|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/715 tat-30 ta' April 2015 li temenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali ( 1 ) |
|
|
|
* |
||
|
|
|
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/712
tat-28 ta' April 2015
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 103/2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 953/2013 (2) emenda l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u ssostitwixxa l-kodiċijiet NM 8528 59 10 , 8528 59 40 u 8528 59 80 permezz tal-kodiċijiet NM 8528 59 20 , 8528 59 31 , 8528 59 39 u 8528 59 70 . |
|
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2012 (3) dwar il-klassifikazzjoni tal-prodotti, adottat sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda stabbilita bir-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jagħmel referenza għall-kodiċi NM li ma għadhiex teżisti. Għalhekk din għandha tiġi emendata, sabiex tqis il-kodiċi NM xierqa fis-seħħ. |
|
(3) |
Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ressaqx opinjoni fil-limitu taż-żmien li ġie stabbilit mill-President tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 103/2012 hu sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 953/2013 tas-26 ta' Settembru 2013 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 263, 5.10.2013, p. 4).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2012 tas-7 ta' Frar 2012 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 36, 9.2.2012, p. 17).
ANNESS
“ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi-NM) |
Raġunijiet |
||||
|
(1) |
(2) |
(3) |
||||
|
Pannell ta' skrin modulari mhux armat (hekk imsejjaħ ‘ħajt LED’), li jikkonsisti minn ħafna moduli fil-forma ta' madum, b'kull maduma jkollha daqs bejn wieħed u ieħor ta' 38 × 38 × 9 cm. Kull maduma fiha dijodji li jarmu d-dawl (LEDs) aħmar, aħdar u ikħal u riżoluzzjoni ta' 16 × 16-il pixel, bid-daqs ta' kull tikka jkun 24 mm, luminożità ta' 2 000 cd/m2 u frekwenza ta' ripetizzjoni ta' aktar minn 300 Hz. Ikunu jinkludu wkoll iċ-ċirkwiti elettroniċi tat-tħaddim. Il-pannell jiġi ppreżentat flimkien ma' sistema ta' pproċessar li tinkludi:
Is-sinjal ipproċessat jintbagħat mill-proċessur tas-sinjal lil distributur tad-dejta bl-użu ta' kejbils tal-fibra ottika. Id-distributur tad-dejta min-naħa tiegħu jibgħat id-dejta lid-diversi madumiet tal-pannell tal-iskrin. L-iskrin huwa ppreżentat bħala adattat għal avvenimenti sportivi jew ta' divertiment, fis-sinjal ta' reklamar, eċċ., iżda mhux adattat għal wiri mill-qrib. |
8528 59 39 |
Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, u l-kliem tal-kodiċi NM 8528 , 8528 59 u 8528 59 39 . Billi l-pannell tal-iskrin huwa kapaċi juri l-vidjo ma jistax jitqies bħala apparat elettriku għal skopijiet ta' senjalar bl-użu ta' indikazzjoni viżwali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8531 bħala pannell tal-iskrin ta' indikazzjoni hija għalhekk eskluża. Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, bħad-daqs tal-iskrin, l-istandards tat-televiżjoni appoġġjat (CVBS) u l-modalità ta' vidjo, id-daqs ta' kull tikka li mhux adattat għall-wiri mill-qrib u l-luminożità qawwija, l-użu maħsub tal-pannell tal-iskrin hu għal avvenimenti sportivi jew ta' divertiment, fis-sinjal ta' reklamar, eċċ. Għaldaqstant, ma jitqiesx li hu ta' tip użat biss jew prinċipalment f'sistema awtomatika tal-ipproċessar tad-dejta tal-intestatura 8471 Il-klassifikazzjoni taħt is-subintestatura 8528 51 00 hija għaldaqstant eskluża wkoll. Minħabba li l-pannell tal-iskrin huwa kapaċi juri sinjali minn magna awtomatika għall-ipproċessar tad-dejta (ADP — automatic data-processing) f'livell suffiċjenti għall-użu prattiku mal-magna ADP, dan jitqies li kapaċi juri sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità. Għaldaqstant għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8528 59 39 bħala displays oħrajn tal-kulur forma ta' pannelli tal-iskrin ċatti li jistgħu juru sinjali minn magni awtomatiċi għall-ipproċessar tad-dejta b'livell aċċettabbli ta' funzjonalità.” |
