ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 177

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
8 ta' Lulju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 tal-5 ta' Mejju 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali ( 1 )

2

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess ( 1 )

19

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1096 tas-7 ta' Lulju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

52

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1097 tat-8 ta' April 2015 dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mid-Danimarka skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva)

54

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/713/KE tal-24 ta' Lulju 2008 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit ( ĠU L 238, 5.9.2008 )

60

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

8.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/1


Informazzjoni dwar l-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Libanu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija

Il-Protokoll imsemmi hawn fuq bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Libanu ġie ffirmat fi Brussell fit-18 ta' Ġunju 2015.


REGOLAMENTI

8.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/2


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1094

tal-5 ta' Mejju 2015

li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2010/30/UE titlob li l-Kummissjoni tadotta atti delegati fir-rigward tat-tikkettar tal-prodotti relatati mal-enerġija li għandhom potenzjal sinifikanti għall-iffrankar tal-enerġija u li għandhom differenzi kbar fil-livelli tal-prestazzjoni b'funzjonalità ekwivalenti.

(2)

L-enerġija kkunsmata mill-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali tammonta għal proporzjon sinifikanti mid-domanda totali għall-elettriku fl-Unjoni, u hemm differenza kbira bejn l-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali b'funzjonalità ekwivalenti f'termini tal-effiċjenza enerġetika. Hemm possibbiltà sinifikanti li jitnaqqas il-konsum tal-enerġija tagħhom. Il-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali għalhekk għandhom ikunu koperti b'rekwiżiti dwar it-tikkettar tal-enerġija.

(3)

Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet armonizzati dwar it-tikkettar u l-informazzjoni standard dwar il-prodotti fir-rigward tal-effiċjenza enerġetika tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali sabiex jipprovdu inċentivi għall-manifatturi biex itejbu l-effiċjenza enerġetika ta' dawk il-prodotti, jinkoraġġixxu lill-utenti finali biex jixtru prodotti effiċjenti fl-enerġija u jikkontribwixxu għall-funzjonament tas-suq intern.

(4)

L-effett kombinat ta' dan ir-Regolament u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 (2) huwa mistenni li jwassal għal iffrankar annwali stmat ta' madwar 1,8 TWh ta' enerġija fl-2020 u 4,1 TWh fl-2030, li jikkorrispondu għal 0,7 u 1,4 miljun tunnellata ekwivalenti ta' CO2, meta mqabbel ma' dak li jiġri kieku ma tittieħed l-ebda miżura.

(5)

L-informazzjoni pprovduta fuq it-tikketta għandha tinkiseb permezz ta' proċeduri tal-kejl affidabbli, preċiżi u riproduċibbli bbażati fuq l-aktar metodi moderni rikonoxxuti, inkluż, fejn ikunu disponibbli, l-istandards armonizzati adottati mill-organizzazzjonijiet għall-istandardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea (3).

(6)

Dan ir-Regolament għandu jispeċifika disinn u kontenut uniformi tat-tikketti tal-prodott għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali.

(7)

Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-iskeda tal-prodott u d-dokumentazzjoni teknika għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali.

(8)

Fuq kollox, dan ir-Regolament għandu jispeċifika r-rekwiżiti għall-informazzjoni li għandha tingħata fi kwalunkwe forma ta' bejgħ ta' kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li jsir mill-bogħod u fi kwalunkwe reklam u materjal promozzjonali tekniku għal dawn il-prodotti.

(9)

Huwa xieraq li jsir provvediment għal eżami tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament li jieħu kont tal-progress teknoloġiku,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti għat-tikkettar ta', u l-provvediment ta' informazzjoni supplimentari tal-prodott, dwar il-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li jaħdmu bid-dawl, inklużi dawk mibjugħa għar-refriġerazzjoni ta' prodotti alimentari u għalf tal-annimali.

3.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li s-sors tal-enerġija prinċipali tagħhom mhuwiex l-elettriku;

(b)

kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li jaħdmu b'unità ta' kondensazzjoni remota;

(c)

kabinetti miftuħa, fejn il-ftuħ tagħhom huwa rekwiżit fundamentali għall-funzjonalità primarja tagħhom;

(d)

kabinetti mfasslin speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, fejn il-preżenza biss ta' kompartiment wieħed, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum nett totali tal-kabinett u mfassal speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, mhijiex biżżejjed għall-eżenzjoni;

(e)

kabinetti mfasslin speċifikament għall-iskop li jwaqqgħu b'mod ikkontrollat is-silġ ta' prodotti alimentari ffriżati, fejn il-preżenza biss ta' kompartiment wieħed imfassal speċifikament għat-twaqqigħ b'mod ikkontrollat tas-silġ ta' prodotti alimentari ffriżati, mhijiex suffiċjenti għall-eżenzjoni;

(f)

friġġijiet għall-insalata (saladettes);

(g)

bankijiet ta' qadi (serve-over) u forom simili oħra ta' kabinetti maħsuba prinċipalment għat-turija u l-bejgħ ta' prodotti alimentari flimkien mar-refriġerazzjoni u l-ħażna;

(h)

kabinetti li ma jużawx ċiklu ta' refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;

(i)

kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali magħmulin ta' darba skont speċifikazzjonijiet ta' konsumatur individwali u li mhumiex ekwivalenti għal kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali oħra kid imfissra fid-definizzjoni 9 tal-Anness I;

(j)

friġġijiet-friżers;

(k)

kabinetti tal-arja statika;

(l)

kabinetti inkorporati;

(m)

kabinetti bil-karru u kabinetti jinfdu miż-żewġ naħat;

(n)

friżers bil-bieba minn fuq.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali” tfisser apparat ta' refriġerazzjoni iżolat li jintegra kompartiment wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta' bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm b'mod kontinwu t-temperatura tal-prodotti alimentari sal-limiti preskritti f'temperatura operatorja refriġeratorja jew tal-friża, billi juża ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar, u maħsub għall-ħażna ta' prodotti alimentari f'ambjenti mhux domestiċi iżda mhux għat-turija lil jew għall-aċċess mill-konsumaturi;

(b)

“prodotti alimentari” tfisser ikel, ingredjenti, xorb, inkluż l-inbid, u prodotti oħra maħsuba primarjament għall-konsum u li jeħtieġu tkessiħ f'temperaturi speċifiċi;

(c)

“kabinett inkorporat” tfisser apparat ta' refriġerazzjoni fiss insulat maħsub biex jiġi installat f'kabinett, fi spazju vojt f'ħajt jew f'xi post simili, u li jeħtieġ finitura bl-għamara;

(d)

“kabinett bil-karru” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li jinkludi kompartiment wieħed uniku li jagħmilha possibbli li jiddaħħlu xtillieri bir-roti tal-prodott;

(e)

“kabinett jinfed miż-żewġ naħat” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali aċċessibbli miż-żewġ naħat;

(f)

“kabinett tal-arja statika” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali mingħajr ċirkolazzjoni interna furzata tal-arja, imfassal speċifikament biex jaħżen prodotti alimentari sensittivi għat-temperatura jew biex jevita l-effett tat-tnixxif fuq prodotti alimentari maħżuna mingħajr għeluq issiġillat, fejn kompartiment wieħed tal-arja statika fi ħdan il-kabinett mhuwiex suffiċjenti biex il-kabinett jiġi kklassifikat bħala kabinett tal-arja statika;

(g)

“kabinett miftuħ” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li l-għeluq imkessaħ tiegħu jista' jintlaħaq minn barra mingħajr ma tinfetaħ bieba jew kexxun, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartiment wieħed li jista' jintlaħaq minn barra bla ma tinfetaħ bieba jew kexxun, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum totali tal-kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali, mhix biżżejjed biex tikkwalifikah bħala tali;

(h)

“saladette” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali b'bieba waħda jew aktar jew partijiet ta' quddiem tal-kxaxen fil-pjan vertikali li għandu qtugħ fil-wiċċ ta' fuq li fih jistgħu jiddaħħlu kontenituri ta' ħżin temporanji għall-ħażna b'aċċess faċli ta' prodotti alimentari bħal, imma mhux biss, ingredjenti li jitpoġġew fuq il-pizza jew affarijiet tal-insalata;

(i)

“kabinett kombinat” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li jinkludi żewġ kompartimenti jew aktar b'temperaturi differenti għat-tkessiħ u l-ħażna ta' prodotti alimentari;

(j)

“friġġ friżer” tfisser tip ta' kabinett kombinat li jinkludi mill-anqas kompartiment wieħed maħsub esklussivament għal temperatura operatorja friġeratorja u kompartiment maħsub esklussivament għal temperatura operatorja tal-friża;

(k)

“friżer bil-bieba li tinfetaħ minn fuq” tfisser friżer għall-ikel li fiha l-kompartiment(i) hu(ma) aċċessibbli min-naħa ta' fuq tat-tagħmir jew li għandha kemm kompartimenti tat-tip li jinfetħu kemm minn fuq kif ukoll tat-tip bil-wieqfa, meta, iżda l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetaħ minn fuq jaqbeż il-75 % tal-volum gross totali tat-tagħmir.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet tal-fornituri u l-iskeda ta' żmien

1.   Mill-1 ta' Lulju 2016, il-fornituri li jqiegħdu kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali fis-suq jew ipoġġuhom fis-servizz għandhom jassiguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

għal kull kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha tiġi pprovduta tikketta stampata fil-format u li tinkludi l-informazzjoni stipulata fl-Anness III;

(b)

għal kull mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha ssir disponibbli għan-negozjanti tikketta elettronika fil-format u li tinkludi l-informazzjoni stipulata fl-Anness III;

(c)

għandha tkun disponibbli skeda dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness IV;

(d)

għal kull mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha ssir disponibbli għan-negozjanti skeda elettronika dwar il-prodott, kif stipulat fl-Anness IV;

(e)

id-dokumentazzjoni teknika, kif stipulata fl-Anness V, għandha tingħata lill-awtoritajiet tal-Istati Membri meta dawn jitolbuha;

(f)

kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali u li jkun fih informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(g)

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali u li jiddeskrivi l-parametri tekniċi speċifiċi tiegħu għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

2.   It-tikketti fl-Anness III għandhom jakkumpanjaw il-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali li jitqiegħdu fis-suq skont l-iskeda ta' żmien li ġejja:

mill-1 ta' Lulju 2016: it-tikketta 1 jew it-tikketta 2;

mill-1 ta' Lulju 2019: it-tikketta 2.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tan-negozjanti

In-negozjanti ta' kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali għandhom jassiguraw li jintlaħqu r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

fil-punt tal-bejgħ, kull kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandu jkollu t-tikketta pprovduta mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1) fuq il-faċċata jew fuq il-wiċċ ta' fuq tal-apparat, b'mod li tkun tidher ċar;

(b)

il-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali offruti għall-bejgħ, kiri jew lokazzjoni, fejn l-utent finali ma jistax ikun mistenni li jara l-prodotti muri, għandhom ikunu mmarkati bl-informazzjoni pprovduta mill-fornituri skont l-Anness VI, ħlief meta l-offerta ssir fuq l-Internet, f'liema każ għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Anness VII;

(c)

kwalunkwe reklam relatat ma' mudell speċifiku ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali u li jkun fih informazzjoni relatata mal-enerġija jew mal-prezz għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell;

(d)

kwalunkwe materjal promozzjonali tekniku dwar mudell speċifiku ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali u li jiddeskrivi l-parametri tekniċi tiegħu għandu jinkludi referenza għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' dak il-mudell.

Artikolu 5

Kejl u kalkolu

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 3 u 4 għandha tinkiseb permezz ta' proċeduri ta' kejl u kalkolu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, ibbażati fuq l-aktar metodi moderni rikonoxxuti, kif stipulat fl-Anness IX.

Artikolu 6

Proċedura tal-verifika għal finijiet ta' sorveljanza tas-suq

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura stipulata fl-Anness X meta jivvalutaw il-konformità tal-klassi tal-effiċjenza enerġetika, il-konsum annwali tal-enerġija u l-volumi dikjarati.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress tekniku mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-reviżjoni għandha tivvaluta b'mod partikolari:

(a)

kwalunkwe tibdil sinifikanti fl-ishma mis-suq tad-diversi tipi ta' apparat;

(b)

il-verifika tat-tolleranzi stabbiliti fl-Anness X;

(c)

l-addattezza tal-introduzzjoni ta' metodu għad-determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija annwali standard għar-refriġiranti-friżers;

(d)

l-addattezza tal-introduzzjoni ta' metodu revedut għall-konsum tal-enerġija annwali standard ta' kabinetti ta' mal-bankijiet.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta' Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u refriġeranti tal-proċess (ara l-paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa X

Għall-finijiet tal-Annessi II sa X, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“volum nett” tfisser il-volum li jesa' l-prodotti alimentari sal-limitu tat-tagħbija;

(2)

“temperatura operatorja friġeratorja” tfisser li t-temperatura tal-prodotti alimentari maħżuna fil-kabinett tinżamm kontinwament f'temperatura bejn – 1 °C u 5 °C;

(3)

“temperatura operatorja tal-friża” tfisser li t-temperatura tal-prodotti alimentari maħżuna fil-kabinett tinżamm kontinwament f'temperatura aktar baxxa minn – 15 °C, li tinftiehem bħala l-ogħla temperatura tal-pakkett tat-test l-aktar sħun;

(4)

“kabinett polivalenti” tfisser li kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali jew kompartiment separat tal-istess kabinett jistgħu jiġu ssettjati f'temperaturi differenti għal prodotti alimentari mkessħa jew iffriżati;

(5)

“kabinett vertikali” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali b'għoli globali daqs jew ogħla minn 1 050 mm b'bieba jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar ta' aċċess għall-istess kompartiment;

(6)

“kabinett bank” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali b'għoli globali aktar baxx minn 1 050 mm b'bieba jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar ta' aċċess għall-istess kompartiment;

(7)

“kabinett light-duty”, li jissejjaħ ukoll “kabinett semiprofessjonali”, tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li kapaċi biss iżomm temperatura operatorja friġeratorja jew tal-friża fil-kompartiment(i) kollu/kollha tiegħu b'mod kontinwu f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi klimatika 3, kif dettaljata fit-Tabella 3 tal-Anness IX; jekk il-kabinett kapaċi jżomm temperatura f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi klimatika 4, huwa m'għandux jitqies bħala kabinett light-duty.

(8)

“kabinett heavy-duty” tfisser kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li kapaċi jżomm temperatura operatorja friġeratorja jew tal-friża b'mod kontinwu fil-kompartiment(i) kollu/kollha tiegħu f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi klimatika 5, kif dettaljata fit-Tabella 3 fl-Anness IX;

(9)

“apparat ekwivalenti għal-kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali” tfisser mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali mqiegħed fis-suq bl-istess volum nett, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta' effiċjenza u prestazzjoni, u l-istess tipi u volumi ta' kompartiment bħal mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali ieħor imqiegħed fis-suq taħt numru ta' kodiċi kummerċjali differenti mill-istess manifattur.


ANNESS II

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika

Il-klassi tal-effiċjenza enerġetika ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha tiġi determinata fuq il-bażi tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI), kif stabbilit fit-Tabella 1.

Tabella 1

Klassijiet tal-effiċjenza enerġetika tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

EEI

A+++

EEI < 5

A++

5 ≤ EEI < 10

A+

10 ≤ EEI < 15

A

15 ≤ EEI < 25

B

25 ≤ EEI < 35

C

35 ≤ EEI < 50

D

50 ≤ EEI < 75

E

75 ≤ EEI < 85

F

85 ≤ EEI < 95

G

95 ≤ EEI < 115

L-EEI għandu jiġi kkalkulat kif spjegat fl-Anness VIII.


ANNESS III

Tikketti

1.   Tikketta 1 — Kabinetti tal-ħżin refriġeraotrji professjonali fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A sa G

Image 1

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketta:

I.

l-isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

III.

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika, determinata skont l-Anness II; ir-ras tal-vleġġa li tinkludi l-klassi tal-effiċjenza enerġetika għandha titpoġġa fl-istess għoli bħal dak għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika rilevanti;

IV.

il-konsum annwali tal-elettriku f'kWh f'termini tal-konsum finali ta' enerġija kull sena, ikkalkulat skont l-Anness IX u aġġustat sal-eqreb numru sħiħ;

V.

it-total tal-volumi netti, espress f'litri, tal-kompartimenti tat-tkessiħ kollha li jaħdmu f'temperatura operattiva mkessħa; fejn l-ebda kompartimenti li jaħdmu f'temperatura operattiva mkessħa m'huma preżenti, il-fornitur għandu jiddikjara “-L” minflok valur;

VI.

it-total tal-volumi netti, espress f'litri, tal-kompartimenti kollha li jaħdmu f'temperatura operattiva ffriżata; fejn l-ebda kompartimenti li jaħdmu f'temperatura operattiva ffriżata m'huma preżenti, il-fornitur għandu jiddikjara “-L” minflok valur;

VII.

il-klassi tal-klima (3, 4 jew 5), flimkien mat-temperatura tal-bozza niexfa assoċjata (f'°C) u l-umdità relattiva (f' %), kif imsemi fit-Tabella 3, Anness IX.

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 3. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE”  (1), tista' tiżdied ukoll kopja tal-ekotikketta.

2.   Tikketta 2 — Kabinetti tal-ħsin refriġeranti professjonali fil-klassijiet tal-effiċjenza enerġetika A+++ sa G

Image 2

L-informazzjoni elenkata fil-punt 1 għandha tiġi inkluża f'din it-tikketta.

