ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 110

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
29 ta' April 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/661 tat-28 ta' April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.) ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/662 tat-28 ta' April 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-karnitina u tal-L-karnitina L-tartrat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

5

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/663 tat-28 ta' April 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

9

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/664 tal-21 ta' April 2015 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/1/2015)

11

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/665 tal-21 ta' April 2015 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi ta' Stati terzi għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/2/2015)

13

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/666 tat-28 ta' April 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/667 tal-4 ta' Frar 2015 dwar Għajnuna mill-Istat SA.14551 (2013/C) implimentata minn Franza li tirriżulta mill-bidla fil-kundizzjonijiet għal għajnuna mogħtija lill-nolleġġaturi għal żmien skont l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (notifikata bid-dokument numru C(2015) 434)  ( 1 )

15

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/668 tal-24 ta' April 2015 dwar l-emendar tar-rikonoxximenti ta' ċerti organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 2595)  ( 1 )

22

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/669 tal-24 ta' April 2015 li tħassar id-Deċiżjoni 2007/421/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (notifikata bid-dokument C(2015) 2596)

24

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/670 tas-27 ta' April 2015 dwar il-konformità tar-rati unitarji tal-2015 għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 (notifikata bid-dokument C(2015) 2635)  ( 1 )

25

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tas-Sottokumitati [2015/671]

28

 

*

Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati [2015/672]

38

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova tas-16 ta' Diċembru 2014 dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/673]

40

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/655 tat-23 ta' April 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formulazzjoni bbażata fuq il-polidimetilsilossan li tqiegħed fis-suq għall-kontroll tan-nemus ( ĠU L 107, 25.4.2015 )

41

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/661

tat-28 ta' April 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi u endo-1,3(4)-beta-glukanażi prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Adisseo France S.A.S.)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. (li qabel kien jissejjaħ Penicillium funiculosum) IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Dik l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis (li qabel kien jissejjaħ Penicillium funiculosum) IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd u għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd, li għandha tiġi klassifikata fil-kategorija ta' addittivi 'addittivi żootekniċi'.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tat-2 ta' Lulju 2014 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li skont il-kundizzjonijiet proposti dwar l-użu, il-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis (li qabel kien jissejjaħ Penicillium funiculosum) IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 ma tħallix effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent, u li din għandha l-potenzjal li ttejjeb iż-żieda fil-piż tal-ġisem fit-tiġieġ tas-simna. Din il-konklużjoni tista' tiġi estiża għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd. Billi l-mod ta' azzjoni jista' jitqies simili fl-ispeċijiet kollha ta' tjur, din il-konklużjoni tista' tiġi estrapolata għal speċijiet minuri ta' tjur tas-simna jew li jiġu mrobbija għall-bajd. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8 u endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6 prodotti minn Talaromyces versatilis (li qabel kien jissejjaħ Penicillium funiculosum) IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov DSM 26702 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2014; 12(7):3793.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

Unitajiet ta' attività/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità

4a22

Adisseo France S.A.S.

Endo-1,4-beta-ksilanażi EC 3.2.1.8

u

Endo-1,3(4)-beta-glukanażi EC 3.2.1.6

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702 b'attività minima ta':

f'għamla solida: endo-1,4-beta-ksilanażi 22 000 VU/g u endo-1,3(4)-beta-glukanażi 15 200 VU (1)/g;

f'għamla likwida: attività ta' endo-1,4-beta-ksilanażi ta' 5 500 VU/ml u attività ta' endo-1,3(4)-beta-glukanażi ta' 3 800 VU/ml.

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-ksilanażi (EC 3.2.1.8) u endo-1,3(4)-beta-glukanażi (EC 3.2.1.6) prodotti minn Talaromyces versatilis sp. nov. IMI CC 378536 u Talaromyces versatilis sp. nov. DSM 26702.

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' endo-1,4-beta-ksilanażi:

metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi fuq is-substrat li fih il-ksilan (arabinoksilan tal-qamħ).

Għall-kwantifikazzjoni tal-attività ta' endo- 1,3(4)-beta-glukanażi:

metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni ta' endo-1,3(4)-beta-glukanażi fuq il-betaglukan tax-xgħir tas-subtrat tal-glukan b'pH = 5,5 u 30 °C.

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ imrobbija għall-bajd

Speċijiet minuri ta' tjur tas-simna u li jiġu mrobbija għall-bajd

endo-1,4-beta-ksilanażi 1 100 VU

endo-1,3(4)-beta-glukanażi 760 VU

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà waqt il-proċess ta' tgerbib.

2.

Għas-sigurtà: waqt l-immaniġġar għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti.

id-19 ta' Mejju 2025


(1)  l VU (unità ta' viskosimetrija) huwa l-ammont ta' enżima li jidrolizza s-substrat (betaglukan tax-xgħir u arabinoksilan tal-qamħ, rispettivament), bir-riżultat li titnaqqas il-viskożità tas-soluzzjoni, biex ikun hemm bidla fil-fluwidità relattiva ta' 1 (unità bla dimensjoni)/min b'30 °C u b'pH ta' 5,5.

(2)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/662

tat-28 ta' April 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-karnitina u tal-L-karnitina L-tartrat bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi r-rivalwazzjoni ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-karnitina u L-karnitina L-tartrat kienu ġew awtorizzati mingħajr limitu ta' żmien bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, b'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE. Dawk il-prodotti mbagħad iddaħħlu fir-Reġistru tal-addittivi tal-għalf bħala prodotti eżistenti, b'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, u flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqu żewġ applikazzjonijiet għall-rivalwazzjoni tal-L-karnitina, tal-preparazzjonijiet magħmulin minnha u tal-L-karnitina L-tartrat għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u, b'konformità mal-Artikolu 7 tal-imsemmi Regolament, għal użu ġdid fl-ilma għax-xorb. L-applikanti talbu li dawn l-addittivi jiġu klassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjonijiet tagħha tal-24 ta' April 2012 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet dwar l-użu li ġew proposti, L-karnitina u L-karnitina L-tartrat ma jħallux effetti negattivi fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li L-karnitina u L-karnitina L-tartrat huma meqjusa bħala sorsi effettivi ta' L-karnitina. l-Awtorità kkonkludiet ukoll li ma għandu jinħoloq ebda tħassib dwar is-sikurezza għall-utenti. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf u fl-ilma li tressaq mil-Laboratorju ta' Referenza li ġie mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-L-karnitina u tal-L-karnitina L-tartrat turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ġew issodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dawn is-sustanzi għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Billi mhijiex meħtieġa l-applikazzjoni minnufih tal-emendi għall-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għal raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu ta' tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jitħejjew biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jiffurmaw parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali” u mill-grupp funzjonali “vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti tajjeb kimikament li jkollhom effett simili”, huma awtorizzati bħala addittivi fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

1.   Is-sustanzi speċifikati fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel id-19 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel id-19 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   Jekk ikunu maħsubin għal annimali għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel id-19 ta' Novembru 2015 skont ir-regoli applikabbli qabel id-19 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

3.   Jekk ikunu maħsubin għal annimali mhux għall-konsum, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi speċifikati fl-Anness u li huma prodotti u ttikkettati qabel id-19 ta' Mejju 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel id-19 ta' Mejju 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)   EFSA Journal 2012;10(5):2676 u EFSA Journal 2012;10(5):2677.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 % jew mg tas-sustanza attiva/l ta' ilma.

Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: vitamini, provitamini u sustanzi definiti sew kimikament li għandhom effett simili

3a910

L-karnitina

Kompożizzjoni tal-addittiv

L-karnitina

Sustanza attiva

L-karnitina

C7H15NO3

Nru tal-CAS: 541-15-1

L-karnitina, f'forma solida, prodotta permezz ta' sinteżi kimika: minimu ta' 97 %.

Metodu ta' Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-L-karnitina fl-addittiv tal-għalf: titrazzjoni bl-aċidu perkloriku (Ph Eur, is-6 edizzjoni, monografu 1339)

Għad-determinazzjoni tal-L-karnitina fit-taħlitiet lesti minn qabel: Metodu tal-kromatografija jonika b'detezzjoni tal-konduttività elettrika (IC-ECD) jew metodu spettrofotometriku wara reazzjoni enzimatika bil-karnitina-aċetil-trasferażi.

Għad-determinazzjoni tal-L-karnitina fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi Inversa (RP-HPLC) jew metodu spettrofotometriku wara reazzjoni enzimatika bil-karnitina-aċetil-trasferażi.

Għad-determinazzjoni tal-L-karnitina fl-ilma: Titrazzjoni potenzjometrika jew metodu spettrofotometriku wara reazzjoni enzimatika bil-karnitina-aċetil-trasferażi.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

L-karnitina tista' titqiegħed fis-suq u tintuża bħala addittiv f'għamla ta' preparazzjoni.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

3.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġjar għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ngwanti tas-sigurtà.

4.

L-addittiv jista' jintuża fl-ilma għax-xorb.

id-19 ta' Mejju 2025

3a911

L-karnitina L-tartrat

Kompożizzjoni tal-addittiv

L-karnitina L-tartrat

Sustanza attiva

L-karnitina L-tartrat.

C18H36N2O12

Nru tas-CAS: 36687-82-8

L-karnitina L-tartrat f'forma solida, prodotta permezz ta' sinteżi kimika: mhux inqas minn 97 %.

Metodu ta' Analiżi  (1)

Għad-determinazzjoni tal-L-karnitina L-tartrat fl-addittiv tal-għalf: Titrazzjoni b'lura potenzjometrika.

Għad-determinazzjoni tal-L-karnitina L-tartrat (espressa bħala L-karnitina) fit-taħlitiet lesti minn qabel: Metodu tal-kromatografija jonika b'detezzjoni tal-konduttività elettrika (IC-ECD) jew metodu spettrofotometriku wara reazzjoni enzimatika bil-karnitina-aċetil-trasferażi.

Għad-determinazzjoni tal-L-karnitina L-tartrat (espressa bħala L-karnitina) fl-għalf: Kromatografija b'fażi likwida ta' rendiment għoli f'fażi Inversa (RP-HPLC) jew metodu spettrofotometriku wara reazzjoni enzimatika bil-karnitina-aċetil-trasferażi.

Għad-determinazzjoni tal-L-karnitina L-tartrat (espressa bħala L-karnitina) fl-ilma: titrazzjoni potenzjometrika jew metodu spettrofotometriku wara reazzjoni enzimatika bil-karnitina-aċetil-trasferażi.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

2.

Għas-sikurezza: waqt l-immaniġġjar għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ngwanti tas-sigurtà.

3.

