ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 154

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
19 ta' Ġunju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/942 tal-4 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 529/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-approċċi interni meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/943 tat-18 ta' Ġunju 2015 dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet ta' fażola mnixxfa min-Niġerja u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 ( 1 )

8

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/944 tat-18 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/945 tal-15 ta' Ġunju 2015 li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/946 tal-15 ta' Ġunju 2015 li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/947 tal-15 ta' Ġunju 2015 li taħtar żewġ membri Portugiżi u membru supplenti Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

14

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2015/948 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2015 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/7 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2015/19)

15

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/942

tal-4 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 529/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-approċċi interni meta jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tas-26 ta' Ġunju 2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 363(4),

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 529/2014 (2) jistabbilixxi l-kriterji għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet tal-Approċċi Bbażati fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni (IRB) u l-Approċċi ta' Kejl Avvanzat (AMA), użati għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali għar-riskju ta' kreditu u għar-riskju operazzjonali. Dan ir-Regolament għandu jispeċifika l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-approċċi ta' Mudell Intern (IMA), li jintużaw għall-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji għar-riskju tas-suq. Meta wieħed iqis li l-kwistjonijiet u l-proċeduri superviżorji rilevanti kollha huma simili għat-tipi kollha ta' approċċi interni, jiġifieri relatati ma' riskju ta' kreditu, riskju operazzjonali jew riskju tas-suq, huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza bejn id-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-estensjonijiet u l-bidliet għall-approċċi interni u li jiġu ffaċilitati perspettiva komprensiva u aċċess b'mod koordinat għalihom minn persuni soġġetti għall-obbligi stabbiliti f'dawn id-dispożizzjonijiet. Għalhekk, jeħtieġ li l-istandards tekniċi regolatorji kollha rikjesti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar estensjonijiet u bidliet fl-approċċi interni jiġu inklużi f'test ġuridiku wieħed.

(2)

Bħal fil-każ tal-Approċċi IRB jew AMA, għall-estensjonijiet u l-bidliet fl-użu tal-IMA li huma soġġetti għal proċedura ta' notifika, ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 ma jindikax jekk dawk il-bidliet għandhomx jiġu nnotifikati qabel jew wara l-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx għalfejn ikunu jafu minn qabel bl-estensjonijiet jew il-bidliet li huma ta' importanza minuri u jkun aktar effiċjenti u ta' inqas piż fuq l-istituzzjonijiet kieku jinġabru dawn il-bidliet ta' importanza minuri u jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti f'intervalli regolari, b'hekk jonqos ukoll il-piż superviżorju fuq l-awtoritajiet kompetenti. Estensjonijiet u bidliet oħrajn li huma soġġetti għal proċedura ta' notifika għandhom jiġu nnotifikati qabel l-implimentazzjoni tagħhom sabiex jippermettu li l-awtoritajiet kompetenti janalizzaw l-applikazzjoni korretta ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, l-istess distinzjoni bejn l-estensjonijiet u l-bidliet skont il-proċedura ta' notifika kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) Nru 529/2014 għall-approċċi IRB u AMA, għandha tapplika wkoll għall-estensjonijiet u l-bidliet għall-IMA li jirrikjedu notifika, u għaldaqstant għandhom ukoll jiġu differenzjati aktar f'estensjonijiet u bidliet li jkunu jirrikjedu notifika qabel l-implimentazzjoni u estensjonijiet u bidliet li ma jkunux jirrikjedu notifika qabel l-implimentazzjoni.

(3)

L-IMA jinkludi kull mudell intern soġġett għall-Parti Tlieta tat-Titolu IV tal-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, li l-awtoritajiet kompetenti taw permess li jintuża sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti kapitali.

(4)

Il-materjalità tal-estensjonijiet jew tal-bidliet fl-IMA normalment tiddependi fuq it-tip u l-kategorija tal-estensjoni jew tal-bidla proposta (li għandha tiġi riflessa fi kriterji kwalitattivi), u fuq il-potenzjal tagħhom li jbiddlu r-rekwiżiti ta' fondi proprji (li għandhom jiġu riflessi fi kriterji kwantitattivi). Madankollu, xi bidliet, bħall-bidliet organizzattivi, il-bidliet fil-proċess intern jew il-bidliet fil-proċess ta' mmaniġġjar tar-riskju, jista' ma jkollhomx impatt kwantitattiv dirett. Għal dawn il-bidliet, għandhom jiġu permessi biss il-kriterji kwalitattivi għall-valutazzjoni tal-materjalità.

(5)

Il-limiti kwantitattivi għandhom ikunu mfassla sabiex iqisu l-impatt globali ta' estensjoni jew bidla fl-IMA fuq in-numri tar-riskju kkalkulati minn kull mudell intern milqut mill-estensjoni jew il-bidla, kif ukoll fuq il-kapital rikjest, abbażi tal-approċċi interni kif ukoll standardizzati, sabiex jirriflettu l-punt sa fejn l-approċċi interni jintużaw għar-rekwiżiti ta' fondi proprji globali għar-riskju tas-suq. Madankollu, sabiex jitnaqqas il-piż għall-istituzzjonijiet, huwa xieraq li, għall-finijiet ta' komputazzjoni ta' dawn il-limiti kwantitattivi, fil-kalkolu ta' kull numru tar-riskju meħtieġ matul il-perjodu ta' osservazzjoni ta' 15-il jum ta' negozju, ma tiġix ikkunsidrata l-medja tan-numri tar-riskju tal-IMA rilevanti matul is-60 jum ta' negozju preċedenti, iżda minflok jiġi kkunsidrat in-numru tar-riskju l-aktar reċenti.

(6)

F'kull ħin, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri superviżorji xierqa fir-rigward ta' estensjonijiet u bidliet ta' approċċi interni li ġew notifikati, abbażi ta' rieżami kontinwu ta' permessi eżistenti għall-użu ta' approċċi interni, kif previst fl-Artikolu 101 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Din is-setgħa hija stabbilita sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti Tlieta tat-Titolu II tal-Kapitolu 3 tat-Taqsima 6, jew fil-Parti Tlieta tat-Titolu III tal-Kapitolu 4 jew fil-Parti Tlieta tat-Titolu IV tal-Kapitolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jibqgħu jiġu ssodisfati. Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti l-ixkattaturi għal approvazzjonijiet u notifiki ġodda tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-approċċi interni. Ir-regoli li jistabbilixxu l-ixkattaturi ma għandhomx jaffettwaw ir-rieżami ta' approċċi interni superviżorji jew il-proċessi amministrattivi previsti fl-Artikolu 20(8) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

(7)

Il-permess tal-awtoritajiet kompetenti jirrigwarda l-metodi, il-proċessi, il-kontrolli, is-sistemi ta' ġbir ta' dejta u tal-IT tal-approċċi, għalhekk l-allinjament kontinwu tal-mudelli mal-kalkolu tas-sett ta' dejta użat, il-korrezzjoni ta' żbalji jew l-aġġustamenti minuri regolari tal-approċċi interni, li jseħħu fil-limitu strett tal-metodi diġà approvati, il-proċessi, il-kontrolli, is-sistemi ta' ġbir ta' dejta u tal-IT, ma għandhomx ikunu koperti b'dan ir-Regolament.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 529/2014 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(10)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu jissejjes dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Kkonċernati mwaqqaf skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 529/2014

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 529/2014 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-valutazzjoni tal-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet għall-approċċi Bbażati fuq il-Klassifikazzjoni Interna, l-Approċċi ta' Kejl Avvanzat u l-Approċċ ta' Mudelli Interni permessi f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inklużi l-modalitajiet tan-notifiki ta' dawn il-bidliet u l-estensjonijiet.”

