|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1059
tal-1 ta' Lulju 2015
li jistabbilixxi projbizzjoni tas-sajd għal-lingwata komuni fiż-żona IIIa; l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32 minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (2), jistabbilixxi l-kwoti għall-2015. |
|
(2) |
Mill-informazzjoni li waslet għand il-Kummissjoni, jirriżulta li l-qabdiet li saru mill-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2015. |
|
(3) |
Għalhekk, jeħtieġ li jiġu pprojbiti l-attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istat Membru msemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament għall-istokk imsemmi hemmhekk għall-2015 għandha titqies bħala eżawrita mid-data stipulata f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Anness ta' dan ir-Regolament minn bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru msemmi hemmhekk jew irreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stipulata f'dak l-Anness. B'mod partikolari, għandu jkun ipprojbit li jinżamm abbord, jiġi trażbordat, jiġi trasportat jew jinħatt l-art, ħut minn dak l-istokk li jaqbdu dawk il-bastimenti wara dik id-data.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Lowri EVANS
Direttur Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).
ANNESS
|
Nru |
04/TQ104 |
|
Stat Membru |
L-Iżvezja |
|
Stokk |
SOL/3 A/BCD |
|
Speċijiet |
Lingwata komuni (Solea solea) |
|
Żona |
IIIa; L-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subdiviżjonijiet 22-32 |
|
Data tal-għeluq |
22.6.2015 |
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1060
tat-2 ta' Lulju 2015
dwar l-awtorizzazzjoni tal-betaina anidra u tal-betaina kloridrat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċedura biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-betaina anidra u l-betaina kloridrat kienu ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Dawk il-prodotti mbagħad iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu tliet applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-betaina anidra u tal-betaina kloridrat u l-preparazzjonijiet ta' dawn is-sustanzi bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u, skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikanti talbu li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Il-pitravi ħelu ġenetikament modifikat KM-ØØØH71-4 u għalf manifatturat minnu, kienu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/692/KE (3). Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 l-awtorizzazzjoni tal-betaina anidra manifatturata minn pitravi ħelu ġenetikament modifikat KM-ØØØH71-4 għandu jinkludi l-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni “Trouw Nutrition International BV” u l-identifikatur uniku li jkun attribwit għall-organiżmu ġenetikament modifikat (GMO). |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta' April 2013 u tat-18 ta' April 2013 (4), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet li ġew proposti dwar l-użu fl-għalf, il-betaina anidra u l-betaina kloridrat ma jħallux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-betaina anidra u l-betaina kloridrat għandhom il-potenzjal li jkunu effikaċi għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf u fl-ilma imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-betaina anidra u tal-betaina kloridrat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Il-kontenut massimu rakkomandat ta' supplimentazzjoni tal-betaina anidra u tal-betaina kloridrat fl-għalf għall-annimali u fl-ilma għax-xorb għandhom ikunu stabbiliti. |
|
(8) |
Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu iħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-pitravi ħelu KM-ØØØH71-4 huwa awtorizzat biex jintuża fil-produzzjoni ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tad-Deċiżjoni 2007/692/KE. Din id-deċiżjoni ġiet innotifikata lid-detenturi tal-awtorizzazzjonijiet fit-23 ta' Ottubru 2007. Il-perjodu ta' awtorizzazzjoni tal-betaina anidra manifatturata mill-pitravi ħelu KM-ØØØH71-4 bħala addittiv tal-għalf ma għandux ikun itwal mill-perjodu ta' awtorizzazzjoni tal-pitravi ħelu M-ØØØH71-4. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jinsabu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Jannar 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Lulju 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi hekk kif speċifikat fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Lulju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/692/KE tal-24 ta' Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf prodotti mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 69).
(4) EFSA Journal 2013;11(5):3209;EFSA Journal 2013;11(5):3210;EFSA Journal 2013;11(5):3211.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massima |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg tas-sustanza attiva/l ta' ilma |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti tajjeb kimikament li għandhom effett simili |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
3a920 |
— |
Betaina anidra |
Kompożizzjoni tal-addittiv Betaina anidra Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Betaina C5H11NO2 Numru CAS: 107-43-7 Il-betaina anidra, manifatturata permezz ta' sinteżi kimika jew bl-estrazzjoni minn prodotti sekondarji tal-produzzjoni taz-zokkor tal-melassa tal-pitravi taz-zokkor jew karfa tal-inbid. Kriterji ta' purità: il-betaina anidra (forma solida) minimu ta' 97 % (fuq bażi anidra). Il-betaina anidra forma likwida, minimu ta' 47 %. Metodu ta' Analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-betaina anidra fl-addittiv tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-oġġetti tal-ikel u fl-ilma: Metodu tal-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b'individwatur tal-indiċi rifrattiv (HPLC-RI). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2025 |
||||||||||||||||||||
|
3a921 |
Trouw Nutrition International BV |
Betaina anidra manifatturata mill-pitravi taz-zokkor ġenetikament modifikati. |
Kompożizzjoni tal-addittiv Betaina anidra Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Betaina C5H11NO2 Numru CAS: 107-43-7 Betaina anidra, fil-forma solida, manifatturata minn estrazzjoni mill-pitravi taz-zokkor KM-ØØØH71-4 ġenetikament modifikati. Kriterji ta' purità: minimu ta' 97 % (fuq bażi anidra) Metodu ta' Analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-betaina anidra fl-adittivi tal-għalf, fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf u fl-ilma: Metodu tal-kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja b'individwatur tal-indiċi rifrattiv (HPLC-RI). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.10.2017 |
||||||||||||||||||||
|
3a925 |
— |
Betaina kloridrat |
Kompożizzjoni tal-addittiv Betaina kloridrat. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Betaina kloridrat. Formula kimika: C5H11NO2·HCl Numru CAS: 590-46-5 Betaina kloridrat, f'forma solida, manifatturata permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji ta' purità: Minimu ta' 98 % (fuq bażi anidra). Metodu ta' Analiżi (1)
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
23.7.2025 |
||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1061
tat-2 ta' Lulju 2015
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċidu askorbiku, tal-fosfat tal-askorbil tas-sodju, tal-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, tal-askorbat tas-sodju, tal-askorbat tal-kalċju u tal-palmitat tal-askorbil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċedura biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
L-aċidu askorbiku, il-fosfat tal-askorbil tas-sodju, il-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, l-askorbat tas-sodju, l-askorbat tal-kalċju u l-palmitat tal-askorbil kienu awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċi tal-annimali kollha. Dawk il-prodotti mbagħad iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-valutazzjoni mill-ġdid tal-aċidu askorbiku, tal-fosfat tal-askorbil tas-sodju u tal-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju bħala addittivi għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u, f'konformità mal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb għall-aċidu askorbiku. L-applikanti talbu li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