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-punt 3. Permezz ta' deroga, meta mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE”, tista' tiżdied kopja tal-ekotikketta.

3.   Id-disinn tat-tikketta għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali għandu jkun kif ġej:

Image 3

Fejn:

(a)

It-tikketta għandha tkun mill-anqas 110 mm wiesgħa u 220 mm għolja. Fejn it-tikketta tkun stampata f'format akbar, il-kontenut tagħha xorta waħda jibqa' proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta' hawn fuq;

(b)

L-isfond tat-tikketta għandu jkun abjad.

(c)

Il-kuluri għandhom ikunu CMYK — cyan, maġenta, isfar u iswed; pereżempju, 00-70-X-00 jindika 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed.

(d)

It-tikketta għandha tissodisfa l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin (in-numri jirreferu għad-dijagramma li tidher hawn fuq):

Image 4

Il-linja tal-bordura tat-tikketta tal-UE: 5 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm;

Image 5

Il-logo tal-UE: kuluri: X-80-00-00 u 00-00-X-00;

Image 6

It-tikketta tal-enerġija: kulur: X-00-00-00;

Pittogramma kif murija (logo tal-UE + tikketta tal-enerġija): 92 mm wisa' × 17 mm għoli;

Image 7

Bordura tal-logos iż-żgħar: 1 pt — kulur: Cyan 100 % — 92,5 mm tul;

Image 8

Skala A-G

Vleġġa

:

7 mm għoli, spazju 0,75 mm — kuluri:

 

L-ogħla klassi: X-00-X-00,

 

It-tieni klassi: 70-00-X-00,

 

It-tielet klassi: 30-00-X-00,

 

Ir-raba' klassi: 00-00-X-00,

 

Il-ħames klassi: 00-30-X-00,

 

Is-sitt klassi: 00-70-X-00,

 

L-aħħar klassijiet: 00-X-X-00.

Test

:

Calibri tipa skura 19 pt, ittri superskritti u abjad; “+” simboli: Calibri tipa skura 13 pt, ittri kbar, abjad, allinjati fuq ringiela waħda;

Image 9

Klassi tal-effiċjenza enerġetika

Vleġġa

:

26 mm wisa' × 14 mm għoli, 100 % iswed;

Test

:

Calibri tipa skura 29 pt, ittri kapitali u abjad; “+” simboli: Calibri tipa skura 18 pt, ittri superskritti, abjad u allinjati fuq ringiela waħda;

Image 10

Enerġija

Test

:

Calibri regolari 11 pt, ittri kbar, 100 % iswed;

Image 11

Konsum annwali tal-enerġija

Bordura

:

2 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm;

Valur

:

Calibri tipa skura 32 pt, 100 % iswed;

It-tieni linja

:

Calibri regolari 14 pt, 100 % iswed;

Image 12

Is-somma tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha li jaħdmu f'temperatura operattiva mkessħa

Bordura

:

2 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm;

Valur

:

Calibri tipa skura 25 pt, 100 % iswed; Calibri regolari 17 pt, 100 % iswed;

Image 13

Klassi tal-klima flimkien mat-temperatura tal-bozza niexfa assoċjata u l-umdità relattiva

Bordura

:

2 pt — kulurr: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm;

Valur

:

Calibri tipa skura 25 pt, 100 % iswed;

It-tieni linja

:

Calibri regolari 14 pt, 100 % iswed;

Image 14

Somma tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha li jaħdmu f'temperatura operattiva ffriżata

Bordurar

:

2 pt — kulur: Cyan 100 % — kantunieri tondi: 3,5 mm;

Valur

:

Calibri tipa skura 25 pt, 100 % iswed; Calibri regolari 17 pt, 100 % iswed;

Image 15

Isem tal-fornitur jew il-marka kummerċjali

Image 16

Identifikatur tal-mudell tal-fornitur

Image 17

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali u l-identifikatur tal-mudell għandhom joqogħdu fi spazju ta' 90 × 15 mm

Image 18

Numru tar-Regolament

Test

:

Calibri tipa skura 11 pt


(1)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).


ANNESS IV

Skeda tal-prodott

1.

L-informazzjoni fl-iskeda dwar il-prodott tal-kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali għandha tingħata fl-ordni li ġej u għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f'letteratura oħra mogħtija mal-prodott:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

(b)

l-isem tal-mudell tal-fornitur;

(c)

it-tip ta' mudell skont id-definizzjonijiet fl-Anness I;

(d)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika u l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, determinata skont l-Anness II;

(e)

fejn il-mudell ikun ingħata “ekotikketta tal-UE” skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dik l-informazzjoni tista' tiġi inkluża;

(f)

il-konsum ta' enerġija tal-kabinett fuq perjodu ta' 24 siegħa (E24h) u l-konsum annwali tal-enerġija f'kWh, ikkalkulati skont l-Anness IX u aġġustati sal-eqreb numru sħiħ;

(g)

il-volum nett ta' kull kompartiment;

(h)

il-klassi klimatika skont it-Tabella 3 fl-Anness IX;

(i)

għall-kabinetti light-duty, is-sentenza li ġejja: “Dan l-apparat huwa maħsub għall-użu f'temperaturi ambjentali sa 25 °C u għaldaqstant mhuwiex xieraq għall-użu fi kċejjen professjonali sħan”;

(j)

għall-kabinetti heavy-duty, is-sentenza li ġejja: “Dan l-apparat huwa maħsub għall-użu f'temperaturi ambjentali sa' 40 °C”;

2.

Skeda waħda tista' tkopri firxa ta' mudelli ta' kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali forniti mill-istess fornitur.

3.

L-informazzjoni fl-iskeda tista' tingħata fil-forma ta' kopja tat-tikketta, bil-kulur jew l-iswed u l-abjad, f'liema każ għandha tiġi pprovduta wkoll l-informazzjoni elenkata fil-punt 1 u li ma tidhirx fuq it-tikketta.

ANNESS V

Dokumentazzjoni teknika

1.

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 3(1)(c) għandha tinkludi:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

(b)

deskrizzjoni suffiċjenti tal-kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali biex dan ikun jista' jiġi identifikat mingħajr dubju;

(c)

fejn ikun xieraq, ir-referenzi tal-istandards armonizzati applikati;

(d)

fejn ikun xieraq, l-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi l-oħra użati;

(e)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna awtorizzata li torbot lill-fornitur;

(f)

ir-riżultati tal-kejl u l-kalkoli għall-parametri tekniċi speċifikati fl-Anness IX.

2.

Fejn l-informazzjoni li tkun inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali tkun inkisbet permezz ta' kalkolu bbażat fuq mudell ekwivalenti ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi dettalji ta' dawn il-kalkoli u tat-testijiet imwettqa mill-fornituri biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli li jsiru. L-informazzjoni teknika għandha tinkludi wkoll lista tal-mudelli ta' kabinetti tal-ħżin refriġeranti l-oħra kollha fejn l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi.

3.

L-informazzjoni kontenuta f'din id-dokumentazzjoni teknika tista' tiġi amalgamata mad-dokumentazzjoni teknika pprovduta skont il-miżuri taħt id-Direttiva 2009/125/KE.

ANNESS VI

Informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utenti finali ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri, ħlief fuq l-Internet

1.

Informazzjoni li għandha tingħata f'każijiet fejn l-utenti finali ma jistgħux ikunu mistennija li jaraw il-prodott muri, ħlief fuq l-Internet:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-mudell, skont l-Anness II;

(b)

il-konsum annwali tal-enerġija f'kWh kull sena, aġġustat sal-eqreb numru sħiħ u kkalkulat skont l-Anness IX;

(c)

il-volum tal-ħżin ta' kull kompartiment;

(d)

il-klassi klimatika skont l-Anness IX.

2.

Meta tingħata informazzjoni oħra li tinsab fl-iskeda tal-prodott, din għandha tkun fil-forma u l-ordni speċifikati fl-Anness IV.

3.

Id-daqs u t-tipa li bihom tkun stampata jew murija l-informazzjoni msemmija f'dan l-Anness għandhom ikunu tali li tkun tista' tinqara.

ANNESS VII

Informazzjoni li għandha tingħata fil-każ ta' bejgħ, kiri jew lokazzjoni minn fuq l-Internet

1.

Għall-finijiet tal-punti minn 2 sa 5 ta' dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“mekkaniżmu tad-displej” tfisser kwalunkwe skrin, inkluż skrin tattili, jew teknoloġija viżwali oħra użata sabiex jintwera kontenut tal-Internet lill-utenti;

(b)

“displej nisġa” tfisser interfaċċa viżwali fejn stampa jew sett ta' dejta jiġu aċċessati b'għafsa tal-mouse, mogħdija bil-mouse jew espansjoni tattili tal-iskrin fuq stampa jew sett ta' dejta ieħor;

(c)

“skrin tattili” tfisser skrin li jirrispondi għall-mess, bħal dak ta' tablet, slate jew smartphone;

(d)

“test alternattiv” tfisser test ipprovdut bħala alternattiva għal grafika u li jagħmilha possibbli li l-informazzjoni tiġi ppreżentata f'forma mhux grafika meta l-apparat tad-displej ma jkunx jista' jirrendi l-grafika jew bħala għajnuna għall-aċċessibbiltà bħall-applikazzjonijiet ta' sinteżi tal-input għall-vuċi.

2.

It-tikketta xierqa magħmula disponibbli mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(b) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott skont l-iskedi ta' żmien indikati fl-Artikolu 3(2). Id-daqs tat-tikketta għandu jkun tali li din tkun tidher u tinqara b'mod ċar u għandu jkun proporzjonat mad-daqs speċifikat fil-punt 3 tal-Anness III. It-tikketta tista' tintwera billi jintuża displej nisġa, f'liema każ l-istampa użata għall-aċċess tagħha trid tikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet li hemm fil-punt 3 ta' dan l-Anness. Jekk jintuża displej nisġa, it-tikketta għandha tidher mal-ewwel għafsa tal-mouse, mogħdija bil-mouse jew espansjoni tal-iskrin tattili fuq l-istampa.

3.

L-istampa użata biex tiġi aċċessata t-tikketta fil-każ ta' displej nisġa għandha:

(a)

tkun vleġġa li l-kulur tagħha jikkorrispondi għall-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fuq it-tikketta;

(b)

tindika l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott b'kulur abjad u bl-istess daqs ta' tipa bħal dak użat għall-prezz; u

(c)

tkun f'waħda miż-żewġ formati li ġejjin:

Image 19

4.

Fil-każ ta' displej nisġa, is-sekwenza tad-displej tat-tikketta għandha tkun kif ġej:

(a)

l-istampa msemmija fil-punt 3 ta' dan l-Anness tidher fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott;

(b)

l-istampa tagħmel link mat-tikketta;

(c)

it-tikketta tintwera wara għafsa tal-mouse, mogħdija bil-mouse jew espansjoni tal-iskrin tattili fuq l-istampa;

(d)

it-tikketta tintwera permezz ta' pop up, tab ġdida, paġna ġdida jew displej ta' skrin inset;

(e)

għat-tkabbir tat-tikketta fuq skrins tattili, japplikaw il-konvenzjonijiet tal-apparat għat-tkabbir tattili;

(f)

id-displej tat-tikketta jingħalaq permezz ta' opzjoni ta' għeluq jew mekkaniżmu standard ieħor tal-għeluq;

(g)

it-test alternattiv għall-grafika, li għandu jintwera f'każ li ma tidhirx it-tikketta, huwa l-klassi tal-effiċjenza enerġetika tal-prodott fl-istess daqs ta' tipa bħal dak użat għall-prezz.

5.

L-iskeda xierqa tal-prodott magħmula disponibbli mill-fornituri skont l-Artikolu 3(1)(d) għandha tintwera fuq il-mekkaniżmu tad-displej qrib il-prezz tal-prodott. Id-daqs għandu jkun tali li l-iskeda tal-prodott tkun tista' tidher u tinqara b'mod ċar. L-iskeda tal-prodott tista' tintwera billi jintuża displej nisġa, f'liema każ il-link li tintuża biex tiġi aċċessata għandha tindika b'mod ċar u li jinqara “Skeda tal-prodott”. Jekk jintuża displej nisġa, l-iskeda għandha tidher mal-ewwel għafsa tal-mouse, mogħdija bil-mouse jew espansjoni tal-iskrin tattili fuq il-link.

ANNESS VIII

Metodu għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta' mudell ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali, il-konsum tal-enerġija annwali tal-kabinett għandu jiġi mqabbel mal-konsum tal-enerġija annwali standard tiegħu.

L-EEI għandu jiġi kkalkulat bħala:

EEI = (AEC/SAEC) × 100

Fejn:

AEC = E24h × af × 365

AEC

=

il-konsum tal-enerġija annwali tal-kabinett f'kWh/sena

E24h

=

il-konsum ta' enerġija tal-kabinett f'24 siegħa

af

=

fattur ta' aġġustament li għandu jiġi applikat biss għall-kabinetti light-duty, skont l-Anness IX, punt 2

SAEC = M × Vn + N

SAEC

=

il-konsum tal-enerġija annwali tal-kabinett f'kWh/sena

Vn

=

il-volum nett tal-apparat, li huwa t-total tal-volumi netti tal-kompartimenti kollha tal-kabinett, espress f'litri.

M u N huma mogħtija fit-Tabella 2.

Tabella 2

Valuri tal-koeffiċjenti M u N

Kategorija

Valur għal M

Valur għal N

Vertikali Friġeratorja

1,643

609

Vertikali tal-Friża

4,928

1 472

Bank Friġeratorja

2,555

1 790

Bank tal-Friża

5,840

2 380


ANNESS IX

Kejl u kalkolu

1.

Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, li n-numri ta' referenza tagħhom ġew ippubblikati għal dak il-għan fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew billi jintużaw metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jqisu l-aktar metodi moderni rikonoxxuti b'mod ġenerali. Huma għandhom jissodisfaw id-definizzjonijiet tekniċi, il-kundizzjonijiet, l-ekwazzjonijiet u l-parametri stabbiliti f'dan l-Anness.

2.

Biex jiġu stabbiliti l-valuri tal-konsum tal-enerġija annwali u l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali, il-kejl għandu jsir fil-kundizzjonijiet li ġejjin:

It-temperatura tal-pakketti tat-test għandha tkun bejn – 1 °C u 5 °C għall-kabinetti friġeratorji u anqas minn – 15 °C għall-kabinetti tal-friża.

Il-kundizzjonijiet ambjentali għandhom jikkorrispondu għall-klassi klimatika 4 kif dettaljat fit-Tabella 3, ħlief għall-kabinetti light-duty, li għandhom jiġu ttestjati f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi klimatika 3. Imbagħad għandhom jiġu applikati fatturi ta' aġġustament ta' 1,2 għall-kabinetti light-duty f'temperatura operatorja friġeratorja u ta' 1,1 għall-kabinetti light-duty f'temperatura operatorja tal-friża għar-riżultati tal-ittestjar miksuba għall-kabinetti light-duty.

Il-kabinetti friġeratorji tal-ħżin refriġeranti professjonali għandhom jiġu ttestjati:

fit-temperatura operatorja friġeratorja fil-każ ta' kabinett kombinat li jkollu mill-anqas kabinett wieħed maħsub esklussivament għat-temperatura operatorja friġeratorja;

fit-temperatura operatorja tal-friża fil-każ ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali li jkollu biss kompartiment wieħed maħsub esklussivament għat-temperatura operatorja tal-friża;

fit-temperatura operatorja tal-friża fil-każijiet l-oħra kollha.

3.

Il-kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet klimatiċi 3, 4 u 5 huma murija fit-Tabella 3.

Tabella 3

Kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet klimatiċi 3, 4 u 5

Klassi klimatika tal-kamra tat-test

Temperatura b'termometru niexef, °C

Umdità relattiva, %

Punt tan-nida, °C

Massa tal-fwar tal-ilma fl-arja niexfa, g/kg

3

25

60

16,7

12,0

4

30

55

20,0

14,8

5

40

40

23,9

18,8


ANNESS X

Proċedura tal-verifika għall-finijiet ta' sorveljanza tas-suq

Għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 3 u 4, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja:

1.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jittestjaw unità waħda għal kull mudell.

2.

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-volum imkejjel ma jkunx aktar baxx mill-valur nominali b'aktar minn 3 %;

(b)

il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija ma jkunx akbar mill-valur nominali (E24h) b'aktar minn 10 %.

3.

Meta ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu b'mod aleatorju tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell għall-ittestjar. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu ta' mudell jew aktar differenti li ġew elenkati bħala prodott ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika.

4.

Il-mudell għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli jekk jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

il-medja tat-tliet unitajiet għall-volum imkejjel ma tkunx aktar baxxa mill-valur nominali b'aktar minn 3 %;

(b)

il-medja tat-tliet unitajiet għall-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija ma tkunx abkar mill-valur nominali (E24h) b'iżjed minn 10 %.

5.

Meta ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punt 4, il-mudell u l-mudelli ta' kabinett tal-ħżin refriġeranti professjonali ekwivalenti l-oħra kollha għandhom jitqiesu li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżultati tat-test u informazzjoni rilevanti oħra lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar mit-teħid tad-deċiżjoni dwar in-nuqqas ta' konformità tal-mudell.

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi ta' kejl u kalkolu stabbiliti fl-Annessi VIII u IX.

It-tolleranzi tal-verifika stipulati f'dan l-Anness għandhom jiġu applikati biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, u jkunu jirrappreżentaw il-varjazzjonijiet permessi tar-riżultati tal-kejl tat-testijiet tal-verifika, u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur fl-istabbiliment tal-valuri fid-dokumentazzjoni teknika jew fl-interpretazzjoni ta' dawn il-valuri bil-ħsieb li tinkiseb klassifika aħjar tat-tikkettar jew biex bi kwalunkwe mod tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar.


