ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 102

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
21 ta' April 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/612 tal-20 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

1

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/613 tal-20 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 889/2005

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/614 tal-20 ta' April 2015 li jimplimenta l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/615 tal-20 ta' April 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

29

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/616 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 rigward referenzi fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/617 tal-20 ta' April 2015 li jemenda għall-230 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida

35

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/618 tal-20 ta' April 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

37

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/619 tal-20 ta' April 2015 li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2015 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

39

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/620 tal-20 ta' April 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

43

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/621 tal-20 ta' April 2015 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

63

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 118 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant, ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur [2015/622]

67

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE ( ĠU L 347, 20.12.2013 )

96

 

*

Rettifika tal-Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2015/339 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 ( ĠU L 69, 13.3.2015 )

96

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1007/ĠAI tal-21 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/ĠAI dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) ( ĠU L 411, 30.11.2006 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti L 200M tal-1 ta' Awwissu 2007)

96

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1007/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) ( ĠU L 411, 30.12.2006 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti, ĠU L 200 M, 1.8.2007 )

97

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tat-21 ta' Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati ( ĠU L 23, 25.1.2013 )

98

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/612

tal-20 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-miżuri tal-Unjoni li jimplimentaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK (1), inkluż l-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi ta' ċertu persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi, huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 (2).

(2)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni u l-entitajiet li jibbenefikaw minn sospensjoni tal-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament.

(3)

Fid-19 ta' Frar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/277 (3) li permezz tagħha neħħa l-ismijiet ta' ħames persuni deċeduti mill-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2011/101/PESK.

(4)

Dik il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għalhekk tinħtieġ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiddaħħal fis-seħħ, b'mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

(5)

Fid-19 ta' Frar 2015, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/275 (4) neħħa l-ismijiet tal-ħames persuni deċeduti mill-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004.

(6)

L-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussembrugu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tal-15 ta' Frar 2011 dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 55, 24.2.2004, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2011/277 tad-19 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2011/101/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 20).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/275 tad-19 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 47, 20.2.2015, p. 15).


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 314/2004, l-ismijiet tal-persuni fiżiċi li ġejjin jitneħħew mit-taqsima “I. Persuni”:

I.   Persuni

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

 

Chindori-Chininga, Edward Takaruza

 

Karakadzai, Mike Tichafa

 

Sakupwanya, Stanley Urayayi

 

Sekeremayi, Lovemore

 

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/3


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/613

tal-20 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 889/2005

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni 2010/788/PESK u jipprevedi ċerti miżuri diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“RDK)”), inkluż l-iffriżar tal-assi tagħhom.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 889/2005 (3) jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-projbizzjoni tal-forniment ta' assistenza teknika u finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari fir-RDK, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSCR) 2198 (2015) emendat il-kriterji sabiex persuni u entitajiet jiġu inklużi ma' dawk soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fil-paragrafi 9 u 11 tal-UNSCR 1807 (2008). Permezz tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/620 (4), il-Kunsill iddeċieda li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawk il-kriterji kif meħtieġ.

(4)

Dik il-miżura taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat u, għalhekk azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa sabiex tiġi implimentata, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. Konsegwentement, ir-Regolament (UE) Nru 1183/2005 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(5)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 889/2005 għandhom jiġu integrati fir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 u r-Regolament (KE) Nru 889/2005 għandu jitħassar.

(6)

Xi dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għandhom ukoll jiġu aġġornati biex jirriflettu l-formolazzjoni standard użata f'atti legali reċenti dwar miżuri restrittivi li jirrigwardaw ir-responsabbiltà, is-sodisfazzjon tal-pretensjonijiet, u l-evitar ta' projbizzjonijiet.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 hu emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

‘pretensjoni’ tfisser kull talba, sew asserita bi proċeduri legali jew le, magħmula qabel jew wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, taħt jew b' rabta ma' kuntratt jew tranżazzjoni, u b' mod partikolari tinkludi talba:

(i)

għat-twettiq ta' kull obbligu li jirriżulta skont kuntratt jew tranżazzjoni, jew b' rabta ma' wieħed minnhom;

(ii)

għall-estensjoni jew għall-ħlas ta' bond, ta' garanzija finanzjarja jew ta' indennizz ta' kull forma;

(iii)

għal kumpens marbut ma' kuntratt jew tranżazzjoni;

(iv)

li tikkonsisti f'kontrotalba;

(v)

għar-rikonoxximent jew l-infurzar, inkluż bil-proċedura ta' exequatur, ta' sentenza, deċiżjoni arbitrali jew deċiżjoni ekwivalenti, irrispettivament minn fejn issir jew tingħata;

(b)

‘kuntratt jew tranżazzjoni’ tfisser kull tranżazzjoni ta' liema forma hi u tkun xi tkun il-liġi applikabbli, sew jekk tikkonsisti f'kuntratt wieħed jew aktar jew obbligi simili magħmula bejn l-istess partijiet jew differenti; għal dan l-iskop, ‘kuntratt’ jinkludi bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, u kreditu, sew jekk legalment indipendenti jew mhux, kif ukoll kull dispożizzjoni relatata li toriġina mit-tranżazzjoni jew tkun marbuta magħha;