F'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, ġiet ippreżentata applikazzjoni għal valutazzjoni mill-ġdid tal-aċidu askorbiku, tal-askorbat tas-sodju, tal-askorbat tal-kalċju u tal-palmitat tal-askorbil bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-applikanti talbu li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi tekonoloġiċi”. Ma' din l-applikazzjoni intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tat-30 ta' Jannar 2013 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti għall użu fl-għalf, l-aċidu askorbiku, il-fosfat tal-askorbil tas-sodju, il-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, l-askorbat tas-sodju, l-askorbat tal-kalċju u l-palmitat tal-askorbil ma jħallux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċidu askorbiku, il-fosfat tal-askorbil tas-sodju u l-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju huma meqjusa bħala sorsi effettivi tal-vitamina C u peress li l-aċidu askorbiku, l-askorbat tas-sodju, l-askorbat tal-kalċju u l-palmitat tal-askorbil huma awtorizzati għall-użu bħala antiossidanti fl-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf hija essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, m'hemmx għalfejn prova ulterjuri tal-effikaċja tagħhom. |
|
(6) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf u fl-ilma għall-aċidu askorbiku li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza li twaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(7) |
Il-valutazzjoni tal-aċidu askorbiku, il-fosfat tal-askorbil tas-sodju, il-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju, l-askorbat tas-sodju, l-askorbat tal-kalċju u l-palmitat tal-askorbil turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(8) |
Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jinsabu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
2. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi teknoloġiċi” u mill-grupp funzjonali “antiossidanti”, huma awtorizzati bħala addittivi fl-għalf tal-annimali, suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Jannar 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Lulju 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi hekk kif speċifikat fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel it-23 ta' Lulju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel it-23 ta' Lulju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk dawn ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2013; 11(2):3103 u EFSA Journal 2013; 11(2):3104.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg tas-sustanza attiva/l ta' ilma |
|||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili |
|||||||||||||||||||||
|
3a300 |
— |
“Aċidu askorbiku” jew “Vitamina Ċ” |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu askorbiku. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva aċidu L-askorbiku C6H8O6 Nru tal-CAS: 50-81-7 aċidu L-askorbiku f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji ta' purità: minimu ta' 99 % Metodi analitiċi (1) Għad-determinazzjoni tal-aċidu L-askorbiku fl-addittiv tal-għalf: titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Eur.Ph. 01/2011:0253). Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu L-askorbiku f'taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: titrimetrija. Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu L-askorbiku fl-ilma:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Lulju 2025 |
||||||||||||
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili. |
|||||||||||||||||||
|
3a311 |
|
“Fosfat tal-askorbil tas-sodju” jew “Vitamina Ċ” |
Kompożizzjoni tal-addittiv Fosfat tal-askorbil tas-sodju. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Fosfat tal-askorbil tas-sodju C6H6O9Na3P · 2H2O Nru tal-CAS: 66170-10-3 Fosfat tal-askorbil tas-sodju, f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji ta' purità: Minimu ta' 95 % b'kontenut minimu ta' 45 % ta' aċidu askorbiku. Metodi analitiċi (2) Għad-determinazzjoni ta' purità tal-fosfat tal-askorbil tas-sodju u tal-aċidu askorbiku ekwivalenti fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' Individwatur b'Tul ta' Mewġa Varjabbli (VWD). Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-monofosfat tal-askorbil fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' individwatur tal-UV f'254 nm (HPLC-UV). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Lulju 2025 |
||||||||||
|
3a312 |
|
“Fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju” jew “Vitamina Ċ” |
Kompożizzjoni tal-addittiv Fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju C6H6O9P · CaNa. Fosfat tal-L-askorbil tal-kalċju u tas-sodju f'forma solida manifatturat permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji ta' purità: Minimu ta' 95 % b'kontenut minimu ta' 35 % ta' aċidu askorbiku. Metodi analitiċi (2) Għad-determinazzjoni ta' purità tal-fosfat tal-askorbil tal-kalċju u tas-sodju u l-aċidu askorbiku ekwivalenti fl-addittiv tal-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' Individwatur b'Tul ta' Mewġa Varjabbli (VWD). Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-kalċju u tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-monofosfat tal-askorbil fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija Likwida bi Prestazzjoni Għolja flimkien ma' individwatur tal-UV f'254 nm (HPLC-UV). |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
|
|
|
|
it-23 ta' Lulju 2025 |
||||||||||
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||
|
Il-kategorija tal-addittivi teknoloġiċi. Grupp Funzjonali “antiossidanti” |
|||||||||||||||||
|
3a300 |
— |
Aċidu askorbiku |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċidu askorbiku. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva aċidu L-askorbiku C6H8O6 Nru tal-CAS: 50-81-7 Aċidu L-askorbiku f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji ta' purità: minimu ta' 99 % Metodi analitiċi (3) Għad-determinazzjoni tal-aċidu L-askorbiku fl-addittiv tal-għalf: titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Eur.Ph. 01/2011:0253). Għall-kwantifikazzjoni tal-aċidu L-askorbiku f'taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: titrimetrija. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Lulju 2025 |
||||||||
|
1b301 |
|
Askorbat tas-sodju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Askorbat tas-sodju. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva L-askorbat tas-sodju. C6H7O6Na Nru tal-CAS: 134-03-2 Il-L-askorbat tas-sodju f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji ta' purità: minimu ta' 99 %.. Metodi analitiċi (3) Għad-determinazzjoni tal-L-askorbat tas-Sodju fl-addittiv tal-għalf: titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Eur.Ph. 01/2011:1791). Għall-kwantifikazzjoni tat-total tas-sodju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-L-askorbat tas-Sodju fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: titrimetrija. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Lulju 2025 |
||||||||
|
1b302 |
|
Askorbat tal-kalċju |
Kompożizzjoni tal-addittiv Askorbat tal-kalċju. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Deidrat tal-L-(+)-askorbat tal-kalċju C12H14O12Ca · 2H2O Nru tal-CAS: 5743-28-2 Id-Deidrat tal-L-(+)-askorbat tal-kalċju, f'forma solida, manifatturat permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji ta' purità: minimu ta' 99 %. Metodi analitiċi (3) Għad-determinazzjoni tal-L-askorbat tal-Kalċju fl-addittiv tal-għalf: Titrimetrija — Il-monografija tal-Farmakopea Ewropea (Ph. Eur. 01/2008:1182). Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-kalċju fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-L-askorbat tal-Kalċju fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: titrimetrija. |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Lulju 2025 |
||||||||
|
1b304 |
|
Palmitat tal-askorbil |
Kompożizzjoni tal-addittiv Palmitat tal-askorbil Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 6-Palmitil-L-askorbiku C22H38O7 Nru tal-CAS: 137-66-6 6-Palmitil-L-askorbiku f'forma solida, manifatturata permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji ta' purità: minimu ta' 98 %. Metodu analitiku (3) Għad-determinazzjoni tas-6-Palmitil-L-askorbiku fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
it-23 ta' Lulju 2025 |
||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
(2) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.
