|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1010
tat-18 ta' Novembru 2014
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. u b'mod partikolari l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-2005, u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-23 ta' Ottubru 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, biex tinnegozja protokolli li jemendaw il-ftehimiet konklużi bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-pajjiżi terzi, min-naħa l-oħra, bħalma hu l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, (1) sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija mal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Sussegwentement, intemmu n-negozjati mar-Repubblika Libaniża. |
|
(3) |
It-test tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija (minn hawn 'il quddiem “il-Protokoll”) jipprevedi li l-Artikolu 8(2) tal-Protokoll jipprovdi għall-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu. |
|
(4) |
Hu xieraq li l-Protokoll jiġi ffirmat u japplika b'mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri kollha meħtieġa, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika Libaniża, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija huwa awtorizzat f'isem l-Unjoni Ewropea, bil-kundizzjoni li jiġi konkluż dan il-Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa anness ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jaħtar persuna jew persuni biex jiffirmaw il-protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Soġġett għar-reċiproċità, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data prevista hawn sakemm jitlestew il-proċeduri kollha meħtieġa.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/3 |
PROTOKOLL
għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa u r-Repubblika Libaniża fuq in-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u dik tar-Rumanija
IR-RENJU TAL-BELĠJU,
IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,
IR-REPUBBLIKA ĊEKA,
IR-RENJU TAD-DANIMARKA,
IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,
L-IRLANDA,
IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,
IR-RENJU TA' SPANJA,
IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,
IR-REPUBBLIKA TALJANA,
IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,
IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,
IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,
L-UNGERIJA,
IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,
IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,
IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,
IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,
IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,
IR-RUMANIJA,
IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,
IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,
IR-RENJU TAL-IŻVEZJA,
IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ,
minn hawn 'il quddiem msejħa “Stati Membri tal-Unjoni Ewropea” rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni” rappreżentata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Kummissjoni Ewropea,
fuq naħa u
R-REPUBBLIKA LIBANIŻA minn hawn 'il quddiem “il-Libanu”
fuq in-naħa l-oħra
BILLI l-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra (1) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim Ewro-Mediterranju”) ġie ffirmat fil-Lussemburgu fis-17 ta' Ġunju 2002 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2006.
BILLI t-Trattat dwar l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-Att dwar dan kien iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta' April 2005 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007;
BILLI fl-1 ta' Marzu 2003 daħal fis-seħħ Ftehim Temporanju dwar il-kummerċ u materji relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, minn naħa,u r-Repubblika Libaniża (2), min-naħa l-oħra;
BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att ta' Adeżjoni, l-adeżjoni tal-Partijiet Kontraenti l-ġodda fil-Ftehim Ewro-Mediterranju jrid ikun hemm qbil dwarha bil-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju;
BILLI saru konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 22 tal-Ftehim Ewro-Mediterranju biex jiġi żgurat li kienu tqiesu l-interessi reċiproċi tal-Unjoni u l-Libanu;
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija b'dan isiru Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, fuq naħa, u r-Repubblika Libaniża, fuq in-naħa l-oħra, u għandhom, bl-istess mod kif għamlu l-Istati Membri l-oħra tal-Unjoni, jadottaw u jqisu t-testi tal-Ftehim kif ukoll id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri.
KAPITOLU 1
EMENDI GĦAT-TEST TAL-FTEHIM EWRO-MEDITERRANJU, INKLUŻI L-ANNESSI U L-PROTOKOLLI GĦALIH
Artikolu 2
(Regoli ta' Oriġini)
Il-Protokoll 4 għandu jkun emendat kif ġej:
|
1) |
L-Artikolu 18(4) huwa mibdul b'dan li ġej: “Iċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa b'mod retrospettiv għandhom ikunu annotati b'waħda minn dawn il-frażijiet li ġejjin:
|
|
2) |
L-Artikolu 19(2) huwa mibdul b'dan li ġej: “Il-kopja maħruġa b'dan il-mod trid tiġi annotata b'waħda minn dawn il-kelmiet li ġejjin:
|
|
3) |
L-Anness V huwa mibdul b'dan li ġej: “ANNESS V DIKJARAZZJONI FUQ FATTURA Id-dikjarazzjoni fuq fattura, li tinsab fit-test hawn isfel, għandha tiġi stabbilita billi jittieħed kont tan-noti ta' qiegħ il-paġna. Mhuwiex dejjem meħtieġ li dawn in-noti jingħataw. Verżjoni bil-Bulgaru Износителят на продуктите, обхванати от този документ (митническо разрешение № … (3)) декларира, че освен кьдето е отбелязано друго, тези продукти са с … преференциален произход (4). Verżjoni bl-Ispanjol El exportador de los productos incluidos en el presente documento (autorización aduanera no … (3)) declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial. … (4). Verżjoni biċ-Ċek Vývozce výrobků uvedených v tomto dokumentu (číslo povolení … (3)) prohlašuje, že kromě zřetelně označených, mají tyto výrobky preferenční původ v … (4). Verżjoni bid-Daniż Eksportøren af varer, der er omfattet af nærværende dokument, (toldmyndighedernes tilladelse nr. … (3)), erklærer, at varerne, medmindre andet tydeligt er angivet, har præferenceoprindelse i … (4). Verżjoni bil-Ġermaniż Der Ausführer (Ermächtigter Ausführer; Bewilligungs-Nr. … (3)) der Waren, auf die sich dieses Handelspapier bezieht, erklärt, dass diese Waren, soweit nicht anderes angegeben, präferenzbegünstigte … (4) Ursprungswaren sind. Verżjoni bl-Estonjan Käesoleva dokumendiga hõlmatud toodete eksportija (tolliameti kinnitus nr … (3)) deklareerib, et need tooted on … (4) sooduspäritoluga, välja arvatud juhul kui on selgelt näidatud teisiti. Verżjoni bil-Grieg Ο εξαγωγέας των προϊόντων που καλύπτονται από το παρόν έγγραφο (άδεια τελωνείου υπ'αριθ. … (3)) δηλώνει ότι, εκτός εάν δηλώνεται σαφώς άλλως, τα προϊόντα αυτά είναι προτιμησιακής καταγωγής … (4). Verżjoni bl-Ingliż The exporter of the products covered by this document (customs authorization No … (3)) declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … (4) preferential origin. Verżjoni bil-Franċiż L'exportateur des produits couverts par le présent document (autorisation douanière no … (3)) déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (4). Verżjoni bit-Taljan L'esportatore delle merci contemplate nel presente documento (autorizzazione doganale n. … (3)) dichiara che, salvo indicazione contraria, le merci sono di origine preferenziale … (4). Verżjoni bil-Latvjan To produktu eksportētājs, kuri ietverti šajā dokumentā (muitas atļauja Nr. … (3)), deklarē, ka, izņemot tur, kur ir citādi skaidri noteikts, šiem produktiem ir preferenciāla izcelsme … (4). Verżjoni bil-Litwan Šiame dokumente išvardytų produktų eksportuotojas (muitinės liudijimo Nr. … (3)) deklaruoja, kad, jeigu kitaip nenurodyta, tai yra … (4) preferencinės kilmės produktai. Verżjoni bl-Ungeriż A jelen okmányban szereplő áruk exportőre (vámfelhatalmazási szám: … (3)) kijelentem, hogy eltérő jelzés hiányában az áruk kedvezményes … (4) származásúak. Verżjoni bil-Malti L-esportatur tal-prodotti koperti b'dan id-dokument (awtorizzazzjoni tad-dwana Nru … (3)) jiddikjara li, ħlief fejn indikat b'mod ċar li mhux hekk, dawn il-prodotti huma ta' oriġini preferenzjali … (4). Verżjoni bl-Olandiż De exporteur van de goederen waarop dit document van toepassing is (douanevergunning nr. … (3)), verklaart dat, behoudens uitdrukkelijke andersluidende vermelding, deze goederen van preferentiële … oorsprong zijn (4). Verżjoni bil-Pollakk Eksporter produktów objętych tym dokumentem (upoważnienie władz celnych nr … (3)) deklaruje, że z wyjątkiem gdzie jest to wyraźnie określone, produkty te mają … (4)) preferencyjne pochodzenie. Verżjoni bil-Portugiż O exportador dos produtos cobertos pelo presente documento (autorização aduaneira n.o … (3)), declara que, salvo expressamente indicado em contrário, estes produtos são de origem preferencial … (4). Verżjoni bir-Rumen Exportatorul produselor care fac obiectul acestui document (autorizația vamală nr. … (3)) declară că, exceptând cazul în care în mod expres este indicat altfel, aceste produse sunt de origine preferențială … (4). Verżjoni bis-Sloven Izvoznik blaga, zajetega s tem dokumentom (pooblastilo carinskih organov št. … (3)) izjavlja, da, razen če ni drugače jasno navedeno, ima to blago preferencialno … (4) poreklo. Verżjoni bis-Slovakk Vývozca výrobkov uvedených v tomto dokumente (číslo povolenia … (3)) vyhlasuje, že okrem zreteľne označených, majú tieto výrobky preferenčný pôvod v … (4). Verżjoni bil-Finlandiż Tässä asiakirjassa mainittujen tuotteiden viejä (tullin lupa N:o … (3)) ilmoittaa, että nämä tuotteet ovat, ellei toisin ole selvästi merkitty, etuuskohteluun oikeutettuja … alkuperätuotteita (4). Verżjoni bl-Isvediż Exportören av de varor som omfattas av detta dokument (tullmyndighetens tillstånd nr … (3)) försäkrar att dessa varor, om inte annat tydligt markerats, har förmånsberättigande … ursprung (4). Verżjoni bl-Għarbi
… (5) (Il-post u d-data ) … (6) (Il-firma tal-esportatur, kif ukoll, l-isem tal-persuna li ttiffirma d-dikjarazzjoni għandhom ikunu indikati b'mod ċar) (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (3) Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura timtela minn esportatur approvat, in-numru tal-awtorizzazzjoni tal-esportatur approvat għandu jitniżżel f'dan l-ispazju. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura ma timteliex minn esportatur approvat, il-kliem fil-parenteżi jitħallew barra jew l-ispażju jitħalla vojt." (4) L-oriġini tal-prodotti għandha tiġi indikata. Meta d-dikjarazzjoni tal-fattura hija kollha jew parzjalment dwar il-prodotti li joriġinaw minn Ceuta u Melilla fl-ambitu tat-tifisra tal-Artikolu 37 tal-Protokoll, l-esportatur għandu jindikahom b'mod ċar fid-dokument li fih issir id-dikjarazzjoni permezz tas-simbolu ‘CM’." (5) Dawn l-indikazzjonijiet jistgħu jitħallew barra jekk l-informazzjoni tinsab fid-dokument innifsu." (6) F'każijiet fejn l-esportatur m'għandux għalfejn jiffirma, l-eżenzjoni mill-firma timplika wkoll eżenzjoni mill-indikazzjoni tal-isem tal-firmatarju.” ." |
KAPITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
Artikolu 3
(Provi tal-oriġini u kooperazzjoni amministrattiva)
1. Il-provi tal-oriġini maħruġa kif suppost mil-Libanu jew minn Stat Membru ġdid skont ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom għandhom ikunu aċċettati fil-pajjiżi rispettivi taħt dan il-Protokoll, sakemm:
|
(a) |
l-akkwist ta' tali oriġini jagħti trattament ta' tariffa preferenzjali fuq il-bażi ta' miżuri ta' tariffi preferenzjali li jinsabu fil-Ftehim Ewro-Mediterranju jew fl-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati tal-Unjoni; |
|
(b) |
il-prova tal-oriġini u d-dokumenti tat-trasport għandhom jinħarġu mhux aktar tard mill-jum ta' qabel id-data tal-adeżjoni; |
|
(c) |
il-prova tal-oriġini għandha tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perjodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni. |
Meta l-prodotti jiġu dikjarati għall-importazzjoni fil-Libanu jew fi Stat Membru ġdid, qabel id-data ta' adeżjoni, skont ftehim preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejn il-Libanu u dak l-Istat Membru ġdid f'dak iż-żmien, il-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament skont dawn il-ftehimiet jew arranġamenti tista' wkoll tiġi aċċettata dment li tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali f'perjodu ta' erba' xhur mid-data ta' adeżjoni.
2. Il-Libanu u l-Istati Membri l-ġodda huma awtorizzati li jżommu l-awtorizzazzjonijiet li bihom ingħata l-istatus ta' “esportaturi approvati” fil-qafas ta' ftehimiet preferenzjali jew arranġamenti awtonomi applikati bejniethom sakemm:
|
(a) |
tali dispożizzjoni tkun stipulata wkoll fil-ftehim konkluż qabel id-data tal-adeżjoni bejn il-Libanu u l-Unjoni; kif ukoll |
|
(b) |
l-esportatur approvat japplika r-regoli tal-oriġini fis-seħħ f'dak il-ftehim. |
Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jinbidlu, sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tal-adeżjoni, b'awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġa skont it-termini tal-Ftehim.
3. It-talbiet ta' verifika sussegwenti tal-provi ta' oriġini maħruġa taħt il-ftehimiet preferenzjali dwar il-kummerċ ħieles jew arranġamenti awtonomi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jitressqu mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Libanu jew tal-Istati Membri l-ġodda u għandhom ikunu aċċettati minn dawk l-awtoritajiet għal perjodu ta' tliet snin wara li tintbagħat il-prova ta' oriġini in kwistjoni.
Artikolu 4
(Prodotti fi tranżitu)
1. Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Ewro-Mediterranju jistgħu japplikaw għall-merkanzija esportata mil-Libanu lejn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda jew minn wieħed mill-Istati Membri l-ġodda lejn il-Libanu, li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 4 u li fid-data tal-adeżjoni huma fi triqithom jew qed jinħażnu temporanjament, f'maħżen fid-dwana jew f'żona ħielsa fil-Libanu jew f'dak l-Istat Membru ġdid.
2. Trattament preferenzjali jista' jingħata f'każijiet bħal dawn, soġġett għas-sottomissjoni lill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jimporta, fi żmien erba' xhur mid-data ta' adeżjoni, tal-prova ta' oriġini maħruġa retrospettivament mill-awtoritajiet doganali tal-pajjiż li qed jesporta.
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 5
Il-Libanu jimpenja ruħu li ma jressaq l-ebda pretensjoni, talba jew referenza u lanqas jibdel jew jirtira xi konċessjoni skont il-GATT 1994, l-Artikoli XXIV.6 u XXVIII dwar dan it-tkabbir tal-Unjoni.
Artikolu 6
Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali mill-Ftehim Ewro-Mediterranju.
Artikolu 7
1. Dan il-Protokoll irid ikun approvat mill-Unjoni, mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f'isem l-Istati Membri, u mil-Libanu skont il-proċeduri tagħhom stess.
2. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin bit-twettiq tal-proċeduri korrispondenti li jirreferi għalihom il-paragrafu preċedenti. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu depożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 8
1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.
2. Dan il-Protokoll għandu japplika provviżorjament mill-1 ta' Jannar 2007.
Artikolu 9
Dan il-Protokoll inkiteb f'żewġ kopji f'kull waħda mil-lingwi uffiċjali tal-partijiet kontraenti u kull test huwa ugwalment awtentiku.
Artikolu 10
It-test tal-Ftehim Ewro-Mediterranju, inklużi l-Annessi u l-Protokolli li huma parti integrali minnu, kif ukoll it-test tal-Att Finali flimkien mad-dikjarazzjonijiet annessi miegħu huma mfassla bil-Bulgaru u r-Rumen u huma t-tnejn awtentiċi bl-istess mod bħat-testi oriġinali. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu japprova dawn it-testi.
Съставено в Брюксел на осемнадесети юни две хиляди и петнадесета година.
Hecho en Bruselas, el dieciocho de junio de dos mil quince.
V Bruselu dne osmnáctého června dva tisíce patnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den attende juni to tusind og femten.
Geschehen zu Brüssel am achtzehnten Juni zweitausendfünfzehn.
Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta juunikuu kaheksateistkümnendal päeval Brüsselis.
Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα οκτώ Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.
Done at Brussels on the eighteenth day of June in the year two thousand and fifteen.
Fait à Bruxelles, le dix-huit juin deux mille quinze.
Sastavljeno u Bruxellesu osamnaestog lipnja dvije tisuće petnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì diciotto giugno duemilaquindici.
Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada astoņpadsmitajā jūnijā.
Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų birželio aštuonioliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év június havának tizennyolcadik napján.
Magħmul fi Brussell, fit-tmintax-il jum ta’ Ġunju tas-sena elfejn u ħmistax.
Gedaan te Brussel, de achttiende juni tweeduizend vijftien.
Sporządzono w Brukseli dnia osiemnastego czerwca roku dwa tysiące piętnastego.
Feito em Bruxelas, em dezoito de junho de dois mil e quinze.
Întocmit la Bruxelles la optsprezece iunie două mii cincisprezece.
V Bruseli osemnásteho júna dvetisícpätnásť.
V Bruslju, dne osemnajstega junija leta dva tisoč petnajst.
Tehty Brysselissä kahdeksantenatoista päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.
Som skedde i Bryssel den artonde juni tjugohundrafemton.
За държавите-членки
Por los Estados miembros
Za členské státy
For medlemsstaterne
Für die Mitgliedstaaten
Liikmesriikide nimel
Για τα κράτη μέλη
For the Member States
Pour les États membres
Za države članice
Per gli Stati membri
Dalībvalstu vārdā
Valstybių narių vardu
A tagállamok részéről
Għall-Istati Membri
Voor de lidstaten
W imieniu państw Członkowskich
Pelos Estados-Membros
Pentru statele membre
Za členské štáty
Za države članice
Jäsenvaltioiden puolesta
För medlemsstaterna
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā —
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Република Ливан
Por la República Libanesa
Za Libanonskou republiku
For Den Libanesiske Republik
Für die Libanesische Republik
Liibanoni Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία του Λιβάνου
For the Republic of Lebanon
Pour la République libanaise
Za Libanonsku Republiku
Per la Repubblica del Libano
Libānas Republikas vārdā –
Libano Respublikos vardu
A Libanoni Köztársaság részéről
Għar-repubblika tal-Libanu
Voor de Republiek Libanon
W imieniu Republiki Libańskiej
Pela República do Líbano
Pentru Republica Libaneză
Za Libanonskú republiku
Za Republiko Libanon
Libanonin tasavallan puolesta
För Republiken Libanon
REGOLAMENTI
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/12 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1011
tal-24 ta' April 2015
li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 3(8), 8(3) u 13(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 7(1), l-Artikolu 8(2), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2), l-Artikolu 11(1) u (3), l-Artikolu 19 u l-Artikolu 32(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (3) jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 fil-qasam tal-prekursuri tad-droga. Kemm ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 ġew emendati wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 sabiex jinkludu setgħat għall-adozzjoni ta' atti ddelegati u atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat. Għaldaqstant, regoli ġodda għandhom jiġu adottati b'konformità mas-setgħat ġodda. |
|
(2) |
Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 jikkonċerna l-kummerċ domestiku u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 jittratta l-kummerċ internazzjonali, ħafna mid-dispożizzjonijiet huma komuni għaż-żewġ Regolamenti. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm koerenza, huwa ġustifikat li jiġi adottat att delegat uniku li jkopri ż-żewġ Regolamenti. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm ċertezza tad-dritt u infurzar koerenti tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jeħtieġ li tingħata definizzjoni ta' “bini kummerċjali”. |
|
(4) |
Il-liċenzji u r-reġistrazzjonijiet li huma meħtieġa għal operaturi li huma lesti li jwettqu attivitajiet li jinvolvu ċertu sustanzi (prekursuri tad-droga) li jistgħu jintużaw għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi għandhom jingħataw biss lil operaturi affidabbli li japplikaw għalihom. Dawn l-operaturi jridu jkunu ħadu miżuri xierqa mmirati lejn l-immaniġġjar u l-ħżin sikur ta' dawk il-prekursuri tad-droga, u jridu jkunu ħatru uffiċjal responsabbli biex jiżguraw li l-attivitajiet li jinvolvu dawn is-sustanzi jsiru b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti. |
|
(5) |
Ċertu operaturi li xogħolhom jinvolvi l-użu ta' prekursuri tad-droga għal użi mediċi, bħal pereżempju l-ispiżeriji u l-ispiżeriji tal-prodotti mediċinali veterinarji, jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżit tal-pussess ta' liċenzja jew reġistrazzjoni għat-twettiq ta' attivitajiet li jinvolvu sustanzi ta' dan it-tip. Dan jista' jkun applikabbli wkoll għal ċertu awtoritajiet pubbliċi. |
|
(6) |
Operaturi li jwettqu attivitajiet relatati ma' prekursuri tad-droga li mhumiex maħsuba għas-suq tal-Unjoni, iżda li jkunu ddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni, għandhom jipprovdu informazzjoni li turi li l-esportazzjoni ta' dawk is-sustanzi saret b'konformità mal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti sabiex jintwerew l-għanijiet leċiti tat-transazzjoni korrispondenti. |
|
(7) |
Operaturi stabbiliti fl-Unjoni għandhom jipprovdu ċertu dettalji bażiċi dwar l-attivitajiet li jkunu wettqu sabiex il-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti jiġi ffaċilitat. |
|
(8) |
Sabiex jiġi minimizzat ir-riskju ta' dirottament ta' ċertu prekursuri tad-droga, qabel l-esportazzjoni tagħhom għandhom isiru notifika ta' qabel l-esportazzjoni u liċenzja tal-esportazzjoni. |
|
(9) |
Hemm bidliet frekwenti f'dawk li huma l-listi ta' pajjiżi terzi ta' destinazzjoni għall-esportazzjoni ta' sustanzi skedati tal-Kategoriji 2 u 3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005. Sabiex ikun jista' jsir aġġornament rapidu ta' dawk il-listi, b'konformità mal-kriterji għal dawk il-listi stabbiliti f'dan ir-Regolament, dawn il-listi għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni. |
|
(10) |
Sabiex jiġi ffaċilitat il-piż amministrattiv għall-kummerċ f'ċertu kategoriji ta' prekursuri tad-droga, għandha tiġi pprovduta proċedura simplifikata għan-notifika ta' qabel l-esportazzjoni u għal-liċenzji tal-esportazzjoni. |
|
(11) |
Sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' monitoraġġ, huwa xieraq li l-Istati Membri jipprovdu lill-Kummissjoni, b'mod regolari, b'informazzjoni dwar prekursuri tad-droga li jiġu maqbuda jew miżmuma. |
|
(12) |
Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, il-koerenza leġiżlattiva u ċ-ċertezza tad-dritt, dan ir-Regolament Delegat għandu japplika mill-istess data li fiha jibda japplika r-Regolament ta' Implimentazzjoni, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' liċenzji u ta' reġistrazzjonijiet, jistipula l-każijiet fejn liċenzja jew reġistrazzjoni ma tkunx meħtieġa, jistabbilixxi kriterji biex jintwera l-għan leċitu ta' tranżazzjoni, jiddetermina l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-kummerċ, jistabbilixxi l-kundizzjonijiet biex jiġu ddeterminati l-listi tal-pajjiżi ta' destinazzjoni għall-esportazzjonijiet ta' sustanzi skedati tal-Kategoriji 2 u 3, jistabbilixxi l-kriterji biex jiġu determinati proċeduri simplifikati ta' notifika ta' qabel l-esportazzjoni u ta' liċenzji tal-esportazzjoni u jispeċifika r-rekwiżiti dwar l-informazzjoni li għandha tingħata rigward l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' monitoraġġ fir-rigward tal-kummerċ fil-prekursuri tad-droga.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “bini kummerċjali” għandha tfisser il-bini flimkien mal-art okkupata minn operatur f'kull post individwali.
