ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 121

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
14 ta' Mejju 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/768 tal-11 ta' Mejju 2015 li testendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm Pericles 2020)

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/769 tat-12 ta' Mejju 2015 li jemenda għall-231 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

3

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/770 tat-13 ta' Mejju 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

5

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/771 tas-7 ta' Mejju 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni f'dak li jirrigwarda l-emendar tal-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim

7

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/772 tal-11 ta' Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/98/KE

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/773 tal-11 ta' Mejju 2015 li tistabbilixxi l-Kumitat ta' Protezzjoni Soċjali u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/689/KE

16

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/774 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2015 dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)

20

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ( ĠU L 117, 8.5.2015 )

25

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/768

tal-11 ta' Mejju 2015

li testendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 352 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Filwaqt li jaġixxi f'konformità mal-proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jistabbilixxi l-programm Pericles 2020 u jissostitwixxi l-programm Pericles stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE (2), jipprovdi li huwa applikabbli fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati. L-Artikolu 139 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li miżuri li jirregolaw l-użu tal-euro msemmija fl-Artikolu 133 tiegħu m'għandhomx japplikaw għall-Istati Membri b'deroga.

(2)

Madankollu, l-iskambju tal-informazzjoni u l-persunal u l-miżuri ta' assistenza u taħriġ implimentati taħt il-programm Pericles 2020 għandhom ikunu uniformi fl-Unjoni kollha u għalhekk għandhom jittieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun garantit l-istess livell ta' protezzjoni għall-euro fl-Istati Membri b'deroga.

(3)

L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 331/2014 għandha għalhekk tiġi estiża għall-Istati Membri li mhumiex Stati Membri parteċipanti kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 (3).

(4)

Huwa xieraq li tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr xkiel u mingħajr interruzzjoni bejn il-programm Pericles u l-programm Pericles 2020 u huwa xieraq li t-tul ta' dan ir-Regolament jiġi allinjat mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (4). Għalhekk, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 331/2014 għandha tiġi estiża għall-Istati Membri li mhumiex l-Istati Membri parteċipanti kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu kkunsidrati bħala korpi eliġibbli għal finanzjament fis-sens tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 331/2014.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DŪKLAVS


(1)  Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE tas-17 ta' Diċembru 2001 li tistabbilixxi programm ta' skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles”) (ĠU L 339, 21.12.2001, p. 50).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta' Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni tal-euro (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/769

tat-12 ta' Mejju 2015

li jemenda għall-231 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fit-30 ta' April 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) iddeċieda li jneħħi sitt persuni mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi aġġornat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għal Strumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi” jitħassru:

(a)

“Riadh Ben Belkassem Ben Mohamed Al-Jelassi. Indirizz: l-Italja. Data tat-twelid: 15.12.1970. Post tat-twelid: Al- Mohamedia, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: L276046 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-1.7.1996 li skada fit-30.6.2001). Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Reem Al-Askari, (b) Membru tal-Grupp ta' Ġellieda Tuneżin. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.”

(b)

“Samir Abd El Latif El Sayed Kishk (magħruf ukoll bħala Samir Abdellatif el Sayed Keshk). Data tat-twelid: 14.5.1955. Post tat-twelid: Gharbia, l-Eġittu. Nazzjonalità: Eġizzjana. Informazzjoni oħra: Iddeportat mill-Italja lejn l-Eġittu fit-2.7.2003. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4)(b): 3.9.2002.”

(c)

“Al-Azhar Ben Mohammed Ben El-Abed Al-Tlili (magħruf ukoll bħala Lazar Ben Mohammed Tlili). Indirizz: Via Carlo Porta 97, Legnano, l-Italja. Data tat-twelid: 26.3.1969. Post tat-twelid: Feriana, Al-Kasrain, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: M351140 (Passaport Tuneżin li skada fis-16.6.2005). Informazzjoni oħra: (a) Kodiċi fiskali Taljan: TLLLHR69C26Z352G; (b) Meħlus mill-ħabs fl-Italja fil-15.1.2007 (c) Isem l-omm huwa Essayda Bint Salih Al-Tlili. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 3.9.2002.”

(d)

“Faouzi Ben Mohamed Ben Ahmed Al-Jendoubi (magħruf ukoll bħala (a) Jendoubi Faouzi, (b) Said, (c) Samir). Data tat-twelid: 30.1.1966. Post tat-twelid: (a) Tunis, it-Tuneżija; (b) il-Marokk. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: K459698 (Passaport Tuneżin, maħruġ fis-6.3.1999, li skada fil-5.3.2004). Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Um Hani al-Tujani; (b) Inammissibbli fiż-żona Schengen; (c) Irrappurtat mhux traċċabbli mill-awtoritajiet Taljani minn Ġunju 2002. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 25.6.2003.”

(e)

“Ahmed Hosni Rarrbo (magħruf ukoll bħala (a) Rarrbo Abdallah, (b) Rarrbo Abdullah, (c) Rarrbo Ahmed Hosni). Indirizz: l-Alġerija. Data tat-twelid: 12.9.1974. Post tat-twelid: (a) Bologhine, l-Alġerija; (b) Franza. Nazzjonalità: Alġerina. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”

(f)

“Najib Ben Mohamed Ben Salem Al-Waz (magħruf ukoll bħala (a) Ouaz Najib, (b) Ouaz Nagib). Indirizz: Via Tovaglie 26, Bologna, l-Italja. Data tat-twelid: 12.4.1960. Post tat-twelid: Al Haka'imah, Governorat ta' Mahdia, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Numru tal-passaport: K815205 (Passaport Tuneżin, maħruġ fis-17.9.1994, li skada fis-16.9.1999). Informazzjoni oħra: (a) Isem l-omm huwa Salihah Amir; (b) Inammissibbli fiż-żona Schengen. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 25.6.2003.”


14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/770

tat-13 ta' Mejju 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Mejju 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

83,5

MA

93,0

MK

106,3

TR

69,0

ZZ

88,0

0707 00 05

AL

36,9

EG

191,6

MK

32,3

TR

102,3

ZZ

90,8

0709 93 10

MA

110,7

TR

118,8

ZZ

114,8

0805 10 20

EG

45,4

IL

70,7

MA

53,2

MO

59,6

ZA

60,1

ZZ

57,8

0805 50 10

MA

83,0

TR

102,4

ZZ

92,7

0808 10 80

AR

99,8

BR

93,5

CL

119,0

MK

28,2

NZ

174,5

US

179,5

ZA

117,6

ZZ

116,0


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/771

tas-7 ta' Mejju 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni f'dak li jirrigwarda l-emendar tal-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 46, 53 u 62, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 18 tal-Ftehim, l-emendi għall-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tiegħu jridu jiġu adottati permezz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”).

(3)

Sabiex tinżamm l-applikazzjoni koerenti u korretta tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni u biex jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi u possibbilment ġuridiċi, jaqbel li l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim jiġi emendat biex jieħu kont tal-atti leġiżlattivi l-ġodda tal-Unjoni li l-Ftehim għadu ma jagħmilx referenza għalihom.

(4)

Huwa opportun li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendar tal-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim.

(5)

Għalhekk, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni hawn mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (“il-Kumitat Konġunt”), f'dak li jirrigwarda l-emendar tal-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Bidliet tekniċi minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu aċċettati mir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt mingħajr il-ħtieġa ta' deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru …/2015 TAL-KUMITAT KONĠUNT

stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni

ta' …

li temenda l-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għal dak il-Ftehim

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ġie sostitwit bid-Deċiżjoni Nru 2/2011 tal-Kumitat Konġunt UE-Żvizzera (2) u għandu jiġi aġġornat biex jittieħed kont ta' atti legali ġodda tal-Unjoni Ewropea u tal-Iżvizzera minn dak iż-żmien 'l hawn.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifki professjonali) għall-Ftehim huwa emendat kif imniżżel fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija mfassla bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża u Żvediża, u t-testi b'kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi …,

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)  ĠU L 277, 22.10.2011, p. 20.