L-addittiv jista' jintuża fl-ilma għax-xorb.

id-19 ta' Mejju 2025


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit tal-Internet li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Addittivi fl-Għalf: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/663

tat-28 ta' April 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

91,5

TR

96,0

ZZ

93,8

0707 00 05

AL

97,3

EG

191,6

TR

125,6

ZZ

138,2

0709 93 10

MA

134,6

TR

141,8

ZZ

138,2

0805 10 20

EG

53,9

IL

64,4

MA

53,7

TR

70,3

ZZ

60,6

0805 50 10

BO

97,3

TR

57,0

ZZ

77,2

0808 10 80

AR

100,0

BR

90,5

CL

119,2

CN

167,0

MK

30,8

NZ

136,3

US

151,5

ZA

119,9

ZZ

114,4

0808 30 90

AR

112,3

CL

121,5

NZ

212,0

ZA

111,7

ZM

112,8

ZZ

134,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/664

tal-21 ta' April 2015

dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta' Kontributuri għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/1/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/78 tad-19 ta' Jannar 2015 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(5) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/78, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-istabbiliment ta' Kumitat ta' Kontributuri (KtK) għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA).

(2)

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta' Diċembru 2000 u dawk ta' Brussell tal-24 u l-25 ta' Ottubru 2002 stipulaw l-arranġamenti għall-parteċipazzjoni ta' Stati terzi f'operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet u l-istabbiliment ta' KtK.

(3)

Il-KtK għandu jkun forum biex jiġu diskussi mal-Istati terzi li jikkontribwixxu l-problemi kollha li jirrigwardaw il-ġestjoni ta' EUMAM RCA. Il-KPS, li jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' EUMAM RCA, għandu jieħu kont tal-fehmiet espressi mill-KtK.

(4)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Stabbiliment u termini ta' referenza

B'dan huwa stabbilit Kumitat ta' Kontributuri (KtK) għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA). It-termini ta' referenza tiegħu huma stipulati fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Nizza tas-7, it-8 u d-9 ta' Diċembru 2000 u dawk ta' Brussell tal-24 u l-25 ta' Ottubru 2002.

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1.   Il-KtK għandu jkun kompost mill-membri li ġejjin:

rappreżentanti tal-Istati Membri kollha,

rappreżentanti ta' Stati terzi li jipparteċipaw fl-EUMAM RCA u li jipprovdu kontributi sinifikanti.

2.   Għal-laqgħat tal-KtK jista' jattendi wkoll rappreżentant tal-Kummissjoni.

Artikolu 3

Informazzjoni mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE

Il-KtK għandu jirċievi informazzjoni mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE tal-EUMAM RCA.

Artikolu 4

Presidenza

Il-KtK għandu jkun ippresedut mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-President tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, jew mir-rappreżentant tiegħu jew tagħha.

Artikolu 5

Laqgħat

1.   Il-laqgħat tal-KtK għandhom jiġu msejħa mill-President fuq bażi regolari. Fejn iċ-ċirkostanzi jkunu jeħtieġu, jistgħu jissejħu laqgħat ta' emerġenza fuq inizjattiva tal-President, jew fuq talba ta' membru.

2.   Il-President għandu jiċċirkola minn qabel aġenda provviżorja u d-dokumenti relatati mal-laqgħa. Il-President għandu jkun responsabbli biex iwassal lill-KPS l-eżitu tad-diskussjonijiet tal-KtK.

Artikolu 6

Kunfidenzjalità

1.   F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2), ir-regoli tas-sigurtà stipulati f'dik id-Deċiżjoni għandhom japplikaw għal-laqgħat u l-proċedimenti tal-KtK. B'mod partikolari, ir-rappreżentanti fil-KtK għandhom ikunu fil-pussess ta' awtorizzazzjoni adegwata ta' sigurtà.

2.   Id-deliberazzjonijiet tal-KtK għandhom ikunu koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali, sakemm il-KtK ma jiddeċidix unanimament mod ieħor.

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 13, 20.1.2015, p. 8.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/13


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/665

tal-21 ta' April 2015

dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi ta' Stati terzi għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (EUMAM RCA/2/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/78 tad-19 ta' Jannar 2015 dwar Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/78, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni ta' kontributi proposti minn Stati terzi.

(2)

Wara rakkomandazzjoni dwar l-offerti ta' kontributi tar-Repubblika tal-Moldova (“Moldova”) u l-Georgia mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE tal-EUMAM RCA u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, dawk l-offerti għandhom jiġu aċċettati.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-offerti ta' kontributi tal-Moldova u tal-Georgia għall-Missjoni Konsultattiva Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUMAM RCA) huma aċċettati u huma kkunsidrati bħala sinifikanti.

2.   Il-Moldova u l-Georgia huma eżentati minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta' EUMAM RCA.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' April 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)   ĠU L 13, 20.1.2015, p. 8.


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/666

tat-28 ta' April 2015

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1) dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma.

(2)

Fl-14 ta' April 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/214/PESK (2) li ġġedded il-miżuri restrittivi sat-30 ta' April 2015.

(3)

Abbażi ta' rieżami tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġġeddu sat-30 ta' April 2016.

(4)

Id-Deċiżjoni 2013/184/PESK għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK hija sostitwita b'li ġej:

“Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' April 2016. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.”

.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/214/PESK tal-14 ta' April 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra l-Mjanmar/Burma (ĠU L 111, 15.4.2014, p. 84).


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/667

tal-4 ta' Frar 2015

dwar Għajnuna mill-Istat SA.14551 (2013/C) implimentata minn Franza li tirriżulta mill-bidla fil-kundizzjonijiet għal għajnuna mogħtija lill-nolleġġaturi għal żmien skont l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ

(notifikata bid-dokument numru C(2015) 434)

(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk l-artikoli (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Filwaqt:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra datata s-6 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni infurmat lil Franza dwar id-deċiżjoni tagħha li tniedi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-għajnuna mogħtija lil nolleġġaturi għal żmien skont l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tniedi l-proċedura (id-“deċiżjoni ta' ftuħ”) kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-għajnuna inkwistjoni.

(2)

L-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kummenti tagħhom u t-tweġibiet tagħhom għall-mistoqsijiet impoġġija fid-deċiżjoni ta' ftuħ permezz ta' ittri datati t-28 ta' April, l-14 ta' Mejju u t-28 ta' Novembru 2014. Fl-20 ta' Ottubru 2014 saret laqgħa fi Brussell mal-awtoritajiet Franċiżi.

(3)

Il-partijiet terzi (Armateurs de France u l-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta' Bastimenti tal-Komunità Ewropea, ECSA) issottomettew kummenti fil-limitu tal-iskadenzi previsti fid-deċiżjoni tal-ftuħ. Permezz ta' ittra datata l-20 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni bagħtet dawn il-kummenti lill-awtoritajiet Franċiżi. Permezz ta' ittra datata t-28 ta' April 2014, Franza ħadet nota tal-kummenti tal-partijiet terzi.

2.   FATTI

(4)

L-iskema Franċiża ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, hekk kif awtorizzata mill-Kummissjoni fl-2003 abbażi tal-linji gwida tal-1997 tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (il-“Linji Gwida tal-1997”) (3), ma mponietx xi kundizzjoni ġenerali li tirrelata mal-bandiera ta' bastimenti fil-flotta mħaddma mis-sidien tagħhom li jibbenefikaw mill-iskema.

(5)

Madankollu, taħt l-iskema l-eliġibbiltà għal attivitajiet ta' bastimenti nolleġġati għal żmien (4) kienet soġġetta għal limitazzjoni speċifika fir-rigward tal-perċentwal ta' tunnellaġġ nett tal-flotta li hija magħmula minn bastimenti bi bnadar mhux tal-Komunità. Skont il-premessa 35 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2003) 1476fin tat-13 ta' Mejju 2003 li tawtorizza l-iskema Franċiża ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (5), l-attivitajiet ta' bastimenti nolleġġati għal żmien li ma jtajrux bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea kienu eliġibbli biss għal 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta mħaddma mill-kumpanija. Barra minn hekk, il-premessa 36 ta' dik id-Deċiżjoni stabbiliet li l-limitu ma japplikax għal bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Membru Stat fejn il-ġestjoni strateġika u kummerċjali tagħhom kienet meħtieġa tiġi eżegwita mit-territorju tal-Istat Membru.

(6)

Skont l-adozzjoni tal-linji gwida tal-Komunità tal-2004 dwar għajnuna mill-Istat lil trasport marittimu (il-“Linji Gwida tal-2004”) (6), mill-Att tal-Finanzi (Emenda) għall-2005 (Liġi Nru 2005-1720 tat-30 ta' Diċembru 2005), Franza introduċiet regola ġenerali dwar il-bandiera mtajra u abolixxiet ir-regola speċifika li kienet tapplika għall-bastimenti nolleġġati għal żmien.

(7)

Id-direzzjoni ġenerali tal-miżura hija deskritta kif ġej fl-istruzzjoni amministrattiva 4-H-3-08, ippubblikata fil-Bulletin officiel des impôts (BOI) Nru 41 tal-11 ta' April 2008:

“L-Artikolu 47 tal-Att tal-Finanzi (Emenda) għall-2005 (Liġi Nru 2005-1720 tat-30 ta' Diċembru 2005) ġab l-iskema volontarja ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ stabbilita fl-Artikolu 209-0 B tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa (code général des impôts) f'konformità mal-linji gwida ġodda tal-Komunità dwar għajnuna mill-Istat għal trasport marittimu ppublikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fis-17 ta' Jannar 2004.

Eliġibbiltà skont l-iskema hija kondizzjonali bħalissa fuq il-kumpaniji tat-tbaħħir li għażlu li jidħlu fl-iskema b'impenn li jżommu jew iżidu s-sehem tal-flotta tagħhom li ttajjar bandiera ta' Membru Stat tal-Komunità Ewropea tul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-iskema

(8)

Fir-rigward tal-eliġibbiltà ta' bastimenti nolleġġati għal żmien, istruzzjoni amministrattiva 4-H-3-08 tistipula li:

“… il-kundizzjoni fl-aħħar paragrafu tal-Artikolu 209-0 B(I) [tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa] li teskludi mill-eliġibbiltà skont l-iskema lill-bastimenti nolleġġati għal żmien li jtajru bandiera ta' Stat li mhuwiex membru tal-Komunità Ewropea jekk ikunu jikkostitwixxu iktar minn 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta kkonċernata hija mħassra.”  (7)

“Bastimenti merkantili nolleġġati għal żmien li jtajru bandiera ta' Stat li mhuwiex membru tal-Komunità Ewropea huma għaldaqstant eliġibbli għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, anki jekk jikkostitwixxu iktar minn 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta mħaddma mill-kumpanija.