2.

L-Artikolu 2(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-materjalità tal-bidliet fil-firxa tal-applikazzjoni ta' sistema ta' klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi tal-ekwità, jew tal-bidliet fis-sistemi ta' klassifikazzjoni jew fl-approċċ ibbażat fuq mudelli interni għal skoperturi tal-ekwità, għall-approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjoni Interna (‘bidliet fl-approċċ IRB’), jew il-materjalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-Approċċ ta' Kejl Avvanzat (‘estensjonijiet u bidliet fl-AMA’) jew il-materalità tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-Approċċ ta' Mudelli Interni (‘estensjonijiet u bidliet fl-IMA’), tiġi kklassifikata f'waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a)

l-estensjonijiet u l-bidliet materjali, li, skont l-Artikoli 143(3), 312(2) u 363(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jeħtieġu permess mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti;

(b)

estensjonijiet u bidliet oħrajn, li jeħtieġu li jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti.”

3.

L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-paragrafu 1, jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Il-klassifikazzjoni tal-estensjonijiet u l-bidliet fl-IMA jitwettqu f'konformità ma' dan l-Artikolu u l-Artikoli 7a u 7b.”

(b)

Fil-paragrafu 2, il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

għal bidliet li ma għandhom l-ebda impatt kwantitattiv dirett, ma jeħtieġ li jiġi kkalkulat l-ebda impatt kwantitattiv kif stipulat fl-Artikolu 4(1)(c) għall-approċċ IRB jew fl-Artikolu 6(1)(c) għall-AMA jew fl-Artikolu 7a(1)(c) għall-IMA.”

4.

Jiddaħħlu l-Artikoli 7a u 7b li ġejjin:

“Artikolu 7a

Estensjonijiet u bidliet materjali fl-IMA

1.   L-estensjonijiet u l-bidliet fl-IMA jitqiesu bħala materjali jekk jissodisfaw xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

jekk jaqgħu taħt waħda mill-estensjonijiet deskritti fl-Anness III tal-Parti I tat-Taqsima 1;

(b)

jekk jaqgħu taħt waħda mill-bidliet deskritti fl-Anness III tal-Parti II tat-Taqsima 1;

(c)

jekk jirriżultaw f'bidla f'valur assolut ta' 1 % jew aktar, ikkalkulat għall-ewwel jum ta' negozju tal-ittestjar tal-impatt tal-estensjoni jew tal-bidla, ta' wieħed min-numri ta' riskju rilevanti msemmija fl-Artikolu 364(1)(a)(i), jew fl-Artikolu 364(1)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(2)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u assoċjat mal-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell tal-IMA rilevanti li għalih jirreferi n-numru tar-riskju, u jirriżulta f'waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

f'bidla ta' 5 % jew aktar tas-somma totali tan-numri tar-riskju msemmija fl-Artikolu 364(1)(a)(i) u fl-Artikolu 364(1)(b)(i), skalata bil-fatturi ta' multiplikazzjoni (mc) u (ms) rispettivament skont l-Artikolu 366 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-Artikolu 364(2)(b)(i) u l-Artikolu 364(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u tar-rekwiżiti ta' fondi proprji skont il-Kapitoli 2, 3 u 4 tat-Titolu IV ta' dak ir-Regolament, kif applikabbli, ikkalkulati fil-livell tal-istituzzjoni prinċipali tal-UE jew, fil-każ ta' istituzzjoni li la tkun istituzzjoni prinċipali u lanqas sussidjarja, fil-livell ta' dik l-istituzzjoni;

(ii)

f'bidla ta' 10 % jew aktar ta' wieħed min-numri tar-riskju rilevanti jew aktar imsemmija fl-Artikolu 364(1)(a)(i), jew fl-Artikolu 364(1)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(2)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u assoċjata mal-kamp ta' applikazzjoni tal-mudell tal-IMA rilevanti li għalih jirreferi n-numru tar-riskju.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i), u f'konformità mal-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kull estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala l-ogħla valur assolut matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ta' proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

bħala numeratur, id-differenza bejn is-somma msemmija fil-paragrafu (1)(c)(i) bl-estensjoni jew il-bidla u mingħajrha;

(b)

bħala denominatur, is-somma msemmija fil-paragrafu (1)(c)(i) mingħajr l-estensjoni jew il-bidla.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(ii), u f'konformità mal-Artikolu 3(2), l-impatt ta' kull estensjoni jew bidla jiġi vvalutat bħala l-ogħla valur assolut matul il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu ta' proporzjon ikkalkulat kif ġej:

(a)

bħala numeratur, id-differenza bejn in-numru tar-riskju msemmija fl-Artikolu 364(1)(a)(i), fl-Artikolu 364(1)(b)(i), fl-Artikolu 364(2)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bl-estensjoni jew il-bidla u mingħajrha;

(b)

bħala denominatur, in-numru tar-riskju msemmi, rispettivament, fl-Artikolu 364(1)(a)(i), jew fl-Artikolu 364(1)(b)(i), jew fl-Artikolu 364(2)(b)(i) jew fl-Artikolu 364(3)(a) mingħajr l-estensjoni jew il-bidla;

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu (1)(c)(i) u (1)(c)(ii) il-proporzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jiġu kkalkulati għal perjodu li t-tul tiegħu huwa l-iqsar bejn dawk imsemmija fil-punti (a) u (b) li ġejjin:

(a)

15-il jum konsekuttiv ta' negozju li jibdew mill-ewwel jum ta' negozju tal-ittestjar tal-impatt tal-estensjoni jew tal-bidla;

(b)

sakemm kalkolu ta' kuljum ta' waħda mill-proporzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jirriżulta f'impatt daqs jew akbar mill-perċentwali msemmija fil-paragrafu (1)(c)(i) jew fil-paragrafu (1)(c)(ii), rispettivament.

Artikolu 7b

Estensjonijiet u bidliet fl-IMA li mhumiex ikkunsidrati bħala materjali

Estensjonijiet u bidliet fl-IMA, li mhumiex materjali iżda li għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 363(3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġu nnotifikati kif ġej:

(a)

estensjonijiet u bidliet li jaqgħu taħt l-Anness III tal-Parti I tat-Taqsima 2 u l-Parti II tat-Taqsima 2 jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti ġimagħtejn qabel l-implimentazzjoni ppjanata tagħhom;

(b)

l-estensjonijiet u l-bidliet l-oħrajn kollha jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti wara l-implimentazzjoni tagħhom mill-inqas kull sena.”