ANNESS

L-Anness III (Rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali) għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:

1.

taħt it-titolu “TAQSIMA A: ATTI MSEMMIJA”, l-inċiżi li ġejjin iridu jiżdiedu mal-punt 1a:

“—

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 623/2012 tal-11 ta' Lulju 2012 li jemenda l-Anness II tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (ĠU L 180, 12.7.2012, p. 9);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika dwar l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali li jissodisfaw il-kondizzjonijiet fl-Artikolu 3(2) elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2005/36/KE (ĠU C 182, 23.6.2011, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 183, 24.6.2011, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 367, 16.12.2011, p. 5);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 244, 14.8.2012, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 396, 21.12.2012, p. 1);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 183, 28.6.2013, p. 4);

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Notifika tal-prova tal-kwalifiki formali — id-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali (l-Anness V) (ĠU C 301, 17.10.2013, p. 1).”

;

2.

fil-punt 1g għandhom jiżdiedu l-entrati li ġejjin:

“Pajjiż

Titlu

Onkoloġija medika

Perijodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Żvizzera

Medizinische Onkologie

Oncologie médicale

Oncologia medica


Pajjiż

Titlu

Ġenetika medika

Perijodu minimu ta' taħriġ: 4 snin

Żvizzera

Medizinische Genetik

Génétique médicale

Genetica medica”

3.

fil-punt 1g l-entrata dwar l-intestatura “Mediċina (interna) ġenerali” tiġi sostitwita bis-segwenti:

“Pajjiż

Titlu

Mediċina (interna) ġenerali

Perijodu minimu ta' taħriġ: 5 snin

Żvizzera

Allgemeine Innere Medizin

Médecine interne générale

Medicina interna generale”

4.

fil-punt 1i tiżdied l-entrata segwenti:

“Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Żvizzera

3.

Diplomierte Pflegefachfrau HF, diplomierter Pflegefachmann HF

Infirmière diplômée ES, infirmier diplômé ES

Infermiera diplomata SSS, infermiere diplomato SSS

Höhere Fachschulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles supérieures qui proposent des filières de formation reconnues par l' État

Scuole specializzate superiori che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Pflegefachfrau, Pflegefachmann

Infirmière, infirmier

Infermiera, infermiere

L-1 ta' Ġunju 2002”

5.

fil-punt 1m it-tabella tiġi sostitwita bis-segwenti:

“Pajjiż

Prova ta' kwalifiki formali

Korp li jagħti l-prova tal-kwalifiki

Titlu professjonali

Data ta' referenza

Żvizzera

1.

Diplomierte Hebamme

Sage-femme diplômée

Levatrice diplomata

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles qui proposent des filières de formation reconnues par l'État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Hebamme

Sage-femme

Levatrice

L-1 ta' Ġunju 2002

2.

[Bachelor of Science [Name of the UAS] in Midwifery]

‘Bachelor of Science HES-SO de Sage-femme’ (Bachelor of Science HES-SO in Midwifery)

‘Bachelor of Science BFH Hebamme’(Bachelor of Science BFH in Midwifery)

‘Bachelor of Science ZFH Hebamme’(Bachelor of Science ZHAW in Midwifery)

Schulen, die staatlich anerkannte Bildungsgänge durchführen

Écoles qui proposent des filières de formation reconnues par l'État

Scuole che propongono dei cicli di formazione riconosciuti dallo Stato

Hebamme

Sage-femme

Levatrice

L-1 ta' Ġunju 2002”


14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/772

tal-11 ta' Mejju 2015

li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Impjiegi u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/98/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 150 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Artikolu 5 tat-Trattat jistabbilixxi li l-Unjoni għandha tieħu miżuri biex tiżgura l-koordinazzjoni tal-politiki dwar l-impjiegi tal-Istati Membri bil-ħsieb li titjieb l-effettività tagħhom billi tiġi żviluppata strateġija koordinata tal-impjiegi.

(2)

It-Titolu IX tat-Tielet Parti tat-Trattat tistabbilixxi l-proċeduri li l-Istati Membri u l-Unjoni għandhom isegwu biex jaħdmu lejn l-iżvilupp ta' strateġija kkoordinata għall-impjiegi u b'mod partikolari għall-promozzjoni ta' forza tax-xogħol b'ħiliet, imħarrġa u li tadatta u swieq tax-xogħol li jwieġbu għall-bidla ekonomika.

(3)

Fit-twettiq tax-xogħol tiegħu, li jinkludi li jagħti pariri u jikkontribwixxi għall-ħidma tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-Kumitat tal-Impjiegi (“il-Kumitat”) għandu jikkontribwixxi sabiex jiżgura li l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi, il-koordinazzjoni tal-politika makroekonomika u l-proċess tar-riforma ekonomika jiġu fformulati u implementati b'mod konsistenti u ta' appoġġ reċiproku;

(4)

Il-Kumitat għandu jikkollabora mill-qrib mal-imsieħba soċjali, b'mod partikolari ma' dawk rappreżentati fis-Summit Tripartit Soċjali għat-Tkabbir u l-Impjiegi stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE (1).

(5)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li għandha tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Bħala l-ewwel pass, huwa importanti li tiġi sorveljata aħjar u titqies is-sitwazzjoni soċjali u dik tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, partikolarment permezz tal-użu ta' indikaturi soċjali u dawk tal-impjiegi adatti fis-Semestru Ewropew. Huwa importanti wkoll li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-politiki dwar l-impjiegi u dawk soċjali, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali.

(6)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-koordinazzjoni ta' politiki ekonomiċi, dawk dwar l-impjiegi u dawk soċjali ser tittejjeb aktar f'konformità mal-proċeduri eżistenti filwaqt li jiġu rrispettati b'mod sħiħ il-kompetenzi nazzjonali. Il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li dan jirrikjedi aktar ħidma biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill sabiex tiġi żgurata konsistenza ta' dawk il-politiki f'konformità mal-objettivi komuni.

(7)

Din id-deċiżjoni għandha għandha tirrifletti l-iżvilupp tas-Semestru Ewropew u r-rwol tal-Kumitat f'dan il-proċess. B'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (2) jistabbilixxi li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika, il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali għandhom jiġu kkonsultati fil-qafas tas-Semestru Ewropew, fejn ikun xieraq. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi li r-rieżamijiet profondi għandhom iqisu, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet jew stediniet tal-Kunsill indirizzati lill-Istati Membri. Jistabbilixxi wkoll li pjan ta' azzjoni korrettiv għal kwalunkwe Stat Membru li tkun infetħet għalih proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jqis l-impatt ekonomiku u soċjali tal-azzjonijiet ta' politika u għandu jkun konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u l-linji gwida dwar l-impjiegi.

(8)

Il-Kumitat u l-korpi tal-Unjoni involuti fil-koordinazzjoni ta' politiki ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, l-Kumitat tal-Politika Ekonomika u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib. Fejn adatt u meta jintlaħaq qbil reċiproku bejn il-Kumitati involuti, il-kooperazzjoni tal-Kumitat mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika jistgħu jinkludu l-organizzazzjoni ta' laqgħat konġunti, b'mod partikolari fil-kuntest tar-rwoli rispettivi tal-Kumitati fis-Semestru Ewropew.

(9)

Sabiex iwettaq b'mod effettiv il-mandat tiegħu skont it-Trattat u biex ikun hemm il-flessibbiltà meħtieġa sabiex tiġi adattata l-iskeda tal-attivitajiet tal-Kumitat, b'mod partikolari fil-qafas taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, għandhom jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta' governanza relatati mal-funzjonament tal-Kumitat bil-għan li jiġu żgurati l-effiċjenza u l-kontinwità.

(10)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/98/KE (4) għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

B'dan huwa stabbilit Kumitat tal-Impjiegi (“il-Kumitat”), bi status konsultattiv, biex jippromwovi l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-impjiegi u l-politiki dwar is-swieq tax-xogħol, f'konformità sħiħa mat-Trattat u b'kont xieraq għas-setgħat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni.

