal-ostaklu mobbli deformabbli fil-mument tal-impatt. Iċ-ċentri taz-zoni tal-pjanċa tal-impatt għandhom ikunu allinjati ma dawk tal-barriera mobbli deformabbli magħżula; ix-xfar tagħhom għandhom ikunu 20 mm 'il bogħod miż-żoni ta' maġenbhom. L-immuntar taċ-ċelluli u s-superfiċji tal-pjanċi għandhom ikunu skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-anness, skont l-ISO 6487:1987. F'każijiet fejn tiġi miżjuda protezzjoni tas-superfiċje, din ma għandhiex tiddegrada r-risponsi tat-transdjuser.

2.2.2.   L-ostaklu riġidu għandu jkun jew ankrat fl-art jew imqiegħed fl-art, jekk meħtieġ, b'apparati addizzjonali li jżommuh biex jillimitaw iċ-ċaqliq tiegħu. Jista' jintuża ostaklu riġidu b'ċelluli tat-tagħbija li jkollhom karatteristiċi differenti imma li jagħtu riżultati li jkunu tal-anqas ugwalment konklussivi.

3.   IL-PROPULSJONI TAL-OSTAKLU MOBBLI DEFORMABBLI

Fil-mument tal-impatt, l-ostaklu mobbli deformabbli ma għandux jibqa' suġġett għall-azzjoni ta' xi apparat addizzjonali ta' gwida jew propulsjoni. dan għandu jilħaq l-ostakolu f'korsa perpendikulari għall-ostaklu tal-kolliżjoni. L-allinjament tal-impatt għandu jkun preċiż b'varjazzjoni ta' mhux aktar minn 10 mm.

4.   STRUMENTI TAL-KEJL

4.1.   Veloċità

Il-veloċità tal-impatt għandha tkun 35 + 2 – 2 km/h. L-istrument li jintuża biex jirreġistra l-veloċità fil-mument tal-impatt għandu jkun preċiż b'varjazzjoni ta' mhux aktar minn 1 %.

4.2.   Tagħbijiet

L-istrumenti tal-kejl għandhom jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-ISO 6487:1987

CFC għall-blokki kollha

=

60 Hz

CAC għall-blokki 1 u 3

=

120 kN

CAC għall-blokki 4, 5 u 6

=

60 kN

CAC għall-blokka 2

=

140 kN

4.3.   Aċċellerazzjoni

L-aċċellerazzjoni fid-direzzjoni lonġitudinali għandha tiġi mkejla f'post mhux suġġett għal-liwi. L-istrumentazzjoni għandha tkun konformi mal-ISO 6487:1987 bl-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

 

CFC ta' 1 000 Hz (qabel l-integrazzjoni)

 

CFC ta' 60 Hz (wara l-integrazzjoni)

 

CAC ta' 50 g

5.   SPEĊIFIKAZZJONI ĠENERALI TAL-OSTAKLU

5.1.   Il-karatteristiċi individwali ta' kull ostaklu għandhom ikunu konformi mal-paragrafu 1. tal-Anness 5 u għandhom jiġu rreġistrati.

6.   SPEĊIFIKAZZJONI ĠENERALI TAT-TIP TA' IMPATTUR

6.1.   L-idoneità tat-tip ta' impattur tiġi kkonfermata meta l-outputs ta' kull waħda mis-sitt ċelloli tat-tagħbija jipproduċu sinjali li jkunu konformi mar-rekwiżiti indikati fil-paragrafu 2.2 tal-Anness 5, meta rreġistrati.

6.2.   L-impatturi għandu jkollhom numri serjali konsekuttivi, inkluż id-data tal-manifattura.


ANNESS 6

DESKRIZZJONI TEKNIKA TAL-MANIKIN TAL-IMPATT LATERALI

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-manikin tal-impatt laterali preskritt f'dan ir-Regolament, inkluż l-istrumentazzjoni u l-kalibrar, huwa deskritt f'disinji tekniċi u f'manwal tal-utent. (1)

1.2.   Id-dimensjonijiet u l-mases tal-manikin tal-impatt laterali jirrappreżentaw 50 fil-mija tal-irġiel adulti, mingħajr il-parti ta' isfel tad-dirgħajn.

1.3.   Il-manikin tal-impatt laterali huwa magħmul minn skeletru tal-metall u tal-plastik mgħotti b'gomma li timita l-laħam tal-ġisem, bi plastik u b'fowm.

2.   KOSTRUZZJONI

2.1.   Għal deskrizzjoni ġenerali tal-manikin tal-impatt laterali, ara l-Figura 1 għall-iskema, u t-Tabella 1 ta' dan l-anness għat-tqassim tal-partijiet.

2.2.   Ir-ras

2.2.1.   Ir-ras hija indikata bħala l-parti Nru 1 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.2.2.   Ir-ras hija magħmula minn qafas tal-aluminju mgħotti b'ġilda flessibbli tal-vinil. L-intern tal-qafas huwa kavità li takkomoda fiha l-aċċellerometri triassali u l-ballast.

2.2.3.   Fl-interfaċċa ta' bejn ir-ras u l-għonq hemm inkorporata parti li tissostitwixxi ċ-ċellula tat-tagħbija. Dan il-parti tista' tiġi sostitwita b'ċellula tat-tagħbija fuq in-naħa ta' fuq tal-għonq.

2.3.   L-għonq

2.3.1.   L-għonq huwa indikat bħala l-parti Nru 2 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.3.2.   L-għonq huwa magħmul minn interfaċċa ta' bejn ir-ras u l-għonq, interfaċċa ta' bejn l-għonq u t-toraċi u sezzjoni ċentrali li tgħaqqad iż-żewġ interfaċċi flimkien.

2.3.3.   L-interfaċċa ta' bejn ir-ras u l-għonq (il-parti Nru. 2a) u l-interfaċċa ta' bejn l-għonq u t-toraċi (il-parti Nru. 2c), it-tnejn huma magħmula minn żewġ diski tal-aluminju marbuta flimkien permezz ta' vit b'forma emisferika u tmien molol mewwieta tal-gomma.

2.3.4.   Is-sezzjoni ċilindrika ċentrali (il-parti Nru. 2b) hija magħmula mil-gomma. Fiż-żewġ naħat, hemm iffurmata diska tal-aluminju tal-interfaċċi, fil-parti tal-gomma.

2.3.5.   L-għonq jiġi mmuntat fuq il-brekit tal-għonq, indikat bħala l-parti Nru 2d fil-Figura 1 ta' dan l-anness. Dan il-brekit jista' jiġi sostitwit opzjonalment b'ċellula tat-tagħbija fin-naħa ta' isfel tal-għonq.

2.3.6.   L-angolu bejn iż-żewġ uċuħ tal-brekit tal-għonq huwa ta' 25°. Minħabba li l-blokka tal-ispalla hija inklinata 5° lura, l-angolu li jirriżulta bejn l-għonq u t-torso huwa 20°.

2.4.   L-ispalla

2.4.1.   L-ispalla hija indikata bħala l-parti Nru 3 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.4.2.   L-ispalla hija magħmula minn kaxxa tal-ispalla, żewġ klavikoli u minn spatola tal-fowm.

2.4.3.   Il-kaxxa tal-ispalla (il-parti Nru 3a) hija magħmula minn blokka spejser tal-aluminju, bi pjanċa tal-aluminju fuqha u pjanċa tal-aluminju oħra taħtha. Iż-żewġ pjanċi jkollhom kisja tal-politetrafloworoetilen (PTFE).

2.4.4.   Il-klavikoli (il-parti Nru 3b), magħmula minn reżina kkastjata tal-poliuretan (PU), huma ddisinjati biex jevolvu fuq il-blokka spejser. Il-klavikoli jinżammu lura fil-pożizzjoni newtrali tagħhom permezz ta' żewġ kordi tal-lastku (il-parti Nru 3c) li jiġu marbuta ma' wara tal-kaxxa tal-ispalla. Ix-xifer ta' barra taż-żewġ klavikoli huwa maħsub biex jippermetti li d-dirgħajn jitqiegħdu f'pożizzjonijiet standard.

2.4.5.   L-ispatola (il-parti Nru 3d) hija magħmula minn gomma tal-poliuretan ta' densità baxxa u titwaħħal mal-blokka tal-ispalla.

2.5.   It-toraċi

2.5.1.   It-toraċi huwa indikat bħala l-parti Nru 4 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.5.2.   It-toraċi huwa magħmul minn kaxxa tas-sinsla toraċika riġida u tliet moduli tal-kustilji identiċi.

2.5.3.   Il-kaxxa tas-sinsla toraċika (il-parti Nru 4a) hija magħmula mill-azzar. Fuq is-superfiċje ta' wara tal-ispejser tal-azzar tiġi mmuntata kontrapjanċa (il-parti Nru 4b) li tkun ikkurvata u magħmula minn reżina tal-poliuretan (PU).

2.5.4.   Is-superfiċje ta' fuq tal-kaxxa tas-sinsla toraċika hija inklinata 5° lura.

2.5.5.   Fil-parti ta' isfel tal-kaxxa tax-xewka tad-dahar tiġi mmuntata ċellula tat-tagħbija T12 jew sostituzzjoni ta' ċellula tat-tagħbija (il-parti Nru 4j).

