|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
I Atti leġiżlattivi
DIRETTIVI
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/1 |
DIRETTIVA (UE) 2015/719 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta' April 2015
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġislattiv lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw il-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
Jeħtieġ li jinsaħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra, b'mod partikolari l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2), biex titjieb is-sikurezza tat-toroq u biex il-leġislazzjoni rilevanti tiġi adattata għall-iżviluppi teknoloġiċi u l-ħtiġijiet tas-suq li qed jinbidlu u biex jiġu ffaċilitati operazzjonijiet tat-trasport intermodali, filwaqt li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-infrastruttura tat-toroq u mingħajr distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(2) |
L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li jiġi mmuntat apparat ajrudinamiku li jkun jista' jidħol 'il ġewwa jew jintewa fuq wara tal-vetturi. Madankollu, dan iwassal biex jinqabeż it-tul massimu tal-vetturi permess skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (3). Għalhekk hija meħtieġa deroga minn dak it-tul massimu tal-vetturi. Din id-Direttiva għandha l-għan li tippermetti l-istallazzjoni ta' tali tagħmir hekk kif l-emendi meħtieġa għar-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip tal-apparat ajrudinamiku jiġu trasposti jew applikati u l-Kummissjoni tkun adottat atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli operazzjonali għall-użu ta' tali apparat. |
|
(3) |
Ajrudinamika mtejba tal-kabini tal-vetturi bil-mutur tippermetti titjib fir-rigward tal-prestazzjoni enerġetika tal-vetturi, possibbilment flimkien ma' tali apparat ajrudinamiku li jkun jista' jidħol 'il ġewwa jew jintewa u li jkun immuntat ma' wara tal-vetturi. Madankollu, skont it-tul massimu attwali stabbilit mid-Direttiva 96/53/KE, tali titjib ma jistax ikun possibbli mingħajr ma titnaqqas il-kapaċità tat-tagħbija tal-vetturi, li jipperikola l-ekwilibriju ekonomiku tas-settur tat-trasport bit-triq. Għal dik ir-raġuni, deroga mit-tulijiet massimi hija meħtieġa wkoll. Dik id-deroga m'għandhiex tintuża biex iżżid il-kapaċità tat-tagħbija tal-vettura. |
|
(4) |
Skont il-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), apparat ajrudinamiku li jaqbeż 500 mm fit-tul u vetturi bil-mutur mgħammra b'kabini li jtejbu l-prestazzjoni ajrudinamika tagħhom, meta jaqbżu ċerti limiti stipulati fid-Direttiva 96/53/KE, għandhom ikollhom approvazzjoni tat-tip qabel ma jitqiegħdu fis-suq. |
|
(5) |
Il-possibbiltà li vetturi jkollhom forma ġdida tal-kabini għandha tikkontribwixxi wkoll għat-titjib fis-sikurezza tat-triq billi jonqsu l-partijiet mhux viżibbli fil-viżjoni tas-sewwieqa, inklużi dawk taħt il-windscreen, u dan għandu jgħin biex isalva għadd ta' ħajjiet ta' utenti tat-triq vulnerabbli bħall-persuni mexjin jew iċ-ċiklisti. Forma ġdida tista' tinkorpora wkoll strutturi tal-assorbiment tal-enerġija f'każ ta' ħabta. Barra minn hekk, iż-żieda potenzjali fil-volum tal-kabina għandha ttejjeb il-livelli ta' sikurezza u ta' kumdità tas-sewwieq. Ladarba jkunu żviluppati rekwiżiti tas-sikurezza mtejba għal kabini itwal, jista' jitqies jekk ikunx xieraq li dawn jiġu applikati għal vetturi li ma jibbenefikawx mill-estensjoni tat-tul. |
|
(6) |
Sistemi ta' motopropulsjoni alternattivi, li jinkludu sistemi tal-motopropulsjoni ibridi, huma dawk li, għall-fini ta' propulsjoni mekkanika, jieħdu l-enerġija minn fjuwil li jiġi kkunsmat u/jew batterija jew tagħmir ieħor elettriku jew mekkaniku għall-ħażna tal-enerġija. L-użu tagħhom għal vetturi heavy duty jew xarabanks jista' jiġġenera piż żejjed iżda jnaqqas it-tniġġis. Dak il-piż żejjed m'għandux jingħadd bħala parti mit-tagħbija effettiva tal-vettura, billi dan jippenalizza s-settur tat-trasport bit-triq f'termini ekonomiċi. Madankollu, il-piż żejjed lanqas ma għandux jirriżulta fiż-żieda fil-kapaċità ta' tagħbija tal-vettura. |
|
(7) |
Vetturi futuri bi fjuwils alternattivi (b'sistemi tal-motopropulsjoni itqal minn dawk użati f'vetturi li jaħdmu bi fjuwil konvenzjonali) jistgħu jibbenefikaw ukoll minn permess għal piż żejjed. Għalhekk, tali teknoloġiji alternattivi ta' fjuwil jistgħu jiġu inklużi fil-lista ta' fjuwils alternattivi provduta fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 96/53/KE, jekk l-użu tagħhom jeħtieġ permess għal piż żejjed. |
|
(8) |
Din id-Direttiva tipprovdi derogi minn piżijiet u dimensjonijiet massimi awtorizzati ta' vetturi u kombinazzjonijiet tal-vetturi stipulati fid-Direttiva 96/53/KE. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jirrestrinġu, għal raġunijiet relatati mas-sikurezza tat-triq jew il-karatteristiċi infrastrutturali, iċ-ċirkolazzjoni ta' ċerti vetturi f'partijiet speċifiċi tan-netwerk tat-toroq tagħhom. |
|
(9) |
Fil-qasam tat-trasport bil-kontejners, il-kontejners tal-45 pied qed jintużaw dejjem aktar. Tali kontejners huma ttrasportati b'kull mezz ta' trasport. Madankollu, il-parti tat-triq tal-operazzjonijiet fit-trasport intermodali tista' tintuża biss, bħalissa, jekk l-Istati Membri u t-trasportaturi jsegwu proċeduri amministrattivi limitati, jew jekk dawk il-kontejners ikollhom irkejjen maqtugħin iċċertifikati, li l-ispiża tagħhom hija waħda projbittiva. Żieda ta' 15-il ċentimetru fit-tul awtorizzat tal-vetturi li jkunu qed iġorru tali kontejners tista' telimina dawk il-proċeduri amministrattivi lit-trasportaturi u tiffaċilita l-operazzjonijiet tat-trasport intermodali, mingħajr riskju jew preġudizzju għall-infrastruttura tat-triq jew l-utenti l-oħra tat-triq. Id-definizzjoni tal-operazzjoni tat-trasport intermodali f'din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-ħidma fuq ir-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE (5). |
|
(10) |
Sabiex jiġu promossi aktar l-operazzjonijiet ta' trasport intermodali u biex jittieħed kont tal-piż vojt ta' kontejners jew kaxex skambjabbli mhux itwal minn 45 pied għandha tiġi permessa ċ-ċirkolazzjoni ta' vetturi bil-mutur bi tliet fusijiet b'semitrejlers b'żewġ jew tliet fusijiet sa piż totali awtorizzat ta' 44 tunnellata. Vetturi bil-mutur b'żewġ fusijiet b'semitrejlers bi tliet fusijiet li jittrasportaw kontejners jew kaxex skambjabbli mhux itwal minn 45 pied għandhom jiġu permessi fl-operazzjonijiet ta' trasport intermodali sa piż totali awtorizzat ta' 42 tunnellata. |
|
(11) |
Sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 96/53/KE, il-piż medju tal-passiġġieri tax-xarabank kif ukoll tal-bagalji tagħhom żdied b'mod sostanzjali. Meta wieħed iqis il-limiti fuq il-piż imposti minn dik id-Direttiva, dan wassal għal tnaqqis progressiv fl-għadd ta' passiġġieri trasportati. Barra minn hekk, it-tagħmir meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tekniċi attwali, bħall-Euro VI, iżid mal-piż ta' dawk il-vetturi li jġorruhom. Il-ħtieġa li jkun iffavorit it-trasport pubbliku fil-konfront ta' dak privat fl-interess ta' effiċjenza enerġetika aħjar tfisser li għandu jerġa' jiġi stabbilit mill-ġdid l-għadd ta' qabel ta' passiġġieri tax-xarabank, filwaqt li titqies iż-żieda fil-piżijiet tagħhom u tal-bagalji tagħhom. Dak jista' jsir permezz ta' żieda fil-piż awtorizzat għax-xarabanks b'żewġ fusijiet, f'limiti li, madankollu, jiżguraw li ma ssirx ħsara lill-infrastruttura tat-triq minħabba erożjoni aktar rapida. |
|
(12) |
Każijiet ta' ksur rigward vetturi b'tagħbija eċċessiva jeħtieġ li jkunu indirizzati kif xieraq mill-Istati Membri sabiex tkun evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni u tiġi żgurata s-sikurezza tat-triq. |
|
(13) |
Sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi u biex jitjieb is-sejbien ta' ksur, l-Istati Membri għandhom, sas-27 ta' Mejju 2021, jieħdu miżuri speċifiċi biex jidentifikaw vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li x'aktarx jaqbżu l-limiti rilevanti fil-piż u li għaldaqstant għandhom jiġu vverifikati. Tali identifikazzjoni tista' titwettaq permezz ta' mekkaniżmi tal-piż mibnijia fl-infrastruttura tat-toroq jew permezz ta' sensers abbord il-vetturi li jikkomunikaw data mill-bogħod lill-awtoritajiet rilevanti. Tali data abbord għandha ssir disponibbli wkoll għas-sewwieq. Kull sena kull Stat Membru għandu jwettaq għadd xieraq ta' kontrolli fuq il-piż tal-vetturi. L-għadd ta' tali kontrolli għandu jkun proporzjonat għall-għadd totali ta' vetturi spezzjonati annwalment fl-Istat Membru konċernat. |
|
(14) |
Sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni tagħhom. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, nondiskriminatorji, u għandhom ikunu proporzjonati u dissważivi. |
|
(15) |
Sabiex il-kontrolli tal-piżijiet tal-vetturi jew tal-kombinazzjonijiet tal-vetturi jsiru aktar effettivi fil-livell internazzjonali, u sabiex tiġi ffaċilitata l-operazzjoni aktar bla xkiel ta' dawk il-kontrolli, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jiskambjaw informazzjoni. Il-punt ta' kuntatt magħżul f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandu jintuża għal tali skambji ta' informazzjoni. |
|
(16) |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati regolarment bil-kontrolli tat-traffiku fit-toroq li jsiru mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. L-informazzjoni, mogħtija mill-Istati Membri, ser tippermetti lill-Kummissjoni li tiżgura l-knformità min-naħa tat-trasportaturi mar-regoli provduti f'din id-Direttiva, kif ukoll li tiddetermina jekk għandhomx jiġu elaborati miżuri koerċittivi addizzonali. |
|
(17) |
Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(18) |
Il-Kummissjoni m'għandhiex tadotta atti ta' implimentazzjoni marbuta mar-rekwiżiti operazzjonali rigward l-użu ta' apparat ajrudinamiku u lanqas speċifikazzjonijiet dettaljati dwar tagħmir abbord ta' użin, meta l-kumitat stabbilit skont din id-Direttiva ma jagħti l-ebda opinjoni dwar l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-Kummissjoni. |
|
(19) |
Sabiex taġġorna l-lista ta' fjuwils alternattivi inkluża f'din id-Direttiva fid-dawl tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tingħata lill-Kummissjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, inkluż konsultazzjonijiet mal-esperti tal-Istati Membri, qabel jiġu adottati l-atti ddelegati. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
(20) |
Minħabba li l-objettivi ta' din-id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħha, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' għalhekk tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
|
(21) |
Għalhekk id-Direttiva 96/53/KE għandha tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 96/53/KE hi emendata kif ġej:
|
(1) |
punt (a) tal-Artikolu 1(1) hija sostitwita b'dan li ġej:
(*1) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (id-Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).” " ; |
|
(2) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b' dan li ġej: “Artikolu 5 Vetturi artikolati fiċ-ċirkolazzjoni qabel l-1 ta' Jannar 1991 li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet li jinsabu fil-punti 1.6 u 4.4 tal-Anness I għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' tali speċifikazzjonijiet għall-fini tal-Artikolu 3 sakemm ma jkunux jaqbżu tul totali ta' 15,50 m.” |
|
(5) |
L-Artikoli 8, 8a u 9 huma mħassra. |
|
(6) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 8b 1. Bl-għan li titjieb l-effiċjenza enerġetika, vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li huma mgħammra b'tagħmir ajrudinamiku li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3, u li jikkonformaw mad-Direttiva 2007/46/KE jistgħu jaqbżu t-tulijiet massimi previsti fil-punt 1.1 tal-Anness I għal' din id-Direttiva, biex tkun possibbli ż-żieda ta' tali tagħmir ma' wara tal-vetturi jew tal-kombinazzjonijiet ta' vetturi. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi mgħammra b'tali tagħmir għandhom ikunu konformi mal-punt 1.5 tal-Anness I għal din id-Direttiva, u kwalunkwe żidiet tat-tulijiet massimi, dan ma għandux jirriżulta f'żieda tat-tul tat-tagħbija ta' dawk il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi. 2. Qabel ma jitqiegħed fis-suq, it-tagħmir ajrudinamiku imsemmi fil-paragrafu 1 li jaqbeż 500 mm fit-tul għandu jkun kopert minn approvazzjoni tat-tip skont ir-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE. Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa li tadotta jew temenda kwalunkwe rekwiżit tekniku għall-approvazzjoni tat-tip ta' tagħmir ajrudinamiku stipulat fi ħdan dak il-qafas, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtieġa li tiġi żgurata s-sikurezza fit-toroq u s-sikurezza ta' operazzjonijiet ta' trasport intermodali, u b'mod partikolari:
Għal dak l-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, kif xieraq, proposta leġislattiva biex temenda r-regoli relevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip fi ħdan il-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE. 3. It-tagħmir ajrudinamiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet operazzjonali li ġejjin:
4. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10i(2). 5. Il-paragrafu 1 għandu japplika mid-data ta' traspożizzjoni jew ta' applikazzjoni tal-emendi neċessarji għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 u wara l-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, kif xieraq. Artikolu 9a 1. Bl-għan li titjieb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, b'mod partikolari permezz ta' titjib fil-prestazzjoni ajrudinamika tal-kabini, kif ukoll is-sikurezza tat-toroq, il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li jilħqu r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 u li jikkonformaw mad-Direttiva 2007/46/KE, jistgħu jaqbżu t-tulijiet massimi stipulati fil-punt 1.1 tal-Anness I għal din id-Direttiva sakemm il-kabina tagħhom jkollha ajrudinamika mtejba, effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-prestazzjoni tas-sikurezza. Il-vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi mgħammra b'tali kabini għandhom ikunu konformi mal-punt 1.5 tal-Anness I għal din id-Direttiva u, kwalunkwe żieda fit-tulijiet massimima għandux jirriżulta f'żieda tal-kapaċità tat-tagħbija ta' dawk il-vetturi. 2. Qabel ma jitqiegħdu fis-suq, il-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu approvati f'konformità mar-regoli dwar l-approvazzjoni tat-tip fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE. Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa li jiġu żviluppati rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi mgħammra b'kabini kif stipulat fi ħdan dak il-qafas, filwaqt li tqis dan li ġej:
Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, fejn xieraq, proposta leġislattiva biex temenda r-regoli rilevanti dwar l-approvazzjoni tat-tip fil-qafas tad-Direttiva 2007/46/KE. 3. Il-paragrafu 1 għandu japplika minn tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni jew ta' applikazzjoni tal-emendi neċessarji għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2, kif xieraq.” |
|
(7) |
L-Artikolu 10a huwa mħassar: |
|