Fi kliem ieħor, bastimenti nolleġġati għal żmien eliġibbli li jtajru l-bandiera ta' Stat li mhuwiex membru tal-Komunità Ewropea jikkwalifikaw għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ mingħajr restrizzjoni, ġaladarba l-impenn stabbilit hawn fuq jkun rispettat …”

 (8)

3.   RAĠUNIJIET GĦAT-TNEDIJA TA' PROĊEDURA FORMALI TA' INVESTIGAZZJONI

(9)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-Kummissjoni ddubitat jekk il-bidla fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ introdotta fl-2005 kinitx kompatibbli mas-suq intern.

(10)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li t-tneħħija tal-limitu fuq l-eliġibbiltà ta' attivitajiet imwettqa minn bastimenti nolleġġati għal żmien li ma jtajrux bandiera ta' Stat Membru kienet miżura li introduċiet għajnuna ġdida, peress li ma kinitx konformi mad-Deċiżjoni C(2003) 1476fin li tawtorizza l-iskema Franċiża ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u Franza ma kinitx innotifikat lill-Kummissjoni.

(11)

Il-Kummissjoni waslet għall-fehma li l-kontinwazzjoni tal-applikazzjoni tal-limitu fuq l-eliġibbiltà ta' attivitajiet imwettqa minn bastimenti nolleġġati għal żmien li ma jtajrux bandiera ta' Stat Membru kienet iġġustifikata f'termini tal-kisba tal-objettivi tal-Linji Gwida tal-Komunità tal-1997 u l-2004.

4.   KUMMENTI U IMPENJI MINN FRANZA

(12)

L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li kif inhu mpoġġi l-kliem tal-Artikolu 209-0 B tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa li jirriżulta mill-Artikolu 19 tal-Att ta' Finanzi (Emenda) għall-2002 (Liġi Nru 2002-1576 tat-30 ta' Diċembru 2002) jagħmel l-applikazzjoni tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ kundizzjonali mal-għola limitu ta' eliġibbiltà ta' 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta mħaddma mill-kumpanija għall-bastimenti nolleġġati għal żmien li ma jtajrux bandiera ta' Membru Stat tal-Komunità Ewropea (9). Dan is-sehem kien approvat mill-Kummissjoni fil-premessa 35 tad-Deċiżjoni C(2003) 1476fin (10).

(13)

L-informazzjoni dettaljata miġbura mid-Direttorat Franċiż għal-Liġi tat-Taxxa tikkonferma li l-perċentwal ta' bastiment nolleġġati għal żmien b'bandiera mhux tal-Komunità mqabbel mat-tunnellaġġ totali mħaddem mill-kumpanija huwa rispettat minn kull kumpanija u għal kull sena minn meta l-kumpanija għażlet li tidħol fl-iskema. Il-kumpaniji msemmija fit-tabelli sommarji mibgħuta lill-Kummissjoni jirrappreżentaw mhux biss il-kumpaniji membri tal-assoċjazzjoni Armateurs de France li għażlu li jidħlu fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ (11), iżda wkoll il-bastimenti tal-kumpaniji tat-tbaħħir li jħaddmu servizzi pubbliċi ta' traġitt (12). Il-15 % li jifdal huma ta' kumpaniji li għażlu ma jidħlux fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u li mhumiex membri ta' xi grupp ta' sidien tal-bastimenti (prinċiparjament SNCM u CMN). L-informazzjoni pprovduta turi li, mill-introduzzjoni tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ fl-2003 sal-2014, l-ebda benefiċjarju ma eċċeda l-limitu inkwistjoni. L-ogħla sehem irreġistrat riċentement kien ta' 41 %, li huwa taħt il-limitu sew awtorizzat fl-2003.

(14)

Is-sehem ta' ebda mill-kumpaniji inkwistjoni ma qabeż il-limitu ta' 75 % tul is-sena koperta mill-konferma għad-dħul fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(15)

Barra minn hekk, il-benefiċjarji kollha bħalissa jħaddmu mill-inqas 25 % tat-tunnellaġġ nett taħt il-bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni jew ta' Stat li huwa parti għall-Ftehim ŻEE (minn hawn 'il quddiem: “Bandiera Ewropea”). Peress li l-benefiċjarji tal-iskema huma obbligati li jżommu jew iżidu s-sehem tal-flotta tagħhom li ttajjar bandiera Ewropea, mhuwiex permess għal iktar minn 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta tagħhom li jkun magħmul minn bastimenti nolleġġati għal żmien li ma jtajrux bandiera Ewropea. Għaldaqstant, huma dejjem se jkollhom jirrispettaw il-kundizzjoni tad-Deċiżjoni C(2003) 1476fin.

(16)

Madankollu, fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni, l-awtoritajiet Franċiżi għarfu li l-leġiżlazzjoni Franċiża kif inhi ma tistabbilixxi ebda obbligi legali li jiżguraw li l-kumpaniji benefiċjarji li jħaddmu bastimenti nolleġġati għal żmien dejjem se jikkontribwixxu biżżejjed għall-objettivi tal-Linji Gwida tal-2004. B'mod partikulari, għal parteċipanti ġodda, mhemm ebda obbligi speċjali għall-flotta, f'termini kemm ta' bandiera kif ukoll tal-attivitajiet minimi ta' tbaħħir tagħhom.

(17)

Biex jirrimedjaw din is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet Franċiżi kkomettew irwieħhom li, b'effett mis-sena fiskali 2015 (13), l-għażla ta' dħul fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tapplika biss b'kundizzjoni li l-kumpanija tħaddem mill-inqas 25 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta tagħha b'bandiera Ewropea, u li tidħol għall-impenn li żżomm jew iżżid dan is-sehem tul l-għaxar snin li l-għażla tibqa' valida. Fil-każ ta' grupp fiskali integrat, dan l-impenn jiġi vvalutat b'referenza għat-tunnellaġġ nett totali tal-kumpaniji kollha fil-grupp fiskali.

5.   KUMMENTI MINN PARTIJIET TERZI

5.1.   Kummenti minn Armateurs de France

(18)

Armateurs de France (AdF) hija l-assoċjazzjoni ta' kummerċ li tirrapreżenta kumpaniji tat-tbaħħir u ta' servizz marittimu.

(19)

AdF tiġbed l-attenzjoni li s-sistema oriġinali Franċiża notifikata minn Franza kienet approvata mill-Kummissjoni fl-2003 abbażi tal-Linji Gwida tal-1997.

(20)

L-iskema Franċiża tal-2003 tipprovdi li l-attivitajiet involuti fihom bastimenti nolleġġati għal żmien li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz kienu eliġibbli biss għal 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta. Fi kliem ieħor, kien hemm qbil li l-perċentwal ta' bastimenti nolleġġati għal żmien b'bandiera mhux tal-Komunità ma għandhomx jaqbżu s-75 % tat-tunnellaġġ totali mħaddem mill-kumpanija.

(21)

Fl-2004, wara li Franza nnotifikat l-iskema, il-Linji Gwida tal-1997 kienu mibdula u kkjarifikati. Il-Linji Gwida tal-2004 għandhom objettivi simili, partikularment “li jħeġġeġ ir-reġistrazzjoni jew ir-reġistrazzjoni mill-ġdid tal-bnadar mal-Istati Membri” u “li jinżamm u jitjieb l-għarfien marittimu u li jiġi protett u promoss l-impjieg għal baħħara Ewropej”.

(22)

Huwa b'dan l-għan li tikkonforma mal-linji gwida l-ġodda li Franza ddeċidiet li tissostitwixxi l-kriterju ġdid għal-limitu ta' 75 %. Il-kriterju ġdid, li jikkonsisti fil-“manteniment … jew iż-żieda tal-livell tal-flotta tagħhom li ttajjar bandiera ta' Membru Stat”, offra garanzija ikbar f'termini ta' manteniment u promozzjoni tal-impjiegi fil-Komunità mil-limitazzjoni applikabbli fuq bastimenti nolleġġati għal żmien b'bandiera mhux tal-Komunità.

(23)

Peress li r-regoli Franċiżi sempliċiment jirrepetu l-kliem tal-Linji Gwida tal-2004, ma kien hemm għalhekk ebda suspett ta' inkompatibbiltà. Għaldaqstant, dan iqajjem il-prinċipji ta' ċertezza tad-dritt u aspettattiva leġittima.

(24)

Peress li l-investigazzjoni formali għadha għaddejja, il-membri ta' Armateurs de France iċċekkjaw jekk il-limitu ta' 75 % kienx rispettat mill-bidu nett u tul il-perjodu mill-2003.

(25)

Dan il-kontroll irrevela li l-perċentwal, sena wara sena u kumpanija ma' kumpanija, ta' bastimenti nolleġġati għal żmien b'bandiera mhux tal-Komunità mqabbel mat-tunnellaġġ totali mħaddem ma jaqbiżx is-sehem inizjali ta' 75 % awtorizzat fl-2003, minkejja l-bidla fir-regoli Franċiżi. L-obbligazzjoni li tinżamm jew tiżdied il-flotta bi bnadar tal-Komunità fil-prattika wasslet għall-istess riżultat bħall-kriterju ta' qabel u għalhekk tista' titqies virtuża biżżejjed fiha nnifisha.

(26)

Il-kriterji Franċiżi kif jeżistu llum, partikularment dak ta' “manteniment jew … iż-żieda tal-livell tal-flotta tagħhom li ttajjar bandiera ta' Membru Stat”, huma kompletament konformi mal-objettivi stabbiliti fil-Linji Gwida tal-2004.

5.2.   Kummenti mill-Assoċjazzjoni tas-Sidien ta' Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA)

(27)

L-ewwel, l-ECSA temfasizza li n-nolleġġ għal żmien huwa wieħed mill-mekkaniżmi l-iktar importanti għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji ta' tbaħħir. Il-ġestjoni kummerċjali u operazzjonali tal-bastiment huwa assenjat lin-nolleġġatur għal perjodu miftiehem ta' żmien, filwaqt li s-sjieda u l-ġestjoni li jifdal tal-bastiment tibqa' f'idejn sid il-bastiment. Dan jipprovdi lil kumpaniji tat-tbaħħir bi grad ta' flessibbiltà biex jakkomodaw il-bżonnijiet tal-klijenti tagħhom bl-aħjar mod u b'hekk biex jiżguraw posthom globalment. Il-flessibbiltà maħluqa bin-nolleġġ ippermetta lil kumpaniji tat-tbaħħir Ewropej biex jiksbu sehem mis-suq pjuttost b'pass mgħaġġel.

