ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/1001
tal-25 ta' Ġunju 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(2) |
F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 (2) persuna waħda u tmien entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012. |
(3) |
Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw sitt entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012, għandhom jiġu emendati. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 267/2012 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008 tal-25 ta' Ġunju 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ara paġna 19 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS
1. |
L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.
|
2. |
L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, imniżżlin fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012.
|
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1002
tas-16 ta' Ġunju 2015
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Obazda/Obatzter (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Obazda”/“Obatzter” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ladarba ma ġiet innotifikata l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Obazda”/“Obatzter” għandha tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Obazda”/“Obatzter” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni speċifikata fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott fil-Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.), kif elenkat fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 55, 14.2.2015, p. 15.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/6 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1003
tat-22 ta' Ġunju 2015
li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Saint-Nectaire (DPO))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Saint-Nectaire”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2). |
(2) |
L-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; il-Kummissjoni għalhekk ippubblikat l-applikazzjoni għal emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi. |
(3) |
Il-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha għalhekk tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'rabta mad-denominazzjoni “Saint-Nectaire” (DPO) b'dan hija approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1004
tal-24 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 183(b) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa l-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd. |
(2) |
Minn monitoraġġ regolari tad-dejtali abbażi tagħha jiġu stabbiliti l-prezzijiet rappreżentattivi tal-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat skont dan. |
(4) |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tibda tapplika mill-aktar fis wara li toħroġ id-dejta, jeħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 tat-28 ta' Ġunju 1995 li jistabbilixxi r-regolamenti dettaljati għall-implimentazzjoni tas-sistema ta' dazji addizzjonali tal-importazzjoni u l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd u għall-albumina tal-bajd, u biex iħassar ir-Regolament (KE) Nru 163/67/KEE (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).
ANNESS
“ANNESS I
Kodiċi NM |
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Prezz rappreżentattiv (EUR/100 kg) |
Garanzija msemmija fl-Artikolu 3 (EUR/100 kg) |
Origini (1) |
0207 12 10 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 70 %, iffriżati |
139,2 |
0 |
AR |
0207 12 90 |
Karkassi tat-tiġieġ preżentazzjoni 65 %, iffriżati |
153,3 |
0 |
AR |
170,1 |
0 |
BR |
||
0207 14 10 |
Qatgħat dissussati ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati |
324,4 |
0 |
AR |
238,9 |
18 |
BR |
||
342,8 |
0 |
CL |
||
308,7 |
0 |
TH |
||
0207 27 10 |
Qatgħat dissussati ta' dundjani, iffriżati |
348,9 |
0 |
BR |
413,2 |
0 |
CL |
||
0408 91 80 |
Bajd imnixxef bla qoxra |
384,3 |
0 |
AR |
1602 32 11 |
Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq u ta' tiġieġ |
269,1 |
5 |
BR |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘oriġini oħrajn’.”
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1005