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/4 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/713
tal-4 ta' Mejju 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Mejju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
IL |
153,9 |
|
MA |
85,5 |
|
|
MK |
119,9 |
|
|
TN |
392,6 |
|
|
TR |
96,0 |
|
|
ZZ |
169,6 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
49,4 |
|
TR |
127,5 |
|
|
ZZ |
88,5 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
102,7 |
|
TR |
135,7 |
|
|
ZZ |
119,2 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
50,6 |
|
IL |
71,3 |
|
|
MA |
59,7 |
|
|
ZZ |
60,5 |
|
|
0805 50 10 |
BR |
107,1 |
|
TR |
81,3 |
|
|
ZZ |
94,2 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
101,4 |
|
BR |
100,1 |
|
|
CL |
120,1 |
|
|
CN |
167,0 |
|
|
MK |
28,2 |
|
|
NZ |
146,5 |
|
|
US |
216,1 |
|
|
UY |
92,0 |
|
|
ZA |
132,4 |
|
|
ZZ |
122,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/6 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/714
tal-24 ta' April 2015
dwar il-validità ta' ċerta informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi
(notifikata bid-dokument C(2015) 2888)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Portugiż u bl-Ispanjol biss huma awtentiċi)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2), u b' mod partikolari l-Artikolu 12(5)(a)(iii) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (3), u b'mod partikolari t-tieni inċiż l-Artikolu 9(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi (BTI) imsemmija fl-Anness fiha klassifikazzjoni tariffarja mhux kompatibbli mar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbilita fit-Taqsima I tal-Parti Wieħed, tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 u mhix konsistenti ma' BTI oħra. |
|
(2) |
Il-prodotti koperti mill-BTI msemmija fl-Anness huma meraq tal-frott, meraq tal-frott konċentrat, meraq tal-ħaxix jew meraq tal-ħaxix konċentrat, imħallat u mhux, kif ukoll addittivi, miżjuda bl-ilma jew ilma effervexxenti. Il-klassifikazzjoni tariffarja ta' dawk il-prodotti kif stabbilita fil-BTI mhijiex skont il-kodiċijiet TARIC 2202 90 10 19, 2202 90 10 99, 2202 90 91 90, 2202 90 95 90 and 2202 90 99 90, rispettivament. |
|
(3) |
Biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn l-operaturi u l-applikazzjoni uniformi tat-TARIC, il-BTI msemmija fl-Anness ma tibqax valida. Għalhekk, l-awtoritajiet doganali li ħarġu l-informazzjoni jirrevokawha mill-aktar fis possibli wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dan. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, id-detentur tal-BTI jingħata, għal ċertu perjodu ta' żmien, il-possibbiltà li jinvoka l-BTI li ma baqgħetx valida soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella stabbilita fl-Anness, li tkun inħarġet mill-awtoritajiet doganali speċifikati fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella għall-klassifikazzjoni tariffarja speċifikata fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella ma tibqax valida skont il-paragrafu 2.
2. L-awtoritajiet doganali speċifikati fil-kolonna 2 tat-tabella stabbilita fl-Anness jirrevokaw l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi msemmija fil-kolonna 1 ta' dik it-tabella u jinnotifikaw lid-detenturi tagħha fl-aktar data kmieni possibbli u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn għaxart ijiem min-notifika ta' din id-Deċiżjoni.
3. Meta awtorità doganali tirrevoka l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi u tagħmel in-notifika skont il-paragrafu 2, din tinnotifika lill-Kummissjoni b'dan.