8.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/19


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1095

tal-5 ta' Mejju 2015

li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,

Wara li kkonsultat il-Forum tal-Konsultazzjoni msemmi fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE,

billi:

(1)

Skont id-Direttiva 2009/125/KE, ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummisssjoni għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw volum sinifikanti ta' bejgħ u kummerċ, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jirrappreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib permezz tad-disinn f'termini tal-impatt ambjentali tagħhom mingħajr ma jwasslu għal spejjeż eċċessivi.

(2)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet l-ewwel Pjan ta' Ħidma skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-21 ta' Ottubru 2008 (2), li jkopri s-snin 2009 sa 2011, li jidentifika tagħmir tar-refriġerazzjoni u l-iffriżar, inklużi kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess, bħala prijorità għall-adozzjoni tal-miżuri ta' implimentazzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni għamlet studju preparatorju dwar aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi dwar it-tagħmir tar-refriġerazzjoni u l-iffriżar tipikament użat fl-Unjoni, inklużi kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess. L-istudju sar flimkien mal-partijiet ikkonċernati u l-partijiet interessati fl-Unjoni u f'pajjiżi terzi, u r-riżultati tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

(4)

Il-ħames prodott tal-lott tat-tagħmir tar-refriġerazzjoni u l-iffriżar — kmamar kesħin li tista' timxi fihom (walk-in cold rooms) — inżamm separat minħabba l-karatteristiċi uniċi tiegħu fil-grupp, u l-kmamar kesħin li tista' timxi fihom ma għandhomx jiġu indirizzati minn dan ir-Regolament f'dan iż-żmien.

(5)

Fir-rigward tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, mhux neċessarju li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' ekodisinn għal emissjonijiet diretti ta' gassijiet b'effett ta' serra relatati mal-użu ta' refriġeranti, peress li l-użu dejjem jikber ta' refriġeranti li għandhom potenzjal ta' riskaldament globali (GWP) baxx fis-suq tar-refriġeranti domestiku u kummerċjali, joħloq preċedent li s-settur tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandu jsegwi.

(6)

Rigward iċ-chillers tal-proċess, huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' ekodisinn għall-emissjonijiet diretti ta' gassijiet b'effett ta' serra relatati mal-użu ta' refriġeranti, peress li dan imexxi aktar is-suq lejn refriġeranti li għandhom potenzjal ta' riskaldament globali (GWP) baxx, li ħafna drabi fl-istess ħin huma aktar effiċjenti fl-enerġija.

(7)

Fir-rigward tal-unitajiet ta' kondensazzjoni, jeżistu teknoloġiji nonproprjetarji li jnaqqsu l-emissjonijiet diretti ta' gassijiet b'effett ta' serra relatati mal-użu tar-refriġeranti permezz tal-użu ta' refriġeranti li għandhom impatt li jagħmel anqas ħsara fuq l-ambjent. Madankollu, il-kost-effettività u l-impatt fuq l-effiċjenza enerġetika ta' dawn it-teknoloġiji meta applikati għall-unitajiet ta' kondensazzjoni għadhom mhumiex stabbiliti għal kollox minħabba li d-diffużjoni tagħhom hija jew negliġibbli jew tirrappreżenta biss sehem żgħir tas-suq tal-lum għall-unitajiet ta' kondensazzjoni.

(8)

Peress li r-refriġeranti huma indirizzati fir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u minħabba li fis-7 ta' Novembru 2012 ġiet proposta reviżjoni ta' dan ir-Regolament mill-Kummissjoni, f'dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu stabbiliti restrizzjonijiet speċifiċi dwar l-użu ta' refriġeranti. Madankollu, għandu jiġi propost bonus taħt ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni u għaċ-chillers tal-proċess sabiex is-suq jitmexxa lejn l-iżvilupp ta' teknoloġiji bbażati fuq l-użu ta' refriġeranti li għandhom impatt li jagħmel anqas ħsara fuq l-ambjent, peress li bonus iwassal għal rekwiżiti minima ta' effiċjenza enerġetika aktar baxxi għall-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess maħsuba biex jintużaw b'refriġeranti li għandhom GWP baxx. L-analiżi futura se tagħti titwila lejn it-trattament ta' prodotti li jużaw refriġiranti GWP konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti eżistenti.

(9)

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu ġie identifikat bħala l-aspett ambjentali sinifikanti tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess.

(10)

L-istudju preparatorju wera li r-rekwiżiti rigward il-parametri l-oħra tal-ekodisinn imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE mhumiex neċessarji fil-każ tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess.

(11)

Fl-2012, il-konsum annwali tal-elettriku fl-Unjoni relatat mal-unitajiet ta' kondensazzjoni, iċ-chillers tal-proċess u l-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali ġie stmat li kien 116,5 TWh (terawatt fis-siegħa), ekwivalenti għal emissjonijiet 47 Mt CO2. Sakemm ma jittiħdux miżuri speċifiċi, il-konsum annwali tal-enerġija mistenni li jkun 134,5 TWh fl-2020 u 154,5 TWh fl-2030, ekwivalenti għal 54,5 u 62,5 Mt CO2 rispettivament. L-effett ikkombinat ta' dan ir-Regolament u r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 (4) huwa mistenni li jirriżulta fi ffrankar annwali tal-elettriku ta' 6,3 TWh sal-2020 u ta' 15,6 TWh sal-2030, meta mqabbel ma x'jiġri jekk ma jittieħdu ebda miżuri.

(12)

L-istudju preparatorju juri li l-konsum tal-enerġija tal-fażi tal-użu jista' jitnaqqas b'mod sinifikanti meta jiġu applikati teknoloġiji kosteffikaċi nonproprjetarji li jnaqqsu l-ispejjeż ikkombinati tax-xiri u t-tħaddim ta' dawn il-prodotti.

(13)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-konsum tal-enerġija għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess fl-Unjoni, u għaldaqstant jgħinu sabiex jagħmlu s-suq uniku aktar effiċjenti u sabiex itejbu l-prestazzjoni ambjentali ta' dawk il-prodotti.

(14)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn ma għandhomx jaffettwaw il-funzjonalità u l-abbordabbiltà ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess mill-perspettiva tal-utent aħħari u ma għandhomx jaffettwaw b'mod negattiv is-saħħa, is-sikurezza jew l-ambjent.

(15)

Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom jiġu introdotti gradwalment sabiex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed biex jerġgħu jiddisinjaw il-prodotti tagħhom suġġett għal dan ir-Regolament. Iż-żmien għandu jkun tali li jiġu kkunsidrati l-impatti tal-kost għall-manifatturi, filwaqt li tiġi żgurata l-kisba fil-ħin tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

(16)

Il-parametri tal-prodott għandhom jiġu mkejla u kkalkolati permezz tal-użu ta' metodi, affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jikkunsidraw metodi l-aktar avvanzati ta' kejl u kalkolu. Dawn jinkludu, meta jkunu disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni wara li ssir talba mill-Kummissjoni, f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(17)

Id-definizzjoni ta' temperatura operattiva ffriżata għandha tintuża biex jiġu stabbiliti l-valuri tal-konsum annwali tal-enerġija għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali; filwaqt li titqies is-sikurezza tal-ikel, dan mhux relatat mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-ikel.

(18)

F'konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, dan ir-Regolament jispeċifika liema proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità japplikaw.

(19)

Sabiex jiġu ffaċilitati l-verifiki tal-konformità, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni fid-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE sakemm dik l-informazzjoni hija relatata mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(20)

Sabiex jiġi llimitat aktar l-impatt ambjentali tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess, il-manifatturi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar iż-żarmar, ir-riċiklaġġ jew ir-rimi.

(21)

Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti b'dan ir-Regolament, għandhom jiġu identifikati l-aħjar parametri referenzjarji indikattivi disponibbli sabiex jiġi żgurat li informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess huma disponibbli u aċċessibbli faċilment.

(22)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti ta' ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida li jaħdmu bil-mains tal-elettriku u kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li jaħdmu bil-mains tal-elettriku inklużi dawk mibjugħa għar-refriġerazzjoni ta' oġġetti tal-ikel u għalf tal-annimali.

Madankollu, ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li huma primarjament imħaddma minn sorsi tal-enerġija li mhumiex tal-elettriku;

(b)

kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali li jaħdmu b'unità ta' kondensazzjoni remota;

(c)

kabinetti miftuħa, fejn li jkunu miftuħin huwa rekwiżit fundamentali għall-funzjonalità primarja tagħhom;

(d)

kabinetti ddisinjati speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartament wieħed, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum totali nett u ddisinjat speċifikament għall-ipproċessar tal-ikel, mhux suffiċjenti għall-eżenzjoni;

(e)

kabinetti ddisinjati speċifikament biss sabiex fihom jinħallu oġġetti tal-ikel iffriżati b'mod ikkontrollat, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartament wieħed iddisinjat speċifikament sabiex jinħallu oġġetti tal-ikel iffriżati b'mod ikkontrollat mhux biżżejjed għall-eżenzjoni;

(f)

friġġijiet għall-insalata (saladettes);

(g)

kabinett bank (counter cabinet) u forom simili oħra ta' kabinett primarjament maħsub għall-wiri u l-bejgħ ta' oġġetti tal-ikel minbarra r-refriġerazzjoni u l-ħżin;

(h)

kabinetti li ma jużawx ċiklu tar-refriġerazzjoni bil-kompressjoni tal-fwar;

(i)

kabinetti tar-refriġerazzjoni rapida u kmamar tar-refriġerazzjoni rapida b'kapaċità superjuri għal 300 kg ta' oġġetti tal-ikel;

(j)

tagħmir għar-refriġerazzjoni rapida bi proċess kontinwu;

(k)

kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali magħmulin apposta u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, magħmulin darba skont speċifikazzjoni ta' konsumatur individwali u mhux ekwivalenti għal kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali oħra kif imfisser fid-definizzjoni 10 tal-Anness I jew kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida kif imfisser fid-definizzjoni 11 tal-Anness I;

(l)

kabinetti integrati;

(m)

kabinetti tat-tip roll-in jew li wieħed jgħaddi minn ġo fihom;

(n)

kabinetti tal-arja statika;

(o)

friżers tal-bieba minn fuq.

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti ta' ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' unitajiet ta' kondensazzjoni li joperaw b'temperatura baxxa jew medja jew bit-tnejn.

Madankollu, ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

unitajiet ta' kondensazzjoni li jinkludu evaporatur, li jista' jkun evaporatur integrali, bħall-unitajiet monobloc, jew evaporatur remot, bħal f'unitajiet maqsumin;

(b)

pakketti jew xkafef kompressur, li ma jinkludux kondensatur;

(c)

unitajiet ta' kondensazzjoni li n-naħa tal-kondensatur tagħhom ma tużax l-arja bħal mezz għat-trasferiment tas-sħana.

3.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq ta' chillers tal-proċess intenzjonati biex jitħaddmu b'temperatura baxxa jew medja.

Madankollu ma għandux japplika għall-prodotti li ġejjin:

(a)

chillers tal-proċess intenzjonati biex joperaw b'temperatura għolja;

(b)

chillers tal-proċess li jużaw esklussivament kondensazzjoni evaporattiva;

(c)

chillers tal-proċess immuntati fuq il-post magħmula fuq ordni speċifika, li jinħadmu darba biss;

(d)

chillers tal- assorbiment.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali” tfisser apparat b'insulazzjoni għar-refriġerazzjoni li jintegra kabinett wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta' bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm kontinwament it-temperatura tal-oġġetti tal-ikel fil-limiti preskritti f'temperatura ta' operazzjoni ta' tkessiħ jew iffriżar, bl-użu taċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, u intenzjonat għall-friġerazzjoni ta' oġġetti tal-ikel f'ambjenti li mhumiex unitajiet domestiċi iżda mhux għall-wiri jew għall-aċċess għall-konsumaturi;

(b)

“kabinett ta' refriġerazzjoni rapida” tfisser apparat b'insulazzjoni għar-refriġerazzjoni primarjament intenzjonat biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal anqas minn 10 °C fil-każijiet tat-tkessiħ u taħt – 18 °C fil-każ ta' ffriżar;

(c)

“kamra għar-refriġerazzjoni rapida” tfisser daħla, li biebha u l-ispazju intern tagħha huma kbar biżżejjed biex bniedem ikun jista' jimraħ fiha, li tkun maħsuba qabelxejn biex tkessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal emeperatura ta' 10 °C fil-każ tat-tkessiħ u taħt – 18 °C fil-każ tal-iffriżar;

(d)

“kapaċità” tfisser, fil-każ ta' kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, il-piż tal-ikel li jista' jiġi pproċessat (mill-kabinett ta' refriġerazzjoni rapida) sa taħt 10 °C fil-każ tat-tkessiħ u sa taħt – 18 °C fil-każ tal-iffriżar f'operazzjoni waħdanija;

(e)

“apparat għar-refriġerazzjoni rapida bi proċess kontinwu” tfisser kabinett għar-refriġerazzjoni rapida fornut b'ċinga li timxi li ddaħħal l-oġġetti tal-ikel 'il ġewwa, biex tippermetti proċess kontinwu ta' tkessiħ jew iffriżar rapidu tal-oġġett tal-ikel;

(f)

“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xorb inkluż inbid u oġġetti oħra primarjament intenzjonati għall-konsum li jirrikjedi refriġerazzjoni f'temperaturi speċifikati;

(g)

“kabinett inkorporat” tfisser apparat fiss għar-refriġerazzjoni insulat intenzjonat sabiex jiġi installat f'kabinett, f'post irtirat ippreparat f'ħajt jew post simili u jirrikjedi li jingħalaq bl-għamara;

(h)

“kabinett bil-karru” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali li jinkludi kabinett uniku wieħed li jippermetti xkaffi fuq karru ta' prodott sabiex jiddaħħlu ġewwa fuq karru;

(i)

“kabinett jinfed miż-żewġ naħat” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali aċċessibbli minn żewġ naħat;

(j)

“kabinett tal-arja statika” kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali mingħajr ċirkolazzjoni interna ta' arja sfurzata, iddisinjat speċifikament sabiex jinħażnu oġġetti tal-ikel li huma sensittivi għat-temperatura u sabiex jiġi evitat li prodotti tal-ikel maħżuna mhux issiġillati jinxfu, fejn kabinett uniku ta' arja statika fil-kabinett mhux biżżejjed biex il-kabinett jiġi indikat bħala kabinett tal-arja statika;

(k)

“kabinett heavy duty” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali li kapaċi jżomm b'mod kontinwu temperatura operattiva ta' tkessiħ u ta' ffriżar f'kundizzjonijiet ta' temperatura ambjentali fil-kompartiment(i) kollha tiegħu li jikkorrispondu għall-klassi ta' klima 5, kif iddettaljat fit-Tabella 3 tal-Anness IV;

(l)

“kabinett miftuħ” tfisser kabinett tal-ħżin professjonali li l-għeluq iffriżat tiegħu jista' jintlaħaq min barra mingħajr ma tinfetaħ bieba jew kexxun, fejn is-sempliċi preżenza ta' kompartiment wieħed li jkun jista' jintlaħaq minn barra bla ma jinfetaħ kexxun jew bieba, b'volum nett ekwivalenti għal anqas minn 20 % tal-volum totali atl-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali jiskwalifikah milli jissejjaħ hekk;

(m)

“saladette” tfisser kabinett tal-ħżin refriġirat professjonali b'bieba waħda jew aktar jew kexxun wieħed jew aktar vertikali li għandhom qatgħa fil-parti tal-fuq tal-wiċċ li minnhom jistgħu jiddaħħlu kontenituri għall-ħżin temporanji għal aċċess faċli għall-friġerazzjoni bħal pereżempju, imma mhux eżawrjenti, il-mili tal-pizez jew oġġetti tal-ikel għal mal-insalata;

(n)

“friżer bil-bieba minn fuq”, tfisser friżer għall-ikel li l-kompartiment(i) tagħha jintlaħaq/jintlaħqu min-naħa ta' fuq tal-apparat jew li għandha kompartimenti kemm tat-tip li jinfetaħ minn fuq kif ukoll tat-tip wieqaf, imma li l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetaħ/jinfetħu minn fuq jaqbeż is-75 % tal-volum gross totali tal-apparat;

(o)

“unità ta' kondensazzjoni” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed li jaħdem bl-elettriku u kondensatur wieħed li kapaċi jkessaħ u b'mod kontinwu jżomm temperatura baxxa jew medja f'apparat jew sistema ta' refriġerazzjoni, li juża ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar ladarba jkun imqabbad ma' evaporator jew ma' tagħmir ta' espansjoni;

(p)

“temperatura baxxa” tfisser li unità ta' kondensazzjoni hija kapaċi li twassal il-kapaċità ta' tkessiħ nominali tagħha f'temperatura ta' evaporazzjoni saturata ta' – 35 °C;

(q)

“temperatura medja” tfisser li l-unità ta' kondensazzjoni hija kapaċi twassal il-kapaċità ta' tkessiħ nominali tagħha f'temperatura ta' evaporazzjoni saturata ta' – 10 °C;

(r)

“kapaċità friġeratorja nominali” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ li l-unità ta' kondensazzjoni tippermetti li jilħaq iċ-ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, ladarba jiġi mqabbad ma' evaporatur u ma' tagħmir ta' espansjoni, meta jkun qiegħed jaħdem bil-kapaċità massima tiegħu, u mkejjel skont kundizzjonijiet nominali standard mat-temperatura ambjentali bħala referenza stabbilita bħala 32 °C, espressa f'kW;

(s)

“chiller tal-proċess” tfisser prodott li jinkludi tal-anqas kompressur wieħed u evaporator wieħed, li kapaċi jkessaħ u kontinwament iżomm it-temperatura tal-likwidu li jipprovdi t-tkessiħ ta' apparat jew sistema ta' refriġerazzjoni; jista' jew ma jistax jinkludi l-kondensatur, il-ħardwer taċ-ċirkwit li jkessaħ u tagħmir anċillari ieħor;

(t)

“temperatura baxxa” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta' – 25 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali;

(u)

“temperatura medja” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta'– 8 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali;

(v)

“temperatura għolja” tfisser li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jwassal il-kapaċità friġeratorja nominali tiegħu f'temperatura tal-outlet tal-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa ta' 7 °C, b'kundizzjonijiet standard nominali;

(w)

“kapaċità friġeratorja nominali”, espressa f'kW, tfisser il-kapaċità friġeratorja li kapaċi jilħaq chiller tal-proċess meta jaħdem bil-kapaċità massima, u mkejjel b'kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza ta' 35 °C għal chillers imkessħa bl-arja u b'temperatura tal-inlet tal-ilma ta' 30 °C fil-kondensatur għal friġeratorji mkessħa bl-ilma.