Artikolu 3
Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' liċenzji
1. Sabiex jikseb liċenzja skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, l-operatur għandu jaħtar uffiċjal responsabbli għall-kummerċ f'sustanzi skedati li huma elenkati fil-Kategoriji 1 tal-Anness ta' dak ir-Regolament, għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti bl-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' dak l-uffiċjal u għandu jinnotifikaha minnufih bi kwalunkwe bidliet sussegwenti f'dan it-tagħrif.
L-uffiċjal responsabbli għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' importazzjoni, l-attivitajiet ta' esportazzjoni jew l-attivitajiet intermedjarji jseħħu b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti, u għandu jingħata s-setgħa jirrappreżenta lill-operatur u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta' dan il-kompitu.
2. L-operatur ikkonċernat għandu jissodisfa r-rekwiżiti u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
(a) |
l-operatur għandu jieħu miżuri xierqa kontra t-tneħħija mhux awtorizzata ta' sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 mill-postijiet tal-ħażna, tal-produzzjoni, tal-manifattura u tal-ipproċessar tas-sustanzi skedati, u għandu wkoll iżomm il-bini kummerċjali protett u fi stat tajjeb ta' sigurtà; |
|
(b) |
l-operatur għandu jagħmel applikazzjoni li tinkludi d-dettalji li ġejjin:
|
3. Jekk l-operatur ikun diġà ngħata l-istatus ta' operatur ekonomiku awtorizzat skont l-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (4); huwa jista' jindika n-numru taċ-ċertifikat tal-operatur ekonomiku awtorizzat (ċertifikat tal-AEO) meta jagħmel l-applikazzjoni għal liċenzja biex l-awtorità kompetenti tkun tista' tqis l-istatus tiegħu ta' AEO.
4. Fuq talba bil-miktub mingħand l-awtorità kompetenti rilevanti, l-applikant għandu jissottometti kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti.
5. Meta l-applikant ikun persuna fiżika, il-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 2(b) m'għandhomx japplikaw, u l-punt (iv) tal-paragrafu 2(b) għandu japplika biss fejn rilevanti.
6. Mingħajr ħsara għall-miżuri adottati skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u mal-Artikolu 26(3) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, l-awtorità kompetenti għandha tiċħad il-ħruġ tal-liċenzja jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(2)(b) ta' dan ir-Regolament ma jiġux issodisfati, jew jekk ikun hemm raġunijiet validi biex wieħed jissuspetta li s-sustanzi skedati jkunu maħsuba għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi.
7. Fil-każ ta' kummerċ bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi msemmija fir-Regolament (KE) Nru 111/2005, l-awtorità kompetenti tista' jew tillimita l-validità tal-liċenzja għal perjodu ta' mhux aktar minn tliet snin, jew inkella teħtieġ li l-operaturi, f'intervalli ta' żmien ta' mhux aktar minn tliet snin, juru li l-kundizzjonijiet li taħthom ingħatat il-liċenzja għadhom qed jiġu ssodisfati.
Il-validità tal-liċenzji maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tiġi affettwata.
8. Liċenzja m'għandhiex tkun trasferibbli.
9. F'każ li tiġi prevista kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, id-detentur tal-liċenzja għandu japplika għal liċenzja ġdida:
|
(a) |
iż-żieda ta' sustanza skedata; |
|
(b) |
il-bidu ta' operazzjoni ġdida; |
|
(c) |
bdil fil-post fejn jinsab il-bini kummerċjali fejn isiru l-operazzjonijiet. |
F'dawn il-każijiet, il-validità tal-liċenzja eżistenti għandha tintemm fid-data li tiġi l-ewwel fost dawn li ġejjin:
|
(i) |
id-data ta' meta tiskadi l-validità fejn terminu ta' validità kien stabbilit skont l-Artikolu 3(6) ta' dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004; |
|
(ii) |
id-data ta' meta tibda l-validità tal-liċenzja l-ġdida. |
10. Il-paragrafu 9 għandu japplika wkoll għal liċenzji maħruġa qabel id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
11. Il-paragrafi 2 sa 6 u 8, 9 u 10 għandhom japplikaw ukoll għall-fini ta' ksib ta' liċenzji skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, bl-eċċezzjoni ta' liċenzji speċjali.
12. L-awtoritajiet pubbliċi msemmija fl-Artikolu 3(2) u (6) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 għandhom jinkludu d-dwana, il-pulizija u l-laboratorji uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 4
Każijiet fejn mhijiex meħtieġa liċenzja
L-ispiżeriji, l-ispiżeriji tal-prodotti mediċinali veterinarji, id-dwana, il-pulizija u l-forzi armati u l-laboratorji uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu eżentati mill-ħtieġa tal-liċenzjar skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, sakemm dawn l-operaturi jużaw il-prekursuri tad-droga fi ħdan l-ambitu tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.
L-operaturi indikati fl-ewwel paragrafu huma eżentati wkoll minn dan li ġej:
|
(a) |
l-għoti tad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005; |
|
(b) |
l-obbligu li jinħatar uffiċjal reponsabbli kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan Regolament. |
Artikolu 5
Il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' reġistrazzjonijiet
1. Sabiex jikseb reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, l-operatur għandu jaħtar uffiċjal responsabbli għall-kummerċ f'sustanzi skedati li huma elenkati fil-Kategoriji 2 tal-Anness ta' dak ir-Regolament, għandu jgħarraf lill-awtorità kompetenti bl-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' dak l-uffiċjal u għandu jinnotifikaha minnufih bi kwalunkwe bidliet sussegwenti f'dan it-tagħrif.
L-uffiċjal responsabbli għandu jiżgura li l-attivitajiet ta' importazzjoni, l-attivitajiet ta' esportazzjoni jew l-attivitajiet intermedjarji jseħħu b'konformità mad-dispożizzjonijiet legali rilevanti, u għandu jingħata s-setgħa jirrappreżenta lill-operatur u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għat-twettiq ta' dan il-kompitu.
2. L-operatur li juża sustanzi skedati tal-Kategorija 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandu jagħmel applikazzjoni li tinkludi l-informazzjoni u d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 3(2)(b), bl-eċċezzjoni tal-punti (vi), (x) u (xi) tal-Artikolu 3(2)(b), sakemm dan ma jiġix mitlub mill-awtorità kompetenti.
Dan japplika wkoll għal operaturi li jesportaw sustanzi skedati tal-Kategorija 3 elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.
3. L-Artikolu 3(3) u (4) għandu japplika wkoll.
4. L-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 u l-paragrafu 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi u l-utenti msemmija fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 fir-rigward ta' sustanzi skedati tal-Kategorija 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.
5. L-utenti ta' sustanzi skedati tal-Kategorija 2 A elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni dwar l-użu tas-sustanzi skedati.
Artikolu 6
Każijiet fejn mhijiex meħtieġa reġistrazzjoni
Il-kategoriji li ġejjin jistgħu jiġu eżentati mill-ħtieġa ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar- Regolament (KE) Nru 111/2005:
|
(a) |
L-ispiżeriji, l-ispiżeriji tal-prodotti mediċinali veterinarji, id-dwana, il-pulizija, il-laboratorji uffiċjali tal-awtoritajiet kompetenti u l-forzi armati, sakemm dawn l-operaturi jużaw il-prekursuri tad-droga fi ħdan l-ambitu tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom; |
|
(b) |
L-operaturi li jesportaw sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, jekk it-total tal-kwantitajiet li jirrigwardaw l-esportazzjonijiet tagħhom matul is-sena kalendarja preċedenti (l-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru) ma jaqbiżx l-ammonti speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Meta dawn l-ammonti jinqabżu fis-sena kalendarja attwali, l-operatur għandu minnufih jiġi konformi mal-ħtieġa li jirreġistra. |
|
(c) |
L-operaturi involuti fl-esportazzjoni ta' taħlitiet li fihom is-sustanzi skedati elenkati fil-Kategorija 3 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, jekk l-ammont tas-sustanza skedata preżenti fit-taħlitiet ma jaqbiżx, matul is-sena kalendarja preċedenti, l-ammonti speċifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament. Meta dawn l-ammonti jinqabżu fis-sena kalendarja attwali, l-operatur għandu minnufih jiġi konformi mal-ħtieġa li jirreġistra. |
Artikolu 7
Kondizzjonijiet għal eżenzjonijiet minn ċertu rekwiżiti
Għall-finijiet tal-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, il-klijenti għandhom jinfurmaw lill-fornituri tagħhom jekk l-Artikolu japplikax għalihom.
Artikolu 8
Il-kriterji biex jiġu ddeterminati l-għanijiet leċiti ta' tranżazzjoni
1. L-operatur għandu jipprovdi informazzjoni li tiddikjara li l-kunsinna tkun telqet mill-pajjiż tal-esportazzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali fis-seħħ adottati skont l-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (5) biex juri l-għanijiet leċiti tat-tranżazzjoni tiegħu skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.
2. Għal dak il-għan, l-operatur jista' juża l-mudell stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, jew inkella jippreżenta l-awtoritazzazzjoni għall-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 jew id-dikjarazzjoni tal-klijent imsemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Artikolu 9
Informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-kummerċ
1. Għall-finijiet tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, l-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-qosor dwar il-kwantitajiet tas-sustanzi skedati użati jew fornuti u, fil-każ ta' forniment, għandhom jiddikjaraw il-kwantità li tkun ġiet fornuta lil kull parti terza.
Għas-sustanzi skedati fil-Kategorija 3 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, l-ewwel paragrafu għandu japplika biss fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti.
2. Għall-finijiet tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 l-operaturi għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar dan li ġej:
|
(a) |
l-esportazzjonijiet kollha tas-sustanzi skedati soġġetti għal awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni; |
|
(b) |
l-importazzjonijiet kollha tas-sustanzi skedati tal-Kategorija 1 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jeħtieġu awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, jew il-każijiet kollha fejn is-sustanzi skedati tal-Kategorija 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 jiddaħħlu f'żona ħielsa ta' kontroll tat-tip II, jitqiegħdu taħt proċedura li twassal għal sospensjoni għajr għal meta jkunu se jintbagħtu f'destinazzjoni oħra, jew jinħelsu biex jiċċirkolaw b'mod ħieles; |
|
(c) |
l-attivitajiet intermedjarji kollha li jinvolvu sustanzi skedati tal-Kategoriji 1 u 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005. |
3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(a) għandha tkun organizzata billi ssir referenza għall-pajjiżi tad-destinazzjoni, għall-kwantitajiet li ġew esportati u għan-numri ta' referenza tal-liċenzji tal-esportazzjoni, skont il-każ.
4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(b) għandha tkun organizzata billi ssir referenza għall-pajjiż terz tal-esportazzjoni u għan-numru ta' referenza tal-awtorizzazzjonijiet għall-importazzjoni, skont il-każ.
5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2(c) għandha tkun organizzata billi ssir referenza għall-pajjiżi terzi involuti f'dawn l-attivitajiet intermedjarji u għall-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni jew għall-importazzjoni, skont il-każ. Fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti, l-operaturi għandhom jipprovdu aktar informazzjoni.
6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrattaw l-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu bħala informazzjoni kummerċjali riservata.
Artikolu 10
Il-kundizzjonijiet biex jiġu determinati l-listi tal-pajjiżi ta' destinazzjoni għall-esportazzjoni ta' sustanzi skedati tal-Kategoriji 2 u 3
Il-listi li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandhom jinkludu dan li ġej:
|
(a) |
il-pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni kkonkludiet ftehim speċifiku dwar il-prekursuri tad-droga; |
|
(b) |
il-pajjiżi terzi li talbu li jirċievu notifiki ta' qabel l-esportazzjoni skont l-Artikolu 12(10) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi tal-1988. |
|
(c) |
il-pajjiżi terzi li talbu li jirċievu notifiki ta' qabel l-esportazzjoni skont l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-traffiku illeċitu tad-drogi narkotiċi u s-sustanzi psikotropiċi tal-1988. |
Il-listi tal-pajjiżi speċifiċi ta' destinazzjoni għall-esportazzjoni ta' sustanzi skedati elenkati fil-Kategoriji 2 u 3 tal-Anness imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni.
Artikolu 11
Il-kriterji biex jiġu determinati proċeduri simplifikati għal notifiki ta' qabel l-esportazzjoni
1. Fil-każ ta' esportazzjonijiet maħsuba għall-proċedura simplifikata tal-liċenzji tal-esportazzjoni, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 l-awtorità kompetenti tista' tibgħat notifika simplifikata ta' qabel l-esportazzjoni li tkopri diversi operazzjonijiet ta' esportazzjoni mwettqa fi ħdan perjodu speċifiku ta' 6 xhur jew 12-il xahar.
2. L-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.
3. L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-pajjiż tad-destinazzjoni kif xieraq, u għal dak il-għan għandha tagħmel użu mis-sistema PEN-onlajn jew min-“Notifika Multilaterali ta' Rapportar Kimiku” stabbiliti fl-Anness III ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 12
Il-kriterji biex jiġu determinati proċeduri simplifikati għal liċenzji tal-esportazzjoni
1. Wara applikazzjoni min-naħa tal-operatur ikkonċernat, l-awtorità kompetenti tista' tagħti liċenzja tal-esportazzjoni bi proċedura simplifikata, b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, f'każijiet ta' esportazzjoni frekwenti ta' sustanza skedata speċifika waħda elenkata fil-Kategoriji 3 u 4 tal-Anness ta' dak ir-Regolament, li tinvolvi lill-istess esportatur stabbilit fl-Unjoni u lill-istess importatur fl-istess pajjiż terz tad-destinazzjoni, li tkopri perjodu speċifiku ta' żmien ta' 6 xhur jew ta' 12-il xahar.
Liċenzja tal-esportazzjoni ta' dan it-tip tista' tingħata biss fil-każijiet li ġejjin:
|
(a) |
meta matul l-esportazzjonijiet preċedenti l-operatur ikun wera l-kapaċità li jissodisfa l-obbligazzjonijiet kollha marbuta ma' dawk l-esportazzjonijiet, u ma jkun wettaq l-ebda reat kontra l-leġiżlazzjoni rilevanti; |
|
(b) |
meta l-awtorità kompetenti tinsab sodisfatta rigward l-għanijiet leċiti ta' dawk l-operazzjonijiet ta' esportazzjoni. |
2. L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni simplifikata għal liċenzja tal-esportazzjoni għandha tinkludi tal-inqas dan li ġej:
|
(a) |
l-ismijiet u l-indirizzi tal-esportatur, tal-importatur fil-pajjiż terz u tad-destinatarju finali; |
|
(b) |
l-isem tas-sustanza skedata, kif indikat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, jew, fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, l-isem u l-Kodiċi NM tagħha u l-isem ta' kwalunkwe sustanza skedata, kif indikat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, li tinsab fit-taħlita jew fil-prodott naturali; |
|
(c) |
il-kwantità massima tas-sustanza skedata maħsuba għall-esportazzjoni; |
|
(d) |
il-perjodu ta' żmien speċifiku maħsub għall-operazzjonijiet ta' esportazzjoni. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ssemplifikata tal-esportazzjoni f'perjodu ta' 15-il ġurnata ta' xogħol mid-data li fiha tkun waslet l-informazzjoni meħtieġa.
4. F'każ ta' kura medika ta' emerġenza, meta l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1(a) u (b) ta' dan l-Artikolu jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal-liċenzja tal-esportazzjoni simplifikata għall-esportazzjoni ta' sustanzi skedati tal-Kategorija 4 elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 minnufih, jew mhux aktar tard minn 3 ijiem ta' xogħol wara l-wasla tal-applikazzjoni.
Artikolu 13
Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' monitoraġġ
1. L-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni l-komunikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 u fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 fix-xahar ta' wara kull kwart tas-sena kalendarja. Il-komunikazzjonijiet għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar il-każijiet kollha fejn ir-rilaxx ta' sustanzi skedati u mhux skedati jkun ġie sospiż, jew fejn is-sustanzi skedati u mhux skedati jkunu ġew miżmuma.
2. Din l-informazzjoni għandha tinkludi dan li ġej:
|
(a) |
l-ismijiet tas-sustanzi; |
|
(b) |
jekk ikunu magħrufa, l-oriġini, il-provenjenza u d-destinazzjoni tas-sustanzi; |
|
(c) |
il-kwantità tas-sustanzi, l-istatus doganali tagħhom u l-mezz ta' trasport użat. |
3. Fi tmiem kull sena kalendarja, il-Kummissjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri kollha l-informazzjoni li tkun irċeviet skont il-paragrafu 1.
Artikolu 14
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1277/2005 huwa mħassar.
Artikolu 15
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 tas-27 ta' Lulju 2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga (ĠU L 202, 3.8.2005, p. 7).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/611/KEE tat-22 ta' Ottubru 1990 fir-rigward tal-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ekonomika Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Traffiku Illeċitu ta' Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (ĠU L 326, 24.11.1990, p. 56).
ANNESS II
Noti
|
1. |
Il-mod kif inhu mqassam il-mudell mhuwiex vinkolanti. |
|
2. |
In-numri tal-ordni u t-test tal-mudell huma vinkolanti. |
3. Protezzjoni tad-dejta personali
Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta.
Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali huwa l-monitoraġġ tal-kummerċ fil-prekursuri tad-droga fi ħdan l-Unjoni b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1258/2013, u l-kummerċ fil-prekursuri tad-droga bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) No111/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1259/2013.
Il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' fejn ikun ġie ppreżentat dan id-dokument. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/drugs_precursors/legislation/national_competent_authorities.pdf
B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni u għall-għanijiet ta' kontroll u monitoraġġ ta' ċertu sustanzi li jintużaw ta' sikwit għall-produzzjoni illeċita ta' drogi narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu d-dejta personali u l-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument mal-awtoritajiet rilevanti f'pajjiżi terzi.
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tirrigwarda lilhom li tiġi pproċessata u, fejn xieraq, għandhom ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru jew jimblukkaw dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom ġie ppreżentat dan id-dokument u għandhom ukoll jiġu pproċessati mill-istess awtoritajiet kompetenti.
Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali hija l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, u l-Artikolu 13b tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Id-dejta personali li tinsab f'dan id-dokument m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ mill-għanijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.
F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1)
Meta l-ilment ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta:
(http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).
ANNESS III
Noti
|
1. |
Il-mod kif inhu mqassam il-mudell mhuwiex vinkolanti. |
|
2. |
In-numri tal-ordni u t-test tal-mudell huma vinkolanti. Il-kaxxi mmarkati b'tipa skura għandhom jimtlew b'mod obbligatorju. |
|
3. |
Aktar dettalji dwar il-kaxxi:
|
4. Protezzjoni tad-dejta personali
Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta.
Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali huwa l-monitoraġġ tal-kummerċ fil-prekursuri tad-droga fi ħdan l-Unjoni b'konformità mar-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1258/2013, u l-kummerċ fil-prekursuri tad-droga bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat bir Regolament (UE) Nru 1259/2013.
Il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' fejn ikun ġie ppreżentat dan id-dokument. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/drugs_precursors/legislation/national_competent_authorities.pdf
B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni u għall-għanijiet ta' kontroll u monitoraġġ ta' ċertu sustanzi li jintużaw ta' sikwit għall-produzzjoni illeċita ta' drogi narkotiċi jew ta' sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu d-dejta personali u l-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument mal-awtoritajiet rilevanti f'pajjiżi terzi.
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tirrigwarda lilhom li tiġi pproċessata u, fejn xieraq, għandhom ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru jew jimblukkaw dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblukkar għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom ġie ppreżentat dan id-dokument, u għandhom ukoll jiġu pproċessati mill-istess awtoritajiet kompetenti.
Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali hija l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, u l-Artikolu 13b tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Id-dejta personali li tinsab f'dan id-dokument m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ mill-għanijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.