(8) |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 10b Il-piżijiet massimi awtorizzati ta' vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi għandhom ikunu dawk imniżżla fil-punti 2.3.1, 2.3.2 u 2.4 tal-Anness I. Il-vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi madankollu għandhom jikkonformaw ukoll mal-limiti ta' tagħbija massima awtorizzata fuq il-fus mniżżla fil-punt 3 tal-Anness I. Il-piż addizzjonali li jeħtieġu l-vetturi li jaħdmu bi fjuwils alternattivi għandu jiġi definit fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-produttur meta tiġi approvata l-vettura inkwistjoni. Dak il-piż addizzjonali għandu jiġi indikat fil-prova uffiċjali meħtieġa skont l-Artikolu 6. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 10h li jaġġornaw, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, il-lista ta' fjuwils alternattivi msemmija fl-Artikolu 2 li jeħtieġu piż addizzjonali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u twettaq konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti tal-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati. Artikolu 10c It-tulijiet massimi stabbiliti fil-punt 1.1 tal-Anness I, soġġett fejn applikabbli għall-Artikolu 9a(1) u t-tul massimu stabbilit fil-punt 1.6 tal-Anness I jistgħu jinqabżu bi 15-il ċentimetru għall-vetturi jew għal kombinazzjonijiet ta' vetturi li jittrasportaw kontejners tal-45 pied jew kaxex skambjabbli tal-45 pied, vojta jew mgħobbija, sakemm it-trasport bit-triq tal-kontejner jew tal-kaxxa skambjabbli in kwistjoni jkun parti minn operazzjoni ta' trasport intermodali. Artikolu 10d 1. Sas-27 ta' Mejju 2021, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri speċifiċi biex jidentifikaw vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li x'aktarx ikunu qabżu l-piż massimu awtorizzat u li għaldaqstant għandhom jiġu vverifikati mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva. Dawk il-miżuri jistgħu jsiru bl-għajnuna ta' sistemi awtomatiċi mqiegħda fuq l-infrastrutturi, jew permezz ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord il-vetturi skont il-paragrafu 4. Stat Membru ma għandux jirrikjedi l-installazzjoni ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord fuq vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi li huma reġistrati fi Stat Membru ieħor. Mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni, fejn jintużaw sistemi awtomatiċi biex jiġi stabbilit ksur ta' din id-Direttiva u biex jiġu imposti pieni, tali sistemi awtomatiċi għandhom jiġu ċċertifikati. Fejn sistemi awtomatiċi jintużaw biss għal skopijiet ta' identifikazzjoni ma għandhomx għalfejn ikunu ċertifikati. 2. Kull Stat Membru għandu, f'kull sena kalendarja, jagħmel għadd xieraq ta' verifiki fuq il-piż ta' vetturi jew kombinazzjonijiet ta' vetturi fiċ-ċirkolazzjoni, proporzjonat mal-għadd totali ta' vetturi spezzjonati kull sena fit-territorju tiegħu. 3. L-Istati Membri, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw l-informazzjoni dwar il-ksur u l-pieni marbutin ma' dan l-Artikolu. 4. It-tagħmir għall-kejl tal-piż imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun preċiż u affidabbli, kompletament interoperabbli u kumpatibbli mat-tipi kollha ta' vetturi. 5. Sas-27 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għandha, tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jiżguraw kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-interoperabbiltà u l-kumpatibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 4. Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità, dawk id-dispożizzjonijiet dettaljati għandhom iwasslu biex id-data dwar il-piż tkun tista' tiġi komunikata fi kwalunkwe ħin minn vettura li qed tiċċaqlaq lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lis-sewwieq tagħha. Dik il-komunikazzjoni għandha ssir permezz tal-interfaċċja definita mill-istandards ta' CEN DSRC — EN 12253, EN 12795, EN 12834, EN 13372 u ISO 14906. Barra minn hekk, tali komunikazzjoni għandha tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu jistgħu jikkomunikaw u jiskambjaw informazzjoni bl-istess mod mal-vetturi u l-kombinazzjonijiet ta' vetturi reġistrati fi kwalunkwe Stat Membru u bl-użu ta' tagħmir għall-kejl tal-piż abbord il-vettura. Sabiex tiġi żgurata kumpatibbiltà mat-tipi kollha ta' vetturi, sistemi abbord vetturi bil-mutur għandu jkollhom il-kapaċità li jirċievu u jipproċessaw kwalunkwe data li ġejja minn kull tip ta' trejler jew semitrejler marbuta ma' vetturi bil-mutur. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 10i(2). Artikolu 10e L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur ta' din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Dawk il-pieni għandhom ikunu effettivi, m'għandhomx ikunu diskriminatorji, u għandhom ikunu proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jagħtu notifika dwar dawk ir-regoli lill-Kummissjoni. Artikolu 10f 1. Għat-trasport ta' kontejners u kaxxi skambjabbli, l-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli li jesiġu:
2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw regoli dwar ir-responsabbiltà kemm għall-burdnar kif ukoll għat-trasportatur bit-triq kif xieraq f'każijiet fejn l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun nieqsa jew żbaljata u l-vettura jew kombinazzjoni ta' vetturi tkun mgħobbija żżejjed. Artikolu 10g Kull sentejn, u mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru tas-sena wara tmiem il-perijodu ta' sentejn ikkonċernat, l-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa dwar:
Din l-informazzjoni tista' tkun parti mill-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni riċevuta skont dan l-Artikolu, u għandha tinkludiha fir-rapport li għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont ir-Regolament (KE) Nru 561/2006. Artikolu 10h 1. Is-setgħa li tadotta l-atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 10b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin mis-26 ta' Mejju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponu tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu. 3. Id-delega ta' setgħat imsemmija fl-Artikolu 10b tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika dwar dan simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 10b għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew il-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. Artikolu 10i 1. Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna mill-Kumitat għat-Trasport bit-Triq imsemmi fl-Artikolu 42 tar-Regolament (KE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). 2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. 3. Meta l-kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Artikolu 10j Sat-8 ta' Mejju 2020, il-Kummissjoni għandha tressaq, kif xieraq, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-emendi għal din id-Direttiva introdotta bid-Direttiva (UE) 2015/719 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), inkluż it-teħid tal-kont ta' karatteristiċi speċifiċi ta' ċerti setturi tas-suq. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta leġislattiva akkumpanjata debitament minn valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapport għandu jsir disponibbli tal-anqas sitt xhur qabel ma tiġi sottomessa kwalunkwe proposta leġislattiva.
" (2)
" (3)
" (4)
" (5)
" . |
|
(9) |
L-Anness I hu emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mis-7 ta' Mejju 2017. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih b'dan.
Fejn l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi kif għandha issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA
(1) ĠU C 327, 12.11.2013, p. 133.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' April 2014 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-16 ta' Ottubru 2014 (ĠU C 40, 5.2.2015, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2015 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta' April 2015.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE tal-25 ta' Lulju 1996 li tistabbilixxi għal ċerti vetturi tat-triq li jiċċirkolaw fi ħdan il-Komunità d-dimensjonijiet massimi awtorizzati fit-traffiku nazzjonali u internazzjonali u l-piżijiet massimi awtorizzati fit-traffiku internazzjonali (ĠU L 235, 17.9.1996, p. 59).