(x)

“pakkett ta' kompressur” jew “xkaffa ta' kompressur” tfisser prodott li jinkorpora talanqas kompressur(i) tar-refriġirazzjoni tal-elettriku wieħed jew aktar u sistema ta' kontroll;

(y)

“chiller tal-assorbiment” tfisser chiller ta' proċess li fih ir-refriġerazzjoni sseħħ permezz ta' proċess ta' assorbiment bl-użu tas-sħana bħala sors tal-enerġija;

(z)

“chiller tal-kondensament evaporattiv” tfisser chiller ta' proċess mgħammar b'kondensatur evaporattiv, li fih ir-refriġerant jitkessaħ permezz ta' taħlita ta' moviment tal-arja u sprejjar bl-ilma.

Artikolu 3

Rekwiżiti tal-ekodisinn u skeda taż-żmien

1.   Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u l-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni huma stabbiliti fl-Anness V.

3.   Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess huma stabbiliti fl-Anness VII.

4.   Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għandhom japplikaw skont l-iskeda taż-żmien li ġejja:

(a)

Mill-1 ta' Lulju 2016:

(1)

l-unitajiet ta' kondensazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a) u 2 tal-Anness V;

(2)

iċ-chillers tal-proċess għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a) u 2 tal-Anness VII.

(3)

il-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 1(a)(i) u 2(a) tal-Anness II;

(4)

il-kabinetti heavy duty għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) u 2(a) tal-Anness II.

(5)

Il-kabinetti ta' refrigerazzjoni rapida għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2(b) tal-Anness II.

(b)

Mill-1 ta' Jannar 2018:

(1)

il-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(a)(ii) tal-Anness II.

(c)

Mill-1 ta' Lulju 2018:

(1)

l-unitajiet ta' kondensazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness V;

(2)

iċ-chillers tal-proċess għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(b) tal-Anness VII.

(d)

Mill-1 ta' Lulju 2019:

(1)

il-kabinetti għall-ħżin professjonali għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness II.

5.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Annessi III u IV.

6.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness VI.

7.   Il-konformità mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess għandha titkejjel u tiġi kkalkolata skont il-metodi stabbiliti fl-Anness VIII.

Artikolu 4

Valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/125/KE għanda tkun il-kontroll intern tad-disinn stabbilit fl-Anness IV tagħha jew is-sistema tal-immaniġġjar stabbilita fl-Anness V tagħha.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punt 2 tal-Anness II, il-punt 2(b) tal-Anness V u l-punt 2(b) tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika stabbilita fl-Anness IX, l-Anness X u l-Anness XI meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II, l-Anness V u l-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 6

Parametri referenzjarji indikattivi

Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-kabinetti għall-ħżin professjonali, l-unitajiet ta' kondensazzjoni u ċ-chillers tal-proċess li għandhom l-aħjar prestazzjoni, li huma disponibbli fis-suq fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, huma stabbiliti fl-Anness XII.

Artikolu 7

Reviżjoni

Il-Kummissjoni tirrevedi dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u tippreżenta r-riżultati ta' dik ir-reviżjoni lill-Forum tal-Konsultazzjoni mhux aktar tard minn ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Ir-reviżjoni għandha tinkludi dan li ġej::

1.

għall-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni, b'mod partikolari:

(a)

tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti elenkati fl-Artikolu 1(1);

(b)

rekwiżiti aktar stretti għal kabinetti heavy-duty;

(c)

rekwiżit ta' informazzjoni dwar il-kapaċità tal-kabinetti tal-ħżin refriġirat professjonali biex ikessħu l-oġġetti tal-ikel;

(d)

metodu għad-determinazzjoni tal-konsum standard annwali tal-enerġija għar-refriġiraturi-friżers;

(e)

metodu revedut għall-konsum standard annwali tal-enerġija għall-kabinetti bank;

2.

għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn il-prodotti;

3.

għall-kmamar kesħin li tista' timxi fihom, valutazzjoni tal-idoneità tal-introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal dawn il-prodotti;

4.

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess:

(a)

valutazzjoni tal-idoneità tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn li jkopru l-emissjonijiet diretti tal-gass b'effett ta' serra relatati mar-refriġeranti;

(b)

valutazzjoni tal-idoneità tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità friġeratorja nominali aktar baxxa minn 0,1 kW f'temperatura baxxa u 0,2 kW f'temperatura medja u unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità friġeratorja nominali ta' aktar minn 20 kW f'temperatura baxxa u 50 kW f'temperatura medja;

(c)

valutazzjoni tal-idoneità tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni mibjugħa b'evaporatur, pakketti u xkafef ta' kompressur li ma jinkludux kondensatur u unitajiet ta' kondensazzjoni li ma jużawx l-arja bħala mezz ta' trasferiment tas-sħana għall-kondensatur;

(d)

valutazzjoni tal-idoneità tal-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess permezz tal-użu ta' chillers b'kondensazzjoni evaporattiva u tal-proċess li jużaw teknoloġija ta' assorbiment;

5.

għall-prodotti kollha, kontroll dwar jekk il-verżjoni aktar ġodda tas-sorsi kkwotati humiex disponibbli għall-valuri GWP;

6.

għall-prodotti kollha, il-valur tat-tolleranzi ammessi fil-proċedura tal-verifika għall-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

(2)  COM(2008) 660 finali.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1094 tal-5 ta' Mejju 2015 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija tal-kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali (ara l-paġna 2 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u ta' regoli dwar servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).


ANNESS I

Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi II sa XI

Għall-finijiet tal-Annessi II sa XII għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Definizzjonijiet relatati mal-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u l-kabinetti għat-tkessiħ rapidu

(1)

“volum nett” tfisser il-volum li jinkludi l-oġġetti tal-ikel sal-limitu tat-tagħbija;

(2)

“temperatura operatorja mkessħa” tfisser li t-temperatura tal-oġġetti tal-ikel maħżuna fil-kabinett hija miżmuma kontinwament f'temperatura bejn – 1 °C u 5 °C;

(3)

“temperatura operatorja tal-friża” tfisser li t-temperatura tal-oġġetti tal-ikel maħżuna fil-kabinett hija miżmuma kontinwament f'temperatura anqas minn – 15 °C, li hija mifhuma bħala l-ogħla temperatura tal-aktar pakkett tat-test sħun;

(4)

“kabinett polivalenti” tfisser li l-kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali jew kabinett separat tal-istess kabinett jista' jiġi stabbilit f'temperaturi differenti għall-oġġetti tal-ikel imkessħa jew iffriżati;

(5)

“kabinett ikkombinat” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali li jinkludi żewġ kabinetti jew aktar b'temperaturi differenti għar-refriġerazzjoni u l-ħżin tal-oġġetti tal-ikel;

(6)

“friġġ friżer” tfisser tip ta' kabinett ikkombinat li tal-anqas jinkludi kabinett wiħed esklussiv intenzjonat għal temperatura operatorja mkessħa u kabinett wieħed intenzjonat esklussivament għal temperatura operatorja tal-friża;

(7)

“kabinett vertikali” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ta' għoli kumplessiv ekwivalenti għal jew ogħla minn 1 050 mm b'bieba waħda jew aktar jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar li jaċċessaw l-istess kabinett;

(8)

“kabinett bank” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ta' għoli kumplessiv aktar baxx minn 1 050 mm b'bieba waħda jew aktar jew kexxun ta' quddiem wieħed jew aktar li jaċċessaw l-istess kabinett;

(9)

“kabinett light-duty”, magħruf ukoll bħala “kabinett semiprofessjonali” tfisser kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali li jista' jżomm biss b'mod kontinwu temperatura operatorja mkessħa jew tal-friża fil-kompartimenti kollha tiegħu f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi 3, kif iddettaljat fit-Tabella 3 tal-Anness IV; jekk il-kabinett kapaċi jżomm temperatura f'kundizzjonijiet ambjentali li jikkorrispondu għall-klassi 4, ma jiġix ikkunsidrat bħala kabinett light-duty;

(10)

“kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali ekwivalenti” tfisser mudell ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali mqiegħed fis-suq bl-istess volum nett, l-istess karatteristiċi tekniċi, ta' effiċjenza u ta' prestazzjoni u l-istess tipi ta' komparimenti u volumi bħal mudell ieħor ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali mqiegħed fis-suq b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti mill-istess manifattur;

(11)

“kabinett għat-tkessiħ rapidu” tfisser mudell ta' kabinett għat-tkessiħ rapidu mqiegħed fis-suq bl-istess karatteristiċi tekniċi, tal-effiċjenza u tal-prestazzjoni, bħal mudell ta' kabinett għat-tkessiħ rapidu mqiegħed fis-suq b'numru tal-kodiċi kummerċjali differenti mill-istess manifattur;

Definizzjonijiet relatati ma' unitajiet ta' kondensazzjoni

(12)

“kapaċità tat-tkessiħ nominali” (PA ) tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ li l-unità ta' kondensazzjoni tippermetti li jilħaq iċ-ċiklu ta' kompressjoni tal-fwar, ladarba jkun imqabbad ma' evaporator u ma' tagħmir ta' espansjoni, meta jkun qiegħed jaħdem b'kapaċità massima, u mkejla b'kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza stabbilita fil-livell ta' 32 °C, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(13)

“input elettriku nominali” (DA ) tfisser l-input elettriku meħtieġ mill-unità ta' kondensazzjoni (inklużi l-kompressur, il-fan(fannijiet) tal-kondensatur, u awżiljarji possibbli) sabiex tintlaħaq il-kapaċità ta' tkessiħ nominali espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(14)

“koeffiċjent nominali tal-prestazzjoni” (COPA ) tfisser kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW, diviża bl-input elettriku nominali, espress f'kW, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(15)

“koeffiċjenti tal-prestazzjoni COPB, COPC u COPD”, tifisser il-kapaċità tat-tkessiħ, espressa f'kW, maqsuma bl-input tal-qawwa, espress f'kW, espress f'żewġ punti deċimali fil-punti tar-rata B,C u D;

(16)

“proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali” (SEPR) huwa l-proporzjon tal-effiċjenza ta' unità ta' kondensazzjoni li jipprovdi tkessiħ b'kundizzjonijiet standard nominali, rappreżentattiv tal-varjazzjonijiet fit-temperatura tal-karga jew ambjentali matul is-sena, u kkalkolat bħala l-proporzjon bejn id-domanda ta' tkessiħ annwali u l-konsum annwali tal-elettriku, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(17)

“domanda ta' tkessiħ annwali” tfisser is-somma ta' kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall;

(18)

“domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall” tfisser domanda għat-tkessiħ għal kull intervall fis-sena, ikkalkolata bħala l-kapaċità ta' tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(19)

“karga parzjali” (Pc(Tj)) tfisser il-karga tat-tkessiħ f'temperatura ambjentali speċifika Tj, ikkalkolata bħala l-karga totali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali b'mod korrespondenti mal-istess temperatura ambjentali Tj u espressa f'kW fuq żewġ postijiet deċimali;

(20)

“proporzjon tal-karga parzjali” (PR(Tj)) f'temperatura ambjentali speċifika Tj tfisser il-temperatura ambjentali Tj mnaqqsa b' 5 °C diviża bit-temperatura ambjentali ta' referenza mnaqqsa b'5 °C, u — għal temperatura medja — immoltiplikata b'0,4 u miżjuda għal 0,6, u — għal temperatura baxxa — immoltiplikata b'0,2 u miżjuda għal 0,8. Għal temperatura ambjentali ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza, il-proporzjon tal-karga parzjali, għandu jkun 1. Għal temperaturi ambjentali anqas minn 5 °C, il-proporzjon tal-karga parzjali, għandu jkun 0,6 għal temperatura medja u 0,8 għal temperatura baxxa. Il-proporzjoni tal-karga parzjali jista' jiġi espress fuq tliet postijiet deċimali jew bħala perċentwal, wara li ssir multiplikazzjoni b'100, fuq post deċimali wieħed.

(21)

“konsum annwali tal-elettriku” huwa kkalkolat bħala s-somma tal-proporzjonijiet bejn kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall u l-koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għall-intervall korrispondenti, immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall;

(22)

“temperatura ambjentali” tfisser temperatura tal-arja b'termometru niexef, espressa fi gradi Celsius;

(23)

“intervall” (binj ) tfisser kombinazzjoni ta' temperatura ambjentali T j u sigħat f'intervall h j , kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness VI;

(24)

“sigħat f'intervall” (hj ) tfisser is-sigħat fis-sena li fihom ikun hemm temperatura ambjentali għal kull intervall, kif stabbilit fit-Tabella 6 tal-Anness VI;

(25)

“temperatura ambjentali ta' referenza” tfisser temperatura ambjentali, espressa fi gradi Celsius, li fiha l-proporzjon tal-karga parzjali huwa ekwivalenti għal 1. It-temperatura hija stabbilita fil-livell ta' 32 °C;

(26)

“koeffiċjent tal-prestazzjoni speċifiku għall-intervall” (COPj ) tfisser il-koeffiċjent tal-prestazzjoni għal kull interval fis-sena, derivat mill-karga parzjali, id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata u l-koeffiċjent ta' prestazzjoni ddikjarat għal intervalli speċifikati, u kkalkolat għal intervalli oħra b'interpolazzjoni lineari, korretta fejn neċessarju bil-koeffiċjent ta' degradazzjoni;

(27)

“domanda ta' tkessiħ iddikjarata” tfisser id-domanda ta' tkessiħ f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolata bħala l-kapaċità ta' tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali korrispondenti;

(28)

“koeffiċjent tal-prestazzjoni ddikjarat” tfisser il-koeffiċjent ta' prestazzjoni f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolat bħala l-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarat diviża mill-input elettriku ddikjarat;

(29)

“kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata” tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ li l-unità tipproduċi sabiex tilħaq id-domanda ta' tkessiħ speċifika f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, espressi f'kW approssimati għal żewġ punti deċimali;

(30)

“input elettriku ddikjarat” tfisser l-input elettriku meħtieġ mill-unità ta' kondensazzjoni sabiex tilħaq il-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata, espress f'kW approssimat għal żewġ punti deċimali;

(31)

“koeffiċjent ta' degradazzjoni” (Cdc) huwa stabbilit fil-livell ta' 0,25 u jfisser il-kejl tat-telf fl-effiċjenza minħabba ċ-ċikliċità possibbli mitfija/mixgħula tal-unitajiet ta' kondensazzjoni meħtieġa biex tissodisfa il-karga parzjali rikjesta fil-kaz li l-kontroll tal-kapaċità tal-unità ma jkunx jista' jiskariga sal-karga parzjali rekwiżita;

(32)

“kontroll tal-kapaċità” tfisser il-kapaċità tal-unità ta' kondensazzjoni li tibdel il-kapaċità tagħha billi tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tar-refriġeranti, li għandu jiġi indikat bħala “fiss” jekk l-unità ma tkunx tista' tibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tagħha, “staged” jekk tinbidel ir-rata tal-fluss volumetriku jew tvarja f'serje ta' mhux aktar minn żewġ passi, jew “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f'serje ta' tliet passi jew aktar;

Definizzjonijiet relatati għaċ-chillers tal-proċess

(33)

“kapaċità ta' tkessiħ nominali” (PA), espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali, ifisser il-kapaċità ta' tkessiħ li ċ-chiller tal-proċess kapaċi jilħaq, meta jkun qiegħed jaħdem b'kapaċità massima, u kkalkolata skont kundizzjonijiet standard nominali bit-temperatura ambjentali ta' referenza fil-livell ta' 35 °C għaċ-chillers mkessħa bl-arja u temperatura tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur fil-livell ta' 30 °C għal chillers imkessħa bl-ilma;

(34)

“input elettriku nominali” (DA ) tfisser l-input elettriku meħtieġ miċ-chiller tal-proċess (inkluż il-kompressur, il-kondensatur, il-fann(ijiet) jew pompa/pompi, il-pompa/pompi tal-evaporazzjoni u l-awżiljarji possibbli) biex tintlaħaq il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(35)

“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika nominali” (EERA ) tfisser il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, espressa f'kW, diviża b'input elettriku nominali, espress f'kW, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(36)

“proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġonali” (SEPR) huwa l-proporzjon tal-effiċjenza ta' refrigerant tal-proċess sabiex jiġi pprovdut tkessiħ b'kundizzjonijiet standard nominali, li jirrappreżenta varjazzjonijiet fil-karga u temperatura ambjentali matul is-sena, u kkalkolata bħala l-proporzjon bejn id-domanda tat-tkessiħ annwali u l-konsum annwali tal-elettriku, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(37)

“domanda tat-tkessiħ annwali” tfisser is-somma ta' kull domanda tat-tkessiħ speċifika għall-intervall immoltiplikata min-numru korrispondenti ta' sigħat f'intervall;

(38)

“domanda tat-tkessiħ speċifika għall-intervall” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali, għal kull interval fis-sena, espressa f'kW approssimata għal żewġ punti deċimali;

(39)

“karga parzjali” (Pc(Tj)) tfisser il-karga tat-tkessiħ f'temperatura ambjentali speċifika Tj, ikkalkolata bħala l-karga sħiħa mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali b'mod korrespondenti mal-istess temperatura ambjentali Tj u espressa f'kW fuq żewġ postijiet deċimali;

(40)

“proporzjon tal-karga parzjali” (PR(Tj)) f'temperatura ambjentali speċifika Tj tfisser:

(a)

għaċ-chillers tal-proċess li jużaw kondensatur imkessaħ bl-arja, it-temperatura ambjentali Tj mnaqqsa b'5 °C diviża bit-termperatura amjentali ta' referenza mnaqqsa b'5 °C, u mmultiplikata b'0,2 u miżjuda sa 0,8. Għal temperatura ambjentali ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza, il-proporzjon tal-karga parzjali għandu jkun 1. Għal temperaturi ambjentali anqas minn 5 °C, il-proporzjon ta' karga parzjali għandu jkun 0,8;

(b)

għaċ-chillers tal-proċess li jużaw kondensatur imkessaħ bl-ilma, it-temperatura tal-inlet tal-ilma Tj mnaqqsa b'9 °C diviża bit-temperatura tal-inlet tal-ilma ta' referenza (30 °C) mnaqqsa b'9 °C, u mmultiplikata b'0,2 u miżuda sa 0,8. Għal temperatura ambjentali ogħla mit-temperatura ambjentali ta' referenza, il-proporzjon tal-karga parzjali għandu jkun 1. Għal temperaturi ambjentali aktar baxxi minn 5 °C (temperatura tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur 9 °C), il-proporzjon tal-karga parzjali għandu jkun 0,8;

Il-proporzjon tal-karga parzjali jista' jiġi espress fuq tliet postijiet deċimali jew bħala perċentwal, wara l-multiplikazzjoni b'100, fuq post deċimali wieħed

(41)

“konsum annwali tal-elettriku” huwa kkalkolat bħala s-somma tal-proporzjonijiet bejn kull domanda għat-tkessiħ speċifika għall-intervall u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifika għall-intervall, immoltiplikata bin-numru korrispondenti ta' sigħat fl-intervall;

(42)

“temperatura ambjentali” tfisser:

(a)

għaċ-chillers tal-proċess li jużaw kondensatur imkessaħ bl-arja, temperatura tal-arja b'termometru niexef, espressa fi gradi Celsius

(b)

għaċ-chillers tal-proċess li jużaw kondensatur imkessaħ bl-ilma, it-temperatura tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur, espressa fi gradi Celsius;

(43)

“intervall” (binj ) tfisser kombinazzjoni ta' temperatura ambjentali T j u sigħat f'intervall h j , kif stabbilit fl-Anness VIII;

(44)

“sigħat f'intervall” (hj ) tfisser is-sigħat kull sena li matulhom ikun hemm temperatura ambjentali għal kull intervall, kif stabbilit fl-Anness VIII;

(45)

“temperatura ambjentali ta' referenza” tfisser it-temperatura ambjentali, espressa fi gradi Celsius, li fiha l-proporzjon ta' karga parzjali huwa ekwivalenti għal 1. Din għandha tiġi stabbilita fil-livell ta' 35 °C. Għal chillers tal-proċess imkessħa bl-arja, it-temperatura tal-inlet tal-arja għall-kondensatur, hija definita fil-livell ta' 35 °C filwaqt li għaċ-chillers tal-proċess imkessħa bl-ilma, it-temperatura tal-inlet tal-ilma għall-kondensatur hija definita fil-livell ta' 30 °C;

(46)

“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika speċifika għall-intervall” (EERj ) tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza tal-enerġija għal kull interval fis-sena, derivat mill-karga parzjali, id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata u l-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika ddikjarat għal intervalli speċifikati, u kkalkolat għal intervalli oħra b'interpolazzjoni lineari, ikkoreġut fejn neċessarju bil-koeffiċjent ta' degradazzjoni;

(47)

“domanda tat-tkessiħ iddikjarata” tfisser domanda tat-tkessiħ f'numru limitat ta' intervalli speċifikati, u kkalkolata bħala l-kapaċità tat-tkessiħ nominali mmoltiplikata bil-proporzjon tal-karga parzjali korrispondenti;

(48)

“proporzjon tal-effiċjenza enerġetika ddikjarat” tfisser il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika f'numru limitat ta' intervalli speċifikati;

(49)

“input elettriku ddikjarat” tfisser l-input elettriku meħtieġ miċ-chiller tal-proċess sabiex jilħaq il-kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata;

(50)

“kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata” tfisser il-kapaċità tat-tkessiħ prodotta miċ-chiller sabiex jilħaq id-domanda tat-tkessiħ iddikjarata;

(51)

“koeffiċjent ta' degradazzjoni” (Cc) tfisser il-kejl tat-telf tal-effiċjenza minħabba ċ-ċikliċità taċ-chillers tal-proċess fil-karga parzjali; jekk Cc mhux determinat bil-kejl, allura l-koeffiċjent ta' degradazzjoni predefinit huwa Cc = 0,9;

(52)

“kontroll tal-kapaċità” tfisser il-kapaċità taċ-chiller tal-proċess li jibdel il-kapaċità tiegħu billi jibdel ir-rata tal-fluss volumetriku tar-refriġerant, li għandu jiġi indikat bħala “fiss” jekk iċ-chiller ta' proċess ma jistax jibdel ir-rata tal-fluss volumentriku tiegħu, “stadjat” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tiġi varjata f'sensiela ta' mhux aktar minn żewġ passi, jew “varjabbli” jekk ir-rata tal-fluss volumetriku tinbidel jew tvarja f'sensiela ta' tliet passi jew aktar;

Definizzjonijiet komuni:

(53)

“potenzjal ta' riskaldament globali” (GWP) tfisser il-kejl ta' kemm 1 kg ta' refrigerant applikat fiċ-ċiklu ta' kompressjoni ta' fwar huwa stmat li jikkontribwixxi għar-riskaldament globali, espress f'ekwivalenti ta' kg CO2 fuq perjodu ta' mitt sena (100);

(54)

għar-refriġeranti fluworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fir-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (1) (valuri tal-2007 tal-IPCC għall-GWP għall-perjodu ta' 100 sena);

(55)

għall-gassijiet mhux fluworinati, il-valuri GWP huma dawk ippubblikati fl-ewwel valutazzjoni IPCC għall-perjodu ta' 100 sena;

(56)

Il-valuri GWP għal taħlitiet ta' refriġeranti huma bbażati fuq il-formula stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, bil-valuri tar-Raba' Rapport ta' Valutazzjoni adottat mill-Panel Intergovernattiv dwar il-Bidla fil-Klima (valuri tal-2007 tal-IPCC għall-GWP għall-perjodu ta' 100 sena);

(57)

għar-refriġeranti mhux inklużi fir-referenzi msemmija hawn fuq, ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-2010 tal-Panil għal-Valutazzjoni Xjentifika (2) (SAP) skont il-Protokoll ta' Montreal u r-rapport tal-2010 tal-UNEP dwar ir-Refriġerazzjoni, l-Arja Kkundizzjonata u l-Pompi tas-Sħana, (3) jew rapporti aktar ġodda jekk disponibbli qabel id-data tad-dħul fis-seħħ, jintużaw bħala referenzi.


(1)  Ir-Raba' Valutazzjoni tal-IPCC tal-2007 dwar it-Tibdil fil-Klima, Rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima: http://www.ipcc.ch/publications_and_data/publications_and_data_reports.shtml

(2)  http://ozone.unep.org/Assessment_Panels/SAP/Scientific_Assessment_2010/index.shtml

(3)  http://ozone.unep.org/teap/Reports/RTOC/


ANNESS II

Rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida

1.   REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

(a)

Il-kabinetti tal-ħżin refriġirat professjonali skont il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, minbarra kabinetti heavy-duty u friġġijiet friżers, għandhom jikkonformaw mal-limiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġitika (EEI) li ġejjin:

(i)

Mill-1 ta' Lulju 2016: EEI < 115

(ii)

Mill-1 ta' Jannar 2018: EEI < 95

(iii)

Mill-1 ta' Lulju 2019: EEI < 85

L-EEI ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali għandu jiġi kkalkolat skont il-proċedura deskritta fl-Anness III.

(b)

Mill-1 ta' Lulju 2016, il-kabinetti heavy-duty għandu jkollhom EEI aktar baxx minn 115.

2.   REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

(a)

Mill-1 ta' Lulju 2016, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja dwar il-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u fuq il-websajts b'aċċess b'xejn għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi:

(i)

il-kategorija tal-apparat, b'mod partikolari jekk hux vertikali jew bank;

(ii)

fejn ikun applikabbli, jekk il-kabinett huwiex heavy-duty, light-duty jew friġġ friżer;

(iii)

it-temperatura/temperaturi operatorja/operatorji tal-kabinett, imkessaħ, tal-friża jew poliventali;

(iv)

il-volum nett għal kull kabinett, espress f'litri u approssimat għal punt wieħed deċimali;

(v)

il-konsum annwali tal-enerġija tal-kabinett, espress f'kWh għal kull sena;

(vi)

l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika tal-kabinett, għajr għal refriġiraturi-friżers, fejn il-komnsum enerġetiku indikattiva ta' kuljum għandu jiġi ddikjarat, permezz ta' ttestjar tal-kompartimenti esklussivament maħsuba għal temperatura operattiva mkessħa, f'temperature operattiva mkessħa, u dawk eslussivament maħsuba għal temeperatura operattiva ffriżata u f'temperatura operattiva ffriżata;

(vii)

għal kabinetti light-duty, għandu jiġi indikat li “Dan l-apparat huwa intenzjonat għall-użu f'temperaturi ambjentali sa 25 °C u għaldaqstant mhuwiex adattat għal użu tipiku fi kċejjen professjonali sħan”;

(viii)

għal kabinetti heavy-duty, għandu jiġi indikat li “Dan l-apparat huwa intenzjonat għal użu f'temperaturi ambjentali sa 40 °C”;

(ix)

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta jiġi użat u miżmum il-kabinett sabiex tiġi ottimizzata l-effiċjenza tal-enerġija tiegħu;

(x)

it-tip, l-isem u l-potenzjal ta' riskaldament globali (GWP) tal-fluwidu tar-refriġerant inkluż tal-kabinett;

(xi)

il-karga refriġeranti, espressa f'kg u approssimata għal żewġ punti deċimali;

(xii)

informazzjoni rilevanti għar-riċiklaġġ u r-rimi meta ma jibqax jintuża.

It-Tabella 1 ta' hawn taħt tipprovdi l-għamla indikattiva għall-informazzjoni rikjesta

Tabella 1

Rekwiżiti ta' informazzjoni għal kabinetti għall-ħżin refriġerat professjonali

Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell(i) li hija relatata magħhom l-informazzjoni]

Użu intenzjonat

ħżin

Temperatura(i) operatorja(i)

friġeratorja/friża/poliventali

Kategorija

Vertikali/bank

(fejn applikabbli)

Heavy-duty/light-duty

Fluwidu/fluwidi refriġeranti: [informazzjoni biex jiġi identifikat il-fluwidu/fluwidi refriġeranti, inkluż l-GWP]

Oġġett

Simbolu

Valur

Unità

Konsum Annwali tal-Enerġija

AEC

x,xx

kWh

Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika

EEI

x,xx

 

Volum nett

VN

x,x

litru

(fejn applikabbli)

 

 

 

Volum imkessaħ

VNRef

x,x

litru

Volum iffriżat

VNFrz

x,x

litru

Karga refriġeranti

 

x,xx

kg

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-manifattur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu.

(b)

Mill-1 ta' Lulju 2016, fil-każ ta' kabinetti għall-ħżin refriġerat professjonali, għandha tiġi pprovduta taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(i)

stallazzjoni li tottimizza l-effiċjenza tal-enerġija tal-apparat;

(ii)

disassemblaġġ bla ħsara għall-finijiet ta' manutenzjoni;

(iii)

dissassemblaġġ u żarmar għall-finijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja.

(c)

Mill-1 ta' Lulju 2016 l-informazzjoni indikattiva li ġejja dwar il-prodott għall-kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida għandha tiġi pprovduta fil-ktejjeb tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u fuq il-websajts b'aċċess b'xejn għall-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi:

(i)

Kapaċità tal-karga sħiħa tal-kabinett espressa f'kg ta' oġġetti tal-ikel, u approssimata għal żewġ punti deċimali;

(ii)

Iċ-ċiklu tat-temperatura standard, li jfisser minn liema temperatura fi °C sa liema temperatura fi gradi °C, l-oġġetti tal-ikel huma intenzjonati li jitkessħu u f'kemm minuti;

(iii)

Il-konsum tal-enerġija, f'kWh għal kull kg ta' oġġetti tal-ikel għal kull ċiklu tat-temperatura standard u approssimat għal żewġ punti deċimali;

(iv)

Fil-każ tat-tagħmir integrali, it-tip, l-isem u l-GWP tal-fluwidu tar-refriġerant inkluż fil-kabinett u fil-karga tar-refriġerant (kg) approssimat għal żewġ punti deċimali. Fil-każ ta' tagħmir maħsub sabiex jintuża ma' unità ta' kondensazzjoni remota (mhux fornut mal-kabinett ta' refriġerazzjoni rapida stess), il-karga refriġeranti intenzjonata meta użata ma' unità ta' kondensazzjoni rakkomandata u t-tip, l-isem u l-GWP tal-fluwidu ta' refrigerant intenzjonat;

(d)

Id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)

elementi speċifikati fil-punti (a) u (c) għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali u kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida rispettivi;

(ii)

meta l-informazzjoni inkluża fil-fajl tad-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet mill-kalkolu abbażi tad-disinn, jew estrapolazzjoni minn apparat ta' refriġerazzjoni ekwivalenti oħra, jew it-tnejn, id-dokumentazzjoni għandha tinkludi dettalji tat-tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, jew it-tnejn, u ta' testijiet li jkunu għamlu l-fornituri biex jivverifikaw il-preċiżjoni tal-kalkoli li jkunu saru. L-informazzjoni tinkludi wkoll lista tal-mudelli ekwivalenti l-oħra kollha meta l-informazzjoni tkun inkisbet fuq l-istess bażi.

(iii)

l-informazzjoni misjuba f'din id-dokumentazzjoni teknika tista' tingħaqad mad-dokumentazzjoni teknika provduta skont il-miżuri tad-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).


(1)  Id-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta' ttikkettar u l-informazzjoni standard tal-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti marbutin mal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 1).


ANNESS III

Metodu għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali

Għall-kalkolu tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) ta' mudell ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali, il-konsum annwali tal-enerġija huwa mqabbel mal-konsum annwali tal-enerġija standard.

L-EEI jiġi kkalkolat bħala:

EEI = (AEC/SAEC) × 100

Fejn:

AEC = E24h × af × 365

AEC= konsum annwali tal-enerġija tal-kabinett f'kWh/sena

E24h= konsum annwali tal-enerġija tal-kabinett fuq 24 siegħa

af = fattur ta' aġġustament li għandu jiġi applikat biss għal kabinetti light-duty, skont l-Anness IV, punt 2(b)

SAEC = M × Vn + N

SAEC= konsum annwali tal-enerġija standard tal-kabinett f'kWh/sena

Vn= volum nett tal-apparat, li huma s-somma tal-volumi netti tal-kabinetti kollha tal-kabinett, espress f'litri.

M u N huma mogħtija fit-Tabella 2.

Tabella 2

Valuri koeffiċjenti M u N

Kategorija

Valur għal M

Valur għal N

Imkessaħ Vertikali

1,643

609

Friża Vertikali

4,928

1 472

Bank Imkessaħ

2,555

1 790

Bank Friża

5,840

2 380


ANNESS IV

Miżuri u kalkoli għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali

1.

Għall-finijiet ta' konformità u verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandhom isiru miżuri u kalkoli li jużaw standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom kienu ppubblikati għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew li jużaw metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Fil-każ ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, dawn għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punti 2 u 3.

2.

Għall-istabbiliment tal-valuri tal-konsum annwali tal-enerġija, u l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

It-temperatura tal-pakketti tat-test tkun bejn – 1 °C u 5 °C għall-kabinetti għall-ħżin u anqas minn – 15 °C għall-kabinetti friża;

(b)

Il-kundizzjonijiet ambjentali jikkorrispondu għall-klassi tal-klima 4 kif iddettaljat fit-Tabella 3, minbarra għall-kabinetti light-duty li għandhom jiġu ttestjati f'kundizzjonijiet ambjentali korrispondenti għall-klassi tal-klima 3. Imbagħad għandhom jiġu applikati fatturi ta' aġġustament ta' 1,2 għal kabinetti light-duty f'temperatura operatorja friġeratorja u 1,1 għal kabinetti light-duty f'temperatura operatorja ffriżata għar-riżultati tal-ittestjar miksuba għal kabinetti light-duty għall-fini tad-dikjarazzjoni tal-informazzjoni skont l-Anness II, punt 2(a);

(c)

Jiġu ttestjati l-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali:

f'temperatura operatorja mkessħa fil-każ ta' kabinett kombinat li jinkludi tal-anqas kabinett wieħed intenzjonat esklussivament għal temperatura operatorja mkessħa,

f'temperatura operatorja mkessħa fil-każ ta' kabinett għall-ħżin refriġirat professjonali li għandu biss kabinett wieħed esklussiv intenzjonat għal temperatura operatorja mkessħa,

f'temperatura operatorja ffriżata fil-każijiet l-oħra kollha.

