ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 148

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
13 ta' Ġunju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/904 tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fi programmi tal-Unjoni

1

 

 

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/905 tal-10 ta' Ġunju 2015 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pecorino Toscano (DOP))

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/906 tal-10 ta' Ġunju 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Vignola (IĠP))

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/907 tal-10 ta' Ġunju 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Welsh Beef (IĠP))

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/908 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ( 1 )

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/909 tat-12 ta' Ġunju 2015 dwar il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju ( 1 )

17

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/910 tat-12 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/911 tal-11 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE rigward l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-Unjoni hija awtorizzata fir-rigward ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (notifikata bid-dokument C(2015) 3790)  ( 1 )

25

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/912 tat-12 ta' Ġunju 2015 li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fil-wieħed u għoxrin, fit-tnejn u għoxrin u fit-tlieta u għoxrin reġjun

28

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/913 tat-12 ta' Ġunju 2015 li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fl-għoxrin reġjun

30

 

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

*

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/914 tat-8 ta' Ġunju 2015 dwar l-iskema ta' risistemazzjoni Ewropea

32

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni tat-8 ta' Ġunju 2015 li temenda l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għal dak il-Ftehim [2015/915]

38

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/904

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fi programmi tal-Unjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212 tiegħu flimkien mal-Artikolu 218(5) u (7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Ġunju 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija min-naħa l-oħra, (1) dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”),

(2)

In-negozjati ġew konklużi.

(3)

L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit mill-Protokoll jikkostitwixxi miżura ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika li tippermetti aċċess għall-għajnuna, b'mod partikolari għall-għajnuna finanzjarja, li għandha tiġi pprovduta mill-Unjoni skont il-programmi tal-Unjoni. Dan il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali kostituttivi rilevanti jippermettu l-possibbiltà li r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija tipparteċipa. L-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għalhekk ma jinvolvux l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali segwiti mill-programmi, li jiġu eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi.

(4)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni, u jiġi applikat fuq bażi provviżorja sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar f'isem l-Unjoni, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija rigward il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa tal-firma tal-Protokoll f'isem l-Unjoni.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tiegħu, (2) sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu

Artikolu 4

Il-Kummissjoni hija awtorizzata tistabbilixxi, f'isem l-Unjoni, it-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija f'kull programm partikolari tal-Unjoni, partikolarment il-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill mgħarraf.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. L. GALLETTI


(1)  ĠU L 265, 10.10.2005, p. 2.

(2)  Id-data tal-iffirmar tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija dwar il-prinċipji ġenerali li jirregolaw il-parteċipazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Alġerija fil-programmi tal-Unjoni

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”,

minn naħa waħda, u

IR-REPUBBLIKA DEMOKRATIKA TAL-POPLU TAL-ALĠERIJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Alġerija”,

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

Billi:

(1)

L-Alġerija kkonkludiet Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Alġerija min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2005.

(2)

Il-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-17 u tat-18 ta' Ġunju 2004 laqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2004.

(3)

Il-Kunsill, minn dakinhar, kemm-il darba adotta konklużjonijiet favur din il-politika.

(4)

Fil-5 ta' Marzu 2007, il-Kunsill esprima appoġġ favur approċċ ġenerali u komprensiv kif deskritt fil-komunikazjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Diċembru 2006 sabiex il-pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ikunu jistgħu jipparteċipaw fl-aġenziji Komunitarji u fil-programmi Komunitarji fuq mertu tagħhom u fejn ikunu awtorizzati jagħmlu dan mill-bażijiet ġuridiċi.

(5)

L-Alġerija esprimiet ix-xewqa li tipparteċipa f'għadd ta' programmi tal-Unjoni.

(6)

It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi, partikolarment il-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta' rappurtar u ta' evalwazzjoni, applikabbli għall-parteċipazzjoni tal-Alġerija f'kull programm partikolari tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati permezz ta' ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti Alġerini,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Alġerija għandha titħalla tipparteċipa fil-programmi attwali u futuri kollha tal-Unjoni miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-Alġerija skont id-dispożizzjonijiet relevanti għall-adozzjoni ta' dawn il-programmi.

Artikolu 2

L-Alġerija għandha tikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi tal-Unjoni li fihom hija tipparteċipa.

Artikolu 3

Ir-rappreżentanti tal-Alġerija għandhom jitħallew jieħdu sehem bħala osservaturi u, għall-punti li jikkonċernaw lill-Alġerija, jitħallew jipparteċipaw fil-kumitati ta' ġestjoni responsabbli mill-monitoraġġ tal-programmi tal-Unjoni li l-Alġerija tikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.

Artikolu 4

Proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti mill-Alġerija huma soġġetti, sa fejn ikun possibbli, għall-istess kundizzjonijiet, regoli u proċeduri li għandhom x'jaqsmu mal-programmi konċernati tal-Unjoni bħal dawk li japplikaw għall-Istati Membri.

Artikolu 5

1.   It-termini u l-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-Alġerija f'kull programm partikolari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli u l-proċeduri ta' rapportar u ta' evalwazzjoni, jiġu ddeterminati fi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet kompetenti tal-Alġerija, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-programmi kkonċernati.

2.   Jekk l-Alġerija tapplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni sabiex tipparteċipa fi programm partikolari tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), jew f'konformità ma' xi regolament simili li jipprovdi assistenza esterna tal-Unjoni għall-Alġerija li jista' jiġi adottat fil-ġejjieni, il-kundizzjonijiet li jirregolaw l-użu mill-Alġerija tal-assistenza tal-Unjoni għandhom jiġu stabbiliti minn ftehim ta' finanzjament.

Artikolu 6

1.   Kull ftehim konkluż skont l-Artikolu 5 ta' dan il-Protokoll għandu jistipula, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li l-kontroll finanzjarju jew l-awditi jew verifiki oħra, inklużi l-investigazzjonijiet amministrattivi, għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew taħt l-awtorità tagħhom.

2.   Dispożizzjonijiet iddettaljati jiġu adottati għall-kontrolli finanzjarji u l-awditi, għall-miżuri amministrattivi, għall-penalitajiet u għall-irkupru li jagħtu lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jew tal-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.

Artikolu 7

1.   Dan il-Protokoll għandu japplika għall-perjodu li fih ikun hemm fis-seħħ il-Ftehim.

2.   Dan il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet f'konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom.

3.   Kull Parti tista' tiddenunzja dan il-Protokoll b'notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Protokoll għandu jieqaf japplika sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika.

4.   It-tmiem ta' dan il-Protokoll li jiġi minħabba d-denunzja ta' xi waħda mill-partijiet ma jkollu l-ebda influwenza fuq il-verifiki u l-kontrolli li għandhom jitwettqu fejn ikun hemm bżonn skont l-Artikoli 5 u 6.

Artikolu 8

Mhux aktar tard minn tliet snin minn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, u wara, kull tliet snin sussegwenti, iż-żewġ Partijiet jistgħu jirrieżaminaw l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tal-Alġerija fi programmi tal-Unjoni.

Artikolu 9

Dan il-Protokoll għandu japplika għat-territorji rregolati mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat, min-naħa l-oħra għat-territorju tal-Alġerija.

Artikolu 10

1.   Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw provviżorjament dan il-Protokoll mid-data tal-iffirmar tiegħu, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak l-iskop.

2.   Dan il-protokoll għandu jidħol fis-seħħ b'mod definittiv fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta' mezzi diplomatiċi li lestew il-proċeduri meħtieġa sabiex dan jidħol fis-seħħ.

Artikolu 11

Dan il-Protokoll għandu jifforma parti integrali tal-Ftehim.

Artikolu 12

Dan il-Protokoll huwa mfassal f'żewġ kopji bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, Żvediża u Għarbija u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku indaqs.

Съставено в Брюксел на четвърти юни две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Bruselas, el cuatro de junio de dos mil quince.

V Bruselu dne čtvrtého června dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den fjerde juni to tusind og femten.

Geschehen zu Brüssel am vierten Juni zweitausendfünfzehn.

Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta juunikuu neljandal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις τέσσερις Ιουνίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Brussels on the fourth day of June in the year two thousand and fifteen.

Fait à Bruxelles, le quatre juin deux mille quinze.

Sastavljeno u Bruxellesu četvrtog lipnja dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì quattro giugno duemilaquindici.

Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada ceturtajā jūnijā.

Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų birželio ketvirtą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év június havának negyedik napján.

Magħmul fi Brussell, fir-raba' jum ta' Ġunju tas-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Brussel, de vierde juni tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Brukseli dnia czwartego czerwca roku dwa tysiące piętnastego.

Feito em Bruxelas, em quatro de junho de dois mil e quinze.

Întocmit la Bruxelles la patru iunie două mii cincisprezece.

V Bruseli štvrtého júna dvetisícpätnásť.

V Bruslju, dne četrtega junija leta dva tisoč petnajst.

Tehty Brysselissä neljäntenä päivänä kesäkuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Bryssel den fjärde juni tjugohundrafemton.

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā —

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

Image

За Алжирската демократична народна република

Por la República Argelina Democrática y Popular

Za Alžírskou demokratickou a lidovou republiku

For Den Demokratiske Folkerepublik Algeriet

Für die Demokratische Volksrepublik Algerien

Alžeeria Demokraatliku Rahvavabariigi nimel

Για τη Λαϊκή Δημοκρατία της Αλγερίας

For the People's Democratic Republic of Algeria

Pour la République Algérienne Démocratique et Populaire

Za Alžirsku Narodnu Demokratsku Republiku

Per la Repubblica algerina democratica e popolare

Alžīrijas Tautas Demokrātiskās Republikas vārdā —

Alžyro Liaudies Demokratinės Respublikos vardu

Az Algériai Demokratikus és Népi Köztársaság részéről

Għar-Repubblika Demokratika Popolari tal-Alġerija

Voor de Democratische Volksrepubliek Algerije

W imieniu Algierskiej Republiki Ludowo-Demokratycznej

Pela República Argelina Democrática e Popular

Pentru Republica Algeriană Democratică și Populară

Za Alžírsku demokratickú ľudovú republiku

Za Ljudsko demokratično republiko Alžirijo

Algerian demokraattisen kansantasavallan puolesta

För Demokratiska folkrepubliken Algeriet

Image

Image


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).