(28)

L-iktar fattur importanti fis-settur tat-tbaħħir huwa l-impjieg direttament fuq l-art assoċjat mal-ġestjoni kummerċjali u operazzjoni ta' bastimenti, u indirettament, li jinżammu u jinġibdu kumpaniji ta' tbaħħir. Tul dawn l-aħħar deċennji, sidien ta' bastimenti Ewropej għandhom rekord ippruvat ta' ħiliet ġestjonali u operazzjonali eċċellenti. Impjieg u kompetenzi ta' livell għoli kienu għalhekk żviluppati u miżmuma f'kumpaniji Ewropej permezz tat-tunnellaġġ nolleġġat, irrispettivament mill-bandiera.

(29)

L-ECSA hija tal-fehma li l-bidliet li Franza għamlet għar-reġim tagħha ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ fl-2005 laħqu l-objettivi tal-Linji Gwida tal-2004. L-insistenza fuq l-introduzzjoni formali mill-ġdid tar-restrizzjoni fuq bastimenti nolleġġati għal żmien b'bandiera mhux tal-UE ċċaħħad kumpaniji tat-tbaħħir Ewropej mill-flessibbiltà meħtieġa biex jilqgħu l-bżonnijiet tal-klijenti tagħhom adegwatament u bl-aħjar mod u jiżguraw posthom fis-suq globali.

(30)

Madankollu, kieku l-Kummissjoni kellha tinsisti li l-kumpaniji tat-tbaħħir jkunu sidien u operaturi ta' ċertu perċentwal ta' bastimenti merkantili sabiex jikkwalifikaw għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ, l-ECSA temmen li l-Kummissjoni missha tippermetti li jħaddmu t-tunnellaġġ nolleġġat sa 10 dwt (14) għal kull dwt li għandhom jew tunnellaġġ nolleġġat bla ekwipaġġ skont l-iskemi ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. L-applikazzjoni tal-proporzjoni t'hawn fuq ma tridx tkun soġġetta għal kriterji bħar-reġistru tal-Komunità.

(31)

B'konklużjoni, il-linji gwida tal-Komunità għandhom jibqgħu qafas flessibbli. Għandhom jippermettu lil Stati Membri jaddottaw miżuri xierqa fl-appoġġ tal-flotta tagħhom skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, ġaladarba l-kontribuzzjoni għall-objettivi tal-Linji Gwida hija żgurata. L-ECSA temmen li l-kumpaniji tat-tbaħħir Ewropej li jħaddmu bastimenti abbażi ta' nolleġġ jilħqu dawn l-objettivi sew, sew jekk il-bastimenti jtajru bandiera ta' Stat Membru u sew jekk le.

6.   KUMMENTI MINN FRANZA DWAR IL-KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI

(32)

Permezz ta' ittra datata t-28 ta' April 2014, Franza ħadet nota tal-kummenti tal-partijiet terzi.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

7.1.   Eżistenza ta' għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) TFUE

(33)

Deċiżjoni C(2003) 1476fin tqis l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ bħala skema ta' għajnuna.

(34)

Ir-raġunijiet li wasslu l-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ tikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira ta' Artikolu 107(1) TFUE għadhom validi. Partikularment, l-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ hija skema volontarja li tidderoga mir-regoli applikabbli dwar il-kalkoli ta' taxxa korporattiva billi tagħti lil ċerti kumpaniji — kumpaniji tat-tbaħħir — il-vantaġġ ekonomiku marbut ma' bażi mnaqqsa ta' taxxa, li bħala regola jirriżulta f'tassazzjoni iktar baxxa tad-dħul tagħhom. Kumpaniji tat-tbaħħir iwettqu l-attivitajiet tagħhom fi swieq soġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali tremenda, għaldaqstant il-vantaġġi marbuta ma' taxxa fuq it-tunnellaġġ x'aktarx iwasslu għal distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u jaffettwaw in-negozju bejn l-Istati li huma parti mill-Ftehim ŻEE.

(35)

It-tneħħija tal-limitazzjoni li tikkonċerna l-eliġibbiltà tal-attivitajiet imwettqa fuq bastimenti nolleġġati għal żmien u b'bandiera mhux tal-UE hija miżura li tintroduċi għajnuna ġdida implimentata mingħajr notifika lill-Kummissjoni minn qabel, li tmur kuntrarju għall-Artikolu 108(3) TFUE. Hija għajnuna ġdida minħabba li ma tikkonformax mad-Deċiżjoni C(2003) 1476fin li tawtorizza l-iskema Franċiża ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ u Franza ma nnotifikathiex lill-Kummissjoni. Għall-kuntrarju tal-affermazzjonijiet tal-AdF (15), it-tneħħija ta' din il-limitazzjoni ma tistax titqies bħala miżura xierqa li temenda l-iskema Franċiża ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ biex tikkonforma mal-Linji Gwida tal-2004 (16), minħabba li t-tneħħija mhijiex kompatibbli mal-objettivi tal-Linji Gwida tal-2004, kif spjegat fis-sezzjoni 7.2 ta' din id-Deċiżjoni. Għaldaqstant, it-tneħħija tal-limitazzjoni li tirrigwarda l-eliġibbiltà ta' attivitajiet imwettqa f'bastimenti nolleġġati għal żmien b'bandiera mhux tal-UE ma tistax tkun parti mill-għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-punt 13 tal-Linji Gwida tal-2004 (17).

7.2.   Kompatibbiltà mas-suq intern skont Artiklu 107(3) TFUE

(36)

Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE fil-qasam tat-trasport marittimu ġew ikkjarifikati fil-Linji Gwida tal-2004. Il-kompatibbiltà tal-miżura li hija s-suġġett ta' din id-Deċiżjoni trid tkun għaldaqstant ivvalutata abbażi tal-Linji Gwida tal-2004.

(37)

Il-Linji Gwida tal-2004, bħal-Linji Gwida tal-1997, ma jippermettux għal restrizzjoni espliċita fuq l-inklużjoni ta' bastimenti nolleġġati fl-iskemi ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Minkejja dan, f'deċiżjonijiet preċedenti (18), il-Kummissjoni xorta kkunsidrat li nolleġġaturi li jikkwalifikaw għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ iridu jikkontribwixxu għall-objettiv ta' reġistrazzjoni tal-bnadar mal-Istati Membri jew għall-objettiv li jinżamm u jitjieb l-għarfien marittimu permezz tal-ġestjoni nawtika ta' ċertu perċentwal tal-flotta tagħhom. Ebda kumpanija ma tista' tibbenifika mill-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ mingħajr ma tikkontribwixxi għall-objettivi prinċipali tal-Linji Gwida tal-2004.

(38)

Fid-dawl ta' informazzjoni statistika pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tinnota li, minkejja l-fatt li l-limitazzjonijiet applikabbli għal bastimenti nolleġġati għal żmien kienu mneħħija fl-2005, il-benefiċjarji tal-iskema Franċiża tat-taxxa fuq it-tunnellaġġ ikkontribwixxew biżżejjed lill-objettivi imsemmija hawn fuq minħabba li l-perċentwal ta' bastimenti nolleġġati għal żmien b'bandiera mhux tal-Komunità ma jaqbiżx il-41 % tat-tunnellaġġ totali mħaddem mill-kumpanija benefiċjarji. Dar-riżultat inkiseb jew b'rata għolja ta' bastimenti bi bnadar tal-UE/ŻEE, jew bil-ġestjoni nawtika ta' ċertu perċentwal tal-flotta (jew taħlita tat-tnejn).

(39)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-benefiċjarji attwali jħaddmu għallinqas 25 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta tagħhom taħt bandiera Ewropea. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-prestazzjoni tajba tas-setturi tat-tbaħħir Franċiż f'termini tal-użu ta' bnadar Ewropej huwa kkonfermat ukoll minn studji esterni, pereżempju l-istudju ppubblikat mill-Oxford Economics fl-2014, The economic value of the EU shipping industry (Il-valur ekonomiku tal-industrija tat-tbaħħir tal-UE). Skont dan l-istudju, il-perċentwal ta' tunnellaġġ taħt il-bandiera Franċiża huwa ħafna għola minn 25 % tat-tunnellaġġ imħaddem (19).Peress li l-benefiċjarji tal-iskema huma obbligati li jżommu jew iżidu l-livell tal-flotta tagħhom li ttajjar bandiera Ewropea, mhuwiex possibbli għal iktar minn 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta tagħhom li jkun magħmul minn bastimenti nolleġġati għal żmien li ma jtajrux bandiera Ewropea.

(40)

Madankollu, il-Kummissjoni trid tiġbed l-attenzjoni li l-leġiżlazzjoni Franċiża kif inhi ma tistabbilixxi ebda obbligi legali li jiżguraw li l-kumpaniji benefiċjarji li jħaddmu bastimenti nolleġġati għal żmien dejjem se jikkontribwixxu biżżejjed għall-objettivi tal-Linji Gwida tal-2004. B'mod partikulari, mhemmx ebda obbligi speċifiċi fil-flotta għal parteċipanti ġodda, f'termini jew tal-bandiera jew tal-ġestjoni nawtika minima tagħhom stess.

(41)

Abbażi ta' dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-leġiżlazzjoni Franċiża kif inhi ma fihiex il-garanziji neċessarji u għaldaqstant ma tistax titqies kompatibbli mal-Linji Gwida tal-2004.

(42)

F'dal-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-impenn ta' Franza li tirrimedja s-sitwazzjoni permezz tal-introduzzjoni bħala kundizzjoni għall-kumpanija li tkun tħaddem perċentwal minimu ta' bastimenti taħt bandiera Ewropea biex tkun tista' tagħżel li tidħol fl-iskema ta' taxxa b'rata fissa Dal-perċentwal se jiġi stabbilit għal 25 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta mis-sena fiskali 2015 u trid tiġi rispettata tul l-għaxar snin koperti mill-għażla għat-taxxa fuq it-tunnellaġġ.

(43)

Din il-kundizzjoni hija stretta daqs il-kundizzjoni stabbilita fid-deċiżjoni inizjali C(2003) 1476 li tawtorizza l-iskema Franċiża ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Peress li l-objettivi tal-Linji Gwida tal-2004, b'mod partikulari l-ħtieġa li l-benefiċjarji jikkontribwixxu għall-objettiv ta' reġistrazzjoni tal-bnadar mal-Istati Membri jew għall-objettiv li jinżamm u jitjieb l-għarfien marittimu permezz tal-ġestjoni nawtika ta' ċertu perċentwal tal-flotta tagħhom, il-Kummissjoni tqis li l-impenn ta' Franza huwa biżżejjed. Permezz ta' dan l-impenn, parteċipanti ġodda għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv ta' reġistrazzjoni tal-bnadar mal-Istati Membri.