3.

Il-kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet tal-klima 3, 4 u 5 huma indikati fit-Tabella 3.

Tabella 3

Kundizzjonijiet ambjentali tal-klassijiet 3, 4 u 5 tal-klima

Klassi tal-klima tal-kamra tat-test

Temperatura b'termometru niexef, °C

Umdità relattiva, %

Punt tan-nida, °C

Massa tal-fwar fl-arja niexfa, g/kg

3

25

60

16,7

12,0

4

30

55

20,0

14,8

5

40

40

23,9

18,8


ANNESS V

Rekwiżiti tal-ekodisinn għall-unitajiet ta' kondensazzjoni

1.   REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

(a)

Mill-1 ta' Lulju 2016, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) tal-unitajiet ta' kondensazzjoni ma għandhomx ikunu anqas mill-valuri li ġejjin:

Temperatura operatorja

Kapaċità nominali PA

Proporzjon applikabbli

Valur

Medja

0,2 kW ≤ PA ≤ 1 kW

COP

1,20

1 kW < PA ≤ 5 kW

COP

1,40

5 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

2,25

20 kW < PA ≤ 50 kW

SEPR

2,35

Baxxa

0,1 kW ≤ PA ≤ 0,4 kW

COP

0,75

0,4 kW < PA ≤ 2 kW

COP

0,85

2 kW < PA ≤ 8 kW

SEPR

1,50

8 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

1,60

(b)

Mill-1 ta' Lulju 2018, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni (COP) u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) tal-unitajiet ta' kondensazzjoni staġjonali ma għandux ikun anqas mill-valuri li ġejjin:

Temperatura operatorja

Kapaċità nominali PA

Proporzjon applikabbli

Valur

Medja

0,2 kW ≤ PA ≤ 1 kW

COP

1,40

1 kW < PA ≤ 5 kW

COP

1,60

5 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

2,55

20 kW < PA ≤ 50 kW

SEPR

2,65

Baxxa

0,1 kW ≤ PA ≤ 0,4 kW

COP

0,80

0,4 kW < PA ≤ 2 kW

COP

0,95

2 kW < PA ≤ 8 kW

SEPR

1,60

8 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

1,70

(c)

Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni intenzjonati li jiġu kkargati bi fluwidu refriġeranti li għandu potenzjal ta' riskaldament globali anqas minn 150, il-valuri COP u SEPR jistgħu jkunu anqas mill-valuri indikati fil-punt 1(a) b'massimu ta' 15 % u fil-punt 1(b) b'massimu ta' 10 %.

(d)

L-unitajiet tal-kondensazzjoni li kapaċi joperaw kemm fit-temperatura medja kif ukoll dik baxxa għandhom jikkonformaw mar-rekċiżiti ta' kull kategorija li jkunu ddikjarati għaliha.

2.   REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IL-PRODOTT

Mill-1 ta' Lulju 2016, tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja dwar il-prodott għall-unitajiet ta' kondensazzjoni:

(a)

il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u websajts aċċessibbli mingħajr ħlas tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importatur, għandhom jinkludu l-elementi li ġejjin:

(i)

it-temperatura evaporatorja intenzjonata, espressa fi gradi Celsius (temperatura medja – 10 °C, temperatura baxxa – 35 °C);

(ii)

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità ta' tkessiħ nominali aktar baxxa minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi medji u baxxi rispettivament:

is-COP nominali, b'karga sħiħa u f'temperatura ambjentali ta' 32 °C approssimat għal żewġ punti deċimali u l-kapaċità ta' tkessiħ nominali u l-input elettriku, espressi f'kW u approssimati għal żewġ punti deċimali,

il-valur COP, b'karga sħiħa u f'temperatura ambjentali ta' 25 °C, approssimat għal żewġ punti deċimali, u kapaċità ta' tkessiħ korrispondenti u input elettriku, espressi f'kW u approssimati għal żewġ punti deċimali;

(iii)

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità ta' tkessiħ nominali ogħla minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi operattivi medji u baxxi rispettivament:

il-valur SEPR, approssimat għal żewġ punti deċimali,

il-konsum annwali tal-elettriku, express f'kWh kull sena,

il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, l-input elettriku nominali u COP nominali,

il-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata u l-input elettriku ddikjarat, espressi f'kW u approssimata għal tliet punti deċimali, u l-valur COP, approssimat għal żewġ punti deċimali, fil-punti nominali B, C u D;

(iv)

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni intenzjonati għall-użu f'temperatura ambjentali ogħla minn 35 °C, il-valur COP, b'karga sħiħa u f'temperatura ambjentali ta' 43 °C, approssimat għal żewġ punti deċimali, u kapaċità ta' tkessiħ korrispondenti, espressa f'kW u approssimata għal żewġ punti deċimali;

(v)

it-tip(i) u l-isem (ismijiet) tal-fluwidu(i) refriġeranti intenzjonati biex jintużaw fl-unitajiet ta' kondensazzjoni;

(vi)

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta ssire manutenzjoni fuq unitajiet ta' kondensazzjoni;

(vii)

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed sabiex tottimizza l-effiċjenza tal-unità ta' kondensazzjoni meta tiġi integrata fl-apparat refriġeranti;

(viii)

informazzjoni rilevanti dwar ir-riċiklaġġ jew ir-rimi meta l-unità ma tibqax tintuża.

(b)

taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni dwar:

(i)

stallazzjoni li tottimizza l-effiċjenza tal-enerġija tal-apparati;

(ii)

disassemblaġġ bla ħsara għall-finijiet ta' manutenzjoni;

(iii)

dissassemblaġġ u żarmar għall-finijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja.

(c)

id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni ta' konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)

l-elementi speċifikati fil-punt (a);

(ii)

meta l-informazzjoni relatata ma' mudell speċifiku tkun inkisbet mill-kalkolu abbażi tad-disinn jew l-estrapolazzjoni minn kombinazzjonijiet oħra, id-dettalji ta' tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, u ta' kwalunkwe test li jsir sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkoli, inklużi dettalji tal-mudell matematiku għall-kalkolu tal-prestazzjoni tat-tali kombinazzjonijiet u dettalji tal-kejl li jkunu ttieħdu sabiex jiġi vverifikat dak il-mudell.

It-Tabelli 4 u 5 ta' hawn taħt jipprovdu għamla indikattiva għall-informazzjoni rikjesta

Tabella 4

Rekwiżiti ta' informazzjoni għal unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità ta' tkessiħ nominali aktar baxxa minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi operatorji medji u baxxi rispettivament

Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell(i) li hija relatat miegħu/magħhom l-informazzjoni]

Fluwidu/fluwidi refriġeranti: [informazzjoni għall-identifikazzjoni ta' fluwidu/fluwidi refriġeranti intenzjonat(i) sabiex jintużaw f'unitajiet ta' kondensazzjoni]

Punt

Simbolu

Valur

Unità

Temperatura evaporatorja  (*1)

t

– 10 °C

– 35 °C

°C

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 32 °C

Kapaċità ta' tkessiħ nominali

PA

x,xxx

x,xxx

kW

Input elettriku nominali

DA

x,xxx

x,xxx

kW

COP nominali

COPA

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 25 °C

Kapaċità ta' tkessiħ

P2

x,xxx

x,xxx

kW

Input elettriku

D2

x,xxx

x,xxx

kW

COP

COP2

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 43 °C

(fejn ikun applikabbli)

Kapaċità ta' tkessiħ

P3

x,xxx

x,xxx

kW

Input elettriku

D3

x,xxx

x,xxx

kW

COP

COP3

x,xx

x,xx

 

Punti oħra

Kontroll tal-kapaċità

fiss/fi stadji/varjabbli

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


Tabella 5

Rekwiżiti ta' informazzjoni għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità friġeratorja nominali ogħla minn 5 kW u 2 kW għal temperaturi operatorji medji u baxxi rispettivament

Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell (i) li hija relatata miegħu/magħhom l-informazzjoni]

Fluwidu(i) refriġeranti: [informazzjoni għall-identifikazzjoni ta' fluwidu(i) refriġeranti intenzjonat (i) sabiex jintużaw f'unitajiet ta' kondensazzjoni]

Punt

Simbolu

Valur

Unità

Temperatura evaporatorja  (*2)

T

– 10 °C

– 35 °C

°C

Konsum annwali tal-elettriku

Q

x

x

kWh/a

Proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali

SEPR

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 32 °C

(Punt A)

Kapaċità ta' tkessiħ nominali

PA

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku nominali

DA

x,xx

x,xx

kW

COP nominali

COPA

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 25 °C

(Punt B)

Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata

PB

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

DB

x,xx

x,xx

kW

COP iddikjarat

COPB

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 15 °C

(Punt C)

Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata

Pc

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

Dc

x,xx

x,xx

kW

COP iddikjarat

COPC

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga parzjali u temperatura ambjentali ta' 5 °C

(Punt D)

Kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata

PD

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

DD

x,xx

x,xx

kW

COP iddikjarat

COPD

x,xx

x,xx

 

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' 43 °C

(fejn ikun applikabbli)

Kapaċità ta' tkessiħ

P3

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku

D3

x,xx

x,xx

kW

COP dikjrata

COP3

x,xx

x,xx

 

Punti oħra

Kontroll tal-kapaċità

fiss/fi stadji/varjabbli

Koeffiċjent ta' degradazzjoni għal unitajiet fissi u fi stadji tal-kapaċità

Cdc

0,25

 

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


(*1)  Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni sabiex joperaw biss temperatura evaporatorja waħda, tista' titħassar waħda miż-żewġ kolonni relatati ma' “Valur”.

(*2)  Għall-unitajiet ta' kondensazzjoni maħsuba biex joperaw biss f'temperatura evaporatorja waħda, tista' titħassar waħda miż-żewġ kolonni relatati ma' “Valur”.


ANNESS VI

Kejl u kalkoli għall-unitajiet ta' kondensazzjoni

1.

Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli jsiru permezz ta' standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ġie ppubblikat għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz tal-użu ta' metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli oħra li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Huma għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punt 2.

2.

Sabiex jiġu stabbiliti l-valuri tal-kapaċità ta' tkessiħ, l-input elettriku, il-koeffiċjent tal-prestazzjoni u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-temperatura ambjentali ta' referenza tal-iskambjatur (kondensatur) tas-sħana fuq barra tkun 32 °C;

(b)

it-temperatura evaporatorja standard fl-iskambjatur (evaporator) tas-sħana fuq ġewwa tkun – 35 °C għal temperatura baxxa u – 10 °C għal temperatura medja;

(c)

fejn ikun applikabbli, il-varjazzjonijiet tat-temperatura ambjentali matul is-sena, li jirrappreżentaw il-kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Unjoni u n-numru korrispondenti ta' sigħat mata jkun hemm dawn it-temperaturi, għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Tabella 6;

(d)

fejn ikun applikabbli, l-effett tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżat miċ-ċikliċità, skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità tal-unità ta' kondensazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat.

Tabella 6

Varjazzjonijiet tat-temperaturi fuq barra matul is-sena skont kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Ewropa għall-unitajiet ta' kondensazzjoni

j

Tj

hj

1

– 19

0,08

2

– 18

0,41

3

– 17

0,65

4

– 16

1,05

5

– 15

1,74

6

– 14

2,98

7

– 13

3,79

8

– 12

5,69

9

– 11

8,94

10

– 10

11,81

11

– 9

17,29

12

– 8

20,02

13

– 7

28,73

14

– 6

39,71

15

– 5

56,61

16

– 4

76,36

17

– 3

106,07

18

– 2

153,22

19

– 1

203,41

20

0

247,98

21

1

282,01

22

2

275,91

23

3

300,61

24

4

310,77

25

5

336,48

26

6

350,48

27

7

363,49

28

8

368,91

29

9

371,63

30

10

377,32

31

11

376,53

32

12

386,42

33

13

389,84

34

14

384,45

35

15

370,45

36

16

344,96

37

17

328,02

38

18

305,36

39

19

261,87

40

20

223,90

41

21

196,31

42

22

163,04

43

23

141,78

44

24

121,93

45

25

104,46

46

26

85,77

47

27

71,54

48

28

56,57

49

29

43,35

50

30

31,02

51

31

20,21

52

32

11,85

53

33

8,17

54

34

3,83

55

35

2,09

56

36

1,21

57

37

0,52

58

38

0,40


ANNESS VII

Rekwiżiti tal-ekodisinn għaċ-chillers tal-proċess

1.   REKWIŻITI GĦALL-EFFIĊJENZA ENERĠETIKA

(a)

Mill-1 ta' Lulju 2016, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) taċ-chillers tal-proċess ma jkunx anqas mill-valuri li ġejjin:

Medju tat-trasferiment tas-sħana fin-naħa tal-kondensazzjoni

Temperatura operatorja

Kapaċità tat-tkessiħ nominali

PA

Valur SEPR minimu

Arja

Medja

PA ≤ 300 kW

2,24

PA > 300 kW

2,80

Baxxa

PA ≤ 200 kW

1,48

PA > 200 kW

1,60

Ilma

Medja

PA ≤ 300 kW

2,86

PA > 300 kW

3,80

Baxxa

PA ≤ 200 kW

1,82

PA > 200 kW

2,10

(b)

Mill-1 ta' Lulju 2018, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) taċ-chiller tal-proċess ma għandux ikun anqas mill-valuri li ġejjin:

Medju tat-trasferiment tas-sħana fin-naħa tal-kondensazzjoni

Temperatura operatorja

Kapaċità tat-tkessiħ nominali

PA

Valur SEPR nominali

Arja

Medja

PA ≤ 300 kW

2,58

PA > 300 kW

3,22

Baxxa

PA ≤ 200 kW

1,70

PA > 200 kW

1,84

Ilma

Medja

PA ≤ 300 kW

3,29

PA > 300 kW

4,37

Baxxa

PA ≤ 200 kW

2,09

PA > 200 kW

2,42

(c)

Għaċ-chillers tal-proċess maħsuba biex ikunu kkargati bi fluwidu refriġeranti li għandu potenzjal ta' riskaldament globali potenzjali anqas minn 150, il-valuri SEPR jistgħu jkunu anqas mill-valuri indikati fil-punti 1(a) u (b) b'massimu ta' 10 %.

2.   REKWIŻITI GĦALL-INFORMAZZJONI TAL-PRODOTT

Mill-1 ta' Lulju 2016, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni dwar il-prodott li ġejja għaċ-chillers tal-proċess:

(a)

il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u l-utenti aħħarin, u l-websajts b'aċċess mingħajr ħlas tal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom u l-importaturi, li jinkludu l-elementi li ġejjin:

(i)

it-temperatura operatorja intenzjonata, espressa fi gradi Celsius (temperatura medja – 8 °C, temperatura baxxa – 25 °C);

(ii)

it-tip ta' chiller tal-proċess, imkessaħ bl-arja jew bl-ilma;

(iii)

il-kapaċità ta' tkessiħ nominali, l-input elettriku nominali, espressi f'kW u approssimati għal żewġ punti deċimali;

(iv)

il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika nominali (EERA ), approssimat għal żewġ punti deċimali;

(v)

il-kapaċità ta' tkessiħ iddikjarata u l-input elettriku ddikjarat fil-punti nominali B, C u D, espressi f'kW u approssimati għal żewġ punti deċimali;

(vi)

l-EER iddikjarat fil-punti nominali B, C, u D, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(vii)

il-valur SEPR, approssimat għal żewġ punti deċimali;

(viii)

il-konsum annwali tal-elettriku, f'kWh għal kull sena;

(ix)

it-tip(i) u l-isem(ismijiet) ta' fluwidu/fluwidi refriġerant(i) maħsub/a biex jintuża(w) maċ-chiller ta' proċess;

(x)

kwalunkwe prekawzjoni speċifika li għandha tittieħed meta ssir manutenzjoni taċ-chiller tal-proċess

(xi)

l-informazzjoni rilevanti għaż-żarmar, ir-riċiklaġġ u r-rimi meta ma jibqax jintuża.

(b)

taqsima tal-websajts b'aċċess liberu tal-manifatturi għall-istallaturi u professonisti oħra, ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jew l-importaturi, li tkun tinkludi l-informazzjoni dwar:

(i)

stallazzjoni li tottimizza l-effiċjenza tal-enerġija tal-apparati;

(ii)

disassemblaġġ bla ħsara għall-finijiet ta' manutenzjoni;

(iii)

dissassemblaġġ u żarmar għall-finijiet ta' tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja.

(c)

id-dokumentazzjoni teknika għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 4 tinkludi l-elementi li ġejjin:

(i)

l-elementi speċifikati fil-punt (a);

(ii)

meta l-informazzjoni relatata ma' mudell speċifiku tkun inkisbet permezz ta' kalkolu abbażi ta' disinn jew estrapolazzjoni minn kombinazzjonijiet oħra, id-dettalji ta' tali kalkoli jew estrapolazzjonijiet, u kwalunkwe testijiet li jsiru sabiex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkoli, inklużi dettalji tal-mudell matematiku għall-kalkolu tal-prestazzjoni tat-tali kombinazzjonijiet u dettalji tal-kejl li jkun sar sabiex jiġi vverifikat dak il-mudell.