(c)

‘awtoritajiet kompetenti’ tirreferi għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif identifikati fuq il-websites elenkati fl-Anness II;

(d)

‘riżorsi ekonomiċi’ tfisser assi ta' kwalunkwe tip, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li mhumiex fondi iżda jistgħu jintużaw biex jinkisbu fondi, beni jew servizzi;

(e)

‘l-iffriżar ta' riżorsi ekonomiċi’ tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta' riżorsi ekonomiċi għall-akkwist ta' fondi, beni jew servizzi b'kull mod, inkluż, iżda mhux limitat għall-bejgħ, il-kiri jew l-użu tagħhom bħala ipoteka;

(f)

‘iffriżar tal-fondi’ tfisser il-prevenzjoni ta' kull mossa, trasferiment, alterazzjoni, użu ta', aċċess għal, jew innegozjar ta' fondi b'mod li jwassal għal xi bidla fil-volum, ammont, pożizzjoni, propjetà, pussess, karattru, destinazzjoni jew bidla oħra tagħhom li jippermetti l-użu tal-fondi, inkluż l-amministrazzjoni tal-portafoll;

(g)

‘fondi’ tfisser assi finanzjarji u benefiċċji ta' kull xorta, li jinkludu, iżda mhux limitati għal:

(i)

flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet ta' flus, kambjali, ordnijiet ta' flus u strumenti oħra ta' ħlas;

(ii)

depożiti ma' istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, dejn u obbligi ta' dejn;

(iii)

titoli u strumenti ta' dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-ishma, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, obbligazzjonijiet u kuntratti tad-derivattivi;

(iv)

imgħax, dividends jew introjtu ieħor minn assi jew valur li jakkumula minnhom jew iġġenerat minnhom;

(v)

kreditu, dritt ta' tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħra;

(vi)

ittri ta' kreditu, poloz tat-tagħbija, poloz ta' bejgħ; u

(vii)

dokumenti li jagħtu prova ta' interess f'fondi jew f'riżorsi finanzjarji;

(h)

‘assistenza teknika’ tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat ma' tiswijiet, żvilupp, manifattura, muntaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, fil-forma ta' istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' tagħrif prattiku jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza inkluż forom verbali ta' assistenza;

(i)

‘servizzi ta' senserija’ tfisser:

(i)

in-negozjar jew l-arranġament ta' tranżazzjonijiet għax-xiri, il-bejgħ jew il-forniment ta' beni u teknoloġija jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, minn pajjiż terz lil kull pajjiż terz ieħor; jew

(ii)

il-bejgħ jew ix-xiri ta' beni u teknoloġija, jew ta' servizzi finanzjarji u tekniċi, li jkunu f'pajjiżi terzi biex jiġu ttrasferiti lejn xi pajjiż terz ieħor;

(j)

‘territorju tal-Unjoni’ tfisser it-territorji tal-Istati Membri li għalihom huwa applikabbli t-Trattat, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat, inkluż l-ispazju tal-ajru tagħhom.”

.

(2)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 1a

1.   Huwa pprojbit il-forniment, direttament jew indirettament, ta':

(a)

għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati mal-beni u mat-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (*) (‘Lista Militari Komuni’) jew relatati mal-forniment, il-manifattura, il-manutenzjoni u l-użu tal-beni inklużi f'din il-lista, lil kull entità jew persuna mhux governattiva li topera fit-territorju tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (‘RDK’);

(b)

finanzjament jew għajnuna finanzjarja relatata mal-bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni tal-merkanzija u t-teknoloġija elenkati fil-Lista Militari Komuni, inklużi b'mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni fuq kreditu għall-esportazzjoni, kif ukoll assigurazzjoni u riassigurazzjoni, għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment jew esportazzjoni ta' tali beni, jew għal kwalunkwe forniment ta' għajnuna teknika jew servizzi ta' senserija relatati lil kwalunkwe entità jew persuna non governattiva li topera fir-RDK;

2.   Il-forniment ta' assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta' senserija lil kwalunkwe persuna non governattiva jew persuna oħra, entità jew korp fir-RDK, jew għall-użu fir-RDK, minbarra d-dispożizzjonijiet ta' tali għajnuna lill-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni fir-RDK (‘MONUSCO’) jew lit-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Afrikana f'konformità mal-Artikolu 1b(1) għandhom ikunu notifikati bil-quddiem lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit permezz tal-paragrafu 8 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà 1533 (2004) (‘Kumitat tas-Sanzjonijiet’). Dawk in-notifiki għandu jkun fihom l-informazzjoni kollha relevanti, inkluż, fejn xieraq, l-utent aħħari, id-data proposta tal-kunsinnja u l-itinerarju tal-merkanzija.