F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1)
Meta l-ilment ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta:
(http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/26 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1012
tat-23 ta' Ġunju 2015
li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar il-livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali mniżżel fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. |
|
(2) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu. |
|
(3) |
L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel li joriġina mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata. |
|
(4) |
B'mod partikolari, il-lista għandha tiġi emendata billi jitħassru l-annotazzjonijiet għall-prodotti li dwarhom l-informazzjoni disponibbli tindika grad ta' konformità ġenerali sodisfaċenti mar-rekwiżiti rilevanti ta' sikurezza stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u li għalihom, għaldaqstant, żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mhix aktar ġġustifikata., L-annotazzjoni fil-lista li tikkonċerna l-fażola mill-Kenja għandha għalhekk titħassar. |
|
(5) |
Barra minn hekk, il-lista għandha tiġi emendata biż-żieda fil-frekwenza tal-kontrolli uffiċjali għall-prodotti li dwarhom l-istess sorsi ta' informazzjoni juru grad ogħla ta' nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni biex b'hekk jiġi ġġustifikat livell ogħla ta' kontrolli uffiċjali. L-annotazzjonijiet fil-lista li jikkonċernaw il-weraq tal-kosbor, il-ħabaq, in-nagħniegħ, it-tursin, il-bżar felfel u l-okra mill-Vjetnam jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(7) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 qed jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Lulju 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
ANNESS
“ANNESS I
Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali li għalih se jiżdied il-livell ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat
|
Għalf u ikel (użu maħsub) |
Kodiċi tan-NM (1) |
Sottodiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%) |
||||
|
Għeneb imnixxef (frott id-dielja) |
0806 20 |
|
L-Afganistan (AF) |
Okratossina A |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Awstralja (AU) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
Il-Brażil (BR) |
Aflatossini |
10 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
|
|
10 10 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
|
72 |
|||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Karfus Ċiniż (Apium graveolens) |
ex 0709 40 00 |
20 |
Il-Kambodja (KH) |
50 |
|||||
|
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
|
|
|||||||
|
Brassica oleracea (Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkli Ċiniż’) (5) |
ex 0704 90 90 |
40 |
Iċ-Ċina (CN) |
Residwi tal-pestiċidi (2) |
50 |
||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
Te, sew jekk aromatizzat u sew jekk le |
0902 |
|
Iċ-Ċina (CN) |
10 |
|||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
72 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
10 |
|||||
|
|
70 70 |
|||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
10 10 |
Ir-Repubblika Dominikana (DO) |
20 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
20 |
|||||||
|
Frawli (friski) |
0810 10 00 |
|
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.) |
0709 60 10 ; ex 0709 60 99 |
20 |
L-Eġittu (EG) |
10 |
|||||
|
(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
0710 80 51 ; ex 0710 80 59 |
20 |
|||||||
|
Weraq tal-betel (Piper betle L.) |
ex 1404 90 00 |
10 |
L-Indja (IN) |
Salmonella (10) |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
Żerriegħa tal-ġulġlien |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella (10) |
20 |
||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Indja (IN) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
10 |
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|
|||||||
|
Enzimi; enzimi ppreparati |
3507 |
|
L-Indja (IN) |
Kloramfenikol |
50 |
||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Indoneżja (ID) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
(Ikel — ħwawar imnixxfin) |
|
|
|||||||
|
|
40 |
Il-Kenja (KE) |
10 |
|||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
Nagħniegħ |
ex 1211 90 86 ; |
30 |
Il-Marokk (MA) |
10 |
|||||
|
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
ex 2008 99 99 |
70 |
|||||||
|
Għeneb tal-mejda |
0806 10 10 |
|
Il-Perù (PE) |
10 |
|||||
|
(Ikel — frisk) |
|
|
|||||||
|
Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti li ġejjin minnhom |
ex 1207 70 00 ; ex 1106 30 90 ; ex 2008 99 99 |
10 30 50 |
Sjerra Leone (SL) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
Is-Sudan (SD) |
Aflatossini |
50 |
||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
|
|
|||||||
|
(Għalf u ikel) |
|
|
|||||||
|
Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.) |
ex 0709 60 99 |
20 |
It-Tajlandja (TH) |
10 |
|||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
Weraq tal-betel (Piper betle L.) |
ex 1404 90 00 |
10 |
It-Tajlandja (TH) |
Salmonella (10) |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
10 10 |
It-Tajlandja (TH) |
20 |
|||||
|
|
72 |
|||||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
Sulfiti (16) |
10 |
||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
It-Turkija (TR) |
10 |
|||||
|
(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat) |
|
|
|||||||
|
Weraq tad-dwieli |
ex 2008 99 99 |
11; 19 |
It-Turkija (TR) |
50 |
|||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Istati Uniti (US) |
Aflatossini |
20 |
||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
|
L-Uzbekistan (UZ) |
Sulfiti (16) |
50 |
||||
|
|
|
|||||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
Għeneb imnixxef (frott id-dielja) |
0806 20 |
|
L-Uzbekistan (UZ) |
Okratossina A |
50 |
||||
|
(Ikel) |
|
|
|||||||
|
|
72 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 75 |
|||||||
|
|
30 70 |
|||||||
|
|
40 |
|||||||
|
(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin) |
|
|
|||||||
|
|
20 |
Il-Vjetnam (VN) |
50 |
|||||
|
|
20 |
|||||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
|||||||
|
|
10 |
Il-Vjetnam (VN) |
20 |
|||||
|
(Ikel — frisk jew imkessaħ) |
|
|
(1) Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu f'kodiċi tan-NM partikulari u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.
(2) Ir-residwi mill-inqas ta' dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettromettrija tal-massa (il-pestiċidi li jridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).
(3) Residwi tal-klorbufam.
(4) Residwi tal-fentoat.
(5) Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.
(6) Residwi tat-trifluralin.
(7) Ir-residwi tal-aċefat, l-aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), l-amitraż (amitraż li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4 -dimetilanilina mogħtija bħala amitraż), id-diafentjuron, id-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).
(8) Ir-residwi tal-eżaflumuron, il-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), il-fentoat u t-tijofanat metil.
(9) Ir-residwi tad-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p′ u o,p′), id-dinotefuran, il-folpet, il-prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), it-tijofanat metil u t-triforina.
(10) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi għall-oġġetti tal-ikel (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).
(11) Residwi tal-aċefat u tad-diafentjuron.
(12) Residwi tal-flubendiammid.
(13) Residwi tal-etefon.
(14) Residwi tal-formetanat: is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, protijofos u triforina.
(15) Ir-residwi tal-aċefat, tad-dikrotofos, tal-protijofos, talkwinalfos u tat-triforina.
(16) Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.
(17) Residwi tad-diafentjuron, tal-formetanat is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, u tat-tijofanat metil.
(18) Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-metrafenon.
(19) Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-fentoat u l-kwinalfos.”
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/33 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1013
tal-25 ta' Ġunju 2015
li jistabbilixxi r-regoli fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 dwar prekursuri tad-droga (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 tat-22 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(2) u l-Artikolu 28 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (3) jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 fil-qasam tal-prekursuri tad-droga. Kemm ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif ukoll ir-Regolament (KE) Nru 111/2005 ġew emendati wara l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1277/2005 sabiex jinkludu setgħat ta' adozzjoni ta' atti delegati u ta' atti ta' implimentazzjoni skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat. Għaldaqstant, għandhom jiġu adottati regoli ġodda b'konformità mas-setgħat ġodda. |
|
(2) |
Għalkemm ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 jittratta l-kummerċ domestiku u r-Regolament (KE) Nru 111/2005 jittratta l-kummerċ internazzjonali, ħafna mid-dispożizzjonijiet huma komuni għaż-żewġ Regolamenti. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza, huwa ġġustifikat li jiġi adottat att ta' implimentazzjoni wieħed li jkopri ż-żewġ Regolamenti. |
|
(3) |
Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-infurzar koerenti tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, jinħtieġ li tingħata definizzjoni ta' “post tan-negozju”. |
|
(4) |
Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar ir-regoli proċedurali għall-għoti ta' liċenzji, il-proċedura u l-format biex tingħata l-informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-kummerċ, u l-format u l-immaniġġar ta' liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni wrew li huma effettivi u li għalhekk għandhom, essenzjalment u fis-sustanza, ikomplu japplikaw permezz ta' dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Ir-regoli proċedurali għall-għoti tar-reġistrazzjoni lill-operaturi u lill-utenti, kif definit fir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 111/2005, għandhom jirriflettu dawk għall-għoti tal-liċenzji. |
|
(6) |
Sabiex jiġu żgurati l-kwalità u l-koerenza tad-dejta, u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni, fl-informazzjoni mdaħħla fil-bażi ta' dejta Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi punt ta' kuntatt wieħed li jittrażmetti l-informazzjoni lill-bażi ta' dejta. L-informazzjoni għandha tiġi trażmessa mingħajr dewmien żejjed. L-informazzjoni dwar liċenzja jew reġistrazzjoni għandha tinkludi l-elementi meħtieġa biex jiġi identifikat l-operatur jew l-utent li għandu liċenzja jew reġistrazzjoni, u biex jiġu identifikati s-sustanza jew is-sustanzi koperti. L-aċċess għall-informazzjoni għandu jkun ristrett għall-minimu meħtieġ għall-awtoritajiet pubbliċi fil-qadi ta' dmirijiethom. |
|
(7) |
Regoli tranżitorji għandhom jippermettu l-użu ta' formoli stampati maħruġa qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament b'konformità mar-regoli preċedenti sakemm il-ħażniet ta' tali formoli stampati jkunu ġew eżawriti. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Prekursuri tad-Droga. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli proċedurali uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 u tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 fir-rigward tal-liċenzjar u tar-reġistrazzjoni tal-operaturi u tal-utenti u l-elenkar tagħhom fil-bażi ta' dejta Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga, l-għoti mill-operaturi ta' informazzjoni meħtieġa biex jiġi mmonitorjat il-kummerċ u l-liċenzja tal-esportazzjonijiet u tal-importazzjonijiet fil-qasam tal-prekursuri tad-droga.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, “post tan-negozju” għandha tfisser binja jew binjiet flimkien mal-art li jkunu okkupati minn operatur f'kull post individwali.
Artikolu 3
Proċedura tal-għoti tal-liċenzji
(1) Operatur jew utent għandu jissottometti applikazzjoni lill-awtorità kompetenti biex jikseb liċenzja kif imsemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jew fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, f'format elettroniku jew bil-miktub, kif preskritt mill-Istat Membru kkonċernat.
Applikazzjoni għandha titqies li tkun kompluta meta jkun fiha l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1011 (4).
(2) Meta tivvaluta applikazzjoni biex tinkiseb liċenzja, l-awtorità kompetenti tista' wkoll tqis ir-riżultati ta' kull valutazzjoni jew awditjar preċedenti mwettqa fuq l-operatur applikanti li jkollu l-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) kif definit fl-Artikolu 5a tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (5), sa fejn dawn huma rilevanti għall-eżami tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta' liċenzja.
B'deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza lill-operaturi li jkollhom l-istatus ta' AEO biex ma jissottomettux l-informazzjoni kollha elenkata fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1011 meta jkunu jissottomettu applikazzjoni.
(3) L-awtorità kompetenti għandha l-ewwel tevalwa l-kompletezza ta' applikazzjoni.
Meta applikazzjoni ma titqiesx li hija kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-applikant dwar dan u tistiednu jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali rilevanti jew nieqsa.
Meta applikazzjoni titqies li hi kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tibgħat konferma lill-applikant li tkun irċeviet applikazzjoni kompluta.
(4) L-awtorità kompetenti għandha tieħu deċiżjoni li tagħti jew li ma tagħtix liċenzja fi żmien 60 jum ta' xogħol mid-data ta' meta taslilha applikazzjoni kompluta fil-każ ta' liċenzja ġdida, u fi żmien 30 jum ta' xogħol fil-każ ta' tiġdid ta' liċenzja.
(5) Kull deċiżjoni li ma tingħatax liċenzja għandha tkun motivata u nnotifikata lill-applikant b'mod elettroniku jew bil-miktub.
(6) Il-liċenzja tista' tkopri l-operazzjonijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 273/2004 u fir-Regolament (KE) Nru 111/2005.
Artikolu 4
Ambitu tal-liċenzja
L-awtorità kompetenti tista' tagħti liċenzja:
|
(a) |
li tkopri s-sustanzi kollha skedati u l-operazzjonijiet kollha għal kull post tan-negozju; jew |
|
(b) |
li tkopri s-sustanzi kollha skedati u l-operazzjonijiet kollha għal kull Stat Membru. |
Artikolu 5
Format tal-liċenzja
Il-liċenzja msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jew fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandha tinħareġ skont il-format stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 6
Tibdil sussegwenti
Meta, wara li tkun ingħatat liċenzja, l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għal dik il-liċenzja, għajr l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(9) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1011 tinbidel, id-detentur tal-liċenzja għandu jinforma lill-awtorità kompetenti b'mod elettroniku jew bil-miktub fi żmien 10 ijiem ta' xogħol wara li jkun sar it-tibdil.
Meta, wara li jkun sar it-tibdil, il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/1011 jibqgħu jiġu ssodisfati, u l-informazzjoni li trid titbiddel tkun tinsab fil-liċenzja, l-awtorità kompetenti għandha temenda l-liċenzja kif jixraq.
Artikolu 7
Validità, sospensjoni u rtirar tal-liċenzji
(1) Meta l-validità ta' liċenzja tkun skadiet, jew meta liċenzja tkun ġiet irtirata, id-detentur tal-liċenzja għandu jirritorna liċenzja li ma tkunx għadha valida lill-awtorità kompetenti fi żmien 10 ijiem ta' xogħol wara d-data ta' skadenza tal-validità jew id-data tal-irtirar.
(2) Meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tissospendi jew tirtira liċenzja, id-deċiżjoni għandha tiġi sottomessa lid-detentur tal-liċenzja b'mod elettroniku jew bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni jew l-irtirar.
Artikolu 8
Liċenzji speċjali
L-Artikoli 3 sa 7 ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal-liċenzji speċjali msemmija fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Artikolu 9
Proċedura ta' reġistrazzjoni
(1) L-Artikoli 3, 4, 6 u 7 għandhom japplikaw għall-proċedura ta' reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jew l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.
(2) Ir-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 jew l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandha tingħata fil-format stabbilit fl-Anness II.
(3) B'deroga mill-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti tista' tagħti reġistrazzjoni fuq formola stampata qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u li tkun konformi mar-regoli nazzjonali fis-seħħ qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
(4) Il-Paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għar-reġistrazzjonijiet speċjali msemmija fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Artikolu 10
Informazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-kummerċ
(1) L-operaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004 b'mod elettroniku jew bil-miktub, kif preskritt mill-Istat Membru kkonċernat, qabel il-15 ta' Frar ta' kull sena kalendarja għal sustanzi skedati tal-Kategoriji 1 u 2 tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.
(2) L-operaturi għandhom jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 b'mod elettroniku jew bil-miktub, kif preskritt mill-Istat Membru kkonċernat, qabel il-15 ta' Frar ta' kull sena kalendarja.
(3) Operatur għandu jissottometti r-rapporti annwali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 anki meta ma jkunux twettqu tranżazzjonijiet f'sena speċifika.
Artikolu 11
Liċenzji tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni
(1) Il-liċenzji tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 għandu jkollhom il-format stabbilit fl-Annessi III jew IV ta' dan ir-Regolament, rispettivament.
Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu, il-kaxxa li tikkonċerna n-numru tal-liċenzja jista' jkollha format differenti f'każijiet fejn il-liċenzji tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni tingħata b'mezzi elettroniċi.
(2) Il-liċenzja tal-esportazzjoni għandha tkun stabbilita f'erba' kopji nnumerati mill-1 sal-4. Il-Kopja Nru 1 għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Il-Kopji Nru 2 u Nru 3 għandhom jakkumpanjaw is-sustanzi skedati u jiġu ppreżentati lill-uffiċċju doganali fejn issir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni doganali, u sussegwentement lill-awtorità kompetenti fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni. L-awtorità kompetenti fil-punt tal-ħruġ għandha tirritorna l-Kopja Nru 2 lill-awtorità emittenti. Il-Kopja Nru 3 għandha takkumpanja s-sustanzi skedati għand l-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' importazzjoni. Il-Kopja Nru 4 għandha tinżamm mill-esportatur.
(3) Il-liċenzja tal-importazzjoni għandha ssir f'erba' kopji nnumerati mill-1 sal-4. Il-Kopja Nru 1 għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Il-Kopja Nru 2 għandha tintbagħat mill-awtorità emittenti lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' esportazzjoni. Il-Kopja Nru 3 għandha takkumpanja s-sustanza skedata mill-punt tad-dħul fit-territorju doganali tal-Unjoni sal-post tan-negozju tal-importatur, li għandu jibgħat din il-kopja lill-awtorità emittenti. Il-Kopja Nru 4 għandha tinżamm mill-importatur.
(4) Liċenzja waħda tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni ma għandhiex tkopri aktar minn żewġ sustanzi skedati.
(5) Il-liċenzja għandha tinħareġ b'waħda jew b'aktar minn waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Sakemm ma tingħatax b'mezzi elettroniċi, din għandu jkollha format A4 bi sfond stampat b'disinn guilloche, b'mod li kull mezz ta' falsifikazzjoni mekkanika jew kimika jkun rikonoxxibbli.
(6) Stat Membru jista' jistampa l-formoli tal-liċenzja huwa stess, jew jara li jiġu stampati minn stampaturi approvati minnu. F'dan il-każ tal-aħħar, kull liċenzja għandha tinkludi referenza għal tali approvazzjoni u jkollha fuqha l-isem u l-indirizz tal-istampatur, jew marka li biha l-istampatur ikun jista' jiġi identifikat.
(7) B'deroga mill-paragrafi 1-6, Stat Membru jista' joħroġ liċenzja tal-esportazzjoni jew tal-importazzjoni fuq formola stampata qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u li hija konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 sakemm jispiċċaw il-ħażniet.
(8) Il-liċenzji tal-esportazzjoni mogħtija bi proċedura simplifikata għandhom jiġu stabbiliti billi jintużaw il-kopji Nru 1, 2, u 4 tal-formola stabbilita fl-Anness III. Il-Kopja Nru 1 għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ il-liċenzja. Il-Kopja Nru 2 u l-Kopja Nru 4 għandhom jinżammu mill-esportatur. L-esportatur għandu jindika d-dettalji ta' kull operazzjoni ta' esportazzjoni fuq in-naħa ta' wara tal-Kopja Nru 2, b'mod partikolari l-kwantità tas-sustanza skedata ta' kull operazzjoni ta' esportazzjoni u l-kwantità li jkun fadal. Il-Kopja Nru 2 għandha tiġi ppreżentata lill-uffiċċju doganali meta ssir id-dikjarazzjoni doganali. L-uffiċċju doganali għandu jikkonferma d-dettalji u jirritorna l-Kopja Nru 2 lill-esportatur.
(9) L-operatur għandu jdaħħal in-numru tal-liċenzja u l-kliem “proċedura ssemplifikata ta' liċenzja tal-esportazzjoni” fuq id-dikjarazzjoni doganali għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni. Meta l-uffiċċju doganali tal-ħruġ ma jkunx fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni, l-informazzjoni għandha tingħata fuq id-dokumenti li jakkumpanjaw il-kunsinna għall-esportazzjoni.
(10) L-esportatur għandu jirritorna l-Kopja Nru 2 lill-awtorità emittenti mhux aktar tard minn 10 ijiem ta' xogħol wara li jiskadi l-perjodu ta' validità tal-liċenzja tal-esportazzjoni mogħtija bi proċedura simplifikata.
Artikolu 12
Elenkar tal-operaturi u tal-utenti fil-bażi ta' dejta Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga
(1) Sabiex fil-bażi tad-dejta Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga jiġu elenkati l-operaturi u l-utenti li jkunu kisbu liċenzja jew reġistrazzjoni skont l-Artikolu 3(7) tar-Regolament (KE) Nru 273/2004, kull Stat Membru għandu jinnomina punt ta' kuntatt wieħed u jikkomunika d-dettalji ta' kuntatt lill-Kummissjoni.
(2) Il-punt ta' kuntatt responsabbli għandu jibgħat l-informazzjoni rilevanti b'mod elettroniku fi żmien 30 jum ta' xogħol wara li jkun ħareġ il-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni. Meta l-utent jew l-operatur ikkonċernat jgħarraf lill-awtorità kompetenti dwar tibdil fl-informazzjoni rilevanti, jew meta liċenzja jew reġistrazzjoni tiġi sospiża jew irtirata, il-punt ta' kuntatt responsabbli għandu jaġġorna l-informazzjoni fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta jaċċetta t-tibdil jew jissospendi jew jirtira l-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni.
(3) Il-Kummissjoni għandha tiżgura li:
|
(a) |
it-trażmissjoni elettronika tal-informazzjoni hija sikura; |
|
(b) |
il-bażi ta' dejta hija ristretta u li din tista' tiġi aċċessata biss mill-uffiċjali maħtura deżinjati mill-Istati Membri u mill-uffiċjali tal-Kummissjoni responsabbli għall-bażi ta' dejta Ewropea. |
(4) Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-operaturi u l-utenti elenkati fil-bażi ta' dejta tintuża biss għall-iskopijiet tad-dmirijiet uffiċjali tal-uffiċjali maħtura u tal-uffiċjali tal-Kummissjoni.
(5) L-informazzjoni dwar l-operaturi u l-utenti għandha tinkludi l-isem sħiħ, in-numru jew l-indirizz tal-liċenzja jew tar-reġistrazzjoni, l-istatus ta' validità tal-liċenzja jew tar-reġistrazzjoni, u l-isem u l-kodiċi tan-NM tas-sustanzi skedati li huma koperti mil-liċenzja jew mir-reġistrazzjoni rispettiva.
(6) Il-Kummissjoni għandha żżomm disponibbli fil-bażi ta' dejta, l-informazzjoni dwar il-liċenzji u r-reġistrazzjonijiet li jkunu skadew jew li jkunu ġew irtirati, għal tal-anqas tliet snin wara d-data tal-iskadenza tal-validità jew tal-irtirar.
Artikolu 13
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 tas-27 ta' Lulju 2005 li jistabbilixxi r-regoli li jimplimentaw għar-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sustanzi prekursuri tad-droga u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jfassal ir-regoli għas-sorveljanza tal-kummerċ bejn il-Komunità u pajjiżi terzi tas-sustanzi prekursuri tad-droga (ĠU L 202, 3.8.2005, p. 7).
(4) Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1011 tal-24 ta' April 2015 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 273/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prekursuri tad-droga u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1277/2005 (ara paġna 12 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS I
Noti
|
1. |
Il-mod kif inhu mqassam il-mudell mhuwiex vinkolanti. |
|
2. |
In-numri tal-ordni u t-test tal-mudell huma vinkolanti. Il-kaxxi mmarkati b'tipa skura għandhom jimtlew b'mod obbligatorju. |
|
3. |
Dettalji dwar il-kaxxi:
|
|
4. |
L-Istati Membri jistgħu jinkludu xi kaxxi oħra għal finijiet nazzjonali. Dawn il-kaxxi għandhom ikunu indikati b'numru tal-ordni segwit minn ittra kapitali (eż. 4 A). |
5. Protezzjoni tad-dejta personali
Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.
Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipproċessa d-dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali hu l-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif emendat bir- Regolament (UE) Nru 1258/2013, u bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1259/2013.
Il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' fejn ikun ġie ppreżentat dan id-dokument. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/drugs_precursors/legislation/national_competent_authorities.pdf
B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni u għall-fini ta' kontroll u monitoraġġ ta' ċerti sustanzi użati ta' sikwit għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu d-dejta personali u l-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi.