tal-25 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 dwar il-livelli massimi taċ-ċomb f'ċerti oġġetti tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jistabbilixxi livelli massimi għal ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (il-Bord CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar iċ-ċomb fl-ikel fit-18 ta' Marzu 2010 (3). Il-Bord CONTAM identifika n-newrotossiċità fl-iżvilupp tat-tfal żgħar u effetti kardjovaskulari u n-nefrotossiċità fl-adulti bħala effetti negattivi kritiċi potenzjali taċ-ċomb li fuqhom tissejjes il-valutazzjoni tar-riskju. Indika wkoll li l-protezzjoni tat-tfal u tan-nisa fl-età tat-tqala kontra r-riskju potenzjali ta' effettifl-iżvilupp newroloġiku hija biżżejjed biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet kollha mill-effetti negattivi l-oħrajn taċ-ċomb. Huwa għalhekk xieraq li jitnaqqas l-esponiment għaċ-ċomb fid-dieta billi jitbaxxew il-livelli massimi eżistenti fl-ikel u jiġu ffissati livelli massimi addizzjonali għaċ-ċomb fi prodotti rilevanti. |
(3) |
Diġà jeżistu livelli massimi għall-formoli tat-trabi u l-formoli ta' prosegwiment. Sabiex tiġi garantita aktar it-tkomplija tat-tnaqqis tal-esponiment fid-dieta tat-trabi u t-tfal żgħar, il-livelli massimi eżistenti għandhom jitbaxxew u għandhom jiġu stabbiliti livelli massimi ġodda għal ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali għal trabi u tfal żgħar u xarbiet, li huma ferm ikkunsmati minn dan il-grupp vulnerabbli ta' konsumaturi. |
(4) |
Dejta ta' okkorrenza ġdida turi li xi eżenzjonijiet eżistenti mil-livelli massimi awtomatiċi mhumiex aktar meħtieġa peress li l-livelli massimi awtomatiċi jistgħu jiġu mħarsa permezz ta' prassi tajba jew ikunu jistgħu jintlaħqu livelli massimi aktar baxxi. Għaldaqstant, il-livelli massimi speċifiċi ma għadhomx meħtieġa għall brassika għajr għall-brassika mwerrqa, il-legumi friski, il-biċċa l-kbira tal-berries u l-frott żgħir filwaqt li l-livelli massimi eżistenti għandhom jitnaqqsu għaċ-ċefalopodi, il-biċċa l-kbira tal-ħxejjex tal-frott, il-biċċa l-kbira tal-meraq tal-frott, l-inbid u l-inbid aromatizzat. |
(5) |
Għal-leħjet il-bodbod, il-konformità mal-livelli massimi attwali hija diffiċli. Billi l-konsum ta' dan il-prodott huwa baxx u billi l-effetti fuq l-esponiment tal-bniedem huma negliġibbli, ikun xieraq li l-livelli massimi taċ-ċomb fil-leħjet il-bodbod jogħlew. |
(6) |
Is-sejbiet erratiċi ta' livelli għolja ta' ċomb fl-għasel qanqlu azzjonijiet ta' infurzar mill-Istati Membri b'livelli differenti ta' ċomb. Id-differenzi fir-regoli adottati mill-Istati Membri jistgħu jtellfu l-funzjonament tas-suq komuni, u għalhekk għandu jiġi stabbilit livell massimu għaċ-ċomb fl-għasel. |
(7) |
Billi l-konsum tat-te u l-infużjonijiet erbali jista' jkun kontributur importanti għall-esponiment fid-dieta, għandu jiġi stabbilit livell massimu għal dawn il-prodotti. Madankollu, fin-nuqqas ta' dejta dwar il-weraq nixfin tat-te u l-partijiet nixfin ta' pjanti oħra għall-preperazzjoni ta' infużjonijiet erbali li biha jista' jiġi stabbilit dan il-livell massimu, id-dejta ta' okkorrenza għandha tinġabar fid-dawl tal-iffissar possibbli ta' livell massimu speċifiku fil-ġejjieni. |
(8) |
Il-leġiżlazzjoni dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi u t-tfal żgħar u l-ikel djetetiku għal skopijiet mediċi speċjali ġiet sostitwita u wasslet għall-ħtieġa ta' bidliet għal ċerti noti tal-aħħar. |
(9) |
L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jingħataw żmien biex jadattaw għal-livelli massimi ġodda stabbiliti b'dan ir-Regolament. Għalhekk, id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi taċ-ċomb għandha tiġi differita. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-livelli massimi għaċ-ċomb stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendat b'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016. Prodotti tal-ikel li ma jkunux konformi ma' dawn il-livelli massimi u li jitqiegħdu fis-suq qabel l-1 ta' Jannar 2016 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati wara dik id-data sad-data ta' skadenza jew sad-data minima ta' durabilità tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Il-Bord tal-EFSA dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (CONTAM); Scientific Opinion on Lead in Food. EFSA Journal 2010; 8(4):1570.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Is-Subtaqsima 3.1 (Ċomb), hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(2) |
In-nota tat-tmiem (3) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(3) |
In-noti tat-tmiem (8) u (9) huma mħassra. Ir-referenzi għan-noti tat-tmiem (8) u (9) huma sostitwiti b'referenzi għan-nota tat-tmiem (3). |
(4) |
In-nota tat-tmiem (11) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(5) |
In-nota tat-tmiem (13) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(6) |