5.

L-Artikolu 8(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Għall-estensjonijiet u l-bidliet fl-approċċ IRB jew fl-AMA jew fl-IMA kklassifikati bħala li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jissottomettu, flimkien mal-applikazzjoni, id-dokumentazzjoni li ġejja:

(a)

deskrizzjoni tal-estensjoni jew tal-bidla, ir-raġuni għaliha u l-għan tagħha;

(b)

id-data tal-implimentazzjoni;

(c)

il-kamp ta' applikazzjoni affettwat mill-estensjoni jew mill-bidla fil-mudell, b'karatteristiċi ta' volum;

(d)

dokument(i) tekniċi u tal-proċess;

(e)

ir-rapporti tar-rieżami jew il-validazzjoni indipendenti tal-istituzzjonijiet;

(f)

konferma li l-estensjoni jew il-bidla ġiet approvata permezz tal-proċessi ta' approvazzjoni tal-istituzzjoni mill-korpi kompetenti u d-data tal-approvazzjoni;

(g)

fejn applikabbli, l-impatt kwantitattiv tal-bidla jew tal-estensjoni fuq l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju, jew fuq ir-rekwiżiti ta' fondi proprji, jew fuq in-numri tar-riskju relevanti jew fuq is-somma tar-rekwiżiti ta' fondi proprji u n-numri tar-riskju rilevanti;

(h)

rekords tan-numri tal-verżjoni attwali u preċedenti tal-istituzzjoni tal-mudelli interni li huma soġġetti għall-approvazzjoni.”

6.

L-Anness III jiżdied mar-Regolament (UE) Nru 529/2014 kif stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 529/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji għall-ivvalutar tal-materjalità ta' estensjonijiet u ta' bidliet tal-Approċċ Ibbażat fuq il-Klassifikazzjonijiet Interni u l-Approċċ ta' Kejl Avvanzat (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 36)

(3)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS

“ANNESS III

Estensjonijiet u bidliet fl-IMA

PARTI I

ESTENSJONIET FL-IMA

Taqsima 1

Estensjonijiet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (‘materjali’)

1.

Estensjoni tal-mudell tar-riskju tas-suq għal post addizzjonali f'ġuriżdizzjoni oħra, inkluża l-estensjoni tal-mudell tar-riskju tas-suq għall-pożizzjonijiet ta' unità li tinsab f'żona ta' ħin differenti, jew li għaliha jintużaw uffiċċji tan-negozjar jew sistemi tal-IT differenti.

2.

L-integrazzjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' mudell tal-IMA ta' klassijiet ta' prodotti, li għalihom in-numru tal-valur fir-riskju (VaR), ikkalkolat skont l-Artikolu 364(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jaqbeż il-5 % tan-numru VaR, ikkalkolat skont l-Artikolu 364(1)(a)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, tal-portafoll totali li jifforma l-kamp ta' applikazzjoni ta' dak il-mudell tal-IMA qabel l-integrazzjoni.

3.

Kwalunkwe estensjoni inversa, bħall-każijiet fejn l-istituzzjonijiet ikollhom l-għan li japplikaw il-metodu standardizzat għall-kategoriji tar-riskju li għalihom jingħataw il-permess biex jintuża mudell intern tar-riskju tas-suq.

Taqsima 2

Estensjonijiet li jirrikjedu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

L-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' mudell tal-IMA ta' klassijiet ta' prodotti li jirrikjedu tekniki ta' mudellar ta' riskju oħrajn minn dawk li jiffurmaw parti mill-permess għall-użu ta' dak il-mudell tal-IMA, bħall-prodotti dipendenti fuq il-perkors, jew il-pożizzjonijiet sottostanti multipli, skont l-Artikolu 367 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

PARTI II

BIDLIET FL-IMA

Taqsima 1

Bidliet li jirrikjedu l-approvazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti (‘materjali’)

1.

Bidliet fil-metodu tal-kalkolu tal-VaR bejn is-simulazzjoni storika, il-metodu parametriku jew il-metodu Monte Carlo.

2.

Bidliet fl-iskema aggregata bħal meta s-sempliċi addizzjoni totali ta' numri tar-riskju jiġi sostitwit b'immudellar integrat.

Taqsima 2

Bidliet li jirrikjedu notifika ex ante lill-awtoritajiet kompetenti

1.

Bidliet fl-elementi fundamentali tal-metodi statistiċi skont l-Artikoli 365, 374 jew 377 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluża iżda mhux limitata għal xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

tnaqqis fl-għadd ta' simulazzjonijiet;

(b)

introduzzjoni jew tneħħija ta' metodi għat-tnaqqis ta' varjanza;

(c)

bidliet fl-algoritmi sabiex jiġġeneraw numri aleatorji;

(d)

bidliet fil-metodu statistiku sabiex jiġu stmati l-volatilitajiet jew il-korrelazzjonijiet bejn il-fatturi ta' riskju;

(e)

bidliet fis-suppożizzjonijiet dwar id-distribuzzjoni konġunta ta' fatturi ta' riskju.

2.

Bidliet fit-tul effettiv ta' perjodu ta' osservazzjoni storika, inkluża bidla fi skema ta' ponderazzjoni tas-serje ta' żmien skont l-Artikolu 365(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

3.

Bidliet fl-approċċ għall-identifikazzjoni tal-perjodu ta' stress sabiex tiġi kkalkulata miżura ta' VaR taħt Stress, skont l-Artikolu 365(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.

Bidliet fid-definizzjoni ta' fatturi ta' riskju tas-suq applikati fil-mudell ta' VaR intern, inkluża l-migrazzjoni għal qafas ta' skontar OIS, ċaqliqa bejn rati ta' żero, rati pari jew rati ta' swap.

5.

Il-bidliet f'kif il-varjazzjonijiet tal-fatturi ta' riskju tas-suq huma tradotti f'bidliet tal-valur tal-portafoll, bħal pereżempju bidliet fil-mudelli ta' valwazzjoni tal-istrument — użati sabiex jikkalkulaw is-sensittivitajiet għall-fatturi ta' riskju jew sabiex jirrivalwaw il-pożizzjonijiet meta jikkalkulaw in-numri ta' riskju -, bidliet minn mudell analitiku tal-ipprezzar għal mudell ibbażat fuq is-simulazzjoni, bidliet bejn approssimazzjoni Taylor u rivalwazzjoni sħiħa, jew bidliet fil-miżuri ta' sensittività applikati, skont l-Artikolu 367 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

6.

Bidliet fil-metodoloġija għad-definizzjoni tal-indikaturi.

7.

Bidliet fil-ġerarkija tas-sorsi ta' klassifikazzjonijiet użati għad-determinazzjoni tal-klassifikazzjoni ta' pożizzjoni unika fl-IRC.

8.

Bidliet fil-metodoloġija rigward ir-rata tat-telf fil-każ ta' inadempjenza (LGD) jew l-orizzonti tal-likwidità għall-IRC jew mudelli ta' negozjar ta' korrelazzjoni skont it-Taqsima 4 jew it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

9.