Artikolu 2
L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi msemmija fl-Anness tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' sitt xhur mid-data tan-notifika tar-revoka tal-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi lid-detentur.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta' Spanja, ir-Repubblika ta' Franza, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Portugall u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali
ANNESS
|
Informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi Nru ta' referenza |
Awtorità tad-Dwana |
Klassifikazzjoni tariffarja |
|
1 |
2 |
3 |
|
AT 2009/000570 |
Zollamt Wien |
2202 90 10 19 |
|
AT 2009/000573 |
Zollamt Wien |
2202 90 10 19 |
|
AT 2009/000574 |
Zollamt Wien |
2202 90 10 19 |
|
DE 23376/12-1 |
Hauptzollamt Hannover |
2202 90 10 19 |
|
DE 6324/12-1 |
Hauptzollamt Hannover |
2202 90 10 19 |
|
DE B/810/09-1 |
Hauptzollamt Hannover |
2202 90 10 19 |
|
DE B/811/09-1 |
Hauptzollamt Hannover |
2202 90 10 19 |
|
DE B/812/09-1 |
Hauptzollamt Hannover |
2202 90 10 19 |
|
DE B/813/09-1 |
Hauptzollamt Hannover |
2202 90 10 19 |
|
DE B/815/09-1 |
Hauptzollamt Hannover |
2202 90 10 19 |
|
ES -2009-000120-0019/09 |
Departamento de Aduanas E II.EE, Madrid |
2202 90 10 19 |
|
FR -PRO-2012-004802 |
Direction Générale des Douanes et Droits Indirects, Montreuil |
2202 90 10 19 |
|
FR -RTC-2013-164920 |
Direction Générale des Douanes et Droits Indirects, Montreuil |
2202 90 10 19 |
|
FR -RTC-2014-006435 |
Direction Générale des Douanes et Droits Indirects, Montreuil |
2202 90 10 19 |
|
PT 2014-IPV-020 |
Autoridade Tributária Aduaneira, Lisboa |
2202 90 10 19 |
|
PT 2014-IPV-021 |
Autoridade Tributária Aduaneira, Lisboa |
2202 90 10 19 |
|
PT 2014-IPV-023 |
Autoridade Tributária Aduaneira, Lisboa |
2202 90 10 19 |
|
PT 2014-IPV-024 |
Autoridade Tributária Aduaneira, Lisboa |
2202 90 10 19 |
|
ES -2009-000122-0019/09 |
Departamento de Aduanas E II.EE, Madrid |
2202 90 10 99 |
|
ES -2009-000125-0019/09 |
Departamento de Aduanas E II.EE, Madrid |
2202 90 10 99 |
|
GB 120294213 |
HM Revenue & Customs, Southend-on-Sea |
2202 90 10 99 |
|
DE 6948/14-1 |
Hauptzollamt Hannover |
2202 90 95 90 |
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/715
tat-30 ta' April 2015
li temenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE (2) emendat il-proċeduri għall-amministrazzjoni tal-konġestjoni u r-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 bil-ħsieb li jiġu implimentati regoli Ewropej għall-amministrazzjoni tal-konġestjoni armonizzati. |
|
(2) |
Fil-proċess tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2012/490/UE ħarġu inkonsistenzi fir-rigward tad-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Aġenzija dwar il-monitoraġġ tal-konġestjoni fil-punti ta' interkonnessjoni u tad-data tal-pubblikazzjoni tad-dejta tal-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni. Sabiex l-Aġenzija tingħata d-dejta meħtieġa biex tissodisfa r-rwol ta' monitoraġġ tagħha li jinħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva tad-Deċiżjoni 2012/490/UE, jinħtieġ li jinbidlu l-orizzont tal-pubblikazzjoni tad-dejta mill-operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni u d-data meta l-Aġenzija għandha tippubblika r-rapport. |
|
(3) |
Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 51 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/490/UE tal-24 ta' Awwissu 2012 dwar l-emenda għall-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali (ĠU L 231, 28.8.2012, p. 16).
(3) Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass u li temenda d-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94).