(2)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


REGOLAMENTI

13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/905

tal-10 ta' Ġunju 2015

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Pecorino Toscano (DOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Pecorino Toscano”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (2) kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 306/2010 (3).

(2)

Billi l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), kif previst fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emendi tal-ispeċifikazzjoni għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppublikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, dwar d-denominazzjoni “Pecorino Toscano” (DOP), huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 tal-1 ta' Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 306/2010 tal-14 ta' April 2010 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' isem imniżżel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Pecorino Toscano (DPO)] (ĠU L 94, 15.4.2010, p. 19).

(4)  ĠU C 18, 21.1.2015, p. 12.


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/906

tal-10 ta' Ġunju 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Vignola (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Italja għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Ciliegia di Vignola”, irreġistrata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2012 (2).

(2)

Billi l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għal dawn l-emendi f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emendi tal-ispeċifikazzjoni għandhom jiġu approvati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi tal-ispeċifikazzjoni ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Ciliegia di Vignola” (IĠP) huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1032/2012 tas-26 ta' Ottubru 2012 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Ciliegia di Vignola (IĠP)) (ĠU L 308, 8.11.2012, p. 5).

(3)  ĠU C 33, 31.1.2015, p. 6.


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/907

tal-10 ta' Ġunju 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Welsh Beef (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tar-Renju Unit għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Welsh Beef”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 (2), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 97/2011 (3).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ntbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni dwar din l-emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni “Welsh Beef” (IĠP) ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea b'dan hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2066/2002 tal-21 ta' Novembru 2002 li jżid l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2400/96 għad-daħla ta' ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' għażliet protetti ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti pprovduti għalihom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u għażliet ta' oriġini għal prodotti agrikoli u alimenti (Carne de Bovino Cruzado dos Lameiros do Barroso, Pruneaux d'Agen — Pruneaux d'Agen mi-cuits, Carciofo romanesco del Lazio, Aktinidio Pierias, Milo Kastorias, Welsh Beef) (ĠU L 318, 22.11.2002, p. 4).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 97/2011 tat-3 ta' Frar 2011 li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Welsh Beef (IĠP)] (ĠU L 30, 4.2.2011, p. 27).

(4)  ĠU C 29, 29.1.2015, p. 13.


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/908

tal-11 ta' Ġunju 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

Il-Kanada hija mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li minnu l-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti koperti minn dak ir-Regolament għandhom l-awtorizzazzjoni minn ċertu partijiet tat-territorju tiegħu skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/198 (4), wara t-tifqigħat tal-HPAI fil-Provinċja tal-British Columbia.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Kanada (5) jistipula li f'każ ta' tifqigħa ta' marda fl-Unjoni jew fil-Kanada (“il-Ftehim”) għandu jintlaħaq malajr rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni.

(5)

Fit-8 ta' April 2015, il-Kanada kkonfermat tifqigħa tal-HPAI tas-sottotip H5N2 fit-tjur fil-Provinċja ta' Ontario. L-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada ssospendew immedjatament il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tagħha. Il-Kanada implimentat ukoll politika ta' qerda biex tikkontrolla l-HPAI u tillimita t-tixrid tagħha.

(6)

Wara t-tifqigħa fil-Provinċja ta' Ontario, il-Kanada ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħha u dwar il-miżuri li ħadet għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Kanada, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' prodotti lejn iż-żona affettwata mill-HPAI, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat tal-HPAI fil-Provinċji tal-British Columbia u ta' Ontario, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni.

(7)

Il-Kanada rrappurtat ukoll it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfezzjoni wara l-qerda fl-azjendi fejn instabu xi tifqigħat bejn nofs Diċembru 2014 u nofs Frar 2015 fil-Provinċja tal-British Colombia. Għalhekk huwa xieraq li jiġu indikati d-dati meta dawn il-partijiet tat-territorju, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawn it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jiġu awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawn iż-żoni.

(8)

L-entrata għall-Kanada fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika kurrenti f'dak il-pajjiż terz.

(9)

Għaldaqstant l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/198 tat-6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 9).

(5)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-annotazzjoni għall-Kanada tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data ta' għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“CA — il-Kanada

CA-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

CA-1

Il-pajjiż kollu tal-Kanada bl-esklużjoni taż-żona CA-2

BPR, BPP, DOC, DOR, HEP, HER, SRA, SRP

 

N

 

 

A

 

S1, ST1”

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

CA-2

It-territorju tal-Kanada li jikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

CA-2.1

‘Żona Primarja ta' Kontroll’ delimitata minn dawn il-konfini:

fil-Punent, l-Oċean Paċifiku;

fin-Nofsinhar, il-fruntiera mal-Istati Uniti tal-Amerika;

fin-naħa tat-Tramuntana, l-Awtostrada 16:

fin-naħa tal-Lvant, il-fruntiera bejn il-Provinċji tal-British Columbia u Alberta.

WGM

VIII

P2

4.12.2014

9.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

 

 

 

 

 

 

CA-2.2

Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata minn dawn il-konfini li ġejjin:

minn County Road 119 fejn tiltaqa' ma' County Road 64 u t-25th Line;

in-naħa tat-Tramuntana tat-25th Line fejn tiltaqa' ma' Road 68, meta tieħu it-triq lejn il-Lvant fuq Road 68 safejn terġa' tiltaqa' mat-25th Line u tibqa' sejra lejn it-Tramuntana fuq it-25th Line sa 74 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 74 Road mit-25th line sat-31st line;

fuq it-31st Line minn 74 Road sa 78 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 78 Road mit-31st Line sat-33rd Line;

it-33rd Line, lejn it-Tramuntana minn 78 Road sa 84 Road;

in-naħa tal-Lvant fuq 84 Road minn 33rd Line sa Highway 59;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Highway 59 minn 84 Road sa Road 78;

in-naħa tal-Lvant fuq Road 78 minn Highway 59 sat-13th Line;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq 13 Line minn 78 Road sa Oxford Road 17;

in-naħa tal-Lvant fuq Oxford road 17 mit-13 line sa Oxford Road 4;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Oxford Road 4 minn Oxford Road 17 sa County Road 15;

in-naħa tal-Lvant fuq County Road 15, taqsam il-Highway 401, minn Oxford Road 4 sa Middletown Line;

in-naħa tan-Nofsinhar ta' Middletown Line, fejn jaqsam il-Highway 403, minn County Road 15 sa Old Stage Road;

in-naħa tal-Punent fuq Old Stage Road minn Middletown Line sa County Road 59;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq County Road 59 minn Old Stage Road sa Curries Road;

in-naħa tal-Punent fuq Curries Road minn County Road 59 sa Cedar Line;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Cedar Line minn Curries Road sa Rivers Road;

in-naħa tal-Lbiċ fuq Rivers Road minn Cedar Line sa Foldens Line;

in-naħa tal-Majjistral fuq Foldens Line minn Rivers Road sa Sweaburg Road;

in-naħa tal-Lbiċ fuq Sweaburg Road minn Foldens Line sa Harris Street;

in-naħa tal-Majjistral fuq Harris Street minn Sweaburg Road sa Highway 401;

in-naħa tal-Punent ta' Highway 401 minn Harris Street sa Ingersoll Street, (County Road 10);

in-naħa tat-Tramuntana ta' Ingersoll Street (County Road 10) minn Highway 401 sa County Road 119;

County Road 119 minn Ingersoll Street (County Road 10) sal-oriġini fejn County Road 119 tiltaqa' ma' 25 Line.

WGM

VIII

P2

8.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N, P2

 

 

 

 

 

 

CA-2.3

Iż-żona fil-Provinċja ta' Ontario delimitata minn dawn il-konfini li ġejjin:

Twnshp Rd 4, in-naħa tal-punent minn fejn taqsam il-Highway 401 sa Blandford Road;

in-naħa tat-Tramuntana fuq Blandford Road minn Twnshp Rd 4 sa Oxford-Waterloo Road;

in-naħa tal-Lvant fuq Oxford-Waterloo Road minn Blandford Road sa Walker Road;

in-naħa tat-Tramuntana fuq Walker Road minn Oxford-Waterloo Road sa Bridge St;

in-naħa tal-Lvant fuq Bridge St minn Walker Road sa Puddicombe Road;

in-naħa tat-Tramuntana fuq Puddicombe Road minn Bridge St sa Bethel Road;

in-naħa tal-Lvant fuq Bethel Road minn Puddicombe road sa Queen Street;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Queen Street minn Bethel Road sa Bridge street;

in-naħa tal-Lvant fuq Bridge Street minn Queen Street sa Trussler Road;

Trussler Road, in-naħa tan-Nofsinhar minn Bridge Street sa Oxford Road 8;

Oxford Road 8, in-naħa tal-Lvant minn Trussler Road sa Northumberland Street;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Northumberland St minn Oxford Road 8, li tkompli bħala Swan Street/Ayr Road sa Brant Waterloo Road;

in-naħa tal-Punent fuq Brant Waterloo Road minn Swan St/Ayr Road sa Trussler Road;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Trussler Road minn Brant Waterloo Road sa Township Road 5;

n-naħa tal-Punent fuq Township Road 5 minn Trussler Road sa Blenheim Road;

in-naħa tan-Nofsinhar fuq Blenheim Road minn Township Road 5 sa Township Road 3;

in-naħa tal-Punent fuq Township Road 3 minn Blenheim Road sa Oxford Road 22;

in-naħa tat-Tramuntana fuq Oxford Road 22 minn Township Road 3 sa Township Road 4;

in-naħa tal-Punent fuq Township Road 4 minn Oxford Road 22 sa Highway 401.