(4) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
(5) Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta' Diċembru 1992 dwar l-istabbiliment ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat ta' prodotti bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali li jikkonċernaw il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/11 |
DIRETTIVA (UE) 2015/720 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tad-29 ta' April 2015
li temenda d-Direttiva 94/62/KE rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (3),
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE (4) ġiet adottata sabiex tipprevjeni jew tnaqqas l-impatt tal-imballaġ u l-iskart mill-imballaġ fuq l-ambjent. Għalkemm il-basktijeit tal-plastik jikkostitwixxu mballaġ fi ħdan it-tifsira ta' dik id-Direttiva, ma fihiex miżuri speċifiċi dwar il-konsum ta' dawn il-basktijiet. |
|
(2) |
Il-livelli tal-konsum attwali tal-basktijiet tal-plastik jirriżulta f'livelli għoljin ta' skart u użu ineffiċjenti tar-riżorsi u huma mistennija jiżdiedu jekk ma hija se tittieħed l-ebda azzjoni. L-iskart tal-basktijiet tal-plastik iwassal għall-kontanimazzjoni ambjentali u jżid il-problema globali ta' skart f'korpi tal-ilma, b'theddida għall-ekosistemi akwatiċi madwar id-dinja kollha. |
|
(3) |
Barra minn hekk, l-akkumulazzjoni ta' basktijiet tal-plastik fl-ambjent għandha impatt negattiv ċar fuq ċerti attivitajiet ekonomiċi. |
|
(4) |
Basktijiet tal-plastik ta' ħxuna inqas minn 50 mikroni (“basktijiet tal-plastik ħfief”), li jirrapreżentaw il-maġġoranza vasta tal-għadd totali tal-basktijiet tal-plastik kkunsamati fl-Unjoni, jerġgħu jintużaw inqas minn basktijiet tal-plastik eħxen. Konsegwentement, il-basktijiet tal-plastik ħfief jispiċċaw skart iktar malajr u huma iktar suxxettibbli li jintremew minħabba li huma ħfief. |
|
(5) |
Ir-rati ta' riċiklaġġ attwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief huma baxxi ħafna u, minħabba għadd ta' diffikultajiet prattiċi u ekonomiċi, iktarx ma jilħqux livelli sinifikanti fil-futur qarib. |
|
(6) |
Skont il-ġerarkija tal-iskart, il-prevenzjoni għandha tiġi l-ewwel. Il-basktijiet tal-plastik iservu għal bosta skopijiet u se jibqgħu jiġu kkunsmati fil-futur. Sabiex ikun żgurat li l-basktijiet tal-plastik użati ma jispiċċawx bħala skart fl-ambjent, għandhom jittieħdu miżuri adegwati u l-konsumaturi għandhom ikunu infurmati dwar mod xieraq ta' trattament tal-iskart. |
|
(7) |
Il-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ivarjaw b'mod konsiderevoli madwar l-Unjoni minħabba differenzi fl-abitudni tal-konsum, is-sensibilizzazzjoni ambjentali, u l-effettività tal-miżuri tal-politika li jittieħdu mill-Istati Membri. Xi Stati Membri rnexxielhom inaqqsu l-livelli tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik b'mod sinifikanti, tant li l-livell medju tal-konsum fis-seba' Stati Membri bl-aħjar prestazzjoni jammonta għal 20 % biss tal-konsum medju tal-Unjoni. |
|
(8) |
Id-disponibbiltà u l-preċiżjoni tad-data dwar il-livelli attwali tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief ivarjaw bejn l-Istati Membri. Data preċiża u komparabbli dwar il-konsum hija importanti biex tiġui vvalutata l-effettività tal-miżuri tat-tnaqqis u biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni. Għalhekk, għandha tiġi żviluppata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-konsum annwali tal-basktijiet tal-plastik ħfief kull persuna bil-għan li jkun immonitorjat il-progress fit-tnaqqis tal-konsum ta' tali basktijiet. |
|
(9) |
Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-konsumatur uriet li għandha rwol deċiżiv fil-ksib tal-miri fir-rigward it-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. Għalhekk, sforzi fil-livell istituzzjonali huma meħtieġa biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik u biex tintemm il-perċezzjoni attwali tal-plastik li ma jagħmilx ħsara u li hu irħis. |
|
(10) |
Sabiex jippromwovu tnaqqis sostanzjat tal-livell medju tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex inaqsu b'mod sinifikanti l-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief f'konformità mal-għanijiet ġenerali tal-politika tal-Unjoni dwar l-iskart u l-ġerarkija tal-iskart kif provdut fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Tali miżuri ta' tnaqqis għandhom iqisu l-livelli tal-konsum attwali tal-basktijiet tal-plastik fl-Istati Membri individwali, fejn livelli ogħla jirrikjedu sforzi iktar ambizzjużi, u jqisu it-tnaqqis li diġà nkiseb. Sabiex jiġi mmonitorjat il-progress fit-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, hu neċessarju li l-awtoritajiet nazzjonali jipprovdu data dwar il-konsum tagħhom skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 94/62/KE. |
|
(11) |
Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri jistgħu jinvolvu l-użu ta' strumenti ekonomiċi bħall-ipprezzar, it-taxxi u l-imposti, li taw prova li huma partikolarment effettivi fit-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik, u r-restrizzjonijiet kummerċjali bħal projbizzjonijiet b'deroga tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 94/62/KE dment li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. |
|
(12) |
Dawk il-miżuri jistgħu jvarjaw, skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta dawn jiġu rkuprati jew mormija, il-proprjetajiet ta' riċiklaġġ u kompostjar tagħhom, it-tul ta' żmien tagħhom jew l-użu maħsub speċifiku ta' dawk il-basktijiet filwaqt li jitqies kwalunkwe effett ta' sostituzzjoni negattivi possibbli. |
|
(13) |
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jeżentaw basktijiet tal-plastik bi ħxuna ta' inqas minn 15 mikroni (“basktijiet tal-plastik ħfief ħafna”) pprovduti bħala imballaġġ primarju tal-ikel sfuż meta jkun meħtieġ għall-finijiet ta' iġjene jew meta l-użu tagħhom igħin il-prevenzjoni tal-ħela tal-ikel. |
|
(14) |
L-Istati Membri jistgħu liberalment jużaw id-dħul iġġenerat minn miżuri meħuda skont id-Direttiva 94/62/KE biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief. |
|
(15) |
Programmi ta' sensibilizzazzjoni għall-konsumaturi inġenerali u programmi edukattivi għat-tfal jista' jkollhom rwol importanti fit-tnaqqis tal-konsum tal-basktijiet tal-plastik. |
|
(16) |
L-Istandard Ewropew EN 13432 dwar “Rekwiżiti għal imballaġġ irkuprabbli permezz ta kompostjar u bijodegradazzjoni — Skema ta' test u kriterji ta' evalwazzjoni għall-aċċettazzjoni finali tal-imballaġġ” jistipula l-karatteristiċi li materjal għandu jkollu sabiex jiġi kkunsidrat “kompostabbli”, jiġifieri li jista' jiġi riċiklat permezz ta' proċess ta' rkupru organiku magħmul minn kompostjar u diġestjoni anerobika. Il-Kummissjoni għandha titlob lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni biex jżviluppa standard separat għal imballaġġ kompostabbli f'livell domestiku. |
|
(17) |
Hu importanti li jiġi żgurat ir-rikonoxximent fl-Unjoni kollha tat-tikketti jew il-marki għal basktijiet tal-plastik bijogradabbli u kompostabbli. |
|
(18) |
Xi basktijiet tal-plastik huma mmarkati bħala “ossobijodegradabbli” jew “ossodegradabbli” mill-manifatturi tagħhom. F'tali basktijiet, l-addittivi huma inkorporati fi plastiks konvenzjonali. Minħabba l-preżenza ta' dawk l-addittivi, il-plastik jifframmenta f'partiċelli żgħar maż-żmien, li jibqgħu fl-ambjent. B'hekk ir-referenza għal tali basktijiet bħala “bijodegradabbli” tista' tkun qarrieqa minħabba li dawn jistgħu ma jkunux soluzzjoni għall-iskart u jistgħu, għall-kuntrarju, iżidu t-tniġġis. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-impatt tal-użu ta' basktijiet tal-plastik ossodegradabbli fuq l-ambjent u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, inkluż, jekk adatt, sett ta' miżuri li jillimitaw il-konsum tagħhom jew biex inaqqsu kwalunkwe impatt ta' ħsara. |
|
(19) |
Il-miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri biex jitnaqqas il-konsum tal-basktijiet tal-plastik għandhom iwasslu għal tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief u ma għandhomx iwasslu għal żieda ġenerali fil-ġenerazzjoni tal-imballaġġ. |
|
(20) |
Il-miżuri provduti f'din id-Direttiva huma konsistenti mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi u għandhom jikkontribwixxu għal azzjonijiet kontra l-iskart marin, imwettqa f'konformità mad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(21) |
Id-Direttiva 94/62/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 94/62/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 3, għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
(*1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).” " . |
|
(2) |