Artikolu 1b

1.   B'deroga mill-Artikolu 1a, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta':

(a)

assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta' senserija relatati mal-armi u l-materjal relatat maħsuba biss għas-sostenn tal-MONUSCO jew għall-użu minnha;

(b)

assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta' senserija relatati ma' tagħmir militari mhux letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv, fejn l-għoti ta' din l-assistenza jew servizzi jkun ġie notifikat minn qabel lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet skont l-Artikolu 1a(2);

(c)

assistenza teknika, finanzjament jew assistenza finanzjarja jew servizzi ta' senserija relatati mal-armi u l-materjal relatat maħsuba biss għas-sostenn tat-Task Force Reġjonali tal-Unjoni Afrikana jew għall-użu minnha.

2.   L-ebda awtorizzazzjoni ma għandha tingħata għal attivitajiet li diġà seħħew.

(*)  ĠU C 69, 18.3.2010, p. 19.”"

.

(3)

Fl-Artikolu 2, jitħassar il-paragrafu 3.

(4)

Fl-Artikolu 2a, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Anness I jinkludi persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi identifikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tar-RDK. Tali atti għandhom jinkludu:

(a)

li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi u miżuri relatati kif imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK u l-Artikolu 1a ta' dan ir-Regolament;

(b)

li jkunu mexxejja politiċi u militari ta' gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatriazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti li jappartjenu lil dawk il-gruppi;

(c)

li jkunu mexxejja politiċi u militari ta' milizzji Kongoliżi, inklużi dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kombattenti tagħhom fil-proċessi ta' diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid;

(d)

li jirreklutaw jew jużaw lit-tfal fil-konflitt armat bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(e)

li jkunu involuti fl-ippjanar, it-tmexxija jew il-parteċipazzjoni fl-immirar ta' tfal jew nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat, inklużi l-qtil u l-immankar, l-istupru u vjolenza sesswali oħra, il-ħtif, l-ispostament furzat u attakki fuq skejjel u sptarijiet;

(f)

li jfixklu l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fir-RDK;

(g)

persuni jew entitajiet li jappoġġaw, inklużi gruppi armati, involuti f'attivitajiet destabbilizzanti fir-RDK permezz tal-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inklużi d-deheb jew l-annimali selvaġġi kif ukoll il-prodotti mill-annimali selvaġġi;

(h)

li jaġixxu f'isem jew skont id-direzzjoni ta' persuna jew entità nominata, jew li jaġixxu f'isem jew taħt id-direzzjoni ta' entità li hija proprjetà ta' persuna jew entità nominata jew ikkontrollata minnha;

(i)

li jippjanaw, jidderieġu, jisponsorjaw jew jieħdu sehem f'attakki kontra l-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO jew persunal tan-NU;

(j)

li jipprovdu sostenn finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku għal, beni jew servizzi għal, jew b'sostenn għal persuna jew entità nominata”

.

(5)

L-Artikolu 7 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 7

1.   L-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi jew ir-rifjut li fondi jew riżorsi ekonomiċi jintgħamlu disponibbli, imwettqa in bona fede abbażi li tali azzjoni hija konformi ma' dan ir-Regolament, ma għandhomx joħolqu responsabbiltà ta' kwalunkwe xorta għall-persuna fiżika jew ġuridika, għall-entità jew il-korp li jimplimentawha, jew għad-diretturi jew impjegati tagħha, sakemm ma jiġix ippruvat li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ġew iffriżati bħala riżultat ta' negliġenza.

2.   L-azzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi ma joħolqux bl-ebda mod xi tip ta' responsabbiltà min-naħa tagħhom jekk huma ma kinux jafu, u ma kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet tagħhom jiksru l-projbizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.”

.

(6)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 7a

1.   Ebda talba b'konnessjoni ma' xi kuntratt jew tranżazzjoni fejn l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet effettwata, direttament jew indirettament, b'mod sħiħ jew parzjalment, permezz tal-miżuri imposti skont dan ir-Regolament, inkluż pretensjonijiet għal indennizz jew kull pretensjoni oħra ta' dan it-tip, bħal pretensjoni għal kumpens jew pretensjoni taħt garanzija, b'mod partikolari pretensjoni għal estensjoni jew ħlas ta' bond, garanzija jew indennizz, b'mod partikolari garanzija finanzjarja jew indennizz finanzjarju, ta' kull għamla, ma għandha tiġi sodisfatta, jekk din issir minn:

(a)

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, mill-entitajiet jew mill-korpi nnominati, elenkati fl-Anness I;

(b)

kull persuna, entità jew korp li jaġixxu permezz ta' waħda mill-persuni, l-entitajiet jew il-korpi jew li jaġixxu f'isimhom, imsemmija fil-punt (a).

2.   F'kull proċedura għall-infurzar ta' pretensjoni, l-obbligu biex ikun ippruvat li l-issodisfar tal-pretensjoni mhux ipprojbit taħt il-paragrafu 1, għandu jkun fuq il-persuna fiżika jew ġuridika, l-entità jew il-korp li jkunu qed ifittxu l-infurzar ta' dik il-pretensjoni.