2.5.6.   Il-modulu tal-kustilji (il-parti Nru 4c) huwa magħmul minn qafas tal-kustilji tal-azzar miksi b'fowm tal-poliuretan (PU) biċ-ċelluli miftuħa li jimita l-laħam tal-ġisem (il-parti Nru 4d), assemblaġġ ta' sistema ta' gwida lineari (il-parti Nru 4e) li jgħaqqad flimkien il-kustilji u l-kaxxa tas-sinsla, smorzatur idrawliku (il-parti Nru 4f) u molla iebsa tal-ismorzatur (il-parti Nru 4g).

2.5.7.   Is-sistema ta' gwida lineari (il-parti Nru 4e) tippermetti lin-naħa sensittiva tal-kustilji (il-parti Nru 4d) tintlewa fir-rigward tal-kaxxa tas-sinsla (il-parti Nru 4a) u n-naħa mhux sensittiva. L-assemblaġġ tas-sistema tal-gwida huwa mgħammar b' needle bearings lineari.

2.5.8.   Fl-assemblaġġ tas-sistema ta' gwida (il-parti Nru 4h) ikun hemm molla għall-ittjunjar.

2.5.9.   Jista' jiġi installat transdjuser għall-ispostament tal-kustilji (il-parti Nru 4i) fuq il-parti tas-sistema ta' gwida mmuntata fuq il-kaxxa tas-sinsla (il-parti Nru 4e) u konessa man-naħa ta' barra tas-sistema ta' gwida fin-naħa s-sensittiva tal-kustilji.

2.6.   Id-dirgħajn

2.6.1.   Id-dirgħajn huma indikati bħala l-parti Nru 5 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.6.2.   Id-dirgħajn għandhom skeletru tal-plastik miksi b'“laħam tal-ġisem” tal-poliuretan (PU) u “ġilda” tal-klorur tal-polivinil (PVC). Il-“laħam” huwa magħmul mill-parti ta' fuq li hija kast tal-poliuretan (PU) ta' densità għolja u mill-parti ta' isfel li hija tal-fowm tal-poliuretan (PU).

2.6.3.   Il-ġog tal-ispalla mad-driegħ jippermetti pożizzjonijiet diskreti ta' 0, 40 u 90 fir-rigward tal-linja tat-torso.

2.6.4.   Il-ġog tal-ispalla mad-driegħ jippermetti biss rotazzjoni ta' flessjoni/estensjoni.

2.7.   Is-sinsla lumbari

2.7.1.   Is-sinsla lumbari hija indikata bħala l-parti Nru 6 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.7.2.   Is-sinsla lumbari hija magħmula minn ċilindru solidu tal-gomma b'żewġ pjanċi interfaċċi tal-azzar f'kull tarf, u kejbil tal-azzar ġewwa ċ-ċilindru.

2.8.   L-addome

2.8.1.   L-addome huwa indikat bħala l-parti Nru 7 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.8.2.   L-addome huwa magħmul minn parti ċentrali riġida u kisja tal-fowm.

2.8.3.   Il-parti ċentrali tal-addome hija magħmula minn forma tal-metall (il-parti Nru 7 a). Fuq din il-forma tiġi mmuntata pjanċa li tgħattiha.

2.8.4.   Il-kisi (il-parti Nru 7b) huwa magħmul minn fowm tal-poliuretan (PU). Fil-kisi tal-fowm, fuq iż-żewġ naħat, tiġi integrata blokka kkurvata tal-gomma, mimlija b'boċċi taċ-ċomb

2.8.5.   Bejn il-kisja tal-gomma u l-forma riġida fuq kull naħa tal-addome, jistgħu jiġu mmuntati jew tliet transdjusers tal-forza (il-parti Nru 7c) jew tliet unitajiet ta' sostituzzjoni li ma jkejlux.

2.9.   Il-pelvi

2.9.1.   Il-pelvi huwa indikat bħala l-parti Nru 8 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.9.2.   Il-pelvi huwa magħmul minn blokka tas-sakru, żewġ ġwienaħ iljaċi, żewġ assemblaġġi tal-ġogi tal-ġenb u kisja tal-gomma li timita l-laħam tal-ġisem.

2.9.3.   Is-sakru (il-parti Nru 8a) huwa magħmul minn blokka tal-metall bil-ballast u pjanċa tal-metall immuntata fuq din il-blokka. Fuq in-naħa ta' wara ta' din il-blokka hemm kavità biex tiffaċilita l-applikazzjoni tal-istrumentazzjoni.

2.9.4.   Il-ġwienaħ iljaċi (il-parti Nru 8b) huma magħmula minn reżina tal-poliuretan (PU).

2.9.5.   L-assemblaġġi tal-ġogi tal-ġenb (il-parti Nru 8c) huma magħmula minn partijiet tal-azzar. Dawn huma ffurmati minn brekit tal-wirk ta' fuq u l-ġog b'forma ta' ballun konnessi mal-fus li jgħaddi mill-punt H tal-manikin.

2.9.6.   Is-sistema tal-laħam tal-ġisem (il-parti Nru 8d) hija magħmula minn ġilda tal-klorur tal-polivinil (PVC) mimlija bil-fowm tal-poliuretan (PU). Fil-pożizzjoni tal-punt H il-ġilda hija sostitwita minn blokka kbira tal-fowm b'ċelluli miftuħa tal-poliuretan (PU) (il-parti Nru 8e), appoġġata bi pjanċa tal-azzar imwaħħla fuq il-ġwejnaħ iljaku permezz ta' fus ta' sostenn li jgħaddi mill-ġog b'forma ta' ballun.

2.9.7.   Il-ġwienaħ iljaċi jitwaħħlu mal-blokka tas-sakru fin-naħa ta' wara u jintrabtu flimkien fil-pożizzjoni tas-simfiżi pubika bi transdjuser tal-forza (il-parti Nru 8f) jew b'sostituzzjoni ta' transdjuser.

2.10.   Ir-riġlejn

2.11.   Ir-riġlejn huma indikati bħala l-parti Nru 9 fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.11.1.   Ir-riġlejn huma magħmula minn skeletru tal-metall miksi b'fowm tal-poliuretan (PU) li jimita l-laħam b'ġilda tal-klorur tal-polivinil (PVC).

2.11.2.   Il-laħam tal-koxxa ta' fuq tar-riġlejn huwa rappreżentat minn forma tal-poliuretan (PU) b'densità għolja b'ġilda magħmula mill-klorur tal-polivinil (PVC).

2.11.3.   L-irkoppa u l-ġog tal-għaksa jippermettu biss rotazzjoni ta' flessjoni/estensjoni.

2.12.   Ilbies

2.12.1.   L-ilbies mhux indikat fil-Figura 1 ta' dan l-anness.

2.12.2.   L-ilbies huwa magħmul mill-gomma u jgħatti l-ispallejn, it-toraċi, il-parti ta' fuq tad-dirgħajn, l-addome u s-sinsla lumbari, u l-parti ta' fuq tal-pelvi.

Figura 1

Kostruzzjoni tal-manikin tal-impatt laterali

Image

Tabella 1

Komponenti tal-Manikin tal-Impatt Laterali (Ara l-Figura 1)

Parti

Nru

Deskrizzjoni

Għadd

1

 

Ras

1

 

2

 

Għonq

1

 

 

2a

Interfaċċa ta' bejn ir-ras u l-għonq

 

1

 

2b

Sezzjoni ċentrali

 

1

 

2c

Interfaċċa ta' bejn l-għonq u t-toraċi

 

1

 

2d

Brekit tal-għonq

 

1

3

 

Spalla

1

 

 

3 a

Kaxxa tal-ispalla

 

1

 

3b

Klavikoli

 

2

 

3c

Korda elastika

 

2

 

3d

Spatola tal-fowm

 

1

4

 

Toraċi

1

 

 

4 a

Sinsla toraċika

 

1

 

4b

kontrapjanċa (ikkurvata)

 

1

 

4c

Modulu tal-kustilji

 

3

 

4d

Qafas tal-kustilji miksi bil-laħam

 

3

 

4e

Assemblaġġ tal-pistuni/ċilindri

 

3

 

4f

Smorzatur

 

3

 

4g

Molla iebsa tal-ismorzatur

 

3

 

4h

Molla tat-tjuning

 

3

 

4i

transdjuser tal-ispostament

 

3

 

4j

Ċellula tat-tagħbija T12 jew sostituzzjoni ta' ċellula tat-tagħbija

 

1

5

 

Dirgħajn

2

 

6

 

Sinsla lumbari

1

 

7

 

Addome

1

 

 

7a

Forma ċentrali

 

1

 

7b

Kisi tal-laħam

 

1

 

7c

Transdjuser tal-forza

 

3

8

 

Pelvi

1

 

 

8 a

Blokka tas-sakru

 

1

 

8b

Ġwienaħ iljaċi

 

2

 

8c

Assemblaġġ tal-ġogi tal-ġenb

 

2

 

8d

Kisi tal-laħam

 

1

 

8e

Blokka tal-fowm tal-punt H

 

2

 

8f

Transdjuser tal-forza jew sostituzzjoni tiegħu

 

1

9

 

Riġel

2

 

10

 

Ilbies

1

 

3.   L-ASSEMBLAĠĠ TAL-MANIKIN

3.1.   Ras-għonq

3.1.1.   It-torque meħtieġ fuq il-viti emisferiċi għall-assemblaġġ tal-għonq huwa 10 Nm.

3.1.2.   L-assemblaġġ taċ-ċellula tat-tagħbija fuq ir-ras u l-parti ta' fuq tal-għonq jiġi mmuntat b'erba' viti mal-pjanċa tal-interfaċċa ta' bejn ir-ras u l-għonq.

