ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/728 tas-6 ta' Mejju 2015 li jemenda d-definizzjoni ta' materjal riskjuż speċifikat stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered ( 1 ) |
|
|
|
||
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
||
|
|
LINJI GWIDA |
|
|
* |
|
|
Rettifika |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
7.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/728
tas-6 ta' Mejju 2015
li jemenda d-definizzjoni ta' materjal riskjuż speċifikat stabbilita fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (EC) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (transmissible spongiform encephalopathies — TSEs) fl-annimali. Ir-Regolament japplika għall-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li ġejjin mill-annimali u f'ċerti każijiet speċifiċi għall-esportazzjonijiet tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li l-materjal riskjuż speċifiku (specified risk material — SRM) għandu jitneħħa u jintrema skont l-Anness V ta' dak ir-Regolament. Skont dak l-Anness, l-SRM jinkludi l-imsaren mid-duwodenu sar-rektum u l-mindil ta' annimali bovini ta' kull età. |
(3) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — it-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE — Dokument ta' Strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi Trasmissibbli għall-2010–2015 tas-16 ta' Lulju 2010 (2) tiddikjara li kull emenda tal-lista attwali ta' SRM li hemm referenza għaliha fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 (il-“lista ta' SRM”) għandha tkun ibbażata fuq għarfien xjentifiku li qed jevolvi, filwaqt li jibqa' jinżamm il-livell għoli attwali ta' protezzjoni tal-konsumatur fi ħdan l-Unjoni. |
(4) |
Fit-13 ta' Frar 2014, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) ippreżentat Opinjoni Xjentifika dwar ir-riskju tal-BSE fl-imsaren u fil-mindil ta' annimali bovini (3) (l-“Opinjoni tal-EFSA”) li tagħti kwantifikazzjoni tal-ammont ta' infettività fil-partijiet differenti tal-imsaren u l-mindil ta' annimali bovini. Skont l-Opinjoni tal-EFSA, f'annimali bovini infettati bil-BSE, i) sa 36 xahar, aktar minn 90 % tal-infettività tal-BSE hija assoċjata mal-aħħar erba' (4) metri tal-musrana ż-żgħira u l-musrana l-għamja; ii) bejn 36 u 60 xahar, hemm varjabilità interindividwali sostanzjali fil-kontribuzzjoni relattiva tal-istrutturi intestinali u tal-mindil fl-infettività totali; iii) minn 60 xahar, aktar minn 90 % tal-infettività tal-BSE hija assoċjata man-nervituri tal-mindil u l-kumpless ganglijoniku ċeljiku u mesenteriku; iv) id-duwodenu, il-kolon u l-glandoli limfatiċi tal-mindil jikkontribwixxu anqas minn 0,1 % tat-total tal-infettività f'annimal infettat tkun xi tkun l-età tal-qatla. L-Opinjoni tal-EFSA tiddikjara wkoll li t-total ta' infettività assoċjata ma' dawn it-tessuti tvarja skont l-età tal-annimal infettat, bl-ogħla livell f'annimali taħt it-18-il xahar qabel tnaqqis progressiv f'annimali ta' aktar minn 60 xahar. |
(5) |
In-nervituri tal-mindil, il-kumpless ganglijoniku ċeljiku u mesenteriku huma tessuti li huma assoċjati mal-mindil u max-xaħam tal-mindil u għaldaqstant ma hemm l-ebda mezz prattiku biex dawn jiġu separati minn xulxin b'mod effiċjenti. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li r-regoli għat-tneħħija ta' SRM ikunu operattivi u mhux kumplessi bla bżonn, u biex jiġu faċilitati l-kontrolli, fejn xieraq għandhom jiġu evitati differenzi fil-lista applikabbli ta' SRM ibbażata fuq l-età tal-annimal maqtul. Sabiex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, l-aħħar erba' metri tal-musrana ż-żgħira, il-musrana l-għamja u l-mindil (li ma jistax jinfired minn man-nervituri tal-mindil, il-kumpless ganglijoniku ċeljiku u mesenteriku u x-xaħam tal-mindil) għandhom għalhekk jinżammu fil-lista ta' SRM għal annimali ta' kull età. |
(7) |
L-Opinjoni Xjentifika tal-EFSA dwar ir-reviżjoni tal-istima kwantitattiva tar-riskju (quantitative risk assessment — QRA) dwar ir-riskju ta' BSE kkawżat mill-proteini pproċessati tal-annimali (processed animal proteins — PAPs) ippubblikata fl-2011 (4) tiddikjara li 90 % tat-total ta' infettività f'każ kliniku ta' BSE huwa assoċjat ma' tessuti tas-sistema nervuża ċentrali u periferali, b'madwar 10 % assoċjat mal-ileu distali. Ir-residwu ta' infettività fil-partijiet tal-intestini, minbarra l-aħħar erba' metri tal-musrana ż-żgħira u l-musrana l-għamja jista' jitqies bħala negliġibbli. L-eliminazzjoni kompleta tar-riskju mhijiex għan realistiku għal kull deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskju. |