(3) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1062
tat-2 ta' Lulju 2015
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 jelenka l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li, billi ntgħażlu mill-Kunsill, huma koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Lulju 2015, il-Kunsill iddeċieda li jżid entità waħda u sitt persuni fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom l-iffrizar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi għandu japplika. Għaldaqstant, l-Anness V għandu jiġi aġġornat. |
|
(3) |
Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament irid jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament:
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
F'isem il-President
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 329/2007, huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
L-entrati li ġejjin huma miżjuda taħt l-intestatura “C. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b)” titħassar:
|
|
(b) |
L-annotazzjoni li ġejja taħt l-intestatura “D. Persuni ġuridiċi, entitatjiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)(b):”
|
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/19 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1063
tat-2 ta' Lulju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
MA |
145,0 |
|
MK |
39,1 |
|
|
ZZ |
92,1 |
|
|
0707 00 05 |
TR |
106,1 |
|
ZZ |
106,1 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
116,8 |
|
ZZ |
116,8 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
117,5 |
|
BO |
144,3 |
|
|
UY |
130,0 |
|
|
ZA |
146,9 |
|
|
ZZ |
134,7 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
114,7 |
|
BR |
104,0 |
|
|
CL |
127,8 |
|
|
NZ |
150,7 |
|
|
US |
164,6 |
|
|
ZA |
126,5 |
|
|
ZZ |
131,4 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
117,0 |
|
CL |
134,8 |
|
|
NZ |
180,4 |
|
|
ZA |
129,2 |
|
|
ZZ |
140,4 |
|
|
0809 10 00 |
IL |
315,1 |
|
TR |
247,1 |
|
|
ZZ |
281,1 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
291,2 |
|
ZZ |
291,2 |
|
|
0809 40 05 |
IL |
241,9 |
|
ZZ |
241,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1064
tat-2 ta' Lulju 2015
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-3 ta' Lulju 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/354/PESK (1) li estendiet il-mandat ta' EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2013. |
|
(2) |
Fid-9 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/447/PESK (2) li emendat id-Deċiżjoni 2013/354/PESK u li estendiet il-missjoni ta' EUPOL COPPS mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015. |
|
(3) |
Wara r-Reviżjoni Strateġika ta' EUPOL COPPS, il-Missjoni għandha tiġi estiża għal perijodu addizzjonali ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2016. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(5) |
EUPOL COPPS ser titwettaq fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/354/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun EUR 9 570 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun EUR 9 820 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta ma' EUPOL COPPS għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandu jkun EUR 9 175 000”; |
|
(2) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 12a Ċellula ta' proġetti 1. EUPOL COPPS għandha jkollha Ċellula ta' Proġetti għall-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti li huma konsistenti mal-objettivi tal-Missjoni u li tiffaċilita t-twettiq tal-mandat. EUPOL COPPS għandha, kif adatt, tiffaċilita u tagħti pariri dwar proġetti, implimentati mill-Istati Membri u minn Stati terzi, taħt ir-responsabbiltà tagħhom f'oqsma relatati ma' EUPOL COPPS u b'appoġġ għall-objettivi tagħha. 2. Soġġetta għall-paragrafu 3, EUPOL COPPS għandha tkun awtorizzata li tagħmel rikors għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni u l-Istati Membri jew l-Istati terzi għall-implimentazzjoni ta' proġetti identifikati li jissupplimentaw b'mod konsistenti azzjonijiet oħra ta' EUPOL COPPS, fejn il-proġetti jkunu:
Ladarba l-Kummissjoni jew dawk l-Istati jkunu formalment ipproponew li l-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom tiġi ġestita minn EUPOL COPPS, EUPOL COPPS għandha tikkonkludi arranġament mal-Kummissjoni jew dawk l-Istati, li jkopri b'mod partikolari l-proċeduri speċifiċi għat-trattament ta' kull ilment minn partijiet terzi dwar ħsara kkawżata bħala riżultat ta' atti jew ommissjonijiet minn EUPOL COPPS fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. L-Istati kontribwenti fl-ebda ċirkostanza ma jistgħu jżommu lill-Unjoni jew lir-RGħ responsabbli għal atti jew ommissjonijiet minn EUPOL COPPS fl-użu tal-fondi pprovduti minn dawk l-Istati. 3. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni, l-Istati Membri jew l-Istati terzi għaċ-Ċellula ta' Proġetti għandhom ikunu soġġetti għall-aċċettazzjoni mill-KPS.”; |
|
(3) |
Fl-Artikolu 15, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/354/PESK tat-3 ta' Lulju 2013 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 185, 4.7.2013, p. 12).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/447/PESK tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/354/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) (ĠU L 201, 10.7.2014, p. 28).
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1065
tat-2 ta' Lulju 2015
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-25 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK (1). |
|
(2) |
Fit-3 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/430/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK u li testendi l-EU BAM Rafah sat-30 ta' Ġunju 2015. |
|
(3) |
Wara r-Reviżjoni Strateġika tal-EU BAM Rafah, il-Missjoni għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar, sat-30 ta' Ġunju 2016. |
|
(4) |
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ. |
|
(5) |
L-EU BAM Rafah ser titmexxa fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 jiġi sostitwit b'dan li ġej: “1. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-25 ta' Novembru 2005 sal-31 ta' Diċembru 2011 għandu jkun ta' EUR 21 570 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 2012 sat-30 ta' Ġunju 2012 għandu jkun ta' EUR 970 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2012 sat-30 ta' Ġunju 2013 għandu jkun ta' EUR 980 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 għandu jkun ta' EUR 940 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2014 sat-30 ta' Ġunju 2015 għandu jkun ta' EUR 940 000. L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandu jkun ta' EUR 1 270 000.”; |
|
(2) |
fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Hija għandha tiskadi fit-30 ta' Ġunju 2016.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-25 ta' Novembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/430/PESK tat-3 ta' Lulju 2014 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta' Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAM Rafah) (ĠU L 197, 4.7.2014, p. 75).
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1066
tat-2 ta' Lulju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK. |
|
(2) |
Entità waħda u sitt persuni għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK. |
|
(3) |
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Lulju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
ANNESS
Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK:
II. Persuni u entitajiet li jipprovdu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati man-nuklear, relatati mal-missili ballistiċi jew relatati ma' armi oħra tal-qerda massiva.