In-nota tat-tmiem (16) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(7) |
In-nota tat-tmiem (28) hija mħassra. |
(8) |
In-nota tat-tmiem (44) għandha tiġi sostitwita bin-nota tat-tmiem li ġejja:
|
(9) |
In-noti tat-tmiem (52) u (53) li ġejjin huma miżjuda:
|
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/14 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1006
tal-25 ta' Ġunju 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward tal-livelli massimi ta' arseniku inorganiku fl-oġġetti tal-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 315/93 tat-8 ta' Frar 1993 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 2(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 (2) jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel. |
(2) |
Il-Bord Xjentifiku dwar il-Kontaminanti fil-Katina Alimentari (il-Panel CONTAM) tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) adotta opinjoni dwar l-arseniku fl-ikel (3) fit-12 ta' Ottubru 2009. F'din l-opinjoni, il-Panel CONTAM ikkonkluda li d-doża provviżorja tollerabbli fil-ġimgħa (PTWI) ta' 15 μg/kg ta' piż tal-ġisem li ġiet stabbilita mill-Kumitat Espert Konġunt tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi fl-Ikel (JECFA) ma għadhiex xierqa għaliex id-dejta wriet li l-arkseniku inorganiku jikkawża l-kanċer tal-pulmun, tal-bużżieqa tal-awrina kif ukoll tal-ġilda, u li ġew rapportati firxa ta' effetti negattivi f'esponimenti iktar baxxi minn dawk riveduti mill-JECFA. |
(3) |
Il-Panel CONTAM identifika firxa ta' valuri limitu ta' kunfidenza baxxa tad-doża punt ta' riferiment (BMDL01) ta' bejn 0,3 u 8 μg/kg ta' piż tal-ġisem kull jum għall-kanċer tal-pulmun, tal-ġilda u tal-bużżieqa tal-awrina, kif ukoll għal leżjonijiet tal-ġilda. L-opinjoni xjentifika kkonkludiet li l-esponimenti dijetetiċi stmati għall-arseniku inorganiku għal konsumaturi ta' livell medju u għoli fl-Ewropa huma fi ħdan il-firxa tal-valuri BMDL01 identifikati, u li għalhekk hemm biss marġni żgħir ta' esponiment, jew l-ebda marġni, u l-possibbiltà ta' riskju għal ċerti konsumaturi ma tistax tiġi eskluża. |
(4) |
L-opinjoni xjentifika identifikat il-konsumaturi kbar tar-ross fl-Ewropa, bħal ċerti gruppi etniċi, u t-tfal ta' taħt it-tliet snin, bħala l-iktar li huma esposti għall-esponiment dijetetiku tal-arseniku inorganiku. L-esponiment dijetetiku għall-arseniku inorganiku għal tfal ta' taħt it-tliet snin, inkluż minn ikel ibbażat fuq ir-ross, huwa ġeneralment stmat li huwa d-doppju jew t-tripplu ta' dak li hu għall-adulti. |
(5) |
Peress li l-analiżi tal-arseniku inorganiku hija affidabbli għar-ross u għall-prodotti magħmula mir-ross, il-livelli massimi għall-arseniku inorganiku għandhom jiġu ffissati għar-ross u għall-prodotti magħmula mir-ross. Minħabba l-kontenut tal-arseniku, għandhom jiġu proposti livelli massimi differenzjati. |
(6) |
L-informazzjoni xjentifika dwar il-ħtieġa għal livell massimu speċifiku għal ross mitħun b'togħlija parzjali hija riċenti ħafna. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiġbru dejta addizzjonali qabel l-1 ta' Jannar 2018 dwar il-kontenut tal-arseniku inorganiku ta' din il-komodità sabiex tiġi kkonfermata l-ħtieġa għal livell massimu speċifiku għal din il-komodità, u sabiex il-limitu massimu jiġi vvalutat mill-ġdid. |
(7) |
Id-dejta dwar l-okkorrenza turi li l-wofils tar-ross, il-wejfers tar-ross, il-krakers tar-ross u l-kejkijiet tar-ross jista' jkun fihom livelli għoljin ta' arseniku inorganiku, u dawn il-komoditajiet jistgħu jservu bħala kontribuzzjoni importanti għall-esponiment dijetetiku tat-tfal żgħar u tfal ikbar. Għalhekk, għandu jkun hemm livell massimu speċifiku għal dawn il-komoditajiet. |
(8) |
Ir-ross huwa ingredjent importanti f'firxa wiesgħa ta' ikel għat-tfal żgħar u tfal ikbar. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit livell massimu speċifiku għal din il-komodità meta tintuża bħala ingredjent għall-produzzjoni ta' ikel ta' dan it-tip. |
(9) |
L-Istati Membri u l-operaturi fin-negozju tal-ikel għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għal-livelli massimi ġodda stabbiliti permezz ta' dan ir-Regolament. Għalhekk id-data tal-applikazzjoni tal-livelli massimi tal-arseniku għandha tiġi differita. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 qed jiġi emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-livelli massimi għall-arseniku stabbiliti fis-sottotaqsima 3.5. (Arseniku (inorganiku)) tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006, kif emendati b'dan ir-Regolament, għandhom japplikaw sa mill-1 ta' Jannar 2016.