(8) |
L-esklużjoni tad-duwodenu, il-kolon u l-musrana ż-żgħira ħlief għall-aħħar erba' metri, mill-lista ta' SRM, twassal biex il-lista ta' SRM tal-UE tkun eqreb lejn l-istandards internazzjonali. Fil-fatt, fir-rigward tal-imsaren u l-mindil ta' annimali bovini, l-Artikolu 11.4.14 tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE jirrakkomanda li l-ileu distali (l-aħħar parti tal-musrana ż-żgħira) ta' annimali bovini ta' kull età li joriġinaw minn pajjizi b'riskju kkontrollat ta' BSE jew riskju ta' BSE mhux determinat ma għandhomx jiġu kkummerċjalizzati. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda rakkomandazzjoni tal-OIE biex il-bqija tal-partijiet tal-imsaren jew tal-mindil ta' annimali bovini jiġu kkummerċjalizzati. |
(9) |
Abbażi tal-Opinjoni tal-EFSA u tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE, il-lista ta' SRM fir-rigward ta' annimali bovini għandha tiġi emendata sabiex tinkludi l-aħħar erba' metri tal-musrana ż-żgħira, il-musrana l-għamja u l-mindil (li ma jistax jinfired minn man-nervituri tal-mindil, il-kumpless ganglijoniku ċeljiku u mesenteriku u x-xaħam tal-mindil), iżda teskludi l-bqija tal-partijiet tal-imsaren ta' annimali bovini, jiġifieri d-duwodenu, il-kolon u l-musrana ż-żgħira ħlief għall-aħħar erba' metri. |
(10) |
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, il-punt 1(a)(iii) jinbidel b'dan li ġej:
“(iii) |
it-tunsilli, l-aħħar erba' metri tal-musrana ż-żgħira, il-musrana l-għamja u l-mindil ta' annimali ta' kull età” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — It-Tieni Pjan Direzzjonali dwar it-TSE — Karta ta' Strateġija dwar l-Enċefalopatiji Sponġiformi li Tinxtered għall-2010–2015; COM(2010) 384 finali.
(3) EFSA Journal (2014); 12(2):3554.
(4) EFSA Journal 2011; 9(1):1947.
7.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/729
tas-6 ta' Mejju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
MA |
84,3 |
TN |
392,6 |
|
TR |
94,0 |
|
ZZ |
190,3 |
|
0707 00 05 |
AL |
49,4 |
TR |
109,0 |
|
ZZ |
79,2 |
|
0709 93 10 |
MA |
112,6 |
TR |
136,7 |
|
ZZ |
124,7 |
|
0805 10 20 |
EG |
51,0 |
IL |
76,8 |
|
MA |
45,1 |
|
MO |
59,6 |
|
ZZ |
58,1 |
|
0805 50 10 |
BR |
107,1 |
MA |
69,8 |
|
TR |
56,0 |
|
ZZ |
77,6 |
|
0808 10 80 |
AR |
101,6 |
BR |
93,3 |
|
CL |
119,5 |
|
MK |
32,8 |
|
NZ |
138,8 |
|
US |
161,3 |
|
ZA |
117,7 |
|
ZZ |
109,3 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
7.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/5 |
REGOLAMENT (UE) 2015/730 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (BĊE/2015/18)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(1) u 6(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2),
Billi:
(1) |
Sabiex il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jiġi pprovdut bi statistika adegwata dwar attivitajiet finanzjarji tas-subsettur tal-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fl-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem l-“Istati Membri taż-żona tal-euro”), ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/50) (3) introduċa rekwiżiti ta' rappurtar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2012/24) (4) għandu jiġi emendat biex jistabbilixxi rekwiżiti ta' rappurtar statistiku dwar investimenti f'titoli ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż ta' rappurtar, il-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) għandu jkollhom is-setgħa li jgħaqqdu r-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) mar-rekwiżiti ta' rappurtar tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014. |
(2) |
Hemm rabta mill-qrib bejn id-dejta dwar l-investimenti f'titoli ta' korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni miġbura mill-BĊNi għal finijiet statistiċi taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) u d-dejta miġbura mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) għall-finijiet superviżorji skont il-qafas stabbilit mid-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). L-Artikolu 70 tad-Direttiva 2009/138/KE jistabbilixxi li l-NCAs jistgħu jibagħtu informazzjoni intiża għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dik id-Direttiva lill-BĊNi u korpi oħrajn b'funzjoni simili fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet monetarji. Minħabba l-mandat ġenerali tal-BĊE skont l-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-Istatut tas-SEBĊ) biex jikkoopera ma' korpi oħrajn fil-qasam tal-istatistika, u sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv u jiġi evitat xogħol doppju, il-BĊNi jistgħu jiksbu d-dejta li għandha tiġi rrapportata taħt ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24), safejn ikun possibbli, mid-dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, inklużi l-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw dik id-Direttiva, wara li jiġu kkunsidrati t-termini ta' kwalunkwe arranġament ta' kooperazzjoni bejn il-BĊN rilevanti u l-NCA rilevanti. |
(3) |
Is-Sistema Ewropea ta' Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (iktar 'il quddiem l-“ESA 2010”) teħtieġ li l-assi u l-obbligazzjonijiet ta' unitajiet istituzzjonali jiġu rrapportati fil-pajjiż ta' residenza. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż ta' rappurtar, jekk il-BĊNi jiksbu dejta li għandha tiġi rrapportata mill-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (ICs) minn dejta miġbura skont id-Direttiva 2009/138/KE, l-investimenti f'titoli ta' friegħi ta' ICs li l-uffiċċji prinċipali tagħhom huma residenti fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jiġu aggregati ma' dawk tal-uffiċċji prinċipali. Jekk dan ikun il-każ, għandha tinġabar informazzjoni limitata dwar friegħi ta' ICs għall-finijiet tal-monitoraġġ tad-daqs tagħhom u kull devjazzjoni li ssegwi mill-prinċipju ta' residenza fl-ESA 2010. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) għandu jiġi emendat f'dan is-sens, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (UE) Nru1011/2012 huwa emendat kif ġej:
1. |
Fl-Artikolu 1 qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).”" ; |
2. |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif gej:
|
3. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
4. |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
l-Artikolu 7a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 7a Fużjonijiet, diviżjonijet u riorganizzazzjonijiet Fil-każ ta' fużjoni, diviżjoni jew riorganizzazzjoni li tista' taffettwa t-twettiq ta' obbligi statistiċi, l-aġenti ta' rappurtar ikkonċernati għandhom jinformaw lill-BĊN relevanti, ladarba l-intenzjoni biex tiġi implimentata dik l-operazzjoni tkun saret pubblika u fiż-żmien dovut qabel ma sseħħ, bil-proċeduri li huma ppjanati biex jitwettqu r-rekwiżiti ta' rappurtar statistiku stabbiliti f'dan ir-Regolament.” ; |
6. |
l-Artikolu 10a li ġej huwa mdaħħal: “Artikolu 10a L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 (BĊE/2015/18) (**) 1. L-ewwel rapportar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/730 (BĊE/2015/18) għandu jibda b'dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2015, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor f'dan l-Artikolu. 2. L-ewwel rapportar minn ICs skont l-Artikolu 3(1) għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2016. 3. L-ewwel rapportar minn kustodji skont l-Artikolu 3(2a) għandu jibda bid-dejta li tirrigwarda l-perijodu ta' referenza Marzu 2016. 4. L-ewwel rapportar minn ICs skont l-Artikolu 3(2b) għandu jibda bid-dejta annwali li tirrigwarda s-sena ta' referenza 2016. (**) Ir-Regolament (UE) 2015/730 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1011/2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24)(BĊE/2015/18) (ĠU L 116, 7.5.2015, p. 5).”" . |
Artikolu 2
Emendi għall-Annessi I u II tar-Regolament Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24)
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huma emendati skont l-Annessi I u II ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dispożizzjoni finali
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' April 2015.
Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1374/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta' Novembru 2014 dwar rekwiżiti ta' rapportar statistiku għal korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (BĊE/2014/50) (ĠU L 366, 20.12.2014, p. 36).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1011/2012 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2012 dwar statistika fuq investimenti f'titoli (BĊE/2012/24) (ĠU L 305, 1.11.2012, p. 6).
(5) Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea ta' kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).