3.1.3.   Il-pjanċa tal-interfaċċa ta' bejn l-għonq t-toraċi tiġi mmuntata b'erba' viti mal-brekit tal-għonq.

3.2.   Qħonq — spalla-toraċi

3.2.1.   Il-brekit tal-għonq jiġi mmuntat b'erba' viti fuq il-blokka tal-ispalla.

3.2.2.   Il-blokka tal-ispalla tiġi mmuntata bi tliet viti fuq is-superfiċje ta' fuq tal-kaxxa tas-sinsla toraċika.

3.3.   Spalla-driegħ

3.3.1.   Id-dirgħajn jiġu mmuntati mal-klavikoli tal-ispalla u aġġustati permezz ta' vit u bering assjali. Il-vit għandu jiġi ssikkat biex tinkiseb forza ta' reżistenza ta' 1–2 g fuq il-pern tad-driegħ.

3.4.   Toraċi-sinsla lumbari-addome

3.4.1.   Id-direzzjoni tal-immuntar tal-moduli tal-kustilji fit-toraċi għandha tiġi adattata skont in-naħa tal-impatt meħtieġa.

3.4.2.   Adapter għas-sinsla lumbari jiġi mmuntat b'żewġ viti fuq iċ-ċellula tat-tagħbija T12 jew fuq is-sostitutuzzjoni taċ-ċellula tat-tagħbija fil-parti ta' isfel tas-sinsla toraċika.

3.4.3.   L-adapter għas-sinsla lumbari jiġi mmuntat b'erba viti mal-pjanċa ta' fuq tas-sinsla lumbari.

3.4.4.   Il-flanġ tal-immuntar tal-forma tal-addome ċentrali jiġi marbut bejn l-adaptor tas-sinsla lumbari u l-pjanċa ta' fuq tas-sinsla lumbari.

3.4.5.   Il-pożizzjoni tat-transdjusers tal-forza fuq l-addome għandha tiġi adattata skont in-naħa tal-impatt meħtieġa.

3.5.   Sinsla lumbari-pelvi-riġlejn

3.5.1.   Is-sinsla lumbari tiġi immuntata bi tliet viti mal-pjanċa li tgħatti l-blokka tas-sakru. Fil-każ li tintuża ċ-ċellula tat-tagħbija tal-parti ta' isfel tas-sinsla lumbari, jintużaw erba' viti.

3.5.2.   Il-pjanċa ta' isfel tas-sinsla lumbari tiġi mmuntata bi tliet viti mal-blokka tas-sakru tal-pelvi.

3.5.3.   Ir-riġlejn jiġu mmuntati b'vit wieħed mal-brekit tal-wirk ta' fuq tal-assemblaġġ tal-ġog tal-ġenb tal-pelvi.

3.5.4.   Il-konnessjonijiet bejn l-irkoppa u l-għaksa fir-riġlejn jistgħu jiġu aġġustati biex tinkiseb forza ta' reżistenza ta' 1–2 g.

4.   KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI:

4.1.   Massa

4.1.1.   Il-mases tal-komponenti prinċipali tal-manikin huma murija fit-tabella 2 ta' dan l-anness.

Tabella 2

Il-Mases tal-Komponenti tal-Manikin

Komponent

(parti tal-ġisem)

Massa

(kg)

Tolleranza

± (kg)

Kontenuti prinċipali

Ras

4,0

0,2

L-assemblaġġ komplet tar-ras, inkluż l-aċċellerometru triassali u ċ-ċellula tat-tagħbija fuq il-parti ta' fuq tal-għonq jew is-sostituzzjoni tagħha

Għonq

1,0

0,05

L-għonq, mhux inkluż il-brekit tal-għonq

Toraċi

22,4

1,0

Il-brekit tal-għonq, l-ispatola, l-assemblaġġ tal-ispalel, il-boltijiet tal-irbit tad-dirgħajn, il-kaxxa tas-sinsla, il-kontrapjanċa tat-torso, il-moduli tal-kustilji, it-transdjusers tad-deflessjoni tal-kustilji, iċ-ċellula tat-tagħbija tal-kontrapjanċa tat-torso jew is-sostituzzjoni tagħha, iċ-ċellula tat-tagħbija T12 jew is-sostituzzjoni tagħha, il-forma tal-addome ċentrali, it-transdjusers tal-forza fuq l-addome, 2/3 tal-ilbies

Dirgħajn (kull wieħed)

1,3

0,1

Id-driegħ ta' fuq, inkluż il-pjanċa tal-pożizzjonament tad-driegħ (kull wieħed)

L-addome u s-sinsla lumbari

5,0

0,25

Il-kisi tal-laħam tal-addome u s-sinsla lumbari

Pelvi

12,0

0,6

Il-blokka ras-sakru, il-pjanċa tal-immuntar tas-sinsla lumbari, il-brekits tal-wirk ta' fuq, il-ġwienaħ iljaċi, it-transdjuser tal-forza fuq il-pubis, il-kisi tal-laħam tal-pelvi, 1/3 tal-ilbies

Riġel (kull wieħed)

12,7

0,6

Is-sieq, fuq u isfel tar-riġel u l-laħam sal-ġunżjoni mal-wirk ta' fuq (kull wieħed)

Totali tal-manikin

72,0

1,2

 

4.2.   Dimensjonijiet prinċipali

4.2.1.   Id-dimensjonijiet prinċipali tal-manikin tal-impatt laterali (inkluż l-ilbies) abbażi tal-Figura 2 ta' dan l-anness, huma indikati fit-Tabella 3 ta' dan l-anness.

Id-dimensjonijiet jitkejlu mingħajr l-ilbies.

Figura 2

Il-kejl tad-dimensjonijiet prinċipali tal-manikin

(Ara t-Tabella 3)

Image

Tabella 3

Id-Dimensjonijiet Prinċipali tal-Manikin

Nru

Parametru

Dimensjoni (mm)

1

Għoli f'pożizzjoni bilqiegħda

909 ± 9

2

Mis-sit sal-ġog tal-ispalla

565 ± 7

3

Mis-sit sal-wiċċ ta' fuq tal-kaxxa tas-sinsla toraċika

351 ± 5

4

Mis-sit sal-ġog tal-ġenb (ċentru tal-bolt)

100 ± 3

5

mill-qiegħ tas-sieq sas-sit, bilqiegħda

442 ± 9

6

Il-wisa' tar-ras

155 ± 3

7

Il-wisa' bejn l-ispalel/dirgħajn

470 ± 9

8

Wisa' tat-toraċi

327 ± 5

9

Il-wisa' tal-addome

290 ± 5

10

Il-wisa' tal-pelvi

355 ± 5

11

Il-fond tar-ras

201 ± 5

12

Il-fond tat-toraċi

276 ± 5

13

Il-fond tal-addome

199 ± 5

14

Il-fond tal-pelvi

240 ± 5

15

Minn wara tan-natka sal-ġog tal-ġenb (ċentru tal-bolt)

155 ± 5

16

Minn wara tan-natka sa quddiem tal-irkoppa

606 ± 9

5.   ĊERTIFIKAZZJONI TAL-MANIKIN

5.1.   In-naħa tal-impatt

5.1.1.   Il-partijiet tal-manikin għandhom jiġu ċċertifikati fuq in-naħa tax-xellug jew fuq in-naħa tal-lemin, skont il-ġenb tal-vettura ta' fejn iseħħ l-impatt.

5.1.2.   Il-konfigurazzjonijiet tal-manikin fir-rigward tad-direzzjoni tal-immuntar tal-moduli tal-kustilji u l-pożizzjoni tat-transdjusers tal-forza fuq l-addome għandhom jiġu adattati skont in-naħa tal-impatt mixtieqa.

5.2.   Istrumentazzjoni

5.2.1.   L-istrumentazzjoni kollha għandha tiġi kkalibrata b'konformità mar-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1.1. ta' dan l-anness.

5.2.2.   Il-kanali kollha tal-istrumentazzjoni għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistrar tad-dejta tal-ISO 6487:2000 jew tas-SAE J211 (Marzu 1995)

5.2.3.   L-għadd minimu ta' kanali meħtieġa għall-konformità ma' dan ir-regolament huwa għaxra:

 

Aċċellerazzjonijiet tar-ras (3),

 

Spostamenti tal-kustilji tat-toraċi (3),

 

Tagħbijiet fuq l-addome (3); u

 

Tagħbija fuq is-simfiżi pubika (1).