Bidliet fil-metodoloġija użata għall-assenjar ta' skoperti għal klassijiet tal-iskoperturi individwali fl-IRC jew fil-mudelli ta' negozjar ta' korrelazzjoni skont it-Taqsima 4 jew it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

10.

Bidliet ta' metodi għall-istima tal-iskopertura jew korrelazzjoni tal-assi għall-IRC jew għall-mudelli ta' negozjar ta' korrelazzjoni skont it-Taqsima 4 jew it-Taqsima 5 tal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

11.

Bidliet fil-metodoloġija għall-kalkolu tal-profitt u tat-telf attwali jew ipotetiku meta jintuża għal skopijiet ta' ttestjar retrospettiv skont l-Artikolu 366(3) u 369(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

12.

Bidliet fil-metodoloġija ta' validazzjoni interna skont l-Artikolu 369 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

13.

Bidliet strutturali, organizzattivi jew operattivi għall-proċessi ewlenin fil-funzjonijiet ta' mmaniġġjar tar-riskju jew kontroll tar-riskji, skont l-Artikolu 368(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, inkluż xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

bidliet tal-persunal ta' livell għoli;

(b)

il-qafas li jiffissal-limiti;

(c)

il-qafas tar-rappurtar;

(d)

il-metodoloġija tal-ittestjar tal-istress;

(e)

il-proċess tal-prodott il-ġdid;

(f)

il-politika għall-bidla tal-mudell intern.

14.

Bidliet fl-ambjent tal-IT, inkluż xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

bidliet fis-sistema tal-IT, li jirriżultaw f'emendi fil-proċedura tal-kalkolu tal-mudell intern;

(b)

l-applikazzjoni tal-mudelli tal-ipprezzar tal-bejjiegħ;

(c)

l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet ta' ġbir ta' dejta ċentrali.”


19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/943

tat-18 ta' Ġunju 2015

dwar miżuri ta' emerġenza li jissospendu l-importazzjonijiet ta' fażola mnixxfa min-Niġerja u li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u l-welfare tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali li jirregolaw l-ikel b'mod ġenerali, u b'mod partikolari s-sikurezza tal-ikel, fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali. Jistipula miżuri ta' emerġenza li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni meta jkun hemm evidenza li ikel impurtat minn pajjiż terz x'aktarx jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (3) jipprovdi għal żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinawx mill-annimali, elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. Fir-rigward ta' fażola mnixxfa li toriġina min-Niġerja, din iż-żieda fil-livell fir-rigward tal-preżenza ta' residwi ta' pestiċidi ilha tapplika mill-1 ta' Lulju 2013.

(3)

Ir-riżultati tal-kontrolli uffiċjali mwettqa mill-Istati Membri fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 dwar fażola mnixxfa min-Niġerja juru frekwenza għolja kontinwa ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-liġi tal-ikel fir-rigward tar-residwi ta' pestiċidi. Wara iktar minn sena miż-żieda fil-frekwenza tal-kontrolli fuq il-fruntieri tal-Unjoni, l-ebda titjib tas-sitwazzjoni ma ġie osservat.

(4)

Minn Jannar 2013, intbagħtu aktar minn 50 notifika lis-Sistema ta' Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf fir-rigward ta' fażola mnixxfa li toriġina min-Niġerja, u kważi kollha kemm huma jirrappurtaw il-preżenza tas-sustanza attiva mhux awtorizzata dichlorvos f'livelli fil-biċċa l-kbira ogħla mid-doża ta' referenza akuta tentattivament stabbilita mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel.

(5)

Dawn ir-riżultati jipprovdu evidenza li l-importazzjoni ta' dan l-ikel tirrapreżenta riskju serju għas-saħħa tal-bniedem u li riskju bħal dan ma jistax jitrażżan b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri meħuda mill-Istati Membri kkonċernati. Huwa għalhekk xieraq li tiġi sospiża l-importazzjoni fl-Unjoni ta' fażola mnixxfa min-Niġerja, sakemm l-awtoritajiet Niġerjani ikunu jistgħu jipprovdu garanziji sostanzjali li rnexxielhom jimplimentaw sistema adegwata ta' kontroll uffiċjali biex ikun żgurat li l-prodotti kkonċernati jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-ikel rilevanti.

(6)

Bħala konsegwenza ta' dik is-sospensjoni, l-ebda żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' fażola mnixxfa ġejja min-Niġerja ma tkun meħtieġa. Huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat kif xieraq.

(7)

Sabiex jingħata ż-żmien meħtieġ lin-Niġerja biex tipprovdi rispons u tqis il-miżuri xierqa għall-immaniġġjar tar-riskji, is-sospensjoni tal-importazzjonijiet ta' fażola mnixxfa għandha tapplika sat-30 ta' Ġunju 2016.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-fażola mnixxfa kollha min-Niġerja ddikjarata taħt il-kodiċi NM 0713 39 00.

Artikolu 2

L-importazzjoni fl-Unjoni tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1 hija pprojbita.

Artikolu 3

L-ispejjeż kollha mġarrba fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jitħallsu mid-destinatarju jew mill-aġent tiegħu.

Artikolu 4

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, titħassar l-entrata li ġejja:

“Fażola mnixxfa

(Ikel)

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi ta' pestiċidi (2)

50”

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika sat-30 ta' Ġunju 2016.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).


19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/944

tat-18 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

145,0

MK

69,6

TR

68,7

ZZ

94,4

0707 00 05

AL

13,4

MK

36,2

TR

121,6

ZZ

57,1

0709 93 10

TR

116,3

ZZ

116,3

0805 50 10

AR

141,4

BO

147,7

BR

107,1

ZA

147,0

ZZ

135,8

0808 10 80

AR

157,4

BR

102,9

CL

151,3

NZ

138,6

US

180,2

ZA

129,4

ZZ

143,3

0809 10 00

TR

248,6

ZZ

248,6

0809 29 00

TR

344,6

ZZ

344,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/945

tal-15 ta' Ġunju 2015

li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

B'kunsiderazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

B'kunsiderazzjoni tal-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar u fil-5 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet (UE) 2015/116 (1) u (UE) 2015/190 (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Helma OROSZ sar vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Marcel PHILIPP, Oberbürgermeister der Stadt Aachen.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

K. GERHARDS


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.


19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/13


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/946

tal-15 ta' Ġunju 2015

li taħtar membru supplenti Ġermaniż fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar u fil-5 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2015/116/UE (1) u 2015/190/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Clemens LINDEMANN fit-30 ta' Ġunju 2015, isir vakanti siġġu ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta' Jannar 2020:

Is-Sur Bernd LANGE, Landrat des Landkreises Görlitz.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandu jkollha effett mill-1 ta' Lulju 2015.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

K. GERHARDS


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.