WGM

VIII

P2

18.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

 

 


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/909

tat-12 ta' Ġunju 2015

dwar il-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(3) tagħha,

Billi:

(1)

Il-ħtieġa għal tkabbir aktar mgħaġġel ta' tiġdid jew ta' manutenzjoni li jirriżultaw minn użu aktar intens tan-netwerk jistgħu jittieħdu inkonsiderazzjoni għall-finijiet ta' kalkolu ta' spejjeż diretti, sakemm ikun żgurat li l-ispejjeż direttament imġarrba bħala riżultat tal-operat tas-servizz tal-ferrovija biss huma inklużi.

(2)

Il-maniġers tal-infrastruttura huma taħt l-obbligu li joperaw in-netwerks kemm waqt li jiffaċċjaw restrizzjonijiet li jfixklu l-ġestjoni effiċjenti u l-kontroll tal-ispejjeż. Konsegwentement, l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li jistabbilixxu spejjeż diretti fil-livell tal-ispejjeż ta' provvista ta' servizzi effiċjenti.

(3)

L-istabbiliment tat-tariffa tal-aċċess għall-binarji fil-livell tal-ispejjeż diretti mġarrba mis-servizz ferrovjarju m'għandux jirriżulta li jikkawża li l-maniġer tal-infrastruttura jesperjenza la telf finanzjarju nett u lanqas qligħ finanzjarju nett minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

(4)

Il-valuri storiċi tal-assi għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti mħallsa għall-akkwist ta' assi mill-maniġer tal-infrastruttura bil-kondizzjoni li l-maniġer tal-infrastruttura jibqa' responsabbli għal dawn l-ammonti.

(5)

Il-maniġer tal-infrastruttura m'għandux jitħalla jirkupra l-ispiża tal-investiment f'assi meta ma jkunx obbligat li jħallas dik l-ispiża.

(6)

Peress li l-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispejjeż direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju għandhom ikunu applikabbli fl-Unjoni kollha, dawn għandhom ikunu kompatibbli mal-infrastruttura eżistenti u mas-sistemi tal-kontabbiltà tal-ispejjeż u d-dejta tal-ispejjeż previsti applikati mill-maniġers tal-infrastruttura.

(7)

L-użu ta' spejjeż previsti u ta' livelli ta' prestazzjoni m'għandux iwassal, taħt ċirkostanzi kummerċjali normali, għal livelli ogħla ta' spejjeż diretti, tal-imposti tal-aċċess għall-binarji u eventwalment għal użu ineffettiv tan-netwerk. Għalhekk għandhom jiġu applikati l-valuri storiċi tal-assi u fil-każ biss li t-tali valuri ma jkunux disponibbli, jew fejn il-valuri kurrenti huma aktar baxxi, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala valuri kurrenti. Alternattivament, jistgħu jintużaw valuri stmati jew ta' sostituzzjoni, spejjeż previsti u livelli ta' prestazzjoni previsti dment li l-maniġer tal-infrastruttura jissostanzja lill-korp regolatorju kif huwa stabbilixxihom u li stabbilixxihom b'mod oġġettiv.

(8)

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jkun jista' jinkludi fil-kalkolu tal-ispejjeż diretti tiegħu dawk l-ispejjeż biss li jistgħu oġġettivament u b'mod ċar juru li huma attivati direttament mill-operat tas-servizz ferrovjarju. Pereżempju, tkagħbir mill-użu normali tas-sinjali fil-ġenb tal-binarji u tal-kaxxi tas-senjaletika ma jvarjax mat-traffiku u għalhekk ma għandux ikun soġġett għal tariffa bbażata fuq l-ispejjeż diretti (2). Bil-maqlub ta' dan, xi partijiet, bħall-infrastruttura tal-qlib, se jkunu esposti għal tkagħbir mill-użu normali bit-tħaddim tas-servizz ferrovjarju u għalhekk għandhom jiġu soġġetti parzjalment għal tariffa bbażata fuq l-ispejjeż diretti. Bl-użu aktar mifrux tas-sensuri fil-ferroviji u fl-infrastruttura, dawn jistgħu jipprovdu informazzjoni addizzjonali dwar it-tkagħbir mill-użu normali effettivament ikkawżat mis-servizz ferrovjarju.

(9)

Il-Qorti tal-Ġustizzja tat sentenza dwar il-kalkolu ta' spejjeż diretti mġarrba bit-tħaddim tas-servizz ferrovjarju (3). Dan ir-Regolament jieħu dik is-sentenza inkonsiderazzjoni.

(10)

It-tagħmir tal-provvista tal-elettriku bħall-kejbils jew it-transformers ġeneralment mhumiex soġġetti għal tkagħbir mill-użu normali minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju. Dawn la huma esposti għal frizzjoni u lanqas għal impatti oħrajn ikkawżati mit-tħaddim tas-servizz ferrovjarju. Għalhekk, dawn l-ispejjeż ta' tagħmir għall-provvista elettrika m'għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-ispejjeż li jkunu saru direttament minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju. Madankollu, il-ferroviji, meta huma jużaw trazzjoni elettrika, ikagħbru l-mezz ta' kuntatt (il-wajer sospiż jew it-tielet binarju elettrifikat) minħabba l-frizzjoni u l-arki elettriċi li jistgħu jikkawżaw. Konsegwentement, parti minn dawn l-ispejjeż ta' manutenzjoni u ta' tiġdid ta' dawn il-mezzi ta' kuntatt tista' tiġi kkunsidrata bħala direttament imġarrba bit-tħaddim tas-servizz ferrovjarju. Spejjeż ta' manutenzjoni u ta' tiġdid ta' komponenti oħra ta' tagħmir tal-linja sospiża jistgħu jiddegradaw bħala riżultat dirett ta' movimenti tat-traffiku li jikkawżaw stress mekkaniku u elettriku.

(11)

L-użu ta' vetturi jew ta' linji ferrovjarji ma' ċerti karatteristiċi tad-disinn jirriżulta f'livelli differenti ta' spejjeż diretti mġarrba minħabba s-servizz ferrovjarju. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-maniġers tal-infrastruttura jimmodulaw l-ispejjeż diretti medji tagħhom skont, inter alia, l-aħjar prattika internazzjonali biex jirriflettu dawn id-differenzi.

(12)

Huwa prinċipju ekonomiku stabbilit sew li t-tariffi għall-utenti bbażati fuq l-ispejjeż marġinali jiżguraw l-aħjar użu effettiv mill-kapaċità infrastrutturali disponibbli. Għalhekk, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jiddeċiedi juża l-proxy ta' spejjeż marġinali għall-kalkolu tal-ispejjeż direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

(13)

Barra minn hekk, l-aqwa prattika internazzjonali (4) stabbiliet metodi u mudelli bħall-immudellar ekonometriku jew tal-inġinerija, għall-kalkolu tal-ispejjeż marġinali tal-użu tal-infrastruttura. Fl-istess ħin, l-aħjar prattika internazzjonali se tkompli tiżviluppa hekk kif jitwettqu aktar analiżi u riċerka indipendenti — ivverifkati indipendentement mill-maniġer tal-infrastruttura, bħall-Korp Regolatorju — inklużi analiżi u riċerka li jistgħu jkunu speċifiċi għal Stat Membru individwali minħabba karatteristiċi partikolari tal-infrastruttura. Konsegwentement, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jitħalla juża dawn il-mudelli biex jidentifika l-ispejjeż diretti mġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

(14)

Forom differenti ta' mudellar ekonometriku jew ta' inġinerija jistgħu joffru livell ogħla ta' preċiżjoni fil-kalkolu tal-ispejjeż diretti jew tal-ispejjeż marġinali tal-użu tal-infrastruttura. Madankollu, l-immudellar tal-ispejjeż jeħtieġ livell ogħla ta' kwalità tad-dejta u ta' għarfien espert mill-metodi bbażati fuq it-tnaqqis mill-ispejjeż kollha ċerti kategoriji ta' spejjeż mhux eliġibbli. Barra minn hekk, il-korpi regolatorji jistgħu ma jkunux għadhom saru kapaċi jivverifikaw il-konformità ta' kalkolu konkret mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/34/UE. Konsegwentement, fejn dawn ir-rekwiżiti ogħla huma ssodisfati, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jingħata d-dritt li jikkalkola l-ispejjeż diretti fuq il-bażi ta' mudelli ekonometriċi jew ta' inġinerija jew ta' kombinazzjoni tat-tnejn.

(15)

Il-korpi regolatorji għandhom ikunu jistgħu jikkontrollaw jekk il-prinċipji tariffarji differenti humiex applikati b'mod konsistenti mal-informazzjoni li l-maniġer tal-infrastruttra kien ipprovdielhom. Għalhekk, l-Anness IV tad-Direttiva 2012/34/UE jitlob li fid-dikjarazzjoni dwar in-netwerk tiegħu, il-maniġer tal-infrastruttura jispeċifika l-metodoloġija, ir-regoli u, fejn applikabbli, il-parametri fir-rigward kemm tal-ispejjeż kif ukoll tat-tariffi.