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
|
4. |
KIM Il-Su |
Rahlstedter Straße 83 a, 22149 Hamburg. Data tat-twelid: 2.9.1965 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK |
Rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH deżinjata mill-UE, li jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha |
|
5. |
KANG Song-Nam |
Rahlstedter Straße 83 a, 22149 Hamburg. Data tat-twelid: 5.7.1972 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. |
Rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH deżinjata mill-UE, li jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha |
|
6. |
CHOE Chun-Sik |
Rahlstedter Straße 83 a, 22149 Hamburg. Data tat-twelid: 23.12.1963 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. Nru tal-Passaport 745132109 validu sa 12.2.2020 |
Rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH deżinjata mill-UE, li jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha |
|
7. |
SIN Kyu-Nam |
Data tat-twelid: 12.9.1972 Post tat-twelid: Pyongyang, RDPK. Nru tal-Passaport PO472132950 |
Kap tad-dipartiment tal-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang u eks rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH Hamburg. Jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha |
|
8. |
PAK Chun-San |
Data tat-twelid: 18.12.1953 Post tat-twelid: Phyongan, RDPK. Nru tal-Passaport PS472220097 |
Kap tad-dipartiment tal-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang u eks rappreżentant plenipotenzjarju awtorizzat ta' KNIC GmbH Hamburg. Jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha |
|
9. |
SO Tong Myong |
Data tat-twelid: 10.9.1956 |
Direttur Maniġerjali ta' KNIC GmbH Hamburg, li jaġixxi f'isem KNIC jew taħt id-direzzjoni tagħha |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
|
5. |
Korea National Insurance Company (KNIC) GmbH. (magħrufa wkoll bħala Korea Foreign Insurance Company) |
Rahlstedter Straße 83 a, 22149 Hamburg |
KNIC GmbH, bħala sussidjarja kkontrollata mill-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang (Indirizz: Haebangsan-dong, Central District, Pyongyang, RDPK), li hi entità tal-gvern, qed tiġġenera dħul sostanzjali f'munita barranija li jintuża biex jiġi appoġġat ir-reġim fil-Korea ta' Fuq. Dawk ir-riżorsi jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati man-nuklear, relatati mal-missili ballistiċi jew relatati ma' armi oħra tal-qerda massiva. Barra minn hekk, il-kwartieri ġenerali ta' KNIC fi Pyongyang huma konnessiss mal-Uffiċċju 39 tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, li hu entità deżinjata. |
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/28 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1067
tal-1 ta' Lulju 2015
dwar miżura meħuda minn Spanja f'konformità mad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, iċ-Ċina
(notifikata bid-dokument C(2015) 4360)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Spanja infurmat lill-Kummissjoni dwar miżura biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1”, immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, (iċ-Ċina), impurtat mill-kumpanija Adeo Service (Franza) u mqassam fi Spanja mill-kumpanija Leroy Merlin (Spanja). |
|
(2) |
Il-jigsaw kellu l-marka CE skont id-Direttiva 2006/42/KE. |
|
(3) |
Din il-miżura ttieħdet minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-jigsaw mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-punti 1.3.2 — Ir-riskju ta' ksur waqt it-tħaddim, 1.3.4 — Riskji minħabba l-uċuħ, it-truf jew l-angoli, 1.4.1 — Rekwiżiti ġenerali tal-mezzi li jilqgħu u l-mezzi ta' protezzjoni u 1.4.2 — Ħtiġijiet speċjali għall-mezzi ta' lqugħ tal-Anness I tad-Direttiva 2006/42/KE, abbażi tal-fatt li l-makkinarju naqas milli jgħaddi mit-test ta' reżistenza u jippreżenta riskji ta' qtugħ u aċċess għall-partijiet attivi. |
|
(4) |
Spanja infurmat lid-distributur u lill-importatur b'dawn in-nuqqasijiet. Minn jeddu, l-importatur ħa l-miżuri meħtieġa biex ineħħi mis-suq il-prodotti li mhumiex konformi. |
|
(5) |
Id-dokumentazzjoni disponibbli, il-kummenti espressi u l-azzjoni meħuda mill-partijiet ikkonċernati juru li l-jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1” ma jissodisfax ir-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fid-Direttiva 2006/42/KE. Għaldaqstant jixraq li l-miżura li ħadet Spanja titqies bħala waħda ġġustifikata, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miżura meħuda minn Spanja biex jiġi pprojbit it-tqegħid fis-suq ta' jigsaw tat-tip “Practyl/JS-HF-55-1” immanifatturat mill-kumpanija Yongkang Hengfa Electrical Appliance Co Ltd, hija ġġustifikata.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/30 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1068
tal-1 ta' Lulju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2002/994/KE dwar xi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina
(notifikata bid-dokument C(2015) 4437)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 22(6) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE (2) tapplika għall-prodotti kollha li joriġinaw mill-annimali importati miċ-Ċina u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf tal-annimali. |
|
(2) |
B'konformità mal-Artikolu 2(1) ta' dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni ta' dawn il-prodotti. L-Artikolu 2(2) jistipula żewġ derogi minn dik il-projbizzjoni. |
|
(3) |
B'konformità mal-ewwel deroga tal-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni 2002/994/KE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fil-Parti I tal-Anness ta' dik id-Deċiżjoni skont il-kondizzjonijiet speċifiċi tas-saħħa pubblika u s-saħħa tal-annimali applikabbli għall-prodotti kkonċernati. |
|
(4) |
B'konformità mat-tieni deroga tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Deċiżjoni, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fil-Parti II tal-Anness li huma akkumpanjati wkoll minn dikjarazzjoni speċifika tal-awtorità kompetenti Ċiniża, li tiddikjara li l-prodotti kkonċernati mhumiex ta' periklu għas-saħħa tal-annimali jew tal-bniedem. |
|
(5) |
L-eżistenza ta' żewġ listi ta' prodotti ħolqot inċertezzi fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2002/994/KE, billi xi sustanzi bħal addittivi tal-għalf u tal-ikel, supplimenti tal-ikel u materjal tal-għalf ma ġew inklużi fl-ebda waħda mil-listi. L-Awtoritajiet Ċiniżi talbu li sustanzi oħra jiżdiedu fil-Parti I, u barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li r-raġunijiet li wasslu għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2002/994/KE mhumiex applikabbli għal addittivi tal-għalf u tal-ikel, u għal supplimenti tal-ikel u materjal tal-għalf, minħabba li dawn huma ta' natura raffinata ħafna. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni 2002/994/KE tinbidel b'dan li ġej:
“PARTI I
Lista ta' prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew għall-użu bħala għalf għall-annimali li l-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni hija awtorizzata mingħajr l-attestazzjoni stipulata mill-Artikolu 3:
|
— |
prodotti tas-sajd, ħlief:
|
|
— |
ġelatina; |
|
— |
ikel tal-annimali domestiċi kif irregolat skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1); |
|
— |
sustanzi maħsuba biex jintużaw bħala addittivi tal-ikel kif irregolati skont ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2); |
|
— |
sustanzi maħsuba biex jintużaw bħala supplimenti tal-ikel jew fis-supplimenti tal-ikel kif irregolati skont id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3); |
|
— |
Is-sulfat tal-kondrojtin u l-glukosammina meqjusa bħala materjali tal-għalf, kif irregolati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 (*4); |
|
— |
L-ċisteina u L-ċistina meqjusa bħala addittivi tal-għalf kif irregolati skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5) |
(*1) Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1)."
(*2) Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-addittivi ta' l-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16)."
(*3) Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti ta' l-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51)."
(*4) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 68/2013 tas-16 ta' Jannar 2013 dwar il-Katalgu tal-materjali tal-għalf (ĠU L 29, 30.1.2013, p. 1)."
(*5) Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf ta' l-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29)”."
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Lulju 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/994/KE tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar xi miżuri ta' protezzjoni fir-rigward tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali impurtati miċ-Ċina (ĠU L 348, 21.12.2002, p. 154).
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/32 |
DEĊIŻJONI Nru 2/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA DWAR IT-TRANŻITU KOMUNI
tas-17 ta' Ġunju 2015
li temenda l-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu [2015/1069]
IL-KUMITAT KONĠUNT UE-EFTA,
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
L-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja esprimiet ix-xewqa tagħha li taderixxi mal-Konvenzjoni tal-20 ta' Mejju 1987 dwar proċedura komuni ta' tranżitu (il-“Konvenzjoni”) u ġiet mistiedna tagħmel dan wara d-Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-11 ta' Mejju 2015 (2) mill-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Konvenzjoni. |
|
(2) |
Għalhekk il-verżjonijiet fil-lingwa uffiċjali tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tar-referenzi li jintużaw fil-Konvenzjoni għandhom jiddaħħlu fil-Konvenzjoni fl-ordni xierqa. |
|
(3) |
L-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija marbuta mad-data tal-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mal-Konvenzjoni. |
|
(4) |
Sabiex ikunu jistgħu jintużaw il-formoli ta' garanzija stampati skont il-kriterji fis-seħħ qabel id-data tal-adeżjoni tal-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja mal-Konvenzjoni, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw il-formoli stampati b'xi adattamenti. |
|
(5) |
Għaldaqstant il-Konvenzjoni għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Appendiċi III tal-Konvenzjoni dwar proċedura komuni ta' tranżitu huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 2015.