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tirrigwarda lilhom li tiġi pproċessata u, fejn xieraq, għandhom ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru jew jimblukkaw dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblokkar għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom ġie ppreżentat dan id-dokument, u għandhom ukoll jiġu pproċessati mill-istess awtoritajiet kompetenti.
Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali hija l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, u l-Artikolu 13b tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Id-dejta personali li tinsab f'dan id-dokument m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ mill-għanijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.
F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja: (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1)
Meta l-ilment ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta: (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).
ANNESS II
Noti
|
1. |
Il-mod kif inhu mqassam il-mudell mhuwiex vinkolanti. |
|
2. |
In-numri tal-ordni u t-test tal-mudell huma vinkolanti. Il-kaxxi mmarkati b'tipa skura għandhom jimtlew b'mod obbligatorju. |
|
3. |
Dettalji dwar il-kaxxi:
|
|
4. |
L-Istati Membri jistgħu jinkludu xi kaxxi oħra għal finijiet nazzjonali. Dawn il-kaxxi għandhom ikunu indikati b'numru tal-ordni segwit minn ittra kapitali (eż. 4 A). |
5. Protezzjoni tad-dejta personali
Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.
Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipproċessa d-dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali hu l-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif emendat bir- Regolament (UE) Nru 1258/2013, u bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1259/2013.
Il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' fejn ikun ġie ppreżentat dan id-dokument. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/drugs_precursors/legislation/national_competent_authorities.pdf
B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni u għall-fini ta' kontroll u monitoraġġ ta' ċerti sustanzi użati ta' sikwit għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu d-dejta personali u l-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi.
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tirrigwarda lilhom li tiġi pproċessata u, fejn xieraq, għandhom ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru jew jimblukkaw dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblokkar għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom ġie ppreżentat dan id-dokument, u għandhom ukoll jiġu pproċessati mill-istess awtoritajiet kompetenti.
Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali hija l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, u l-Artikolu 13b tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Id-dejta personali li tinsab f'dan id-dokument m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ mill-għanijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.
F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja: (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1)
Meta l-ilment ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta: (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).
ANNESS III
Noti
I.
|
1. |
Il-liċenzja għandha timtela b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni; Jekk tinkiteb bl-idejn, għandha timtela bil-linka b'ittri kapitali. |
|
2. |
Il-kaxxi 1, 3, 5, 7, 9 sa 19 għandhom jimtlew mill-applikant hekk kif iressaq it-talba; madankollu l-informazzjoni meħtieġa fil-kaxxi 7, 8 u 10 sa 13 u 18 tista' tingħata aktar tard, jekk l-informazzjoni ma tkunx magħrufa fil-waqt tat-talba. F'dan il-każ, l-informazzjoni fil-Kaxxa 18 għandha tiġi ssuplimentata sa mhux aktar tard minn meta ssir id-dikjarazzjoni tal-esportazzjoni u l-informazzjoni supplimentari tal-kaxxi 7, 8 u 10 sa 13 għandha tingħata lid-dwana jew lil awtorità oħra fil-punt tal-ħruġ mit-territorju doganali tal-Unjoni mhux aktar tard minn qabel it-tluq fiżiku tal-prodotti. |
|
3. |
Kaxxi 1, 5, 7 u 9: Daħħal l-ismijiet u l-indirizzi sħaħ (telefown, faks, e-Mail). |
|
4. |
Kaxxa 5: Daħħal in-numru ta' referenza għad-dokument ta' liċenzja tal-importazzjoni tal-importatur tal-pajjiż terz, (pereżempju “ittra ta' nuqqas ta' oġġezzjoni”, permess ta' importazzjoni, dikjarazzjoni oħra mill-pajjiż terz destinatarju), fejn xieraq. |
|
5. |
Kaxxa 7: Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ (telefown, faks, e-Mail) ta' kull operatur ieħor involut fl-operazzjoni tal-esportazzjoni bħat-trasportaturi, l-intermedjarji, l-aġenti doganali. |
|
6. |
Kaxxa 9: Daħħal l-isem u l-indirizz sħaħ (telefown, faks u e-Mail) tal-persuna jew tal-kumpanija li għandha se jitwasslu l-prodotti fil-pajjiż destinatarju (mhux neċessarjament l-utent finali). |
|
7. |
Kaxxa 10: Agħti l-isem tal-Istat Membru, il-port, l-ajruport jew il-punt tal-fruntieri, fejn xieraq. |
|
8. |
Kaxxa 11: Agħti l-isem tal-pajjiż, il-port, l-ajruport jew il-punt tal-fruntiera, fejn xieraq. |
|
9. |
Kaxxa 12: Speċifika l-mezzi kollha tat-trasport li se jintużaw (eż. trakk, vapur, ajruplan, ferrovija, eċċ.). Fil-każ ta' liċenzja tal-esportazzjoni li tkopri diversi operazzjonijiet ta' esportazzjoni, din il-kaxxa m'għandhiex għalfejn timtela. |
|
10. |
Kaxxa 13: Agħti kemm jista' jkun dettalji sħaħ dwar ir-rotta li trid tittieħed. |
|
11. |
Kaxxi 14a, 14b: Daħħal l-isem tas-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, l-isem kummerċjali tal-prodott mediċinali elenkat fil-Kategorija 4, in-numru ta' unitajiet fil-kunsinna, in-numru ta' pilloli/ampolli f'kull unità, il-kontenut tas-sustanza skedata f'unità waħda (kull pillola/ampolla) jew fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, daħħal l-isem u l-kodiċi NM bi tmien ċifri, kif ukoll l-isem kummerċjali. |
|
12. |
Kaxxi 15a, 15b: Daħħal il-Kodiċi NM bi tmien ċifri tas-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005. |
|
13. |
Kaxxa 16a, 16b: għall-Kategorija 4, daħħal il-piż nett totali tas-sustanza skedata li tinsab fil-kunsinna tal-prodotti mediċinali. |
|
14. |
Kaxxa 19:
|
II. (Il-proċedura simplifikata tal-liċenzja tal-esportazzjoni)
|
1. |
Fil-każ ta' proċedura simplifikata tal-liċenzja tal-esportazzjoni, il-kaxxi 7, 8, 10 sa 13 u 18 jistgħu ma jimtlewx. |
|
2. |
Fuq in-naħa ta' wara tal-kopja Nru 2, il-kaxxi 24 sa 27 iridu jimtlew għal kull operazzjoni ta' esportazzjoni. |
|
3. |
Kaxxa 23: Indika l-kwantità massima awtorizzata u l-piż nett. Indika l-kwantità massima awtorizzata u l-piż nett Għall-Kategorija 4, daħħal il-piż nett totali tas-sustanza skedata li tinsab fil-kunsinna tal-prodotti mediċinali.
Kolonna 24: Indika l-kwantità disponibbli fil-parti 1 u l-kwantità tal-kwantità parzjali għall-esportazzjoni fil-parti 2. Għall-Kategorija 4, daħħal il-kwantità tal-piż nett totali tas-sustanza skedata li tinsab fil-kunsinna tal-prodotti mediċinali. Kolonna 25: Indika l-kwantità parzjali għall-esportazzjoni fi kliem. Kaxxa 26: In-numru ta' referenza u d-data tad-dikjarazzjoni doganali. |
Protezzjoni tad-dejta personali
Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.
Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipproċessa d-dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali hu l-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif emendat bir- Regolament (UE) Nru 1258/2013, u bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1259/2013.
Il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' fejn ikun ġie ppreżentat dan id-dokument. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/drugs_precursors/legislation/national_competent_authorities.pdf
B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni u għall-fini ta' kontroll u monitoraġġ ta' ċerti sustanzi użati ta' sikwit għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu d-dejta personali u l-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi.
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tirrigwarda lilhom li tiġi pproċessata u, fejn xieraq, għandhom ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru jew jimblukkaw dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblokkar għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom ġie ppreżentat dan id-dokument, u għandhom ukoll jiġu pproċessati mill-istess awtoritajiet kompetenti.
Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali hija l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, u l-Artikolu 13b tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Id-dejta personali li tinsab f'dan id-dokument m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ mill-għanijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.
F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja: (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1)
Meta l-ilment ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta: (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).
ANNESS IV
Noti
|
1. |
Il-liċenzja għandha timtela b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Jekk tinkiteb bl-idejn, għandha timtela bil-linka b'ittri kapitali. |
|
2. |
Il-kaxxi 1, 4, 6, 8 u 11 sa 16 għandhom jimtlew mill-applikant hekk kif iressaq it-talba; madankollu, l-informazzjoni meħtieġa fil-kaxxi 7, 9, 10 u 15 tista' tingħata aktar tard. F'dan il-każ, din l-informazzjoni għandha tiġi miżjuda sa mhux aktar tard minn meta l-prodotti jiddaħħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni. |
|
3. |
Kaxxi 1, 4: Daħħal l-ismijiet u l-indirizzi sħaħ (telefown, faks, e-Mail). |
|
4. |
Kaxxa 6: Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ (telefown, faks, e-Mail) ta' kull operatur ieħor involut fl-operazzjoni tal-importazzjoni bħat-trasportaturi, l-intermedjarji, l-aġenti doganali. |
|
5. |
Kaxxa 8: Daħħal l-isem u l-indirizz sħiħ tad-destinatarju finali. Id-destinatarju finali jista' jkun identiku għall-importatur. |
|
6. |
Kaxxa 7: Daħħal l-isem u l-indirizz (telefown, faks, e-Mail) tal-awtorità tal-pajjiż terz. |
|
7. |
Kaxxa 9: Agħti l-isem tal-Istat Membru u l-port, l-ajruport jew il-punt tal-fruntiera. |
|
8. |
Kaxxa 10: Speċifika l-mezzi kollha tat-trasport li se jintużaw (eż. trakk, vapur, ajruplan, ferrovija, eċċ.). |
|
9. |
Kaxxi 11a, 11b: Daħħal l-isem tas-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, l-isem kummerċjali tal-prodott mediċinali elenkat fil-Kategorija 4, in-numru ta' unitajiet fil-kunsinna, in-numru ta' pilloli/ampolli f'kull unità, il-kontenut tas-sustanza skedata f'unità waħda (kull pillola/ampolla) jew fil-każ ta' taħlita jew prodott naturali, daħħal l-isem u l-kodiċi NM bi tmien ċifri, kif ukoll l-isem kummerċjali. |
|
10. |
Kaxxi 11a, 11b: Identifika l-pakketti u s-sustanzi b'mod preċiż (eż. żewġ laned ta' 5 litri kull waħda). Fil-każ ta' taħlita, prodott naturali jew preparazzjonijiet, indika l-isem kummerċjali kkonċernat. |
|
11. |
Kaxxi 12a, 12b: Daħħal il-Kodiċi NM bi tmien ċifri tas-sustanza skedata kif iddikjarat fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 111/2005.
Kaxxa 13a, 13b: għall-Kategorija 4, daħħal il-piż nett totali tas-sustanza skedata li tinsab fil-kunsinna tal-prodotti mediċinali. |
|
12. |
Kaxxa 16:
|
13. Protezzjoni tad-dejta personali
Meta l-Kummissjoni Ewropea tipproċessa dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandu japplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta.
Meta l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tipproċessa d-dejta personali inkluża f'dan id-dokument, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
L-għan tal-ipproċessar tad-dejta personali hu l-monitoraġġ tal-kummerċ tal-prekursuri tad-droga fi ħdan l-Unjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 273/2004 kif emendat bir- Regolament (UE) Nru 1258/2013, u bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 111/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1259/2013.
Il-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta huwa l-awtorità kompetenti nazzjonali ta' fejn ikun ġie ppreżentat dan id-dokument. Il-lista tal-awtoritajiet kompetenti hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kummissjoni:
http://ec.europa.eu/taxation_customs/resources/documents/customs/customs_controls/drugs_precursors/legislation/national_competent_authorities.pdf
B'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005 li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta' kummerċ fil-prekursuri ta' drogi bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni u għall-fini ta' kontroll u monitoraġġ ta' ċerti sustanzi użati ta' sikwit għall-manifattura illeċita ta' drogi narkotiċi jew sustanzi psikotropiċi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqsmu d-dejta personali u l-informazzjoni li tinsab f'dan id-dokument mal-awtoritajiet rilevanti fil-pajjiżi terzi.
Is-suġġetti tad-dejta għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dejta personali li tirrigwarda lilhom li tiġi pproċessata u, fejn xieraq, għandhom ukoll id-dritt li jirrettifikaw, iħassru jew jimblukkaw dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.
It-talbiet kollha għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess, rettifika, tħassir jew imblokkar għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom ġie ppreżentat dan id-dokument, u għandhom ukoll jiġu pproċessati mill-istess awtoritajiet kompetenti.
Il-bażi legali għall-ipproċessar tad-dejta personali hija l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 111/2005, u l-Artikolu 13b tar-Regolament (KE) Nru 273/2004.
Id-dejta personali li tinsab f'dan id-dokument m'għandhiex tinżamm għal aktar milli jkun meħtieġ mill-għanijiet li għalihom tkun ġiet miġbura.
F'każ ta' kunflitt, l-ilmenti jistgħu jiġu indirizzati lill-awtorità nazzjonali rilevanti għall-protezzjoni tad-dejta. Id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja: (http://ec.europa.eu/justice/data-protection/bodies/authorities/eu/index_en.htm#h2-1)
Meta l-ilment ikun jikkonċerna l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni Ewropea, dan għandu jiġi indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta: (http://www.edps.europa.eu/EDPSWEB/).
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/65 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1014
tal-25 ta' Ġunju 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operat fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpannija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) stabbilixxa l-lista ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni, kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, xi Stati Membri u l-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (l-EASA) għaddew informazzjoni lill-Kummissjoni li hi rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament ta' dik il-lista tal-Unjoni. L-informazzjoni rilevanti ġiet ukoll ikkomunikata lil ċerti pajjiżi terzi. Fuq il-bażi ta' dik l-informazzjoni u l-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni, il-lista tal-Unjoni issa għandha tiġi aġġornata. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni għarrfet lil kull trasportatur tal-ajru kkonċernat, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jistgħu jsawru l-bażi ta' deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni jew tibdel il-kundizzjonijiet ta' projbizzjoni tal-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru imniżżel fil-lista tal-Unjoni. |
|
(4) |
Lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati l-Kummissjoni tathom l-opportunità jikkonsultaw id-dokumenti li ressqu l-Istati Membri, jagħtu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 (3). |
|
(5) |
Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva aġġornamenti mingħand il-Kummissjoni dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tiegħu (KE) Nru 473/2006 (4), mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-istati tal-Angola, il-Botswana, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, il-Gabon, il-Ghana, l-Indja, l-Indoneżja, l-Iran, il-Każakistan, il-Libanu, il-Libja, il-Madagascar, ir-Repubblika Islamika tal-Mauritania, il-Mozambique, il-Filippini, is-Sudan, it-Tajlandja, il-Jemen u ż-Żambja. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru rċieva wkoll informazzjoni mingħand il-Kummissjoni dwar l-Afganistan, il-Benin, ir-Repubblika tal-Guinea, ir-Repubblika Kirgiża, in-Nepal, il-Korea ta' Fuq, São Tomé u Príncipe, u t-Tajwan u ġie aġġornat mill-Kummissjoni dwar konsultazzjonijiet tekniċi mal-Federazzjoni Russa. |
|
(6) |
L-EASA semgħet l-preżentazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Arju dwar ir-riżultati tal-analiżi tar-rapporti ta' verifika li għamlet l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (“ICAO”) fil-qafas tal-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”). F'dan il-kuntest, tfakkret l-importanza l-Istati Membri jagħtu prijorità lill-ispezzjonijiet fir-rampa tat-trasportaturi tal-ajru li ngħataw il-liċenzja mill-Istati u li fil-każ tagħhom l-ICAO tkun identifikat każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza jew li fil-każ tagħhom l-EASA tkun ikkonkludiet li hemm nuqqasijiet sinifikanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza. Minbarra l-konsultazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, din il-prijoritizzazzjoni mistennija tippermetti l-kisba ta' informazzjoni ulterjuri dwar il-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru li huma għandhom il-liċenzja f'dawk l-istati. |
|
(7) |
L-EASA ippreżentat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru r-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li saru skont il-Programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”) skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
|
(8) |
L-EASA aġġornat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru dwar il-proġetti ta' assistenza teknika li twettqu fi Stati milquta minn miżuri jew monitoraġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. L-EASA ippreżentat il-pjanijiet tagħha f'dan ir-rigward u pprovdiet informazzjoni fir-rigward ta' assistenza teknika u kooperazzjoni biex titjieb il-kapaċità amministrattiva u teknika tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili bil-għan li jissolvew nuqqasijiet ta' konformità ma' standards internazzjonali applikabbli. L-Istati Membri kienu mistiedna jirrispondu għal dawk it-talbiet fuq bażi bilaterali f'koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-EASA. Dwar dan, il-Kummissjoni saħqet dwar is-siwi li tingħata informazzjoni lill-komunità tal-avjazzjoni internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-bażi tad-dejta Safety Collaborative Assistance Network tal-ICAO, dwar l-assistenza teknika li jagħtu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex titjieb is-sikurezza tal-avjazzjoni madwar id-dinja. |
|
(9) |
Il-Eurocontrol aġġorna lill-Kummissjoni u lill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru dwar il-qagħda tal-funzjoni ta' twissija tas-SAFA u dwar l-istatistika attwali għall-messaġġi ta' twissija għal trasportaturi tal-ajru projbiti. |
It-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni
|
(10) |
Wara li l-EASA għarblet l-informazzjoni li ħarġet minn spezzjonijiet fir-rampa mwettqa fuq inġenji tal-ajru ta' ċertu trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni jew minn spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni li għamlet l-EASA, kif ukoll minn spezzjonijiet u verifiki speċifiċi li għamlu l-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, bosta Stati Membri ħadu ċertu miżuri ta' infurzar u għarrfu lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru b'dawk il-miżuri. L-Estonja infurmat li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Estonja wettqet verifika dwar it-trasportatur tal-ajru AS Avies u li s-sejbiet qed jiġu indirizzati mit-trasportatur tal-ajru. |
|
(11) |
L-Istati Membri tennew li kienu lesti jaġixxu bix-xieraq jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni mal-istandards xierqa tas-sikurezza. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Angola
|
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2011 (6), jippermetti lil TAAG Angola AirlinesTAAG Angola Airlines iċċertifikat f'Angola, biex jopera fl-Unjoni b'erba' inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH u D2-TBJ, bi tliet inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-200 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TED, D2-TEE u D2-TEF, u b'żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 777-300 bil-marki tar-reġistrazzjoni D2-TEG u D2-TEH. |
|
(13) |
Fil-21 ta' Novembru 2014, TAAG Angola Airlines ressqet applikazzjoni, permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Angola (INAVI), biex iħżid inġenju tal-ajru ġdid tat-tip Boeing 777-300 mal-lista fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Wara stedina mill-Kummissjoni kemm l-INAVIC kemm TAAG Angola Airlines attendew laqgħa ta' konsultazzjoni teknika fi Brussell fil-25 ta' Frar 2015 fejn il-qagħda attwali tas-sikurezza ġiet eżeminata bis-sħiħ fl-aspetti kollha tiegħu, inkluż fir-rigward taż-żieda ta' inġenji tal-ajru ġodda mal-flotta tat-TAAG Angola Airlines. |
|
(14) |