Tabella 7

Rekwiżiti ta' informazzjoni għaċ-chillers tal-proċess

Mudell(i): [informazzjoni li tidentifika l-mudell(i) li hija relatata miegħu/magħhom l-informazzjoni]

Tip ta’ kondensazzjoni: [imkessħa bl-arja / imkessħa bl-ilma]

Fluwidu(i) refriġeranti: [informazzjoni li tidentifika l-fluwidu/fluwidi refriġeranti maħsub/a sabiex jintużaw miċ-chiller tal-proċess]

Punt

Simbolu

Valur

Unità

Temperatura operatorja

t

– 8 °C

– 25 °C

°C

Proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali

SEPR

x,xx

x,xx

 

Konsum annwali tal-elettriku

Q

x

X

kWh/a

Parametri b'karga sħiħa u temperatura ambjentali ta' referenza

(Punt A)

Kapaċità tat-tkessiħ nominali

PA

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku nominali

DA

x,xx

x,xx

kW

EER nominali

EERA

x,xx

x,xx

 

Parametri bil-punt nominali B

Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata

PB

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

DB

x,xx

x,xx

kW

EER iddikjarat

EERB

x,xx

x,xx

 

Parametri bil-punt nominali C

Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata

Pc

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

Dc

x,xx

x,xx

kW

EER iddikjarat

EERC

x,xx

x,xx

 

Parametri bil-punt nominali D

Kapaċità tat-tkessiħ iddikjarata

PD

x,xx

x,xx

kW

Input elettriku ddikjarat

DD

x,xx

x,xx

kW

EER iddikjarat

EERD

x,xx

x,xx

 

Punti oħra

Kontroll tal-kapaċità

 

fiss/fi stadji (*2)/varjabbli

Koeffiċjent ta' degradazzjoni għal unitajiet ta' kapaċità fissi jew fi stadji (*1)

Cc

x,xx

x,xx

 

Dettalji ta' kuntatt

Isem u indirizz tal-manifattur jew tar-rappreżentant awtorizzat tiegħu.


(*1)  Jekk Cc mhux determinat b'kejl, allura l-koeffiċjent ta' degradazzjoni prestabbilit għandu jkun Cc = 0,9. Meta jintgħażel il-valur Cc prestabbilit, allura r-riżultati taċ-ċikliċità ma għandux ikun meħtieġ. Inkella, għandu jkun meħtie il-valur tat-test taċ-ċikliċità tat-tkessiħ.

(*2)  Għal unitajiet ta' kapaċità fi stadji, għandhom jiġu ddikjarati f'kull kaxxa żewġ valuri diviżi bi slash (“/”) fit-taqsima li tirreferi għall-“kapaċità tat-tkessiħ” u l-“EER”.

Għaċ-chillers tal-proċess intenzjonati li joperaw b'temperatura waħda biss, tista' titħassar waħda miż-żewġ kolonni relatati mal-“Valur”.


ANNESS VIII

Kejl u kalkoli għaċ-chillers tal-proċess

1.

Għall-finijiet tal-konformità u l-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom jintużaw permezz ta' standards armonizzati li n-numri ta' referenza tagħhom ikunu ġew ippubblikati għal dak l-għan f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew permezz tal-użu ta' metodi oħra affidabbli, preċiżi u riproduċibbli li jikkunsidraw il-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti. Huma jissodisafw il-kundizzjonijiet u l-parametri tekniċi stabbiliti fil-punti 2 u 3.

2.

Għall-istabbiliment tal-valuri tal-kapaċità tat-tkessiħ, l-input elettriku, il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika u l-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali, il-kejl isir skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-temperatura ambjentali ta' referenza fl-iskambjatur tas-sħana ta' barra tkun 35 °C għal chillers imkessħa bl-arja u temperatura ta' 30 °C tal-inlet tal-ilma fil-kondensatur għal chillers imkessħa bl-ilma;

(b)

it-temperatura tal-outlet tal-likwidu fl-iskambjatur tas-sħana ta' ġewwa tkun – 25 °C għal temperatura baxxa u – 8 °C għal temperatura medja;

(c)

il-varjazzjonijiet tat-temperatura ambjentali matul is-sena, li jirrappreżentaw il-kundizzjonijiet klimatiċi medji fl-Unjoni, u n-numru ta' sigħat korrispondenti meta jseħħu dawn it-temperaturi, għandhom jiġu stabbiliti fit-Tabella 6 fl-Anness VI;

(d)

l-effett tad-degradazzjoni tal-effiċjenza enerġetika kkawżat miċ-ċikliċità skont it-tip ta' kontroll tal-kapaċità taċ-chiller tal-proċess għandu jiġi kkunsidrat.


ANNESS IX

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali

Meta jsiru l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II:

1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru jittestjaw unità unika waħda għal kull mudell.

2.

Il-mudell għandu jiġi kkunsidrat bħala li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II meta:

(a)

il-valuri ddikjarati jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II;

(b)

il-volum imkejjel ma jkunx aktar baxx mill-valur nominali b'aktar minn 3 %;

(c)

il-valur imkejjel tal-konsum tal-enerġija mhux jkunx akbar mill-valur nominali (E24h) b'aktar minn 10 %.

3.

Meta r-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx, l-awtoritajiet tal-Istat Membru jagħżlu b'mod każwali tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell għall-ittestjar. Bħala alternattiva, it-tliet unitajiet addizzjonali magħżula jistgħu jkunu mudell wieħed jew aktar differenti li ġew elenkati bħala prodott ekwivalenti fid-dokumentazzjoni teknika.

4.

Il-mudell għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness II meta:

(a)

il-medja tat-tliet unitajiet għall-volum imkejjel mhix aktar baxxa mill-valur nominali b'aktar minn 3 %;

(b)

il-medja tat-tliet unitajiet għall-valur imkejjel ta' konsum tal-enerġija mhux akbar mill-valur nominali (E24h) b'aktar minn 10 %.

5.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 4 ma jintlaħqux, il-mudell u l-mudelli l-oħra kollha ta' kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali ekwivalenti għandhom jiġu kkunsidrati li ma jikkonformawx ma' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu r-riżultati tat-test u informazzjoni rilevanti oħra lill-awtoritajiet ta' Stati Membri oħra u lill-Kummissjoni fi żmien xahar minn meta tittieħed id-deċiżjoni ta' nuqqas ta' konformità tal-mudell.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi ta' kejl u ta' kalkolu stabbiliti fl-Annessi III u IV.

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness, huma relatati biss għall-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet ta' Stat Membru u ma jiġux użati mill-fornitur bħala tolleranza permessa sabiex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika. Il-valuri u l-klassijiet fuq it-tikketta jew fil-fajl tal-prodott mhumiex aktar favorevoli għall-fornitur mill-valuri rrapportati fid-dokumentazzjoni teknika.


ANNESS X

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq għall-unitajiet ta' kondensazzjoni

Meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V:

1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unità unika għal kull mudell.

2.

Il-mudell tal-unità ta' kondensazzjoni għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness V meta:

(a)

il-valuri ddikjarati jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V;

(b)

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali ogħla minn 2 kWf'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja, il-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali mhux aktar minn 10 % aktar baxx mill-valur iddikjarat, bil-punt A mkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali;

(c)

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali aktar baxxa minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja, il-koeffiċjent ta' prestazzjoni nominali (COPA ) mhux aktar minn 10 % aktar baxx mill-valur iddikjarat imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali;

(d)

għall-unitajiet tal-kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali aktar bazza minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja, il-koeffiċjenti tal-prestazzjoni COPB, COPC COPD ma jkunux aktar minn 10 % aktar baxxi mill-valur iddikjarat imkejjel fil-kapaċità tat-tkesssiħ iddikjarata;

3.

Jekk ir-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jagħżlu b'mod każwali tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell għall-ittestjar.

4.

Il-mudell tal-unità ta' kondensazzjoni għandu jiġi kkunsidrat li ma jikkonformax mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness V meta:

(a)

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali ogħla minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja, il-medja tat-tliet unitajiet għall-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) mhix aktar minn 10 % aktar baxxa mill-valur iddikjarat, bil-punt A mkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali;

(b)

għall-unitajiet ta' kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali aktar baxxa minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja, il-medja tat-tliet unitajiet għall-koeffiċjent ta' prestazzjoni nominali (COPA ) mhux aktar minn 10 % aktar baxx mill-valur iddikjarat imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali;

(c)

għall-unitajiet tal-kondensazzjoni b'kapaċità tat-tkessiħ nominali aktar bazza minn 2 kW f'temperatura baxxa u 5 kW f'temperatura medja, il-medji tat-tliet unitajiet għall-koeffiċjenti tal-prestazzjoni COPB, COPC COPD ma jkunux aktar minn 10 % aktar baxxi mill-valur iddikjarat imkejjel fil-kapaċità tat-tkesssiħ iddikjarata.

5.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jiġi kkunsidrat li ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi ta' kejl u kalkolu stabbiliti fl-Anness VI.

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istat Membru u ma jintużawx mill-fornitur bħala tolleranza permessa sabiex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika.


ANNESS XI

Proċedura ta' verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq għaċ-chillers tal-proċess

Meta jwettqu l-verifiki tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta' verifika li ġejja għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII:

1.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jittestjaw unitá unika għal kull mudell.

2.

Il-mudell taċ-chiller tal-proċess għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness VII meta:

(a)

il-valuri ddikjarati jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness VII;

(b)

il-proporzjon tal-prestazzjoni tal-enerġija staġjonali (SEPR) mhux aktar minn 10 % aktar baxx mill-valur iddikjarat, bil-punt A mkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali;

(c)

il-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika nominali (EERA ) mhux aktar minn 10 % aktar baxx mill-valur iddikjarat, imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

3.

Meta r-riżultat imsemmi fil-punt 2 ma jintlaħaqx, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu b'mod każwali tliet unitajiet addizzjonali tal-istess mudell għall-ittestjar.

4.

Il-mudell taċ-chiller tal-proċess għandu jiġi kkunsidrat li jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Anness VII meta:

(a)

il-medja tat-tliet unitajiet għall-proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali (SEPR) mhix aktar minn 10 % aktar baxxa mill-valur iddikjarat, bil-punt A mkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali;

(b)

il-medja tat-tliet unitajiet għall-proporzjon tal-effiċjenza enerġetika (EERA ) mhix aktar minn 10 % aktar baxxa mill-valur iddikjarat, imkejjel bil-kapaċità tat-tkessiħ nominali.

5.

Jekk ir-riżultati msemmija fil-punt 4 ma jintlaħqux, il-mudell għandu jiġi kkunsidrat li ma jikkonformax ma'dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jużaw il-metodi ta' kejl u kalkolu stabbiliti fl-Anness VIII.

It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f'dan l-Anness huma relatati biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istat Membru u ma għandhomx jintużaw mill-fornitur bħala tolleranza permessa sabiex jiġu stabbiliti l-valuri fid-dokumentazzjoni teknika.


ANNESS XII

Parametri ta' referenza indikattivi msemmija fl-Artikolu 6

1.

Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata kif ġej l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-kabinetti tal-ħżin refriġirat professjonali f'termini tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI):

 

Volum nett (litri)

Konsum annwali tal-enerġija

EEI

Vertikali mkessaħ

600

474,5

29,7

Bank imkessaħ

300

547,5

21,4

Vertikali ffriżat

600

1 825

41,2

Bank iffriżat

200

1 460

41,0

2.

Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata kif ġej l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-unitajiet ta' kondensazzjoni f'termini ta' koeffiċjent ta' prestazzjoni nominali u proporzjon tal-prestazzjoni enerġetika staġjonali:

Temperatura operatorja

Kapaċità nominali PA

Proporzjon applikabbli

Valur tal-parametri ta' referenza

Medja

0,2 kW ≤ PA ≤ 1 kW

COP

1,9

1 kW < PA ≤ 5 kW

COP

2,3

5 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

3,6

20 kW < PA ≤ 50 kW

SEPR

3,5

Baxxa

0,1 kW ≤ PA ≤ 0,4 kW

COP

1,0

0,4 kW < PA ≤ 2 kW

COP

1,3

2 kW < PA ≤ 8 kW

SEPR

2,0

8 kW < PA ≤ 20 kW

SEPR

2,0

3.

Fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, ġiet identifikata l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għaċ-chillers tal-proċess f'termini ta' proporzjon ta' prestazzjoni enerġetika staġjonali:

Mezz tat-trasferiment tas-sħana fin-naħa tal-kondensazzjoni

Temperatura operatorja

Kapaċità tat-tkessiħ nominali

PA

Valur SEPR minimu

Arja

Medja

PA ≤ 300 kW

3,4

PA > 300 kW

3,7

Baxxa

PA ≤ 200 kW

1,9

PA > 200 kW

1,95

Ilma

Medja

PA ≤ 300 kW

4,3

PA > 300 kW

4,5

Baxxa

PA ≤ 200 kW

2,3

PA > 200 kW

2,7


8.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/52


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1096

tas-7 ta' Lulju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

20,6

MA

160,0

MK

48,9

ZZ

76,5

0709 93 10

TR

120,2

ZZ

120,2

0805 50 10

AR

108,1

TR

108,0

UY

135,9

ZA

138,2

ZZ

122,6

0808 10 80

AR

89,3

BR

105,8

CL

132,3

NZ

156,3

US

121,0

ZA

129,9

ZZ

122,4

0808 30 90

AR

117,9

CL

138,9

NZ

235,1

ZA

120,9

ZZ

153,2

0809 10 00

TR

238,6

ZZ

238,6

0809 29 00

TR

258,9

ZZ

258,9

0809 30 10 , 0809 30 90

CL

181,4

ZZ

181,4

0809 40 05

CL

126,8

IL

241,9

ZZ

184,4


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

8.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/54


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1097

tat-8 ta' April 2015

dwar il-kompatibbiltà mal-liġi tal-Unjoni tal-miżuri li għandhom jittieħdu mid-Danimarka skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-midja awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) tagħha,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE,

Billi:

(1)

B'ittra tas-6 ta' Jannar 2015, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni dwar ċerti miżuri li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE.

(2)

Il-Kummissjoni vverifikat, fi żmien tliet xhur minn meta waslitilha din in-notifika, li dawn il-miżuri huma kumpatibbli mal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikulari fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri u t-trasparenza tal-proċedura ta' konsultazzjoni nazzjonali.

(3)

Fl-istħarriġ tal-miżuri, il-Kummissjoni qieset id-dejta disponibbli dwar is-suq awdjoviżiv Daniż, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt fuq is-suq televiżiv.

(4)

Il-lista tal-avvenimenti ta' importanza maġġuri għas-soċjetà ġiet elenkata mid-Danimarka b'mod ċar u trasparenti, wara konsultazzjoni estensiva.

(5)

Abbażi ta' evidenza dettaljata u ta' ċifri dwar l-għadd ta' telespettaturi mwassla mill-awtoritajiet Daniżi, il-Kummissjoni vverfikat li l-lista ta' avvenimenti nominati li ġiet elenkata skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE ssodisfat tal-anqas tnejn mill-kriterji li ġejjin li jitqiesu bħala indikaturi affidabbli tal-importanza tat-tali avvenimenti fis-soċjetà: (i) għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fi ħdan l-Istat Membru, u mhumiex sinifikanti biss għal dawk li normalment isegwu l-isport jew l-attività konċernata; (ii) għandhom importanza kulturali distinta u ġeneralment rikonoxxuta għall-popolazzjoni tal-Istat Membru, b'mod partikulari bħala katalista għall-identità kulturali; (iii) l-involviment tat-tim nazzjonali fl-avveniment ikkonċernat fil-kuntest ta' kompetizzjoni jew turnew ta' importanza internazzjonali; u (iv) il-fatt li dak l-avveniment minn dejjem ixxandar fuq stazzjonijiet tat-televiżjoni bla ħlas u kien segwit minn udjenza televiżiva kbira.

(6)

Il-lista notifikata ta' avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà fiha għadd ta' avvenimenti magħżula, li jitqiesu bħala avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà, bħall-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa. Kif intwera mill-awtoritajiet Daniżi, l-Olimpjadi tas-sajf u tax-xitwa jsegwuhom udjenzi televiżivi kbar u tradizzjonalment jixxandru fuq kanali televiżivi mingħajr ħlas. Barra minn hekk, dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fid-Danimarka, għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku ġenerali, mhux biss ma' dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi.

(7)

Il-finali u s-semifinali tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol tal-irġiel u tal-Kampjonat Ewropew tal-futbol tal-irġiel huma meqjusa wkoll bħala avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà. Il-lista tinkludi wkoll il-partiti kollha li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż fi ħdan dawk l-avvenimenti, kif ukoll il-partiti ta' kwalifika tat-tim nazzjonali Daniż. Kif intwera mill-awtoritajiet Daniżi, dawn l-avvenimenti jsegwuhom udjenzi televiżivi kbar u tradizzjonalment jixxandru fuq kanali televiżivi mingħajr ħlas. Barra minn hekk, dawn l-avvenimenti għandhom reżonanza ġenerali u speċjali fid-Danimarka, għax huma partikolarment popolari mal-pubbliku ġenerali, mhux biss ma' dawk li normalment isegwu avvenimenti sportivi. Jinvolvu tim nazzjonali f'turnew internazzjonali ta' importanza ewlenija.