5.2.4.   Huma wkoll disponibbli għadd ta' kanali opzjonali tal-istrumentazzjoni (38):

 

Tagħbijiet fuq il-parti ta' fuq tal-għonq (6),

 

Tagħbijiet fuq in naħa ta' isfel tal-għonq (6),

 

Tagħbijiet fuq il-klavikoli (3),

 

Tagħbijiet fuq il-kontrapjanċa tat-torso (4),

 

Aċċellerazzjonijiet T1 (3),

 

Aċċellerazzjonijiet T12 (3),

 

Aċċellerazzjonijiet tal-kustilji (6, tnejn fuq kull kustilja),

 

Tagħbijiet fuq is-sinsla T12 (4),

 

Tagħbijiet fuq in naħa lumbari ta' isfel (3),

 

Aċċellerazzjonijiet tal-pelvi (3); u

 

Tagħbijiet fuq il-wirk (6).

Huma wkoll disponibbli erba' kanali opzjonali għall-indikazzjoni tal-pożizzjoni:

 

Rotazzjoniji tat-toraċi (2); u

 

Rotazzjoniji tal-pelvi (2)

5.3.   Kontrolli viżwali

5.3.1.   Il-partijiet kollha tal-manikin għandhom ikunu vverifikati viżwalment għal xi ħsara, u jekk ikun meħtieġ jinbidlu qabel it-test taċ-ċertifikazzjoni.

5.4.   Konfigurazzjoni ġenerali tat-test

5.4.1.   Il-Figura 3 ta' dan l-anness turi l-konfigurazzjoni tat-testijiet kollha ta' ċertifikazzjoni fuq il-manikin tal-impatt laterali.

5.4.2.   L-arranġamenti tal-konfigurazzjoni tat-test taċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri tal-ittestjar għandhom ikunu skont l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tad-dokumentazzjoni speċifikata fil-paragrafu 1.1.

5.4.3.   It-testijiet fuq ir-ras, l-għonq, it-toraċi u s-sinsla lumbari jitwettqu fuq subassemblaġġi tal-manikin.

5.4.4.   It-testijiet fuq l-ispalla, l-addome u l-pelvi jitwettqu bil-manikin komplet (mingħajr l-ilbies, żraben u ħwejjeġ ta' taħt). F'dawn it-testijiet il-manikin jitqiegħed bilqiegħda fuq superfiċje ċatta b'żewġ folji tal-polifluworoetilen (PTFE) ta' ħxuna ta' 2 mm jew inqas imqiegħda bejn il-manikin u s-superfiċje ċatta.

5.4.5.   Qabel ma jsir it-test, il-partijiet kollha li jridu jiġu ċċertifikati għandhom jinżammu fil-kamra tat-test għal perjodu ta' mill-inqas erba' sigħat f'temperatura ta' bejn (u li tinkludi) 18 u 22 °C u umidità relattiva ta' bejn (u li tinkludi) 10 u 70 fil-mija.

5.4.6.   Il-ħin bejn żewġ testijiet ta' ċertifikazzjoni fuq l-istess parti għandu jkun ta' mill-inqas 30 minuta.

5.5.   Ras

5.5.1.   Is-subassemblaġġ tar-ras, inkluż is-sostitutuzzjoni taċ-ċellula tat-tagħbija fuq il-parti ta' fuq tal-għonq, jiġi ċċertifikat f'test fejn jitwaqqa' minn 200 ± 1 mm fuq superfiċje tal-impatt ċatta u riġida.

5.5.2.   L-angolu bejn is-superfiċje tal-impatt u l-pjan saġittali medjan tar-ras huwa ta' 35 ± 1°, li jippermetti impatt fuq in-naħa ta' fuq tar-ras (dan jista' jsir permezz ta' sling harness jew brekit ta' appoġġ għall-waqgħa tar-ras b'massa ta' 0,075 ± 0,005 kg.).

5.5.3.   L-aċċelerazzjoni tar-ras massima riżultanti, iffiltrata skont l-ISO 6487:2000 b'CFC ta' 1 000, għandha tkun bejn (u tinkludi) 100 g u 150 g.

5.5.4.   Il-prestazzjoni tar-ras tista' tiġi aġġustata biex tissodisfa r-rekwiżiti billi jiġu mmodifikati l-karatteristiċi tal-frizzjoni tal-interfaċċa ta' bejn il-ġilda u l-kranju (pereżempju permezz ta' lubrikazzjoni bit-trab tat-talkum jew sprej tal-politetrafluworoetilen (PTFE)).

5.6.   Għonq

5.6.1.   L-interfaċċa ta' bejn ir-ras u l-għonq tiġi mmuntata ma' forma tar-ras ta' ċertifikazzjoni speċjali b'massa ta' 3,9 ± 0,05 kg (ara l-Figura 6), permezz ta' pjanċa interfaċċa bi ħxuna ta' 12 mm u b'massa ta' 0,205 ± 0,05 kg.

5.6.2.   Il-forma tar-ras u l-għonq jiġu mmuntati ta' taħt fuq mal-qiegħ ta' pendlu tal-għonq (2) li tippermetti l-moviment laterali tas-sistema.

5.6.3.   Il-pendlu tal-għonq huwa mgħammar b'aċċellerometru uniassali skont l-ispeċifikazzjoni tal-pendlu tal-għonq (ara l-Figura 5).

5.6.4.   Il-pendlu tal-għonq għandu jitħalla jaqa' liberament minn għoli predeterminat sabiex tintlaħaq veloċità tal-impatt ta' 3,4 ± 0,1 m/s imkejla fil-pożizzjoni tal-aċċellerometru tal-pendlu.

5.6.5.   Il-pendlu tal-għonq jiġi deċellerat mill-veloċità tal-impatt għal żero permezz ta' apparat xieraq (3), kif deskritt fl-ispeċifikazzjoni tal-pendlu tal-għonq (ara l-Figura 5), li jwassal għal kurva tat-tibdil fil-veloċità/ħin fil-firxiet ta' limiti speċifikati fil-Figura 7 u t-Tabella 4 ta' dan l-anness. Il-kanali kollha għandhom jiġu rreġistrati skont l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistrar tad-dejta tal-ISO 6487:-2000 jew tas-SAE J211 (Marzu 1995) u ffiltrati diġitalment skont l-ISO 6487:2000 b'CFC ta' 180 jew is-SAE J211:1995 b'CFC ta' 180. Id-deċellerazzjoni tal-pendlu għandha tiġi iffiltrata skont l-ISO 6487: 2000 b'CFC ta' 60 jew is-SAE J211:1995 b'CFC ta' 60.

Tabella 4

Il-firxa ta' limiti tal-kurva tat-tibdil fil-veloċità/ħin tal-pendlu għat-test taċ-ċertifikazzjoni tal-għonq

Il-limiti ta' fuq ħin (s)

Veloċità (m/s)

Il-limiti ta' isfel ħin (s)

Veloċità (m/s)

0,001

0,0

0

– 0,05

0,003

– 0,25

0,0025

– 0,375

0,014

– 3,2

0,0135

– 3,7

 

 

0,017

– 3,7

5.6.6.   L-angolu tal-flessjoni massimu tal-forma tar-ras relattiv għall-pendlu (Angolu dθA + dθC fil-Figura 6)) għandu jkun bejn (u inklużi) 49,0 u 59,0° u jseħħ bejn (u inklużi) 54,0 u 66,0 m/s.

5.6.7.   L-ispostamenti massimi miċ-ċentru tal-gravità tal-forma tar-ras imkejla fl-angoli dθA u dθB (ara l-Figura 6) għandhom ikunu: Angolu bażi ta' quddiem tal-pendlu dθA ta' bejn (u inklużi) 32,0 u 37,0° li jseħħ bejn (u inklużi) 53,0 u 63,0 ms u angolu bażi fuq wara tal-pendlu dθB ta' bejn (u inklużi) 0,81 * (angolu dθA) + 1,75 u 0,81 * (angolu dθA) + 4,25° li jseħħ bejn (u inklużi) 54,0 u 64,0 ms.

5.6.8.   Il-prestazzjoni tal-għonq tista' tiġi aġġustata bis-sostituzzjoni tat-tmien molol mewwieta ta' sezzjoni f'forma ta' ċirku b'molol mewwieta ta' ebusija Shore oħra.

5.7.   Spalla

5.7.1.   It-tul tal-korda tal-lastku għandu jiġi aġġustat b'mod li biex il-klavikola timexxa 'l quddiem tkun meħtieġa forza ta' bejn (u inklużi) 27,5 N u 32,5 N applikata 'l quddiem, 4 ± 1 mm mix-xifer ta' barra tal-klavikola fl-istess pjan tal-moviment tal-klavikola.

5.7.2.   Il-manikin jitqiegħed bilqiegħda fuq superfiċje ċatta, orizzontali u riġida mingħajr appoġġ għad-dahar. It-toraċi jiġi pożizzjonat vertikalment u d-dirgħajn jiġu ssettjati fl-angolu ta' 40 ± 2° 'il quddiem mal-vertikali. Ir-riġlejn jitqiegħdu f'pożizzjoni orizzontali.

5.7.3.   L-impattur huwa pendlu b'massa ta' 23,4 ± 0,2 kg u b'dijametru ta' 152,4 ± 0,25 mm u x-xifer tiegħu jkollu raġġ ta' 12,7 mm (4). L-impattur jiġi sospiż minn pernijiet riġidi permezz ta' erba' wajers, u l-linja taċ-ċentru tal-impattur tkun tal-inqas 3,5 m aktar 'l isfel mill-pernijiet riġidi (ara l-Figura 4).