Artikolu 2

Kompiti

1.   Il-kompiti tal-Kumitat għandhom ikunu:

(a)

li jissorvelja s-sitwazzjoni tal-impjiegi u l-politiki tal-impjiegi fl-Istati Membri u fl-Unjoni;

(b)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 240 tat-Trattat, li jifformula opinjonijiet fuq it-talba jew tal-Kunsill inkella tal-Kummissjoni jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess, u li jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-proċedimenti tal-Kunsill imsemmija fl-Artikolu 148 tat-Trattat.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kumitat għandu, b'mod partikolari, jagħmel ħiltu biex:

(a)

jippromwovi l-kunsiderazzjoni tal-objettiv ta' livell għoli ta' impjieg fil-formulazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni;

(b)

jikkontribwixxi għall-proċedura li twassal għall-adozzjoni tal-linji gwida ekonomiċi ġenerali sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-linji gwida dwar l-impjiegi u dawk il-linji gwida u jikkontribwixxu għas-sinerġija bejn l-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi, il-koordinazzjoni politika makroekonomika u l-proċess tar-riforma ekonomika b'mod ta' appoġġ reċiproku;

(c)

jipparteċipa b'mod attiv fid-djalogu makroekonomiku fil-livell tal-Unjoni;

(d)

jikkontribwixxi għall-aspetti kollha tas-Semestru Ewropew skont il-mandat tiegħu u jirrapporta dwarhom lill-Kunsill;

(e)

jippromwovi l-iskambji ta' informazzjoni u l-esperjenzi bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni.

3.   Kull sena, il-Kumitat għandu jadotta programm ta' ħidma, filwaqt li jqis il-prijoritajiet ta' politika tal-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-programm ta' ħidma għandu jintbagħat lill-Kunsill.

4.   Il-Kumitat jista' jsejjaħ għal esperti esterni fejn ikun meħtieġ għall-aġenda tiegħu.

Artikolu 3

Sħubija

1.   Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri fil-Kumitat. Dawn jistgħu jaħtru wkoll żewġ membri supplenti.

2.   Il-membri tal-Kumitat u s-sostituti għandhom jintgħażlu minn fost uffiċjali għolja jew esperti li jippossjedu kompetenza notevoli fil-qasam tal-impjiegi u tal-politika tas-suq tax-xogħol fl-Istati Membri.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jiksbu bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-Kumitat.

Artikolu 4

Operat

1.   Il-Kumitat għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri maħtura mill-Istati Membri għal terminu ta' sentejn. Il-President jista' jiġi rielett darba biss għal terminu ulterjuri ta' sentejn. Il-Kumitat jista', biex jiżgura l-effiċjenza u l-kontinwità tal-ħidma tiegħu, jiddeċiedi li jestendi l-mandat ta' President b'mhux aktar minn tmien xhur f'każijiet debitament iġġustifikati. President jista' jservi sa total ta' erba' snin u tmien xhur.

2.   Il-President għandu jkun megħjun minn erba' Viċi Presidenti, li tnejn minnhom għandhom jiġu eletti mill-Kumitat minn fost il-membri tiegħu għal mandat ta' sentejn, li jista' jiġġedded darba. It-tielet Viċi President għandu jkun rappreżentant mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill. Ir-raba' Viċi President għandu jkun rappreżentant mill-Istat Membru li jkollu f'idejh il-Presidenza li tkun tmiss.

3.   Il-President għandu jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu lill-membru supplenti tiegħu.

4.   Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom jissejħu mill-President, jew fuq l-inizjattiva tiegħu jew fuq it-talba tal-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat.

5.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

6.   L-ispejjeż għandhom jiġu rimborżati f'konformità mar-regoli amministrattivi fis-seħħ.

7.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ analitiku u organizzattiv adegwat lill-Kumitat. Il-Kummissjoni għandha taħtar membru mill-persunal tagħha bħala s-Segretarju. Is-Segretarju u l-persunal li jgħinuh għandhom jaġixxu fuq istruzzjonijiet tal-Kumitat meta jgħinu lill-Kumitat fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Is-Segretarju għandu jikkoopera mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tal-organizzazzjoni ta' laqgħat.

8.   Il-Kumitat għandu jaħdem, kif ikun meħtieġ, f'kooperazzjoni ma' korpi u kumitati rilevanti oħra li jittrattaw kwistjonijiet ta' politika soċjali u ekonomika, bħall-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika, il-Kumitat tal-Edukazzjoni u l-bord ta' tmexxija tan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi.

Artikolu 5

Gruppi ta' ħidma

1.   Il-Kumitat jista' jafda l-istudju ta' kwistjonijiet speċifiċi lill-membri supplenti tiegħu jew jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma għal dan il-għan. Il-Presidenza ta' grupp ta' ħidma bħal dan għandha timtela jew minn Viċi President tal-Kumitat, membru jew membru supplenti tal-Kumitat, uffiċjal tal-Kummissjoni, inkella minn membru tal-grupp ta' ħidma stess maħtur mill-Kumitat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ analitiku u organizzattiv adegwat lill-gruppi ta' ħidma.

3.   Il-gruppi ta' ħidma jistgħu jitolbu għajnuna minn esperti.

4.   Il-Kumitat jista' jistabbilixxi bl-istess mod gruppi ta' ħidma konġunti ma' kumitati jew korpi oħra, li r-regoli ta' tmexxija tagħhom jiġu ddeterminati b'mod konġunt.

Artikolu 6

Konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali

Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, il-Kumitat għandu jikkonsulta l-imsieħba soċjali. F'dan il-kuntest, huwa għandu jistabbilixxi kuntatti mal-imsieħba soċjali rappreżentanti fis-Summit Tripartit Soċjali għat-Tkabbir u l-Impjiegi.

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet transizzjonali

Il-mandat ta' kull membru elett f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2000/98/KE għandu jkompli sat-tmiem ta' dak il-mandat kif determinat f'konformità mal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni. Id-data tal-bidu ta' mandat bħal dan għandha titqies bħala d-data tal-elezzjoni li tkun saret f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2000/98/KE.

Artikolu 8

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2000/98/KE għandha titħassar mid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Dik il-laqgħa għandha ssir mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DŪKLAVS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE tas-6 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol ( ĠU L 70, 14.3.2003, p. 31).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).

(3)  Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/98/KE tal-24 ta' Jannar 2000 li tistabbilixxi l-Kumitat tax-Xogħol (ĠU L 29, 4.2.2000, p. 21).


14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/773

tal-11 ta' Mejju 2015

li tistabbilixxi l-Kumitat ta' Protezzjoni Soċjali u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/689/KE

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 160 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Strateġija Konċertata għall-immodernizzar tal-protezzjoni soċjali” tal-14 ta' Lulju 1999, il-Kummissjoni għamlet suġġerimenti għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-qasam tal-protezzjoni soċjali permezz ta', fost affarijiet oħra, l-istabbiliment ta' grupp ta' uffiċjali ta' livell għoli.

(2)

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2000, il-Parlament Ewropew laqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u l-ħolqien ta' tali grupp.

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar it-tisħiħ tal-koperazzjoni għall-immodernizzar u t-titjib tal-protezzjoni soċjali (1), il-Kunsill appoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu għal koperazzjoni msaħħa, maħluqa bix-xogħol tal-grupp ta' uffiċjali ta' livell għoli, għall-implimentazzjoni ta' din l-azzjoni. Il-Kunsill saħaq li din it-tip ta' koperazzjoni għandha tkopri kull forma ta' protezzjoni soċjali u, fejn ikun meħtieġ, tgħin lill-Istati Membri biex itejbu u jsaħħu s-sistemi ta' protezzjoni soċjali tagħhom skont il-prijoritajiet nazzjonali tagħhom. Fakkar ukoll il-kompetenza tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u l-finanzjament tal-protezzjoni soċjali u approva l-erba' objettivi wiesa', li huma parti mill-isfida ġenerali tal-immodernizzar tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali kif identifikati mill-Kummissjoni: jiġifieri li jagħmlu x-xogħol irendi u jipprovdi dħul assigurat, li jassiguraw il-pensjonijiet u jagħmlu s-sistemi ta' pensjoni sostenibbli, li jippromovu l-inklużjoni soċjali u biex jiżguraw li l-ħarsien tas-saħħa jkun ta' kwalità għolja u sostenibbli; huwa saħaq ukoll li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel trid tiġi integrata fl-attivitajiet kollha li jimmiraw għat-twettiq ta' dawn l-erba' objettivi. Fl-aħħar, il-Kunsill irrikonoxxa li l-aspetti li għandhom x'jaqsmu mal-finanzi huma komuni għall-objettivi kollha.