2. Il-formoli bbażati fuq il-formoli mudell fl-Annessi C1, C2, C3, C4, C5, C6 tal-Appendiċi III kif kienu fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2012 jistgħu jibqgħu jintużaw, soġġetti għall-adattamenti ġeografiċi meħtieġa u għall-adattamenti li jikkonċernaw l-indirizz għal servizz jew l-aġent awtorizzat, sal-1 ta' Mejju 2016.
Magħmul f'Ankara, is-17 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kumitat Konġunt UE-EFTA
Neșet AKKOÇ
Il-President
ANNESS
1.
Fl-Anness B1, fil-kaxxa 51 bejn il-Latvja u Malta jiżdied l-inċiż li ġej:|
— |
“MK (*) L-Eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”. |
2.
Fl-Anness B6, it-Titolu III jiġi emendat kif ġej:|
2.1. |
fl-ewwel parti tat-tabella “Validità limitata — 99200”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.2. |
fit-tieni parti tat-tabella “Rinunzja — 99201”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.3. |
fit-tielet parti tat-tabella “Prova alternattiva — 99202”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.4. |
fir-raba' parti tat-tabella “Differenzi: uffiċċju fejn l-oġġetti kienu ppreżentati (isem u pajjiż) — 99203”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.5. |
fil-ħames parti tat-tabella “Ħruġ mill-… soġġett għar-restrizzjonijiet jew ħlasijiet taħt Regolament/Direttiva/Deċiżjoni Nru … — 99204”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.6. |
fis-sitt parti tat-tabella “Tneħħija tal-itinerarju preskitt — 99205”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.7. |
fis-seba' parti tat-tabella “Awtorizzat li jibgħat — 99206”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.8. |
fit-tmien parti tat-tabella “Firma mhux meħtieġa — 99207”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.9. |
fid-disa' parti tat-tabella “MHUX PERMESS GARANZIJA KOMPRENSIVA — 99208”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.10. |
fl-għaxar parti tat-tabella “UŻU MHUX RISTRETT — 99209”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.11. |
fil-ħdax-il parti tat-tabella “Maħruġ b'mod retrospettiv — 99210”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.12. |
fit-tnax-il parti tat-tabella “Diversi — 99211”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.13. |
fit-tlettax-il parti tat-tabella “Bil-kwantità — 99212”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
|
2.14. |
fl-erbatax-il parti tat-tabella “Konsenjatur — 99213”, qabel MT jiżdied l-inċiż li ġej:
|
3.
L-Anness C1 jinbidel b'dan li ġej:“ANNESS C1
PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU
DOKUMENT TA' GARANZIJA
GARANZIJA INDIVIDWALI
I. Impenn mill-garanti
|
1. |
Is-sottoskritt (1) … residenti f'dan l-indirizz (2) … hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' … sa ammont massimu ta' … favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (3), kull ammont ta' kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri — iżda mhux multi — li għalihom il-prinċipal (4) … hu jew jista' jsir responsabbli għall-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta' dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti deskritti hawn taħt imqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju mill-uffiċċju tat-tluq ta' … lejn l-uffiċċju tad-destinazzjoni …
Deskrizzjoni tal-merkanzija: … |
|
2. |
Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix, qabel l-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.
Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, għandhom jiġu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat. |
|
3. |
Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data. |
|
4. |
Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz (5) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 bħala:
Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati bħala li twasslulu kif meħtieġ. Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem. Magħmul fi …, nhar il-… … (Firma) (6) |
II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija
L-uffiċċju tal-garanzija …
L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il-… sabiex ikopri l-operazzjoni ta' tranżitu komuni/Komunitarju effettwata bid-dikjarazzjoni ta' tranżitu Nru … ta' … (7).
(Timbru u firma)
(1) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża."
(2) L-indirizz sħiħ."
(3) Ħassar l-isem tal-Parti/Partijiet Kontraenti jew tal-Istati (Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jiġix tranżitat. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju."
(4) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża."
(5) Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija."
(6) Qabel jiffirma d-dokument, il-firmatarju tad-dokument għandu jikteb b'idejh ‘Garanzija għal ammont ta'…’ u l-ammont irid jitniżżel bl-ittri."
(7) Din għandha timtela mill-uffiċċju tal-garanzija” "
4.
L-Anness C2 jinbidel b'dan li ġej:“ANNESS C2
PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU
DOKUMENT TA' GARANZIJA
GARANZIJA INDIVIDWALI FIL-FORMA TA' VAWĊERS
I. Impenn mill-garanti
|
1. |
Is-sottoskritt (8) … residenti f'dan l-indirizz (9) … hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' … favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (10), kull ammont ta' kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri — iżda mhux multi — li għalihom il-prinċipal hu jew jista' jsir responsabbli għall-Istati hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta' dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju li fir-rigward tagħhom is-sottoskritt intrabat li joħroġ vawċers ta' garanzija individwali sa massimu ta' EUR 7 000 għal kull vawċer. |
|
2. |
Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sa EUR 7 000 għal kull vawċer ta' garanzija individwali, sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix, qabel l-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.
Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, għandhom jiġu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat. |
|
3. |
Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data. |
|
4. |
Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz (11) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 bħala:
Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati bħala li twasslulu kif meħtieġ. Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem. Magħmul fi …, nhar il-… … (Firma) (12) |
II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija
L-uffiċċju tal-garanzija
…
L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il-
…
…
(Timbru u firma)
(8) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża."
(9) L-indirizz sħiħ."
(10) Għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju biss."
(11) Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija."
(12) Qabel jiffirma, il-firmatarju għandu jikteb b'idejh dan li ġej: ‘Garanzija’ ” "
5.
L-Anness C4 jinbidel b'dan li ġej:“ANNESS C4
PROĊEDURA TA' TRANŻITU KOMUNI/KOMUNITARJU
DOKUMENT TA' GARANZIJA
GARANZIJA KOMPRENSIVA
I. Impenn mill-garanti
|
1. |
Is-sottoskritt (13) … residenti f'dan l-indirizz (14) … hawn konġuntament u separatament jiggarantixxi, fl-uffiċċju tal-garanzija ta' … sa ammont massimu ta' … jiġifieri 100/50/30 % (15) tal-ammont ta' referenza, favur l-Unjoni Ewropea (li tinkludi r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Iżvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq) u r-Repubblika tal-Iżlanda, l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera, ir-Repubblika tat-Turkija, il-Prinċipat ta' Andorra u r-Repubblika ta' San Marino (16), kull ammont ta' kapital, obbligazzjonijiet, spejjeż u inċidentali ulterjuri — iżda mhux multi — li għalihom il-prinċipal (17) … hu jew jista' jsir responsabbli għall-pajjiżi hawn fuq imsemmija għad-dejn fil-forma ta' dazju u spejjeż oħra applikabbli għall-oġġetti mqiegħda fil-proċedura ta' tranżitu komuni jew ta' tranżitu Komunitarju. |
|
2. |
Is-sottoskritt jimpenja ruħu li mal-ewwel applikazzjoni bil-miktub mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi msemmija fil-punt 1 u mingħajr ma jkun jista' jipposponi l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni, iħallas l-ammonti mitluba sa mhux aktar mill-ammonti massimi msemmija hawn fuq, sakemm hu jew xi persuna oħra kkonċernata ma tistabilixxix, qabel l-għeluq ta' dak il-perjodu, għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti, li l-proċedura tkun intemmet.