5.7.4.   L-impattur huwa mgħammar b'aċċellerometru sensittiv fid-direzzjoni tal-impatt, li jitqiegħed fuq il-fus tal-impattur.

5.7.5.   L-impattur għandu jitbandal liberament għal fuq l-ispalla tal-manikin b'veloċità tal-impatt ta' 4,3 ± 0,1 m/s.

5.7.6.   Id-direzzjoni tal-impatt hija perpendikulari għall-assi anterjuri-posterjuri tal-manikin u l-fus tal-impattur jikkoinċidi mal-assi tal-pern tal-parti ta' fuq tad-driegħ.

5.7.7.   L-aċċellerazzjoni massima tal-impattur iffiltrata skont l-ISO 6487:2000 b'CFC ta' 180, għandha tkun bejn (u inklużi) 7,5 u 10,5 g.

5.8.   Dirgħajn

5.8.1.   L-ebda proċedura ta' ċertifikazzjoni dinamika ma hi definita għad-dirgħajn.

5.9.   Toraċi

5.9.1.   Kull modulu tal-kustilji jiġi ċċertifikat b'mod separat.

5.9.2.   Il-modulu tal-kustilji jitqiegħed f'pożizzjoni vertikali fuq il-bank tat-test ta' tfigħ u ċ-ċilindru tal-kustilji jitwaħħal sew ma' dan il-bank tat-test.

5.9.3.   L-impattur huwa massa ta' waqgħa libera ta' 7,78 ± 0,01 kg b'wiċċ ċatt u b'dijametru ta' 150 ± 2 mm.

5.9.4.   Il-linja taċ-ċentru tal-impattur għandha tiġi allinjata mal-linja taċ-ċentru tas-sistema ta' gwida tal-kustilji.

5.9.5.   Is-severità tal-impatt tiġi speċifikata mill-għoli tal-waqgħat ta' 815, 204 u 459 mm. Dan l-għoli tal-waqgħat jirriżulta f'veloċitajiet ta' madwar 4, 2 u 3 m/s rispettivament. L-għoli tal-waqgħat għandu jiġi applikat bi preċiżjoni ta' 1 fil-mija.

5.9.6.   L-ispostament tal-kustilji għandu jitkejjel, pereżempju bl-użu tal-istess transdjuser tal-ispostament tal-kustilji.

5.9.7.   Ir-rekwiżiti meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tal-kustilji huma indikati fit-Tabella 5 ta' dan l-anness.

5.9.8.   Il-prestazzjoni tal-modulu tal-kustilji tista' tiġi aġġustata bis-sostituzzjoni tal-molla tat-tjuning ġewwa ċ-ċilindru b'oħra li jkollha ebusija differenti.

Tabella 5

Rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni tal-modulu tal-kustilji sħiħ

Sekwenza tat-test

L-għoli tal-waqgħa (bi preċiżjoni ta' 1 %) (mm)

Spostament minimu (mm)

Spostament massimu (mm)

1

815

46,0

51,0

2

204

23,5

27,5

3

459

36,0

40,0

5.10.   Sinsla lumbari

5.10.1.   Is-sinsla lumbari tiġi mmuntata mal-forma tar-ras ta' ċertifikazzjoni speċjali b'massa ta' 3,9 ± 0,05 kg (ara l-Figura 6), permezz ta' pjanċa interfaċċa bi ħxuna ta' 12 mm u b'massa ta' 0,205 ± 0,05 kg.

5.10.2.   Il-forma tar-ras u s-sinsla lumbari jiġu mmuntati ta' taħt fuq mal-qiegħ ta' pendlu tal-għonq (5) b'mod li jippermetti moviment laterali tas-sistema.

5.10.3.   Il-pendlu tal-għonq huwa mgħammar b'aċċellerometru uniassali skont l-ispeċifikazzjoni tal-pendlu tal-għonq (ara l-Figura 5).

5.10.4.   Il-pendlu tal-għonq għandu jitħalla jaqa' minn għoli predeterminat sabiex tintlaħaq veloċità tal-impatt ta' 6,05 ± 0,1 m/s imkejla fil-pożizzjoni tal-aċċellerometru tal-pendlu.

5.10.5.   Il-pendlu tal-għonq jiġi deċellerat mill-veloċità tal-impatt għal żero permezz ta' apparat xieraq (6), kif deskritt fl-ispeċifikazzjoni tal-pendlu tal-għonq (ara l-Figura 5), li jwassal għal kurva tat-tibdil fil-veloċità/ħin fil-firxa ta' limiti speċifikata fil-Figura 8 u t-Tabella 6 ta' dan l-anness. Il-kanali kollha għandhom jiġu rreġistrati skont l-ispeċifikazzjonijiet għar-reġistrar tad-dejta tal-ISO 6487-2000 jew tas-SAE J211 (Marzu 1995) ffiltrata diġitalment skont l-ISO 6487:2000 b'CFC ta' 180 jew is-SAE J211:1995 b'CFC ta' 180. Id-deċellerazzjoni tal-pendlu għandha tiġi iffiltrata skont l-ISO 6487: 2000 b'CFC ta' 60 jew is-SAE J211:1995 b'CFC ta' 60.

Tabella 6

Il-Firxa ta' Limiti tal-kurva tat-Tibdil fil-Veloċità/Ħin tal-Pendlu għat-Test taċ-Ċertifikazzjoni tas-Sinsla Lumbari

Limitu ta' fuq tal-ħin [s]

Veloċità [m/s]

Limitu ta' taħt tal-ħin [s]

Veloċità [m/s]

0,001

0,0

0

– 0,05

0,0037

– 0,2397

0,0027

– 0,425

0,027

– 5,8

0,0245

– 6,5

 

 

0,03

– 6,5

5.10.6.   L-angolu tal-flessjoni massimu tal-forma tar-ras relattiv għall-pendlu (Angolu dθA + dθC fil-Figura 6) għandu jkun bejn (u inklużi) 45,0 u 55,0° u jseħħ bejn (u inklużi) 39,0 u 53,0 ms.

5.10.7.   L-ispostamenti massimi miċ-ċentru tal-gravità tal-forma tar-ras imkejla fl-angoli dθA u dθB (ara l-Figura 6) għandhom ikunu: Angolu bażi ta' quddiem tal-pendlu dθA ta' bejn (u inklużi) 31,0 u 35,0° li jseħħ bejn (u inklużi) 44,0 u 52,0 ms u angolu bażi fuq wara tal-pendlu dθB ta' bejn (u inklużi) 0,8 * (angolu dθA) + 2,00 u 0,8 * (angolu dθA) 4,50° li jseħħ bejn (u inklużi) 44,0 u 52,0 ms.

5.10.8.   Il-prestazzjoni tas-sinsla lumbari tista' tiġi aġġustata billi tiġi mmodifikata t-tensjoni tal-kejbil tas-sinsla.

5.11.   Addome

5.11.1.   Il-manikin jitqiegħed bilqiegħda fuq superfiċje ċatta, orizzontali u riġida mingħajr appoġġ għad-dahar. It-toraċi jitqiegħed f'pożizzjoni vertikali, filwaqt li d-dirgħajn u r-riġlejn jitqiegħdu f'pożizzjoni orizzontali.

5.11.2.   L-impattur huwa pendlu b'massa ta' 23,4 ± 0,2 kg u b'dijametru ta' 152,4 ± 0,25 mm u x-xifer tiegħu jkollu raġġ ta' 12,7 mm (7). L-impattur jiġi sospiż minn pernijiet riġidi permezz ta' tmien wajers, u l-linja taċ-ċentru tal-impattur tkun tal-inqas 3,5 m aktar 'l isfel mill-pernijiet riġidi (ara l-Figura 4).

5.11.3.   L-impattur huwa mgħammar b'aċċellerometru sensittiv fid-direzzjoni tal-impatt, li jitqiegħed fuq il-fus tal-impattur.

5.11.4.   Il-pendlu huwa mgħammar b'faċċata tal-impattur ta' “fejn jistrieħ id-driegħ” orizzontali ta' 1,0 ± 0,01 kg. Il-massa totali tal-impattur bil-faċċata ta' fejn jistrieħ id-driegħ hija ta' 24,4 ± 0,21 kg. L-“apparat fejn jistrieħ id-driegħ” riġidu huwa għoli 70 ± 1 mm, wiesa' 150 ± 1 mm u għandu jkun jista' jippenetra tal-inqas 60 mm ġewwa l-addome. Il-linja taċ-ċentru tal-pendlu tikkoinċidi maċ-ċentru ta' “fejn jistrieħ id-driegħ.”

5.11.5.   L-impattur għandu jkun jista' jitbandal liberament għal fuq l-addome tal-manikin b'veloċità tal-impatt ta' 4,0 ± 0,1 m/s.

5.11.6.   Id-direzzjoni tal-impatt għandha tkun perpendikulari għall-assi anterjuri-posterjuri tal-manikin u l-assi tal-impattur għandha tkun allinjata maċ-ċentru tat-transdjuser tal-forza ċentrali fuq l-addome.