(4)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Lisbona tat-23 u l-24 ta' Marzu 2000 għarfu l-importanza tal-protezzjoni soċjali għal aktar żvilupp u modernizzar ta' stat assistenzjali attiv u dinamiku fl-Ewropa, u sejjħu lill-Kunsill biex isaħħaħ il-koperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz tal-iskambju ta' esperjenzi u l-aħjar prattiki abbażi ta' networks ta' informazzjoni mtejba.

(5)

F'Nizza u fil-laqgħat sussegwenti tiegħu, il-Kunsill Ewropew approva regolarment il-ħidma li saret mill-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali fil-promozzjoni u t-tisħiħ tal-politika tal-Unjoni ta' skambju u ta' koordinazzjoni tal-protezzjoni soċjali.

(6)

Il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/436/KE (2) imħassra u sostitwita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/689/KE (3) wera biċ-ċar l-utilità tiegħu bħala korp konsultattiv, kemm għall-Kunsill kif ukoll għall-Kummissjoni, u kkontribwixxa b'mod attiv għall-iżvilupp tal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni (MMK), kif stabbilit mill-Kunsill Ewropew ta' Lisbona fit-23 u l-24 ta' Marzu 2000. L-opinjoni tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali “L-għoti tal-ħajja mill-ġdid lill-MMK soċjali fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropa 2020” kif approvata mill-Kunsill fis-17 ta' Ġunju 2011, tafferma mill-ġdid il-validità tal-objettivi u l-għodod tal-MMK soċjali. Ir-rwol tal-Kumitat fil-qafas tal-MMK għandu jiġi rifless f'din id-Deċiżjoni.

(7)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li għandha tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja. Bħala l-ewwel pass, huwa importanti li jiġu segwiti u meqjusa aħjar is-sitwazzjoni soċjali u dik tas-suq tax-xogħol fi ħdan l-Unjoni Ekonomika u Monetarja, partikolarment permezz tal-użu ta' indikaturi soċjali u dwar l-impjiegi adatti fis-Semestru Ewropew. Huwa importanti wkoll li tiġi żgurata koordinazzjoni aħjar tal-politika dwar l-impjiegi u dik soċjali, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali.

(8)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill Ewropew iddikjara li l-koordinazzjoni ta' politiki ekonomiċi, tal-impjiegi u soċjali ser tittejjeb aktar f'konformità mal-proċeduri eżistenti filwaqt li jiġu rrispettati b'mod sħiħ il-kompetenzi nazzjonali. Il-Kunsill Ewropew ikkunsidra li għalhekk hemm bżonn aktar ħidma biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn id-diversi konfigurazzjonijiet tal-Kunsill sabiex tiġi żgurata konsistenza ta' dawk il-politiki f'konformità mal-objettivi komuni.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tirrifletti l-iżvilupp tas-Semestru Ewropew u r-rwol tal-Kumitat f'dan il-proċess. B'mod partikolari, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 (4) jistabbilixxi li l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika, il-Kumitat tal-Impjiegi u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali għandhom jiġu kkonsultati fil-qafas tas-Semestru Ewropew, fejn ikun xieraq. Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jiddikjara li r-rieżamijiet profondi għandhom iqisu, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet jew stediniet tal-Kunsill indirizzati lill-Istati Membri. Jistabbilixxi wkoll li pjan ta' azzjoni korrettiv għal kwalunkwe Stat Membru li tkun infetħet għalih proċedura ta' żbilanċ eċċessiv għandu jqis l-impatt ekonomiku u soċjali tal-azzjonijiet ta' politika u għandu jkun konsistenti mal-linji gwida ġenerali tal-politika ekonomika u l-linji gwida dwar l-impjiegi.

(10)

Il-Kumitat u l-korpi tal-Unjoni involuti fil-koordinazzjoni ta' politiki ekonomiċi u soċjali, b'mod partikolari l-Kumitat tal-Impjiegi, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika, għandhom jaħdmu flimkien mill-qrib. Fejn adatt u meta jintlaħaq qbil reċiproku bejn il-Kumitati involuti, il-kooperazzjoni tal-Kumitat mal-Kumitat tal-Impjiegi, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika jistgħu jinkludu l-organizzazzjoni ta' laqgħat konġunti, b'mod partikolari fil-kuntest tar-rwoli rispettivi tal-Kumitati fis-Semestru Ewropew.

(11)

Sabiex iwettaq b'mod effettiv il-mandat tiegħu skont it-Trattat u biex ikun hemm il-flessibbiltà meħtieġa sabiex tiġi adattata l-iskeda tal-attivitajiet tal-Kumitat, b'mod partikolari fil-qafas taċ-ċiklu tas-Semestru Ewropew, għandhom jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet ta' governanza relatati mal-funzjonament tal-Kumitat bil-għan li jiġu żgurati l-effiċjenza u l-kontinwità.

(12)

Id-Deċiżjoni 2004/689/KE għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment

Huwa b'dan stabbiliti Kumitat ta' Protezzjoni Soċjali (“il-Kumitat”), bi status konsultattiv, biex jippromovi l-koperazzjoni f'politika ta' protezzjoni soċjali bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni, f'konformità sħiħa mat-Trattat u b'konsiderazzjoni xierqa għas-setgħat tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni.

Artikolu 2

Kompiti

1.   Il-kompiti tal-Kumitat għandhom ikunu:

(a)

li jissorvelja s-sitwazzjoni soċjali u l-iżvilupp tal-politika ta' protezzjoni soċjali fl-Istati Membri u fl-Unjoni;

(b)

li jippromwovi skambji ta' informazzjoni, esperjenzi u prattiki tajbin bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni;

(c)

mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 240 tat-Trattat, li jipprepara rapporti, jifformula opinjonijiet jew jidħol għal xogħol ieħor fl-oqsma tal-kompetenza tiegħu, fuq it-talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kumitat għandu, b'mod partikolari, jagħmel ħiltu biex:

(a)

juża l-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, inkluż billi japplika strumenti ta' monitoraġġ li jkun intlaħaq qbil dwarhom b'mod konġunt u jimplimenta arranġamenti ta' evalwazzjoni li jkun intlaħaq qbil reċiproku dwarhom fl-implimentazzjoni tal-objettivi komuni miftiehma mill-Kunsill;

(b)

jikkontribwixxi għall-aspetti kollha tas-Semestru Ewropew fil-qasam tal-kompetenza tiegħu u jirrapporta dwarhom lill-Kunsill.

(c)

jaħdem, skont kif ikun meħtieġ, f'kooperazzjoni ma' korpi u kumitati rilevanti oħra li jittrattaw kwistjonijiet ta' politika soċjali u ekonomika, bħall-Kumitat tal-Impjiegi, il-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju, il-Kumitat tal-Politika Ekonomika u l-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika f'Livell Għoli.

3.   Kull sena, il-Kumitat għandu jadotta programm ta' ħidma, filwaqt li jqis il-prijoritajiet ta' politika tal-Kunsill u l-Kummissjoni. Il-programm ta' ħidma għandu jintbagħat lill-Kunsill.

4.   Fit-twettiq tal-mandat tiegħu, il-Kumitat għandu jikkoopera mal-imsieħba soċjali. F'dan il-kuntest, huwa għandu jistabbilixxi kuntatti mal-imsieħba soċjali rrappreżentati fis-Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE (6). Il-Kumitat għandu jistabbilixxi kuntatti xierqa mal-organizzazzjonijiet soċjali mhux governattivi, filwaqt li jittieħed kont tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom fl-isfera tal-protezzjoni soċjali. Il-Parlament Ewropew ikun infurmat ukoll dwar l-attivitajiet tal-Kumitat.

5.   Il-Kumitat jista' juża esperti esterni meta l-aġenda tiegħu tkun teħtieġ dan.

6.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi kuntatti ma' rappreżentanti tal-pajjiżi kandidati.

Artikolu 3

Sħubija

1.   Kull Stat Membru u l-Kummissjoni għandhom jaħtru żewġ membri tal-Kumitat. Jistgħu wkoll jaħtru żewġ membri supplenti.

2.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jiksbu bilanċ bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tal-Kumitat.

Artikolu 4

Operat

1.   Il-Kumitat għandu jeleġġi l-President tiegħu minn fost il-membri maħtura mill-Istati Membri għal mandat ta' sentejn. Il-President jista' jerġa' jiġi elett darba għal mandat ulterjuri ta' sentejn. Il-Kumitat jista', biex jiżgura l-effiċjenza u l-kontinwità tal-ħidma tiegħu, jiddeċiedi li jestendi l-mandat ta' President b'mhux aktar minn tmien xhur f'każijiet debitament iġġustifikati. Il-President jista' jibqa' fil-kariga sa total ta' erba' snin u tmien xhur.