3.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għal reviżjoni ġudizzjarja tal-legalità tal-inadempjenza ta' obbligi kuntrattwali skont dan ir-Regolament.

Artikolu 7b

Il-parteċipazzjoni, konsapevolment u intenzjonalment, f'attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikoli 1a u 2 għandha tkun ipprojbita.”

.

(7)

L-Anness II jinbidel bl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2005 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 889/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1727/2003 (ĠU L 152, 15.6.2005, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/620 tal-20 ta' April 2015 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ara l-paġna 43 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


ANNESS

“ANNESS II

Websites għall-informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti u l-indirizz tal-Kummissjoni Ewropea għan-notifiki

IL-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

IL-BULGARIJA

http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.exteriores.gob.es/Portal/es/PoliticaExteriorCooperacion/GlobalizacionOportunidadesRiesgos/Documents/ORGANISMOS%20COMPETENTES%20SANCIONES%20INTERNACIONALES.pdf

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

IL-KROAZJA

http://www.mvep.hr/sankcije

L-ITALJA

http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt/sanctions

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://2010-2014.kormany.hu/download/b/3b/70000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf

MALTA

https://www.gov.mt/en/Government/Government%20of%20Malta/Ministries%20and%20Entities/Officially%20Appointed%20Bodies/Pages/Boards/Sanctions-Monitoring-Board-.aspx

IN-NETHERLANDS

http://www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.portugal.gov.pt/pt/os-ministerios/ministerio-dos-negocios-estrangeiros/quero-saber-mais/sobre-o-ministerio/medidas-restritivas/medidas-restritivas.aspx

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/node/1548

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/omejevalni_ukrepi

IS-SLOVAKKJA

http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/europske_politiky-sankcie_eu

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-IŻVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

https://www.gov.uk/sanctions-embargoes-and-restrictions

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

European Commission

Service for Foreign Policy Instruments (FPI)

EEAS 02/309

B-1049 Brussels

Belgium

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu”


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/614

tal-20 ta' April 2015

li jimplimenta l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta' Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra persuni li jaġixxu kontra l-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u partikolarment l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Lulju 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1183/2005.

(2)

Fil-5 ta' Frar 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1533 (2004) li tirrigwarda r-Repubblika Demokratika tal-Kongo ħareġ lista aġġornata ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

(a)

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 2 u 2a.

1.   Eric BADEGE

Data tat-Twelid: 1971.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont ir-rapport finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ‘… Il-Logutenent Kurunell Eric Badege kien sar il-punt ċentrali tal-M23 f'Masisi u mexxa operazzjonijiet konġunti …’ ma' mexxej militari ieħor. Barra minn hekk, ‘serje ta' attakki kkoordinati li saru f'Awwissu [2012] mil-Logutenent Kurunell Badege … ippermettew lill-M23 jiddestabbilizza parti konsiderevoli mit-territorju ta' Masisi.’ Skont ex kombattenti, il-Logutenent Kurunell Badege … aġixxa skont l-ordnijiet tal-Kurunell Makenga meta orkestra l-attakki. Bħala kmandant militari tal-M23, Badege hu responsabbli għal ksur serju immirat kontra tfal u nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, kien hemm diversi inċidenti kbar ta' qtil bla diskriminazzjoni ta' ċivili, fosthom nisa u tfal. Minn Mejju 2012 Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta' ċivili f'serje ta' attakki kkoordinati. F'Awwissu, Badege wettaq attakki konġunti li involvew il-qtil bla diskriminazzjoni ta' ċivili. Ir-rapport ta' Novembru tal-Grupp ta' Esperti jiddikjara li dawn l-attakki ġew orkestrati b'mod konġunt minn Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques.

Skont ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti, mexxejja lokali minn Masisi ddikjaraw li Badege kkmanda dawn l-attakki tar-Raia Mutomboki fuq l-art. Skont artikolu tar-Radju Okapi tat-28 ta' Lulju 2012, ‘l-amministratur ta' Masisi ħabbar dan is-Sibt, 28 ta' Lulju, id-diżerzjoni tal-kmandant tat-Tieni Battaljun tal-410 Reġiment tal-bażi FARDC Nyabiondo, daqs tletin kilometru Majjistral ta' Goma fit-Tramuntana ta' Kivu. Skont dan, il-Kurunell Eric Badege u iktar minn mitt suldat nhar il-Ġimgħa rħewla lejn Rubay, 80 kilometru Tramuntana ta' Nabiondo. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata minn diversi sorsi.’ Skont artikolu tat-23 ta' Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta ex membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC. L-M23 huwa impenjat f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi ex kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew rekrutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra.

Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra ‘[h]uwa ried jabbandunana,’ bħala spjegazzjoni għaliex it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, ‘[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad dik kienet immedjatament il-mewt tagħhom.’