Prodotti tal-ikel li ma jkunux konformi ma' dawn il-livelli massimi u li jitqiegħdu fis-suq legalment qabel id-data tal-applikazzjoni jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati wara dik id-data sad-data ta' skadenza jew sad-data minima ta' durabilità tagħhom.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li tiffissa l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Scientific Opinion on Arsenic in Food. EFSA Journal 2009; 7(10):1351.
ANNESS
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1881/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
Is-sottotaqsima li ġejja tiġi introdotta wara s-Sottotaqsima 3.4 Tin (inorganiku):
|
(2) |
Jiżdiedu n-noti tat-tmiem (50) u (51) li ġejjin:
|
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/17 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1007
tal-25 ta' Ġunju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
32,3 |
MA |
147,7 |
|
MK |
36,9 |
|
TR |
82,4 |
|
ZZ |
74,8 |
|
0707 00 05 |
MK |
20,6 |
TR |
113,7 |
|
ZZ |
67,2 |
|
0709 93 10 |
TR |
108,5 |
ZZ |
108,5 |
|
0805 50 10 |
AR |
124,1 |
BO |
143,4 |
|
BR |
107,1 |
|
TR |
102,0 |
|
ZA |
147,3 |
|
ZZ |
124,8 |
|
0808 10 80 |
AR |
161,3 |
BR |
99,4 |
|
CL |
132,2 |
|
NZ |
143,2 |
|
US |
164,2 |
|
ZA |
123,6 |
|
ZZ |
137,3 |
|
0809 10 00 |
TR |
269,9 |
ZZ |
269,9 |
|
0809 29 00 |
TR |
350,3 |
US |
581,4 |
|
ZZ |
465,9 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1008
tal-25 ta' Ġunju 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-26 ta' Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill irreveda l-lista ta' persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness II għal dik id-Deċiżjoni. |
(3) |
Persuna waħda u tmien entitajiet għandhom jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK. |
(4) |
Barra minn hekk, l-entrati li jikkonċernaw sitt entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, imniżżlin fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, għandhom jiġu emendati. |
(5) |
Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2010/413/PESK għandha tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.
ANNESS
1. |
L-entrati li jirrigwardaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
|
2. |
L-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, li jinsabu fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/413/PESK.
|
26.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 161/22 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1009
tal-24 ta' Ġunju 2015
li temenda l-Anness I tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE u 93/195/KEE fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael, għal-Libja u għas-Sirja, l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE fir-rigward tal-entrata għall-Iżrael, l-Anness I tad-Deċiżjoni 93/197/KEE fir-rigward tal-entrati għall-Iżrael u għas-Sirja u l-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tal-entrati għall-Brażil, għall-Iżrael, għal-Libja u għas-Sirja
(notifikata bid-dokument C(2015) 4183)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa tal-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni minn pajjiżi terzi ta' ekwidi (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), l-Artikoli 15(a) u 16, u l-frażi introduttorja u l-punti (a) u (b) tal-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
(1) |
Is-sitwazzjoni partikolari fil-Libja u fis-Sirja u n-nuqqas ta' rapportar tal-mard lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) ma tippermettix lil dawk il-pajjiżi terzi jipprovdu l-assigurazzjonijiet neċessarji dwar il-konformità jew l-ekwivalenza mal-kundizzjonijiet rilevanti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni kif imsemmi fid-Direttiva 2009/156/KE. Għalhekk, jeħtieġ li l-entrati għal-Libja u għas-Sirja jitħassru mil-listi ta' pajjiżi terzi stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 92/260/KEE (3) u 93/195/KEE (4), u li l-entrata għas-Sirja titħassar mil-lista ta' pajjiżi terzi stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE (5). |
(2) |
L-Iżrael huwa wkoll inkluż fil-listi ta' pajjiżi terzi stipulati fl-Anness I tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE u fil-lista ta' pajjiżi stipulata fin-nota 3 f'qiegħ il-paġna tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE (6). Għal raġunijiet ta' trasparenza tas-suq u f'konformità mal-liġi internazzjonali, għandu jiġi ċċarat li fil-każ tal-Iżrael, il-kopertura territorjali taċ-ċertifikati veterinarji hija limitata għat-territorju tal-Istat tal-Iżrael, bl-esklużjoni tat-territorji taħt l-amministrazzjoni Iżraeljana minn Ġunju tal-1967, jiġifieri l-Għoljiet ta' Golan, il-Medda ta' Gaża, Ġerusalemm tal-Lvant u l-kumplament tax-Xatt tal-Punent. |