Fl-Artikolu 4, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin: “1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiksbu tnaqqis sostnut fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief fit-territorju tagħhom […]. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-użu ta' miri ta' tnaqqis nazzjonali, li jżommu jew jintroduċu strumenti ekonomiċi kif ukoll restrizzjonijiet kummerċjali b'deroga mill-Artikolu 18, dment li dawn ir-restrizzjonijiet ikunu proporzjonati u mhux diskriminatorji. Tali miżuri jistgħu jvarjaw skont l-impatt ambjentali tal-basktijiet tal-plastik ħfief meta dawn jiġu rkuprati jew mormija, il-proprjetajiet ta' kompostjar tagħhom, it-tul ta' żmien jew l-użu maħsub speċifiku. Il-miżuri meħuda mill-Istati Membri għandhom jinkludu waħda minn jew it-tnejn li ġejjin:
Mis-27 ta' Mejju 2018 l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw dwar il-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief meta jipprovdu dejta lill-Kummissjoni dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ f'konformità mal-Artikolu 12. Sas-27 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-konsum annwali ta' basktijiet tal-plastik ħfief kull persuna u li jadatta l-formati adottati taħt l-Artikolu 12(3). Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2). 1b. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15, l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri bħal strumenti ekonomiċi u miri ta' tnaqqis nazzjonali, fir-rigward ta' kwalunkwe tip ta' basket tal-plastik, irrispettivament mill-ħxuna tagħhom. 1c. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, tal-inqas matul l-ewwel sena wara s-27 ta' Novembru 2016, jinkoraġġixxu b'mod attiv kampanji ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni pubbliċi dwar l-impatt ambjentali negattiv tal-użu eċċessiv ta' basktijiet tal-plastik ħfief.” |
|
(3) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 8a Miżuri speċifiċi għal basktijiet tal-plastik bijodegradabbli u kompostabbli Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tat-tikketti jew il-marki biex jiġi żgurat rikonoxximent fl-Unjoni kollha tal-basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli u biex il-konsumaturi jiġu pprovduti b'informazzjoni korretta dwar il-proprjetajiet ta' kompostjar ta' dawn il-basktijiet. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 21(2). Mhux iktar tard minn tmintax-il xahar wara l-adozzjoni ta' dak l-att ta' implimentazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li basktijiet tal-plastik bijodegradabbli jew kompostabbli jkunu ttikkettjati skont l-ispeċifikazzjonijiet provduti f'dak l-att ta' implimentazzjoni.” |
|
(4) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 20a Rapport dwar basktijiet tal-plastik ħfief 1. Sas-27 ta' Novembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta l-effettività tal-miżuri fl-Artikolu 4(1a) fil-livell tal-Unjoni, fil-ġlieda kontra l-iskart, il-bidla fl-imġiba tal-konsumatur u biex tiġi promossal-prevenzjoni tal-iskart. Jekk il-valutazzjoni turi li l-miżuri adottati mhumiex effettivi, il-Kummissjoni għandha teżamina modi possibbli oħra biex jinkiseb it- tnaqqis fil-konsum tal-basktijiet tal-plastik ħfief, inkluż l-istabbiliment ta' miri realistiċi u li jistgħu jinkisbu fil-livell tal-Unjoni, u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq. 2. Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jeżamina l-impatt tal-użu ta' basktijiet tal-plastik ossodegradabbli fuq l-ambjent u tippreżenta proposta leġislattiva, jekk xieraq. 3. Sas-27 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-impatti ta' possibbilitajiet differenti għat-tnaqqis tal-konsum ta' basktijiet tal-plastik ħfief ħafna, u tippreżenta proposta leġislattiva jekk adatt.” |
|
(5) |
Fl-Artikolu 22(3a), l-ewwel subparagrafu, għandu jiġi sostitwit kif ġej: “3a. Dment li l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 6 jintlaħqu, l-Istati Membri jistgħu jittrasponu d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 4(1a) u 7 permezz ta' ftehimiet bejn l-awtoritajiet kompetenti u s-setturi ekonomiċi konċernati.” |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sas-27 ta' Novembru 2016. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni b'dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati mit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir tali referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Strasburgu, id-29 ta' April 2015.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA
(1) ĠU C 214, 8.7.2014, p. 40.
(2) ĠU C 174, 7.6.2014, p. 43.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-ĠU) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-2 ta' Marzu 2015 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' April 2015 (għadha mhijiex ippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).
(5) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).
(6) Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/721
tal-20 ta' April 2015
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Vlaamse laurier (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'mod konformi mal-Artikolu 50(2)(a), tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni ppreżentata mill-Belġju għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Vlaamse laurier” ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; id-denominazzjoni “Vlaamse laurier” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Vlaamse laurier” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.13. Fjuri u pjanti ornamentali skont l-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 432, 2.12.2014, p. 12.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/722
tal-5 ta' Mejju 2015
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tat-tawrina bħala addittiv fl-għalf għal Canidae, Felidae, Mustelidae u l-ħut karnivoru
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
It-tawrina kienet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għall-użu fl-ispeċijiet tal-annimali kollha. Dik is-sustanza wara ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdidtat-tawrina u l-preparazzjonijiet tat-tawrina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u, skont l-Artikolu 7 ta' dak ir-regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikant talab li dan l-addittiv jitniżżel fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Mejju 2012 (3) li t-tawrina sintetika qed titqies effikaċi għall-użu fid-dieta għal qtates, il-klieb u l-ħut karnivoru. L-użu storiku ta' dieti li fihom sa 20 % għalf li joriġina mill-annimali wassal għall-konklużjoni li sa 0.2 % tawrina fl-għalf komplut huwa tollerat minn kull speċi tal-annimali. L-Awtorità tirrakkomanda li t-tawrina m'għandhiex tibqa' tiġi awtorizzata għall-użu fit-tjur tal-irziezet, il-ħnieżer u r-ruminanti. L-Awtorità kkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, it-tawrina ma għandhiex effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent. |
|
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv fl-għalf u fl-ilma imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-konklużjonijiet għall-qtates u l-klieb jistgħu jiġu estrapolati għal speċijiet tal-istess familja jiġifieri l-Felidae u l-Canidae, peress li huma speċijiet relatati fiżjoloġikament f'termini ta' funzjoni gastrointestinali. |
|
(7) |
Il-Mustelidae jappartjenu fl-ordni tal-karnivori bħala Felidae u Canidae. Il-Mustelidae huma speċijiet karnivori u ħafna minnhom karnivori obbligati. Huma jeħtieġu t-tawrina u l-prekursuri tagħha, il-metjonina jew il-kisteina fid-dieta biex iżommu konċentrazzjonijiet normali ta' tawrina f'ġisimhom. Sorsi tradizzjonali għat-tawrina huma t-tessut tal-muskoli, tal-moħħ jew l-vixxeri. Peress li l-ipproċessar bis-sħana u l-użu ta' sorsi alternattivi ta' proteina (b'kontenut baxx ta' dan l-aċidu amminiku) inaqqsu d-disponibbiltà tat-tawrina u l-prekursuri tagħha fl-għalf, hemm użu storiku ta' dieti li fihom it-tawrina bħala addittiv fl-għalf biex jiżguraw li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tat-tawrina għall-Mustelidae. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni tat-tawrina turi li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif jistipula l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutriment tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-pretaħlitiet li jkun fihom dik is-sustanza, li jkunu prodotti u tikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjal tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikata fl-Anness li jkunu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-ħut karnivoru.