7.3.   Konklużjoni

(44)

Il-Kummissjoni jirriżultalha li fl-2005, bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, Franza b'mod mhux legali implimentat l-emenda għal-leġiżlazzjoni dwar it-taxxa fuq it-tunnellaġġ fir-rigward ta' bastimenti nolleġġati għal żmien.

(45)

Din l-emenda mhijiex kompatibbli mat-TFUE peress li ma tiżgurax li l-parteċipanti ġodda għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ jikkontribwixxu biżżejjed għall-objettivi tal-Linji Gwida tal-2004 minħabba li ma għandhom ebda obbligu legali f'termini ta' reġistrazzjoni tal-bnadar tal-flotta jew f'termini tal-attivitajiet minimi tat-tbaħħir tagħhom stess.

(46)

Kif miftiehem mal-awtoritajiet Franċiżi, ir-regoli formali eżistenti jridu jiġu aġġustati biex jiġi żgurat li, fil-ġejjieni, kumpaniji b'mill-inqas 25 % tat-tunnellaġġ tagħhom itajjar bandiera Ewropea biss ikunu jistgħu jidħlu fl-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ. Il-benefiċjarji tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ għaldaqstant se jikkontribwixxu għall-objettivi tal-Linji Gwida tal-2004, minkejja li l-flotta sħiħa tagħhom hija nolleġġata għal żmien.

(47)

Peress li l-benefiċjarji attwali diġà huma konformi mal-limiti msemmija hawn fuq u diġà għandhom l-obbligu li jżommu jew iżidu l-perċentwal tal-flotta tagħhom li ttajjar bandiera ta' Ewropea, mhemm ebda ħtieġa li tiġi rkuprata l-għajnuna,

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-emenda għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ implimentat b'mod mhux legali minn Franza fl-2005, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mhijiex kompatibbli mas-suq intern fir-rigward tar-regoli applikabbli għal bastimenti nolleġġati għal żmien.

Artikolu 2

Franza se temenda l-leġiżlazzjoni applikabbli għall-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ b'effett mis-sena fiskali 2015 skont l-impenn li tat, fejn il-benefiċjarji tal-iskema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ, hekk kif jidħlu fl-iskema, irid ikollhom mill-inqas 25 % tal-flotta tagħhom taħt bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew ta' Stat li huwa parti mill-Ftehim ŻEE, u sussegwentement iżommu jew iżidu dal-proporzjon.

Artikolu 3

Franza se tinforma lill-Kummissjoni dwar l-adozzjoni tal-emendi leġiżlattivi riferuti fl-Artikolu 2.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Margrethe VESTAGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU C 380, 28.12.2013, p. 29.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)   ĠU C 205, 5.7.1997, p. 5.

(4)  Nolleġġ għal żmien huwa kuntratt li skontu sid il-bastiment jipprovdi bastiment mgħammar u b'ekwipaġġ sħiħ lin-nolleġġatur għal perjodu ta' żmien speċifikat min-nolleġġ, għal ħlas. In-nolleġġatur jeżegwi l-ġestjoni kummerċjali tal-bastiment, filwaqt li s-sid jibqa' responsabbli għall-ġestjoni nawtika.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2003 dwar l-għajnuna mill-Istat N 737/02 dwar l-iskema Franċiża li timponi ħlas fiss abbażi tat-tunnellaġġ għall-benefiċċju ta' kumpaniji tat-tbaħħir (ĠU C 38, 12.2.2004, p. 5).

(6)   ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3. Ara l-punt 3.1, is-seba' paragrafu.

(7)  Nru 1, ir-raba' paragrafu, tal-istruzzjoni amministrattiva 4-H-3-08.

(8)  Nru 22, it-tieni u t-tielet paragrafu, tal-istruzzjoni amministrattiva 4-H-3-08. “L-impenn stabbilit hawn fuq” huwa l-impenn tal-kumpaniji tat-tbaħħir li jżommu jew iżidu s-sehem tal-flotta tagħhom li ttajjar bandiera ta' Membru Stat tal-Komunità Ewropea tul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-iskema.

(9)  It-tielet paragrafu tal-Artikolu 209-0 B(I) tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa tispeċifika li “bastimenti nolleġġati għal żmien li ma jtajrux bandiera ta' Stat Membru li mhuwiex membru tal-Komunità Ewropea jistgħu ma jikkwalifikawx jekk jikkostitwixxu iktar minn 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta operata mill-kumpanija”.

(10)  Premessa 35 tad-Deċiżjoni C(2003) 1476fin: “Għaldaqstant, attivitajiet imwettqa minn bastimenti nolleġġati għal żmien li ma jtajrux bandiera ta' Stat Membru tal-Komunità Ewropea jistgħu jikkwalifikaw għall-iskema li timponi tassazzjoni b'rata fissa abbażi tat-tunnellaġġ biss jekk jikkostitwixxu massimu ta' 75 % tat-tunnellaġġ nett tal-flotta mħaddma mill-kumpanija”.

(11)  Membri tal-assoċjazzjoni Armateurs de France jikkostitwixxu 80 % tat-tunnellaġġ imħaddem minn sidien Franċiżi tal-bastimenti.

(12)  Dawn tal-aħħar jikkostitwixxu 5 % tat-tunnellaġġ totali tas-sidien Franċiżi tal-bastimenti.

(13)  L-iskema Franċiża ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ stabbilita mill-Artikolu 209-0 B tal-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxa ġiet emendata mill-Artikolu 75 tat-Tieni Att ta' Finanzi (Emenda) għall-2014 (Liġi Nru 2014-1655 tad-29 ta' Diċembru 2014). Il-kundizzjoni l-ġdida se tapplika għal kumpaniji li jeżerċitaw l-għażla fir-rigward ta' sena fiskali li tagħlaq wara s-27 ta' Novembru 2014.

(14)  Tunnellaġġ piż mejjet.

(15)  Ara l-premessi (21) sa (23) ta' din id-Deċiżjoni.

(16)  Ara l-punt 13 tal-Linji Gwida tal-2004.

(17)  Għall-kuntrarju tal-kriterju ta' “manteniment jew … iż-żieda tal-livell tal-flotta tagħhom li ttajjar bandiera ta' Stat Membru”, li kien implimentat biex jikkonforma mal-Linji Gwida tal-2004.

(18)  Ara, pereżempju, id-deċiżjoni inizjali C(2003) 1476fin u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/626/CE tal-25 ta' Frar 2009 fuq l-Iskema ta' Għajnuna C 2/08 (ex N 572/07) fuq l-emenda għas-sistema ta' taxxa fuq it-tunnellaġġ marittimu li l-Irlanda qed tippjana li timplimenta (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 20). Ara wkoll id-deċiżjoni tal-ftuħ, il-premessi 24 sa 26.

(19)  Ara, pereżempju, il-Figuri 2.3d u 2.4b fl-istudju (http://www.oxfordeconomics.com/my-oxford/projects/272456).


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/22


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/668

tal-24 ta' April 2015

dwar l-emendar tar-rikonoxximenti ta' ċerti organizzazzjonijiet skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 2595)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 16 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, il-Kummissjoni trid tivverifika li d-detentur tar-rikonoxximent mogħti skont l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 2(c) ta' dak ir-Regolament, ikun l-entità ġuridika rilevanti fl-organizzazzjoni li għaliha japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. Jekk dak ma jkunx il-każ, il-Kummissjoni trid tieħu deċiżjoni li temenda dak ir-rikonoxximent.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/421/KE (2) tirreferi għall-organizzazzjonijiet rikonoxxuti mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (3) billi tipprovdi li d-Direttur Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport għandu jippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea l-lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont id-Direttiva 94/57/KE qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena.

(3)

L-aħħar lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti abbażi tad-Direttiva 94/57/KE ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) fl-2007.

(4)

Ir-rikonoxximenti tal-Lloyd's Register of Shipping (LR), il-Korean Register of Shipping (KR), in-Nippon Kaiji Kyokai (NK) u r-Registro Italiano Navale (RINA) ngħataw skont id-Direttiva 94/57/KE.

(5)

Skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, l-organizzazzjonijiet li fis-17 ta' Ġunju 2009 ngħataw rikonoxximent skont id-Direttiva 94/57/KE żammew ir-rikonoxximent tagħhom.

(6)

Fil-każ tal-Korean Register of Shipping (KR), l-entità prinċipali relevanti tal-entitajiet ġuridiċi kollha li jiffurmaw l-organizzazzjoni rikonoxxuta ngħatat l-isem ta' “KR (Korean Register)”.

(7)

Fil-każ tan-Nippon Kaiji Kyokai (NK), l-entità prinċipali relevanti tal-entitajiet ġuridiċi kollha li jiffurmaw l-organizzazzjoni rikonoxxuta biddlet l-istatus ġuridiku tagħha fil-liġi Ġappuniża minn “Foundation” għal “General Incorporated Foundation”. Għalhekk, l-isem sħiħ tal-entità li għandu jingħatalha r-rikonoxximent huwa “Nippon Kaiji Kyokai General Incorporated Foundation (ClassNK)”.

(8)

Fil-każ tal-Lloyd's Register of Shipping (LR), l-organizzazzjoni rikonoxxuta oriġinarjament l-ewwel ngħatat l-isem ġdid ta' Lloyd's Register u mbagħad l-isem ta' Lloyd's Register Group Limited bir-riżultat li l-kumpanija, minn soċjetà inkorporata skont l-Att dwar is-Soċjetajiet Industrijali u Providenti tar-Renju Unit tal-1965, saret kumpanija inkorporata skont l-Att dwar il-Kumpaniji tar-Renju Unit tal-2006. Għalhekk, l-isem sħiħ tal-entità li għandu jingħatalha r-rikonoxximent huwa “Lloyd's Register Group LTD (LR)”.

(9)

Fil-każ tar-Registro Italiano Navale (RINA), l-attivitajiet kollha li jaqgħu taħt l-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 391/2009 ġew ittrasferiti mir-Registro Italiano Navale għal RINA S.p.A., kumpanija 100 % sussidjarja ta' RINA. Imbagħad, dawk l-attivitajiet ġew ittrasferiti lil RINA Services S.p.A., li hija kumpanija 100 % sussidjarja ta' RINA S.p.A.. Għalhekk, “RINA Services S.p.A.” hija l-entità prinċipali relevanti tal-entitajiet ġuridiċi kollha li jiffurmaw l-organizzazzjoni rikonoxxuta u li għandu jingħatalha r-rikonoxximent.