(16)

Studji internazzjonali (5) kkalkolaw il-valuri ta' spejjeż unitarji diretti f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-maniġers tal-infrastruttura. Għalkemm dawn l-istudji analizzaw diversi metodi użati fl-Istati Membri għal kompożizzjonijiet varji tal-flotta u għal destinazzjonijiet differenti, bosta valuri ta' spejjeż diretti għal kull kilometru ta' distanza ferrovjarja nstabu li kienu inqas minn EUR 2 (bil-prezzijiet u r-rati tal-kambju tal-2005, bl-użu ta' indiċi tal-prezz xieraq) għal kull km ta' distanza ferrovjarja ta' ferrovija tal-1 000 t. Biex jitrażżan l-isforz amministrattiv għall-korpi regolatorji, ma għandux ikun meħtieġ l-istess grad ta' dettall għall-kalkolu tal-ispejjeż diretti meta l-valur tagħhom jibqa' taħt dan il-livell.

(17)

Għal raġunijiet differenti, bħal żieda fil-produttività, it-tixrid ta' teknoloġiji ġodda jew fehim aħjar ta' dak li jikkawża l-ispejjeż, il-kalkolu tal-ispejjeż diretti għandhom jiġu aġġornati jew riveduti regolarment skont, inter alia, l-aħjar prattika internazzjonali.

(18)

Billi l-impriżi ferrovjarji għandhom bżonn sistemi ta' tariffi prevedibbli u billi jkollhom aspettattivi raġonevoli għall-iżvilupp tat-tariffi tal-infrastruttura, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jipprovdi pjan ta' dħul gradwali għall-impriżi ferrovjarji li joperaw is-servizzi ferrovjarji li jista' jżid b'mod sinifikanti t-tariffi tagħhom wara reviżjoni tal-implimentazzjoni ta' modalitajiet ta' kalkolu eżistenti, jekk it-tali pjan gradwali jkun meħtieġ mill-korp regolatorju.

(19)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 62(1) tad-Direttiva 2012/34/UE,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-modalitajiet għall-kalkolu tal-ispejjeż direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju sabiex jiġu ffissati “l-imposti għall-pakkett minimu tal-aċċess u għal aċċess għal infrastrutturi li jgħaqqdu l-faċilitajiet ta' servizz” imsemmija fl-Artikolu 31(3) tad-Direttiva 2012/34/UE.

2.   Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rigward il-finanzjament tal-infrastruttura jew l-ekwilibriju ta' dħul u nfiq tal-maniġer tal-infrastruttura stabbilit fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/34/UE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“spiża diretta” tfisser l-ispiża direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju;

(2)

“spiża unitarja diretta” tfisser l-ispiża diretta għal kull kilometru ferrovjarju, kull kilometru ta' vettura, kull kilometru tunnellata gross ta' ferrovija, jew kombinazzjoni ta' dawn;

(3)

“ċentru tal-ispejjeż” tfisser unità tan-negozju fi ħdan is-sistema ta' kontabbiltà tal-maniġer tal-infrastruttura li għalihom l-ispejjeż huma allokati għal raġunijiet ta' tqassim ta' dawk l-ispejjeż direttament jew indirettament għal servizz kummerċjabbli.

Artikolu 3

Spejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu

1.   L-ispejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu għandhom jiġu kkalkolati bħala d-differenza bejn, minn naħa waħda, l-ispejjeż għall-forniment tas-servizzi tal-pakkett tal-aċċess minimu u għall-aċċess għal infrastruttura li tgħaqqad il-faċilitajiet ta' servizz u, min-naħa l-oħra, l-ispejjeż mhux eliġibbli msemmija fl-Artikolu 4.

2.   L-Istat Membru jista' jiddeċiedi li l-maniġer tal-infrastruttura japplika l-ispejjeż ta' provvista ta' servizzi effiċjenti għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu msemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-valuri tal-assi użati għall-fini tal-kalkolu tal-ispejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu għandhom ikunu bbażati fuq valuri storiċi jew, fejn dawn il-valuri ma jkunux disponibbli jew fejn il-valuri kurrenti huma aktar baxxi, f'valuri kurrenti. Il-valuri storiċi tal-assi għandhom ikunu bbażati fuq l-ammonti mħallsa u dokumentati mill-maniġer tal-infrastruttura fil-mument tal-akkwist ta' dawn l-assi. F'każ ta' ħelsien mid-dejn, fejn il-parti kollha tad-djun tal-maniġer tal-infrastruttura ġew assunti minn entità oħra, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jattribwixxi parti rilevanti tal-ħelsien mid-dejn biex inaqqas il-valuri tal-assi tiegħu u l-ispejjeż diretti korrispondenti abbażi tan-netwerk kollu. B'deroga mill-ewwel sentenza, il-maniġer tal-infrastruttura jista' japplika valuri inklużi valuri stmati jew valuri kurrenti jew valuri ta' sostituzzjoni, jekk dawn ikunu jistgħu jiġu mkejla b'mod trasparenti, robust u oġġettiv u jiġu ġġustifikati kif dovut lill-korp regolatorju.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 u jekk il-maniġer tal-infrastruttura jista' b'mod trasparenti, robust, u oġġettiv ikejjel u juri fuq il-bażi, inter alia, tal-aqwa prattika internazzjonali li l-ispejjeż huma direttament imġarrba bit-tħaddim tas-servizz ferrovjarju, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jinkludi fil-kalkolu tal-ispejjeż diretti tiegħu abbażi tan-netwerk kollu, b'mod partikolari, l-ispejjeż li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż ta' persunal meħtieġ biex tinżamm miftuħa medda ta' linja partikolari fil-każ li applikant jitlob sabiex jitmexxa servizz ferrovjarju speċifiku skedat barra mill-ħinijiet tal-ftuħ ta' din il-linja;

(b)

il-parti tal-ispejjeż tal-infrastruttura tal-qlib, inklużi l-punti tal-qlib u tal-qsim, li huma esposti għal tkagħbir mill-użu normali tas-servizz ferrovjarju;

(c)

il-parti tal-ispejjeż direttament imġarrba għat-tiġdid u l-manutenzjoni tal-wajer sospiż jew tat-tielet binarju elettrifikat jew tat-tnejn u tat-tagħmir ta' sostenn tal-wajer sospiż minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju;

(d)

l-ispejjeż ta' persunal meħtieġ għat-tħejjija tal-allokazzjoni tal-mogħdijiet ferrovjarji u l-iskeda ta' żmien safejn dawn isiru direttament minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

5.   L-ispejjeż użati għall-kalkolu skont dan l-Artikolu għandhom ikunu bbażati fuq il-ħlasijiet effettwati jew previsti mill-maniġer tal-infrastruttura. L-ispejjeż ikkalkolati skont dan l-Artikolu għandhom jiġu mkejla jew previsti b'mod konsistenti fuq il-bażi tad-dejta għall-istess perjodu ta' żmien.

Artikolu 4

Spejjeż mhux eliġibbli

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura ma għandux jinkludi fil-kalkolu tal-ispejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu, b'mod partikolari, l-ispejjeż li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż fissi għall-forniment ta' medda ta' linja li jrid iġarrab il-maniġer tal-infrastruttura saħansitra fin-nuqqas tal-movimenti ferrovjarji;

(b)

l-ispejjeż li ma għandhomx x'jaqsmu mal-pagamenti li saru mill-maniġer tal-infrastruttura. L-ispejjeż previsti jew ċentri tal-ispejjeż previsti li m'humiex direttament marbuta mal-forniment ta' għall-pakkett tal-aċċess minimu u għal aċċess għal infrastruttura li tgħaqqad il-faċilitajiet ta' servizz;

(c)

l-ispejjeż tal-akkwist, il-bejgħ, iż-żarmar, id-dekontaminazzjoni, il-kultivazzjoni mill-ġdid jew il-kiri ta' art jew ta' assi fissi oħra;

(d)

l-ispejjeż ġenerali tan-netwerk kollu, inklużi s-salarji u l-pensjonijiet;

(e)

l-ispejjeż ta' finanzjament;

(f)

l-ispejjeż relatati mal-progress teknoloġiku jew mal-waqfien mit-tħaddim minħabba mmodernizzar;

(g)

l-ispejjeż ta' assi intanġibbli;

(h)

l-ispejjeż ta' sensers maġenb il-binarji, ta' tagħmir ta' komunikazzjoni u ta' sinjalazzjoni maġenb il-binarji jekk mhumiex direttament imġarrba bit-tħaddim tas-servizz ferrovjarju;

(i)

l-ispejjeż tal-informazzjoni, tat-tagħmir tal-komunikazzjoni jew tat-tagħmir tat-telekomunikazzjoni li ma jinsabux maġenb il-binarji;

(j)

l-ispejjeż relatati ma' każijiet individwali ta' force majeure, aċċidenti u tfixkil fis-servizz mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 35 tad-Direttiva 2012/34/UE;

(k)

l-ispejjeż tat-tagħmir tal-provvista tal-elettriku għall-kurrent tat-trazzjoni jekk mhux direttament imġarrba bit-tħaddim tas-servizz ferrovjarju. L-ispejjeż diretti għat-tħaddim tas-servizzi ferrovjarji li ma jużawx tagħmir tal-provvista tal-elettriku ma għandhomx jinkludu l-ispejjeż għall-użu tat-tagħmir tal-provvista tal-elettriku;

(l)

l-ispejjeż marbutin mal-provvista ta' informazzjoni msemmija fil-punt 1(f) tal-Anness II tad-Direttiva 2012/34/UE, sakemm ma jkunux imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju;

(m)

l-ispejjeż amministrattivi li jsiru minn skemi ta' imposti differenzjati msemmija fl-Artikoli 31(5) u 32(4) tad- Direttiva 2012/34/UE;

(n)

deprezzament li ma jkunx iddeterminat abbażi tat-tkagħbir reali mill-użu normali tal-infrastruttura minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju;

(o)

dik il-parti tal-ispejjeż tal-manutenzjoni u tat-tiġdid ta' infrastruttura ċivili li mhijiex direttament imġarrba minħabba t-tħaddim tas-servizz ferrovjarju.