Fuq it-talba tas-sottoskritt u għal raġunijiet meqjusa validi, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipposponu l-ħlas lil hinn mill-perjodu ta' 30 jum mid-data tal-applikazzjoni li matulu jkun obbligat iħallas l-ammonti mitluba. L-ispejjeż imġarrba minħabba l-għoti tal-perjodu addizzjonali, b'mod partikulari xi mgħax, għandhom jiġu kkalkulati b'tali mod li l-ammont ikun bħal dak imħallas f'ċirkustanzi simili fis-suq monetarju jew fis-suq finanzjarju tal-pajjiż ikkonċernat. L-ammont ma jistax jitnaqqas b'xi ammonti li jkunu diġà tħallsu skont it-termini ta' dan l-impenn, sakemm is-sottoskritt ma jintalabx iħallas dejn maħluq waqt operazzjoni ta' tranżitu komuni jew Komunitarju li tkun bdiet qabel tkun waslet it-talba preċedenti għall-ħlas jew sa 30 jum wara. |
|
3. |
Dan l-impenn għandu jibda jgħodd minn meta jaċċettah l-uffiċċju tal-garanzija. Is-sottoskritt jibqa' responsabbli għall-ħlas ta' kull dejn li jsir waqt operazzjonijiet ta' tranżitu komuni jew Komunitarju koperti b'dan l-impenn u mibdijin qabel tidħol fis-seħħ xi revoka jew kanċellazzjoni tal-garanzija, anki jekk it-talba għall-ħlas issir wara dik id-data. |
|
4. |
Għall-finijiet ta' dan l-impenn, is-sottoskritt jagħti l-indirizz tiegħu għal servizz (18) f'kull wieħed mill-pajjiżi l-oħra msemmija fil-paragrafu 1 bħala:
Is-sottoskritt jirrikonoxxi li kull korrispondenza u avviż u kull formalità jew proċedura marbuta ma' dan l-impenn indirizzat lil wieħed mill-indirizzi għal servizz tiegħu jew magħmul bil-miktub f'wieħed minnhom, għandhom jiġu aċċettati bħala li twasslulu kif meħtieġ. Is-sottoskritt jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-postijiet fejn għandu indirizz għal servizz. Is-sottoskritt jimpenja ruħu li ma jibdilx l-indirizzi tiegħu għal servizz jew, jekk ikollu jibdel xi wieħed jew aktar minn dawk l-indirizzi, javża lill-uffiċċju tal-garanzija bil-quddiem. Magħmul fi …, nhar il-… … (Firma) (19) |
II. L-aċċettazzjoni mill-uffiċċju tal-garanzija
L-uffiċċju tal-garanzija
…
L-impenn tal-garanti aċċettat nhar il-
…
…
(Timbru u firma)
(13) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża."
(14) L-indirizz sħiħ."
(15) Ħassar dak li ma japplikax."
(16) Ħassar isem il-Parti/Partijiet Kontraenti jew l-Istati (Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jiġix tranżitat. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju."
(17) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża."
(18) Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija."
(19) Qabel jiffirma, il-firmatarju għandu jikteb b'idejh dan li ġej: ‘Garanzija għall-ammont ta'…’ bl-ammont miktub sħiħ.” "
6.
Fil-kaxxa 7 tal-Anness C5, bejn il-kliem “l-Iżlanda” u “in-Norveġja” jiddaħħlu l-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”.
7.
Fil-kaxxa 6 tal-Anness C6, bejn il-kliem “l-Iżlanda” u “in-Norveġja” jiddaħħlu l-kliem “l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”.
(*1) Kodiċi provviżorju li ma jaffettwax id-denominazzjoni definittiva tal-pajjiż li għandha tiġi attribwita wara l-konklużjoni tan-negozjati li attwalment qegħdin isiru fin-Nazzjonijiet Uniti”.
(1) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża.
(2) L-indirizz sħiħ.
(3) Ħassar l-isem tal-Parti/Partijiet Kontraenti jew tal-Istati (Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jiġix tranżitat. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju.
(4) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża.
(5) Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.
(6) Qabel jiffirma d-dokument, il-firmatarju tad-dokument għandu jikteb b'idejh ‘Garanzija għal ammont ta'…’ u l-ammont irid jitniżżel bl-ittri.
(7) Din għandha timtela mill-uffiċċju tal-garanzija”
(8) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża.
(9) L-indirizz sħiħ.
(10) Għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju biss.
(11) Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.
(12) Qabel jiffirma, il-firmatarju għandu jikteb b'idejh dan li ġej: ‘Garanzija’ ”
(13) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża.
(14) L-indirizz sħiħ.
(15) Ħassar dak li ma japplikax.
(16) Ħassar isem il-Parti/Partijiet Kontraenti jew l-Istati (Andorra jew San Marino) li t-territorju tagħhom ma jiġix tranżitat. Ir-referenzi għall-Prinċipat ta' Andorra u għar-Repubblika ta' San Marino japplikaw biss għal operazzjonijiet ta' tranżitu Komunitarju.
(17) Il-kunjom u isem, jew isem l-impriża.
(18) Jekk fil-liġi tal-pajjiż m'hemm l-ebda dispożizzjoni għal indirizz għal servizz, il-garanti għandu jaħtar aġent awtorizzat f'dan il-pajjiż biex jirċievi kull komunikazzjoni indirizzata lilu u r-rikonoxximent fit-tieni subparagrafu u l-impenn fir-raba' subparagrafu tal-paragrafu 4 iridu jkunu korrispondenti. Il-qrati tal-pajjiżi li fihom jinsabu l-indirizzi għal servizz tal-garanti jew tal-aġenti tiegħu għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet rigward din il-garanzija.