19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/947

tal-15 ta' Ġunju 2015

li taħtar żewġ membri Portugiżi u membru supplenti Portugiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-gvern Portugiż,

Billi:

(1)

Fis-26 ta' Jannar u fil-5 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2015/116/UE (1) u 2015/190/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandati tas-Sur Alberto João CARDOSO GONÇALVES JARDIM u s-Sur António Luís DOS SANTOS DA COSTA saru vakanti s-siġġijiet ta' żewġ membri fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur João CUNHA E SILVA sar vakanti siġġu ta' membru supplenti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b'dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2020:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Miguel Filipe MACHADO DE ALBUQUERQUE, Presidente do Governo Regional da Madeira

Is-Sur Fernando MEDINA, Presidente da Câmara Municipal de Lisboa

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Mário Sérgio Quaresma GONÇALVES MARQUES, Secretário Regional dos Assuntos Parlamentares e Europeus da Madeira

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-15 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

K. GERHARDS


(1)  ĠU L 20, 27.1.2015, p. 42.

(2)  ĠU L 31, 7.2.2015, p. 25.


LINJI GWIDA

19.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 154/15


LINJA GWIDA (UE) 2015/948 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-16 ta' April 2015

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2013/7 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2015/19)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (2),

Billi:

(1)

Meta titqies l-introduzzjoni ta' rapportar dirett ta' informazzjoni statistika minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50) (3), u r-rabtiet mill-qrib mad-dejta li għandha tinġabar minn awtoritajiet nazzjonali kompetenti (ANK) għal finijiet superviżorji taħt il-qafas stabbilit bid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) ġie emendat sabiex jinkludi dejta li għandha tiġi rrapportata direttament minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (KA). Il-Linja Gwida BĊE/2013/7 (5) teħtieġ ukoll li tiġi emendata peress li tiddefinixxi l-proċeduri neċessarji għall-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) biex jirrapportaw lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2013/7 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2013/7 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Il-BĊNi għandhom jiġbru u jirrapportaw lill-BĊE informazzjoni statistika dwar investimenti f'titoli b'kodiċi ISIN, fuq il-bażi ta' titolu b'titolu, skont l-iskemi ta' rapportar fl-Anness I, Parti 1, (Tabelli 1 sa 3) u l-Parti 2 (Tabelli 1 sa 3), u b'mod konformi ma' standards ta' rapportar elettroniku li huma stipulati separatament, għat-tipi ta' strumenti li ġejjin: titoli ta' dejn għal żmien qasir (F.31); titoli ta' dejn għal żmien twil (F.32); ishma elenkati (F.511) u ishma jew unitajiet f'fondi ta' investiment (F.52).

L-obbligi ta' rrapportar tal-BĊNi għandhom ikopru l-pożizzjonijiet tal-aħħar tat-trimestru u jew (i) it-tranżazzjonijiet finanzjarji matul it-trimestru ta' referenza fl-aħħar tat-trimestru, jew (ii) id-dejta tal-aħħar tax-xahar jew tal-aħħar tat-trimestru li hija neċessarja biex jinstiltu t-tranżazzjonijiet finanzjarji, kif stipulat fil-paragrafu 2. Il-BĊNi għandhom jirrapportaw ukoll pożizzjonijiet ta' tmiem is-sena, kif stipulat fl-Artikolu 3(2b) tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) skont l-iskema ta' rapportar fl-Anness I, Parti 3 (Tabelli 1 sa 2) ta' din il-Linja Gwida.

It-tranżazzjonijet finanzjarji jew id-dejta neċessarja biex jinstiltu t-tranzazzjonijiet finanzjarji li jiġu rapportati minn aġenti li jirrapportaw attwali lil BĊNi skont il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandhom jitkejlu kif stipulat fil-Parti 3 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).”;

2.

fl-Artikolu 3, paragrafu 2, qed jiżdied il-punt (c) li ġej:

“(c)

fir-rigward ta' investimenti f'titoli minn korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (KA) fuq bażi annwali, il-BĊNi għandhom jirrapportaw dejta dwar pożizzjonijiet aggregati ta' tmiem is-sena sal-għeluq tan-negozju fis-70 jum kalendarju wara t-tmiem tas-sena li magħha tkun relatata d-dejta.”;

3.

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 huwa mibdul b'dan li ġej:

“1.   Il-BĊNi jistgħu jiddeċiedu jekk jirrapportawx lill-BĊE informazzjoni statistika li tkopri titoli mingħajr kodiċi ISIN miżmuma minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (IFM), fondi ta' investiment (FI), korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (FVCs), KA u kapijiet ta' gruppi ta' rapportar soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) jew miżmuma minn kustodji f'isem: (i) investituri residenti mhux soġġetti għar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), (ii) investituri mhux finanzjarji residenti fi Stati Membri oħrajn taż-żona tal-euro, jew (iii) investituri residenti fi Stati Membri mhux taż-żona tal-euro, kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), li ma jingħatawx deroga mir-rekwiżiti ta' rapportar taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24).”.

Artikolu 2

Emendi għall-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2013/7

L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2013/7 huwa emendat skont l-Anness ta' din il-Linja Gwida.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi. Il-banek ċentrali tal- Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/18) (6).

Artikolu 4

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' April 2015.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).

(4)  Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).

(5)  Linja gwida BĊE/2013/7 tat-22 ta' Marzu 2013 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 17).

(6)  Ir-Regolament (UE) 2015/730 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (BĊE/2015/18) (ĠU L 116, 7.5.2015, p. 5)..


ANNESS

L-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2013/7 huwa emendat kif gej:

1.

fil-Parti 1, it-Tabella 2 hija mibdula b'li ġej:

“Tabella 2

Informazzjoni dwar investimenti f'titoli

Informazzjoni rrapportata (1)

Attribut

Status (2)

Deskrizzjoni

1.

Informazzjoni dwar titoli

Settur tad-detentur

M

Settur/subsettur tal-investitur.

 

 

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji (S.11) (3)

 

Korporazzjonijiet li jieħdu depożiti ħlief għal banek ċentrali (S.122)

 

Fondi tas-suq tal-flus (MMFs) (S.123)

 

Fondi ta' investiment mhux MMF (S.124)

 

Korporazzjonijiet oħra finanzjarji (4) bl-esklużjoni ta' korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

 

Korporazzjonijiet ta' vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni

 

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

 

Fondi tal-pensjoni (S.129)

 

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi ta' pensjonijiet (subsettur mhux identifikat) (S.128+S.129) (perijodu tranżitorju)

 

Gvern ċentrali (S.1311) (rendikont volontarju)

 

Gvern tal-Istat (S.1311) (rendikont volontarju)

 

Gvern lokali (S.1313) (rendikont volontarju)

 

Fondi tas-sigurtà soċjali (S.1314) (rendikont volontarju)

 

Gvern ġenerali ieħor (subsettur mhux identifikat)

 

Unitajiet domestiċi bl-esklużjoni ta' istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu l-unitajiet domestiċi (S.14) (rendikont volontarju għal investituri residenti, obbligatorju għall-investimenti ta' terzi)

 

Istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu l-unitajiet domestiċi (S.15) (rendikont volontarju)

 

Unitajiet domestiċi oħrajn u istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu unitajiet domestiċi (S.14+S.15) (subsettur mhux identifikat)

 