2.   Fil-każ li l-maniġer tal-infrastruttura jkun irċieva fondi biex jiffinanzja investimenti infrastrutturali speċifiċi, li ma jkunx obbligat li jrodd lura u fejn it-tali investimenti jitqiesu fil-kalkolu tal-ispejjeż diretti, l-ispejjeż tat-tali investimenti ma għandhomx iżidu l-livell tat-tariffi mingħajr preġudizzji għall-Artikolu 32 tad-Direttiva 2012/34/UE.

3.   L-ispejjeż esklużi mill-kalkolu bis-saħħa ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu mkejla jew previsti fuq il-bażi tal-perjodu ta' żmien imsemmi fl- Artikolu 3(5).

Artikolu 5

Kalkolu u modulazzjoni tal-ispejjeż unitarji diretti

1.   Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkalkola l-ispejjeż unitajri diretti medji għan-netwerk kollu billi jiddividi l-ispejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu bl-għadd totali ta' kilometri ta' vettura, kilometri ferrovjarji jew kilometri tunnellati grossi previsti jew effettivament imħaddma.

Alternattivament, jekk il-maniġer tal-infrastruttura juri lill-korp regolatorju msemmi fl-Artikolu 55 tad-Direttiva 2012/34/UE li l-valuri jew il-parametri msemmija fil-paragrafu 2 li huma differenti b'mod sinifikanti għal partijiet differenti tan-netwerk tiegħu, u wara l-qsim tan-netwerk tiegħu f'dawn il-partijiet, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jikkalkola l-ispejjeż unitarji diretti medji għal partijiet tan-netwerk tiegħu billi jiddividi l-ispejjeż diretti għal dawn il-partijiet bl-għadd totali ta' kilometri ta'vettura, kilometri ferrovjarji jew kilometri tunnellati grossi previsti jew effettivament imħaddma. Il-perjodu tal-previżjoni jista' jkopri bosta snin.

Sabiex jiġu kkalkolati l-ispejjeż unitarji diretti medji, il-maniġer tal-infrastruttura jista' juża taħlita ta' kilometri ta' vettura, kilometri ferrovjarji jew kilometri tunnellati grossi dment li dan il-metodu ta' kalkolu ma jbiddilx ir-rabta kawżali diretta mat-tħaddim tas-servizz ferrovjarju. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(3), il-maniġer tal-infrastruttura jista' japplika spejjeż tal-eżitu jew spejjeż previsti.

2.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-maniġer tal-infrastruttura jimmodula l-ispejjeż unitarji diretti medji sabiex jittieħed kont tal-livelli differenti ta' tkagħbir mill-użu normali kkawżat għall-infrastruttura skont wieħed jew aktar minn dawn il-parametri:

(a)

it-tul tal-ferrovija u/jew in-numru tal-vetturi fil-ferrovija;

(b)

il-massa tal-ferrovija;

(c)

it-tip ta' vettura, b'mod partikolari l-massa mhux sospiża;

(d)

il-veloċità tal-ferrovija;

(e)

il-qawwa tat-trazzjoni tal-unità motorizzata;

(f)

il-piż fuq il-fus u/jew l-għadd ta' fusien;

(g)

l-għadd irreġistrat ta' ċattjaturi tar-roti jew l-użu effettiv ta' tagħmir li għandu l-għan li jipproteġi kontra ż-żliq tar-roti;

(h)

ir-riġidità lonġitudinali ta' vetturi u forzi orizzontali li għandhom impatt fuq il-binarju;

(i)

l-enerġija elettrika kkunsmata u mkejla jew id-dinamika ta' pantografi jew ta' punti ta' kuntatt mal-binarju bħala parametru għal imposti tat-tkagħbir mill-użu normali tal-wajer sospiż jew tal-binarju elettriku;

(j)

il-parametri tal-binarji, b'mod partikolari r-radji;

(k)

kull parametru ieħor relatat mal-ispiża fejn il-maniġer tal-infrastruttura jista' juri lill-korp regolatorju li l-valuri għal kull tali parametru, inkluż il-varjazzjoni għal kull tali parametru fejn rilevanti, huma mkejla u rreġistrati oġġettivament.

3.   Modulazzjoni tal-ispejjeż unitarji diretti m'għandhiex tirriżulta f'żieda fl-ispejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu kif imsemmi fl-Artikolu 3(1).

4.   Spejjeż addizzjonali kkawżati minn diverżjoni skedata jew mhix, ta' ferroviji fuq it-talba tal-maniġer tal-infrastruttura, ma għandhomx jiġu inklużi fl-ispejjeż diretti mġarrba mit-tħaddim ta' dawn is-servizzi ferrovjarji. L-ewwel sentenza ma għandhiex tapplika fil-każ li l-impriża ferrovjarja tiġi rimborżata għal dawk l-ispejjeż addizzjonali mill-maniġer tal-infrastruttura jew fil-każ li d-diverżjoni rriżultat minn proċedura ta' koordinazzjoni skont l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2012/34/UE.

5.   L-għadd totali ta' kilometri ta' vettura, kilometri ferrovjarji, kilometri tunnellati gross jew kombinazzjoni ta' dawk użati għall-finijiet tal-kalkoli magħmula skont dan l-Artikolu għandhom jiġu mkejla jew previsti fuq il-bażi tal-perjodu ta' referenza msemmija fl-Artikolu 3(5).

Artikolu 6

L-immudellar tal-ispejjeż

B'deroga mill-Artikolu 3(1) u l-ewwel sentenza tal-Artikolu 5(1), il-maniġer tal-infrastruttura jista' jikkalkola l-ispejjeż unitarji diretti permezz tal-immudellar ekonometriku jew ta' inġinerija ppruvat dment li jkun jista' juri lill-korp regolatorju li l-ispejjeż unitarji diretti jinkludu biss spejjeż diretti mġarrba mit-tħaddim tas-servizz ferrovjarju u, b'mod partikolari, ma jinkludu l-ebda waħda mill-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 4. Il-korp regolatorju jista' jitlob lill-maniġer tal-infrastruttura biex jikkalkola l-ispejjeż unitarji diretti skont l-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5(1) jew permezz ta' mmudellar tal-ispejjeż skont l-ewwel sentenza.

Artikolu 7

Kontroll simplifikat

1.   Jekk l-ispejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu msemmi fl-Artikolu 3(1) jew l-ispejjeż diretti kkalkolati fuq il-bażi ta' mmudellar imsemmi fl-Artikolu 6 mmultiplikat bin-numru ta' kilometri ferrovjarji, kilometri tal-vettura u/jew kilometru tunnellata, imħaddma fil-perjodu ta' referenza jkunu ekwivalenti għal jew inqas minn 15 % tal-ispejjeż kollha ta' manutenzjoni u ta' tiġdid jew inqas mis-somma ta' 10 % ta' spejjeż ta' manutenzjoni u 20 % ta' spejjeż ta' tiġdid, il-korp regolatorju jista' jwettaq il-kontroll imsemmi fl- Artikolu 56(2) tad-Direttiva 2012/34/UE matul il-perjodu tal-kalkolu tal-ispejjeż diretti abbażi tan-netwerk kollu b'mod simplifikat. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-perċentwali msemmija f'dan il-paragrafu jekk ma jkunux ogħla minn darbtejn il-valuri indikati.

2.   Il-korp regolatorju jista' jaċċetta l-kalkolu tal-spejjeż unitarji diretti medji msemmija fl-Artikolu 5(1) u l-spejjeż unitarji diretti medji mmodulati msemmija fl-Artikolu 5(2) u/jew l-immudellar tal-ispejjeż imsemmi fl-Artikolu 6 soġġett għall-kontroll simplifikat imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jekk l-ispiża diretta medja għal kull kilometru ferrovjarju ta' ferrovija ta' 1 000 tunnellata tammonta għal mhux aktar minn EUR 2 (fi prezzijiet u r-rati tal-kambju tal-2005, bl-użu ta' indiċi tal-prezz xieraq)

3.   Il-kontrolli ssimplifikati kif imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu applikati indipendentement minn xulxin. Il-kontrolli ssimplifikati għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 31 jew 56 tad-Direttiva 2012/34/UE.

4.   Huwa l-korp regolatorju li jiddetermina d-dettalji tal-kontroll simplifikat.

Artikolu 8

Reviżjoni tal-kalkolu

Il-maniġer tal-infrastruttura għandu jaġġorna regolarment il-metodu ta' kalkolu ta' spejjeż diretti tiegħu filwaqt li jqis, inter alia, l-aħjar prattika internazzjonali.

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Sa mhux aktar tard mit-3 ta' Lulju 2017 il-maniġer tal-infrastruttura għandu jippreżenta lill-korp regolatorju l-metodu tiegħu ta' kalkolu tal-ispejjeż diretti u, jekk japplika, pjan ta' dħul gradwali.

Artikolu 10

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Awwissu 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.

(2)  L-istudju CATRIN jipprovdi ħarsa fil-qosor ta' studji differenti fir-rigward tal-karatteristiċi tal-infrastruttura użati fi studji ekonometriċi dwar l-ispiża ferrovjarja ta' seba' maniġers tal-infrastruttura tal-UE. Sitta mis-seba' maniġers tal-infrastruttura ma kkunsidrawx il-ġestjoni tat-traffiku jew is-sinjalar bħala karatteristika rilevanti għall-istudji tagħhom dwar l-ispiża ekonometrika (ara t-Tabella 13, ir-Riżultat 1 tal-istudju CATRIN, p. 40).