5.11.7.   Il-forza massima tal-impattur, miksuba mill-aċċelerazzjoni tal-impattur iffiltrata skont l-ISO 6487:2000 b'CFC ta' 80 u mmultiplikata bil-massa tal-impattur/ta' fejn jistrieħ id-driegħ, għandha tkun bejn (u inklużi) 4,0 u 4,8 kN, u sseħħ bejn (u inklużi) 10,6 u 13,0 ms.

5.11.8.   Ir-reġistrar tal-kurvi tal-forza/ħin imkejla bit-tliet transdjusers tal-forza fuq l-addome għandhom jiġu magħduda u ffiltrati skont l-ISO 6487:2000 b'CFC ta' 600. Il-forza massima ta' din is-somma għandha tkun bejn (u inklużi) 2.2 u 2.7 kN, u sseħħ bejn (u inklużi) 10.0 u 12.3 ms.

5.12.   Pelvi

5.12.1.   Il-manikin jitqiegħed bilqiegħda fuq superfiċje ċatta, orizzontali u riġida mingħajr appoġġ għad-dahar. It-toraċi jitqiegħed f'pożizzjoni vertikali filwaqt li d-dirgħajn u r-riġlejn jitqiegħdu f'pożizzjoni orizzontali.

5.12.2.   L-impattur huwa pendlu b'massa ta' 23,4 ± 0,2 kg u b'dijametru ta' 152,4 ± 0,25 mm u x-xifer tiegħu jkollu raġġ ta' 12,7 mm (8). L-impattur jiġi sospiż minn pernijiet riġidi permezz ta' tmien wajers, u l-linja taċ-ċentru tal-impattur tkun tal-inqas 3,5 m aktar 'l isfel mill-pernijiet riġidi (ara l-Figura 4).

5.12.3.   L-impattur huwa mgħammar b'aċċellerometru sensittiv fid-direzzjoni tal-impatt, li jitqiegħed fuq il-fus tal-impattur.

5.12.4.   L-impattur għandu jkun jista' jitbandal liberament għal fuq il-pelvi tal-manikin b'veloċità tal-impatt ta' 4,3 ± 0,1 m/s.

5.12.5.   Id-direzzjoni tal-impatt għandha tkun perpendikulari għall-assi anterjuri-posterjuri tal-manikin u l-assi tal-impattur għandha tkun allinjata maċ-ċentru tal-kontrapjanċa tal-punt H.

5.12.6.   Il-forza massima tal-impattur, miksuba mill-aċċelerazzjoni tal-impattur iffiltrata skont l-ISO 6487:2000 b'CFC ta' 180 u mmultiplikata bil-massa tal-impattur, għandha tkun bejn (u inklużi) 4,4 u 5,4 kN, u sseħħ bejn (u inklużi) 10,3 u 15,5 ms.

5.12.7.   Il-forza massima fuq is-simifisi pubika, iffiltrata skont l-ISO 6487:2000 b'CFC ta' 600, għandha tkun bejn (u inklużi) 1,04 u 1,64 kN u sseħħ bejn (u inklużi) 9,9 u 15,9 ms.

5.13.   Riġlejn

5.13.1.   L-ebda proċedura ta' ċertifikazzjoni dinamika ma hi definita għar-riġlejn.

Figura 3

Dehra ġenerali tal-konfigurazzjoni tat-test taċ-ċertifikazzjoni tal-manikin tal-impatt laterali

Image

Figura 4

Sospensjoni tal-impattatur f'forma ta' pendlu ta' 23,4 kg

Xellug:

Sospensjoni b'erba' wajers (il-wajers trasversali mneħħija)

Lemin:

Sospensjoni bi tmien wajers

Image

Figura 5

Il-firxa ta' limiti tal-kurva tad-deċellerazzjoni/ħin tal-pendlu għat-test taċ-ċertifikazzjoni tal-għonq

Image

Figura 6

Il-firxa ta' limiti tal-kurva tad-deċellerazzjoni/ħin tal-pendlu għat-test taċ-ċertifikazzjoni is-sinsla lumbari

Image

Figura 7

Il-firxa ta' limiti tal-kurva tat-tibdil fil-veloċità/ħin tal-pendlu għat-test taċ-ċertifikazzjoni tal-għonq

Image

Figura 8

Il-firxa ta' limiti tal-kurva tat-tibdil fil-veloċità/ħin tal-pendlu għat-test taċ-ċertifikazzjoni tas-sinsla lumbari

Image

(1)  Il-manikin jikkorrispondi mal-ispeċifikazzjoni tal-manikin ES-2. In-numru tal-werrej tal-kontenuti tad-disinn tekniku huwa: Nru E-AA-DRAWING-LIST-7-25-032 iddatat fil-25 ta' Lulju 2003. Is-sett sħiħ ta' disinji tekniċi ES-2 u l-Manwal tal-Utenti ES-2 jinsabu għand il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE), Palais des Nations, Ġinevra, l-Iżvizzera u jistgħu jiġu kkonsultati fuq talba lis-segretarjat.

(2)  Pendlu tal-għonq skont l-American Code of Federal Regulation 49 CFR. Kapitlu V, Parti 572.33 (Edizzjoni 10-1-00) (Ara wkoll il-Figura 5).

(3)  L-użu ta' arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali ta' 3 pulzieri huwa rrakomandat (ara l-Figura 5).

(4)  Pendlu skont l-American Code of Federal Regulation 49 CFR Kapitlu V, Parti 572.36(a) (Edizzjoni 10-1-00) (Ara wkoll il-Figura 4).

(5)  Pendlu tal-għonq skont l-American Code of Federal Regulation 49 CFR Kapitlu V, Parti 572.33 (Edizzjoni 10-1-00) (Ara wkoll il-Figura 5).

(6)  L-użu ta' arranġament ta' sezzjonijiet eżagonali ta' 6 pulzieri huwa rrakomandat (ara l-Figura 5).

(7)  Pendlu skont l-American Code of Federal Regulation 49 CFR Kapitlu V, Parti 572.36(a) (Edizzjoni 10-1-00) (Ara wkoll il-Figura 4).

(8)  Pendlu skont l-American Code of Federal Regulation 49 CFR Kapitlu V, Parti 572.36(a) (Edizzjoni 10-1-00) (Ara wkoll il-Figura 4).


ANNESS 7

INSTALLAZZJONI TAL-MANIKIN TAL-IMPATT LATERALI

1.   ĠENERALI

1.1.   Il-manikin tal-impatt laterali kif deskritt fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament għandu jintuża skont il-proċedura tal-installazzjoni li ġejja.

2.   INSTALLAZZJONI

2.1.   Aġġusta l-ġogi tal-irkoppa u tal-għekiesi b'mod li jsostnu biss il-parti ta' isfel tar-riġel u s-sieq meta din tkun estiża orizzontalment (aġġustament ta' 1 sa 2 g).

2.2.   Iċċekkja jekk il-manikin huwiex adattat għad-direzzjoni tal-impatt mixtieqa.

2.3.   Il-manikin għandu jkun liebes qalziet, tal-qoton jiġġebbed u li joqgħodlu ssikkat, sa nofs il-pexxun, u jista' jitlibbes qmis tal-qoton jiġġebbed u li toqgħodlu ssikkata, bil-kmiem qosra.

2.4.   Kull sieq għandha titlibbes żarbuna.

2.5.   Qiegħed il-manikin fis-sit ta' quddiem tan-naħa ta' barra fuq in-naħa tal-impatt kif deskritt fl-ispeċifikazzjoni tal-proċedura tat-test tal-impatt laterali.

2.6.   Il-pjan tas-simetrija tal-manikin għandu jikkoinċidi mal-pjan medjan vertikali tal-pożizzjoni bilqiegħda speċifikata.

2.7.   Il-pelvi tal-manikin għandu jitqiegħed b'tali mod li linja laterali għaddejja mill-punti H tal-manikin tkun perpendikulari mal-pjan taċ-ċentru lonġitudinali tas-sit. Il-linja għaddejja mill-punti H tal-manikin għandha tkun orizzontali b'inklinazzjoni massima ta' ± 2° (1).

Il-pożizzjoni korretta tal-pelvi tal-manikin tista' tiġi ċċekkjata relattivament mal-punt H tal-Manikin tal-Punt H bl-użu tat-toqob M3 fil-kontrapjanċi tal-Punt H fuq kull naħa tal-pelvi ES-2. It-toqob M3 huma indikati b' “Hm”. Il-pożizzjoni “Hm” għandha tkun f'ċirku b'raġġ ta' 10 mm madwar il-punt H tal-Manikin tal-punt H.

Il-pożizzjoni korretta tal-pelvi tal-manikin

2.8.   Il-parti ta' fuq tat-torso għandha tiġi milwija 'l quddiem u wara titqiegħed lura b'mod ferm mad-dahar tas-sit (ara n-nota 1). L-ispallejn tal-manikin għandhom jitqiegħdu għalkollox lura.

2.9.   Irrispettivament mill-pożizzjoni bilqiegħda tal-manikin, l-angolu ta' bejn id-driegħ ta' fuq u l-linja ta' referenza tad-driegħ tat-torso fuq kull naħa għandu jkun 40° ± 5°. Il-linja ta referenza tad-driegħ tat-torso hija ddefinita bħala l-intersezzjoni tal-pjan tanġenzjali mas-superfiċje ta' quddiem tal-kustilji u l-pjan vertikali lonġitudinali tal-manikin li fih hemm id-driegħ.