Investituri mhux finanzjarji bl-esklużjoni ta' unitajiet domestiċi (għal investimenti ta' terzi biss) (S.11+S.13+S.15) (5)

 

Banek ċentrali u gvern ġenerali jiġu rrapportati biss għal investimenti minn pajjiżi mhux taż-żona tal-euro(S.121+S.13) (6)

 

Investituri minbarra banek ċentrali u gvernijiet li għandhom jiġu rrapportati biss għal investimenti minn pajjiżi mhux taż-żona tal-euro (6)

 

Settur mhux magħruf (7)

Pajjiż detentur

M

Pajjiż ta' residenza tal-investitur

Sors:

M

Sors tal-informazzjoni mibgħuta fuq l-investimenti ta' titoli

 

 

Rapportar dirett

 

Rapportar tal-kustodju

 

Rapportar imħallat (8)

 

Mhux disponibbli

Funzjoni

M

Funzjoni tal-investiment skont il-klassifika tal-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti

 

 

Investiment dirett

 

Investiment tal-portafoll

 

Mhux speċifikat

Bażi ta' rapportar

V

Jindika kif huwa kkwotat it-titolu, bħala perċentwal jew f'unitajiet

 

 

Perċentwal

 

 

Unitajiet

Munita nominali

V

Munita li fiha huwa ddenominat l-ISIN, irrapportat meta l-bażi tar-rapportar tkun daqs il-perċentwal.

Pożizzjonijiet

M

L-ammont totali tat-titoli miżmumin

 

 

Bil-valur nominali (9). Numru ta' ishma jew unitajiet ta' titolu jew ammont nominali aggregat (f'munita nominali jew euro) jekk it-titolu jiġi nnegozjat f'ammonti minflok f'unitajiet, eskluż l-imgħax akkumulat

 

Bil-valur tas-suq. Ammont miżmum bil-prezz ikkwotat fis-suq tal-euro, inkluż imgħax akkumulat (10)

Pożizzjonijiet: li minnhom ammont

M (11)

Ammont ta' titoli miżmumin mill-akbar żewġ investituri.

 

 

Bil-valur nominali, skont l-istess metodu ta' valutazzjoni bħala pożizzjonijiet.

 

Bil-valur tas-suq, skont l-istess metodu ta' valutazzjoni bħala pożizzjonijiet

Format

M (9)

Jispeċifika l-format użat għall-pożizzjonijiet bil-valur nominali

 

 

Valur nominali f'euro jew munita rilevanti oħra

 

Numru ta' ishma/unitajiet (12)

Bidliet oħra fil-volum

M

Tibdil ieħor fl-ammont tat-titolu miżmum

 

 

Bil-valur nominali fl-istess format bħall-pożizzjonijiet bil-valur nominali

 

Bil-valur tas-suq f'euro

Tibdil ieħor fil-volum: liema ammont

M (11)

Tibdil ieħor fil-volum fl-ammont miżmum mill-akbar żewġ investituri

 

 

Bil-valur nominali, skont l-istess metodu ta' valutazzjoni bħala pożizzjonijiet.

 

Bil-valur tas-suq, skont l-istess metodu ta' valutazzjoni bħala pożizzjonijiet

Transazzjonijiet finanzjarji

M (13)

Total tax-xiri wara t-tnaqqis tal-bejgħ ta' titoli, irreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni f'euro inkluż imgħax akkumulat (10)

Tranżazzjonijiet finanzjarji: li minnhom l-ammont

M (14)

Total tal-akbar żewġ tranżazzjonijiet f'termini assoluti minn detenturi individwali, skont l-istess metodu ta' valutazzjoni bħal tranżazzjonijiet finanzjarji

Status ta' kunfidenzjalità

M (15)

Status ta' kunfidenzjalità għal pożizzjonijiet, tranżazzjonijiet, tibdil ieħor fil-volum

 

 

Mhux għall-pubblikazzjoni, ristretta għall-użu intern biss

 

Informazzjoni statistika kunfidenzjali

 

Mhux applikabbli (16)

2.

fil-Parti 2, it-Tabella 2 hija mibdula b'li ġej:

“Tabella 2

Informazzjoni dwar investimenti f'titoli

Informazzjoni rrapportata (17)

Attribut

Status (18)

Deskrizzjoni

1.

Informazzjoni dwar titoli

ID tal-grupp li jirrapporta

M

ID tal-grupp li jirrapporta (19)

Residenza tal-entitajiet tal-grupp

V

Residenza tal-entitajiet tal-grupp, jiġu rrapportati separatament mill-uffiċċju prinċipali (20)

 

 

Residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali

 

Mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali

 

Jekk mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali, residenti ta' pajjiżi oħrajn taż-żona tal-euro

 

Jekk mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali, residenti barra ż-żona tal-euro

ID tal-entità

V

ID tal-entità tal-grupp (19)

Pajjiż ta' residenza tal-entità

V

Pajjiż tal-inkorporazzjoni legali jew domiċilju tal-entità

Tip ta' grupp

M

Tip ta' grupp

 

 

Grupp bankarju

Bażi ta' rapportar

V

Jindika kif huwa kkwotat it-titolu, bħala perċentwal jew f'unitajiet

 

 

Perċentwal

 

Unitajiet

Valuta nominali

V

Munita li fiha huwa ddenominat l-ISIN, irrapportat meta l-bażi tar-rapportar hija daqs il-perċentwal.

Format

M (21)

Jispeċifika l-format użat għall-pożizzjonijiet bil-valur nominali

 

 

Valur nominali f'euro jew munita rilevanti oħra

 

Numru ta' ishma/unitajiet (22)

Pożizzjonijiet

M

L-ammont totali tat-titoli miżmumin

 

 

Bil-valur nominali (21). Numru ta' ishma jew unitajiet ta' titolu jew ammont nominali aggregat (f'munita nominali jew euro) jekk it-titolu jiġi nnegozjat f'ammonti minflok f'unitajiet, eskluż l-imgħax akkumulat

 

Bil-valur tas-suq. Ammont miżmum bil-prezz ikkwotat fis-suq tal-euro, inkluż imgħax akkumulat (23)

Bidliet oħra fil-volum

V

Tibdil ieħor fil-volum fl-ammont tat-titolu miżmum

 

 

Bil-valur nominali fl-istess format bħall-pożizzjonijiet bil-valur nominali (21)

 

Bil-valur tas-suq f'euro

Transazzjonijiet finanzjarji

V

Total tax-xiri wara t-tnaqqis tal-bejgħ ta' titoli, irreġistrat bil-valur tat-tranżazzjoni f'euro inkluż imgħax akkumulat (23)

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar

M

Jindika jekk it-titolu nħariġx minn entità tal-istess grupp ta' rapportar

3.

fil-Parti 2, it-Tabella 4 hija mibdula b'dan li ġej:

“Tabella 4

Investimenti f'titoli mingħajr kodiċi ISIN

Informazzjoni rrapportata (24)

Attribut

Status (25)

Deskrizzjoni

1.