2.   Frank Kakolele BWAMBALE

(psewdonimu: a) Frank Kakorere, b) Frank Kakorere Bwambale, c) Aigle Blanc)

Deżinjazzjoni: Ġeneral tal-FARDC.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni Oħra: Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni tal-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011. L-awtoritajiet tar-RDK arrestawh f'Diċembru 2013 f'Beni, Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, talli allegatament imblokka l-proċess tad-DDR.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex mexxej tal-RCD-ML, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Ġeneral tal-FARDC, mingħajr kariga minn Ġunju 2011. Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni ta' STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.

3.   Gaston IYAMUREMYE

(psewdonimu: a) Byiringiro Victor Rumuli, b) Victor Rumuri, c) Michel Byiringiro, d) Rumuli)

Deżinjazzjoni: a) President tal-FDLR, b) it-tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Minn Ġunju 2014, ibbażat fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu.

Data tat-Twelid: 1948.

Post tat-Twelid: a) Distrett ta' Musanze, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda, b) Ruhengeri, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Brigadier Ġenerali.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont bosta sorsi, inkluż il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni tat-tmexxija militari u politika tal-FDLR. Gaston Iyamuremye mexxa wkoll l-uffiċċju ta' Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) f'Kibua, ir-RDK sa Diċembru 2009. President tal-FDLR u t-Tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA, minn Ġunju 2011, ibbażat f'Kalonge, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu.

4.   Innocent KAINA

(psewdonimu: a) Kurunell Innocent Kaina, b) India Queen)

Post tat-Twelid: Bunagana, territorju ta' Rutshuru, RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Fi Rwanda sa minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Innocent Kaina bħalissa huwa Kmandant Settorjali fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem. F'Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġġjon ta' Kinshasa sab lil Kaina responsabbli għal atti kriminali kontra l-umanità li saru fid-Distrett ta' Ituri, bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta' paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati ta' eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta' Masisi. Bħala Kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Ntaganda, huwa ta bidu għar-ribelljoni tal-ex CNDP fit-territorju ta' Rutshuru f'April 2012. Huwa żgura s-sigurtà ta' dawk li rribellaw barra minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F'Lulju 2012 ivjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta' mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23.

5.   Jérôme KAKWAVU BUKANDE

(psewdonimu: a) Jérôme Kakwavu, b) Kmandant Jérôme)

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Mogħti l-grad ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra. F'Novembru 2014, ingħata sentenza minn qorti militari tar-RDK għal għaxar snin priġunerija għal stupru, qtil, u tortura.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex President tal-UCD/FAPC. Il-kontroll tal-FAPC ta' postijiet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK — rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SRSG) għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali anzjani tal-FARDC li ġew akkużati b'delitti serji li kienu jinvolvu l-vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. Mogħti l-grad ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.

6.   Germain KATANGA

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Instab ħati f'Mejju 2014 mill-QKI għal 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità. Attwalment il-ħabs fin-Netherlands.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kap tal-FRPI. Involut fi trasferimenti ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Il-proċess tiegħu beda f'Novembru 2009.

7.   Thomas LUBANGA

Post tat-Twelid: Ituri, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Attwalment il-ħabs fin-Netherlands.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Il-proċess tiegħu beda f'Jannar 2009 u mistenni jintemm fl-2011. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' 14-il sena ħabs. Huwa appella mis-sentenza tal-qorti.

8.   Sultani MAKENGA

(psewdonimu: a) Kurunell Sultani Makenga, b) Emmanuel Sultani Makenga)

Data tat-Twelid: 25 ta' Diċembru 1973.

Post tat-Twelid: Rutshuru, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Fl-Uganda sa minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta' M23 (magħruf ukoll bħala l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi nisa u tfal fil-mira f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, inkluż qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta' M23 fir-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'kunflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta' Sultani Makenga, l-M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li operaw taħt il-kmand ta' Sultani Makenga wettqu stupri madwar it-territorju ta' Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta' Rutshuru. Taħt il-kmand ta' Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta' tfal. Ħafna mir-rekluti tfal furzati kienu taħt l-età ta' 15-il sena. Makenga ġie rrappurtat ukoll li rċieva armi u materjal relatat bi ksur ta' miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inklużi ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta' armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta' Makenga bħala l-mexxej ta' M23 inkludew ksur serju tal-liġi internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u ggravaw il-kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, spostament, u kunflitt fir-reġjun. Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

9.   Khawa Panga MANDRO

(psewdonimu: a) Kawa Panga, b) Kawa Panga Mandro, c) Kawa Mandro, d) Yves Andoul Karim, e) Yves Khawa Panga Mandro, f) Mandro Panga Kahwa, g) ‘Chief Kahwa’, h) ‘Kawa’)

Data tat-Twelid: 20 ta' Awwissu 1973.

Post tat-Twelid: Bunia, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità, u kkundannatu għal disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar 85 000 dollaru lill-vittmi tiegħu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex President ta' PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-2001 sal-2002. Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. Minn Ġunju 2011 miżmum fil-Ħabs Ċentrali ta' Makala, f'Kinshasa.

10.   Callixte MBARUSHIMANA

Data tat-Twelid: 24 ta' Lulju 1963.