(10)

Il-bidliet fl-identità tal-entitajiet prinċipali relevanti msemmija ma għandhomx impatt fuq il-kapaċità tal-organizzazzjonijiet rispettivi li jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 391/2009.

(11)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, id-detentur tar-rikonoxximent li kien ingħata lill-Korean Register of Shipping (KR), għandu jkun “KR (Korean Register)”, li hija l-entità prinċipali tal-entitajiet ġuridiċi kollha li jiffurmaw l-organizzazzjoni rikonoxxuta għall-iskop tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

Artikolu 2

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, id-detentur tar-rikonoxximent li kien ingħata lil-Lloyd's Register of Shipping (LR), għandu jkun “Lloyd's Register Group LTD (LR)”, li hija l-entità prinċipali tal-entitajiet ġuridiċi kollha li jiffurmaw l-organizzazzjoni rikonoxxuta għall-iskop tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

Artikolu 3

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, id-detentur tar-rikonoxximent li kien ingħata lin-Nippon Kaiji Kyokai (NK), għandu jkun “Nippon Kaiji Kyokai General Incorporated Foundation (ClassNK)”, li hija l-entità prinċipali tal-entitajiet ġuridiċi kollha li jiffurmaw l-organizzazzjoni rikonoxxuta għall-iskop tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

Artikolu 4

Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, id-detentur tar-rikonoxximent li kien ingħata lir-Registro Italiano Navale (RINA), għandu jkun “RINA Services S.p.A.”, li hija l-entità prinċipali tal-entitajiet ġuridiċi kollha li jiffurmaw l-organizzazzjoni rikonoxxuta għall-iskop tar-Regolament (KE) Nru 391/2009.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/421/KE tal-14 ta' Ġunju 2007 li tirrevoka d-Deċiżjoni 96/587/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (ĠU L 157, 19.6.2007, p. 18).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjoniet marittimi (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20).

(4)   ĠU C 135, 19.6.2007, p. 4.

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 2099/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti (COSS) u li jemenda r-Regolamenti dwar is-sigurtà marittima u l-prevenzjoni ta' tniġġis minn bastimenti (ĠU L 324, 29.11.2002, p. 1).


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/669

tal-24 ta' April 2015

li tħassar id-Deċiżjoni 2007/421/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE

(notifikata bid-dokument C(2015) 2596)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/421/KE (2) tipprovdi li d-Direttur Ġenerali għall-Enerġija u t-Trasport għandu jippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont id-Direttiva 94/57/KE (3) qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena.

(2)

Id-Direttiva 94/57/KE ġiet riformolata f'żewġ dokumenti legali separati tal-Komunità, id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 391/2009. Dak ir-Regolament fih dispożizzjonijiet dwar it-tfassil u l-aġġornar ta' lista ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti.

(3)

Skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 391/2009, il-Kummissjoni tfassal u taġġorna regolarment lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont dak l-Artikolu u dik il-lista tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Id-Deċiżjoni 2007/421/KE ma għadhiex relevanti u, għalhekk, għandha tiġi revokata filwaqt li, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi ppubblikata f'intervalli regolari lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2007/421/KE titħassar.

Artikolu 2

Qabel il-31 ta' Awwissu 2015, id-Direttur Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport għandu jippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti skont ir-Regolament (KE) Nru 391/2009 li għandha tiġi aġġornata kull meta jkun meħtieġ biex tqis il-bidliet fl-entitajiet ġuridiċi inklużi f'dik il-lista.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 131, 28.5.2009, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/421/KE tal-14 ta' Ġunju 2007 li tħassar id-Deċiżjoni 96/587/KE dwar il-pubblikazzjoni tal-lista tal-organizzazzjonijiet rikonoxxuti li ġew innotifikati mill-Istati Membri skont id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE (ĠU L 157, 19.6.2007, p. 18).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet relevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 319, 12.12.1994, p. 20).

(4)  Id-Direttiva 2009/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-organizzazzjonijiet għall-ispezzjoni u l-perizji tal-vapuri u għall-attivitajiet rilevanti tal-amministrazzjonijiet marittimi (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 47).


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/25


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/670

tas-27 ta' April 2015

dwar il-konformità tar-rati unitarji tal-2015 għaż-żoni tal-imposti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013

(notifikata bid-dokument C(2015) 2635)

(It-testi bil-Bulgaru, bl-Ispanjol, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Grieg, bl-Ingliż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bl-Ungeriż, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Sloven, bil-Finlandiż u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 550/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-ajru uniku Ewropew (ir-Regolament tal-forniment ta' servizz) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 (2) jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru. L-iskema komuni ta' imposti hija element integrali għall-kisba tal-għanijiet tal-iskema ta' prestazzjoni kif stabbilita mill-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 (4).

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (5) tistabbilixxi l-miri tal-prestazzjoni għall-UE kollha kemm hi, fosthom il-mira tal-kosteffikaċja tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru waqt li dawn ikunu fir-rotta, espressa f'kosti unitarji determinati għall-forniment ta' dawn is-servizzi, għat-tieni perjodu ta' referenza li jkopri u jinkludi s-snin mill-2015 sal-2019.

(3)

L-Artikolu 17(1)(b) u (c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 jistipula li l-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rati unitarji tal-2015 għaż-żoni tal-imposti ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-1 ta' Ġunju 2014 bi qbil mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9(1) u (2) ta' dak ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni tikkonċerna l-konformità ta' dawk ir-rati unitarji mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(4)

Il-Kummissjoni wettqet il-valutazzjoni tagħha tar-rati unitarji bl-għajnuna tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Prestazzjoni, inkarigat biex jgħin lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, u bl-għajnuna tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Imposti tar-Rotot tal-Eurocontrol, permezz tad-dejta u tal-informazzjoni addizzjonali mogħtija mill-Istati membri sal-1 ta' Ġunju 2014, u tal-informazzjoni rilevanti li ngħatat fil-pjanijiet tal-prestazzjoni. Il-valutazzjoni qieset ukoll l-ispjegazzjonijiet mogħtija u l-korrezzjonijiet li saru qabel il-laqgħa konsultattiva dwar ir-rati unitarji tal-2015 għas-servizzi fir-rotta, li saret fil-25 u fis-26 ta' Ġunju 2014 b'applikazzjoni tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, u qieset ukoll il-korrezzjonijiet tar-rati unitarji li għamlu l-Istati Membri wara li saru komunikazzjonijiet sussegwenti bejn il-Kummissjoni, il-Korp ta' Valutazzjoni tal-Prestazzjoni u l-Istati Membri kkonċernati. Barra minn hekk, il-valutazzjoni tar-rati unitarji tal-2015 issejset fuq ir-rapport tal-Korp ta' Valutazzjoni tal-Prestazzjoni dwar il-pjanijiet ta' prestazzjoni għat-tieni perjodu ta' referenza, li tressaq lill-Kummissjoni fis-7 ta' Ottubru 2014 u li sussegwentement ġie aġġornat fil-15 ta' Diċembru 2014.

(5)

Abbażi ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni, bi qbil mal-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, sabet li r-rati unitarji tal-2015 għaż-żoni tal-imposti mressqa mir-Renju Unit, mill-Irlanda, mill-Bulgarija, mir-Rumanija, minn Ċipru, mill-Greċja, minn Malta, mill-Kroazja, mir-Repubblika Ċeka, mis-Slovenja, mill-Ungerija, mill-Polonja, mil-Litwanja, mid-Danimarka, mill-Iżvezja, mill-Estonja, mill-Finlandja, mil-Latvja, mill-Portugall u minn Spanja jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

(6)

Skont l-Artikolu 17(1)(d) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiġu avżati dwar din is-sejba.

(7)

Is-sejba u l-avviż li r-rati unitarji għaż-żoni tal-imposti jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013 huma mingħajr ħsara għall-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 550/2004.

(8)

Billi l-pjanijiet tal-prestazzjoni finali għat-tieni perjodu ta' referenza ma ġewx adottati qabel l-1 ta' Novembru 2014, ta' min ifakkar li, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013, l-Istati Membri għandhom jikkalkulaw mill-ġdid ir-rati unitarji taż-żoni tal-imposti għall-2015 fejn hemm bżonn abbażi tal-pjanijiet tal-prestazzjoni finali adottati, u li japplikaw dawn ir-rati kkalkulati mill-ġdid kemm jista' jkun malajr fl-2015 u li jirriportaw kull differenza li jkun hemm minħabba l-applikazzjoni temporanja tar-rati unitarji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni fil-kalkolu tar-rati unitarji għall-2016.

(9)

Il-Kumitat dwar Ajru Uniku ma ressaqx opinjoni. Inħasset il-ħtieġa ta' att ta' implimentazzjoni u l-President ressaq l-abbozz tal-att ta' implimentazzjoni lill-kumitat tal-appell għal aktar diskussjoni. Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-kumitat tal-appell,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rati unitarji tal-2015 għaż-żoni tal-imposti stabbiliti fl-Anness jikkonformaw mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013 u (UE) Nru 391/2013.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta' Spanja, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika ta' Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Ungerija, lir-Repubblika ta' Malta, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Iżvezja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 96, 31.3.2004, p. 10.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 31).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (ĠU L 196, 31.3.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (ĠU L 128, 9.5.2013, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).


ANNESS

 

Żona tal-imposti

Ir-rata unitarja tar-rotta tal-2015 fil-munita nazzjonali (1) (Kodiċi ISO)

1

Il-Bulgarija

60,40 BGN

2

Il-Kroazja

351,00 HRK

3

Ċipru

36,91 EUR

4

Ir-Repubblika Ċeka

1 204,05 CZK

5

Id-Danimarka

471,12 DKK

6

L-Estonja

31,10 EUR

7

Il-Finlandja

56,23 EUR

8

Il-Greċja

38,38 EUR

9

L-Ungerija

11 197,73 HUF

10

L-Irlanda

29,60 EUR

11

Il-Latvja

27,58 EUR

12

Il-Litwanja

46,82 EUR

13

Malta

22,33 EUR

14

Il-Polonja

143,89 PLN

15

Il-Portugall — Lisbona

37,13 EUR

16

Ir-Rumanija

164,60 RON

17

Is-Slovenja

68,36 EUR

18

Spanja — il-Canarias

58,36 EUR

19

Spanja — Kontinentali

71,69 EUR

20

L-Iżvezja

609,06 SEK

21

Ir-Renju Unit

73,11 GBP


(1)  Dawn ir-rati unitarji ma jinkludux ir-rata unitarja amministrattiva msemmija fl-Artikolu 18 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 391/2013 u li tapplika għal dawk l-Istati li huma firmatarji tal-Ftehim Multilaterali tal-Eurocontrol dwar l-imposti tar-rotot.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/28


DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

tas-16 ta' Diċembru 2014

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tas-Sottokumitati [2015/671]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 434 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 435(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jistabbilixxi r-regoli ta' proċedura tiegħu.