(3)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Commission v Poland, C-512/10, ECLI:EU:C:2013:338, il-paragrafi 82, 83 u 84.

(4)  Ir-Riżultat D1 tal-istudju CATRIN, ikkoordinat minn VTI, Marzu 2008, p. 37-54 u p. 82-84.

(5)  Il-proġett GRACE ikkoordinat mill-Università ta' Leeds, ir-Riżultat D7 “Generalisation of marginal social cost estimates”, paġna 22, 23.


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/910

tat-12 ta' Ġunju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

121,2

MK

79,0

TR

74,2

ZZ

91,5

0707 00 05

MK

39,4

TR

126,8

ZZ

83,1

0709 93 10

TR

121,8

ZZ

121,8

0805 50 10

AR

125,0

BO

147,7

BR

107,1

TR

111,0

ZA

156,3

ZZ

129,4

0808 10 80

AR

159,7

BR

111,0

CL

127,6

NZ

150,0

US

145,8

ZA

135,2

ZZ

138,2

0809 10 00

TR

257,9

ZZ

257,9

0809 29 00

TR

351,7

ZZ

351,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/911

tal-11 ta' Ġunju 2015

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE rigward l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom l-introduzzjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati lejn l-Unjoni hija awtorizzata fir-rigward ta' influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(notifikata bid-dokument C(2015) 3790)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (“il-prodotti”).

(2)

Il-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tiddeskrivi ż-żoni tal-pajjiżi terzi fejn l-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni hija ristretta għal raġunijiet ta' saħħa tal-annimali u fejn hija applikata r-reġjonalizzazzjoni. Il-Parti 2 ta' dak l-Anness tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet minnhom minn fejn l-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni hija awtorizzata, kemm-il darba l-prodotti jkun sarilhom it-trattament rilevanti, kif stipulat fil-Parti 4 ta' dak l-Anness.

(3)

Il-Kanada hija elenkata fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz li minnu huma awtorizzati l-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha ta' prodotti miksuba minn tjur tal-irziezet, tjur imrobbija għall-kaċċa u tjur tal-kaċċa selvaġġi mit-territorju kollu tiegħu jew ċerti partijiet mit-territorju tiegħu. Ir-reġjonalizzazzjoni tal-Kanada ġiet rikonoxxuta bid- Deċiżjoni 2007/777/KE kif emendata permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/204 (3) wara tifqigħat tal-HPAI fit-tjur tal-irziezet fil-provinċja tal-British Columbia fil-Kanada. Id-Deċiżjoni 2007/777/KE tistipula li l-prodotti miż-żona milquta, jistgħu jiġu awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni wara li jkun sarilhom it-trattament “D” kif stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE (“it-trattament D”).

(4)

Il-Kanada kkonfermat tifqigħa ġdida tal-HPAI fit-tjur tal-irziezet fil-Provinċja ta' Ontario matul April 2015. L-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni tal-prodotti kkonċernati maħsuba li jiġu introdotti fl-Unjoni mit-territorju kollu tal-Kanada minħabba din it-tifqigħa l-ġdida. Il-Kanada implimentat ukoll politika ta' qerda biex tikkontrolla l-HPAI u tillimita t-tixrid tagħha.

(5)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Kanada (4) jipprevedi li jintlaħaq rikonoxximent reċiproku malajr tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' mard fl-Unjoni jew fil-Kanada (“il-Ftehim”).

(6)

Minħabba t-tifqigħa l-ġdida tal-HPAI fil-Provinċja ta' Ontario fil-Kanada, il-prodotti miksuba minn tjur tal-irziezet, tjur imrobbija għall-kaċċa u tjur tal-kaċċa selvaġġi minn dawk il-partijiet ta' dik il-Provinċja li l-awtoritajiet veterinarji tal-Kanada poġġew taħt restrizzjonijiet, għandu jsirilhom mill-inqas it-trattament “D” għall-prevenzjoni tal-introduzzjoni tal-vajrus HPAI fl-Unjoni.

(7)

B'rabta mat-tifqigħat tal-HPAI fil-British Columbia, ir-reġjonalizzazzjoni tat-territorju Kanadiż ġiet rikonoxxuta wkoll mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (5), kif emendat bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/198 (6) u (UE) 2015/908 (7) għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tat-tjur tal-irziezet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dak ir-Regolament.

(8)

Għal raġunijiet ta' konsistenza, id-deskrizzjoni tat-territorji fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tirreferi għar-reġjonalizzazzjoni kif deskritta fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bla ħsara għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' din it-tabella.

(9)

Għalhekk, il-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/204 tas-6 ta' Frar 2015 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati f'dak li għandu x'jaqsam mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 45).

(4)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji li jippro teġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (ĠU L 71, 18.3.1999, p. 3).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/198 tat-6 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 9).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/908 tal-11 ta' Ġunju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Kanada fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' ċerti prodotti tat-tjur tal-irziezet fl-Unjoni b'rabta mal-influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja (ara paġna 11 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-entrata għall-Kanada qed tinbidel b'dan li ġej:

“Il-Kanada

CA

01/2015

Il-pajjiż kollu

CA-1

01/2015

Il-pajjiż kollu tal-Kanada, ħlief iż-żona CA-2

CA-2

01/2015

It-territorji tal-Kanada deskritti taħt CA-2 fil-kolonna 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, soġġetta għad-dati msemmija fil-kolonni 6 A u 6B ta' dik it-tabella.”


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/28


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/912

tat-12 ta' Ġunju 2015

li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fil-wieħed u għoxrin, fit-tnejn u għoxrin u fit-tlieta u għoxrin reġjun

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn Stati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament dwar il-VIS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 48(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/493/UE (2), il-wieħed u għoxrin reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għall-applikazzjonijiet kollha għandu jibda jinkludi Andorra, il-Vatikan, Monako u San Marino, il-wieħed u għoxrin reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha għandu jibda jinkludi l-Irlanda u r-Renju Unit, u t-tielet u għoxrin reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha għandu jibda jinkludi l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, l-Iżvizzera.

(2)

L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jiġbru u jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f'dawn ir-reġjuni, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew għat-trażmissjoni tad-dejta f'isem Stat Membru ieħor.

(3)

Il-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 hija b'hekk issodisfata, huwa għalhekk meħtieġ li tiġi determinata d-data meta l-VIS għandha tibda topera fil-wieħed u għoxrin, fit-tnejn u għoxrin u fit-tlieta u għoxrin reġjun.

(4)

Billi r-Regolament (KE) Nru 767/2008 jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 767/2008 fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3). Għaldaqstant, ir-Renju Unit mhux marbut b'din id-Deċiżjoni u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda mhijiex qed tipparteċipa, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4). L-Irlanda għalhekk mhix marbuta b'din id-Deċiżjoni u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (5) ta' Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(8)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (7) ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(9)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (9) ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2011/350/UE (10).

(10)

Fir-rigward ta' Ċipru, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew li b'xi mod ieħor huwa relatat, mal-acquis ta' Schengen, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011 rispettivament.

(11)

Fid-dawl tal-ħtieġa sabiex tiġi stipulata d-data għall-bidu tal-VIS fil-wieħed u għoxrin, it-tnejn u għoxrin u t-tlieta u għoxrin reġjun fil-futur qrib, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar stess li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża għandha tibda topera fil-wieħed u għoxrin, fit-tnejn u għoxrin u fit-tlieta u għoxrin reġjun skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/493/UE fl-20 ta' Novembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/493/UE tat-30 ta' Settembru 2013 li tiddetermina t-tielet u l-aħħar sett ta' reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 268, 10.10.2013, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni ta' verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/30


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/913

tat-12 ta' Ġunju 2015

li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fl-għoxrin reġjun

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament dwar il-VIS) (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 48(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/493/UE (2), l-għoxrin reġjun fejn il-ġbir u t-trażmissjoni ta' dejta għas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għall-applikazzjonijiet kollha għandu jibda jinkludi l-Bangladexx, il-Butan, l-Indja, il-Maldive, in-Nepal, il-Pakistan, u s-Sri Lanka.

(2)

L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u legali meħtieġa biex jiġbru u jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f'dan ir-reġjun, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew għat-trażmissjoni tad-dejta f'isem Stat Membru ieħor.

(3)

Ġaladarba li l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 hija sodisfatta, jeħtieġ għalhekk li tiġi determinata d-data minn meta għandha tibda topera l-VIS fil-għoxrin reġjun.

(4)

Billi r-Regolament (KE) Nru 767/2008 jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 767/2008 fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3). Għaldaqstant, ir-Renju Unit mhux marbut b'din id-Deċiżjoni u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda ma tipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4). L-Irlanda għalhekk mhix marbuta b'din id-Deċiżjoni u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(7)

Fir-rigward tal-Islanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (5) ta' Schengen, li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6).

(8)

Fir-rigward tal-IŻvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (7) ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8).

(9)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis  (9) ta' Schengen, li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10).

(10)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew li b'xi mod ieħor huwa relatat, mal-acquis ta' Schengen, rispettivament skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011.

(11)

Fid-dawl tal-ħtieġa sabiex tiġi stipulata d-data għall-bidu tal-VIS fl-għoxrin reġjun fil-futur qarib, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar stess li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża tibda topera fl-għoxrin reġjun determinat permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni Nru 2013/493/UE fit-2 ta' Novembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tapplika skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/493/UE tat-30 ta' Settembru 2013 li tiddetermina t-tielet u l-aħħar sett ta' reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 268, 10.10.2013, p. 13).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tipparteċipa f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(5)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(7)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(9)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/32


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/914

tat-8 ta' Ġunju 2015

dwar l-iskema ta' risistemazzjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari r-raba' sentenza tal-Artikolu 292 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew li ltaqa' f'sessjoni straordinarja fit-23 ta' April 2015 fakkar is-serjetà tas-sitwazzjoni fil-Mediterran u esprima d-determinazzjoni tiegħu li l-Unjoni għandha timmobilizza l-isforzi kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex jiġi evitat aktar telf ta' ħajjiet fil-baħar u biex jiġu indirizzati l-kawżi prinċipali tal-emerġenza umanitarja. Il-Kunsill Ewropew impenja ruħu wkoll li jistabbilixxi l-ewwel proġett pilota volontarju dwar ir-risistemazzjoni madwar l-Unjoni, u offra postijiet għal persuni li jikkwalifikaw għall-protezzjoni (1).