L-INAVIC iffukaw l-isforzi tagħhom l-aktar fuq l-allinjament tal-qafas legali mal-ħtiġijiet internazzjonali, it-titjib tal-infrastruttura (kopertura radju tat-territorju tagħhom) u t-tisħiħ ta' rekwiżiti ta' liċenzjar għall-persunal u l-organizzazzjonijiet kif ukoll għas-sorveljanza tal-operaturi eżistenti. Peress li din l-aħħar attività għadha ma tissodisfax kompletament l-istandards internazzjonali tas-sikurezza meħtieġa minħabba liċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi mhijiex b'saħħitha biżżejjed, m'hemmx lok għal illaxkar tal-projbizzjoni attwali fuq it-trasportaturi kollha ċċertifikati mill-INAVIC ħlief it-TAAG Angola Airlines. Il-Kummissjoni nnutat li, kien hemm titjib fil-komunikazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-INAVIC u TAAG Angola Airlines, b'laqgħat li jseħħu b'mod regolari biex jiġu diskussi l-aspetti kollha tal-operazzjonijiet tat-trasportatur bl-ajru. |
|
(15) |
TAAG Angola Airlines taw tagħrif dwar it-tiġdid u l-espansjoni tal-flotta, bl-irtirar tal-ingenji tal-ajru B 737-200 u B 747-300 Combi u x-xiri ta' inġenji tal-ajru ġodda B777-200, B 777-300 u B 737-700, flimkien ma' enfasi qawwija fuq il-kwalità tal-operazzjonijiet, l-inġinerija u l-manutenzjoni u t-tkabbir. It-taħriġ tal-piloti ttejjeb b'mod sinifikanti bl-għajnuna ta' konsulenti esterni. Is-sikurezza ssaħħet aktar bl-introduzzjoni ta' mekkaniżmu tar-rappurtar tal-okkorrenzi mhux punittiv u anonimizzat. Din l-informazzjoni, flimkien ma' anliżi komprensiva tal-FDM (Monitoraġġ ta' Dejta tat-Titjir) issa qiegħda tintuża sistematikament sabiex tidentifikaw u tipprevjeni li jerġgħu jseħħu l-inċidenti tal-passat jew anomaliji u qed tiġi inkluża fil-programm ta' taħriġ tal-piloti. |
|
(16) |
Fil-kuntest proċess ta' awtorizzazzjoni tal-operatur ta' pajjiż terz (“TCO”) (7), TAAG Angola Airlines kienet involuta fi djalogu kontinwu mal-EASA sa minn Novembru 2014 u ilha tipprovdi dejta fattwali u ddettaljat dwar l-operazzjonijiet u l-flotta tagħha tal-inġenji tal-ajru, sabiex tilħaq ir-rekwiżiti tad-Dejta Avvanzata tal-Operatur (“AOD”). |
|
(17) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, qed jitqies li għandha tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tkun tinkludi l-inġenji tal-ajru addizzjonali tat-tip Boeing 777-300 bil-marka ta' reġistrazzjoni D2-TEI ta' TAAG Angola Airlines fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 biex jitħallew joperaw fl-Unjoni. |
|
(18) |
L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva ta' TAAG Angola Airlinesmal-istandards rilevanti tas-sikurezza, permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' dan it-trasportatur tal-ajru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Botswana
|
(19) |
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana tat informazzjoni dwar il-progress tas-soluzzjoni lit-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza u s-sejbiet l-oħra tal-ICAO oħra permezz ta' ittra tat-30 ta' Jannar 2015. Intwera progress ulterjuri mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Botswana mħeġġa tfittex il-verifika mill-ICAO tar-riżoluzzjoni ta' każijiet ta' Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza. |
|
(20) |
L-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma ssostnix deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Botswana.Madankollu, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni għadha tiġi mmonitorjata mill-qrib. |
|
(21) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Botswana. |
Trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
|
(22) |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 sa minn Marzu 2006 (8). |
|
(23) |
B'ittra tas-27 ta' Mejju 2015, l-awtoritajiet kompetenti tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, l-Autorité de l'Aviation Civile (“AAC”), infurmaw lill-Kummissjoni li ċ-Ċertifikati tal-Operaturi tal-Ajru tat-trasportaturi tal-ajru Air Baraka, Biega Airways, Cetrac Aviation Service SPRL, Congo Express, GIS'AIR, Goma Express, GTRA, Katanga Express, Okapi Airlines, Patron Airways, Pegasus Aviation, Sion Airlines u Tracep Congo ġew revokati u għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru għandhom jitneħħew mill-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(24) |
Fl-4 ta' Ġunju 2015, l-AAC pprovdiet lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali li turi li ċ-Ċertifikati tal-Operatur tal-Ajru tat-trasportaturi tal-ajru African Air Service Commuter, Air Castilla, Air Malebo, Armi Global Business Airways, Business Aviation, CHC Stellavia, Eagles Services, Ephrata Airlines, Filair, Fly Congo, Galaxy Kavatsi, International Trans Air Business, Jet Congo Airlines, Katanga Wings, Lignes Aériennes Congolaises, Mavivi Air Trade, Safe Air, Stellar Airways, Waltair Aviation and Wimbi Dira Airways kienu ġew revokati u għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru għandhom jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(25) |
L-AAC infurmat ukoll lill-Kummissjoni li kienet inħarġet liċenzja tal-operatur lit-trasportaturi tal-ajru Dakota SPRL, Malu Aviation, Serve Air and Congo Airways mingħajr ma ntwera li ċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta' dan it-trasportatur tal-ajru jikkonformaw bis-sħiħ mal-istandards tas-sikurezza applikabbli. Dawn it-trasportaturi tal-ajru għandhom għalhekk jiżdiedu mal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(26) |
Skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar- Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies għalhekk li l-lista tal-Unjoni ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni għandha tiġi emendata biex tneħħi t-trasportaturi tal-ajru African Air Service Commuter, Air Baraka, Air Castilla, Air Malebo, Armi global Business Airways, Biega Airways, Business Aviation, Cetrac Aviation Service SPRL, CHC Stellavia, Congo Express, Eagles Services, Ephrata Airlines, Filair, Fly Congo, Galaxy Kavatsi, GIS'AIR, Goma Express, GTRA, International Trans Air Business, Jet Congo Airlines, Katanga Express, Katanga Wings, Lignes Aériennes Congolaises, Mavivi Air Trade, Okapi Airlines, Patron Airways, Pegasus Aviation, Safe Air, Sion Airlines, Stellar Airways, Tracep Congo, Waltair Aviation u Wimbi Dira Airways mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u jiżdiedu t-trasportaturi tal-ajru Dakota, Malu Aviation, Serve Air u Congo Airways mal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Trasportauri tal-ajru mill-Gabon
|
(27) |
It-trasportaturi tal-ajru Air Services SA u SCD Aviation ġew inkluħżi fl-Anness A sa minn Lulju 2008. It-trasportatur tal-ajru Gabon Airlines tħalla jopera sa minn Lulju 2008 fl-UE biss bl-inġenju tal-ajru tat-tip Boeing 767-200 bil-marki ta' reġistrazzjoni TR-LHP skont il-kunidzzjonijiet fil-premessa (15) tar-Regolament (KE) Nru 715/2008 (9). |
|
(28) |
Fil-5 ta' Ġunju 2015, l-awtoritajiet kompetenti tal-gabon ipprovdew lill-Kummissjoni b'evidenza tar-revoka taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) tat-trasportaturi tal-ajru Air Services SA, SCD Aviation u Gabon Airlines, u għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru għandhom jitneħħew mil-lista tal-Unjoni ta' trasportaturi tal-ajru soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-operat. |
|
(29) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Gabon għarrfu lill-Kummissjoni dwar il-ħruġ ta' AOC ġdid lit-trasportatur tal-ajru Tropical Air Gabon fis-6 ta' Mejju 2015 mingħajr ma ntwera li ċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza ta' dan it-trasportatur tal-ajru jikkonformaw bis-sħiħ mal-istandards tas-sikurezza applikabbli. Dan it-trasportatur tal-ajru għandu għalhekk jiżdied mal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(30) |
Skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar- Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies għalhekk li l-lista tal-Unjoni ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni għandha tiġi emendata biex tneħħi t-trasportaturi tal-ajru Air Services SA u SCD Aviation mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, biex tneħħi t-trasportatur tal-ajru Gabon Airlines mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u biex jiżdied it-trasportatur tal-ajru Tropical Air Gabon mal-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Gabon
|
(31) |
F'Settembru 2010, Meridian Airways LTD ġiet inkluża fl-Anness A tar- Regolament (KE) Nru 474/2006 (10). F'Settembru 2010 Airlift International (GH) LTD ġiet inkluża fl-Anness B tar- Regolament (KE) Nru 474/2006, u b'hekk inġenju tal-ajru partikolari wieħed biss tat-tip DC- 8-63F kien permess jopera fl-Unjoni. Iż-żewġ deċiżjonijiet irrżultawminn nuqqasijiet serji ta' sikurezza identifikati matul spezzjonijiet fir-rampa mwettqa skont il-Programm SAFA. F'Novembru 2010, ġie vvalutat li Airlift International (GH) LTD setgħet toperaw inġenju DC-8 63F ieħor fl-Unjoni (11). |
|
(32) |
Fil-5 ta' Frar 2014, id-Direttur tar-Regolamentazzjoni tas-Sikurezza tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivii tal-Ghana (“GCAA”) bagħat lill-Kummissjoni ċ-Ċertfikati ta' Dereġistrazzjoni tal-Inġenju tal-Ajru għal ċerti inġenji DC-8-63F inġenji tal-ajru rreġistrati fil-Ghana. Il-GCAA rrappurtat ukoll li kienet ħarġet direttiva teknika li tipprojbixxi l-użu ta' inġenji tal-ajru tat-tip DC-8 minn trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fil-Ghana, li daħlet fis-seħħ fl- 31 ta' Diċembru 2013. Din l-evidenza għandha titqies bħala konferma li l-Istat tal-Ghana ma baqax jappoġġja operazzjonijiet ta' inġenji tal-ajru tat-tip DC-8 fuq ir-Reġistru Statali tal-Inġenji tal-Ajru tiegħu u bħala prova tal-implimentazzjoni ta' programm għat-tnaqqis tal-flotta tal-ajru li globalment qed tiqdiem. |
|
(33) |
Fis-16 ta' Frar 2015, il-GCAA ġabet evidenza bil-miktub lill-Kummissjoni li l-GCAA kienet irrevokat iċ-Ċertifikati ta' Operatur tal-Ajru ta' Meridian Airways LTD u ta' Airlift International (GH) LTD. Laqgħa teknika bejn ir-rappreżentanti għoljin tal-GCAA, il-Kummissjoni u l-EASA saret fis-17 ta' Marzu 2015, u matulha l-GCAA tat dettalji dwar l-istruttura organizzattiva attwali tagħha, is-sorveljanza tagħha tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Ghana u l-proċess ta' ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru. L-evidenza dwar ir-revoka ta' dawn iż-żewġ Ċertifikati tal-Operatur tal-Ajru u l-fatti ppreżentati matul il-laqgħa teknika tal-arranġamenti ta' sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni tal-GCAA tqiesu suffiċjenti biex jiġi konkluż li kienu waqfu l-operazzjonijiet minn Meridian Airways LTD u Airlift International (GH) LTD. |
|
(34) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies għlahekk li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 jitneħħew Meridian Airways LTD, u biex mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 jitneħħew Airlift International (GH) LTD. |
|
(35) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Indja
|
(36) |
Permezz ta' ittra tal- 24 ta' Diċembru 2014, id-Direttur Ġenerali Indjan tal-Avjazzjoni Ċivili (“DGCA”) pprovda aġġornament lill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu mid-DGCA fir-rigward tad-deċiżjoni ta' Jannar 2014 li ħadet l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti (“FAA”) biex tbaxxi l-istatus ta' konformità tal-Indja minn kategorija 1 għal kategorija 2, skont l-awditu tal-International Aviation Safety Assessment (IASA) tal-FAA. Din l-ittra indikat ukoll li l-FAA kienet wettqet evalwazzjoni mill-ġdid tad-DGCA Indjan f'Diċembru 2014. Fit-8 ta' April 2015, il-FAA ħabbret l-aġġornament tal-istatus ta' konformità tal-Indja mal-awditu minn kategorija 2 għal kategorija 1. |
|
(37) |
Permezz ta' ittra tal-10 ta' April 2015 lid-DGCA Indjan, il-Kummissjoni, filwaqt li laqgħet id-deċiżjoni pożittiva li ħadet l-FAA biex taġġorna l-istatus tal-konformità mal-IASA tal-Indja, tenniet li lid-DGCA Indjan jeħtieġ tkompli timpenja ruħha mal-Kummissjoni fir-rigward tal-għoti ta' aġġornamenti regolari dwar it-twettiq mid-DGCA Indjan tal-obbligi internazzjonali tagħha ta' sikurezza u sorveljanza. |
|
(38) |
Fis-7 ta' Mejju 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn l-esperti tal-Kummissjoni, l-EASA, Stat Membru u rappreżentanti għoljin mid-DGCA Indjan. Il-laqgħa ppermettiet lid-DGCA Indjan jipprovdi dettalji dwar il-miżuri li ħa li wasslu għal titjib l-istatus tal-konformità mal-IASA tal-Indja minn kategorija 2 għal 1. Id-DGCA Indjana ta dettalji dwar il-pjan ta' azzjoni korrettiva li implimentat kif ukoll dettalji speċifiċi dwar miżuri sostenibbli li implimentat biex issaħħaħ il-kapaċità tas-sorveljanza tiegħu tas-sikurezza. Il-Kummissjoni ħadet nota tal-informazzjoni pprovduta mid-DGCA Indjan. Ġie vvalutat li ma hemm bżonn ta' ebda projbizzjoni jew restrizzjonijiet fuq l-operat fuq it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Indja, iżda li aktar laqgħat tekniċi ikunu ta' benefiċċju biex kwistjonijiet relatati mas-sigurtà jkunu jistgħu jiġu diskussi fuq bażi kontinwa mad-DGCA Indjan. |
|
(39) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Indja. |
|
(40) |
L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lit-trasportaturi tal-ajru Indjani skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Indoneżja
|
(41) |
Konsultazzjonijiet regolari bejn il-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenrali għall-Avjazzjoni Ċivili tal-Indoneżja (“DGCA”) qed jissoktaw bil-għan ta' monitoraġġ tal-progress tad-DGCA tal-Indoneżja biex jiżgura li s-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fl-Indoneżja tkun konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Wara l-verifika tal-ICAO ta' Mejju 2014, id-DGCA finalizza l-pjan ta' azzjoni korrettiva tiegħu. Id-DGCA bħalissa qiegħed fil-proċess li jlesti dawn l-azzjonijiet korrettivi. |
|
(42) |
Fit-28 ta' Diċembru 2014, it-titjira QZ 8501 tat-trasportatur tal-ajru Indonesia AirAsiakellu inċident fuq il-Baħar ta' Ġava. L-inġenju tal-ajru ġġarraf u l-passiġġieri u l-ekwipaġġ kollha tilfu ħajjithom. Il-Kumitat Nazzjonali għas-Sikurezza tat-Trasport Indoneżjan wettaq l-investigazzjoni tal-inċident u rapport finali huwa mistenni qabel l-aħħar tal-2015. |
|
(43) |
F'Jannar 2015, rappreżentanti tal-Kummissjoni żaru l-Indoneżja sabiex jiddiskutu r-riżultati mill-verifika tal-ICAO ta' Mejju 2014, sabiex jiġi żgurat li l-livell ta' sorveljanza tas-sikurezza ta' dawk it-trasportaturi tal-ajru li ma għadhomx inklużi fil-lista tal-Unjoni tibqa' tali sabiex ma jkunx hemmx raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom f'dik il-lista. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni ltaqgħu mal-Ministru Indoneżjan tat-Trasport u r-rappreżentanti mid-DGCA tal-Indoneżja, l-NTSC u mit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati. Dawk it-trasportaturi tal-ajru taw analiżi ġenerali tajba tas-sistemi ta' ġestjoni tas-sikurezza tagħhom u l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(44) |
Permezz ta' ittra tal-31 ta' Marzu 2015, id-DGCA ta informazzjoni komprensiva dwar l-azzjonijiet korrettivi li għaddejjin biex jiġu solvuti l-problemi identifikati mis-sejbiet tal-ICAO. Barra minn hekk, id-DGCA ipprovda informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru kkonċernati. Wara l-analiżi tal-informazzjoni li ngħatat, il-Kummissjoni talbet aktar kjarifiki fir-rigward tas-sorveljanza tas-sikurezza fuq it-trasportaturi bl-ajru ċċertifikati fl-Indoneżja u l-lista attwali ta' detenturi taċ-Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru fl-Indoneżja. |
|
(45) |
Permezz ta' ittra tat-13 ta' Mejju 2015, ingħataw il-kjarifiki addizzjonali. Ġiet ipprovduta informazzjoni dwar il-programm ta' kontroll u sorveljanza tat-trasportauri tal-ajru li bħalissa huma eżentati mill-probizzjoni fuq l-operat, jiġifieri PT. Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua u Indonesia Air Asia. Abbażi tal-informazzjoni pprovduta, ġie konkluż li d-DGCA qed iwettaq is-sorveljanza tas-sikurezza ta' dawn it-trasportaturi bl-ajru u li ma hemm l-ebda informazzjoni rilevanti tas-sikurezza li tappoġġja deċiżjoni biex tiġi imposta mill-ġdid projbizzjoni fuq l-operat. |
|
(46) |
F'din l-istess ittra, id-DGCA tal-Indoneżja għarraf lill-Kummissjoni li ċ-Ċertifikati ta' Operaturi tal-Ajru tat-trasportaturi tal-ajru Mandala Airlines (AOC No 121-005), Merpati Nusantara Airlines (AOC No 121-002), Sky Aviation (AOC No 121-028 u 135-044) u Republik Express (AOC No 121-040) kienu ġew irrevokati. Għalhekk, it-trasportatur Mandala Airlines għandu jitneħħa mil-lista ta' trasportaturi tal-ajru eżentati mill-Indoneżja u Merpati Nusantara Airlines, Sky Aviation u Republik Express għandhom jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(47) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni biex tneħħi t-trasportatur tal-ajru Mandala Airlines mil-lista ta' trasportaturi tal-ajru eżentati u tneħħi t-trasportaturi Merpati Nusantara Airlines, Sky Aviation u Republik Express mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Iran
|
(48) |
It-trasportatur tal-ajru Iran Air, iċċertifikat milll-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, kien ġie inkluż fl-Anness B tar- Regolament (KE) Nru 474/2006 fit-30 ta' Marzu 2010 (12). Wara żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni, ir-restrizzjonijiet operattivi fil-flotta tal- Iran Air ġew speċifikati ulterjorment fil-5 ta' Lulju 2010 (13). |
|
(49) |
Iran Air pprovdiet lill-Kummissjoni informazzjoni dwar il-flotta attwali tagħha, appoġġata minn dokumentazzjoni rilevanti. It-trasportatur tal-ajru talab li jkun eskluż l-inġenju tal-ajru tat-tip A320 mir-restrizzjonijiet operattivi sabiex ikun jistgħu jopera dawk l-inġenji tal-ajru lejn l-Unjoni. Madankollu, ma kienx possibbli sal-lum li tiġi vverifikata l-evidenza pprovduta permezz ta' laqgħa teknika u/jew ta' żjara ta' valutazzjoni fuq il-post. Għalhekk ma tistax tittieħed bħalissa deċiżjoni fir-rigward li tippermetti t-tħaddim ta' inġenji tal-ajru tat-tip A320 minn Iran Air. |
|
(50) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Iran. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan
|
(51) |
Il-Kummissjoni qed tkompli timmonitorja l-implimentazzjoni min-naħa tal-Każakistan tal-Pjan ta' Azzjonijiet Korrettivi wara Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO (“ICVM”) tal-2014 fil-pajjiż. Din l-ICVM ikkonfermat ir-riżoluzzjoni ta' preokkupazzjonisinifikanti dwar is-sikurezza fil-qasam tal-ajrunavigabbiltà u l-progress globali fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Madankollu, l-ICAO sabet nuqqasijiet serji fil-qasam tal-operazzjonijiet tal-ajru u saħansitra estendiet il-preokuppazzjoni sinifikanti dwar is-sikurezza relatata ma' dan il-qasam. |
|
(52) |
Fis-27 ta' April 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi mal-Kumitat għall-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC”) li tippermetti lil CAC jipprovdi lill-Kummissjoni b'aġġornament dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza u l-prijoritajiet tiegħu fuq żmien qasir u medju. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-CAC, tnedew ċerti azzjonijiet korrettivi. Azzjonijiet korrettivi oħra jinsabu f'diversi livelli ta' tlestija. Skont il-CAC, il-prijoritajiet tagħha għall- 2015 jinkludi l-introduzzjoni ta' proċess ta' Ċertifikazzjoni tal-Operaturi tal-Ajru b'ħames fażijiet: l-iżvilupp ta' proċeduri għal Approvazzjonijiet Speċjali; ir-reklutaġġ ta' persunal tekniku addizzjonali; l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' programm ta' sorveljanza tas-sikurezza u pjan ta' spezzjoni; l-introduzzjoni ta' listi ta' kontroll ġodda għall-ispezzjonijiet u l-verifiki; it-taħriġ ta' spetturi u l- għoti ta' setgħa ċar lill-ispetturi biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom ta' sorveljanza u kontroll. |
|
(53) |
Matul il-konsultazzjonijiet tekniċi t-trasportatur tal-ajru Air Astana informa li l-CAC wettaq iċ-ċertifikazzjoni mill-ġdid tat-trasportatur tal-ajru f'April 2015. Barra minn hekk, it-trasportatur tal-ajru pprovda aġġornamenti regolari dwar l-operazzjonijiet ta' titjir, ta' taħriġ u l-attivitajiet ta' manutenzjoni tiegħu. |
|
(54) |
Matul il-konsultazzjonijiet tekniċi ta' April 2015, it-trasportatur SCAT Air Company informa wkoll lill-Kummissjoni li kien diġà għadda minn Verifika tas-Sikurezza Operazzjonali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru u li t-trasportatur tal-ajru x'aktarx kellu jirċievi ċertifikat tal- Verifika tas-Sikurezza Operazzjonali tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru sal-aħħar tal-2015, jekk ir-rettifika ta' nuqqasijiet ta' konformità pendentitkun tlestiet b'suċċess. |
|
(55) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li l-Kummissjoni għandha għad-dispożizzjoni tagħha u d-diskussjonijiet li saru matul il-konsultazzjonijiet tekniċi, ġie konkluż li l-Każakistan ikompli jħabbat wiċċu ma' sfidi fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi bil-qawwa lill-CAC biex iżid l-isforzi tiegħu fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali ta' sikurezza bħala prekundizzjoni għall-Kummissjoni biex tqis favorevolment aktar illaxkar tar-restrizzjonijiet kif japplikaw bħalissa lit-trasportaturi tal-jru taħt sorveljanza CAC. |
|
(56) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan. |
|
(57) |
L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lill-inġenji tal-ajru ta' Air Astana skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mil-Libanu
|
(58) |
Konsultazzjonijiet mad-Direttorat Ġenerali għall-Avjazzjoni Ċivili (“DGCA”) tal-Libanu għadhom għaddejjin, bil-għan li jikkonfermaw li l-Libanu qed jimplimenta l-pjan ta' azzjoni korrettiva li ġie żviluppat bħala reazzjoni għas-sejbiet u t-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza bbażat fuq il-Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO ta' Diċembru 2012. |