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-punt 2.2.1 (2) jinbidel bit-test li ġej:
|
|
(2) |
Il-punt 3.3 (2) jinbidel bit-test li ġej:
|
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/11 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/716 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-12 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/8)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), u b'mod partikolari l-Artikolu 12.3 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li jiġu adattati r-regoli dwar il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv permezz ta' proċedura bil-miktub, kif iddefinit ulterjorment fl-Artikoli 13g, 13h u 13i tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi tal-proċedura ta' nuqqas ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 26(8) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (1). |
|
(2) |
Fir-rigward ta' proċedura bil-miktub fl-ambitu tal-Artikoli 13g sa 13i tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew u soġġett għall-iskadenzi speċifiċi stabbiliti fihom, huwa xieraq li jiġi ffissat massimu ta' ħamest ijiem tax-xogħol għal kunsiderazzjoni minn kull membru tal-Kunsill Governattiv sabiex il-membri tal-Kunsill Governattiv, b'mod konformi mal-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ikunu jistgħu jilħqu ftehim dwar kwalunkwe oġġezzjoni possibbli, inkluża l-ispjegazzjoni bil-miktub, għal abbozz ta' deċiżjoni f'perijodu ta' żmien ta' mhux aktar minn għaxart ijiem. |
|
(3) |
L-Artikolu 10.2 tal-Istatut tas-SEBĊ jeħtieġ li l-membri tal-Kunsill Governattiv jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw personalment. Dan huwa element importanti tal-indipendenza tal-membri tal-Kunsill Governattiv, peress li huma membri ex officio u ma jistgħux jiġu ssostitwiti fit-tfigħ tal-vot tagħhom minn persuna oħra, ħlief jekk il-membru ma jkunx jista' jattendi laqgħat għal perijodu twil skont it-tifsira tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. Vot jew kumment dwar is-sustanza minn membru tal-Kunsill Governattiv li jintbagħat b'mod elettroniku bħala parti mit-teħid ta' deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv permezz ta' proċedura bil-miktub ma għandux għalfejn ikollu l-firma fiżika ta' dan il-membru tal-Kunsill Governattiv. Dan huwa konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 10.2 tal-Istatut tas-SEBĊ. |
|
(4) |
F'każijiet fejn is-sottomissjoni elettronika ta' vot jew kummenti minn membru tal-Kunsill Governattiv ma tkunx fattibbli, dak il-membru tal-Kunsill Governattiv jista' jawtorizza espressament lil persuna oħra biex tiffirma l-vot jew kummenti dwar is-sustanza. Dik il-firma mill-persuna awtorizzata sempliċement tikkonferma li dak huwa l-vot jew dawk huma l-kummenti li jkun esprima personalment il-membru rispettiv tal-Kunsill Governattiv. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2004/2 (2) għandha tiġi emendata sabiex tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-iżviluppi, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew
Id-Deċizjoni BĊE/2004/2 hija emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 4.7 huwa mibdul b'dan li ġej: “Għajr kif huwa pprovdut fl-Artikolu 4.8, id-deċiżjonijiet jistgħu jittieħdu wkoll bi proċedura bil-miktub, ħlief jekk joġġezzjonaw ta' mill-inqas tliet membri tal-Kunsill Governattiv. Proċedura bil-miktub għandha teħtieġ: (i) normalment mhux anqas minn ħamest ijiem ta' xogħol biex tiġi kkunsidrata minn kull membru tal-Kunsill Governattiv; u (ii) l-approvazzjoni espressa jew taċita personali ta' kull membru tal-Kunsill Governattiv (jew is-supplent tiegħu/tagħha skont l-Artikolu 4.4); u (iii) verbal ta' deċiżjoni bħal dik fil-minuti tal-laqgħa ta' wara tal-Kunsill Governattiv. Id-Deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu bil-proċedura bil-miktub għandhom jiġu approvati mill-membri tal-Kunsill Governattiv bid-dritt tal-vot meta tingħata l-approvazzjoni.” |
|
2. |
Il-paragrafi li ġejjin huwa miżjuda mal-Artikolu 4:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta tiġi adottata.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-12 ta' Frar 2015.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(2) Deċizjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li taddotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33).
ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/13 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
tat-12 ta' Marzu 2015
li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2015/717]
IS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 191 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati b'mod provviżorju mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 191(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SFS”) għandu jqis kull kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 (Il-Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu V (Il-Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 191(5) tal-Ftehim, is-Sottokumitat SFS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'dan qegħdin jiġu adottati r-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SFS, kif stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul f'Chisinau, it-12 ta' Marzu 2015.