(19) Qabel jiffirma, il-firmatarju għandu jikteb b'idejh dan li ġej: ‘Garanzija għall-ammont ta'…’ bl-ammont miktub sħiħ.” ”
Rettifika
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/40 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-forma tal-laissez-passer maħruġin mill-Unjoni Ewropea
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 353 tat-28 ta' Diċembru 2013 )
F'paġna 30, Anness I, fir-rigward tal-punt (1) tal-Paġna 3 tal-laissez-passer:
minflok:
“Paġna 3
|
1. |
Вид * Tipo * Typ * Type * Art * Liik * Τύπος * Type * Type * Cineál * Vrsta * Tipo * Tips * Rūšis * Az okmány típusa * Tip * Soort * Typ * Tipo * Tip * Druh * Tip * Tyyppi * Typ”; |
aqra:
“Paġna 3
|
1. |
Вид * Tipo * Typ * Type * Art * Liik * Τύπος * Type * Type * Saghas * Vrsta * Tipo * Tips * Rūšis * Az okmány típusa * Tip * Soort * Typ * Tipo * Tip * Typ * Tip * Tyyppi * Typ”. |
F'paġna 31, Anness I, fir-rigward tal-punti (3) sa (6) tal-Paġna 3 tal-laissez-passer:
minflok:
|
“3. |
Номер на разрешението за преминаване * Número de salvoconducto * Číslo průkazu * Passérseddel nr. * Laissez- Passer Nr. * Reisiloa number * Αριθμός άδειας διέλευσης * Laissez-passer number * Numéro du laissez-passer * Uimhir laissez-passer * Broj propusnice * Numero del lasciapassare * Ceļošanas atļaujas numurs * Laissez-passer numeris * LP- szám * Numru tal-laissez-passer * Nummer van het laissez-passer * Numer laissez-passer * Número do livre-trânsito * Numărul permisului de liberă trecere * Číslo preukazu * Številka prepustnice * Kulkuluvan numero * Laissez-passer- handlingens nummer |
|
4. |
Фамилно име * Apellidos * Příjmení * Efternavn * Name * Nimi * Επώνυμο * Surname * Nom * Ainm * Prezime * Cognome * Uzvārds * Pavardė * Családi név * Kunjom * Naam * Nazwisko * Apelido * Nume * Priezvisko * Priimek * Sukunimi * Efternamn |
|
5. |
Име * Nombre * Jméno * Fornavne * Vornamen * Eesnimed * Ονόματα * Name * Prénom(s) * Céadainm(eacha) * Ime * Nome * Vārds(-i) * Vardas * Utónév * Isem * Voornamen * Imiona * Nomes próprios * Prenume * Meno * Ime * Etunimet * Förnamn |
|
6. |
Длъжностно лице на/Гражданство * Funcionario de/Nacionalidad * Úředník/národnost * Tjenestemand i/Nationalitet * Beamter der/des/Staatsangehörigkeit * Ametnik/Kodakondsus * Υπάλληλος του/της/Υπηκοότητα * Official of/Nationality * Agent de/Nationalité * Oifigeach de chuid /Náisiúntacht * Institucija dužnosnika/Državljanstvo * Funzionario del/della/Cittadinanza * … ierēdnis/Valstspiederība * Pareigūnas/Pilietybė * Melyik intézmény tisztviselője/Állampolgárság * Uffiċjal ta'/Ċittadinanza * Ambtenaar van/Nationaliteit * Urzędnik/Obywatelstwo * Funcionário de/Nacionalidade * Funcționar al/Cetățenia * Inštitúcia/Štátna príslušnosť * Uradnik/Državljanstvo * … virkamies/ Kansalaisuus * Tjänsteman vid/Nationalitet”; |
aqra:
|
“3. |
Номер на разрешението за преминаване * Número de salvoconducto * Číslo průkazu * Passérseddel nr. * Laissez-passer Nr. * Reisiloa number * Αριθμός άδειας διέλευσης * Laissez-passer number * Numéro du laissez-passer * Uimhir an laissez-passer * Broj propusnice * Numero del lasciapassare * Ceļošanas atļaujas numurs * Laissez-passer numeris * LP-szám * Numru tal-laissez-passer * Nummer van het laissez-passer * Numer laissez-passer * Número do livre-trânsito * Numărul permisului de liberă trecere * Číslo preukazu * Številka prepustnice * Kulkuluvan numero * Laissez-passer-handlingens nummer |
|
4. |
Фамилно име * Apellidos * Příjmení * Efternavn * Name * Nimi * Επώνυμο * Surname * Nom * Sloinne * Prezime * Cognome * Uzvārds * Pavardė * Családi név * Kunjom * Naam * Nazwisko * Apelido * Nume * Priezvisko * Priimek * Sukunimi * Efternamn |
|
5. |
Име * Nombre * Jméno * Fornavne * Vornamen * Eesnimed * Ονόματα * Name * Prénom(s) * Túsainm(neacha) * Ime * Nome * Vārds(-i) * Vardas * Utónév * Isem * Voornamen * Imiona * Nomes próprios * Prenume * Meno * Ime * Etunimet * Förnamn |
|
6. |
Длъжностно лице на/Гражданство * Funcionario de/Nacionalidad * Úředník/národnost * Tjenestemand i/Nationalitet * Beamter der/des/Staatsangehörigkeit * Ametnik/Kodakondsus * Υπάλληλος του/της/Υπηκοότητα * Official of/Nationality * Agent de/Nationalité * Oifigeach de chuid /Náisiúntacht * Institucija dužnosnika/Državljanstvo * Funzionario del/della/Cittadinanza * … ierēdnis/Valstspiederība * Pareigūnas/Pilietybė * Melyik intézmény tisztviselője/Állampolgárság * Uffiċjal ta'/Ċittadinanza * Ambtenaar van/Nationaliteit * Urzędnik/Obywatelstwo * Funcionário de/Nacionalidade * Funcționar al/Cetățenia * Úradník inštitúcie/Štátna príslušnosť * Uradnik/Državljanstvo * … virkamies/ Kansalaisuus * Tjänsteman vid/Nationalitet”. |
F'paġna 31, Anness I, fir-rigward tal-punti (11) u (12) tal-Paġna 3 tal-laissez-passer:
minflok:
|
“11. |
Издаващ орган * Autoridad expedidora * Vydávající orgán * Udstedende myndighed * Ausstellende Behörde* Väljaandnud asutus * Εκδούσα αρχή * Issuing authority * Autorité de délivrance * An tÚdarás eisiúna * Tijelo koje je izdalo propusnicu * Autorità di emissione * Izdevējiestāde * Išdavusi institucija * Kiállító hatóság * Awtorità tal-ħruġ * Instantie van afgifte * Organ wydający * Autoridade emissora * Autoritatea emitentă * Vydávajúci orgán * Organ izdaje * Kulkuluvan myöntänyt viranomainen * Utfärdande myndighet |
|
12. |
Дата на изтичане на срока на валидност * Fecha de caducidad * Platnost do * Udløbsdato * Gültig bis * Kehtiv kuni * Ημερομηνία λήξης * Date of expiry * Date de validité * Dáta éaga * Vrijedi do * Data di scadenza * Derīga līdz * Galioja iki * Lejárat időpontja * Data tal-għeluq * Geldig tot * Termin ważności * Data de validade * Data expirării * Dátum platnosti * Velja do * Viimeinen voimassaolopäivä * Sista giltighetsdag”; |
aqra:
|
“11. |
Издаващ орган * Autoridad expedidora * Vydávající orgán * Udstedende myndighed * Ausstellende Behörde* Väljaandnud asutus * Εκδούσα αρχή * Issuing authority * Autorité de délivrance * Údarás eisiúna * Tijelo koje je izdalo propusnicu * Autorità di emissione * Izdevējiestāde * Išdavusi institucija * Kiállító hatóság * Awtorità tal-ħruġ * Instantie van afgifte * Organ wydający * Autoridade emissora * Autoritatea emitentă * Vydávajúci orgán * Organ izdaje * Kulkuluvan myöntänyt viranomainen * Utfärdande myndighet |
|
12. |
Дата на изтичане на срока на валидност * Fecha de caducidad * Platnost do * Udløbsdato * Gültig bis * Kehtiv kuni * Ημερομηνία λήξης * Date of expiry * Date de validité * As feidhm * Vrijedi do * Data di scadenza * Derīga līdz * Galioja iki * Lejárat időpontja * Data tal-għeluq * Geldig tot * Termin ważności * Data de validade * Data expirării * Dátum platnosti * Velja do * Viimeinen voimassaolopäivä * Sista giltighetsdag”. |
F'paġna 31, Anness I, fir-rigward tal-Paġna 4 tal-laissez-passer:
minflok:
“Paġna 4
Длъжност * Cargo * Funkce * Stilling * Funktion * Ametikoht * Ιδιότητα * Function * Fonction * Post * Dužnost * Funzione * Amats * Pareigos * Beosztás * Kariga * Functie * Stanowisko * Cargo * Funcție * Funkcia * Funkcija * Virka * Befattning
(Din il-paġna ser tintuża wkoll għall-kummenti bħal ‘Membru tal-familja’ jew ‘Laissez-Passer temporanju’)”;
aqra:
“Paġna 4
Длъжност * Cargo * Funkce * Stilling * Funktion * Ametikoht * Ιδιότητα * Function * Fonction * Feidhm * Dužnost * Funzione * Amats * Pareigos * Beosztás * Kariga * Functie * Stanowisko * Cargo * Funcție * Funkcia * Funkcija * Virka * Befattning
(Din il-paġna ser tintuża wkoll għall-kummenti bħal ‘Membru tal-familja’ jew ‘Laissez-Passer temporanju’)”.