ANNESS I
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
2. |
Il-Parti 2 tinbidel b'dan li ġej: “PARTI 2 Dejta fuq investimenti f'titoli proprji b'kodiċi ISIN minn IFMi, IFs, FVCs, ICs u kustodji Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt tiġi rrapportata mill-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, l-FVCs jew ICs u mill-kustodji b'referenza għall-investimenti proprji f'titoli. Dawn jiġu rrapportati skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:
Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, l-IFs, il-FVCs, l-ICs u lill-kustodji jirrapportaw dejta għall-oqsma 1 u 3 minflok dejta skont il-punt (a). F'dan il-każ, minflok dejta skont il-punt (b), tiġi rrapportata wkoll dejta għall-oqsma 5 u, meta mitlub mill-BĊN rilevanti, 7. Il-BĊN rilevanti jista' jagħżel li jitlob li l-investituri finanzjarji li jappartjenu lill-IFMi, lill-IFs, lill-FVCs, lill-ICs u lill-kustodji jirrapportaw dejta għall-oqsma 2b, 3 u 4.
|
3. |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
4. |
Il-Parti 6 hija emendata kif ġej:
|
5. |
Il-Parti 7 hija emendata kif ġej:
|
6. |
tiżdied il-Parti 8 li ġejja: “PARTI 8 Rapportar annwali ta' investimenti proprji ta' titoli b'kodiċi ISIN minn ICs Għal kull titolu li jkun ġie assenjat kodiċi ISIN ikklassifikat skont il-kategorija ta' titolu ‘titoli ta' dejn’ (F.3), ‘ishma kkwotati’ (F.511) jew ‘ishma jew unitajiet ta' fond ta' investiment’ (F.52), dejta għall-oqsma fit-tabella ta' hawn taħt jiġu rrapportati minn ICs b'referenza għall-investimenti proprji ta' titoli, fuq bażi annwali. Dawn jiġu rrapportati skont ir-regoli li ġejjin u f'konformità mad-definizzjonijiet fl-Anness II:
|
(1) Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.
(2) Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”
(3) Għal dejta aggregata: numru ta' unitajiet jew valur nominali aggregat li jkollhom l-istess valur ta' prezz (ara l-qasam 4).
(4) Meta disponibbli, is-subsetturi ‘gvern ċentrali’ (S.1311), ‘gvern statali’ (S.1312), ‘gvern lokali’ (S.1313) u ‘fondi tas-sigurtà soċjali’ (S.1314) huma rrapportati u identifikati separatament.
(5) Fejn disponibbli, is-subsetturi unitajiet domestiċi (S.14) u istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu l-unitajiet domestiċi (S.15) huma rrapportati u identifikati separatament.
(6) Fejn disponibbli, is-subsetturi korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) u fondi tal-pensjoni (S.129) huma rrapportati u identifikati separatament.
(7) Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”
(8) Fejn disponibbli, is-subsetturi korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni (S.128) u fondi tal-pensjoni (S.129) huma rrapportati u identifikati separatament.
(9) Il-BĊN rilevanti jista' jitlob li aġenti ta' rapportar attwali jidentifikaw separatament is-subsetturi ‘unitajiet domestiċi’ (S.14) u ‘istituzzjonijiet mhux għall-profitt li jservu lil unitajiet domestiċi’ (S.15).”