2.   Il-President għandu jkun megħjun minn erba' Viċi Presidenti li tnejn minnhom għandhom jiġu eletti mill-Kumitat minn fost il-membri tiegħu għal mandat ta' sentejn, li jista' jiġġedded darba. It-tielet Viċi President għandu jkun rappreżentant mill-Istat Membru li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill. Ir-raba' Viċi President jkun rappreżentant mill-Istat Membru li ser ikollu l-Presidenza li jmiss.

3.   Il-President għandu jiddelega d-dritt tal-vot tiegħu lill-membru supplenti tiegħu.

4.   Il-laqgħat tal-Kumitat għandhom jissejħu mill-President, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq talba ta' mill-inqas nofs il-membri tal-Kumitat.

5.   Il-Kumitat għandu jistabbilixxi r-regoli tal-proċedura tiegħu stess.

6.   L-ispejjeż għandhom jiġu rimborsati f'konformità r-regoli amministrattivi fis-seħħ.

7.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ analitiku u organizzattiv adegwat lill-Kumitat. Il-Kummissjoni għandha taħtar membru mill-persunal tagħha bħala s-Segretarju. Is-Segretarju u l-persunal li jgħinuh għandhom jaġixxu fuq struzzjonijiet tal-Kumitat meta jgħinu lill-Kumitat fit-twettiq tal-kompiti tiegħu. Is-Segretarju għandu jikkoopera mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tal-organizzazzjoni ta' laqgħat.

Artikolu 5

Gruppi ta' ħidma

1.   Il-Kumitat jista' jafda l-istudju ta' kwistjonijiet speċifiċi lill-membri supplenti tiegħu jew jista' jistabbilixxi gruppi ta' ħidma għal dan il-għan. Il-pożizzjoni ta' President ta' tali grupp ta' ħidma għandha timtela minn Viċi President tal-Kumitat, membru jew membru supplenti tal-Kumitat, uffiċjal tal-Kummissjoni, jew minn membru tal-grupp ta' ħidma stess maħtur mill-Kumitat.

2.   Il-Kummissjoni għandha tipprovdi l-appoġġ analitiku u organizzattiv adegwat lill-gruppi ta' ħidma.

3.   Il-gruppi ta' ħidma jistgħu jitolbu għajnuna minn esperti.

4.   Il-Kumitat jista' jistabbilixxi bl-istess mod gruppi ta' ħidma konġunti ma' kumitati jew korpi oħra, li t-twaqqif u r-regoli ta' tmexxija tagħhom jiġu ddeterminati b'mod konġunt.

Artikolu 6

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Il-mandat ta' kull membru elett f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2004/689/KE għandu jkompli sat-tmiem ta' dak il-mandat kif determinat f'konformità mal-Artikolu 4 ta' din id-Deċiżjoni. Id-data tal-bidu ta' mandat bħal dan għandha titqies bħala d-data tal-elezzjoni tal-membru li tkun saret f'konformità mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2004/689/KE.

Artikolu 7

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2004/689/KE għandha titħassar mid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. Dik il-laqgħa tal-Kumitat għandha ssir mhux aktar tard minn erba' xhur wara d-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Mejju 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. DŪKLAVS


(1)  ĠU C 8, 12.1.2000, p. 7.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/436/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li tistabbilixxi Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali (ĠU L 172, 12.7.2000, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/689/KE tal-4 ta' Ottubru 2004 li tistabbilixxi Kumitat ta' Protezzjoni Soċjali u li tħassar id-Deċiżjoni 2000/436/KE (ĠU L 314, 13.10.2004, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta' Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/174/KE tas-6 ta' Marzu 2003 li tistabbilixxi Summit Tripartit Soċjali għall-Iżvilupp u x-Xogħol (ĠU L 70, 14.3.2003, p. 31).


14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/20


DEĊIŻJONI (UE) 2015/774 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-4 ta' Marzu 2015

dwar programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (BĊE/2015/10)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew u, b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), flimkien mal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”) jistgħu joperaw fis-swieq finanzjarji billi, fost affarijiet oħra, jixtru u jbiegħu strumenti negozjabbli b'mod definittiv, sabiex jilħqu l-għanijiet tas-SEBĊ.

(2)

Fl-4 ta' Settembru 2014, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jibda t-tielet programm ta' xiri ta' bonds koperti (iktar 'il quddiem is-“CBPP3”) u programm ta' xiri ta' titoli koperti b'assi (ABSPP). Flimkien mal-operazzjonijiet immirati ta' rifinanzjament fit-tul introdotti f'Settembru 2014, dawn il-programmi ta' xiri ta' assi huma mmirati biex itejbu iktar it-trażmissjoni tal-politika monetarja, jiffaċilita l-għoti ta' kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro, jittaffew il-kundizzjonijiet tas-self tal-unitajiet domestiċi u ditti u l-kontribuzzjoni sabiex ir-rati ta' inflazzjoni jiġu lura għal livelli eqreb lejn it-2 %, li jkun konsistenti mal-għan primarju tal-BĊE li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet.

(3)

Fit-22 ta' Jannar 2015, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li x-xiri ta' assi għandu jiġi estiż biex jinkludi programm ta' xiri ta' assi ta' swieq sekondarji mis-settur pubbliku (iktar 'il quddiem il-“PSPP”). Skont il-PSPP, il-BĊNi, fi proporzjonijiet li jirriflettu l-ishma rispettivi tagħhom fl-iskema kapitali tal-BĊE, u l-BĊE jistgħu jixtru direttament titoli ta' dejn negozjabbli minn kontropartijiet eliġibbli fis-swieq sekondarji. Din id-deċiżjoni ttieħdet bħala parti mill-politika monetarja unika fid-dawl ta' numru ta' fatturi li materjalment żiedu r-riskju ta' tnaqqis fil-valur fil-prospetti matul perijodu ta' żmien medju fir-rigward ta' żviluppi fil-prezzijiet, biex b'hekk jitpoġġa f'perikolu li jintlaħaq l-għan primarju tal-BĊE li tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet. Dawn il-fatturi jinkludu anqas stimolu monetarju milli mistenni minn miżuri ta' politika monetarja adottata, xejra 'l isfel fil-maġġoranza tal-indikaturi tal-inflazzjoni taż-żona tal-euro attwali u mistennija — kemm miżuri komplessivi (headline) kif ukoll miżuri li jeskludu l-impatt ta' komponenti volatili, bħall-enerġija u l-ikel — lejn livelli baxxi storiċi, u l-potenzjal miżjud ta' effetti tat-tieni ċiklu fuq l-iffissar ta' pagi u prezzijiet ġejjin minn tnaqqis sinjifikanti tal-prezzijiet taż-żejt.

(4)

Il-PSPP hija miżura proporzjonata għal mitigazzjoni tar-riskji għall-prospetti dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet, billi tkompli ttaffi iżjed il-kundizzjonijiet monetarji u finanzjarji, inklużi dawk rilevanti għall-kundizzjonijiet ta' self tal-korporazzjonijiet mhux finanzjarji u l-unitajiet domestiċi, biex b'hekk jiġu appoġġati l-konsum aggregat u l-infiq fl-investiment fiż-żona tal-euro biex fl-aħħar mill-aħħar jingħata kontribut għar-ritorn lejn rati ta' inflazzjoni inqas minn imma qrib it-2 % matul perijodu ta' żmien medju. F'ambjent fejn ir-rati ta' imgħax ewlenin tal-BĊE qegħdin fl-iktar livelli baxxi, u programmi ta' xiri li jiffukaw fuq assi tas-settur privat qed jitqiesu li pprovdew spazju konsiderevoli, imma insuffiċjenti, biex jiġu indirizzati r-riskji ta' tnaqqis fil-valur kurrenti għall-istabbiltà tal-prezzijiet, hemm bżonn li jiżdied il-PSPP mal-miżuri tal-politika monetarja tal-Eurosistema, bħala strument li huwa kkaratterizzat minn potenzjal għoli ta' trażmissjoni lill-ekonomija reali. Bis-saħħa tal-effett tiegħu ta' riekwilibriju tal-portafoll, il-volum imdaqqas ta' xiri tal-PSPP se jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-għan tal-politika monetarja sottostanti li jwassal lill-intermedjarji finanzjarji biex iżidu l-provvista tagħhom ta' likwidità lis-suq interbankarju u kreditu lill-ekonomija taż-żona tal-euro.