(3) |
Ladarba l-emenda tal-entrata għall-Iżrael fl-Anness I rispettiv tad-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE, u fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE ma tikkostitwixxix reġjonalizzazzjoni, id-denominazzjoni ġeografika emendata għall-Iżrael għandha tiġi spjegata f'nota ġdida f'qiegħ il-paġna li tiżdied mal-listi rispettivi ta' pajjiżi terzi fl-Annessi ta' dawk id-Deċiżjonijiet. |
(4) |
Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(5) |
Id-Direttiva 2009/156/KE tistipula li l-importazzjonijiet ta' ekwidi fl-Unjoni huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi, jew minn partijiet mit-territorju ta' pajjiżi terzi fejn hija applikata r-reġjonalizzazzjoni, u li ilhom ħielsa mill-glanders (marda taż-żwiemel li tittieħed b'nefħa taħt ix-xedaq u tnixxija ta' mħat mill-imnieħer) għal perjodu ta' sitt xhur. |
(6) |
Il-lista ta' pajjiżi terzi, jew ta' partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' ekwidi u ta' semen, ta' ova u ta' embrijuni tagħhom, hija stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE (7). |
(7) |
Il-Brażil huwa attwalment inkluż f'dik il-lista ta' pajjiżi terzi. Peress li l-glanders tinstab f'partijiet mit-territorju tal-Brażil, l-importazzjonijiet ta' ekwidi, u tas-semen, tal-ova u tal-embrijuni tagħhom, huma awtorizzati biss mir-reġjun BR-1 tat-territorju ta' dak il-pajjiż terz, kif deskritt fil-kolonna 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. L-Istati ta' Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Mato Grosso do Sul, Goiás, Distrito Federal, u Rio de Janeiro huma attwalment inklużi fir-reġjun BR-1 tal-Brażil. |
(8) |
Permezz ta' ittra tal-20 ta' Novembru 2014, il-Brażil innotifika lill-Kummissjoni dwar il-konferma ta' każ ta' glanders fl-Istat ta' Goiás. Minħabba f'hekk, il-Brażil waqqaf il-ħruġ taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali f'konformità mad-Direttiva 2009/156/KE għall-grupp kollu tal-istati federali li huma inklużi fir-reġjun BR-1. |
(9) |
Fil-21 ta' April 2015, il-Brażil għarraf lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda bħala prevenzjoni għall-introduzzjoni tal-glanders fiż-żoni ta' dak il-pajjiż terz li huwa eliġibbli biex jitniżżel fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE u pprovda lista tal-istati federali fejn dik il-marda mhijiex preżenti. Il-Brażil ikkonferma wkoll li mill-aħħar każ li ġie rrapportat fis-16 ta' Lulju 2012 'l hawn, l-Istat ta' Rio de Janeiro baqa' ħieles mill-glanders. |
(10) |
Ladarba l-Istati ta' Goiás u, skont il-lista ta' Stati ħielsa mill-glanders li ntbagħtet mill-Brażil, ta' Santa Catarina ma għadhiex ħielsa mill-glanders, u l-Brażil pprovda garanziji rigward l-assenza ta' dik il-marda fl-istati federali l-oħra, li wħud minnhom huma attwalment inklużi fir-reġjun BR-1, l-entrata għal dak ir-reġjun fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata sabiex l-Istati ta' Goiás u ta' Santa Catarina jitħassru mil-lista attwali u sabiex jerġa' jiddaħħal l-Istat ta' Paraná. |
(11) |
L-avvenimenti ekwestri tal-Logħob Olimpiku mill-5 sal-21 ta' Awwissu 2016 u tal-Logħob Para-Olimpiku mis-7 sal-21 ta' Settembru 2016, kif ukoll l-avveniment ta' prova qabel il-Logħob Olimpiku tal-2015 mis-7 sad-9 ta' Awwissu 2015, se jseħħu fiċ-Ċentru Ekwestri ta' Deodoro f'Rio de Janeiro, li huwa ġestit bħala żona separata ħielsa mill-mard tal-ekwini fi ħdan l-Istat ta' Rio de Janeiro. |
(12) |
Għalhekk, mal-entrata għall-Brażil fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandu jiżdied reġjun separat “BR-2” b'mod temporanju li jkun jinkludi ċ-Ċentru Ekwestri ta' Deodoro f'Rio de Janeiro fl-Istat ta' Rio de Janeiro u t-triq li tagħti għall-Ajruport Internazzjonali ta' Galeão. |
(13) |
Għal raġunijiet spjegati fil-premessi Nru 2 u Nru 3, l-entrata għall-Iżrael fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata u spjegata f'nota ġdida f'qiegħ il-paġna. |
(14) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw biss l-importazzjoni ta' ekwidi li jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali stipulati fiċ-ċertifikati mudell korrispondenti previsti fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE u 93/197/KEE fir-rigward tal-kategorija rilevanti ta' ekwidi, it-tip ta' importazzjoni u l-grupp sanitarju, li huma indikati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE li fih ġie assenjat il-pajjiż terz jew parti mit-territorju tal-pajjiż terz ta' esportazzjoni. Għalhekk, il-bidliet li saru lil dawk id-Deċiżjonijiet fir-rigward tal-Libja u tas-Sirja jridu jiġu riflessi skont dan fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. |