ANNESS II
L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru1011/2012 (BĊE/2012/24) huwa emendat kif ġej:
1. |
it-tabella fil-Parti 1 hija ssostitwita b'dan li ġej:
|
2. |
it-tabella fil-Parti 2 hija ssostitwita b'dan li ġej:
|
3. |
Il-Parti 3 hija emendata kif ġej:
|
DEĊIŻJONIJIET
7.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/20 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/731
tas-6 ta' Mejju 2015
li tiddetermina d-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fis-sbatax u t-tmintax-il reġjun
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (Visa Information System, VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament dwar il-VIS) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/493/UE (2), is-sbatax-il reġjun fejn għandhom jibdew l-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għall-applikazzjonijiet kollha jikkonsisti fl-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarussja, il-Georgia, ir-Repubblika tal-Moldova, u l-Ukrajna, u t-tmintax-il reġjun fejn għandhom jibdew l-ġbir u t-trażmissjoni tad-dejta lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha jikkonsisti fir-Russja. |
(2) |
L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni li huma għamlu l-arranġamenti tekniċi u ġuridiċi meħtieġa biex jiġbru u jittrażmettu d-dejta msemmija fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 lill-VIS għall-applikazzjonijiet kollha f'dawn ir-reġjuni, inklużi l-arranġamenti għall-ġbir u/jew għat-trażmissjoni tad-dejta f'isem Stat Membru ieħor. |
(3) |
Billi l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 48(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tkun ġiet issodisfata, ikun għalhekk meħtieġ li tiġi determinata d-data minn meta għandha tibda topera l-VIS fis-sbatax u t-tmintax-il reġjun. |
(4) |
Billi r-Regolament (KE) Nru 767/2008 jibni fuq l-acquis ta' Schengen, id-Danimarka, skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, iddeċidiet li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 767/2008 fil-liġi nazzjonali tagħha. Id-Danimarka, hija għaldaqstant marbuta bil-liġi internazzjonali li timplimenta din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (3). Għaldaqstant, ir-Renju Unit mhux marbut b'din id-Deċiżjoni u lanqas ma huwa soġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih l-Irlanda mhijiex qed tipparteċipa, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (4). L-Irlanda għalhekk mhix marbuta b'din id-Deċiżjoni jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
(7) |
Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (5), li jaqgħu fl-ambitu msemmi fl-Artikolu 1, punt B, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (6). |
(8) |
Fir-rigward tal-Iżvizzera, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (7), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (8). |
(9) |
Fir-rigward tal-Liechtenstein, din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (9), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (10). |
(10) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi att li jibni fuq, jew li b'xi mod ieħor huwa relatat, mal-acquis ta' Schengen, rispettivament, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011. |
(11) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li tkun iffissata data għall-użu tal-VIS fis-sbatax u t-tmintax-il reġjun fil-futur qrib ħafna, din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża tibda topera fis-sbatax-il reġjun skont id-Deċiżjoni 2013/493/UE fit-23 ta' Ġunju 2015, u fit-tmintax-il reġjun skont id-Deċiżjoni 2013/493/UE fl-14 ta' Settembru 2015.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tapplika skont it-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Dimitris AVRAMOPOULOS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/493/UE tat-30 ta' Settembru 2013 li tiddetermina t-tielet u l-aħħar sett ta' reġjuni għall-bidu tal-operazzjonijiet tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 268, 10.10.2013, p. 13).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq biex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(5) ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(7) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).
(9) ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(10) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta' Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).
LINJI GWIDA
7.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/22 |
LINJA GWIDA (UE) 2015/732 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-16 ta' April 2015
li temenda l-Linja Gwida (UE) 2015/510 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (BĊE/2015/20)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali u tal-Bank Centrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikoli 9.2, 12.1, 14.3, 18.2, u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 20 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-kisba ta' politika monetarja waħdanija tinvolvi d-definizzjoni tal-istrumenti u l-proċeduri li għandhom jintużaw mill-Eurosistema, li tikkonsisti fil-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-banek ċentrali nazzjonali ta' dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro (iktar 'il quddiem il-“BĊNi”), sabiex dik il-politika tiġi implimentata b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