|
(59) |
Fid-9 ta' April 2015, il-konsulent tal-Ministru tat-Trasport fil-Libanu, waqt laqgħa fi Brussell, informa lill-Kummissjoni u l-EASA, dwar l-istabbiliment ta' Bord ta' Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili. Irrefera wkoll proposti għas-separazzjoni tal-funzjonijiet tassorveljanza tas-sikurezza mill-funzjonijiet tal-forniment tas-servizz, li bħalissa t-tnejn li huma organizzati fi ħdan id-DGCA tal-Libanu. Ġiet ipprovduta aktar informazzjoni dwar il-passi li ħa d-DGCA flimkien mal-ICAO. Kien hemm missjoni mit-Tim tas-Sikurezza tal-Uffiċċju Reġjonali tal-ICAO f'Marzu 2015 sabiex jiġi vverifikat il-progress tal-azzjonijiet biex jindirizzaw dan it-Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza. |
|
(60) |
Il-Kummissjoni tat, permezz tal-EASA, assistenza teknika għall-implimentazzjoni ta' standards internazzjonali tas-sikurezza lid-DGCA tal-Libanu minn Settembru 2014 sa Marzu 2015, bħala segwitu għal proġett taċ-Ċellula Mediterranja tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni. Dawn l-attivitajiet għenu lid-DGCA tal-Libanu fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi, it-titjib tal-proċeduri interni tagħhom, manwali u gwidi u l-preparazzjonijiet tagħhom dwar struttura organizzattiva mtejba. |
|
(61) |
L-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma ssostnix deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Libanu. Madankollu, il-Kummissjoni qieset li s-sitwazzjoni għandha tkompli tkum immonitorjata mill-qrib. Il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet tal-Libanu għandhom ikomplu skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. |
|
(62) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mil-Libanu. |
|
(63) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Trasportaturi tal-ajru mil-Libja
|
(64) |
Il-Kummissjoni tibqa' mħassba dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Libja. Il-Gvern rikonoxxut mill-Unjoni ħatar awtorità kompetenti ġdida, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Libja (“LCAA”). Ċertu kompiti relatati mas-sikurezza tal-avjazzjoni, bħall-ħruġ ta' avviżi lill-membri tal-ekwipaġġ tal-inġenju tal-ajru (“NOTAM”), ġew assenjati mill-LCAA lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stati oħra. Madankollu, l-awtorità kompetenti preċedenti, jiġifieri l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Libja (“LYCAA”) qed tkompli topera u toħroġ NOTAMs apparti dawk maħruġa f'isem l-LCAA. Is-sikurezza tal-avjazzjoni tista' tiġi affettwata, minħabba li NOTAM maħruġ minn dawk l-organizzazzjonijiet, jekk tkopri l-istess spazju tal-ajru jew l-istess ajrudromi, jista' jinkludi informazzjoni konfliġġenti. |
|
(65) |
Il-Kummissjoni stabbiliet kuntatti mal-LCAA, imma ma ngħatatilhiex informazzjoni utli u verifikabbli dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tas-superviżjoni tal-avjazzjoni ċivili jew l-istatus tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Libja. |
|
(66) |
Minħabba l-qagħda preżenti insostenibbli u mhux ċara fil-Libja u l-kapċitajiet limitati tal- LCAA humiex kapaċi biex tissorvelja bix-xieraq it-trasportaturi tal-ajru Libjani u tikkontrolla r-riskji imminenti tas-sikurezza, jitqies li l-Libja ma tistax tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha fejn tidħol is-sikurezza tal-avjazzjoni. |
|
(67) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mil-Libja. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Madagascar
|
(68) |
Issoktaw b'mod attiv il-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet kompetenti tal-Madagascar, Aviation de Civile de Madagascar (“ACM”) sabiex jiġi monitorjat il-progress li sar biex dawn l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw is-sorveljanza tas-sikurezza ta' kull trasportatur tal-ajru ċċertifikat fil-Madagascar f'konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(69) |
Fit-28 ta' April 2015, il-Kummissjoni bl-għajnuna tal-EASA organizzat laqgħa ta' konsultazzjoni mal-ACM u mar-rappreżentanti tat-trasportatur tal-ajru Air Madagascar. F'din il-laqgħa, l-ACM u t-trasportatur tal-ajru taw informazzjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni korrettiva u preventiva rispettivi tagħhom, mwettqa sabiex jiġu indirizzati l-preokkupazzjonijiet ta' sikurezza li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-UE fil-Madagascar fi Frar 2014 |
|
(70) |
B'mod partikolari, l-ACM irrappurtaw dwar il-progress li sar fit-taħriġ tal-ispetturi tagħhom imwettaq fil-qafas ta' programm ta' assistenza teknika tal-ICAO (SAFE), u indikaw li jikkunsidraw li l-ispetturi kwalifikati attwalment kienu rċevew fiż-żmien tal-laqgħa madwar 65 % tat-taħriġ meħtieġ biex jippermettu l-ACM jilħqu livell aċċettabbli ta' rendiment fit-twettiq tal-obbligi tas-sorveljanza tagħhom. Filwaqt li l-programm ta' sorveljanza tal-2014 twettaq bl-għajnuna ta' terzi, l-ACM kienu fiduċjużi li l-programm ta' sorveljanza tal-2015 kien se juri l-kapaċità tagħhom li jwettqu l-obbligi ta' sorveljanza tagħhom. L-ACM infurmaw ukoll li dan l-aħħar iddeċidew li jissospendu ċ-Ċertifikat tal-Operaturi tal-Ajru at-trasportaturi bl-ajru aeromarine, Aeromarine, Henri Fraise Fils Transport Aérien u Insolite Travel Fl kif ukoll l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tat-taħriġ Ecole Nationale d'Enseignement de l'Aéronautique et de la Météorologie. L-ACM fl-aħħar nett enfasizzaw li l- evalwazzjoni tal-ICAO barra mis-sit tal-elementi kritiċi 1 sa 5 ta' sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza kienet għadha għaddejja u li din l-evalwazzjoni għandha titlesta f'Lulju 2015. |
|
(71) |
Barra mill-informazzjoni dwar il-pjan preventiv u korrettiv tagħha, it-trasportatur tal-ajru Air Madagascar pprovda aktar dettalji dwar l-evoluzzjoni tal-flotta tiegħu u b'mod partikolari informa l-akkwist tat-tielet inġenju tal-ajru tat-tip ATR 72-600 kien qed jiġi kkunsidrata u li żewġ inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-300 kienu skedati li jiġu sostitwiti minn inġenji tal-ajru tat-tip Boeing 737-700 fir-raba' kwart tal-2015. |
|
(72) |
Il-Kummissjoni ħadet nota tal-informazzjoni pprovduta mill-l-ACM u t-trasportatur tal-ajru Air Madagascar. Il-Kummissjoni laqgħet il-progress li għamlu l-ACM u t-trasportatur tal-ajru Air Madagascar billi stabbilew proċessi ġodda jew tejbu dawk eżistenti. Madankollu, il-Kummissjoni tenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa għaż-żewġ organizzazzjonijiet li jkollhom il-kapaċità jimplimentaw b'mod effettiv dawn il-proċessi. Il-Kummissjoni tirrakkomanda li jsir progress pass pass u li jiġu evitati proċessi li huma biss parzjalment implimentati, kif ġie nnutat waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fil-Madagascar fi Frar 2014. |
|
(73) |
Fit-8 ta' Mejju 2015 l-ACM infurmaw lill-Kummissjoni li t-trasportatur tal-ajru Air Madagascar talba biex l-nġenji tal-ajru tat-tip Airbus A 340-300 bil-marka tar-reġistrazzjoni 5R-EAA jiżdied mal-lista ta' inġenji tal-ajru tal-kumpanija li diġà ssemmew taħt l-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(74) |
Fitd-29 ta' Mejju 2015, il-Ministru tat-Turiżmu, it-Trasport u l-Meteoroloġija mill-Madagascar, esprima x-xewqa li s-sitwazzjoni taż-żewġ inġenji tal-arju tat-tip Airbus A 340-300 tiġi vvalutata mill-ġdid waqt il-laqgħa tal-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru f'Ġunju 2015. Madankollu, jekk il-proċess ta' rivalutazzjoni tat-tneħħija potenzjali tat-trasportatur tal-ajru Air Madagascar mill-Anness B għar-Regolament (KE) Nru 474/2006 ma jkunx jista' jitlesta qabel il-laqgħa ta' Ġunju 2015, kien se jappoġġja t-talba magħmula mit-trasportatur tal-ajru Air Madagascar għall-inklużjoni ta' inġenju tal-ajru tat-tip Airbus A 340-300 bil-marka tar-reġistrazzjoni 5R-EEA fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(75) |
Fid-dawl tas-serjetà tas-sejbiet li tqajmu waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-UE fil-Madagascar f'Frar 2014, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet li jippermettu din l- inklużjoni essenzjalment mhumiexdifferenti mill-kundizzjonijiet li jeħtieġu jintlaħqu biex jitneħħa -trasportatr tal-ajru Air Madagascar mill-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Ir-rieżami tal-informazzjoni pprovduta milll-ACM u t-trasportatur tal-ajru Air Madagascar, wara l-laqgħa tat-28 ta' April 2014, bil-għan li tiġi appoġġata l-inklużjoni tal-inġenju tal-ajru tat-tip Airbus A340-300 bil-marka tar-reġistrazzjoni 5R-EAA fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 ma turix li dawn il-kundizzjonijiet intlaħqu. |
|
(76) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Madagascar. |
Trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Islamika tal-Mauritanja
|
(77) |
Fl-24 ta' Frar 2015, saret laqgħa teknika fi Brussell bejn il-Kummissjoni, l-EASA, bosta Stati Membri u l-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Mauritanja, l-Agence Nationale de l'Aviation Civile, kif ukoll it-trasportatur tal-ajru Mauritania Airlines International (“MAI”). L-Agence Nationale de l'Aviation Civile ppreżentat is-sitwazzjoni tas-sikurezza fil-Mauritania u l-Pjan tal-Istat għas-Sikurezza u enfasizzat ir-riżultati tajbin tagħha tal-verifika tal-ICAO li wasslet għal livell għoli ta' implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-MAI spjegat kif irreaġixxiet għall-aħħar sejbiet tas-SAFA u ħabbret li se tgħaddi mill-proċess ta' reġistrazzjoni għall-Verifika tas-Sikurezza tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru. Il-MAI kkonfermat li, għal raġunijiet ekonomiċi, kienet waqfet milli ttir lejn ċerti destinazzjonijiet tal-Unjoni u li biħsiebha tiżviluppa netwerk reġjonali b'kooperazzjoni ma' trasportatur tal-ajru tal-Unjoni. Konsegwentement, il-MAI iddeċiediet ukoll li jibdel il-kompożizzjoni tal-flotta sabiex topera ajruplani iżgħar bi skeda b'livell ogħla ta' frekwenzi ta' titjiriet. |
|
(78) |
L-aħħar analiżi tas-SAFA pprovduta mill-EASA indikat titjib fis-sens li saru anqas sejbiet waqt l-ispezzjonijiet tas-SAFA fl-Unjoni, għalkemm ġie enfasizzat minn xi Stati Membri li l-introduzzjoni ta' tip ġdid ta' ajruplan fil-flotta tal-MAI, l-Embraer ERJ 145, kienet għadha ma twettqitx b'mod sodisfaċenti. Mill-10 sal-14 ta' Marzu 2015, saret fi Nouakchott il-pre-Verifika tas-Sikurezza tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru dwar is-Sikurezza Operazzjonali. The Agence Nationale de l'Aviation Civile a u l-MAI ipprovdew lill-Kummissjoni bir-riżultati preliminari ta' din il-verifika minn qabel. Fuq dik il-bażi, jidher li hemm implimentazzjoni aċċettabbli tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza u ma hemmx elementi li jindikaw l-eżistenza ta' nuqqasijiet ta' sikurezza partikolarment allarmanti. |
|
(79) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Iżlamika tal-Mauritania. |
|
(80) |
Jekk xi informazzjoni rilevanti tas-sikurezza turi li jkunu jeżistu riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni ulterjuri f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Możambique
|
(81) |
Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO saret f'Novembru u Diċembru 2014 biex tivvalida l-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Korrettiva tal-awtoritajiet kompetenti tal-avjazzjoni ċivili fil-Możambique, l-Instituto de Aviação Civil de Moçambique (“IACM”). Il-Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO kopriet l-oqsma tal-leġiżlazzjoni tal-avjazzjoni ċivili fil-Możambique, l-organizzazzjoni interna tal-IACM, l-ajrudromi u l-għajnuniet fuq l-art u s-servizzi tan-navigazzjonijiet bl-ajru fil-Możambique. Ir-rapport dwar din il-Missjoni ta' Validazzjoni Koordinata tal-ICAO ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal- fil-5 ta' Mejju 2015. |
|
(82) |
Filwaqt li ġie rikonoxxut il-progress miksub milll-IACM fir-rettifika tan-nuqqasijiet identifikati mill-ICAO kif ukoll l-isforz tal-IACM lejn it-tlestija tal-ħidma tagħha biex tistabbilixxi sistema tal-avjazzjoni konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, kien maħsub preċedentament li qabel kien previst li missjoni tal-UE ta' valutazzjoni tas-sikurezza tista' ssir fl- 2015. |
|
(83) |
Il-missjoni ta' valutazzjoni tal-Unjoni fil-Możambique sarer f'April 2015, bil-parteċipazzjoni tal-esperti mill-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri. L-oqsma li ġew ivvalutati kienu l-leġiżlazzjoni primarja dwar l-avjazzjoni u r-regolamenti tal-avjazzjoni ċivili, l-organizzazzjoni interna tal-IACM, il-liċenzjar u t-taħriġ tal-persunal, is-superviżjoni tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru u s-sorveljanza tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. |
|
(84) |
Il-missjoni ta' valutazzjoni tal-Unjoni għamlitha ċara li l-qafas legali stabbilit fih numru ta' devjazzjonijiet minn standards internazzjonali ta' sikurezza. L-att bażiku rivedut dwar l-avjazzjoni, li jinkorpora bidliet li se jsolvu dawn id-devjazzjonijiet identifikati, qed jistennew l-approvazzjoni tal-gvern. Hemm fis-seħħ regolamenti legali u tekniċi speċifiċi, iżda jonqoshom il-kompletezza u l-konsistenza. L-Istatuti riveduti tal-IACM, li jikkonferixxi l-awtonomija finanzjarja u operattiva meħtieġa lill-IACM u jirrisolvu nuqqasijiet identifikati f'dan il-qasam, qegħdin ukoll jistennew l-approvazzjoni tal-gvern. Filwaqt li l-biċċa l-kbira tar-reklutaġġ tal-persunal tlesta u xi wħud mill-modifiki organizzattivi ppjanati ġew implimentati, parti sinifikanti tal-fażi ta' implimentazzjoni li baqa' għad trid tiġi kompluta. |
|
(85) |
Il-missjoni ta' valutazzjoni tal-Unjoni identifikat ukoll dgħufijiet u nuqqasijiet f'diversi oqsma ta' ħidma tal-IACM, inklużi l-liċenzjar u t-taħriġ tal-persunal, is-superviżjoni tal-ajrunavigabbiltà u l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru. Lit-tliet operaturi li, permezz ta' kampjun rilevanti tal-Unjoni, sarulhom żjarat, it-tim ta' valutazzjoni tal-Unjoni identifika nuqqasijiet prominenti fiż-żamma tar-rekords, manwali inadegwati, mekkaniżmi organizzattivi laxki u prattiki foqra ta' manutenzjoni. Filwaqt li xi wħud minn dawn huma kompletament taħt ir-responsabbiltà tal-operatur, ħafna minnhom jistgħu jitqiesu bħala sinjal ta' nuqqas ta' awtorità xierqa ta' sorveljanza. |
|
(86) |
Min-naħa l-oħra, l-IACM wera impenn sod biex ikompli jaħdem lejn l-għan aħħari tiegħu li jasal għal sistema tal-avjazzjoni konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, u jkompli jgawdi mill-appoġġ u l-approvazzjoni sħaħ tal-gvern. Madankollu, l-IACM ser jeħtieġ ukoll gwida professjonali, kompetenti u imparzjali għall-perjodu li jmiss. Il-Kummissjoni qed tħejji, mal-IACM u l-EASA, l-għoti ta' din l-assistenza teknika, bil-għan li jissolvew in-nuqqasijiet li baqa' u tikkonkludi l-proċess tal-bini tal-kapaċità interna neċessarju biex tintlaħaq is-sostenibbiltà meħtieġa. |
|
(87) |
Il-missjoni ta' valutazzjoni tal-Unjoni ppermettiet lill-Kummissjoni tikkonkludi li, filwaqt li l-IACM wera progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza, jibqgħu nuqqasijiet importanti fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Mozambique. Il-kapaċità tal-IACM li tissorvelja l-attivitajiet tal-avjazzjoni ċivili tal-Mozambique, f'dan l-istadju, mhix f'livell suffiċjenti skont l-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Għalhekk ma hemmx evidenza biżżejjed biex tappoġġja deċiżjoni dwar il-laxkar tal-projbizzjoni tal-operat tat-trasportaturi bl-ajru kollha li huma ċċertifikati fil-Możambique. |
|
(88) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Mozambique. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Filippini
|
(89) |
F'Marzu 2010, it-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika tal-Filippini ġew inklużi fl-Anness A għar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (14), abbażi ta' evidenza vverifikata ta' nuqqas ta' ħila tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza ta' dawn it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizzaw nuqqasijiet ta' sikurezza. Kien hemm ukoll nuqqas ta' evidenza ta' konformità ma' standards internazzjonali applikabbli tas-sikurezza u mal-prassi rakkomandata min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika tal-Filippini, |
|
(90) |
F'Lulju 2013, it-trasportatur tal-ajru Philippine Airlines tneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 (15). F'April2014, it-trasportatur tal-ajru Cebu Pacific Air tneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 ukoll (16). Iż-żewġ deċiżjonijiet kienu bbażati fuq żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post f' Ġunju 2013, is-sorveljanza mtejba tas-sikurezza pprovduta mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Filippini (CAAP) ta' dawk it-trasportaturi tal-ajru u l-kapaċità ta' dawk it-trasportaturi tal-ajru li jiżguraw konformità effettiva mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. F'April 2014, l-Amministrazzjoni Federali tal-Avjazzjoni tal-Istati Uniti ħabbret id-deċiżjoni tagħha li taġġorna l-istatus ta' konformità tal-Filippini minn kategorija 2 għal kategorija 1 fir-rigward tal-programm ta' verifika tagħha tas-Sikurezza Internazzjonali ta-Avjazzjoni. |
|
(91) |
Fl-10 ta' Marzu 2015 saru konsultazzjonijiet tekniċi bejn l-esperti tal-Kummissjoni, l-EASA, Stat Membru u rappreżentanti għoljin mis-CAAP, kif ukoll tliet trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini, jiġifieri Zest Airways Inc. (Dba “Air Asia Zest”), Air Philippines Corporation u South East Asian Airlines (SEAir) Inc. Is-CAAP tat aġġornament dwar it-titjib organizzattiv li għaddej, inkluża r-riorganizzazzjoni tas-Servizz tal-Ispettorat tal-Istandards tat-Titjir tagħha u dettalji ta' taħriġ għal Spetturi tas-CAAP. Barra minn hekk, is-CAAP tat dettalji dwar is-sorveljanza tas-sikurezza li twettaq fuq it-trasportaturi tal-ajru Air Asia Zest, Air Philippines Corporation u South East Asian Airlines (SEAir) Inc. Fir-rigward tas-sorveljanza tas-sikurezza li tagħti s-CAAP, id-dettalji ppreżentati fil-laqgħa inkludew il-programm ta' Spezzjonijiet Annwali Minimi Meħtieġa skedati għal kull trasportatur kif ukoll dettalji speċifiċi ta' attivitajiet ta' sorveljanza li għandhom x'jaqsmu ma' kull wieħed minnhom. Waqt il-laqgħa, is-CAAP tat ukoll aġġornament dwar l-implimentazzjoni tal-Programm Statali tal-Filippini għas-Sikurezza. Dan l-aġġornament inkluda informazzjoni speċifika fir-rigward tal-Programm Statali tal-Filippini għas-Sikurezza tar-Runway, inkluż il-programm relatat ta' taħriġ u sensibilizzazzjoni. Is-CAAP ta wkoll aġġornament dwar l-investigazzjoni ta' ħruġ mir-runway ta' inġenju tal-ajru ta' Air Asia Zest li seħħ fit-30 ta' Diċembru 2014. |
|
(92) |
Fl-10 ta' Marzu 2015, konsultazzjonijiet tekniċi ma' Air Asia Zest, Air Philippines Corporation u South East Asian Airlines (SEAir) Inc spjegaw il-funzjonament tal-operazzjonijiet rispettivi tagħhom. L-informazzjoni pprovduta minn kull trasportatur bl-ajru inkludiet dettalji dwar l-istruttura organizzattiva u l-operat tad-dipartimenti tal-Kwalità u s-Sikurezza individwali tagħhom. Informazzjoni speċifika inkludiet tagħrif dwar il-flotta attwali, il-mitigazzjoni tat-tħassib dwar is-sikurezza f'kull trasportatur tal-ajru u dettalji tal-għoti ta' assigurazzjoni interna tal-kwalità. Barra minn hekk, kull trasportatur ippreżenta l-programmi individwali tiegħu tal-Monitoraġġ tad-Dejta tat-Titjir. |
|
(93) |
Fuq il-bażi tal-evidenza ppreżentata matul dawn il-konsultazzjonijiet, żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post fil-Filippini ġiet organizzata f'April 2015. Esperti mill-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri ħadu sehem f'din iż-żjara ta' valutazzjoni. Iż-żjara ta' verifika saret fl-uffiċji tas-CAAP u, b'kampjun, għand bosta trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini, jiġifieri Air Asia Inc, Air Asia Zest, Air Philippines Corporation, Island Aviation Inc, Magnum Air (Skyjet) Inc, South East Asian Airlines (SEAir) Inc u South East Asian Airlines (SEAIR) International. |
|
(94) |
L-evidenza mressqa waqt iż-żjara fuq il-post mill-Unjoni kienet tinkludi li s-Servizz tal-Ispettorat tal-Istandards tat-Titjiriet għandu 173 membru tal-istaff bil-kompitu dirett taċ-ċertifikazzjoni u s-sorveljanza. Mill-evidenza kampjunata ġie kkonfermat li l-ispetturi tal-Operazzjonijiet u l-Manutenzjoni prinċipali kellhom biżżejjed esperjenza biex jissorveljaw b'mod effettiv u li kienu rċevew taħriġ formali b'rabta mar-responsabbiltajiet tagħhom fejn tidħol is-sorveljanza. Biex jassisti lill-ispetturi fix-xogħol tagħhom fejn jidħlu r-responsabbiltajiet ta' sorveljanza, is-CAAP ipproduċiet għodda li tgħin fil-kompiti tal-ispettur, għodda li tinkludi ċekkjaturi strutturati biex jgħinu fil-kompitu tagħhom, dokumentazzjoni tas-CAAP li tgħin bħala gwida teknika, formoli ta' spezzjoni u dokumentazzjoni ta' referenza marbuta mas-sorveljanza. |
|
(95) |