F'paġni 32 sa 34, Anness I, fir-rigward tal-Paġni 38 sa 42 tal-laissez-passer:
In-numru “[48]” għandu jinbidel bi “48”.
F'paġna 33, Anness I, fir-rigward tal-Paġni 38 sa 42 tal-laissez-passer, it-taqsima tal-lingwa Slovakka, it-tieni paragrafu:
minflok:
“Orgány krajín, ktoré nie sú členmi Európskej únie sa týmto vyžadujú, aby umožnili držiteľovi slobodný prechod a pobyt bez obmedzení.”;
aqra:
“Orgány krajín, ktoré nie sú členmi Európskej únie sú týmto požiadané, aby umožnili držiteľovi slobodný prechod a pobyt bez obmedzení.”.
F'paġna 36, Anness I, fir-rigward tal-Paġni 43 sa 48 tal-laissez-passer, it-taqsima tal-lingwa Irlandiża intitolata “NÓTAÍ”:
minflok:
“NÓTAÍ:
Is leis an Aontas Eorpach an laissez-passer seo.
Comhpháirt leictreonach |Áiritear leictreonaic íogair sa laissez-passer seo. Ar mhaithe leis an bhfeidhmíocht is fearr, ná déantar é a lúbadh, a phollú ná a nochtadh do theocht an-ard nó an-íseal, ná do thaise iomarcach, le do thoil.
Athrú | Ní mór gan baint den laissez-passer seo ná é a thabhairt do dhuine neamh-údaraithe. Aon athrú a dhéantar air, fágfaidh sé nach mbeidh sé bailí lena úsáid.
Goid nó cailliúint | Ní mór aon ghoid, aon chailliúint nó aon díothú a thuairisciú d'údarás póilíní áitiúil agus d'eagraíocht eisiúna an Aontais Eorpaigh.
Ní mór é a thabhairt ar ais don údarás eisiúna ag deireadh na tréimhse bailíochta.”;
aqra:
“NÓTAÍ:
Is leis an Aontas Eorpach an laissez-passer seo.
Comhpháirt leictreonach | Tá leictreonaic íogair sa laissez-passer seo. Le go n-oibreoidh sé ar an dóigh is fearr, moltar gan é a lúbadh, a phollú ná a nochtadh do theocht an-ard nó an-íseal, ná do thaise iomarcach.
Athrú | Ní ceadmhach an laissez-passer seo a athrú ar dhóigh ar bith ná é a thabhairt do dhuine neamhúdaraithe. Má dhéantar aon athrú air, beidh sé neamhbhailí.
Goid nó cailliúint | Má ghoidtear nó má chailltear an laissez-passer seo, nó má dhéantar damáiste dó, ba chóir é sin a thuairisciú láithreach d'údarás áitiúil póilíní agus don institiúid de chuid an Aontais Eorpaigh a d'eisigh an laissez-passer.
Ní mór é a thabhairt ar ais don údarás eisiúna ag deireadh na tréimhse bailíochta.”.
F'paġna 37, Anness I, fir-rigward tal-Paġni 43 sa 48 tal-laissez-passer, it-taqsima tal-lingwa Pollakka intitolata “UWAGI”, il-ħames paragrafu:
minflok:
“Pod koniec terminu ważności zwrócić organowi wystawiającemu.”;
aqra:
“Po upływie terminu ważności zwrócić organowi wystawiającemu.”.
F'paġna 38, Anness I, fir-rigward tal-Paġni 43 sa 48 tal-laissez-passer, it-taqsima tal-lingwa Slovakka intitolata “POZNÁMKY”, it-tieni u t-tielet paragrafu:
minflok:
“Elektronický prvok | Tento preukaz obsahuje citlivú elektroniku. V záujme správneho fungovania ho neohýbajte, neperforujte ani nevystavujte extrémnym teplotám či nadmernej vlhkosti.
Pozmeňovanie | Tento preukaz nemožno pozmeňovať ani poskytovať neoprávneným osobám. V prípade akéhokoľvek pozmenenia sa stáva neplatným.”;
aqra:
“Elektronický prvok | Tento preukaz obsahuje citlivý elektronický prvok. V záujme správneho fungovania ho neohýbajte, neperforujte ani nevystavujte extrémnym teplotám či nadmernej vlhkosti.
Pozmeňovanie | Tento preukaz sa nesmie pozmeňovať ani poskytovať neoprávneným osobám. V prípade akéhokoľvek pozmenenia sa stáva neplatným.”.
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/43 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/868 tas-26 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Annessi II, III u V tar- Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-livelli massimi ta' residwi għat-2,4,5-T, il-barban, il-binapakril, il-bromofos-etil, il-kamfeklor (toksafen), il-klorbufam, il-kloroksuron, il-klożolinat, id-DNOC, id-diallat, id-dinoseb, id-dinoterb, id-dioksatijon, l-ossidu tal-etilen, l-aċetat tal-fentin, l-idrossidu tal-fentin, il-fluċikloksuron, il-fluċitrinat, il-formotijon, il-mekarbam, il-metakrifos, il-monolinuron, il-fenotrin, il-profam, il-pirażofos, il-kinalfos, ir-resmetrina, it-teknażen u l-vinklożolin f'ċerti prodotti jew fuqhom
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 145 tal-10 ta' Ġunju 2015 )
F'paġna 2, l-Artikolu 2:
Minflok:
“Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament jibqa' japplika għal prodotti li ġew prodotti legalment qabel it-30 ta' Ġunju 2015.”
Aqra:
“Artikolu 2
Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 kif kien qabel ma ġie emendat permezz ta' dan ir-Regolament jibqa'japplika għal prodotti li ġew prodotti legalment qabel it-30 ta' Diċembru 2015.”
|
3.7.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 174/44 |
Rettifika tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 26 tat-28 ta' Jannar 2012 )
F'paġna 3, il-premessa 13,
minflok:
“Huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura sabiex tgħin lill-iżviluppatur jikseb opinjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti dwar il- kontenut u d-daqs tat-tagħrif li għandu jiġi elaborat u fornit għall- istima …”,
aqra:
“Huwa xieraq li tiġi stabbilita proċedura sabiex tgħin lill-iżviluppatur jikseb opinjoni mingħand l-awtoritajiet kompetenti dwar il- kontenut u d-daqs tat-tagħrif li għandu jiġi preċiżat u fornit għall-istima …”.