Fid-dawl tal-Artikolu 12.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), il-BĊE għandu l-awtorità li jifformula l-politika monetarja waħdanija tal-Unjoni u li joħroġ il-linji gwida meħtieġa sabiex jiżgura l-implimentazzjoni korretta tagħha. Skont l-Artikolu 14.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊNi għandhom obbligu li jaġixxu skont dawk il-linji gwida. Din il-Linja Gwida b'hekk hija indirizzata lill-Eurosistema. Ir-regoli stabbiliti f'din il-Linja Gwida għandhom jiġu implimentati mill-BĊNi f'arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji. Il-kontropartijiet huma meħtieġa jikkonformaw ma' dawk ir-regoli kif implimentati mill-BĊNi f'dawk l-arranġamenti kuntrattwali jew regolatorji. |
(3) |
L-ewwel inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jippermetti lill-Eurosistema li topera fis-swieq finanzjarji billi tixtri jew tbiegħ b'mod deċiżiv (spot u forward) jew taħt ftehim ta' xiri mill-ġdid u billi ssellef jew tissellef pretensjonijiet u strumenti kummerċjabbli, kemm jekk f'euro jew f'muniti oħrajn, kif ukoll metalli prezzjużi. It-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 jippermetti lill-Eurosistema biex twettaq operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħra fis-suq. |
(4) |
Sabiex l-Eurosistema tiġi mħarsa mir-riskju tal-kontroparti, it-tieni inċiż tal-Artikolu 18.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jipprovdi li meta l-Eurosistema twettaq operazzjonijiet ta' kreditu ma' istituzzjonijiet ta' kreditu u parteċipanti oħrajn fis-suq, it-tislif għandu jkun ibbażat fuq kollateral adegwat. |
(5) |
Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-kontrapartijiet, kif ukoll sabiex jittejbu l-effiċjenza u t-trasparenza operazzjonali, l-assi għandhom jissodisfaw ċerti kriterji uniformi fost l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro sabiex ikunu eliġibbli bħala kollateral għal operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. |
(6) |
L-Eurosistema żviluppat qafas waħdieni għal assi eliġibbli bħala kollateral sabiex l-operazzjonijiet ta' kreditu kollha tal-Eurosistema jitwettqu b'mod armonizzat permezz tal-implimentazzjoni ta' din il-Linja Gwida fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(7) |
Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/60) (1) għandha tiġi emendata biex tirrifletti bidliet fil-qafas tal-kollateral tal-Eurosistema relatati mal-istrutturi ta' kupuni aċċettabbli għal assi negozjabbli. |
(8) |
Għalhekk, il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) għandha tiġi emendata f'dan is-sens, |
ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:
Artikolu 1
L-Artikolu 63 tal-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) huwa mibdul b'dan li ġej:
“Artikolu 63
Strutturi ta' kupuni aċċettabbli għal assi negozjabbli
1. Sabiex ikunu eliġibbli, l-istrumenti ta' dejn għandu jkollhom wieħed minn dawn l-istrutturi ta' kupun li ġejjin sal-fidi finali:
(a) |
kupuni fissi, żero, jew multi-step bi skeda ta' kupun predefinita u bvaluri tal-kupun predefiniti li ma jistgħux jirriżultaw fi fluss negattiv ta' kontanti; jew |
(b) |
kupuni varjabbli li ma jistgħux jirriżultaw fi fluss negattiv ta' kontanti u li għandhom din l-istruttura: rata tal-kupun = (rata ta' referenza * l) ± x, b' f ≤ rata tal-kupun ≤ c, fejn:
|
2. Kull struttura tal-kupun li ma tikkonformax mal-paragrafu 1 ma għandhiex tkun eliġibbli, inklużi każijiet fejn parti biss tal-istruttura ta' rimunerazzjoni, bħal primjum, ma tkunx konformi.
3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, jekk il-kupun ikun jew ta' tip iffissat multi-step jew tip varjabbli multi-step, il-valutazzjoni tal-istruttura tal-kupun relevanti għandha tkun ibbażata fuq il-ħajja sħiħa tal-assi b'perspettiva li tħares kemm 'il quddiem kif ukoll lura.
4. Strutturi ta' kupuni aċċettabbli ma għandux ikollhom opzjonijiet għall-emittent, jiġifieri matul il-ħajja kollha tal-assi, ibbażata fuq perspettiva li tħares 'il quddiem u lura, il-bidliet fl-istruttura tal-kupun li huma kontinġenti fuq deċiżjoni tal-emittent ma għandhomx ikunu aċċettabbli.”
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni
1. Din il-Linja Gwida tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-BĊNi.
2. Il-BĊNi għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u għandhom japplikawhom mill-1 ta' Mejju 2015. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-24 ta' April 2015.
Artikolu 3
Destinatarji
Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-16 ta' April 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3).
Rettifika
7.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 116/25 |
Rettifika tad-Direttiva 2009/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li temenda d-Direttiva 98/70/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-petrol, tad-diżil u taż-żejt tal-gass u li tintroduċi mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE rigward l-ispeċifikazzjoni tal-karburant użat mill-bastimenti tal-passaġġi tal-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 93/12/KEE
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 140 tal-5 ta' Ġunju 2009 )
F'paġna 93, l-Artikolu 1, il-punt 1 li jirrigwarda l-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/70/KE:
minflok:
“(a) |
speċifikazzjonijiet tekniċi minħabba raġunijiet ambjentali u ta' saħħa għal karburanti biex jintużaw għal vetturi mgħammra b'magni ‘positive ignition’ u‘compression ignition’, waqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tekniċi ta' dawn il-magni; u…” |
aqra:
“(a) |
speċifikazzjonijiet tekniċi minħabba raġunijiet ambjentali u ta' saħħa għal karburanti biex jintużaw għal magni ‘positive ignition’ u magni ‘compression ignition’, waqt li jiġu kkunsidrati r-rekwiżiti tekniċi ta' dawn il-magni; u…” |