Post tat-Twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit għall-Aja fil-25 ta' Jannar 2011, iżda ġie meħlus mill-QKI fl-aħħar tal-2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Mexxej Politiku/Militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4(b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit fl-Aja fil-25 ta' Jannar 2011.

11.   Iruta Douglas MPAMO

(psewdonimu: a) Doulas Iruta Mpamo, b) Mpano)

Indirizz: Gisenyi, ir-Rwanda (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 28 ta' Diċembru 1965, b) 29 ta' Diċembru 1965.

Post tat-Twelid: a) Bashali, Masisi, ir-RDK, b) Goma, ir-RDK, c) Uvira, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Mhijiex magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħha ntużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta' informazzjoni taħt forma oħra dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. Mhijiex magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC).

12.   Sylvestre MUDACUMURA

(psewdonimu: a) Mupenzi Bernard, b) Ġeneral Maġġur Mupenzi, c) Ġeneral Mudacumura, d) Radja)

Indirizz: Il-Foresta ta' Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa. Mill-2014, ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fi Nganga, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mudacumura (jew membri tal-persunal) kien f'komunikazzjoni telefonika mal-mexxej tal-FDLR Murwanashyaka fil-Ġermanja, inkluż fiż-żmien tal-Massakru ta' Busurungi f'Mejju 2009, u mal-kmandant militari l-Maġġur Guillaume waqt l-operazzjonijiet Umoja Wetu u Kimia II fl-2009. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 27 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa.

13.   Leodomir MUGARAGU

(psewdonimu: a) Manzi Leon, b) Leo Manzi)

Indirizz: Il-Kwartieri Ġenerali ta' FDLR fil-Foresta ta' Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1954 b) 1953.

Post tat-Twelid: a) Kigali, ir-Rwanda b) Rushashi, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rappurtar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għall-operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

14.   Leopold MUJYAMBERE

(psewdonimu: a) Musenyeri, b) Achille, c) Frere Petrus Ibrahim)

Indirizz: Nyakaleke (ix-Xlokk ta' Mwenga), in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Data tat-Twelid: a)17 ta' Marzu 1962, b) Bejn wieħed u ieħor 1966.

Post tat-Twelid: Kigali, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Minn tard fl-2014, aġent Deputat Kmandant tal-FDLR/FOCA, ibbażat f'Nganga, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA/il-Brigati ta' Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-15 u d-19-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Minn Ġunju 2011, Kmandant tas-settur operattiv tan-Nofsinhar ta' Kivu, issa msejjaħ ‘Amazon’ tal-FDLR-FOCA.

15.   Jamil MUKULU

(psewdonimu: a) Steven Alirabaki, b) David Kyagulanyi, c) Musezi Talengelanimiro, d) Mzee Tutu, e) Abdullah Junjuaka, f) Alilabaki Kyagulanyi, g) Hussein Muhammad, h) Nicolas Luumu, i) Professor Musharaf, j) Talengelanimiro)

Deżinjazzjoni: a) Kap tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), b) Kmandant, Forzi Demokratiċi Alleati.

Data tat-Twelid: a) 1965, b) 1 ta' Jannar 1964.

Post tat-Twelid: Il-Villaġġ ta' Ntoke, Sotto Kontea ta' Ntenjeru, Distrett ta' Kayunga, Uganda.

Nazzjonalità: Ugandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Ottubru 2011.

Informazzjoni oħra: Sa tard fl-2014, ma kienx magħruf fejn jinsab; madankollu hu maħsub li jinsab fit-Tramuntana ta' Kivu, fir-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK, is-Sur Jamil Mukulu huwa l-mexxej militari tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat barrani li jopera fir-RDK li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti tal-ADF, kif deskritt fil-paragrafu 4(b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008). Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK irrapporta li Mukulu pprovda tmexxija u appoġġ materjali lill-ADF, grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK. Skont bosta sorsi, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK, Jamil Mukulu kompla wkoll ikollu influwenza fuq il-linji ta' politika, ipprovda finanzjament u żamm kmand dirett u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-ADF fuq il-post, inkluża s-superviżjoni ta' rabtiet ma' netwerks terroristiċi internazzjonali.

16.   Ignace MURWANASHYAKA

(psewdonimu: Dr Ignace)

Titolu: Dr

Data tat-Twelid: 14 ta' Mejju 1963.

Post tat-Twelid: a) Butera, Rwanda, b) Ngoma, Butare, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala ‘Rumuli’, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President tal-FDLR, u kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. F'komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f'Busurungi f'Mejju 2009); ta ordinijiet militari lill-kmandanti għoljin; involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta' armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta' struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; amministra somom kbar ta' flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta' riżorsi naturali f'żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu responsabbiltà ta' kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala ‘Rumuli’, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża.

17.   Straton MUSONI

(psewdonimu: IO Musoni)

Data tat-Twelid: a) 6 ta' April 1961, b) 4 ta' Ġunju 1961.

Post tat-Twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR.