(3)

Skont l-Artikolu 437(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu minn Kumitat ta' Assoċjazzjoni filwaqt li skont l-Artikolu 438(1) tal-Ftehim il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina fir-regoli ta' proċedura tiegħu d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u dawk tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tas-Sottokumitati, kif stipulati fl-Annessi I u II rispettivament, jiġu b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS I

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni stabbilit f'konformità mal-Artikolu 434(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu kif previst fl-Artikoli 434 u 436 tal-Ftehim.

2.   Kif provdut fl-Artikolu 435(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u membri tal-Kummissjoni Ewropea, fuq naħa waħda, u minn membri tal-Gvern tar-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra. Il-kompożizzjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tqis il-kwistjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu indirizzati f'kull laqgħa. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' fil-livell ministerjali.

3.   Kif provdut fl-Artikolu 436(1) tal-Ftehim, u sabiex jilħaq l-objettivi tiegħu, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet li huma vinkolanti fuq il-Partijiet. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu l-miżuri adatti għall-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tiegħu, inkluż, jekk meħtieġ, billi jagħti s-setgħa lil korpi speċifiċi stabbiliti skont il-Ftehim sabiex jaġixxu f'ismu. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Huwa għandu jadotta d-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi qbil bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega s-setgħat tiegħu lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

4.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura huma dawk kif definiti fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-Presidenza tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, b'mod alternat, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena, u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, bi ftehim reċiproku tal-Partijiet. Dment li ma jkunx intlaħaq ftehim mod ieħor mill-Partijiet, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jsir fil-post fejn is-soltu jsiru l-laqgħat tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Kull sessjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tinżamm f'data miftiehma mill-Partijiet.

3.   Il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jissejħu b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, bi qbil mal-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mhux aktar tard minn 30 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

Artikolu 4

Rappreżentanza

1.   F'każ li l-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma jkunux jistgħu jattendu jkunu jistgħu jiġu rrappreżentati. Jekk membru jkun jixtieq jiġi rrappreżentat, hu jew hi għandu jinforma jew tinforma lill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bil-miktub bl-isem tar-rappreżentant tiegħu jew tagħha qabel ma tibda l-laqgħa li fiha l-membru jkun ser jiġi rrappreżentat.

2.   Ir-rappreżentant ta' membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jeżerċita d-drittijiet kollha ta' dak il-membru.

Artikolu 5

Delegazzjonijiet

1.   Il-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jistgħu jkunu akkumpanjati mill-uffiċjali. Qabel kull laqgħa, il-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiġi infurmat, permezz tas-Segretarjat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, dwar il-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjoni ta' kull Parti.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista', bi qbil bejn il-Partijiet, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'qasam biex jattendu għal-laqgħat tiegħu bħala osservaturi jew sabiex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti partikolari. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar it-termini u l-kondizzjonijiet li skonthom dawk l-osservaturi jkunu jistgħu jattendu l-laqgħat.

Artikolu 6

Segretarjat

Uffiċjal tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 7

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat jew lis-Segretarju tal-Unjoni inkella tar-Repubblika tal-Moldova, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiżguraw li l-korrispondenza tintbagħat lill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u, fejn adatt, iċċirkolata lill-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Il-korrispondenza ċċirkolata b'dan il-mod għandha tintbagħat, kif adatt, lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lir-Rappreżentanti Permanenti tal-Istati Membri għall-Unjoni Ewropea u lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Moldova għall-Unjoni Ewropea.

4.   Komunikazzjonijiet mill-President għandhom jintbagħtu lid-destinatarji mis-Segretarji f'isem il-President. Tali komunikazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati, fejn adatt, lill-membri tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif provdut fil-paragrafu 3.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Dment li ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni ma għandhomx jkunu pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal laqgħat

1.   Il-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Din għandha tintbagħat mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-laqgħa.

L-aġenda proviżorja għandha tinkludi dawk il-punti li fir-rigward tagħhom il-President ikun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda sa mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Tali punti ma għandhomx jinkitbu fl-aġenda proviżorja sakemm id-dokumenti ta' sostenn rilevanti ma jkunux intbagħtu lis-Segretarji qabel id-data li fiha tintbagħat l-aġenda.

2.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt ieħor apparti dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

3.   Il-President jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis il-ħtiġijiet ta' każ partikolari.

Artikolu 10

Minuti

1.   Għandu jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw dawn li ġejjin fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni;

(b)

id-dikjarazzjonijiet li membru tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun talab li jiddaħħlu fil-minuti, u

(c)

kwistjonijiet li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-Partijiet, bħal deċiżjonijiet adottati, dikjarazzjonijiet li kien hemm qbil dwarhom u kull konklużjoni.

3.   L-abbozz tal-minuti għandu jiġi ppreżentat lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu japprova l-abbozz ta' dawk il-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Alternattivament, l-abbozz ta' dawk il-minuti jista' jiġi approvat bil-miktub.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu bi ftehim reċiproku bejn il-Partijiet u mat-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi.

2.   Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu wkoll deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. Għal dan il-għan, it-test tal-proposta għandu jiġi ċċirkolat bil-miktub mill-President tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-membri tiegħu skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih il-membri għandhom jgħarrfu kwalunkwe riżerva jew emenda li jixtiequ jagħmlu. Il-President jista' jqassar il-limitu ta' żmien imsemmi sabiex iqis il-ħtiġijiet ta' każ partikolari, b'konsultazzjoni mal-Partijiet.

3.   L-atti tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, fit-tifsira tal-Artikolu 436(1) tal-Ftehim, għandhom ikunu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament, segwiti b'numru tas-serje, bid-data tal-adozzjoni tagħhom u b'deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Dawk id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ċċirkolati lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

4.   Kull deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

Artikolu 12

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Dment li ma jkunx deċiż mod ieħor, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mħejjija f'dawk il-lingwi.

Artikolu 13

Spejjeż

1.   Kull Parti tkopri l-ispejjeż li tagħmel bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   In-nefqa marbuta mal-interpretazzjoni fil-laqgħat, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni tad-dokumenti titħallas mill-Unjoni. F'każ li r-Repubblika tal-Moldova tkun teħtieġ interpretazzjoni jew traduzzjoni minn u lejn ilsna oħra barra dawk provduti fl-Artikolu 12, l-ispejjeż relatati ma' dan jitħallsu mir-Repubblika tal-Moldova.

3.   Spejjeż oħrajn relatati mal-organizzazzjoni materjali tal-laqgħat jitħallsu mill-parti li tospita l-laqgħat.

Artikolu 14

Kumitat ta' Assoċjazzjoni

1.   Skont l-Artikolu 437(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jkun megħjun fit-twettiq ta' dmirijietu mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn adatt u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jissottometti proposti jew kwalunkwe abbozz ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għal approvazzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega s-setgħa biex jieħu deċiżjonijiet lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

3.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jieħu d-deċiżjonijiet u jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li għalihom ikun ġie awtorizzat skont il-Ftehim.

4.   F'każijiet fejn il-Ftehim jirreferi għal obbligu ta' konsultazzjoni jew possibbiltà ta' konsultazzjoni jew fejn il-Partijiet jiddeċiedu bi ftehim komuni biex jikkonsultaw lil xulxin, tali konsultazzjoni tista' ssir fil-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, ħlief fejn provdut mod ieħor fil-Ftehim. Il-konsultazzjoni tista' tkompli fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati f'konformità mal-Artikolu 11.


ANNESS II

REGOLI TA' PROĊEDURA TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI U TAS-SOTTOKUMITATI

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 437(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jgħin lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu u jwettaq il-kompiti stipulati fil-Ftehim u assenjati lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni. Skont l-Artikolu 438(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddetermina d-dmirijiet u l-funzjonament tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jħejji l-laqgħat u d-deliberazzjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jimplimenta d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fejn adatt u jiżgura l-kontinwità tar-relazzjoni ta' assoċjazzjoni u l-funzjonament korrett tal-Ftehim b'mod ġenerali. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jqis kull kwistjoni li titressaq quddiemu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni kif ukoll kull kwistjoni li tista' tinqala' matul l-implimentazzjoni ta' kuljum tal-Ftehim. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jissottometti proposti jew abbozzi ta' deċiżjonijiet jew rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

3.   Kif provdut fl-Artikolu 437(2) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Partijiet, fil-prinċipju f'livell ta' uffiċjal pubbliku anzjan, li jkunu responsabbli għal kwistjonijiet speċifiċi li jridu jiġu indirizzati f'kull sessjoni partikolari.

4.   Skont l-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, meta l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), iwettaq il-kompiti mogħtija lilu taħt it-Titolu V tal-Ftehim, huwa għandu jkun kompost minn uffiċjali anzjani tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova li huma responsabbli għall-kummerċ u għal kwistjonijiet relatati mal-kummerċ. Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li huma responsabbli għall-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ għandu jaġixxi bħala President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'konformità mal-Artikolu 2 ta' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. Fil-laqgħat jattendi wkoll rappreżentant tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

5.   Kif previst fl-Artikolu 438(3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jkollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet provduti f'dan il-Ftehim u f'oqsma li fihom il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jkun iddelega s-setgħat lilu. Dawk id-deċiżjonijiet għandhom ikunu vinkolanti għall-Partijiet, li għandhom jieħdu l-miżuri adatti biex jimplimentawhom. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu bi qbil bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom.

6.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura għandhom jiġu definiti kif provdut fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet għandhom iżommu l-Presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, fuq bażi ta' alternanza, għal perijodi ta' 12-il xahar. L-ewwel perijodu għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn ikun miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiltaqa' b'mod regolari, minn tal-inqas darba fis-sena. Jistgħu jsiru sessjonijiet speċjali tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fuq talba ta' waħda mill-Partijiet, jekk il-Partijiet jaqblu.