(15) |
Għall-kuntrarju ta' x'jiġri f'każijiet oħra meta l-importazzjoni ta' ekwidi tiġi sospiża għal raġunijiet ta' mard billi titħassar l-“X” mill-kolonni 6 sa 14 tat-tabella fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, it-tħassir tal-Libja u tas-Sirja minn dik il-lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom huwa neċessarju għax din il-lista tintuża bħala lista ta' referenza għal importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti bażiċi oħra, bħal ċerti prodotti sekondarji tal-annimali f'konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 (8) u l-klieb, l-qtates u l-inmsa f'konformità mad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/519/UE (9). |
(16) |
Għalhekk, id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/196/KEE, 93/197/KEE u 2004/211/KE għandhom jiġu emendati skont dan. |
(17) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Deċiżjoni 92/260/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE huwa emendat skont l-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE huwa emendat skont l-Anness III ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/197/KEE huwa emendat skont l-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness V ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 192, 23.7.2010, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta' April 1992 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta' żwiemel irreġistrati (ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta' żwiemel reġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta' Frar 1993 fuq il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni tal-veterinarju għall-importazzjoni ta' annimali tar-razza tal-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/196/KEE tal-5 ta' Frar 1993 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet ta' ekwidi għall-qatla (ĠU L 86, 6.4.1993, p. 7).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ekwina, u li temenda d-Deċiżjonijiet 93/195/KEE u 94/63/KE (ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta' Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/519/UE tal-21 ta' Ottubru 2013 li tistabbilixxi l-lista ta' territorji u pajjiżi terzi awtorizzati għall-importazzjoni ta' klieb, qtates u inmsa u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għal tali importazzjonijiet (ĠU L 281, 23.10.2013, p. 20).
ANNESS I
L-Anness I tad-Deċiżjoni 92/260/KEE huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata għall-Grupp Sanitarju E hija sostitwita b'dan li ġej: “Il-Grupp Sanitarju E (1) L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael (4) (IL), il-Ġordan (ĠO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3) (TR)”. |
(2) |
Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:
|
ANNESS II
L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/195/KEE huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata għall-Grupp Sanitarju E hija sostitwita b'dan li ġej: “Grupp Sanitarju E (1) L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael (4) (IL), il-Ġordan (ĠO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3) (TR)”. |
(2) |
Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:
|
ANNESS III
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/196/KEE, in-noti f'qiegħ il-paġna huma emendati kif ġej:
(1) |
Fin-nota (3) f'qiegħ il-paġna, it-test marbut mal-Grupp E huwa sostitwit b'dan li ġej:
|
(2) |
Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:
|
ANNESS IV
L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/197/KEE huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata għall-Grupp Sanitarju E hija sostitwita b'dan li ġej: “Grupp Sanitarju E (1) L-Emirati Għarab Magħquda (3) (AE), il-Baħrejn (3) (BH), l-Alġerija (DZ), l-Iżrael (4) (IL), il-Ġordan (3) (ĠO), il-Kuwajt (3) (KW), il-Libanu (3) (LB), il-Marokk (MA), Mauritius (3) (MU), l-Oman (3) (OM), il-Qatar (3) (QA), l-Arabja Sawdija (2) (3) (SA), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (2) (3) (TR)”. |
(2) |
Tiżdied in-nota f'qiegħ il-paġna kif ġej:
|
ANNESS V
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-entrata għall-Brażil hija sostitwita b'dan li ġej:
|
(2) |
L-entrata għall-Iżrael hija emendata kif ġej:
|
(3) |
L-entrata għal-Libja hija mħassra. |
(4) |
L-entrata għas-Sirja hija mħassra. |