(5)

Il-PSPP fih numru ta' salvagwardji biex jiġi żgurat li x-xiri previst ikun proporzjonat mal-għanijiet tiegħu, u li r-riskji finanzjarji relatati jkunu ġew ikkunsidrati debitament fid-disinn tiegħu u jkunu ġew ikkontenuti permezz tal-ġestjoni tar-riskju. Biex ikun hemm operazzjoni bla xkiel tas-swieq f'titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli, u biex ma jkunx hemm xkiel fir-ristrutturazzjonijiet ordnati ta' dejn, se japplikaw limiti għal xiri ta' dawk it-titoli mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

(6)

Il-PSPP jikkonforma bi sħiħ mal-obbligi tal-banek ċentrali tal-Eurosistema skont it-Trattati, inkluża l-projbizzjoni ta' finanzjament monetarju, u ma jfixkilx l-operat tal-Eurosistema skont il-prinċipju ta' ekonomija tas-suq miftuħ b'kompetizzjoni libera.

(7)

F'termini tad-daqs tal-PSPP, tal-ABSPP u tas-CBPP3, il-likwidità li tiġi pprovduta lis-suq mix-xiri ta' kull xahar ikkombinat se tammonta għal EUR 60 biljun. Ix-xiri huwa intiż li jsir sal-aħħar ta' Settembru 2016 u, fi kwalunkwe każ, se jsir sakemm il-Kunsill Governattiv jara aġġustament sostnut fit-triq tal-inflazzjoni li jkun konsistenti mal-għan tiegħu li jilħaq rati ta' inflazzjoni inqas minn, imma qrib it-2 % matul perijodu ta' żmien medju.

(8)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-PSPP, l-Eurosistema b'dan qiegħda tiċċara li hija taċċetta l-istess trattament (pari passu) bħal investituri privati fir-rigward tat-titoli ta' dejn negozjabbli li l-Eurosistema tista' tixtri taħt il-PSPP, skont it-termini ta' dawn l-istrumenti.

(9)

Ix-xiri ta' strumenti ta' dejn negozjabbli eliġibbli mill-Eurosistema taħt il-PSPP għandu jiġi implimentat b'mod deċentralizzat, wara li jiġu kkunsidrati debitament il-formazzjoni tal-prezz tas-suq u l-kunsiderazzjonijiet tal-funzjonament tas-suq, u għandu jiġi kkoordinat mill-BĊE, biex b'hekk tiġi ssalvagwardata l-uniċità tal-politika monetarja tal-Eurosistema,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment u kamp ta' applikazzjoni tal-PSPP

L-Eurosistema bil-preżenti qiegħda tistabblixxi l-PSPP li bis-saħħa tiegħu l-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jixtru titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli, kif iddefinit fl-Artikolu 3, fi swieq sekondarji, minn kontropartijiet eliġibbli, kif iddefinit fl-Artikolu 7, taħt kundizzjonijiet speċifiċi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet segwenti:

(1)

“bank ċentrali tal-Eurosistema” tfisser il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”);

(2)

“aġenzija rikonoxxuta” tfisser entità li l-Eurosistema kklassifikat bħala tali għall-finijiet tal-PSPP;

(3)

“organizzazzjoni internazzjonali” tfisser entità fit-tifsira tal-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u li l-Eurosistema kklassifikat bħala tali għall-finijiet tal-PSPP;

(4)

“bank ta' żvilupp multilaterali” tfisser entità fit-tifsira tal-Artikolu 117(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u li l-Eurosistema kklassifikat bħala tali għall-finijiet tal-PSPP;

(5)

“eżitu pożittiv ta' reviżjoni” jfisser dik li tiġi l-aktar tard miż-żewġ deċiżjonijiet: id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-Mekkaniżmu Ewropew tal-Istabbiltà u, fil-każ li l-Fond Monetarju Internazzjonali jikkofinanzja l-programm ta' assistenza finanzjarja, il-Bord Eżekuttiv tal-Fond Monetarju Internazzjonali biex jiġi approvat il-ħlas li jmiss taħt dak il-programm, waqt li jkun mifhum li ż-żewġ deċiżjonijiet ikunu meħtieġa biex jitkompla x-xiri taħt il-PSPP.

Lista tal-entitajiet msemmijin fil-punti (2) sa (4) huma ppubblikati fuq il-websajt tal-BĊE.

Artikolu 3

Kriterji ta' eliġibbiltà għal titoli ta' dejn negozjabbli

1.   Bla ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu, titoli ta' dejn negozjabbli ddenominati f'euro maħruġin minn gvernijiet ċentrali ta' Stat Membru li l-valuta tagħhom hija l-euro, aġenziji rikonoxxuti li jinsabu fiż-żona tal-euro, organizzazzjonijiet internazzjonali li jinsabu fiż-żona tal-euro u banek multilaterali tal-iżvilupp li jinsabu fiż-żona tal-euro għandhom ikunu eliġibbli għal xiri mill-banek ċentrali tal-Eurosistema taħt il-PSPP. F'ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn l-ammont ta' xiri previst ma jistax jintlaħaq, il-Kunsill Governattiv jista' jiddeċiedi li jixtri titoli ta' dejn negozjabbli maħruġin minn entitajiet oħrajn li jinsabu fiż-żona tal-euro, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 4.

2.   Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP, it-titoli ta' dejn negozjabbli għandhom jikkonformaw mal-kriterji ta' eliġibbiltà għal assi negozjabbli għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema skont l-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14 (2), bla ħsara għar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

l-emittent jew il-garanti tat-titoli ta' dejn negozjabbli għandu jkollu valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tal-inqas tal-Livell 3 ta' Kwalità ta' Kreditu fl-iskala ta' klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema espressa fil-forma ta' mill-inqas klassifikazzjoni waħda ta' kreditu pubbliku mogħtija minn istituzzjoni esterna ta' valutazzjoni ta' kreditu (ECAI) aċċettata fi ħdan il-qafas ta' valutazzjoni ta' kreditu tal-Eurosistema;

(b)

jekk ikun hemm disponibbli klassifikazzjonijiet multipli tal-emittent ECAI jew garanti ECAI, għandha tapplika r-regola tal-ewwel l-aħjar, jiġifieri għandha tapplika l-klassifikazzjoni tal-aħjar garanti jew emittent ECAI disponibbli. Jekk l-issodisfar tar-rekwiżiti tal-kwalità ta' kreditu jiġu stabbiliti abbażi ta' klassifikazzjoni tal-garanti ECAI, il-garanzija għandha tissodisfa l-karatteristiċi ta' garanzija aċċettabbli kif stipulat fl-Artikolu 6.3.2(c)(i) sa (iv) tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14;

(c)

jekk il-valutazzjoni ta' kreditu pprovduta minn ECAI aċċettat għall-emittent jew il-garanti ma tikkonformax ma' tal-inqas il-Livell 3 ta' Kwalità ta' Kreditu fl-iskala tal-klassifikazzjoni armonizzata tal-Eurosistema, it-titoli ta' dejn negozjabbli għandhom ikunu eliġibbli biss jekk jinħarġu jew ikunu ggarantiti għal kollox mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro skont programm ta' assistenza finanzjarja u li fir-rigward tiegħu l-applikazzjoni tal-limitu tal-kwalità ta' kreditu tal-Eurosistema jiġi sospiż mill-Kunsill Governattiv bis-saħħa tal-Artikolu 8 tal-Linja Gwida BĊE/2014/31 (3);

(d)

Fil-każ ta' reviżjoni ta' programm ta' assistenza finanzjarja li jkun għaddej, l-eliġibbiltà għal xiri PSPP għandha tiġi sospiża u għandha tkompli biss fil-każ li jkun hemm eżitu pożittiv tar-reviżjoni.