2.   Kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ mill-President tagħha f'post u fi żmien li jkun hemm qbil dwarhom mill-Partijiet. L-avviż ta' sejħa għal-laqgħa għandu jinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena u meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan. Kull laqgħa tissejjaħ mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'post, data, u permezz tal-mezzi miftiehma mill-Partijiet. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa jinħareġ mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

4.   Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tissejjaħ fi żmien adatt qabel il-laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

5.   F'każijiet eċċezzjonali, u jekk jaqblu hekk il-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jistgħu jsiru permezz ta' mezzi teknoloġiċi li jintlaħaq qbil dwarhom, bħal vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet li jkunu se jattendu l-laqgħa fuq iż-żewġ naħat.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Unjoni u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u għandhom iwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt dment li dawn ir-Regoli ta' Proċedura ma jipprovdux mod ieħor, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova li jkunu responsabbli għall-kummerċ u l-kwistjonijiet kummerċjali għandhom jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandha tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tintbagħat lill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tiġi ċċirkolata, fejn adatt, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Korrispondenza mill-President għandha lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Tali korrispondenza għandha tiġi ċċirkolata, fejn adatt, kif provdut fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti għandhom jiġu ċċirkolati permezz tas-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Parti għandha tibgħat id-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju għandu jibgħat dawk id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova f'tali korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova għandu jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tar-Repubblika tal-Moldova u għandu jikkopja sistematikament lis-Segretarju tal-Unjoni f'tali korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Dment li ma jkunx deċiż mod ieħor bejn il-Partijiet, il-laqgħat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni ma għandhomx ikunu pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, il-Parti l-oħra għandha tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal laqgħat

1.   Għandha titfassal aġenda proviżorja għal kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kif ukoll abbozz ta' konklużjonijiet operazzjonali kif provdut fl-Artikolu 10 mis-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni abbażi tal-proposti magħmula mill-Partijiet. L-aġenda proviżorja għandha tinkludi punti li fir-rigward tagħhom is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jkun irċieva talba għall-inklużjoni tagħhom fl-aġenda mingħand xi Parti, sostnuti mid-dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda proviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, għandhom jiġu ċċirkolati kif provdut fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda għandha tiġi adottata mill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-bidu ta' kull laqgħa. Punti ħlief dawk li jidhru fl-aġenda proviżorja jistgħu jitqiegħdu fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan.

4.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'suġġett fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni dwar suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li dawk l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista', b'konsultazzjoni mal-Partijiet, iqassar il-limiti ta' żmien kif provdut fil-paragrafi 1 u 2 sabiex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operazzjonali

1.   Għandu jitfassal abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni b'mod konġunt mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti għandhom jindikaw dawn li ġejjin fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista ta' uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' kwalunkwe osservatur jew espert li jattendi l-laqgħa;

(b)

id-dokumentazzjoni ppreżentata lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni;

(c)

id-dikjarazzjonijiet li l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operazzjonali mil-laqgħa, kif provdut fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti jiġi ppreżentat lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għall-approvazzjoni. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu japprova l-abbozz ta' dawk il-minuti fil-laqgħa tiegħu li jmiss. Alternattivament, l-abbozz ta' dawk il-minuti jista' jiġi approvat bil-miktub. L-abbozz tal-minuti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ għandhom jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju minn kull laqgħa. Għandha tintbagħat kopja lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   Abbozz tal-konklużjonijiet operazzjonali ta' kull laqgħa għandu jitfassal mis-Segretarju tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni tal-Parti li jkollha l-Presidenza tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, u jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, normalment mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dak l-abbozz għandu jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, dment li ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu mill-Partijiet. Ladarba jkun hemm qbil dwarhom, il-konklużjonijiet operazzjonali għandhom jkunu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom għandha tiġi eżaminata mill-ġdid waqt kwalunkwe laqgħa sussegwenti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni. Għal dan il-għan il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jadotta mudell, li jippermetti li kull punt ta' azzjoni jiġi identifikat fi skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   F'każijiet speċifiċi fejn il-Ftehim jagħti s-setgħa lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni li jieħu deċiżjonijiet jew fejn tali setgħa tkun ġiet iddelegata lilu mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu minnu. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet. Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet għandhom isiru bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet u meta jitlestew il-proċeduri interni rispettivi. Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u awtentikata mis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

2.   Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi ftehim mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta jitqassam skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda għandha tiġi mgħarrfa. Il-President jista' iqassar il-limiti ta' żmien speċifikati f'dan il-paragrafu biex jieħu kont ta' ċirkostanzi speċjali, b'konsultazzjoni mal-Partijiet. Ladarba jintlaħaq qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ffirmata mill-President u awtentikata mis-Segretarji.

3.   L-atti tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm ma tipprovdix mod ieħor.

4.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jintbagħtu lill- Partijiet.

5.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jirrapporta lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tas-sottokumitati, il-gruppi ta' ħidma u l-korpi l-oħra tiegħu f'kull laqgħa regolari tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Partijiet.

2.   Il-lingwi ta' ħidma tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandhom ikunu l-Ingliż u r-Rumen. Dment li ma jkunx deċiż mod ieħor, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni mfassla f'kull waħda minn dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti tkopri l-ispejjeż li tagħmel minħabba l-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kemm fir-rigward tal-persunal, l-ivvjaġġar u l-ispejjeż ta' sussistenza kif ukoll fir-rigward tal-ispejjeż ta' posta u telekomunikazzjoni.

2.   L-ispejjeż marbutin mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   L-ispejjeż marbutin ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu għandhom direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

4.   F'każijiet fejn it-traduzzjoni ta' dokumenti għal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jkun meħtieġ, l-ispiża għandha titħallas mill-Unjoni.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni f'konformità mal-Artikolu 438(1) tal-Ftehim.

Artikolu 16

Sottokumitati, kumitati jew korpi speċjali

1.   F'konformità mal-Artikolu 439(1) u (3) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li twaqqaf kwalunkwe sottokumitat f'oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ħlief dawk li hemm previst fil-Ftehim, sabiex jgħin lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq ta' dmirijietu. Il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jtemm kwalunkwe tali sottokumitat u jiddefinixxi jew jemenda r-regoli ta' proċedura tiegħu. Dment li ma jkunx deċiż mod ieħor, kwalunkwe sottokumitat għandu jaħdem taħt l-awtorità tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni, li lilu għandu jirrapporta wara kull laqgħa tiegħu.

2.   Dment li ma jkunx previst mod ieħor mill-Ftehim jew miftiehem fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, dawn ir-Regoli ta' Proċeduri attwali għandhom jiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe sottokumitat kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-laqgħat tas-sottokumitati jistgħu jinżammu b'mod flessibbli skont il-bżonn, personalment, jew fi Brussell inkella fir-Repubblika tal-Moldova sħab jew pereżempju permezz ta' vidjokonferenza. Is-sottokumitati għandhom jaġixxu bħala pjattaforma għall-monitoraġġ tal-progress dwar l-approssimazzjoni f'oqsma speċifiċi, għad-diskussjoni ta' ċerti kwistjonijiet u sfidi li jirriżultaw minn dak il-proċess u għall-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet u konklużjonijiet operazzjonali.

4.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jiriċevi kopja tal-korrispondenza, id-dokumenti u l-komunikazzjonijiet rilevanti kollha li jikkonċernaw sottokumitat, kumitat jew korp speċjali.

5.   Dment li ma jkunx provdut mod ieħor fil-Ftehim jew miftiehem mill-Partijiet fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, kwalunkwe sottokumitat, kumitat jew korp speċjali għandu jkollu biss is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni.

Artikolu 17

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura japplikaw mutandis mutatis għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, dment li ma jkunx provdut mod ieħor.


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/38


DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

tas-16 ta' Diċembru 2014

dwar l-istabbiliment ta' żewġ Sottokumitati [2015/672]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI bejn l-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) u b'mod partikolari l-Artikolu 439 tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 439(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jwaqqaf kwalunkwe kumitat jew korp ieħor speċjalizzat f'oqsma speċifiċi meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Ftehim li jista' jgħin lill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

(3)

Sabiex jippermettu diskussjonijiet fil-livell ta' esperti dwar l-oqsma ewlenin li jaqgħu fl-ambitu tal-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim, għandhom jiġu mwaqqfa żewġ sottokumitati.

(4)

Bi qbil tal-Partijiet, għandu jkun possibbli li tiġi modifikata l-lista ta' sottokumitati kif ukoll l-ambitu tas-sottokumitati individwali.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sottokumitati elenkati fl-Anness huma b'dan imwaqqfa.

Artikolu 2

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitati elenkati fl-Anness huma regolati mill-Artikolu 16 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni u tas-Sottokumitati kif adottat bid-Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 3

Bi qbil mal-Partijiet, il-lista tas-Sottokumitati stipulata fl-Anness u l-ambitu tas-Sottokumitati individwali elenkati fl-Anness jistgħu jiġu modifikati.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


ANNESS

Lista ta' Sottokumitati

(1)

Sottokumitat għal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja

(2)

Sottokumitat għall-Kooperazzjoni fl-Ekonomija u f'Setturi oħra


29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/40


DEĊIŻJONI Nru 3/2014 TAL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

tas-16 ta' Diċembru 2014

dwar id-delega ta' ċerti setgħat mill-Kunsill ta' Assoċjazzjoni lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ [2015/673]

IL-KUNSILL TA' ASSOĊJAZZJONI BEJN L-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, fuq in-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 436(3) u l-Artikolu 438(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet mill-Ftehim ġew applikati proviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 434(1) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni huwa responsabbli għas-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 438(2) tal-Ftehim, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jista' jiddelega lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni kull waħda mis-setgħat li għandu, inkluża s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet vinkolanti.

(4)

Skont l-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni għandu jilħaq konfigurazzjoni speċifika biex jindirizza l-kwistjonijiet kollha relatati mat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni bla xkiel u f'waqtha tal-parti tal-Ftehim relatata maż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu jiddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim li jirrelataw mal-Kapitoli 1, 3, 5, 6 u 8 tat-Titlu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, safejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika f'dawk il-Kapitoli relatata mal-aġġornament jew l-emendar ta' dawk l-Annessi.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni għandu b'dan jiddelega s-setgħa li jaġġorna jew jemenda l-Annessi għall-Ftehim li jirrelataw mal-Kapitoli 1, 3, 5, 6 u 8 tat-Titlu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) tal-Ftehim lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim, safejn ma jkun hemm l-ebda dispożizzjoni speċifika f'dawk il-Kapitoli relatata mal-aġġornament jew l-emendar ta' dawk l-Annessi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Assoċjazzjoni

Il-President

F. MOGHERINI


(1)   ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.


Rettifika

29.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/41


Rettifika tad- Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/655 tat-23 ta' April 2015 skont l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formulazzjoni bbażata fuq il-polidimetilsilossan li tqiegħed fis-suq għall-kontroll tan-nemus

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 107 tal-25 ta' April 2015 )

Fil-paġna tal-qoxra, f'paġna 75, fit-titolu tad-Deċiżjoni, u f'paġna 75, id-data u l-firma tad-Deċiżjoni, id-data ta' adozzjoni tinbidel kif ġej:

minflok:

“ 23 ta' April 2015 ”,

aqra:

“ 24 ta' April 2015 ”.