Għas-Sottokumitat SFS
Il-President
V. LOGHIN
Segretarji
S. TIRIGAN
R. FREIGOFAS
ANNESS
REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SFS”), stabbilit f'konformità mal-Artikolu 191(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jassisti lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”) fit-twettiq ta' dmirijietu.
2. Is-Sottokumitat SFS iwettaq il-funzjonijiet tiegħu stipulati fl-Artikolu 191(2) tal-Ftehim fid-dawl tal-għanijiet tal-Kapitolu 4 tat-Titolu V stipulati fl-Artikolu 176 tal-Ftehim.
3. Is-Sottokumitat SFS ikun imsawwar minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, responsabbli għall-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji.
4. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkollu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat SFS f'konformità mal-Artikolu 2.
5. Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif stipulat fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.
Artikolu 2
Presidenza
Il-Partijiet ikollhom il-Presidenza tas-Sottokumitat SFS, b'mod alternat, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.
Artikolu 3
Laqgħat
1. Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SFS jiltaqa' fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, u sussegwentement fuq it-talba ta' xi waħda mill-Partijiet jew mill-inqas darba fis-sena.
2. Kull laqgħa tas-Sottokumitat SFS tkun imsejħa mill-Presidenza tagħha f'post u fi żmien maqbulin bejn il-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat SFS mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.
3. Fejn ikun possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat SFS tissejjaħ fi żmien dovut qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.
4. Il-laqgħat tas-Sottokumitat SFS jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe tagħmir teknoloġiku bi qbil bħalma huma l-vidjokonferenzi jew l-awdjokonferenzi.
5. Is-Sottokumitat SFS jista' wkoll jindirizza kwalunkwe kwistjoni mingħajr ma jiltaqa', permezz tal-korrispondenza.
Artikolu 4
Delegazzjonijiet
Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu mgħarrfin mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS dwar l-għamla prevista tad-delegazzjoni ta' kull Parti li tkun se tattendi l-laqgħa.
Artikolu 5
Segretarjat
1. Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat SFS u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.
2. Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun mgħarraf b'kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni, rapport u azzjoni oħra maqbula tas-Sottokumitat SFS.
Artikolu 6
Korrispondenza
1. Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SFS tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.
2. Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SFS tingħadda lill-President tas-Sottokumitat SFS u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.
3. Il-korrispondenza mill-President tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7.
Artikolu 7
Dokumenti
1. Id-dokumenti jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat SFS.
2. Parti tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju jittrażmetti dawk id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.
3. Is-Segretarju tal-Unjoni jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u f'tali korrispondenza jikkopja sistematikament lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.
4. Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tar-Repubblika tal-Moldova u f'tali korrispondenza jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.
5. Is-Segretarji tas-Sottokumitat SFS iservu bħala punti ta' kuntatt għal skambji previsti fl-Artikolu 184 tal-Ftehim.
Artikolu 8
Kunfidenzjalità
Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat SFS ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat SFS, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.
Artikolu 9
Aġendi għal-laqgħat
1. Titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif previst fl-Artikolu 10 mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tkun tinkludi punti li s-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.
2. L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.
3. L-aġenda tiġi adottata mis-Sottokumitat SFS fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.
4. Il-President tas-Sottokumitat SFS jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti ta' qasam partikolari fuq bażi ad hoc sabiex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat SFS bil-għan li jipprovdu tagħrif dwar suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawn l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.
5. Il-President tas-Sottokumitat SFS jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-perjodi ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali.
Artikolu 10
Minuti u konklużjonijiet operattivi
1. Jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt mis-Segretarji tas-Sottokumitat SFS.
2. Bħala regola ġenerali, dwar kull punt fuq l-aġenda, il-minuti jinkludu:
|
(a) |
lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista ta' uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' kull osservatur jew espert li jkun attenda l-laqgħa; |
|
(b) |
id-dokumentazzjoni ppreżentata lis-Sottokumitat SFS; |
|
(c) |
id-dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat SFS ikun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u |
|
(d) |
konklużjonijiet operattivi tal-laqgħa, kif previst fil-paragrafu 4. |
3. L-abbozz tal-minuti jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat SFS għall-approvazzjoni. Dawn il-minuti jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat SFS. Tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.
4. Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta' kull laqgħa jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat SFS tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat SFS, u jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dan l-abbozz jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SFS jadotta l-konklużjonijiet operattivi, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li l-Partijiet qablu dwarhom. Ġaladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operattivi jinthemżu mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom tiġi eżaminata mill-ġdid matul kwalunkwe laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat SFS. Għal dan il-għan, is-Sottokumitat SFS jadotta mudell, li jippermetti li kull azzjoni tiġi segwita fir-rigward ta' skadenza speċifika.
Artikolu 11
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. Is-Sottokumitat SFS ikollu s-setgħa jadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 191 tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.
2. Kull deċiżjoni, opinjoni jew rakkomandazzjoni tiġi ffirmata mill-President tas-Sottokumitat SFS u awtentikata mis-Segretarji tas-Sottokumitat SFS. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni, l-opinjoni, ir-rakkomandazzjoni jew ir-rapport rilevanti.
3. Is-Sottokumitat SFS jista' jieħu deċiżjonijiet, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jadotta opinjonijiet jew rapporti bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li matulu tiġi mgħarrfa kull riżerva jew emenda. Il-President jista', f'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar dak il-perjodu ta' żmien sabiex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ġaladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni, l-opinjoni, ir-rakkomandazzjoni jew ir-rapport jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.
4. L-atti tas-Sottokumitat SFS jingħataw it-titolu ta' “Deċiżjoni”, “Opinjoni”, “Rakkomandazzjoni” jew “Rapport” rispettivament. Kull deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprevedix mod ieħor.
5. Id-deċiżjonijiet, l-opinjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti jiġu ċċirkolati mal-Partijiet.
6. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar l-ippubblikar tad-deċiżjonijiet, tal-opinjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat SFS fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 12
Rapporti
Is-Sottokumitat SFS jippreżenta rapport lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tal-gruppi ta' ħidma tekniċi jew il-gruppi ad hoc imwaqqfin mis-Sottokumitat SFS. Ir-rapport jiġi ppreżentat 25 jum tal-kalendarju qabel il-laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.
Artikolu 13
Lingwi
1. Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat SFS huma l-Ingliż u r-Rumen.
2. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat SFS jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija b'dawk il-lingwi.
Artikolu 14
Spejjeż
1. Kull Parti tkopri l-ispejjeż li ġġarrab minħabba li tieħu sehem fil-laqgħat tas-Sottokumitat SFS, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tal-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-infiq tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.
2. L-infiq marbut mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
3. L-infiq marbut ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.
Artikolu 15
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tas-Sottokumitat SFS f'konformità mal-Artikolu 191(5) tal-Ftehim.
Artikolu 16
Gruppi ta' ħidma tekniċi u gruppi ad hoc
1. Is-Sottokumitat tal-SFS jista' permezz ta' deċiżjoni skont l-Artikolu 191(6) tal-Ftehim joħloq jew jabolixxi, fejn xieraq, gruppi ta' ħidma tekniċi jew gruppi ta' ħidma ad hoc, inklużi gruppi xjentifiċi u gruppi ta' esperti.
2. Is-sħubija fi gruppi ad hoc m'għandhiex bilfors tkun ristretta għar-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-Partijiet jiżguraw li l-membri ta' kull grupp maħluq mis-Sottokumitat SFS jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità li jixraq.
3. Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-gruppi maħluqin mis-Sottokumitat SFS jaħdmu taħt l-awtorità tas-Sottokumitat SFS, u jirrappurtaw lilu.
4. Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jsiru skont il-bżonn, fuq il-post jew permezz ta' vidjokonferenzi jew awdjokonferenzi.
5. Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SFS jirċievi kopja ta' kull korrispondenza, dokument u komunikazzjoni rilevanti li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma.
6. Il-gruppi ta' ħidma jkollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-miktub quddiem is-Sottokumitat SFS. Ir-rakkomandazzjonijiet isiru b'kunsens u jiġu kkomunikati lill-President tas-Sottokumitat SFS, li min-naħa tiegħu jiċċirkola r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7.
7. Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu applikati mutatis mutandis għal kull grupp ta' ħidma tekniku jew grupp ta' ħidma ad hoc maħluq mis-Sottokumitat SFS, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan l-Artikolu. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ jinftiehmu bħala referenzi għas-Sottokumitat SFS.
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/19 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA
tat-18 ta' Marzu 2015
li biha jadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu [2015/718]
IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F'konformità mal-Artikolu 431 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati b'mod provviżorju mill-1 ta' Settembru 2014. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 74 tal-Ftehim, is-Sottokumitat Doganali għandu jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Kapitolu 5 (Faċilitazzjoni doganali u kummerċjali) tat-Titolu IV (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim. |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 74(3)(e) tal-Ftehim, is-Sottokumitat Doganali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B'dan qegħdin jiġu adottati r-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali, kif stipulati fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Tbilisi, it-18 ta' Marzu 2015.
Għas-Sottokumitat Doganali
Il-President
S. URIDIA
Segretarji
M. KHVEDELIDZE
K. MYNAR
ANNESS
REGOLI TA' PROĊEDURA TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI BEJN L-UE U L-ĠEORĠJA
Artikolu 1
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Is-Sottokumitat Doganali stabbilit f'konformità mal-Artikolu 74(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) iwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif previst fl-Artikolu 74(2) u (3) tal-Ftehim.
2. Is-Sottokumitat Doganali jkun imsawwar minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Ġeorġja, responsabbli għall-kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana.
3. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Ġeorġja li jkollu r-responsabbiltà għall-kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana jaġixxi bħala President f'konformità mal-Artikolu 2.
4. Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 428 tal-Ftehim.
Artikolu 2
Presidenza
Il-Partijiet iżommu l-Presidenza tas-Sottokumitat Doganali, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda' fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.
Artikolu 3
Laqgħat
1. Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat Doganali jiltaqa' darba fis-sena jew fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet.
2. Kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali titlaqqa' mill-President fi żmien u f'post li jkun hemm qbil dwaru mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat Doganali mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.
3. Il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe tagħmir teknoloġiku bi qbil bħalma huma l-vidjokonferenzi jew l-awdjokonferenzi.
4. Is-Sottokumitat Doganali jista' jindirizza kwistjonijiet mingħajr ma jiltaqa', permezz tal-korrispondenza.
Artikolu 4
Delegazzjonijiet
Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu mgħarrfin mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali, dwar l-għamla prevista tad-delegazzjoni ta' kull Parti li tkun se tattendi l-laqgħa.
Artikolu 5
Segretarjat
1. Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tal-Ġeorġja li huma responsabbli għall-kwistjonijiet doganali jew relatati mad-dwana jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat Doganali u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.
2. Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 408(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”) ikun mgħarraf bi kwalunkwe deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni, rapport u azzjoni oħra maqbula tas-Sottokumitat Doganali.
Artikolu 6
Korrispondenza
1. Il-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.
2. Is-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali tingħadda lill-President tas-Sottokumitat Doganali u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.
3. Il-korrispondenza mill-President tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7.
Artikolu 7
Dokumenti
1. Id-dokumenti jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat Doganali.
2. Parti tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju jittrażmetti dawk id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.
3. Is-Segretarju tal-Unjoni jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u f'tali korrispondenza jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Ġeorġja. Is-Segretarju tal-Unjoni jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.
4. Is-Segretarju tal-Ġeorġja jiċċirkola d-dokumenti mar-rappreżentanti rilevanti tal-Ġeorġja u jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Ġeorġja jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.
Artikolu 8
Kunfidenzjalità
Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor bejn il-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tippreżenta informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat Doganali, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.
Artikolu 9
Aġendi għal-laqgħat
1. Titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tkun tinkludi punti li s-Segretarjat ikun irċieva talba dwarhom mingħand xi Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.
2. L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.
3. L-aġenda tiġi adottata mis-Sottokumitat Doganali fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.
4. Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista', bi qbil mal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti ta' qasam partikolari fuq bażi ad hoc sabiex jattendu l-laqgħat tiegħu bil-għan li jipprovdu tagħrif dwar suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawn l-osservaturi jew l-esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.
5. Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista' jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, b'konsultazzjoni mal-Partijiet biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali.
Artikolu 10
Minuti u konklużjonijiet operattivi
1. L-abbozz tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operattivi, ta' kull laqgħa jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat Doganali tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat Doganali.
2. L-abbozz tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operattivi, jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat Doganali għall-approvazzjoni. L-abbozz tal-minuti jiġi approvat fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali. Tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.
Artikolu 11
Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet
1. Is-Sottokumitat Doganali jkollu s-setgħa jadotta l-arranġamenti prattiċi, il-miżuri, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 74 tal-Ftehim. Dawk l-arranġamenti prattiċi, il-miżuri, id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.
2. Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tiġi ffirmata mill-President tas-Sottokumitat Doganali u awtentikata mis-Segretarji tas-Sottokumitat Doganali. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni rilevanti.
3. Is-Sottokumitat Doganali jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara li jitlestew il-proċeduri interni rispettivi, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li matulu tiġi mgħarrfa kull riżerva jew emenda. Il-President jista' jqassar dak il-limitu ta' żmien, b'konsultazzjoni mal-Partijiet biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ġaladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.
4. L-atti tas-Sottokumitat Doganali jingħataw it-titolu ta' “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprevedix mod ieħor.
5. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu ċċirkolati mal-Partijiet.
6. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar l-ippubblikar tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.
Artikolu 12
Rapporti
Is-Sottokumitat Doganali jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'kull laqgħa regolari annwali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.
Artikolu 13
Lingwi
1. Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat Doganali huma l-Ingliż u l-Ġeorġjan.
2. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat Doganali jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija b'dawk il-lingwi.
Artikolu 14
Spejjeż
1. Kull Parti tkopri l-ispejjeż li ġġarrab minħabba li tieħu sehem fil-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali, kemm fir-rigward tal-persunal, tal-ivvjaġġar u tal-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-infiq tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.
2. L-infiq marbut mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti jitħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
3. L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u l-Ġeorġjan kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.
L-interpretazzjoni u t-traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.
Artikolu 15
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura
Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati permezz ta' deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali f'konformità mal-Artikolu 74(3)(e) tal-Ftehim.
Rettifika
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/24 |
Rettifika għad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 94 tat-28 ta' Marzu 2014 )
Paġna 33, il-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 31(5):
flok:
|
“(a) |
fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista' jiġi eskluż skont il-paragrafi 38(5) sa (9) jew ma jissodisfax il-kriterji ta' għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti skont l-Artikolu 38(1);” |
aqra:
|
“(a) |
fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jew jista' jiġi eskluż skont l-Artikolu 38(4) sa (9) jew ma jissodisfax il-kriterji ta' għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti skont l-Artikolu 38(1);” |
Paġna 33, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 33(1):
flok:
“1. L-avviżi ta' konċessjoni, l-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni u l-avviż imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Annessi V, VII u VIII u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.”
aqra:
“1. L-avviżi ta' konċessjoni, l-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni u l-avviż imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(1) għandhom jinkludu l-informazzjoni li tinsab fl-Annessi V, VI, VII, VIII u XI u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.”
Paġna 53, Anness II, il-kliem introduttorju tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1:
flok:
“Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) ta' gass jew tisħin lil netwerks fissi m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:”
aqra:
“Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) ta' gass jew tisħin lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:”
Paġna 53, Anness II, il-kliem introduttorju tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 2:
flok:
“Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 4 (1) tal-elettriku lin-netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:”
aqra:
“Il-provvista minn entità kontraenti msemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 7(1) tal-elettriku lin-netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku m'għandhiex titqies li hija attività rilevanti skont it-tifsira tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu fejn il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:”
|
5.5.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/25 |
Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta' kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 255 tat-28 ta' Awwissu 2014 )
F'paġna 86, fl-Artikolu 34(6):
minflok:
“fil-paragrafu 3”
aqra:
“fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3”.
F'paġna 89, fl-Artikolu 40(1):
minflok:
“fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(3)”
aqra:
“fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 34(3)”.