2.10.   Għall-pożizzjoni bilqiegħda tas-sewwieq, mingħajr ma tqanqal xi moviment tal-pelvi jew tat-torso, qiegħed is-sieq il-leminija tal-manikin fuq il-pedala tal-aċċeleratur mhux magħfusa bl-għarqub iserraħ 'il quddiem kemm jista' jkun fuq l-art. Qiegħed is-sieq ix-xellugija perpendikulari mal-parti ta' isfel tar-riġel bl-għarqub iserraħ fuq l-istess linja laterali bħall-għarqub tal-lemin. Qiegħed l-irkopptejn tal-manikin b'tali mod li s-superfiċji ta' barra tagħhom ikunu 150 ± 10 mm mill-pjan tas-simmetrija tal-manikin. Jekk ikun possibbli, f'dawn il-limitazzjonijiet, qiegħed il-koxox tal-manikin f'kuntatt mal-kuxxin tas-sit.

2.11.   Għal pożizzjonijiet bilqiegħda oħra, mingħajr ma tqanqal xi moviment tal-pelvi jew tat-torso, qiegħed l-għarqbejn tal-manikin 'il quddiem kemm jista' jkun fuq l-art mingħajr ma tikkompressa l-kuxxin tas-sit aktar milli jingħafas bil-piż tar-riġel. Qiegħed l-irkopptejn tal-manikin b'tali mod li s-superfiċji ta' barra tagħhom ikunu 150 ± 10 mm mill-pjan tas-simmetrija tal-manikin.


(1)  Il-manikin jista' jkun mgħammar b'sensuri tal-inklinazzjoni fit-toraċi u l-pelvi. Dawn l-istrumenti jistgħu jgħinu biex tinkiseb il-pożizzjoni mixtieqa.


ANNESS 8

TEST PARZJALI

1.   GĦAN

L-għan ta' dawn it-testijiet huwa li jiġi vverifikat jekk il-vettura modifikata tippreżentax tal-inqas l-istess karatteristiċi (jew aħjar) ta' assorbiment ta' enerġija tat-tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament.

2.   PROĊEDURI U INSTALLAZZJONIJIET

2.1.   Testijiet ta' referenza

2.1.1.   Filwaqt li jintużaw il-materjali ta' pedding inizjali ttestjati fl-approvazzjoni tal-vettura, immuntati fi struttura laterali ġdida tal-vettura li għandha tiġi approvata, iridu jitwettqu żewġ testijiet dinamiċi, bl-użu ta' żewġ impatturi differenti (il-Figura 1).

2.1.1.1.   L-impattur b'forma ta' ras, iddefinit fil-paragrafu 3.1.1 ta' hawn taħt, għandu jolqot, b'veloċità ta' 24,1 km/h, l-erja milquta mir-ras EUROSID waqt it-test tal-approvazzjoni tal-vettura. Ir-riżultat tat-test għandu jiġi rreġistrat, u l-HPC ikkalkulata. Madankollu, dan it-test ma għandux jitwettaq meta, waqt it-testijiet deskritti fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament: ir-ras ma tkun ġiet f'ebda kuntatt, jew meta r-ras tkun ġiet f'kuntatt mal-ħġieġ tat-tieqa biss, sakemm il-ħġieġ tat-tieqa ma jkunx ħġieġ illaminat.

2.1.1.2.   L-impattur f'forma ta' blokka tal-ġisem, iddefinit fil-paragrafu 3.2.1 ta' hawn taħt, għandu jolqot, b'veloċità ta' 24,1 km/h, l-erja laterali milquta mill-ispalla, id-driegħ u t-toraċi EUROSID waqt l-approvazzjoni tal-vettura. Ir-riżultat tat-test għandu jiġi rreġistrat, u l-HPC ikkalkulat.

2.2.   Test tal-approvazzjoni

2.2.1.   It-testijiet speċifikati fil-paragrafi 2.1.1.1 u 2.1.1.2 għandhom jiġu ripetuti, fejn jintużaw il-materjali ta' pedding, sits, eċċ. ġodda ppreżentati għall-estensjoni tal-approvazzjoni, u mmuntati fi struttura laterali ġdida tal-vettura, u r-riżultati l-ġodda jiġu rreġistrati, u l-HPC tagħhom ikkalkulat.

2.2.1.1.   L-estensjoni għandha tingħata, jekk l-HPC ikkalkulat mir-riżultati taż-żewġ testijiet tal-approvazzjoni jkun inqas mill-HPC miksub waqt it-testijiet ta' referenza (imwettqa bl-użu tal-materjali ta' pedding jew is-sits tat-tip oriġinali approvat).

2.2.1.2.   Jekk l-HPC il-ġodda jkunu ogħla mill-HPC miksuba waqt it-testijiet ta' referenza, għandu jitwettaq test ġdid komplet (bl-użu tal-pedding/sits/eċċ. proposti).

3.   TAGĦMIR TAL-ITTESTJAR

3.1.   L-impattur f'forma ta' ras (il-Figura 2)

3.1.1.   Dan l-apparat huwa magħmul minn impattur lineari totalment iggwidat, riġidu, b'massa ta' 6,8 kg. Is-superfiċje tal-impatt tiegħu għandu forma ta' emisfera b'dijametru ta' 165 mm.

3.1.2.   Il-forma ta' ras għandha tiġi ffittjata b'żewġ aċċellerometri u strument tal-kejl tal-veloċità, li kollha jkunu kapaċi jkejlu l-valuri fid-direzzjoni tal-impatt.

3.2.   L-impattur f'forma ta' blokka tal-ġisem (il-Figura 3)

3.2.1.   Dan l-apparat huwa magħmul minn impattur lineari totalment iggwidat, riġidu, b'massa ta' 30 kg. Id-dimensjonijiet u s-sezzjoni trasversali tiegħu huma ppreżentati fil-Figura 3.

3.2.2.   Il-blokka tal-ġisem għandha tkun mgħammra b'żewġ aċċellerometri u strument tal-kejl tal-veloċità, li kollha jkunu kapaċi jkejlu valuri fid-direzzjoni tal-impatt.


ANNESS 9

PROĊEDURI TAT-TEST GĦALL-PROTEZZJONI, TAL-OKKUPANTI TA' VETTURI LI JAĦDMU BL-ENERĠIJA ELETTRIKA, MINN VULTAĠĠ GĦOLI U MINN TIXRID TAL-ELETTROLIT

Dan l-anness jiddeskrivi l-proċeduri tat-test bħala prova tal-konformità mar-rekwiżiti dwar is-sikurezza elettrika tal-paragrafu 5.3.7. Pereżempju, il-kejl bil-megommetru u l-ossilloskopju huma alternattiva xierqa għall-proċedura deskritta hawn taħt għall-kejl tar-reżistenza tal-iżolament. F'dan il-każ jista' jkun hemm bżonn li tiġi deattivata s-sistema ta' monitoraġġ tar-reżistenza tal-iżolament fil-vettura.

Qabel isir it-test tal-impatt tal-vettura, il-vultaġġ tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli (Vb) (ara l-Figura 1) għandu jitkejjel u jiġi rrekordjat sabiex jiġi kkonfermat li jkun fil-limiti tal-vultaġġ operattiv tal-vettura kif speċifikat mill-manifattur tal-vettura.

1.   IL-KONFIGURAZZJONI U T-TAGĦMIR TAT-TEST

Jekk tintuża l-funzjoni ta' skonnessjoni ta' vultaġġ għoli, il-kejl irid jittieħed miż-żewġ naħat tal-apparat li minnu tintuża l-funzjoni ta' skonnessjoni.

Madankollu, jekk l-iskonnessjoni ta' vultaġġ għoli tkun integrata fir-REESS jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija u l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli tar-REESS jew is-sistema ta' konverżjoni tal-enerġija ikollha grad ta' protezzjoni IPXXB wara t-test tal-impatt, il-kejl jista' jsir biss bejn l-apparat li minnu tintuża l-funzjoni ta' skonnessjoni u t-tagħbijiet elettriċi.

Il-voltmetru użat f'dan it-test għandu jkejjel il-valuri DC u jkollu reżistenza ta' mill-inqas 10 MΩ.

2.   GĦALL-KEJL TAL-VULTAĠĠ, JISTGĦU JINTUŻAW DAWN L-ISTRUZZJONIJIET LI ĠEJJIN:

Wara t-test tal-impatt, iddetermina l-vultaġġi tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli (Vb, V1, V2) (ara l-Figura 1).

Il-kejl tal-vultaġġ irid isir mhux aktar kmieni minn 5 sekondi imma mhux iktar tard minn 60 sekonda wara l-impatt.

Din il-proċedura ma tapplikax jekk it-test isir f'kundizzjoni fejn is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.

Figura 1

Il-kejl ta' Vb, V1, V2

Image

Test ta 'immaġni

3.   PROĊEDURA TA' VALUTAZZJONI GĦAL ENERĠIJA ELETTRIKA BAXXA

Qabel l-impatt, swiċċ S1 u reżister ta' skariku magħruf Re jiġu konnessi b'mod parallel mal-kapaċitanza rilevanti (ara l-Figura 2).