L-evidenza mressqa mis-CAAP waqt iż-żjara ta' eżaminazzjoni fuq il-post kienet tinkludi li biex jassisti bl-ippjanar tal-iskeda tal-Ispezzjoni Annwali Minima Mitluba, il-CAAP tutilizza bażi tad-dejta għar-rappurtar u l-ittraċċar tas-sorvjelnza fejn tidħol is-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili (il-CASORT). Biex jippermetti li l-ispetturi individwali jimplimentaw skeda ta' sorveljanza strutturata, is-CAAP tippubblika “Linji Gwida għall-Programm Nazzjonali tas-Sorveljnza u l-Ispezzjoni”. Dan id-dokument jinkludi l-għażliet ta'spezzjonijiet ifukati fl-eventwalità ta' detentur ta' AOC bi prestazzjoni baxxa. B'rabta maċ-ċertifikazzjoni u t-tiġdid ta' AOC, il-CAAP ippubblika “Manwal għaċ-Ċertifikazzjoni u l-Amminsitrazzjoni tal-Operaturi tal-Ajru”. Waqt iż-żjara ta' eżaminazzjoni mill-Unjoni, ittieħed kampjun mill-fajls taċ- ċertifikazzjoni u t-tiġdid tal-AOC ta' 9 trasportaturi tal-ajru ċċertifikati, inklużi t-trasportaturi tal-ajru kollha li saritilhom żjara mit-tim ta' eżaminazzjoni tal-UE. Barra minn hekk, ġew osservati l-ispetturi tas-CAAP proprju waqt sorveljanza speċifika. L-ippjanar u l-andament ta' din l-attività tqies sodisfaċenti. |
|
(96) |
Permezz ta' kampjun rilevanti tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini, saru żjarat lil seba' trasportaturi waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq is-sit. Dan il-kampjun inkluda l-erba' l-akbar trasportaturi tal-ajru ċertfikati tal-Filippini li għadhom inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. Iż-żjara rat li tivverifika il-medda tal-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Barra minn hekk, iż-żjara, skont il-kriterji komuni stipulati fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, kellha l-għan li tagħmel valutazzjoni tar-rieda u l-kapaċità ta' kull wieħed minn dawn it-trasportaturi tal-ajru biex jindirizza nuqqasijiet ta' sikurezza. Il-konklużjoni ewlenija taż-żjarat lil dawn it-trasportaturi tal-ajru kinet li ma kienx hemm nuqqas ta' rieda u ġeneralmentl-ebda nuqqas ta' kapaċità biex jindirizzaw in-nuqqasijiet ta' sikurezza. |
|
(97) |
Fir-rigward taż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post, fir-rigward tal-kriterji komuni kif stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) nru 2111/2005 ġie konkluż li l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Filippini għandha r-rieda u l-abbiltà li tindirizza n-nuqqasijiet ta' sikurezza u għandha ħila bizzejjed u biex timplimenta, u fejn meħtieġ, tinforza l-istandards internazzjoni relevanti tas-sikurezza, inklużi r-Regolamenti tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Filippini. |
|
(98) |
Is-CAAP instemgħet mill-Kumitat dwar is-Sikurezza tal-Ajru fl-10 ta' Ġunju 2015, F'dik l-okkażjoni, permezz ta' kampjun relevanti, instemgħu ukoll tliet trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Filippini, (Air Asia Zest, Air Philippines Corporation and Cebgo Inc, li qabel kienet South East Asian Airlines (SEAir) Inc).] |
|
(99) |
Is-CAAP ippreżentat lill-Kumitat l-istruttura organizzattiva tas-Servizz tal-Ispettorat tal-Istandards tat-Titjiriet, ipprovdiet id-dettalji tal-forza tax-xogħol eżistenti tagħha assenjata bil-kompiti tas-sorveljanza tas-sikurezza u pprovdiet stampa ġenerali tal-attività tal-avjazzjoni fil-Filippini. Irrappurtat li għandha responsabbiltà ta' sorveljanza għal 36 detendur tal-AOC u li kkategorizzat disgħa minnhom bħala operaturi ta' ajruplani kbar. Is-CAAP ipprovdiet ukoll sommarju tas-sorveljanza li skedat għall-2015 fir-rigward ta' tliet trasportaturi bl-ajru li ħadu sehem fis-smigħ. Barra minn hekk, is-CAAP saħqet fuq l-impenn tagħha tal-awtorità kompetenti tal-Filippini li tkompli bil-pjan direzzjonali tagħha ta' titjib kontinwu. |
|
(100) |
Fil-preżentazzjoni tagħha, is-CAAP ipprovdiet sommarju tal-pjan ta' azzjoni korrettiv tiegħu fir-rigward tal-osservazzjonijiet li tqajmu mit-tim tal-UE ta' valutazzjoni waqt iż- żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. L-azzjonijiet korrettivi ppreżentati jinkludu ffukar fuq ċerti kwistjonijiet prijoritarji bħat-tisħiħ tal-programm tat-taħriġ tal-ispetturi tas-CAAP, titjib tal-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni, miżuri kontinwi biex jitjieb is-sett ta' ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-ispetturi u impenn li tkompli bix-xogħol tagħha fuq l-istandardizzazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza. Barra minn hekk, is-CAAP ipprovdiet dettalji speċifiċi fir-rigward ta' titjib fl-infrastruttura inklużi miżuri assoċjati mal-Programm tas-Sikurezza tal-Mitjar tal-Istat. |
|
(101) |
L-Air Philippines Corporation ippreżentat dettalji dwar l-istruttura organizzattiva tagħha, il-pjanijiet tal-flotta tal-ajruplani tagħha, u dettalji dwar is-Sistema tal-Maniġment tas-Sikurezza tagħha. Irrappurtat fuq l-istruttura tal-laqgħat dwar is-sikurezza, l-irrappurtar u l-maniġment tas-sikurezza, il-programm tagħha dwar il-monitoraġġ tad-dejta tat-titjiriet inkluż dwar kif twettaq il-monitoraġġ ta' azzjonijiet mitiganti. L-Air Philippines Corporation ipprovdiet dettalji dwar il-funzjoni tagħha tal-assikurazzjoni tas-sikurezza u l-applikazzjoni tagħha tal-proċeduri tat-tibdiliet fil-maniġment. Barra minn hekk, it-trasportatur tal-ajru irrapporta dwar l-azzjonijiet ta' segwitu għall-osservazzjonijiet imqajma waqt iż-żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post |
|
(102) |
Cebgo Inc ippreżentat dettalji tal-istruttura tal-maniġment tagħha, is-Sistema tal-Maniġment tas-Sikurezza, il-programm tal-prevenzjoni tal-inċidenti u s-sikurezza tat-titjiriet, il-programm tal-maniġment tad-dejta tat-titjiriet, is-sistemma tal-maniġment tal-kwalità u l-kontroll dwar l- ajrunavigabbiltà u l-manutensjoni. Id-dettalji jinkludu l-miri ta' sikurezza tagħha għall-2015 u l-evidenza tal-proċess tal-irrappurtar dwar is-sikurezza. Cebgo Inc irrappurtat il-ħames prijoritajiet ewlenin tagħha dwar is-sikurezza u l-azzjonijiet li ttieħdu fir-rigward tagħhom. Barra minn hekk, it-trasportatur tal-ajru ppreżenta sommarju tal-azzjonijiet ta' segwitu għall-osservazzjonijiet imqajma waqt iż- żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. |
|
(103) |
Air Asia Zest ippreżentat dettalji dwar il-flotta tagħha, l-istruttura organizzazzjonali tagħha, u d-dipartment tagħha dwar l-maniġment tas-sikurezza u l-kwalità. Id-dettalji jinkludu l-objettivi ta' livell għoli ta' skurezza, il-proċess tal-irrappurtar tas-sikurezza, u l-programm tal-analiżi tad-dejta tat-titjiriet kif ukoll il-ħames prijoritajiet ewlenin tagħha dwar is-sikurezza. Barra minn hekk, it-trasportatur tal-ajru ppreżenta sommarju tal-azzjonijiet ta' segwitu għall-osservazzjonijiet imqajma waqt iż- żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post. |
|
(104) |
Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, inklużi r-riżultati taż-żjara tal-Unjoni fuq il-post u l-informazzjoni mogħtija fis-smigħ quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, il-Kummissjoni tqis li s-CAAP għamlet titjib kontinwu fuq perjodu ma jaqtax. Qed jiġi rikonoxxut ukoll li s-CAAP qatt ma wriet ruħha mhux lesta tikkopera b'mod konsistenti mal-Kummissjoni u li s-CAAP hi trasparenti meta qed jirrikonoxxi li għandu jkompli jaħdem biex ikompli jiżviluppa l-proċeduri tiegħu dwar is-sorveljanza tas-sikurezza. Qed jiġi vvalutat li s-CAAP tista' tinħeles mir-responsabbiltajiet tagħha fejn tidħol is-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru ċertifikati fil-Filippini. Waqt is-smigħ quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, il-CAAP intrabat li jikkopera b'mod sħiħ mal-Kummissjoni permezz ta' djalogu kontinwu dwar is-sikurezza, inkluż permezz ta' laqgħat addizzjonali, jekk u meta l-Kummissjoni tara l-bżonn tagħhom. |
|
(105) |
Il-Kummissjoni nnutat li t-tliet trasportaturi tal-ajru ċċertifikati mill-Filippini u li mill-kampjun relevanti li ttieħed minnhom issejħu għas-smigħ quddiem il-Kumitat tas-Sikurezza tal-Ajru, ħareġ li kienu ta' standard sodisfaċenti u huma lkoll f'qagħda li jipprovdu dettalji speċifiċi għat-twettiq sikur tal-operazzjonijiet rispettivi. Il-Kummissjoni tqis li hemm biżżejjed evidenza ta' konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza li huma applikabbli u rrakkomandat xi prattiki lit-trasportaturi tal-ajru ċertifikati fir-Repubblika tal-Filippini. |
|
(106) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li għandha tinbidel il-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni għandha tiġi emendata biex tneħħi t-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Repubblika tal-Filippini mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
|
(107) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva mit-trasportaturi tal-ajru kollha tal-Filippini mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. Jekk ir-riżultati ta' dawn l-ispezzjonijiet, jew kull informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza ma jintlaħqux, il-Kummissjoni tkun imġiegħla tieħu azzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Trasportaturi bl-ajru mill-Federazzjoni Russa
|
(108) |
Il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri baqgħu jsegwu mill-qrib il-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa u li joperaw fl-Unjoni, inkluż permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru lil ċertu trasportaturi tal-ajru Russi skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(109) |
Fit-23 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EASA, iltaqgħet mar-rappreżentanti tal-Aġenzija Federali tat-Trasport tal-Ajru Russa (FATA). L-għan ta' din il-laqgħa kien li jiġu riveduti l-prestazzjoni tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru Russi waqt l-ispezzjonijiet fir-rampa tas-SAFA għall-perjodu bejn l-10 ta' Marzu 2014 u d-9 ta' Marzu 2015 u jidentifikaw każijiet li jeħtieġu attenzjoni speċifika. Matul il-laqgħa, il-FATA impenjat ruħha li ssegwi ċerti każijiet ta' nuqqas ta' konformità li kienu għadhom ma ġewx rettifikati sew u li taġġorna lill-Kummissjoni dwar l-istatus tagħhom qabel l-aħħar ta' Mejju. |
|
(110) |
Il-FATA infurmat lill-Kummissjoni li, minħabba l-espansjoni tas-sistema SAFA, hija tissorvelja l-prestazzjoni tas-SAFA ta' trasportaturi tal-ajru Russi f'ċerti pajjiżi terzi wkoll. Il-FATA indikat ukoll li kienet ħatret spetturi ta' sikurezza ġodda biex jittrattaw ma' trasportaturi tal-ajru li jkollhom sejbiet miftuħa wara l-ispezzjonijiet skont il-programm SAFA. Il-FATA esprimiet l-aspettattiva li din is-sorveljanza se tkompli ttejjeb il-veloċità tar-reazzjoni u l-kwalità tal-azzjonijiet korrettivi tal-operaturi. Il-FATA aġġornat ukoll lill-Kummissjoni dwar l-aħħar sospensjonijiet u revoki taċ-ċertifikati tal-operatur tal-ajru taħt ir-responsabbiltà tagħhom. |
|
(111) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli, il-Kummissjoni kkonkludiet i l-awtoritajiet Russi tal-avjazzjoni jew it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Federazzjoni Russa m'għandhomx għalfejn jidhru quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru. |
|
(112) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Federazzjoni Russa. |
|
(113) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru tal-Federazzjoni Russa mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(114) |
Jekk dawn l-ispezzjonijiet juru riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni kontra trasportaturi tal-ajru mill-Federazzjoni Russa f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Trasportaturi tal-ajru mis-Sudan
|
(115) |
Abbażi ta' kuntatti regolari bejn l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan (SCAA) u l-Kummissjoni, jidher li l-SCAA għamlet progress tajjeb rigward l-attivitajiet ta' superviżjoni tagħhom fir-rigward ta' trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan. L-SCAA infurmat ukoll lill-Kummissjoni li ċerti trasportaturi bl-ajru għamlu progress tajjeb fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(116) |
L-SCAA qablet li tilqa' żjara ta' valutazzjoni fuq il-post tal-Unjoni f'Ottubru 2015. Din iż-żjara ta' valutazzjoni hija ppjanata sabiex tiġi vverifikata l-informazzjoni pprovduta mill-SCAA u biex tinġabar informazzjoni addizzjonali biex issostni deċiżjoni possibbli fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan. Bħalissa m'hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli biex tappoġġja deċiżjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan. |
|
(117) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mis-Sudan. |
Trasportaturi tal-ajru mit-Tajlandja
|
(118) |
Awditu sħiħ sħiħa ta' Approċċ ta' Monitoraġġ Kontinwu tal-Programm tal-Verifika Universali tas-Sorveljanza tas-Sikurezza sar mill-ICAO fir-Renju tat-Tajlandja f'Jannar 2015. Ir-riżultat globali huwa li l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza fit-Tajlandja huwa ferm inqas mill-medja dinjija. Abbażi tar-riżultati tal-awditjar, l-ICAO ħarġet Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza rigward iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tal-ajru, inkluż l-awtorizzazzjoni ta' proċeduri operattivi speċifiċi. Id-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili (“DCA”) fit-Tajlandja ressaq pjan ta' azzjoni korrettiva lill-ICAO biex jindirizza s-sejbiet. |
|
(119) |
Id-DCA avviċinaw l-Unjoni Ewropea u l-EASA biex jitolbu assistenza teknika sabiex jiksbu appoġġ għar-riżoluzzjoni tas-sejbiet li tqajmu mill-ICAO. Saret missjoni ta' assistenza teknika lit-Tajlandja f'April 2015 u assistenza u kooperazzjoni teknika oħra se tingħata fix-xhur li ġejjin. |
|
(120) |
Abbażi tar-riżultati tal-verifika tal-ICAO u r-rakkomandazzjonijiet mill-missjoni ta' assistenza teknika, id-DCA Tajlandiż, flimkien mat-trasportatur tal-ajru Thai Airways International,ġew mistiedna għal konsultazzjonijiet tekniċi fi Brussell sabiex tinġabar informazzjoni addizzjonali fuq azzjonijiet korrettivi fil-qosor, fiż-żmien mezzan u fit-tul li d-DCA qed tieħu. Id-DCA Tajlandiż, flimkien mat-trasportatur tal-ajru Thai Airways International, laqgħu din l-istedina u pprovdew b'mod trasparenti kull informazzjoni mitluba qabel il-laqgħa. |
|
(121) |
Waqt il-konsultazzjonijiet tekniċi, li saru fit-3 ta' Ġunju 2015, sew id-DCA sew Thai Airways International urew rieda ċara ħall-impenn u pprovdew kemm jista' jkun informazzjoni. ID-DCA saħaq li l-Gvern fit-Tajlandja kien konxju bil-kbir dwar l-importanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili u ntrabat li jipprovdi l-mezzi meċessarji biex itejjeb is-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tad-DCA Tajlandiż, li daqlwaqt se jiġi orgnizzat mill-ġdid fl-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tat-Tajlandja, b'baġit miżjud konsiderevolment. |
|
(122) |
Thai Airways International ippreżentaw b'mod ċar is-Sistema tagħhom għall-Ġestjoni tas-Sikurezza u l-Kwalità. It-trasportatur tal-ajru wera li kien kapaċi jiżgura konformità xierqa mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. |
|
(123) |
Il-Kummissjoni tqis li l-informazzjoni disponibbli dwar is-sikurezza ma ssostnix deċiżjoni li timponi projbizzjoni jew restrizzjonijiet operattivi fuq trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fit-Tajlandja. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni għadha tiġi mmonitorjata mill-qrib. |
|
(124) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mit-Tajlandja. |
|
(125) |
L-Istati Membri għandhom ikomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru tat-Tajlandja mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni ta' spezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
|
(126) |
Jekk dawn l-ispezzjonijiet juru riskji imminenti tas-sikurezza minħabba nuqqas ta' konformità ma' standards internazzjonali tas-sikurezza, il-Kummissjoni jkollha tieħu azzjoni kontra trasportaturi tal-ajru mit-Tajlandja f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Jemen
|
(127) |
B'ittra tat- 10 ta' April 2015, il-Kummissjoni staqsiet lill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili Meteoroloġika tal-Jemen (CAMA) dwar jekk is-sitwazzjoni tas-sigurtà li sejra għall-agħar fil-Jemen taffettwa l-ħila tal-CAMA li tipprovdi s-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Jemen. |
|
(128) |
Fit-18 ta' Mejju 2015, it-trasportatur tal-ajru Yemen Airways (“Yemenia”) irrapporta lill-Kummissjoni li kien issospenda l-operazzjonijiet tiegħu tard f'Marzu 2015 minħabba s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fil-Jemen. Barra minn hekk, din il-komunikazzjoni minn Yemenia iddikjarat li l-inġenji tal-ajru tagħha kienu qed jinħażnu f'postijiet differenti barra l-Jemen. F'ittra datata s-1 ta' Ġunju 2015, iċ-CAMA infurmat lill-Kummissjoni li l-inġenji tal-ajru tal-Yemenia ma baqgħux fil-Jemen u l-intenzjoni taċ-CAMA kienet li tikoordina mal-awtoritajiet tal-avjazzjoni tal-Istati fejn l-inġenji qegħdin maħdżuna fir-rigward tar-responsabbiltà tagħha għas-sorveljanza tas-sikurezza. F'din l-istess ittra, il-CAMA indika wkoll li minħabba s-sitwazzjoni ta' sigurtà li qed tiddeterjora fil-Jemen kien hemm ftit attività ta' operazzjonijiet tal-ajru qed iseħħu fil-pajjiż. |
|
(129) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet miċ-CAMA u l-Yemenia, ġie konkluż li filwaqt li s-sitwazzjoni għandha tkompli tkun sorveljata mill-qrib ma kienx hemm evidenza biżżejjed biex tappoġġja deċiżjoni li timponi projbizzjoni fuq trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Jemen f'dan iż-żmien. |
|
(130) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Jemen. |
|
(131) |
L-Istati Membri jridu jibqgħu jivverifikaw il-konformità effettiva mal-istandards rilevanti tas-sikurezza bil-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa li jridu jsiru fuq it-trasportaturi ċċertfikati fil-jemen skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru miż-Żambja
|
(132) |
Fil-25 ta' Frar 2015, saret laqgħa teknika bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti għolja tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili taż-Żambja (“ZCAA”), il-Kummissjoni, l-EASA u l-Istati Membri. Iż-ZCAA tat ħarsa ġenerali komprensiva u trasparentilejn il-passi li ttieħdu f'dawn l-aħħar snin rigward l-iżvilupp taż-ZCAA, ir-reklutaġġ ta' persunal għaż-ZCAA, l-iżvilupp ta' regolamenti tal-avjazzjoni ċivili fiż-Żambja u t-titjib tas-sorveljanza fuq it-trasportaturi bl-ajru. |
|
(133) |
Jidher li ż-ZCAA għamlet progress tajjeb biex jiġu riżolti numru ta' sejbiet tal-ICAO u li ġiet stabbilita bażi solida għal aktar żvilupp fis-sistema tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fiż-Żambja. Madankollu, fil-biċċa l-kbira tat-tmien Elementi Kritiċi tal-ICAO li jiffurmaw sistema ta' sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, ħidma sinifikanti għad trid titlesta. |
|
(134) |
Iż-ZCAA indikat li ser tkompli taħdem fuq l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li twettaq aktar valutazzjonijiet sabiex jiġi determinat jekk ikunx fattibbli li tiġi organizzata żjara ta' valutazzjoni tal-Unjoni fuq il-post biex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza fiż-Żambja, qabel it-tmiem ta' Ottubru 2015. |
|
(135) |
Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru miż-Żambja |
Kunsiderazzjonijiet finali
|
(136) |
Fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru l-oħra li bħalissa huma inklużi fil-lista tal-Unjoni, il-Kummissjoni vverifikat jekk hux xieraq li tiġi aġġornata l-lista u kkonkludiet li dan mhuwiex il-każ. Għalhekk, skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, jitqies li f'dan l-istadju m'hemmx raġunijiet biex tinbidel il-lista tal-Unjoni tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni tal-operat fl-Unjoni fir-rigward tat' dawk it-trasportaturi tal-ajru/. |
|
(137) |
Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħraf il-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jixraq, b'urġenza. Għalhekk huwa essenzjali, għall-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva u sabiex ikunu minimizzati l-impatti kummerċjali, li d-deċiżjonijiet fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni tal-operat fl-Unjoni, jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħhom. |
|
(138) |
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
|
(139) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Anness A jinbidel bit-test tal-Anness A ta' dan ir-Regolament; |
|
(2) |
L-Anness B jinbidel bit-test tal-Anness B ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/1991 tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 4).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1197/2011 tal-21 ta' Novembru 2011 (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 14). Ara partikolarment il-punti 26 sa 30 tal-premessi ta' dan ir-Regolament.
(7) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(8) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14)
(9) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 715/2008 tal-24 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' trasportaturi bl-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 197, 25.7.2008, p. 36)
(10) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 791/2010 tas-6 ta' Settembru 2010 (ĠU L 237, 8.9.2010, p. 10). Ara partikolarment il-punti 9 sa 23 tal-premessi ta' dan ir-Regolament.
(11) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1071/2010 tat-22 ta' Novembru 2010 (ĠU L 306, 23.11.2010, p. 44). Ara partikolarment il-punti 29 sa 31 tal-premessi ta' dan ir-Regolament.
(12) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 273/2010 tat-30 ta' Marzu 2010 (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 25). Ara partikolarment il-punti 41 sa 49 tal-premessi ta' dan ir-Regolament
(13) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 590/2010 tal-5 ta' Lulju 2010 (ĠU L 170, 6.7.2010, p. 9). Ara partikolarment il-punti 60 sa 71 tal-premessi ta' dan ir-Regolament
(14) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 273/2010 tat-30 ta' Marzu 2010 (ĠU L 84, 31.3.2010, p. 25). Ara partikolarment il-punti 74 sa 87 tal-premessi ta' dan ir-Regolament.
