|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
8.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 178/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1070
tal-31 ta' Marzu 2015
li jemenda l-Anness III, V u VII tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 211/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Tliet Stati Membri talbu modifiki fid-dejta meħtieġa fil-formoli stipulati fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011. |
|
(2) |
Jeħtieġ li l-informazzjoni fl-Annessi III, V u VII tiġi emendata sabiex jiġu ċċarati jew iffaċilitati l-proċeduri kkonċernati. |
|
(3) |
Fir-rigward tal-emendi tal-Anness III, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni mibgħuta lilha mill-Istati Membri. |
|
(4) |
Diversi organizzaturi tal-inizjattivi rreġistrati mal-Kummissjoni qegħdin attwalment jiġbru d-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ f'konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011. Għalhekk, jeħtieġ li dawn ikunu jistgħu jużaw kemm il-formoli stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament kif ukoll il-formoli fil-verżjoni preċedenti tagħhom stipulati fl-Anness II tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 887/2013 (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 211/2011 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness III huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
L-Anness V huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
L-Anness VII huwa sostitwit bit-test stipulat fl-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Il-formoli konformi mal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 kif emendat bir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 887/2013, jistgħu jibqgħu jintużaw għall-ġbir tad-dikjarazzjonijiet ta' appoġġ mill-firmatarji għal inizjattiva taċ-ċittadini proposta li tkun ġiet reġistrata skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS I
“ANNESS III
Parti C
1. Rekwiżiti għall-Istati Membri li ma jirrikjedux li jiġi pprovdut numru ta' identifikazzjoni personali/numru ta' dokument ta' identifikazzjoni personali (formola ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ — Parti A)
|
Stat Membru |
Firmatarji li d-dikjarazzjoni ta' appoġġ tagħhom għandha tiġi ppreżentata lill-Istat Membru kkonċernat |
||||
|
Il-Belġju |
|
||||
|
Id-Danimarka |
|
||||
|
Il-Ġermanja |
|
||||
|
L-Estonja |
|
||||
|
L-Irlanda |
|
||||
|
Il-Lussemburgu |
|
||||
|
In-Netherlands |
|
||||
|
Is-Slovakkja |
|
||||
|
Il-Finlandja |
|
||||
|
Ir-Renju Unit |
|
2. Lista tal-Istati Membri li jirrikjedu li jiġi pprovdut wieħed min-numri ta' identifikazzjoni personali/numri ta' dokumenti ta' identifikazzjoni personali, kif speċifikat hawn taħt u maħruġa mill-Istat Membru kkonċernat (il-formola ta' dikjarazzjoni ta' appoġġ — Parti B)
IL-BULGARIJA
|
— |
Единен граждански номер (numru personali) |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
|
— |
Občanský průkaz (karta tal-identità nazzjonali) |
|
— |
Cestovní pas (passaport) |
IL-GREĊJA
|
— |
Δελτίο Αστυνομικής Ταυτότητας (karta tal-identità) |
|
— |
Διαβατήριο (passaport) |
|
— |
Βεβαίωση Εγγραφής Πολιτών Ε.Ε./Έγγραφο πιστοποίησης μόνιμης διαμονής πολίτη Ε.Ε. (ċertifikat ta' residenza/ċertifikat ta' residenza permanenti) |
SPANJA
|
— |
Documento Nacional de Identidad (karta tal-identità) |
|
— |
Pasaporte (passaport) |
|
— |
Número de Identidad de Extranjero, de la tarjeta o certificado, correspondiente a la inscripción en el Registro Central de Extranjeros (numru ta' identifikazzjoni ta' barrani (NIE), tal-karta jew ċertifikat, li jikkorrispondi mar-reġistrazzjoni fir-Reġistru Ċentrali tal-Barranin) |
FRANZA
|
— |
Passeport (passaport) |
|
— |
Carte nationale d'identité (karta tal-identità nazzjonali) |
IL-KROAZJA
|
— |
Osobni identifikacijski broj (numru ta' identifikazzjoni personali) |
L-ITALJA
|
— |
Passaporto (passaport), inclusa l'indicazione dell'autorità di rilascio (li jinkludi l-awtorità li toħorġu) |
|
— |
Carta di identità (karta tal-identità), inclusa l'indicazione dell'autorità di rilascio (li tinkludi l-awtorità li toħroġha) |
ĊIPRU
|
— |
Δελτίο Ταυτότητας (karta tal-identità tal-persuna nazzjonali jew tar-resident) |
|
— |
Διαβατήριο (passaport) |
IL-LATVJA
|
— |
Personas kods (numru ta' identifikazzjoni personali) |
IL-LITWANJA
|
— |
Asmens kodas (numru personali) |
L-UNGERIJA
|
— |
személyazonosító igazolvány (karta tal-identità) |
|
— |
útlevél (passaport) |
|
— |
személyi azonosító szám (személyi szám) (numru ta' identifikazzjoni personali) |
MALTA
|
— |
Karta tal-Identità (karta tal-identità) |
|
— |
Dokument ta' residenza (dokument ta' residenza) |
L-AWSTRIJA
|
— |
Reisepass (passaport) |
|
— |
Personalausweis (karta tal-identità) |
IL-POLONJA
|
— |
Numer ewidencyjny PESEL (numru ta' identifikazzjoni PESEL) |
IL-PORTUGALL
|
— |
Bilhete de identidade (karta tal-identità) |
|
— |
Passaporte (passaport) |
|
— |
Cartão de Cidadão (karta taċ-ċittadin) |
IR-RUMANIJA
|
— |
carte de identitate (karta tal-identità) |
|
— |
pașaport (passaport) |
|
— |
certificat de înregistrare (ċertifikat tar-reġistrazzjoni) |
|
— |
carte de rezidență permanentă pentru cetățenii UE (karta ta' residenza permanenti għaċ-ċittadini tal-UE) |
|
— |
Cod Numeric Personal (numru ta' identifikazzjoni personali) |
IS-SLOVENJA
|
— |
Enotna matična številka občana (numru ta' identifikazzjoni personali) |
L-IŻVEZJA
|
— |
Personnummer (numru ta' identifikazzjoni personali)” |
ANNESS II
“ANNEX V
FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' DIKJARAZZJONIJIET TA' APPOĠĠ LILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI TAL-ISTATI MEMBRI
ANNESS III
“ANNESS VII
FORMOLA GĦALL-PREŻENTAZZJONI TA' INIZJATTIVA TAĊ-ĊITTADINI LILL-KUMMISSJONI EWROPEA