Dejta ta' referenza bażika

Marka ta' aggregazzjoni

M

Tip ta' dejta

 

 

Dejta rrapportata fuq bażi ta' titolu b'titolu

 

Dejta aggregata (l-ebda titolu b'titolu)

Numru ta' identifikazzjoni tat-titoli

M

Numru ta' identifikazzjoni tal-BĊN intern għal investimenti f'titoli mingħajr kodiċi ISIN irrapportat fuq bażi ta' titolu b'titolu, jew fuq bażi aggregata

Tip ta' numru ta' identifikazzjoni ta' titoli

M (26)

Tispeċifika n-numru ta' identifikazzjoni tat-titoli għal titoli rrapportati fuq bażi ta' titolu b'titolu (27)

 

 

Numru intern tal-BĊN

 

CUSIP

 

SEDOL

 

oħrajn (28)

Klassifikazzjoni tal-istrument

M

Klassifikazzjoni tat-titolu skont ESA 2010 u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24)

 

 

Titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien qasir

 

Titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien twil

 

Ishma kkwotati

 

Ishma ta' fond ta' investiment

 

Tipi ta' titoli oħrajn (29)

Settur tal-emittent

M

Settur istituzzjonali tal-emittent skont ESA 2010 u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24)

Pajjiż emittent

M

Pajjiż tal-inkorporazzjoni legali jew domiċilju tal-emittent tat-titolu

Valur tal-prezz (30)

V

Il-prezz tat-titolu fit-tmiem tal-perijodu ta' referenza

Bażi tal-valur tal-prezz (28)

V

Tispeċifika l-bażi li fuqha jingħata l-valur tal-prezz

 

 

Euro jew munita rilevanti oħra

 

Perċentwal

2.

Dejta ta' referenza addizzjonali

Isem l-emittent

V

Isem l-emittent

Isem qasir

V

Isem qasir tat-titolu mogħti mill-emittent, iddefinit skont il-karatterisitiċi tat-titolu u kull informazzjoni oħra disponibbli

L-emittent huwa parti mill-grupp ta' rapportar

M

Jindika jekk it-titolu nħariġx minn entità tal-istess grupp ta' rapportar għal titoli rrapportati fuq bażi ta' titolu b'titolu

Data tal-ħruġ

V

Id-data li fiha t-titoli jiġu kkonsenjati lis-sottoskrittur mill-emittent kontra ħlas. Din hija d-data meta t-titoli ikunu jistgħu jiġu kkonsenjati lil investituri għall-ewwel darba.

Data tal-maturità

V

Data meta l-istrument ta' dejn jinfeda

Ammont pendenti

V

Ammont pendenti maqlub f'euro

Kapitalizzazzjoni tas-suq

V

L-aħħar kapitalizzazzjoni tas-suq disponibbli f'euro

Imgħax akkumulat

V

Imgħax akkumulat mill-aħħar pagamenti ta' kupuni jew mid-data li fiha beda jakkumula l-imgħax.

Fattur tal-aħħar qsim

V

Qsim ta' stokks u qsim bil-maqlub ta' ishma

L-aħħar data tal-qsim

V

Id-data li fiha l-qsim tal-istokk isir effettiv.

Tip ta' kupun

V

Tip ta' kupun (fiss, varjabbli, imtarraġ, eċċ.)

Tip ta' dejn

V

Tip ta' strument ta' dejn

Ammont tad-dividend

V

Ammont tal-aħħar pagament tad-dividend għal kull sehem bit-tip tal-ammont tad-dividend qabel it-taxxa (dividend gross)

Tip tal-ammont tad-dividend

V

Denominazzjoni jew fil-munita tad-dividend jew fin-numru ta' ishma

Valuta tad-dividend

V

Munita tal-aħħar ħlas ta' dividend

Tip ta' titolizzazzjoni tal-assi

V

Tip ta' assi li biha ssir titolizzazzjoni

4.

tiżdied il-Parti 3 li ġejja:

“PARTI 3

Investimenti annwali f'titoli minn KA

Tabella 1

Informazzjoni ġenerali u noti spjegattivi

Informazzjoni rrapportata (31)

Attribut

Status (32)

Deskrizzjoni

1.

Informazzjoni ġenerali

Istituzzjoni li tirrapporta

M

Kodiċi ta' identifikazzjoni għall-istituzzjoni li tirrapporta

Data ta' sottomissjoni

M

Data meta d-dejta tintbagħat lill-SHSDB

Perijodu ta' referenza

M

Perijodu li għalih tirreferi d-dejta

Frekwenza tar-rapportar

M

 

Data Annwali

2.

Noti spjegattivi (metadata)

M

Trattament ta' fidi bikri

M

Trattament ta' imgħax akkumulat


Tabella 2

Informazzjoni dwar investimenti f'titoli

Informazzjoni rrapportata (33)

Attribut

Status (34)

Deskrizzjoni

1.

Informazzjoni dwar titoli

Settur tad-detentur

M

Settur/subsettur tal-investitur.

 

 

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128)

Sors:

M

Sors tal-informazzjoni mibgħuta fuq l-investimenti ta' titoli

 

 

Rapportar dirett

 

Rapportar tal-kustodju

 

Rapportar imħallat (35)

 

Mhux disponibbli

Residenza tal-entitajiet tal-KA (uffiċċju prinċipali u friegħi)

 

Residenza tal-entitajiet tal-KA (uffiċċju prinċipali u friegħi)

 

 

Residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali

 

 

Mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali

 

 

Jekk mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali, residenti ta' pajjiżi oħrajn taż-żona tal-euro, skont il-pajjiż

 

 

Jekk mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali, residenti ta' pajjiżi oħrajn taż-żona tal-euro

Bażi ta' rapportar

V

Jindika kif huwa kkwotat it-titolu, bħala perċentwal jew f'unitajiet

 

 

Perċentwal

 

 

Unitajiet

Valuta nominali

V

Munita li fiha huwa ddenominat l-ISIN, irrapportat meta l-bażi tar-rapportar hija daqs il-perċentwal.

Pożizzjonijiet

M

L-ammont totali tat-titoli miżmumin

 

 

Bil-valur nominali (36). Numru ta' ishma jew unitajiet ta' titolu jew ammont nominali aggregat (f'munita nominali jew euro) jekk it-titolu jiġi nnegozjat f'ammonti minflok f'unitajiet, eskluż l-imgħax akkumulat

 

Bil-valur tas-suq. Ammont miżmum bil-prezz ikkwotat fis-suq tal-euro, inkluż imgħax akkumulat (37)

Format

V (38)

Jispeċifika l-format użat għall-pożizzjonijiet bil-valur nominali

 

 

Valur nominali f'euro jew munita rilevanti oħra

 

Numru ta' ishma/unitajiet

Status ta' kunfidenzjalità

M

Status ta' kunfidenzjalità għall-pożizzjonijiet

 

 

Mhux għall-pubblikazzjoni, ristretta għall-użu intern biss

 

Informazzjoni statistika kunfidenzjali

 

Mhux applikabbli

2.