3. L-għalf kompost u l-materjal tal-għalf li fihom is-sustanza kif speċifikata fl-Anness li jkunu prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti jekk huma maħsuba għall-Canidae, l-Felidae u l-Mustelidae.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) The EFSA Journal 2012;10(6):2736.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg ta' sustanza attiva/l ta' ilma |
|||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: Vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili |
|||||||||||||||||||||||||
|
3a370 |
— |
Tawrina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Tawrina Sustanza attiva Tawrina Isem tal-IUPAC: Aċidu 2-ammino-etanesulfoniku C2H7NO3S Numru CAS: 107-35-7 Tawrina, f'forma solida, magħmula b'sinteżi kimika: mhux inqas minn 98 %. Metodu tal-Analiżi (1) Għad-determinazzjoni tat-tawrina fl-addittiv tal-għalf: kromatografija ta' skambju joniku b'derivatizzazzjoni postkolonnali tan-ninidrin (metodu tal-Farmakopea Ewropea għad-determinazzjoni tal-aċidi aminiċi (pH. EUR. 6.6, 2.2.56 l-1 Metodu). Għad-determinazzjoni tat-tawrina f'pretaħlitiet u għalf: Metodu ta' kromatografija ta' skambju joniku b'derivatizzazzjoni postkolonnali tan-ninidrin u detezzjoni fotometrika: abbażi tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (Anness III, f), jew Kromatografija Likwida ta' Prestazzjoni Għolja f'Fażi Kuntrarja (RP-HPLC) akkoppjata ma' detettur fluworexxenti (AOAC 999.12). Għad-determinazzjoni tat-tawrina fl-ilma: Kromatografija Likwida abbinata ma' ditettur tal-fluworexxenza jew l-UV (AOAC 997.05). |
Canidae, Felidae, Mustelidae u ħut karnivoru |
— |
— |
— |
|
Is-26 ta' Mejju 2025 |
||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/22 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/723
tal-5 ta' Mejju 2015
dwar l-awtorizzazzjoni tal-bijotina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-bijotina kienet ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dan il-prodott imbagħad iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-bijotina u tal-preparazzjonijiet magħmulin minnha għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u, b'konformità mal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikanti talbu li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-16 ta' Ottubru 2012 u tas-17 ta' Ottubru 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet li ġew proposti dwar l-użu fl-għalf u fl-ilma għax-xorb, il-bijotina ma tħallix effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-bijotina sintetika hija meqjusa bħala sors effettiv ta' bijotina fl-għalf tal-annimali, u li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf u fl-ilma għax-xorb li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza li ġie mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(5) |
Il-valutazzjoni tal-bijotina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tinsab fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
1. Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom din is-sustanza, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
2. Jekk ikunu maħsubin għal annimali għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
3. Jekk ikunu maħsubin għal annimali mhux għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanza speċifikata fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) The EFSA Journal 2012;10(11):2925;The EFSA Journal 2012;10(11):2926.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg tas-sustanza attiva/l ta' ilma. |
|||||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili |
|||||||||||||||||||||||
|
3a880 |
— |
Bijotina |
Kompożizzjoni tal-addittiv Bijotina Sustanza attiva D-(+)-bijotina C10H16N2O3S
Metodu ta' Analiżi (1) Għad-determinazzjoni ta' D-(+)-bijotina fl-addittiv tal-għalf: assaġġ ta' titrazzjoni potenzjometrika u identifikazzjoni ta' rotazzjoni ottika (European Pharmacopeia 6.0, method 01/2008:1073). Għad-determinazzjoni ta' D-(+)-bijotina fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa abbinata ma' spettrometrija ta' massa (RP-HPLC-MS/MS). Għad-determinazzjoni ta' D-(+)-bijotina fl-ilma: assaġġ mikrobijoloġiku (US Pharmacopoeia 21, 3rd supplement, method (88) 1986) |
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Is-26 ta' Mejju 2025 |
||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/25 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/724
tal-5 ta' Mejju 2015
dwar l-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Il-vitamina A kienet ġiet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dan il-prodott imbagħad iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodott eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-vitamina A fl-għamla ta' aċetat tar-retinil, palmitat tar-retinil u propjonat tar-retinil bħala addittivi fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tal-preparazzjonijiet magħmulin minnhom għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u, b'konformità mal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikant talab li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Ma' dik l-applikazzjoni intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-12 ta' Diċembru 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet li ġew proposti dwar l-użu fl-għalf, l-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil ma jħallux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent. |
|
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil huma sorsi effettivi ta' vitamina A, u li ma għandu jinqala' l-ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza li ġie mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Il-valutazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati, iżda mhux għall-ilma għax-xorb. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat fl-għalf, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Għandhom jiġu stabbiliti livelli ta' kontenut massimu għall-vitamina A, irrispettivament mill-għamla tagħha. Il-vitamin A ma għandhiex tingħata direttament fl-ilma għax-xorb, minħabba li rotta tal-amministrazzjoni addizzjonali żżid ir-riskju għall-konsumaturi. Għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil bħala addittivi nutrizzjonali li jinsabu fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, għandha tiġi miċħuda fir-rigward tal-użu tagħhom fl-ilma. Din il-projbizzjoni ma tapplikax għall-addittivi f'għalf kompost li sussegwentement jingħataw fl-ilma. |
|
(7) |
Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jinsabu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
L-awtorizzazzjoni tal-aċetat tar-retinil, il-palmitat tar-retinil u l-propjonat tar-retinil, li jinsabu fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u fil-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, hija miċħuda għall-użu fl-ilma.
Artikolu 3
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Jekk ikunu maħsubin għal annimali għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Mejju 2016 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Jekk ikunu maħsubin għal annimali mhux għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel is-26 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel is-26 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) EFSA Journal 2013;11(1):3037.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni |
||||||||||||
|
IU ta' vitamina A/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||||||||||
|
Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili |
|||||||||||||||||||||
|
3a672a |
— |
“Aċetat tar-retinil”, jew “Vitamina A” |
Kompożizzjoni tal-addittiv Aċetat tar-retinil Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Aċetat tar-retinil C22H32O2 Nru tas-CAS: 127-47-9 Aċetat tar-retinil, f'forma solida, prodott permezz ta' sinteżi kimika. Kriterji tal-purità: minimu ta' 95 % (minimu ta' 2,76 MIU/g). Metodi ta' Analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fl-addittiv tal-għalf: kromatografija fuq saff irqiq u detezzjoni bil-UV (TLC-UV) (Ph. Eur. 6th edition, monograph 0217). Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa (RP-HPLC) bil-UV, jew detezzjoni bil-fluworexxenza — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (2). |
Ħnienes (li qed ireddgħu, u mitfuma) |
— |
— |
16 000 |
|
is-26 ta' Mejju 2025 |
||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
— |
— |
6 500 |
||||||||||||||||||
|
Ħnieżer ta' sess femminili |
— |
— |
12 000 |
||||||||||||||||||
|
Ħnieżer oħra |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
|
Tiġieġ u speċijiet minuri ta' tjur |
≤ 14-il jum |
— |
20 000 |
||||||||||||||||||
|
> 14-il jum |
— |
10 000 |
|||||||||||||||||||
|
Dundjani |
≤ 28 jum |
— |
20 000 |
||||||||||||||||||
|
> 28 jum |
— |
10 000 |
|||||||||||||||||||
|
Tjur oħra |
— |
— |
10 000 |
||||||||||||||||||
|
Baqar tal-ħalib u baqar għar-riproduzzjoni |
|
— |
9 000 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela għat-trobbija |
4 xhur |
— |
16 000 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela u baqar oħra |
— |
— |
25 000 |
||||||||||||||||||
|
Ħrief u għabajjar għat-trobbija |
≤ xahrejn |
— |
16 000 |
||||||||||||||||||
|
> xahrejn |
— |
— |
|||||||||||||||||||
|
Ifrat, nagħaġ u mogħoż tas-simna |
— |
— |
10 000 |
||||||||||||||||||
|
Annimali bovini, nagħaġ u mogħoż oħra |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
|
Mammiferi |
— |
— |
Sostituti tal-ħalib biss: 25 000 |
||||||||||||||||||
|
Speċijiet oħra ta' annimali |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
|
3a672b |
|
“Palmitat tar-retinil”, jew “Vitamina A” |