(2)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015, il-Parlament Ewropew kien talab lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar kontribuzzjonijiet għal programmi ta' risistemazzjoni eżistenti u enfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess sigur u legali għas-sistema tal-ażil tal-Unjoni (2).

(3)

Bħalissa hemm żbilanċ sinifikanti bejn l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-impenn li jirrisistemaw il-persuni. Ħmistax-il Stat Membru biss u tliet Stati Assoċjati għandhom programm ta' risistemazzjoni (u Stat Membru ieħor li ħabbar il-bidu ta' programm ta' risistemazzjoni), tliet Stati Membri u Stat Assoċjat wieħed wettqu risistemazzjoni fuq bażi ad hoc, filwaqt li oħrajn ma jinvolvu ruħhom xejn fir-risistemazzjoni.

(4)

Fl-2014, l-għadd ta' applikanti għall-ażil fl-Unjoni laħaq livell massimu ta' 626 000, filwaqt li 6 380 ċittadin ta' pajjiżi terzi fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali ġew risistemati fl-Unjoni (3). In-numru ta' refuġjati, persuni li jfittxu l-ażil u persuni spostati internament madwar id-dinja fl-2013 qabeż il-50 miljun ruħ, għall-ewwel darba mit-Tieni Gwerra Dinjija 'l hawn (4).

(5)

Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-10 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxew li “[…] filwaqt li jqisu l-isforzi mwettqa mill-Istati Membri affettwati mill-flussi migratorji, l-Istati Membri kollha għandhom jagħtu l-kontribut tagħhom għal [risistemazzjoni] b'mod ġust u bbilanċjat.” (5)

(6)

Fit-13 ta' Mejju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat Aġenda Ewropea komprensiva dwar il-Migrazzjoni (6) li, fost oħrajn, tiddefinixxi sett ta' miżuri immedjati b'mod adegwat biex jirrispondu għal din it-traġedja umana fil-Mediterran kollu.

(7)

Biex jiġi evitat li persuni spostati fi bżonn ta' protezzjoni jkollhom jirrikorru għal netwerks kriminali ta' kuntrabandisti u traffikanti, l-Aġenda titlob lill-Unjoni Ewropea biex iżżid l-isforzi tagħha fil-qasam tar-risistemazzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni qed tagħmel din ir-Rakkomandazzjoni u qed tipproponi skema ta' risistemazzjoni madwar l-UE biex toffri 20 000 postijiet abbażi ta' gwida għat-tqassim.

(8)

F'każ li l-Istati Assoċjati jiddeċiedu li jipparteċipaw, il-gwida għat-tqassim u l-allokazzjonijiet għal kull Stat Membru u Stat Assoċjat parteċipanti jiġu adattati kif xieraq.

(9)

Fid-dawl tad-diskussjonijiet preċedenti waqt laqgħa apposta tal-Forum ta' Risistemazzjoni u Rilokazzjoni fil-25 ta' Novembru 2014, il-gwida għat-tqassim għandha tkun ibbażata fuq (a) id-daqs tal-popolazzjoni (ponderazzjoni ta' 40 %), (b) it-total tal-PDG (ponderazzjoni ta' 40 %), (c) in-numru medju ta' applikazzjonijiet spontanji għall-ażil u l-għadd ta' refuġjati risistemati għal kull miljun abitant tul il-perjodu 2010–2014 (ponderazzjoni ta' 10 %), u (d) ir-rata tal-qgħad (ponderazzjoni ta' 10 %).

(10)

Total ta' 20 000 persuna għandhom jiġu ammessi fl-Unjoni matul perjodu ta' sentejn ta' implimentazzjoni ta' din l-iskema mill-Istati Membri. Ir-responsabbiltà sabiex jiġu ospitati dawn il-persuni għandha tkun biss f'idejn l-Istati parteċipanti, f'konformità mar-regoli rilevanti tal-Unjoni u internazzjonali. Dan jikkorrispondi mat-talba mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) li ħeġġeġ lill-pajjiżi Ewropej biex jimpenjaw ruħhom aktar biex jirċievu r-refuġjati permezz ta' programmi ta' risistemazzjoni sostenibbli, li japprovaw il-kampanja mmexxija mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u ħames organizzazzjonijiet mhux governattivi.

(11)

Biex jiġu identifikati r-reġjuni ta' prijorità, is-sitwazzjoni fil-viċinat u l-flussi migratorji attwali għandhom jiġu kkunsidrati, b'mod partikolari, ir-rabta mal-Programmi ta' Żvilupp u Protezzjoni Reġjonali fil-Lvant Nofsani, fl-Afrika ta' Fuq u fil-Qarn tal-Afrika.

(12)

L-esperjenza u l-għarfien espert tal-UNHCR u korpi rilevanti oħra, inkluż l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, għandhom jintalbu biex jassistu fl-implimentazzjoni ta' skema ta' risistemazzjoni.

(13)

Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji ta' persuni li ġew risistemati mill-Istat ta' risistemazzjoni għal Stati Membri oħra u Stati Assoċjati parteċipanti.

(14)

Il-Kummissjoni tipprevedi li tikkontribwixxi għall-iskema billi tagħmel disponibbli ammont addizzjonali ta' EUR 50 miljun, fis-snin 2015 u 2016 skont il-Programm ta' Risistemazzjoni tal-Unjoni, stabbilit bl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Sabiex isir l-aħjar użu tal-inċentivi finanzjarji, il-Kummissjoni se taġġusta s-somom f'daqqa u l-prijoritajiet dwar ir-risistemazzjoni previsti f'dak il-programm permezz ta' att delegat, skont l-Artikolu 17(4) u (10) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014. F'każ li l-Istati Assoċjati jiddeċiedu li jipparteċipaw fl-iskema ta' risistemazzjoni, ma jkunux jistgħu jibbenefikaw minn somom f'daqqa taħt ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 bħala kumpens għat-talbiet tagħhom.

ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

L-ISKEMA EWROPEA TA' RISISTEMAZZJONI

1.

Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Istat Membru jirrisistema 20 000 ruħ fi bżonn ta' protezzjoni internazzjonali abbażi tal-kundizzjonijiet u l-gwida għat-tqassim stipulati f'din ir-Rakkomandazzjoni.

ID-DEFINIZZJONI U L-KAMP TA' APPLIKAZZJONI TAL-ISKEMA TA' RISISTEMAZZJONI

2.

“Risistemazzjoni” tfisser it-trasferiment ta' persuni individwali spostati li b'mod ċar jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, fuq talba tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati, minn pajjiż terz għal Stat Membru u bi ftehim ma' dan tal-aħħar,, bil-għan li jiġu protetti kontra r-refoulement u jiġu ammessi u jingħataw id-dritt li jibqgħu u xi drittijiet oħra paragunabbli għal dawk mogħtija lil benefiċjarju ta' protezzjoni internazzjonali.

3.

L-Iskema Ewropea ta' risistemazzjoni għandha tkopri l-Istati Membri kollha.

IL-KONTENUT TAL-ISKEMA TA' RISISTEMAZZJONI

4.

L-iskema għandha tikkonsisti minn offerta Ewropea unika ta' 20 000 post ta' risistemazzjoni għal persuni biex jiġu risistemati. It-tul ta' żmien tal-iskema għandu jkun ta' sentejn mid-data ta' meta tiġi adottata r-Rakkomandazzjoni.

5.

Il-postijiet globali ta' risistemazzjoni offruti għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri skont it-tabella ta' tqassim fl-Anness. F'każ li l-Istati Assoċjati jiddeċiedu li jipparteċipaw fl-iskema, il-gwida għat-tqassim tiġi adattata skont dan.

6.

Ir-reġjuni ta' prijorità għar-risistemazzjoni għandom jinkludu l-Afrika ta' Fuq, il-Lvant Nofsani, u l-Qarn tal-Afrika, li jiffokaw fuq il-pajjiżi fejn qed jiġu implimentati l-Programmi Reġjonali għall-Iżvilupp u l-Protezzjoni.

7.

L-Istati Membri u l-Istati Assoċjati parteċipanti għandhom jibqgħu responsabbli għal deċiżjonijiet ta' ammissjoni indidwali, wara kontrolli ta' sigurtà mediċi xierqa, filwaqt li l-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati għandu jkun responsabbli għall-valutazzjoni tal-kandidati għar-risistemazzjoni fir-reġjuni ta' prijorità u jissottometti proposti għal risistemazzjoni lejn l-Istati Membri u l-Istati Assoċjati parteċipanti.

8.

Meta persuna risistemata tiġi ammessa fit-territorju ta' Stat Membru jew Stat Assoċjat parteċipanti, dak l-Istat għandu jwettaq proċedura formali għall-protezzjoni internazzjonali, inkluż it-teħid ta' marki tas-swaba', b'mod rapidu u skont il-leġiżlazzjoni applikabbli, b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament u tal-Kunsill (9), id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE (10), id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE (11), u, mill-20 ta' Lulju 2015 id-Direttivi 2013/32/UE (12) u 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (13).

9.