Dejta ta' referenza bażika

Marka ta' aggregazzjoni

M

Tip ta' dejta

 

 

Dejta aggregata (l-ebda titolu b'titolu)

Klassifikazzjoni tal-istrument

M

Klassifikazzjoni tat-titolu skont ESA 2010 u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24)

 

 

Titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien qasir

 

 

Titoli ta' dejn fuq perijodu ta' żmien twil

 

 

Ishma kkwotati

 

 

Ishma ta' fond ta' investiment

Settur tal-emittent

M

Settur istituzzjonali tal-emittent skont ESA 2010 u r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24)

Pajjiż emittent

M

Pajjiż tal-inkorporazzjoni legali jew domiċilju tal-emittent tat-titolu

 

 

Pajjiżi taż-żona tal-euro

 

 

Pajjiżi tal-UE barra miż-żona tal-euro

 

 

Pajjiżi mhux tal-UE


(1)  L-istandards ta' rapportar elettroniku huma stabbiliti separatament.

(2)  M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.

(3)  L-enumerazzjoni tal-kategoriji f'din il-Linja Gwida kollha tirrifletti l-enumerazzjoni li ddaħħlet fl-ESA 2010.

(4)  Intermedjarji finanzjarji oħrajn (S.125) kif ukoll awżiljarji finanzjarji (S.126) flimkien ma' istituzzjonijet finanzjarji kaptivi u selliefa tal-flus (S.127).

(5)  Biss jekk is-setturi S.11, S.13 u S.15 ma jiġux irrapportati separatament.

(6)  Għal dejta rrapportata minn BĊNi mhux taż-żona tal-euro, biss għal investimenti ta' rapportar minn investituri mhux residenti.

(7)  Resident tas-settur mhux allokat fil-pajjiż detentur; jiġifieri setturi mhux magħrufin ta' pajjiżi mhux magħrufin m'għandhomx jiġu rrapportati. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-operaturi tal-SHSDB bir-raġuni għas-settur mhux magħruf, fil-każ ta' valuri rilevanti statistikament.

(8)  Biss jekk ma tistax issir dintinzjoni bejn ir-rapportar dirett u dak tal-kustodju.

(9)  Mhux irrapportat jekk il-valuri tas-suq (u t-tibdil rispettiv l-ieħor f'volum/tranżazzjonijiet) jiġu rrapportati.

(10)  Hija rrakkomandata l-inklużjoni tal-imgħax akkumulat, fuq bażi tal-aħjar sforz.

(11)  Jekk BĊN jirrapporta l-istatus ta' konfidenzjalità, dan l-attribut jista' ma jiġix irrapportat. L-ammont jista' jirreferi għall-ikbar investitur individwali, minflok għall-ikbar żewġ investituri, taħt ir-responsabbiltà tal-BĊN li qed jirrapporta.

(12)  Il-BĊNi huma mħeġġa biex jirrapportaw il-valur nominali f'numru ta' unitajiet meta t-titoli huma kkwotati fis-CSDB.

(13)  Għandhom jiġu rrapportati biss jekk it-tranżazzjonijiet ma jirriżultawx minn pożizzjonijiet fl-SHSDB.

(14)  Għandu jiġi rrapportat biss għal tranżazzjonijiet miġburin minn aġenti ta' rrapportar, mhux irrapportati għal tranżazzjonijiet ġejjin minn pożizzjonijiet minn BĊNi.

(15)  Għandu jiġi rrapportat jekk l-ammont korrispondenti tal-akbar żewġ investituri għal pożizzjonijiet, tranżazzjonijiet, tibdil ieħor fil-volum, rispettivament, ma jkunx disponibbli/ipprovdut.

(16)  Jintuża biss jekk it-tranżazzjonijiet jiġu minn pożizzjonijiet mill-BĊNi. F'dawn il-każijiet l-istatus tal-kunfidenzjalità jiġi mill-SHSDB, jiġifieri jekk il-pożizzjonijiet inizjali u/jew finali ikunu kunfidenzjali, it-tranżazzjoni riżultanti tiġi mmarkata bħala kunfidenzjali.”;

(17)  L-istandards ta' rapportar elettroniku huma stabbiliti separatament.

(18)  M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.

(19)  L-identifikatur jiġi ddefinit separatament.

(20)  Il-BĊNi jistgħu jirrapportaw skont erba' opzjonijiet alternattivi: (1) aggregati għall-entitjajiet kollha tal-grupp inkluż l-uffiċċju prinċipali; (2) aggregati għall-entitajiet residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali; u aggregati għall-entitajiet mhux residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali, rispettivament; (3) aggregati għal entitajiet residenti fil-pajjiż tal-uffiċċju prinċipali; aggregati għall-entitjaiet residenti f'pajjiż ieħor taż-żona tal-euro; aggregati għall-entitjajiet residenti barra miż-żona tal-euro; (4) entità b'entità.

(21)  Mhux irrapportat jekk il-valuri tas-suq huma rrapportati.

(22)  Il-BĊNi huma mħeġġa biex jirrapportaw il-valur nominali f'numru ta' unitajiet meta t-titoli huma kkwotati fis-CSDB.

(23)  Hija rrakkomandata l-inklużjoni tal-imgħax akkumulat, fuq bażi tal-aħjar sforz.”;

(24)  L-istandards ta' rapportar elettroniku huma stabbiliti separatament.

(25)  M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.

(26)  Mhux meħtieġ għal titoli rrapportati fuq bażi aggregata.

(27)  Il-BĊNi għandhom preferibbilment jużaw l-istess numru ta' identifikazzjoni tat-titoli għal kull titolu fuq bosta snin. Barra minn dan, kull numru ta' identifikazzjoni tat-titoli għandu jkun relatat ma' titolu wieħed biss. Il-BĊNi għandhom jinfurmaw lill-operaturi tal-SHSDB jekk ma jkunux f'pożizzjoni li jagħmlu dan. Il-kodiċijiet CUSIP u SEDOL jistgħu jiġu ttrattati bħala numri interni tal-BĊN.

(28)  Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw fil-metadata t-tip ta' numru ta' identifikazzjoni użat.

(29)  Dawn it-titoli ma jiġux inklużi fil-produzzjoni tal-aggregati.

(30)  Għall-kalkolu ta' pożizzjonijiet bil-valur tas-suq minn pożizzjonijiet bil-valur nominali.”;

(31)  L-istandards ta' rapportar elettroniku huma stabbiliti separatament.

(32)  M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.

(33)  L-istandards ta' rapportar elettroniku huma stabbiliti separatament.

(34)  M: attribut obbligatorju; V: attribut volontarju.

(35)  Biss jekk ma tistax issir dintinzjoni bejn ir-rapportar dirett u dak tal-kustodju.

(36)  Mhux irrapportat jekk il-valuri tas-suq huma rrappurtati.

(37)  Hija rrakkomandata l-inklużjoni tal-imgħax akkumulat, fuq bażi tal-aħjar sforz.

(38)  Mhux irrapportat jekk il-valuri tas-suq (u t-tibdil rispettiv l-ieħor f'volum/tranżazzjonijiet) jiġu rrapportati.”.