18.   Jules MUTEBUTSI

(psewdonimu: a) Jules Mutebusi, b) Jules Mutebuzi, c) Kurunell Mutebutsi)

Data tat-Twelid: 1964.

Post tat-Twelid: Minembwe, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-10 Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq mill-pajjiż).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Implikat fir-riċeviment ta' armi barra l-istrutturi tal-FARDC u l-forniment ta' provvisti lil gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-10 Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq mill-pajjiż).

19.   Baudoin NGARUYE WA MYAMURO

(psewdonimu: Kulunell Baudoin Ngaruye)

Titolu: Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23).

Deżinjazzjoni: Brigadier Ġenerali.

Indirizz: Rubavu/Mudende, ir-Rwanda.

Data tat-Twelid: a) 1 ta' April 1978 b) 1978.

Post tat-Twelid: a) Bibwe, ir-RDK b) Lusamambo, it-territorju ta' Lubero, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: FARDC ID 1-78-09-44621-80.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, jgħix fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'April 2012, Ngaruye mexxa r-ribelljoni tal-ex CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta' esperti dwar ir-RDK preċedentement kienu rrakkomandaw li jiġi deżinjat fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta' tfal għall-M23 bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010. Huwa wettaq qtil, mankament u ħtif, ħafna drabi bin-nisa fil-mira. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009 fil-FARDC, huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta' Shalio, f'Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjonijiet u salarji f'Masisi u Walikale taħt l-ordnijiet diretti mingħand Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta' Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b'mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013 f'Gasizi/Rubavu.

20.   Mathieu, Chui NGUDJOLO

(psewdonimu: Cui Ngudjolo)

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. Inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih mill-QKI f'Diċembru 2012. Wara li ġie rilaxxat mill-kustodja, ġie arrestat mill-awtoritajiet Netherlandiżi, u ressaq talba għall-asil fin-Netherlands. Il-Prosekuzzjoni appellat id-deċiżjoni tal-QKI; is-seduti saru f'Ottubru 2014 u d-deċiżjoni ilha pendenti sa minn Diċembru 2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kap tal-Persunal tal-FNI u ex Kap tal-Persunal tal-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-15-il sena f'Ituri fl-2006. Arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. Inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih mill-QKI f'Diċembru 2012. Wara li ġie rilaxxat mill-kustodja, ġie arrestat mill-awtoritajiet Netherlandiżi, u ressaq talba għall-asil fin-Netherlands.

21.   Floribert Ngabu NJABU

(psewdonimu: a) Floribert Njabu Ngabu, b) Floribert Ndjabu, c) Floribert Ngabu Ndjabu).

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil. F'Lulju 2014, huwa ġie ddeportat min-Netherlands lejn ir-RDK, fejn huwa kien tqiegħed taħt arrest.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President ta' FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; il-każ bħalissa jinsab taħt appell.

22.   Laurent NKUNDA

(psewdonimu: a) Nkunda Mihigo Laurent, b) Laurent Nkunda Bwatare, c) Laurent Nkundabatware, d) Laurent Nkunda Mahoro Batware, e) Laurent Nkunda Batware, f) Chairman, g) General Nkunda, h) Papa Six)

Data tat-Twelid: a) 6 ta' Frar 1967 b) 2 ta' Frar 1967.

Post tat-Twelid: Katoyi, Kivu tat-Tramuntana, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda appellaw quddiem il-Qorti Militari tar-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2009. Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradizt għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.

23.   Felicien NSANZUBUKIRE

(psewdonimu: Fred Irakeza)

Deżinjazzjoni: Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR/FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu.

Indirizz: Magunda, it-territorju ta' Mwenga, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: 1967.

Post tat-Twelid: a) Murama, Kigali, Rwanda, b) Rubungo, Kigali, Rwanda, c) Kinyinya, Kigali, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi bejn mill-inqas Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi tan-Nofsinhar ta' Kivu. Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR-FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu. Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998.

24.   Pacifique NTAWUNGUKA

(psewdonimu: a) Pacifique Ntawungula, b) Colonel Omega, c) Nzeri, d) Israel)

Deżinjazzjoni: Kmandant, is-Settur Opeattiv tat-Tramuntana ta' Kivu ‘SONOKI’ tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Matembe, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1964, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1964.

Post tat-Twelid: Gaseke, Provinċja ta' Gisenyi, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Minn tard fl-2014, ibbażat fiż-żona Tongo, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-15 u d-19-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.

25.   James NYAKUNI

Nazzjonalità: Ugandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sħab fil-kummerċ ma' Jerome Kakwavu, b'mod partikolari f'kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta' armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi u l-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b'mod militari.

26.   Stanislas NZEYIMANA

(psewdonimu: a) Deogratias Bigaruka Izabayo, b) Izabayo Deo, c) Jules Mateso Mlamba, d) Bigaruka, e) Bigurura)

Deżinjazzjoni: Viċi kmandant tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Mukobervwa, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1966 b) 28 ta' Awwissu 1966 c) Bejn wieħed u ieħor fl-1967.