Wara dan il-proċess, meta persuna risistemata tingħata protezzjoni internazzjonali jew status ta' protezzjoni nazzjonali minn Stat Membru, dik il-persuna għandha tibbenefika, fl-Istat Membru ta' risistemazzjoni, mid-drittijiet garantiti lill-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva 2011/95/UE jew drittijiet simili garantiti mil-liġi nazzjonali. F'dan il-kuntest, il-moviment liberu fl-Unjoni, għandu jiġi ttrattat bl-istess kundizzjonijiet u restrizzjonijiet applikabbli għal ċittadini nazzjonali ta' pajjiż terz residenti legalment fl-Istati Membri. Fil-każ ta' Stati Assoċjati parteċipanti, għandha tapplika leġiżlazzjoni nazzjonali ekwivalenti.

10.

Il-kandidati għal risistemazzjoni għandhom jiġu mgħarrfa dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom, skont l-iskema ta' risistemazzjoni kif ukoll skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali dwar l-ażil, qabel l-ammissjoni tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri jew l-Istati Assoċjati parteċipanti, b'mod partikolari dwar il-konsegwenzi ta' moviment ulterjuri fl-Unjoni u/jew fi Stati assoċjati parteċipanti u l-fatt li huma biss intitolati għad-drittijiet marbuta ma' protezzjoni internazzjonali jew status ta' protezzjoni nazzjonali fl-Istat ta' risistemazzjoni.

11.

Persuni risistemati li jidħlu fit-territorju ta' Stat Membru jew ta' Stat Assoċjat parteċipanti li mhuwiex l-Istat ta' risistemazzjoni mingħajr awtorizzazzjoni, jew sakemm titlesta l-proċedura ta' protezzjoni internazzjonali formali jew wara l-għoti tal-protezzjoni internazzjonali, għandhom jintbagħtu lura lejn l-Istat ta' risistemazzjoni, skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u d-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

12.

L-involviment prattiku tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil fl-implimentazzjoni tal-iskema għandu jkun żgurat, b'mod partikolari, biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri u l-Istati Assoċjati parteċipanti, speċjalment dawk li m'għandhom l-ebda esperjenza preċedenti ma' risistemazzjoni. L-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-iskema u jirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni.

13.

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jirċievu allokazzjoni finanzjarja proporzjonali għan-numru ta' persuni risistemati fit-territorju tagħhom skont is-somma f'daqqa stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014, kif aġġustat skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru xxx/2015 (16).

DESTINATARJI

14.

Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kummissjoni

Dimitris AVRAMOPOULOS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Il-punt 3, (q), id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew, tat-23 ta' April 2015, EUCO 18/15.

(2)  Il-punti 8 u 10, ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew, tad-29 ta' April 2015, 2015/2660 (RSP).

(3)  

Sors: Eurostat.

(4)  

Sors: Global Trend 2013 Report, UNHCR.

(5)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “It-Teħid ta' Azzjoni għal Ġestjoni Aħjar ta' Flussi Migratorji”, il-laqgħa tal-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni, tal-10 ta' Ottubru 2014.

(6)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, tat-13 ta' Mejju 2015, COM(2015) 240 final.

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014. li jistabbilixxi l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta' marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma' data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

(10)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/85/KE tal-1 ta' Diċembru 2005 dwar standards minimi għal proċeduri fl-Istati Membri għall-għoti u l-irtirar tal-istatus ta' refuġjat (ĠU L 326, 13.12.2005, p. 13).

(11)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/9/KE tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi standards minimi għall-akkoljenza ta' dawk li jfittxu ażil (ĠU L 31, 6.2.2003, p. 18).

(12)  Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

(13)  Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

(15)  L-Artiklu 6(2) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(16)  Għad trid tiġi mressqa.


ANNESS

Stati Membri

Tifsira

(%)

Allokazzjoni

L-Awstrija

2,22

444

Il-Belġju

2,45

490

Il-Bulgarija

1,08

216

Il-Kroazja

1,58

315

Ċipru

0,34

69

Ir-Repubblika Ċeka

2,63

525

Id-Danimarka

1,73

345

L-Estonja

1,63

326

Il-Finlandja

1,46

293

Franza

11,87

2 375

Il-Ġermanja

15,43

3 086

Il-Greċja

1,61

323

L-Ungerija

1,53

307

L-Irlanda

1,36

272

L-Italja

9,94

1 989

Il-Latvja

1,10

220

Il-Litwanja

1,03

207

Il-Lussemburgu

0,74

147

Malta

0,60

121

In-Netherlands

3,66

732

Il-Polonja

4,81

962

Il-Portugall

3,52

704

Ir-Rumanija

3,29

657

Is-Slovakkja

1,60

319

Is-Slovenja

1,03

207

Spanja

7,75

1 549

L-Iżvezja

2,46

491

Ir-Renju Unit

11,54

2 309

Is-soluzzjoni hija bbażata fuq il-kriterji li ġejjin (1)  (2):

(a)

Id-daqs tal-popolazzjoni (ċifri tal-2014, ponderazzjoni ta' 40 %). Dan il-kriterju jirrifletti l-kapaċità ta' Stat Membru biex jassorbi ċertu numru ta' refuġjati;

(b)

Il-PDG totali (ċifri tal-2013, ponderazzjoni ta' 40 %). Dan il-kriterju jirrifletti l-ġid assolut ta' pajjiż u b'hekk huwa indikattiv għall-kapaċità ta' ekonomija li tassorbi u tintegra r-refuġjati;

(c)

L-għadd medju ta' applikazzjonijiet għall-ażil spontanji u l-għadd ta' refuġjati risistemati għal kull 1 miljun abitant tul il-perjodu 2010–2014 (ponderazzjoni ta' 10 %). Dan il-kriterju jirrifletti l-isforzi li saru mill-Istati Membri fil-passat riċenti;

(d)

Ir-rata tal-qgħad (ċifri tal-2014, ponderazzjoni ta' 10 %). Dan il-kriterju jirrifletti l-kapaċità li jiġu integrati r-refuġjati.


(1)  Il-kalkoli huma bbażati fuq informazzjoni statistika fornuta mill-Eurostat (ikkonsultati fit-8 ta' April 2015).

(2)  Il-kalkoli perċentwali saru sa ħames punti deċimali u mqarrba 'l fuq jew 'l isfel sat-tieni ċifra wara l-punt deċimali għall-preżentazzjoni fit-tabella; l-allokazzjonijiet ta' persuni ġew magħmula fuq il-bażi taċ-ċifri sħaħ sa ħames ċifri wara l-punt deċimali.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

13.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 148/38


DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT L-ARTIKOLU 14 TAL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI

tat-8 ta' Ġunju 2015

li temenda l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għal dak il-Ftehim [2015/915]

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ġie sostitwit bid-Deċiżjoni Nru 2/2011 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera (2) u għandu jiġi aġġornat biex jittieħed kont ta' atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera minn dak iż-żmien 'l hawn.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifki professjonali) għall-Ftehim huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija mfassla bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Żvediża u Ungeriża, u t-testi b'kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' Ġunju 2015.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2011, p. 20.


ANNESS

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:

1.

taħt it-titolu “TAQSIMA A: ATTI MSEMMIJA”, l-inċiżi li ġejjin iridu jiżdiedu mal-punt 1a:

“—

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta' Lulju 2012 li jemenda l-Anness II tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika dwar l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 3(2) elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2005/36/KE (ĠU C 182, 23.6.2011, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 183, 24.6.2011, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 367, 16.12.2011, p. 5);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 244, 14.8.2012, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 396, 21.12.2012, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 183, 28.6.2013, p. 4);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 301, 17.10.2013, p. 1).”;

2.

fil-punt 1g għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“Pajjiż

Titlu

Onkoloġija medika

Perijodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

L-Iżvizzera

Medizinische Onkologie

Oncologie médicale

Oncologia medica


Pajjiż

Titlu

Ġenetika medika

Perijodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

L-Iżvizzera

Medizinische Genetik

Génétique médicale

Genetica medica”

3.

fil-punt 1g l-entrata dwar l-intestatura “Mediċina (interna) ġenerali” tiġi sostitwita bis-segwenti:

“Pajjiż

Titlu

Mediċina (interna) ġenerali

Perijodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

L-Iżvizzera

Allgemeine Innere Medizin

Médecine interne générale

Medicina interna generale”

4.

fil-punt 1i tiżdied l-entrata segwenti:

“Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

L-Iżvizzera

3.

Diplomierte Pflegefachfrau HF, diplomierter Pflegefachmann HF

Infirmière diplômée ES, infirmier diplômé ES

Infermiera diplomata SSS, infermiere diplomato SSS

Höhere Fachschulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles supérieures qui proposent des filières de formation reconnues par l' État

Scuole specializzate superiori che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Pflegefachfrau, Pflegefachmann

Infirmière, infirmier

Infermiera, infermiere

L-1 ta' Ġunju 2002”

5.

fil-punt 1m it-tabella tiġi sostitwita bis-segwenti:

“Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

L-Iżvizzera

1.

Diplomierte Hebamme

Sage-femme diplômée

Levatrice diplomata

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles qui proposent des filières de formation reconnues par l'État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Hebamme

Sage-femme

Levatrice

L-1 ta' Ġunju 2002

2.

[Bachelor of Science [Name of the UAS] in Midwifery]

‘Bachelor of Science HES-SO de Sage-femme’ (Bachelor of Science HES-SO in Midwifery)

‘Bachelor of Science BFH Hebamme’ (Bachelor of Science BFH in Midwifery)

‘Bachelor of Science ZFH Hebamme’ (Bachelor of Science ZHAW in Midwifery)

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles qui proposent des filières de formation reconnues par l'État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Hebamme

Sage-femme

Levatrice

L-1 ta' Ġunju 2002”