Kompożizzjoni tal-addittiv Palmitat tar-retinil Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg tal-addittiv Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Palmitat tar-retinil C36H60O2 Nru tas-Cas:79-81-2 Palmitat tar-retinil, f'forma solida u likwida, prodott permezz ta' sinteżi kimika: minimu ta' 90 %, jew ta' 1,64 MIU/g. Metodi ta' Analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fl-addittiv tal-għalf: kromatografija fuq saff irqiq u detezzjoni bil-UV (TLC-UV) (Ph. Eur. 6th edition, monograph 0217). Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa (RP-HPLC) bil-UV, jew detezzjoni bil-fluworexxenza — ir-Regolament (KE) Nru 152/2009. |
Ħnienes (li qed ireddgħu, u mitfuma) |
— |
— |
16 000 |
|
is-26 ta' Mejju 2025 |
||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
— |
— |
6 500 |
||||||||||||||||||
|
Ħnieżer ta' sess femminili |
— |
— |
12 000 |
||||||||||||||||||
|
Ħnieżer oħra |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
|
Tiġieġ u speċijiet minuri ta' tjur |
≤ 14-il jum |
— |
20 000 |
||||||||||||||||||
|
> 14-il jum |
— |
10 000 |
|||||||||||||||||||
|
Dundjani |
≤ 28 jum |
— |
20 000 |
||||||||||||||||||
|
> 28 jum |
— |
10 000 |
|||||||||||||||||||
|
Tjur oħra |
— |
— |
10 000 |
||||||||||||||||||
|
Baqar tal-ħalib u baqar għar-riproduzzjoni |
— |
— |
9 000 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela għat-trobbija |
4 xhur |
— |
16 000 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela u baqar oħra |
— |
— |
25 000 |
||||||||||||||||||
|
Ħrief u għabajjar għat-trobbija |
≤ xahrejn |
— |
16 000 |
||||||||||||||||||
|
> xahrejn |
— |
— |
|||||||||||||||||||
|
Ifrat, nagħaġ u mogħoż tas-simna |
— |
— |
10 000 |
||||||||||||||||||
|
Annimali bovini, nagħaġ u mogħoż oħra |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
|
Mammiferi |
— |
— |
Sostituti tal-ħalib biss: 25 000 |
||||||||||||||||||
|
Speċijiet oħra ta' annimali |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
|
3a672c |
|
“Propjonat tar-retinil”, jew “Vitamina A” |
Kompożizzjoni tal-addittiv Propjonat tar-retinil Ossidu tat-trifenilfosfina (TPPO) ≤ 100 mg/kg tal-addittiv Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Propjonat tar-retinil C23H34O2 Nru tas-Cas: 7069-42-3 Propjonat tar-retinil, f'forma likwida, prodott permezz ta' sinteżi kimika: minimu ta' 95 %, jew ta' 2,64 MIU/g. Metodi ta' Analiżi (1) Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fl-addittiv tal-għalf: kromatografija fuq saff irqiq u detezzjoni bil-UV (TLC-UV) (Ph. Eur. 6th edition, monograph 0217). Għad-determinazzjoni tal-Vitamina A fit-taħlitiet lesti minn qabel u fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi inversa (RP-HPLC) bil-UV, jew detezzjoni bil-fluworexxenza — ir-Regolament (KE) Nru 152/2009. |
Ħnienes (li qed ireddgħu, u mitfuma) |
— |
— |
16 000 |
|
is-26 ta' Mejju 2025 |
||||||||||||
|
Ħnieżer tas-simna |
— |
— |
6 500 |
||||||||||||||||||
|
Ħnieżer ta' sess femminili |
— |
— |
12 000 |
||||||||||||||||||
|
Ħnieżer oħra |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
|
Tiġieġ u speċijiet minuri ta' tjur |
≤ 14-il jum |
— |
20 000 |
||||||||||||||||||
|
> 14-il jum |
— |
10 000 |
|||||||||||||||||||
|
Dundjani |
≤ 28 jum |
— |
20 000 |
||||||||||||||||||
|
> 28 jum |
— |
10 000 |
|||||||||||||||||||
|
Tjur oħra |
— |
— |
10 000 |
||||||||||||||||||
|
Baqar tal-ħalib u baqar għar-riproduzzjoni |
— |
— |
9 000 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela għat-trobbija |
4 xhur |
— |
16 000 |
||||||||||||||||||
|
Għoġġiela jew baqar oħra |
— |
— |
25 000 |
||||||||||||||||||
|
Ħrief u għabajjar għat-trobbija |
≤ xahrejn |
— |
16 000 |
||||||||||||||||||
|
> xahrejn |
— |
— |
|||||||||||||||||||
|
Ifrat, nagħaġ u mogħoż tas-simna |
— |
— |
10 000 |
||||||||||||||||||
|
Annimali bovini, nagħaġ u mogħoż oħra |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
|
Mammiferi |
— |
— |
Sostituti tal-ħalib biss: 25 000 |
||||||||||||||||||
|
Speċijiet oħra ta' annimali |
— |
— |
— |
||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 tas-27 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi l-metodi ta' teħid ta' kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-għalf (ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1).
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/32 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/725
tal-5 ta' Mejju 2015
li jiffissa d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tiegħu u t-tieni subparagrafu ta' dak l-istess Artikolu,
Billi:
|
(1) |
L-għajnuna għall-ħażna privata mogħtija skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360 (2) kellha effett favorevoli fuq is-suq tal-laħam tal-majjal. Huwa mistenni li l-prezzijiet ikomplu jistabbilizzaw ruħhom. |
|
(2) |
Għalhekk, l-għoti tal-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal għandu jintemm u għandha tiġi ffissata data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għal din l-għajnuna. |
|
(3) |
Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360 għandu jitħassar. |
|
(4) |
Sabiex tiġi evitata l-ispekulazzjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(5) |
Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax l-opinjoni tiegħu saż-żmien stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata għal-laħam tal-majjal skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360 għandha tkun it-8 ta' Mejju 2015.
Artikolu 2
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/360 qed jitħassar b'effett mit-8 ta' Mejju 2015.
Madanakollu, huwa għandu jibqa' japplika għall-kuntratti li ġew konklużi skont dak ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/360 tal-5 ta' Marzu 2015 li jiftaħ il-ħażna privata għal-laħam tal-majjal u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna (ĠU L 62, 6.3.2015, p. 16).
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/34 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/726
tal-5 ta' Mejju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
153,9 |
|
MA |
87,0 |
|
|
MK |
119,9 |
|
|
TN |
392,6 |
|
|
ZZ |
188,4 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
49,4 |
|
TR |
110,0 |
|
|
ZZ |
79,7 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
130,6 |
|
TR |
133,2 |
|
|
ZZ |
131,9 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
44,6 |
|
IL |
71,3 |
|
|
MA |
53,6 |
|
|
ZZ |
56,5 |
|
|
0805 50 10 |
BR |
107,1 |
|
TR |
101,0 |
|
|
ZZ |
104,1 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
98,9 |
|
BR |
93,6 |
|
|
CL |
120,5 |
|
|
MK |
32,8 |
|
|
NZ |
135,8 |
|
|
US |
161,3 |
|
|
UY |
92,0 |
|
|
ZA |
117,5 |
|
|
ZZ |
106,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/36 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/727 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-10 ta' April 2015
dwar l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perijodu tariffarju u għall-2015 (BĊE/2015/17)
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 16(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) huwa meħtieġ li jiddeċiedi l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti billi jinħarġu avviżi tariffarji għal kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni u sabiex din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq is-sit elettroniku tiegħu sat-30 ta' April tal-perijodu tariffarju relevanti. |
|
(2) |
L-avviż tariffarju għall-ewwel perijodu tariffarju, jiġifieri Novembru sa Diċembru 2014, għandu jinħareġ flimkien mal-avviż tariffarju għall-perijodu tariffarju tal-2015. L-ammont totali tat-tariffi superviżorji annwali imposti fl-2015 b'hekk għandhom jirriflettu n-nefqa mġarrba mill-BĊE b'rabta mal-kompiti superviżorji tiegħu sa minn Novembru 2014. |
|
(3) |
Din in-nefqa primarjament tikkonsisti fi spejjeż relatati direttament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, eż. is-superviżjoni ta' entitajiet sinifikanti, is-sorveljanza tas-superviżjoni ta' entitajiet inqas sinifikanti u t-twettiq ta' kompiti orizzontali u servizzi speċjalizzati. Tinkludi wkoll spejjeż relatait indirettament mal-kompiti superviżorji tal-BĊE, eż. servizzi pprovduti mill-oqsma ta' appoġġ tal-BĊE, inklużi binjiet, ġestjoni tar-riżorsi umani u servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. |
|
(4) |
Sabiex tiġi kkalkulata t-tariffa superviżorja annwali pagabbli fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni, l-ispejjeż totali jinqasmu f'żewġ partijiet; entitajiet u gruppi sinifikanti, u entitajiet u gurppi inqas sinifikanti. L-ispejjeż ġew maqsuma fuq il-bażi tan-nefqa allokata għall-funzjonijiet relevanti li jwettqu s-superviżjoni diretta ta' entitajiet sinifikanti taħt superviżjoni u s-superviżjoni indiretta ta' entitajiet inqas sinifikanti taħt superviżjoni. |
|
(5) |
In-nefqa relatata ma' kompiti ta' superviżjoni bankarja mġarrba mill-BĊE fl-ewwel perijodu tariffarju u li tista' tiġi rkuprata permezz ta' tariffi superviżorji ġiet inkluża fil-Kontijiet Annwali tal-BĊE għall-2014 (2). |
|
(6) |
In-nefqa annwali stmata għall-perijodu tariffarju 2015 hija dderivata mill-baġit approvat tal-BĊE, waqt li jitqiesu kwalunkwe żviluppi fin-nefqa annwali stmata li għandha tiġi mġarrba mill-BĊE li kienu magħrufa fiż-żmien meta din id-Deċiżjoni ġiet imħejjija, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (3) u r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).
Artikolu 2
Ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perijodu tariffarju u għall-2015
1. L-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali għall-ewwel perijodu tariffarju u għall-2015 għandu jkun EUR 325 986 085, li jikkorrispondi għall-ispejjeż attwali tal-BĊE għal Novembru u Diċembru 2014 u stima tal-ispejjeż annwali tal-BĊE għall-2015 stipulati fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.