(8)

Il-finali, is-semifinali u l-partiti kollha li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż, kif ukoll il-partiti ta' kwalifikazzjoni li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż tal-Kampjonati Ewropew u tad-Dinja tal-handball tan-nisa, jarawhom udjenzi televiżivi kbar u tradizzjonalment jixxandru bla ħlas fuq it-televiżjoni. Barra minn hekk, dawn iqanqlu interess partikolari u estensiv fid-Danimarka, anki fost udjenzi li mhux soltu jsegwu dan l-isport. Jinvolvu tim nazzjonali f'turnew internazzjoni ta' importanza ewlenija. L-interess partikolari u estensiv jissaħħaħ mill-fatt li t-tim nazzjonali Daniż għamel kisbiet sinifikanti f'dawn it-tornej.

(9)

Il-finali, is-semifinali u l-partiti kollha li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż. kif ukoll l-partiti ta' kwalifikazzjoni li jinvolvu t-tim nazzjonali Daniż tal-Kampjonati Ewropew u tad-Dinja tal-handball tan-irġiel, jarawhom udjenzi televiżivi kbar u tradizzjonalment jixxandru bla ħlas fuq it-televiżjoni. Barra minn hekk, dawn iqanqlu interess partikolari u estensiv fid-Danimarka, anki fost udjenzi li mhux soltu jsegwu dan l-isport. Jinvolvu tim nazzjonali f'turnew internazzjoni ta' importanza ewlenija. L-interess partikolari u estensiv jissaħħaħ mill-fatt li t-tim nazzjonali Daniż għamel kisbiet sinifikanti f'dawn it-tornej.

(10)

Il-miżuri magħżula ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, jiġifieri l-protezzjoni tad-dritt ta' informazzjoni u ta' aċċess wiesa' tal-pubbliku għax-xandir televiżiv ta' avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà. Din il-konklużjoni tqis il-modalitajiet li skonthom se jixxandru l-avvenimenti inkwistjoni, id-definizzjoni ta' “xandâr li jikkwalifika”, ir-rwol ta' arbitraġġ fir-riżoluzzjoni ta' tilwim li jqum waqt l-implimentazzjoni tal-miżuri, u l-fatt li l-ordni eżekuttiva li fiha l-lista ta' avvenimenti se tapplika għal avvenimenti li għalihom il-kuntratti dwar drittijiet esklussivi jiġu konklużi wara li l-ordni eżekuttiva tkun daħlet fis-seħħ. Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li l-effetti tad-dritt għall-proprjetà, kif previsti fl-Artikolu 17 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali, ma jmorrux lil hinn minn dak li hu intrinsikament marbut mal-inklużjoni tal-avveniment fil-lista prevista fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE.

(11)

Għall-istess raġunijiet, il-miżuri Daniżi jidhru li huma proporzjonati sabiex jiġġustifikaw deroga mill-prinċipju fundamentali tal-liberta li jiġu pprovduti servizzi kif stipulat fl-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-interess pubbliku superjuri għandu jiżgura aċċess estensiv għall-pubbliku għal xandiriet ta' avvenimenti ta' importanza ewlenija għas-soċjetà. Barra minn hekk, il-miżuri Daniżi ma jikkostitwixxu l-ebda diskriminazzjoni jew esklużjoni mis-suq kontra xi xandara, detenturi tad-drittijiet jew operaturi ekonomiċi oħra ta' Stati Membri oħra.

(12)

Il-miżuri magħżula huma, barra minn hekk, kompatibbli mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. Id-definizzjoni tax-xandara li jikkwalifikaw għax-xandir tal-avvenimenti elenkati ssejset fuq kriterji oġġettivi, li jippermettu kompetizzjoni reali u potenzjali għall-akkwist tad-drittijiet biex jixxandru dawn l-avvenimenti. Barra minn hekk, l-għadd ta' avvenimenti magħżula mhuwiex tant sproporzjonat li jwassal għal tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-swieq downstream tat-televiżjoni mingħajr ħlas u tat-televiżjoni bi ħlas. Għaldaqstant, jista' jitqies li l-effetti tal-libertà tal-kompetizzjoni ma jmorrux lil hinn minn dak li hu intrinsikament marbut mal-inklużjoni tal-avveniment fil-lista prevista fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE.

(13)

Il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri l-oħra dwar il-miżuri li se jittieħdu mid-Danimarka, u ppreżentat ir-riżultati tal-verifika tagħha lill-Kumitat imwaqqaf skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2010/13/UE. Il-Kumitat adotta opinjoni favorevoli,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

(1)   Il-miżuri li għandhom jittieħdu mid-Danimarka, skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2010/13/UE, u nnotifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(2) ta' dik id-Direttiva, huma kompatibbli mal-Liġi tal-Unjoni.

(2)   Il-miżuri, kif mittieħda mid-Danimarka, għandhom jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1.


ANNESS

ID-DIGRIET DWAR L-UŻU TAD-DRITTIJIET TELEVIŻIVI TA' AVVENIMENTI TA' IMPORTANZA KBIRA GĦAS-SOĊJETÀ

Dan li ġej hu stabbilit skont it-Taqsimiet 90(1) u 93(2) tal-Att dwar ix-Xandir bir-Radju u t-Televiżjoni, ara l-Att ta' Konsolidazzjoni Nru 255 tal-20 ta' Marzu 2014:

KAMP TA' APPLIKAZZJONI

It-Taqsima 1

(1)

Dan id-Digriet ikopri l-użu mix-xandara televiżivi tad-drittijiet esklussivi għall-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà. It-terminu “xandar televiżiv” jirreferi għal impriżi li jipprovdu servizzi ta' programmi skont it-Taqsimiet 1 u 2 tal-Att dwar ix-Xandir bir-Radju u t-Televiżjoni.

(2)

Id-drittijiet esklussivi għal avvenimenti bħal dawn ma jistgħux jintużaw b'tali mod li jċaħħdu proporzjon sostanzjali mill-pubbliku milli ssegwi l-avvenimenti b'mod dirett jew bi trażmissjoni diferita fuq it-televiżjoni mingħajr ħlas.

AVVENIMENTI TA' IMPORTANZA KBIRA GĦAS-SOĊJETÀ

It-Taqsima 2

F'dan id-Digriet “avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà” tfisser avveniment sportiv li jissodisfa tal-anqas tnejn mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Huwa ta' interess għal persuni differenti minn dawk li normalment isegwu l-isport konċernat fuq it-televiżjoni.

(2)

Jappartjeni għal fergħa ta' sports li tradizzjonalment tokkupa post ċentrali fil-kultura sportiva tad-Danimarka.

(3)

Ġeneralment huwa segwit minn ħafna telespettaturi.

It-Taqsima 3

Dawn l-avvenimenti li ġejjin jtiqiesu li għandhom importanza kbira għas-soċjetà:

(1)

Il-Logħob Olimpiku tas-sajf u tax-xitwa: il-logħob kollu kemm hu, inklużi ċ-ċerimonji tal-ftuħ u l-għeluq, skont it-Taqsima 7(2);

(2)

ir-rawnds finali tat-Tazza tad-Dinja u tal-Kampjonat Ewropew tal-futbol (tal-irġiel): il-logħbiet kollha li jinvolvu d-Danimarka, kif ukoll is-semifinali u l-finali;

(3)

ir-rawnds finali tat-Tazza tad-Dinja u tal-Kampjonati Ewropej tal-ħendbol (tal-irġiel u n-nisa): il-logħbiet kollha li jinvolvu d-Danimarka, kif ukoll is-semifinali u l-finali;

(4)

il-logħbiet tal-kwalifikazzjoni tal-Kampjonat Ewropew u tat-Tazza tad-Dinja tal-futbol (tal-irġiel) li jinvolvu d-Danimarka.;

(5)

Il-logħbiet kollha tal-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja u tal-Kampjonati Ewropej tal-ħendbol (tal-irġiel u n-nisa) li jinvolvu d-Danimarka.

L-UŻU TAD-DRITTIJIET TELEVIŻIVI

It-Taqsima 4

Proporzjon sostanzjali tal-pubbliku titqies li qed tiċċaħħad milli ssegwi avveniment fuq it-televiżjoni bla ħlas sakemm:

(1)

l-avveniment jixxandar fuq stazzjon jew stazzjonijiet tat-televiżjoni li total ta' 90 fil-mija tal-unitajiet domestiċi kollha jistgħu jaċċessaw fuq ir-riċevitur(i) tat-televiżjoni tagħhom bl-antenna, bis-satellita, bil-kejbil jew bl-IP/fibre TV fiż-żmien tax-xandira, u

(2)

l-unitajiet domestiċi jirċievu mingħajr ħlas ħlief għal:

(a)

miżata tal-liċenzja tal-midja

(b)

kull miżata ta' abbonament imħallsa lill-operaturi tat-televiżjoni li jipprovdu l-istazzjoni konċernat fl-orħos pakkett, jew

(c)

il-miżata tal-abbonament imħallsa biex tirċievi dak l-istazzjoni biss fil-każ ta' abbonamenti li ma jeħtiġux abbonament ta' pakkett.

It-Taqsima 5

(1)

Xandara tat-televiżjoni li ma jkunux jistgħu jużaw id-drittijiet esklussivi għal avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà skont ir-restrizzjoni fuq id-dritt tal-użu stabbilita fit-Taqsima 1(2), ara t-Taqsima 4, u li jkunu kisbu drittijiet esklussivi għax-xandir ta' tali avveniment, ara t-Taqsima 3, jistgħu jużaw dawk id-drittijiet biss jekk ikunu jistgħu jiżguraw bi ftehim max-xandar li proporzjon sostanzjali mill-pubbliku ma tiċċaħħadx milli ssegwi dan l-avveniment b'mod dirett jew bi trażmissjoni diferita fuq it-televiżjoni mingħajr ħlas.

(2)

Xandara tat-televiżjoni li ma jkunux jistgħu jużaw id-drittijiet esklussivi għal avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà skont ir-restrizzjoni fuq id-dritt tal-użu stabbilita fit-Taqsima 1(2), ara t-Taqsima 4, u li jkunu kisbu drittijiet esklussivi għax-xandir ta' tali avveniment, ara t-Taqsima 3, għandhom fi żmien ġust, u fejn jippermetti ż-żmien tal-akkwist ta' dawk id-drittijiet, mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-avveniment, jagħtu d-drittijiet lil (gruppi ta') xandara tat-televiżjoni li huma kapaċi jużaw id-drittijiet esklussivi għal tali avveniment skont ir-restrizzjoni fuq id-dritt tal-użu stabbilita fit-Taqsima 1(2), ara t-Taqsima 4, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx (gruppi ta') xandara televiżivi li jixtiequ jikkonkludu ftehimiet kummerċjali ġusti biex ixandru dan l-avveniment, ara (3) u (4) ta' hawn taħt, u t-Taqsima 8. F'każijiet fejn huwa possibbli skont il-punt (1) tat-Taqsima 6(1) li jixxandar l-avveniment bi trażmissjoni diferita, ftehimiet proposti minn xandar jew fornitur tas-servizz li ma jkunx jista' juża d-drittijiet esklussivi għal tali avveniment skont ir-restrizzjoni fuq id-dritt tal-użu stabbilita fit-Taqsima 1(2), ara t-Taqsima 4, għandhom jinkludu d-dritt kemm għat-trażmissjonijiet diretti kif ukoll dawk diferiti.

(3)

Xandara tat-televiżjoni li joffrulhom taħt (1) hawn fuq ftehim sabiex ixandru avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà, ara t-Taqsima 3, għandhom javżaw bil-miktub l-interess tagħhom li jikkonkludu tali ftehim fi żmien 14-il jum minn meta jirċievu offerta bil-miktub li fiha, barra l-prezz propost u termini oħra tal-kuntratt, informazzjoni speċifika dwar l-avveniment, inkluż fejn u meta se jsir.

(4)

Id-dispożizzjonijiet ta' (1) hawn fuq ma japplikawx f'każijiet fejn xandar tat-televiżjoni jew fornitur tas-servizz jista' juri li l-ebda xandar jew grupp ta' xandara li kapaċi juża d-drittijiet esklussivi għal avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà skont ir-restrizzjoni fuq id-dritt tal-użu stabbilita fit-Taqsima 1(2), ara t-Taqsima 4, jixtieq jikkonkludi ftehim kummerċjali ġust biex ixandar dan l-avveniment.

It-Taqsima 6

(1)

Avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà kif definiti fit-Taqsima 3 ġeneralment għandhom jiġu trażmessi b'mod dirett. Madankollu, ix-xandir ta' tali avvenimenti jista' jiġi diferit meta tali posponiment huwa dovut għal ċirkustanzi oġġettivi, pereżempju f'każ fejn

1.

l-avveniment iseħħ billejl (00:00-06:00, ħin Daniż);

2.

l-avveniment hu magħmul minn sensiela ta' avvenimenti simultanji, bħalma huma l-logħob Olimpiku, jew

3.

ix-xandir dirett ikun jeħtieġ skedar mill-ġdid tax-xandir tal-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà għajr dawk imsemmija fit-Taqsima 3.

(2)

It-trażmissjoni ta' avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà ġeneralment għandha tiġi differita b'mhux aktar minn 24 siegħa.

(3)

Id-dispożizzjonijiet ta' (1)-(2) hawn fuq ma japplikawx għal avvenimenti mxandra skont it-Taqsima 5(4).

It-Taqsima 7

(1)

L-avvenimenti ta' importanza kbira għas-soċjetà kif definiti fit-Taqsima 3 għandhom jiġu trażmessi fl-intier tagħhom, soġġett għal (2) hawn taħt.

(2)

Ix-xandir tal-Logħob Olimpiku tas-sajf u tax-xitwa, ara l-punt (1) tat-Taqsima 3, jista' jiġi ristrett għal trażmissjoni wiesgħa u rappreżentattiva matul perjodu sinjifikattiv ta' żmien tal-avveniment kollu f'sensiela ta' estratti li jirriflettu b'mod adegwat il-firxa sħiħa tal-isports u l-pajjiżi parteċipanti. Barra minn hekk, għandha ssir enfasi fuq it-trażmissjoni tal-parteċipazzjoni tad-Danimarka u fuq il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 2. Iċ-ċerimonji tal-ftuħ u tal-għeluq għandhom jixxandru b'mod dirett u b'mod sħiħ, skont it-Taqsima 6. Partijiet mil-Logħob Olimpiku li ma jixxandrux skont l-ewwel u t-tieni punti jistgħu jixxandru fuq l-istazzjonijiet li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tat-Taqsima 4.

(3)

Id-dispożizzjonijiet ta' (1)-(2) hawn fuq ma japplikawx għal avvenimenti mxandra skont it-Taqsima 5(4).

DISPOŻIZZJONIJIET OĦRA

It-Taqsima 8

Tilwim relatat mal-ftehim skont it-Taqsima 5 (1)-(3) sabiex jixxandar avveniment ta' importanza kbira għas-soċjetà, inklużi kwistjonijiet marbut mal-prezz, għandu jiġi riżolt permezz ta' arbitraġġ, ara l-Att dwar l-Arbitraġġ.

It-Taqsima 9

Il-Ministeru tal-Kultura se jevalwa d-Digriet fi żmien tliet snin mid-dħul fis-seħħ tiegħu. L-evalwazzjoni ser tkopri l-iżviluppi f'forom ta' distribuzzjoni u diskussjonijiet mal-partijiet ikkonċernati.

KSUR

It-Taqsima 10

(1)

Il-ksur tat-Taqsimiet 1(2), 5(1) u (2), 6(1) u (2), u 7(1) u (2) huwa punibbli b'multa.

(2)

Il-kumpaniji, eċċ., (entitajiet ġuridiċi) jistgħu jinżammu responsabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 5 tal-Kodiċi Penali.

It-Taqsima 11

(1)

Skont il-punt (1) tat-Taqsima 50(1) tal-Att dwar ix-Xandir bir-Radju u t-Televiżjoni, il-liċenzja ta' programm maħruġa skont it-Taqsima 45 ta' dak l-Att, tista' tiġi irtirata temporanjament jew b'mod permanenti jekk id-detentur b'mod gravi jew ripetutament jikser l-Att jew id-dispożizzjonijiet stabbiliti skont dak l-Att.

(2)

Skont il-punt (1) tat-Taqsima 50(2) tal-Att dwar ix-Xandir bir-Radju u t-Televiżjoni, il-Bord tar-Radju u t-Televiżjoni, jista' jiddeċiedi li jwaqqaf is-servizzi tal-programm temporanjament jew b'mod permanenti skont it-Taqsima 47 tal-Att jekk l-impriża reġistrata tikser b'mod gravi jew ripetutament l-Att jew dispożizzjonijiet stabbiliti skont dan l-Att.

DĦUL FIS-SEĦĦ

It-Taqsima 12

Dan id-Digriet jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2015 u japplika għal avvenimenti li għalihom jiġi konkluż ftehim dwar l-użu tad-drittijiet esklussivi wara dik id-data.

Il-Ministeru tal-Kultura, id-19 ta' April 2015.

Marianne JELVED/Lars M. BANKE


Rettifika

8.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 177/60


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/713/KE tal-24 ta' Lulju 2008 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 238 tal-5 ta' Settembru 2008 )

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 5:

flok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 2008 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit”

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2008 dwar l-eżistenza ta' żbilanċ eċċessiv fir-Renju Unit”;

Fil-paġna 5, l-aħħar sentenza qabel il-firma:

flok:

“Magħmula fi Brussell, 24 ta' Lulju 2008.”

aqra:

“Magħmul fi Brussell, 8 ta' Lulju 2008.”.