3.   Sabiex ikunu eliġibbli għal xiri taħt il-PSPP, it-titoli ta' dejn, fit-tifsira tal-paragrafi 1 sa 2, għandu jkollhom maturità rimanenti minima ta' sentejn u maturità rimanenti massima ta' 30 sena meta jinxtraw mill-bank ċentrali tal-Eurosistema rilevanti. Sabiex tiġi ffaċilitata implimentazzjoni bla xkiel, strumenti ta' dejn negozjabbli b'maturità rimanenti ta' 30 sena u 364 jum għandhom ikunu eliġibbli taħt il-PSPP. Il-Banek Ċentrali Nazzjonali għandhom iwettqu wkoll xirjiet sostituti ta' titoli ta' dejn negozjabbli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp jekk l-ammonti previsti li għandhom jinxtraw f'titoli ta' dejn negozjabbli maħruġin minn gvernijiet ċentrali u aġenziji rikonoxxuti ma jkunux jistgħu jintlaħqu.

4.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema jistgħu, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, jipproponu lill-Kunsill Governattiv korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji li jinsabu fil-ġurisdizzjoni tagħhom bħala emittenti ta' strumenti ta' dejn negozjabbli biex jinxtraw bħala sostituti fil-każ li l-ammont previst li għandu jinxtara fi strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin mill-gvernijiet ċentrali jew aġenziji rikonoxxuti li jinsabu fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma jkunx jista' jintlaħaq. Il-korporazzjonijiet pubbliċi mhux finanzjarji proposti għandhom jissodisfaw tal-inqas iż-żewġ kriterji li ġejjin:

Ikunu “korporazzjoni mhux finanzjarja” kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4);

Ikunu entità tas-“settur pubbliku”, li jfisser entità fit-tifsira tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 (5).

Wara l-approvazzjoni tal-Kunsill Governattiv, strumenti ta' dejn negozjabbli ddenominati f'euro maħruġin minn dawn il-korporazzjonijiet mhux finanzjarji pubbliċi li jinsabu fiż-żona tal-euro li jikkonformaw ma' (i) il-kriterji ta' eliġibbiltà għal assi negozjabbli bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema, skont l-Artikolu 6.2.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14; u (ii) ir-rekwiżiti fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikunu eliġibbli bħala sostituti taħt il-PSPP.

5.   Bħala prinċipju, huwa permess xiri ta' strumenti ta' dejn negozjabbli nominali b'rendiment negattiv sal-maturità (jew rendiment għall-agħar) 'il fuq mir-rata tal-faċilità ta' depożitu.

Artikolu 4

Limitazzjonijiet fuq l-eżekuzzjoni ta' xiri

1.   Biex tiġi permessal-formazzjoni ta' prezz tas-suq għal titoli eliġibbli, ma għandux jiġi permess xiri f'titolu maħruġ ġdid jew maħruġ fuq medda ta' żmien bi prezz fiss (tap issue) kif ukoll l-istrumenti tad-dejn negozjabbli b'maturità li jifdal li huma qrib fiż-żmien, qabel jew wara, il-maturità tal-istrumenti ta' dejn negozjabbli li għandhom jinħarġu, matul perijodu li għandu jiġi ddeterminat mill-Kunsill Governattiv (“perijodu ta' black-out”). Għal sindakati, il-perijodu ta' black-out inkwistjoni għandu jiġi rrispettat fuq bażi tal-aħjar sforz qabel il-ħruġ.

2.   Għal titoli ta' dejn maħruġin jew iggarantiti għal kollox mill-gvernijiet ċentrali tal-Istati Membri taż-żona tal-euro skont programm ta' assistenza finanzjarja, il-perijodu ta' xiri taħt il-PSPP wara eżitu pożittiv ta' kull reviżjoni ta' programm għandu, bħala regola, ikun limitat għal xahrejn, sakemm ma jkunx hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw sospensjoni ta' xiri qabel jew kontinwazzjoni ta' xiri wara dan il-perijodu u sakemm tibda r-reviżjoni li tmiss.

Artikolu 5

Limiti tax-xiri

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 3, limitu ta' ħruġ ta' ishma skont in-numru tal-identifikazzjoni ta' titoli internazzjonali għandu japplika taħt il-PSPP għal titoli ta' dejn negozjabbli li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3, wara li jiġu kkonsolidati l-investimenti fil-portafolli tal-banek ċentrali tal-Eurosistema. Il-limitu se jkun stabbilit inizjalment għal 25 %, għall-ewwel sitt xhur ta' xiri u sussegwentement jiġi rrivedut mill-Kunsill Governattiv.

2.   Fil-każ ta' titoli ta' dejn imsemmijin fl-Artikolu 3(2)(c), japplika limitu ta' ħruġ ta' ishma differenti.

3.   Taħt il-PSPP, għandu japplika limitu aggregat ta' 33 % tat-titoli pendenti ta' emittent għat-titoli ta' dejn negozjabbli u eliġibbli kollha fir-rigward tal-maturitajiet iddefiniti fl-Artikolu 3, wara l-konsolidazzjoni tal-investimenti fil-portafolli tal-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Artikolu 6

Allokazzjoni tal-portafolli

1.   Mill-valur totali ta' titoli ta' dejn negozjabbli mixtrija eliġibbli taħt il-PSPP, 12 % għandhom jinxtraw f'titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali eliġibbli u banek multilaterali tal-iżvilupp, u 88 % għandhom jinxtraw f'titoli maħruġin minn gvernijiet ċentrali eliġibbli u aġenziji rikonoxxuti. Din l-allokazzjoni hija suġġetta għal reviżjoni mill-Kunsill Governattiv. Xiri ta' titoli ta' dejn maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp eliġibbli għandu jsir biss mill-BĊNi.

2.   Is-sehem tal-BĊNi tal-valur tas-suq totali ta' xiri ta' titoli ta' dejn negozjabbli eliġibbli taħt il-PSPP għandu jkun ta' 92 %, u t-8 % li jifdal għandhom jinxtraw mill-BĊE. It-tqassim ta' xiri fi ħdan il-ġurisdizzjonijiet għandu jkun skont l-iskema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 29 tal-Istatut tas-SEBĊ.

3.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom japplikaw skema ta' speċjalizzazzjoni għall-allokazzjoni ta' titoli ta' dejn negozjabbli li għandhom jinxtraw taħt il-PSPP. Il-Kunsill Governattiv għandu jippermetti għal devjazzjonijiet ad hoc mill-iskema ta' speċjalizzazzjoni jekk kunsiderazzjonijiet oġġettivi jostakolaw li din l-iskema tintlaħaq jew altrimenti dawk id-devjazzjonijiet isiru rakkomandabbli fl-interess li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika monetarja inġenerali tal-PSPP. B'mod partikolari, kull BĊN għandu jixtri titoli eliġibbli tal-emittenti tal-ġurisdizzjoni tiegħu stess. Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet internazzjonali u banek multilaterali tal-iżvilupp eliġibbli jistgħu jinxtraw mill-BĊNi kollha. Il-BĊE għandu jixtri titoli maħruġin minn gvernijiet ċentrali u aġenziji rikonoxxuti tal-ġurisdizzjonijiet kollha.

Artikolu 7

Kontropartijiet eliġibbli

Dawn li ġejjin għandhom ikunu kontropartijiet eliġibbli għall-PSPP:

(a)

entitajiet li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà biex jipparteċipaw fl-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema bis-saħħa tal-Artikolu 2.1 tal-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14; u

(b)

kwalunkwe kontropartijiet oħra li jintużaw mill-banek ċentrali tal-Eurosistema għall-investiment tal-portafolli ta' investiment tagħhom iddenominati f'euro.

Artikolu 8

Trasparenza

1.   L-Eurosistema għandha tippubblika fuq bażi ta' kull ġimgħa l-valur kontabbli aggregat tat-titoli miżmumin taħt il-PSPP fil-kummentarju dwar ir-rapport finanzjarju konsolidat tagħha ta' kull ġimgħa.

2.   L-Eurosistema għandha tippubblika fuq bażi ta' kull xahar il-maturità reżidwa medja ppeżata skont ir-residenza ta' emittent, billi jiġu sseparati l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-banek multilaterali tal-iżvilupp minn emittenti oħrajn, tal-investimenti PSPP tagħha.

3.   Il-valur kontabbli ta' titoli miżmumin taħt il-PSPP għandu jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-BĊE fit-taqsima dwar l-operazzjonijiet tas-suq miftuħ fuq bażi ta' kull ġimgħa.