(15) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 659/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 54). Ara partikolarment il-punti 80 sa 94 tal-premessi ta' dan ir-Regolament
(16) Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2014 tal-10 ta' April 2014 (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 16). Ara partikolarment il-punti 102 sa 119 tal-premessi ta' dan ir-Regolament
ANNESS A
LISTA TA' TRASPORTATURI BL-AJRU LI HUMA PROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B'XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif juri l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) |
In-Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (AOC) jew in-Numru tal-Liċenzja tal-Operat |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
Stat tal-Operatur |
|
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Suriname |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
PAMIR AIRLINES |
Mhux magħruf |
PIR |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
SAFI AIRWAYS |
AOC 181 |
SFW |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' TAAG Angola Airlines li ddaħħal fl-Anness B, inkluża |
|
|
ir-Repubblika ta' Angola |
|
AEROJET |
AO 008-01/11 |
TEJ |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR GICANGO |
009 |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR JET |
AO 006-01/11-MBC |
MBC |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR NAVE |
017 |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR26 |
AO 003-01/11-DCD |
DCD |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
ANGOLA AIR SERVICES |
006 |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
DIEXIM |
007 |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
FLY540 |
AO 004-01 FLYA |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
GIRA GLOBO |
008 |
GGL |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIANG |
010 |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
HELIMALONGO |
AO 005-01/11 |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
MAVEWA |
016 |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
SONAIR |
AO 002-01/10-SOR |
SOR |
ir-Repubblika tal-Angola |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Benin responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inkluż |
|
|
ir-Repubblika tal-Benin |
|
AERO BENIN |
PEA No 014/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
AEB |
ir-Repubblika tal-Benin |
|
AFRICA AIRWAYS |
Mhux magħruf |
AFF |
ir-Repubblika tal-Benin |
|
ALAFIA JET |
PEA No 014/ANAC/MDCTTTATP-PR/DEA/SCS |
Mhux magħruf |
ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN GOLF AIR |
PEA No 012/MDCTTP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
BGL |
ir-Repubblika tal-Benin |
|
BENIN LITTORAL AIRWAYS |
PEA No 013/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
LTL |
ir-Repubblika tal-Benin |
|
COTAIR |
PEA No 015/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS. |
COB |
ir-Repubblika tal-Benin |
|
ROYAL AIR |
PEA No 11/ANAC/MDCTTP-PR/DEA/SCS |
BNR |
ir-Repubblika tal-Benin |
|
TRANS AIR BENIN |
PEA No 016/MDCTTTATP-PR/ANAC/DEA/SCS |
TNB |
ir-Repubblika tal-Benin |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Kongo responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
AERO SERVICE |
RAC06-002 |
RSR |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
RAC06-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EMERAUDE |
RAC06-008 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUAFLIGHT SERVICES |
RAC 06-003 |
EKA |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
EQUATORIAL CONGO AIRLINES S.A. |
RAC 06-014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
MISTRAL AVIATION |
RAC06-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
TRANS AIR CONGO |
RAC 06-001 |
TSG |
Ir-Repubblika tal-Kongo |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR FAST CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0112/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR KASAI |
409/CAB/MIN/TVC/0053/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR KATANGA |
409/CAB/MIN/TVC/0056/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
AIR TROPIQUES |
409/CAB/MIN/TVC/00625/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BLUE AIRLINES |
106/CAB/MIN/TVC/2012 |
BUL |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BLUE SKY |
409/CAB/MIN/TVC/0028/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
BUSY BEE CONGO |
409/CAB/MIN/TVC/0064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
COMPAGNIE AFRICAINE D'AVIATION (CAA) |
409/CAB/MIN/TVC/0050/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
CONGO AIRWAYS |
019/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
DAKOTA SPRL |
409/CAB/MIN/TVC/071/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
DOREN AIR CONGO |
102/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
GOMAIR |
409/CAB/MIN/TVC/011/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
KIN AVIA |
409/CAB/MIN/TVC/0059/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
KORONGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/001/2011 |
KGO |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
MALU AVIATION |
098/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
MANGO AIRLINES |
409/CAB/MIN/TVC/009/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SERVE AIR |
004/CAB/MIN/TVC/2015 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SERVICES AIR |
103/CAB/MIN/TVC/2012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
SWALA AVIATION |
409/CAB/MIN/TVC/0084/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
TRANSAIR CARGO SERVICES |
409/CAB/MIN/TVC/073/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
WILL AIRLIFT |
409/CAB/MIN/TVC/0247/2011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ir-RDK) |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Djibouti |
|
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
PUNTO AZUL |
2012/0006/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
TANGO AIRWAYS |
Mhux magħruf |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Eritrea |
|
ERITREAN AIRLINES |
AOC No 004 |
ERT |
L-Eritrea |
|
NASAIR ERITREA |
AOC No 005 |
NAS |
L-Eritrea |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Gaboniża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Afrijet u SN2AG li ddaħħlu fl-Anness B, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
AFRIC AVIATION |
010/MTAC/ANAC-G/DSA |
EKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
ALLEGIANCE AIR TOURIST |
007/MTAC/ANAC-G/DSA |
LGE |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
NATIONALE REGIONALE TRANSPORT (N.R.T) |
008/MTAC/ANAC-G/DSA |
NRG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SKY GABON |
009/MTAC/ANAC-G/DSA |
SKG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
SOLENTA AVIATION GABON |
006/MTAC/ANAC-G/DSA |
SVG |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
TROPICAL AIR-GABON |
011/MTAC/ANAC-G/DSA |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Indoneżja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, bl-eċċezzjoni ta' Garuda Indonesia, Airfast Indonesia, Ekspres Transportasi Antarbenua u Indonesia Air Asia, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AIR BORN INDONESIA |
135-055 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AIR PACIFIC UTAMA |
135-020 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ALFA TRANS DIRGANTATA |
135-012 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ANGKASA SUPER SERVICES |
135-050 |
LBZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ASCO NUSA AIR |
135-022 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ASI PUDJIASTUTI |
135-028 |
SRX |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AVIASTAR MANDIRI |
121-043 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
AVIASTAR MANDIRI |
135-029 |
VIT |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
BATIK AIR |
121-050 |
BTK |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
CITILINK INDONESIA |
121-046 |
CTV |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DABI AIR NUSANTARA |
135-030 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAYA AIR TAXI |
135-013 |
DRY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DERAZONA AIR SERVICE |
135-010 |
DRZ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
DIRGANTARA AIR SERVICE |
135-014 |
DIR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
EASTINDO |
135-038 |
ESD |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ELANG LINTAS INDONESIA |
135-052 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ELANG NUSANTARA AIR |
135-053 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ENGGANG AIR SERVICE |
135-045 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
ERSA EASTERN AVIATION |
135-047 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
GATARI AIR SERVICE |
135-018 |
GHS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
HEAVY LIFT |
135-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INDONESIA AIR ASIA EXTRA |
121-054 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INDONESIA AIR TRANSPORT |
121-034 |
IDA |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
INTAN ANGKASA AIR SERVICE |
135-019 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
JAYAWIJAYA DIRGANTARA |
121-044 |
JWD |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
JOHNLIN AIR TRANSPORT |
135-043 |
JLB |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KAL STAR |
121-037 |
KLS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KARTIKA AIRLINES |
121-003 |
KAE |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KOMALA INDONESIA |
135-051 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
KURA-KURA AVIATION |
135-016 |
KUR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
LION MENTARI AIRLINES |
121-010 |
LNI |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MANUNGGAL AIR SERVICE |
121-020 |
MNS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MARTABUANA ABADION |
135-049 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MATTHEW AIR NUSANTARA |
135-048 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MIMIKA AIR |
135-007 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
MY INDO AIRLINES |
121-042 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NAM AIR |
121-058 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NATIONAL UTILITY HELICOPTER |
135-011 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NUSANTARA AIR CHARTER |
121-022 |
SJK |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
NUSANTARA BUANA AIR |
135-041 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PACIFIC ROYALE AIRWAYS |
121-045 |
PRQ |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PEGASUS AIR SERVICES |
135-036 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PELITA AIR SERVICE |
121-008 |
PAS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PENERBANGAN ANGKASA SEMESTA |
135-026 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
PURA WISATA BARUNA |
135-025 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
RIAU AIRLINES |
121-016 |
RIU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SAYAP GARUDA INDAH |
135-004 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SMAC |
135-015 |
SMC |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SRIWIJAYA AIR |
121-035 |
SJY |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SURVEI UDARA PENAS |
135-006 |
PNS |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
SURYA AIR |
135-046 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRANSNUSA AVIATION MANDIRI |
121-048 |
TNU |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRANSWISATA PRIMA AVIATION |
135-021 |
TWT |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVEL EXPRESS AVIATION SERVICE |
121-038 |
XAR |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRAVIRA UTAMA |
135-009 |
TVV |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRI MG INTRA ASIA AIRLINES |
121-018 |
TMG |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
TRIGANA AIR SERVICE |
121-006 |
TGN |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
UNINDO |
135-040 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
WING ABADI AIRLINES |
121-012 |
WON |
Ir-Repubblika tal-Indoneżja |
|
It-trasportaturi bl-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Każakistan responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, bl-eċċezzjoni tal-Air Astana mdaħħla fl-Anness B, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
AIR ALMATY |
AK-0483-13 |
LMY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
ATMA AIRLINES |
AK-0469-12 |
AMA |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
AVIA-JAYNAR/AVIA-ZHAYNAR |
AK-0467-12 |
SAP |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BEK AIR |
AK-0463-12 |
BEK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BEYBARS AIRCOMPANY |
AK-0473-13 |
BBS |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
BURUNDAYAVIA AIRLINES |
KZ-01/001 |
BRY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
COMLUX-KZ |
KZ-01/002 |
KAZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
EAST WING |
KZ-01/007 |
EWZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
EURO-ASIA AIR |
AK-0472-13 |
EAK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
FLY JET KZ |
AK-0477-13 |
FJK |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
INVESTAVIA |
AK-0479-13 |
TLG |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
IRTYSH AIR |
AK-0468-13 |
MZA |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
JET AIRLINES |
KZ-01/003 |
SOZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAIR JET |
AK-0474-13 |
KEJ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAIRTRANS AIRLINE |
AK-0466-12 |
KUY |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
KAZAVIASPAS |
AK-0484-13 |
KZS |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
PRIME AVIATION |
AK-0478-13 |
PKZ |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
SCAT |
KZ-01/004 |
VSV |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
ZHETYSU AIRCOMPANY |
AK-0470-12 |
JTU |
Ir-Repubblika tal-Każakistan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Kirgiża responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi, |
|
|
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR BISHKEK (dak li kien EASTOK AVIA) |
15 |
EAA |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR MANAS |
17 |
MBB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES (CAAS) |
13 |
CBK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
HELI SKY |
47 |
HAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
AIR KYRGYZSTAN |
03 |
LYN |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
MANAS AIRWAYS |
42 |
BAM |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
S GROUP INTERNATIONAL (dak li kien S GROUP AVIATION) |
45 |
IND |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY BISHKEK |
43 |
BIS |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
SKY WAY AIR |
39 |
SAB |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
VALOR AIR |
07 |
VAC |
Ir-Repubblika Kirgiża |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja. |
|
|
Liberja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Libja |
|
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
|
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
|
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
|
GHADAMES AIR TRANSPORT |
012/05 |
GHT |
Il-Libja |
|
GLOBAL AVIATION AND SERVICES |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
|
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
|
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Mozambique responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
AERO-SERVIÇOS SARL |
MOZ-08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CFM — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA |
MOZ-07 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
COA — COASTAL AVIATION |
MOZ-15 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CPY — CROPSPRAYERS |
MOZ-06 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
CRA — CR AVIATION LDA |
MOZ-14 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
EMÍLIO AIR CHARTER LDA |
MOZ-05 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
ETA — EMPRESA DE TRANSPORTES AÉREOS LDA |
MOZ-04 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
HCP — HELICÓPTEROS CAPITAL LDA |
MOZ-11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
KAY — KAYA AIRLINES, LDA |
MOZ-09 |
KYY |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
LAM — LINHAS AÉREAS DE MOÇAMBIQUE S.A. |
MOZ-01 |
LAM |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
MAKOND, LDA |
MOZ-20 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
MEX — MOÇAMBIQUE EXPRESSO, SARL MEX |
MOZ-02 |
MXE |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
OHI — OMNI HELICÓPTEROS INTERNATIONAL LDA |
MOZ-17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
SAF — SAFARI AIR LDA |
MOZ-12 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
SAM — SOLENTA AVIATION MOZAMBIQUE, SA |
MOZ-10 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
TTA — TRABALHOS E TRANSPORTES AÉREOS LDA |
MOZ-16 |
TTA |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
UNIQUE AIR CHARTER LDA |
MOZ-13 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tal-Mozambique |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-superviżjoni regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
AIR KASTHAMANDAP |
051/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
GOMA AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MAKALU AIR |
057A/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MANANG AIR PVT LTD |
082/2014 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
MUKTINATH AIRLINES |
081/2013 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
YETI AIRLINES DOMESTIC |
037/2004 |
NYT |
Ir-Repubblika tan-Nepal |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' Sao Tomé u Principe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Sao Tomé u Principe |
|
AFRICA'S CONNECTION |
10/AOC/2008 |
ACH |
Sao Tomé u Principe |
|
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
Sao Tomé u Principe |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Sierra Leone |
|
AIR RUM, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
RUM |
Sierra Leone |
|
DESTINY AIR SERVICES, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
DTY |
Sierra Leone |
|
HEAVYLIFT CARGO |
MHUX MAGĦRUF |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
|
ORANGE AIR SJIERRA LEONE LTD |
MHUX MAGĦRUF |
ORJ |
Sierra Leone |
|
PARAMOUNT AIRLINES, LTD |
MHUX MAGĦRUF |
PRR |
Sierra Leone |
|
SEVEN FOUR EIGHT AIR SERVICES LTD |
MHUX MAGĦRUF |
SVT |
Sierra Leone |
|
TEEBAH AIRWAYS |
MHUX MAGĦRUF |
Mhux magħruf |
Sierra Leone |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inklużi |
|
|
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALFA AIRLINES |
54 |
AAJ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ALMAJAL AVIATION SERVICE |
15 |
MGG |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BADER AIRLINES |
35 |
BDR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BENTIU AIR TRANSPORT |
29 |
BNT |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
DOVE AIRLINES |
52 |
DOV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
ELIDINER AVIATION |
8 |
DND |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
FOURTY EIGHT AVIATION |
53 |
WHB |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
KUSH AVIATION |
60 |
KUH |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
MARSLAND COMPANY |
40 |
MSL |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
MID AIRLINES |
25 |
NYL |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
NOVA AIRLINES |
46 |
NOV |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUDAN AIRWAYS |
1 |
SUD |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
SUN AIR COMPANY |
51 |
SNR |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
TARCO AIRLINES |
56 |
TRQ |
Ir-Repubblika tas-Sudan |
|
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet taż-Żambja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Iż-Żambja |
|
ZAMBEZI AIRLINES |
Z/AOC/001/2009 |
ZMA |
Iż-Żambja |
(1) It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.
ANNESS B
LISTA TA' TRASPORTATURI TAL-AJRU SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET FL-UNJONI (1)
|
Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif juri l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk ikun differenti) |
In-numru taċ-Ċertifikat ta' Operatur tal-Ajru (AOC) |
In-numru tal-identifikazzjoni tal-ICAO għal-linja tal-ajru |
Stat tal-Operatur |
It-tip ta' inġenju tal-ajru ristrett |
Il-marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru li jkollu restrizzjoni |
L-Istat tar-reġistrazzjoni |
|
TAAG ANGOLA AIRLINES |
001 |
DTA |
Ir-Repubblika tal-Angola |
Il-flotta kollha ħlief: 6 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B777 u 4 inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B737-700. |
Il-flotta kollha ħlief: D2-TED, D2-TEE, D2-TEF, D2-TEG, D2-TEH, D2-TEI, D2-TBF, D2-TBG, D2-TBH, D2-TBJ. |
Ir-Repubblika tal-Angola |
|
AIR ASTANA (2) |
AK-0475-13 |
KZR |
Il-Każakistan |
Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B767, inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B757 u inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A319/320/321. |
Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B767, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Boeing B757, kif jissemma fl-AOC; inġenji tal-ajru fil-flotta Airbus A319/320/321, kif jissemma fl-AOC. |
Aruba (Ir-Renju tan-Netherlands) |
|
AIR SERVICE COMORES |
06-819/TA-15/DGACM |
KMD |
Il-Comoros |
Il-flotta kollha ħlief: LET 410 UVP. |
Il-flotta kollha ħlief: D6-CAM (851336). |
Il-Comoros |
|
AFRIJET BUSINESS SERVICE (3) |
002/MTAC/ANAC-G/DSA |
ABS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 50, u 2 inġenji tal-ajru tat-tip Falcon 900. |
Il-flotta kollha ħlief: TR-LGV; TR-LGY; TR-AFJ; TR-AFR. |
Ir-Repubblika Gaboniża |
|
NOUVELLE AIR AFFAIRES GABON (SN2AG) |
003/MTAC/ANAC-G/DSA |
NVS |
Ir-Repubblika Gaboniża |
Il-flotta kollha ħlief: inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Challenger CL-601, inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip HS-125-800. |
Il-flotta kollha ħlief: TR-AAG, ZS-AFG. |
Ir-Repubblika Gaboniża; Ir-Repubblika tal-Afrika t'Isfel |
|
IRAN AIR (4) |
FS100 |
IRA |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
Il-flotta kollha ħlief: l4-il inġenju tal-ajru tat-tip Airbus A300, 8 inġenji tal-ajru tat-tip Airbus A310, u inġenju tal-ajru wieħed (1) tat-tip Boeing B737. |
Il-flotta kollha ħlief: EP-IBA, EP-IBB, EP-IBC, EP-IBD, EP-IBG, EP-IBH, EP-IBI, EP-IBJ, EP-IBM, EP-IBN, EP-IBO, EP-IBS, EP-IBT, EP-IBV, EP-IBX, EP-IBZ, EP-ICE, EP-ICF, EP-IBK, EP-IBL, EP-IBP, EP-IBQ, EP-AGA. |
Ir-Repubblika Iżlamika tal-Iran |
|
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea |
Il-flotta kollha ħlief: 2 inġenji tal-ajru tat-tip TU-204. |
Il-flotta kollha ħlief: P-632, P-633. |
Ir-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea |
|
AIR MADAGASCAR |
5R-M01/2009 |
MDG |
Il-Madagascar |
Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru tat-tip Beoing B737, inġenji tal-ajru tat-tip ATR 72/42 u 3 inġenji tal-ajru tat-tip DHC 6-300. |
Il-flotta kollha ħlief: inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip Beoing B737 kif jissemma fl-AOC, inġenji tal-ajru mill-flotta tat-tip ATR 72/42 kif jissemma fl-AOC; 5R-MGC, 5R-MGD, 5R-MGF. |
Ir-Repubblika tal-Madagascar |
(1) It-trasportaturi tal-ajru mniżżla fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku tagħhom billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhux soġġett għal projbizzjoni tal-operat, diment li jkunu konformi mal-istandards rilevanti tas-sikurezza.
(2) Air Astana titħalla tuża biss it-tipi ta' inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija, diment li dawn ikunu rreġistrati f'Aruba u li kull bidla fl-AOC titressaq fil-ħin lill-Kummissjoni u lill-Eurocontrol.
(3) Afrijet jitħalla juża biss l-inġenji tal-ajru speċifiċi msemmija għall-livell attwali ta' operazzjonijiet tiegħu fl-Unjoni.
(4) Iran Air jista' jopera lejn l-Unjoni bl-inġenji tal-ajru speċifiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Premessa (69) tar-Regolament (UE) Nru 590/2010, ĠU L 170, 6.7.2010, p. 15.
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/98 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1015
tas-26 ta' Ġunju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
32,3 |
|
MA |
145,0 |
|
|
MK |
33,9 |
|
|
ZZ |
70,4 |
|
|
0707 00 05 |
MK |
20,6 |
|
TR |
111,1 |
|
|
ZZ |
65,9 |
|
|
0709 93 10 |
TR |
110,1 |
|
ZZ |
110,1 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
113,0 |
|
BO |
143,4 |
|
|
BR |
107,1 |
|
|
TR |
102,0 |
|
|
ZA |
145,3 |
|
|
ZZ |
122,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
163,3 |
|
BR |
100,0 |
|
|
CL |
131,7 |
|
|
NZ |
142,4 |
|
|
US |
184,1 |
|
|
ZA |
118,9 |
|
|
ZZ |
140,1 |
|
|
0809 10 00 |
TR |
270,4 |
|
ZZ |
270,4 |
|
|
0809 29 00 |
TR |
344,4 |
|
US |
581,4 |
|
|
ZZ |
462,9 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/100 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1016
tat-23 ta' Ġunju 2015
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
Il-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemendah, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tiegħu. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE f'azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni li jikkonċernaw l-“Operat u l-iżvilupp tas-suq intern, partikolarment fl-oqsma tan-notifikazzjoni, ċertifikazzjoni u approssimazzjoni settorjali” u l-“Implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern”. |
|
(5) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja anke wara l-31 ta' Diċembru 2014. |
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' dak il-Kumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2015
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE f'azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern. |
|
(2) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja anke wara l-31 ta' Diċembru 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 9: “10. L-Istati tal-EFTA, mill-1 ta' Jannar 2015, għandhom jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linji baġitarji li ġejjin, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015:
|
|
2. |
Il-kliem “paragrafi 5 sa 9” fil-paragrafi 3 u 4 jiġu ssostitwiti bil-kliem “paragrafi 5 sa 10”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(*1) [Mhu indikat ebda rekwiżit kostituzzjonali.][Hemm indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
Rettifika
|
27.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/103 |
Rettifika tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 499/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 dwar is-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 145 tas-16 ta' Mejju 2014 )
F'paġna 8, fl-Artikolu 1(6), fl-emendi għall-Artikolu 62 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011:
minflok:
“fil-livell ta' kull membru tal-organizzazzjoni tal-produtturi.”,
aqra:
“fil-livell ta' kull organizzazzjoni tal-produtturi msieħba.”.