Mhux aktar qabel minn 5 sekondi u mhux aktar tard minn 60 sekonda wara l-impatt, is-swiċċ S1 għandu jingħalaq filwaqt li jitkejlu u jiġu rreġistrati l-vultaġġ Vb u l-kurrent Ie. Il-prodott tal-multiplikazzjoni tal-vultaġġ Vb u l-kurrent Ie għandu jiġi integrat fuq perjodu tal-ħin; jibda mill-mument meta jingħalaq is-swiċċ S1 (tc) sakemm il-vultaġġ Vb jiġi taħt il-limitu ta' vultaġġ għoli ta' 60 V DC (th). Il-valur riżultanti tal-integrazzjoni huwa l-ekwivalenti tal-enerġija totali (TE) f'Joules.

(a)

Formula

Meta Vb jitkejjel f'ħin ta' bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanza tal-X-kapasiters (Cx) tkun speċifikata mill-manifattur, l-enerġija totali (TE) għandha tiġi kkalkulata mill-formula li ġejja:

(b)

TE = 0,5 × Cx × (Vb 2 – 3 600)

Meta V1, V2 (ara l-Figura 1) jitkejlu f'ħin ta' bejn 5 sekondi u 60 sekonda wara l-impatt u l-kapaċitanzi tal-Y-kapasiters (Cy1, Cy2) ikunu speċifikati mill-manifattur, l-enerġija totali (TEy1, TEy2) għandha tiġi kkalkulata mill-formuli li ġejjin:

(c)

TEy1 = 0,5 × Cy1 × (V1 2 – 3 600)

TEy2 = 0,5 × Cy2 × (V2 2 – 3 600)

Din il-proċedura ma tapplikax jekk it-test isir f'kundizzjoni fejn is-sistema tal-motopropulsjoni elettrika ma tkunx enerġizzata.

Figura 2

Eż. il-kejl tal-enerġija tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli maħżuna fl-X-kapasiters

Image

Test ta 'immaġni

4.   PROTEZZJONI FIŻIKA

Wara t-test tal-impatt tal-vettura, il-partijiet li jista' jkun hemm madwar il-komponenti b'vultaġġ għoli għandhom jinfetħu, jiżżarmaw u jitneħħew mingħajr l-użu ta' għodod. Il-partijiet kollha li jkun hemm madwar il-komponenti jitqiesu bħala parti mill-protezzjoni fiżika.

Is-saba' tat-test artikolat deskritt fil-Figura tal-Appendiċi ta' dan l-Anness għandu jiddaħħal fl-ispazji jew fil-fetħiet tal-protezzjoni fiżika b'forza tat-test ta' 10 N ± 10 fil-mija, għall-valutazzjoni tas-sikurezza elettrika. Jekk isseħħ xi penetrazzjoni parzjali jew sħiħa fil-protezzjoni fiżika mis-saba' tat-test artikolat, is-saba' tat-test artikolat għandu jitqiegħed f'kull pożizzjoni speċifikata hawn taħt.

Minn pożizzjoni wieqfa, iż-żewġ ġogi tas-saba' tat-test għandhom jiddawru progressivament f'angolu li jasal sa 90° mal-assi tas-sezzjoni li tmiss tas-saba' u għandhom jitqiegħdu f'kull pożizzjoni possibbli.

L-ostakli interni għall-protezzjoni elettrika jitqiesu parti mill-kaxxa.

Jekk ikun xieraq, provvista b'vultaġġ baxx (ta' mhux anqas minn 40 V u mhux aktar minn 50 V) għandha titqabbad f'serje ma' lampa adatta, bejn is-suba' tat-test artikolat u l-partijiet “live” ta' vultaġġ għoli fl-ostaklu jew fil-kaxxa ta' protezzjoni elettrika.

4.1.   Kundizzjonijiet għall-aċċettazzjoni

Ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5.3.7.1.3 għandhom jiġu kkunsidrati bħala ssodisfati jekk is-saba' tat-test artikolat deskritt fil-Figura tal-Appendiċi ta' dan l-anness ma jkunx jista' jiġi f'kuntatt mal-partijiet “live” b'vultaġġ għoli.

Jekk ikun meħtieġ tista' tintuża mera jew fiberskopju sabiex issir spezzjoni jekk is-Suba' tat-Test Artikolat imissx l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli.

Jekk dan ir-rekwiżit jiġi vverifikat minn ċirkwit ta' sinjali bejn is-saba' tat-test artikolat u l-partijiet “live” b'vultaġġ għoli, il-lampa ma għandhiex tixgħel.

5.   REŻISTENZA TAL-IŻOLAMENT

Ir-reżistenza tal-iżolament bejn l-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tista' tintwera jew billi titkejjel jew permezz ta' kumbinazzjoni ta' kejl u kalkolu.

L-istruzzjonijiet li ġejjin jintużaw f'każ li r-reżistenza tal-iżolament tintwera billi titkejjel.

 

Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (Vb) bejn il-pol negattiv u dak pożittiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli (ara l-Figura 1);

 

Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (V1) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1):

 

Kejjel u rreġistra l-vultaġġ (V2) bejn il-pol pożittiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 1):

Jekk V1 ikun ikbar minn jew daqs V2, daħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza installata (Ro), kejjel il-vultaġġ (V1′) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku tal-vettura (ara l-Figura 3). Ikkalkula r-reżistenza tal-iżolament (Ri) mill-formula murija hawn taħt.

Ri = Ro * (Vb/V1′ – Vb/V1) or Ri = Ro * Vb * (1/V1′ – 1/V1)

Iddividi r-riżultat Ri, li huwa l-valur tar-reżistenza tal-iżolament elettrika f'ohms (Ω), bil-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli f'volts (V).

Ri (Ω/V) = Ri (Ω)/Vultaġġ operattiv (V)

Figura 3

Il-kejl ta' V1

Image

Test ta 'immaġni

Jekk V2 ikun ikbar minn jew daqs V1, daħħal reżistenza magħrufa standard (Ro) bejn il-pol negattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku. Bir-reżistenza installata (Ro), kejjel il-vultaġġ (V2′) bejn il-pol pożittiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli u x-xażi elettriku (ara l-Figura 4).

Ikkalkula r-reżistenza tal-iżolament (Ri) mill-formula murija hawn taħt.

Ri = Ro * (Vb/V2′ – Vb/V2) or Ri = Ro * Vb * (1/V2′ – 1/V2)

Iddividi r-riżultat Ri, li huwa l-valur tar-reżistenza tal-iżolament elettrika f'ohms (Ω), bil-vultaġġ operattiv tal-assemblaġġ b'vultaġġ għoli f'volts (V).

Ri (Ω/V) = Ri (Ω)/Vultaġġ operattiv (V)

Ri = Ro * (Vb/V2′ – Vb/V2) or Ri = Ro * Vb * (1/V2′ – 1/V2)

Figura 4

Il-kejl ta' V2

Image

Test ta 'immaġni

Nota: Ir-reżistenza magħrufa standard Ro (f' Ω) għandha tkun il-valur tar-reżistenza tal-iżolament minima meħtieġa (f' Ω/V) multiplikat bil-vultaġġ operattiv (f'V) tal-vettura ± 20 fil-mija. Mhux meħtieġ li l-valur ta' Ro ikun eżatt daqs dan il-valur minħabba li l-ekwazzjonijiet huma validi għal kwalunkwe Ro; madankollu, valur ta' Ro f'din il-medda ta' valuri għandu jagħti riżoluzzjoni tajba għall-kejl tal-vultaġġ.

6.   TIXRID TAL-ELETTROLIT

Jekk ikun meħtieġ, il-protezzjoni fiżika għandha tingħata kisja biex tiġi vverifikata kwalunkwe tnixxija tal-elettrolit mir-REESS wara t-test tal-impatt.

Sakemm il-manifattur ma jipprovdix mezzi biex jidentifika t-tnixxija ta' likwidi differenti, it-tnixxija ta' kull tip ta' likwidu għandha titqies bħala tnixxija tal-elettrolit.

7.   IL-KONFORMITÀ TAŻ-ŻAMMA TAR-REESS GĦANDHA TIĠI STABBILITA PERMEZZ TA' SPEZZJONI VIŻWALI.

Appendiċi

SUBA' TAT-TEST ARTIKOLAT (GRAD TA' PROTEZZJONI IPXXB)

Figura

Suba' tat-test artikolat

Image

Test ta 'immaġni

Materjal: metall, ħlief meta speċifikat mod ieħor

Dimensjonijiet lineari f'millimetri

Tolleranzi fuq id-dimensjonijiet mingħajr tolleranza speċifika:

(a)

Fuq l-angoli: 0/– 10°

(b)

Fuq id-dimensjonijiet lineari

(i)

Sa 25 mm: 0/– 0,05 mm

(ii)

Aktar minn 25 mm: ± 0,2 mm

Iż-żewġ artikolazzjonijiet għandhom jippermettu moviment fl-istess pjan u l-istess direzzjoni f'angolu ta' 90° b'tolleranza ta' minn 0 sa + 10°.