Artikolu 9

Self ta' titoli

L-Eurosistema għandha tagħmel disponibbli għas-self titoli mixtrijin taħt il-PSPP, inklużi repos, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-PSPP.

Artikolu 10

Dispożizzjoni finali

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fuq il-websajt tal-BĊE. Għandha tapplika mid-9 ta' Marzu 2015.

Magħmul f'Nikosia, l-4 ta' Marzu 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(2)  Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

(3)  Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).

(4)  Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Volum 001 p. 27)

(5)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3603/93 tat-13 ta' Diċembru 1993 li jistabbilixxi d-definizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikoli 104 u 104b (1) tat-Trattat (ĠU L 332, 31.12.1993, p. 1).


Rettifika

14.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/25


Rettifika tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 117 tat-8 ta' Mejju 2015 )

F'paġna 10:

minflok:

“Съставено в Кейп Таун на дванадесети март и в Рига на двадесет и седми март две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Ciudad del Cabo el doce de marzo y en Riga el veintisiete de marzo de dos mil quince.

V Kapském Městě dne dvanáctého března a v Rize dne dvacátého sedmého března dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Cape Town den tolvte marts og i Riga den syvogtyvende marts to tusind og femten.

Geschehen zu Kapstadt am zwölften März und zu Riga am siebenundzwanzigsten März zweitausendfünfzehn.

Sõlmitud kahe tuhande viieteistkümnenda aasta märtsikuu kaheteistkümnendal päeval Kaplinnas ja kahekümne seitsmendal päeval Riias.

Έγινε στο Κέιπ Τάουν τη δωδέκατη ημέρα του Μαρτίου και στη Ρίγα την εικοστή έβδομη ημέρα του Μαρτίου του έτους δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Cape Town on the twelfth day of March and at Riga on the twenty-seventh day of March in the year two thousand and fifteen.

Fait au Cap, le douze mars, et à Riga, le vingt-sept mars deux mille quinze.

Sastavljeno u Cape Townu dana dvanaestog ožujka te u Rigi dana dvadeset sedmog ožujka godine dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Città del Capo il dodici marzo e a Riga il ventisette marzo dell'anno duemilaquindici.

Keiptaunā, divi tūkstoši piecpadsmitā gada divpadsmitajā martā, un Rīgā, divi tūkstoši piecpadsmitā gada divdesmit septītajā martā.

Priimta Keiptaune du tūkstančiai penkioliktųjų metų kovo dvyliktą dieną ir Rygoje kovo dvidešimt septintą dieną.

Kelt Fokvárosban, a kétezer-tizenötödik év március havának tizenkettedik napján, illetve Rigában, március havának huszonhetedik napján.

Magħmul f'Cape Town fit-tnax-il jum ta' Marzu u f'Riga fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Marzu tas-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Kaapstad, de twaalfde maart, en te Riga, de zevenentwintigste maart tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Cape Town dnia dwunastego marca oraz w Rydze dnia dwudziestego siódmego marca dwa tysiące piętnastego roku.

Feito na Cidade do Cabo aos doze dias do mês de março e em Riga aos vinte e sete dias do mês de março de dois mil e quinze.

Întocmit la Cape Town, la doisprezece martie și la Riga, la douăzeci și șapte martie, în anul două mii cincisprezece.

V Kapskom Meste dvanásteho marca a v Rige dvadsiateho siedmeho marca roku dvetisíc pätnásť.

V Cape Townu, dvanajstega marca, in v Rigi, sedemindvajsetega marca dva tisoč petnajst.

Tehty Kapkaupungissa kahdentenatoista päivänä maaliskuuta ja Riiassa kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Kapstaden den tolfte mars och i Riga den tjugosjunde mars år tjugohundrafemton.”

aqra:

“Съставено в Кейп Таун на дванадесети март и в Рига на двадесет и седми март две хиляди и петнадесета година.

Hecho en Ciudad del Cabo el doce de marzo y en Riga el veintisiete de marzo de dos mil quince.

V Kapském Městě dne dvanáctého března a v Rize dne dvacátého sedmého března dva tisíce patnáct.

Udfærdiget i Cape Town den tolvte marts og i Riga den syvogtyvende marts to tusind og femten.

Geschehen zu Kapstadt am zwölften März und zu Riga am siebenundzwanzigsten März zweitausendfünfzehn.

Sõlmitud kahe tuhande viieteistkümnenda aasta märtsikuu kaheteistkümnendal päeval Kaplinnas ja kahekümne seitsmendal päeval Riias.

Έγινε στο Κέιπ Τάουν τη δωδέκατη ημέρα του Μαρτίου και στη Ρίγα την εικοστή έβδομη ημέρα του Μαρτίου του έτους δύο χιλιάδες δεκαπέντε.

Done at Cape Town on the twelfth day of March and at Riga on the twenty-seventh day of March in the year two thousand and fifteen.

Fait au Cap, le douze mars, et à Riga, le vingt-sept mars deux mille quinze.

Sastavljeno u Cape Townu dana dvanaestog ožujka te u Rigi dana dvadeset sedmog ožujka godine dvije tisuće petnaeste.

Fatto a Città del Capo il dodici marzo e a Riga il ventisette marzo dell'anno duemilaquindici.

Keiptaunā, divi tūkstoši piecpadsmitā gada divpadsmitajā martā, un Rīgā, divi tūkstoši piecpadsmitā gada divdesmit septītajā martā.

Priimta Keiptaune du tūkstančiai penkioliktųjų metų kovo dvyliktą dieną ir Rygoje kovo dvidešimt septintą dieną.

Kelt Fokvárosban, a kétezer-tizenötödik év március havának tizenkettedik napján, illetve Rigában, március havának huszonhetedik napján.

Magħmul f'Cape Town fit-tnax-il jum ta' Marzu u f'Riga fis-sebgħa u għoxrin jum ta' Marzu tas-sena elfejn u ħmistax.

Gedaan te Kaapstad, de twaalfde maart, en te Riga, de zevenentwintigste maart tweeduizend vijftien.

Sporządzono w Cape Town dnia dwunastego marca oraz w Rydze dnia dwudziestego siódmego marca dwa tysiące piętnastego roku.

Feito na Cidade do Cabo aos doze dias do mês de março e em Riga aos vinte e sete dias do mês de março de dois mil e quinze.

Întocmit la Cape Town, la doisprezece martie și la Riga, la douăzeci și șapte martie, în anul două mii cincisprezece.

V Kapskom Meste dvanásteho marca a v Rige dvadsiateho siedmeho marca roku dvetisíc pätnásť.

V Cape Townu, dvanajstega marca, in v Rigi, sedemindvajsetega marca dva tisoč petnajst.

Tehty Kapkaupungissa kahdentenatoista päivänä maaliskuuta ja Riiassa kahdentenakymmenentenäseitsemäntenä päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.

Som skedde i Kapstaden den tolfte mars och i Riga den tjugosjunde mars år tjugohundrafemton.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

På medlemsstaternas vägnar

Image

За Европейската общнoст

Por la Comunidad Europea

Za Evropské společenství

For Det Europæiske Fællesskab

Für die Europäische Gemeinschaft

Euroopa Ühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα

For the European Community

Pour la Communauté européenne

Za Europsku uniju

Per la Comunità europea

Eiropas Kopienas vārdā

Europos bendrijos vardu

az Európai Közösség részéről

Għall-Komunità Ewropea

Voor de Europese Gemeenschap

W imieniu Wspólnoty Europejskiej

Pela Comunidade Europeia

Pentru Comunitatea Europeană

Za Európske spoločenstvo

za Evropsko skupnost

Euroopan yhteisön puolesta

På Europeiska gemenskapens vägnar

Image

For the Republic of South Africa

wa Repapoliki ya Afrika Borwa

Ya Rephaboliki ya Afrika Borwa

Wa Rephaboliki ya Aforika Borwa

WeRiphabliki yaseNingizimu Afrika

wa Rephabuliki ya Afurika Tshipembe

Wa Riphabliki ra Afrika-Dzonga

Vir die Republiek van Suid-Afrika

WeRiphabhliki yeSewula Afrika

WeRiphablikhi yoMzantsi Afrika

WeRiphabhulikhi yaseNingizimu Afrika

Image