2. Kull kategorija ta' entitajiet taħt superviżjoni u gruppi taħt superviżjoni għandha tħallas l-ammont totali ta' tariffi superviżorji annwali kif stipulat fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-L-Erbgħa, 29 ta' April 2015.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta' April 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.
(2) Ippubblikata fis-sit elettroniku tal-BĊE li jinsab fuq www.ecb.europa.eu fi Frar 2015.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).
ANNESS I
|
(EUR) |
|||
|
|
2014 |
2015 |
Total |
|
Salarji u benefiċċji |
18 456 945 |
151 665 635 |
170 122 580 |
|
Kera u manutenzjoni tal-binjiet |
2 199 243 |
22 563 517 |
24 762 760 |
|
Nefqa operattiva oħra |
9 316 824 |
121 783 921 |
131 100 745 |
|
Total |
29 973 012 |
296 013 073 |
325 986 085 |
ANNESS II
|
(EUR) |
|||
|
|
2014 |
2015 |
Total |
|
Tariffi superviżorji |
29 973 012 |
296 013 073 |
325 986 085 |
|
li minnhom: |
|
|
|
|
Tariffi imposti fuq entitajiet sinifikanti jew gruppi sinifikanti |
25 622 812 |
264 068 941 |
289 691 753 |
|
Tariffi imposti fuq entitajiet inqas sinifikanti jew gruppi inqas sinifikanti |
4 350 200 |
31 944 132 |
36 294 332 |
Rettifika
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/39 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/116 tas-26 ta' Jannar 2015 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 20 tas-27 ta' Jannar 2015 )
|
1. |
F'paġna 49, l-Anness I: |
minflok:
“D. Francesc HOMS I MOLIST
Consejero de Presidencia”
aqra:
“D. Francesc HOMS I MOLIST
Consejero de Presidencia de la Generalitat de Catalunya”
|
2. |
F'paġna 50, l-Anness I: |
minflok:
“Sr. D. Juan VICENTE HERRERA
Presidente de la Junta de Castilla y León”
aqra:
“Sr. D. Juan Vicente HERRERA CAMPO
Presidente de la Junta de Castilla y León”
|
3. |
F'paġna 64, l-Anness II: |
minflok:
“Mr Joël RIGUELLE
Député bruxellois”
aqra:
“Mr Joël RIGUELLE
Bourgmestre de la commune de Berchem-Ste-Agathe”
|
4. |
F'paġna 69, l-Anness II: |
minflok:
“D. Roger ALBINYANA I SAIGÍ
Secretario de Asuntos Exteriores de la Generalitat de Catalunya”
aqra:
“D. Roger ALBINYANA I SAIGÍ
Secretario de Asuntos Exteriores y de la Unión Europea de la Generalitat de Catalunya”
|
5. |
F'paġna 69, l-Anness II: |
minflok:
“D. Enrique BARRASA SÁNCHEZ
Director General de Inversiones y Acción Exterior de Extremadura”
aqra:
“D. Enrique BARRASA SÁNCHEZ
Director General de Acción Exterior del Gobierno de Extremadura”
|
6.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 115/40 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/190 tal-5 ta' Frar 2015 li taħtar il-membri u membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2015 sal-25 ta' Jannar 2020
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 31 tas-7 ta' Frar 2015 )
|
1. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Cllr Stephen ALAMBRITIS
Leader of London Borough of Merton”
aqra:
“Cllr Soterios ALAMBRITIS
Member of London Borough of Merton”
|
2. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Mr Michael ANTONIW
Assembly Member for Pontypridd”
aqra:
“Mr Michael ANTONIW AM
Member of the National Assembly for Wales”
|
3. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Cllr Robert Charles BRIGHT
Leader of Newport City Council”
aqra:
“Cllr Robert Charles BRIGHT
Member of Newport City Council”
|
4. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Cllr Anthony Gerard BUCHANAN
Councillor East Renfrewshire Council”
aqra:
“Cllr Anthony Gerard BUCHANAN
Member of East Renfrewshire Council”
|
5. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Cllr Joseph COONEY
Leader of Pendle Council”
aqra:
“Cllr Joseph COONEY
Member of Pendle Council”
|
6. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Cllr Trevor CUMMINGS
Member of Ards Borough Council”
aqra:
“Cllr Trevor William CUMMINGS
Member of Ards Borough Council”
|
7. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Jeremy Roger EVANS
Assembly Member Greater London Authority”
aqra:
“Mr Jeremy Roger EVANS AM
Member of the Greater London Assembly”
|
8. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Ms Megan FEARON
Member of the Northern Ireland Assembly”
aqra:
“Ms Megan FEARON MLA
Member of the Northern Ireland Assembly”
|
9. |
F'paġna 27, l-Anness I: |
minflok:
“Ms Patricia Josephine FERGUSON
Constituency member for Glasgow Maryhill & Springburn”
aqra:
“Ms Patricia Josephine FERGUSON MSP
Member of the Scottish Parliament”
|
10. |
F'paġna 28, l-Anness I: |
minflok:
“Cllr Gordon Charles KEYMER
Leader of Tandridge District Council”
aqra:
“Cllr Gordon Charles KEYMER
Member of Tandridge Council”
|
11. |
F'paġna 28, l-Anness I: |
minflok:
“Cllr Cormack MCCHORD
Councillor for Stirling”
aqra:
“Cllr Cormick MCCHORD
Member of Stirling Council”
|
12. |
F'paġna 28, l-Anness I: |
minflok:
“Mr William Stewart MAXWELL
MSP for West of Scotland”
aqra:
“Mr William Stewart MAXWELL MSP
Member of the Scottish Parliament”
|
13. |
F'paġna 28, l-Anness I: |
minflok:
“Cllr Paul WATSON
Leader, Sunderland Council”
aqra:
“Cllr Paul WATSON
Member of Sunderland Council”
|
14. |
F'paġna 29, l-Anness II: |
minflok:
“Jennette ARNOLD
Assembly Member Greater London Authority”
aqra:
“Ms Jennette ARNOLD AM
Member of the Greater London Assembly”
|
15. |
F'paġna 29, l-Anness II: |
minflok:
“Cllr Barbara GRANT
East Renfrewshire Council”
aqra:
“Cllr Barbara GRANT
Member of East Renfrewshire Council”
|
16. |
F'paġna 29, l-Anness II: |
minflok:
“Cllr Arnold HATCH
Member of Craigavon Borough Council”
aqra:
“Cllr Arnold George HATCH
Member of Craigavon Borough Council”
|
17. |
F'paġna 29, l-Anness II: |
minflok:
“Mr James Robert HUME
Regional List member for South of Scotland”
aqra:
“Mr James Robert HUME MSP
Member of the Scottish Parliament”
|
18. |
F'paġna 30, l-Anness II: |
minflok:
“Sir James Angus Rhoderick MCGRIGOR
Regional List Member for the Highlands and Islands”
aqra:
“Sir James Angus Rhoderick MCGRIGOR MSP
Member of the Scottish Parliament”
|
19. |
F'paġna 30, l-Anness II: |
minflok:
“Mr Fearghal MCKINNEY
Member of the Northern Ireland Assembly”
aqra:
“Mr Fearghal MCKINNEY MLA
Member of the Northern Ireland Assembly”
|
20. |
F'paġna 30, l-Anness II: |
minflok:
“Cllr Robert John PRICE
Leader of Oxford Council”
aqra:
“Cllr Robert John PRICE
Member of Oxford Council”
|
21. |
F'paġna 30, l-Anness II: |
minflok:
“Cllr Gary ROBINSON
Leader Shetland Islands Council”
aqra:
“Cllr Gary ROBINSON
Member of Shetland Islands Council”
|
22. |
F'paġna 30, l-Anness II: |
minflok:
“Rhodri Glyn THOMAS
Assembly Member for Carmarthen East and Dinefwr”
aqra:
“Mr Rhodri Glyn THOMAS AM
Member of the National Assembly for Wales”
|
23. |
F'paġna 30, l-Anness II: |
minflok:
“Cllr Martin John Beresford VEAL
Chairman, Bath & North East Somerset Council”
aqra:
“Cllr Martin John Beresford VEAL
Member of Bath & North East Somerset Council”