Post tat-Twelid: Mugusa, Butare, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Għeb waqt li kien fit-Tanzanija kmieni fl-2013. Mhux magħruf fejn jinsab minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Viċi Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-15 u d-19-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà.

27.   Dieudonné OZIA MAZIO

(psewdonimu: a) Ozia Mazio, b) Omari, c) Mr Omari)

Data tat-Twelid: 6 ta' Ġunju 1949.

Post tat-Twelid: Ariwara, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skemi finanzjarji ma' Jerome Kakwavu u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għal Kakwavu u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

28.   Jean-Marie Lugerero RUNIGA

(psewdonimu: Jean-Marie Rugerero)

Deżinjazzjoni: M23, President.

Indirizz: Rubavu/Mudende, ir-Rwanda.

Data tat-Twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1960, b) 9 ta' Settembru 1966.

Post tat-Twelid: Bukavu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Dokument tad-9 ta' Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-qasam politiku tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta' Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga huwa msemmi bħala l-'President' tal-M23 f'entrati fis-sit tal-Internet tal-grupp. Ir-rwol mexxej tiegħu huwa kkorraborat mir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-'mexxej tal-M23'. Skont artikolu tat-13 ta' Diċembru 2012 tal-Associated Press, Runiga wera lill-Associated Press lista ta' talbiet li huwa qal ser jiġu ppreżentati lill-gvern tal-Kongo. Inklużi fit-talbiet huma r-riżenja ta' Kabila u x-xoljiment tal-assemblea nazzjonali. Runiga indika li jekk jingħata l-opportunità, l-M23 jista' jerġa' jieħu Goma. ‘U għall-mument mhux ser nirtiraw,’ qal Runiga lill-Associated Press. Huwa indika wkoll li l-fergħa politika tal-M23 għandha terġa' tieħu l-kontroll ta' Goma bħala prekondizzjoni għan-negozjati. ‘Naħseb li l-membri tagħna li qegħdin f'Kampala jirrappreżentawna. Fi żmien debitu, ser inkun hemm jien ukoll. Qed nistenna li jiġu organizzati l-affarijiet u meta Kabila jkun hemm, jien immur ukoll,’ qal Runiga. Skont artikolu tas-26 ta' Novembru 2012 f'Le Figaro, Runiga ltaqa' mal-President tar-RDK Kabila fl-24 ta' Novembru 2012 biex jibda diskussjonijiet. Separatament, f'intervista ma' Le Figaro, Runiga stqarr, ‘L-M23 huwa kompost primarjament minn ex membri militari tal-FARDC li telqu biex jipprotestaw kontra n-nuqqas ta' osservanza tal-patti tat-23 ta' Marzu 2009.’

Huwa żied jgħid, ‘Is-suldati tal-M23 huma diżerturi mill-armata li telqu bl-armi tagħhom f'idejhom. Reċentement, aħna rkuprajna ħafna tagħmir minn bażi militari f'Bunagana. Għal issa, dan jippermettielna li kull jum nieħdu lura t-territorju u li nimbuttaw lura l-attakki kollha mill-FARDC. Ir-rivoluzzjoni tagħna hija Kongoliża, immexxjia mill-Kongoliżi, għall-poplu Kongoliż.’ Skont artikolu ta' Reuters tat-22 ta' Novembru 2012, Runiga stqarr li l-M23 kellu l-kapaċità li jżomm Goma wara li l-forzi tal-M23 ġew imsaħħa minn suldati Kongoliżi li rribellaw mill-FARDC: ‘L-ewwel nett għandna armata dixxiplinata, u għandna wkoll is-suldati tal-FARDC li ngħaqdu magħna. Dawn huma ħutna, ser jitħarrġu mill-ġdid u jiġu riabilitati, imbagħad ser naħdmu magħhom.’ Skont artikolu tas-27 ta' Novembru 2012 ippubblikat f'The Guardian, Runiga indika li l-M23 ser jirrifjuta li jobdi appell minn mexxejja reġjonali tal-Konferenza Internazzjonali tal-Lagi l-Kbar li jitilqu minn Goma sabiex iħejju t-triq għal taħdidiet ta' paċi. Minflok, Runiga stqarr li l-irtirar tal-M23 minn Goma jkun ir-riżultat, mhux prekondizzjoni, tan-negozjati. Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, l-Uganda fid-29 ta' Lulju 2012 u ffinalizza l-aġenda ta' 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati antiċipati fil-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tat-23 ta' Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta ex membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC.

L-M23 huwa impenjat f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi ex kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew rekrutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra ‘[h]uwa ried jabbandunana,’ bħala spjegazzjoni għaliex it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, ‘[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad dak wassal immedjatament għall-mewt tagħhom.’ Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.

29.   Ntabo Ntaberi SHEKA

Deżinjazzjoni: Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka

Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976.

Post tat-Twelid: Territorju ta' Walikalele, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Novembru 2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew ir-reintegrazzjoni tal-ġellieda. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta' milizzja bbażat fil-Kongo li jopera minn bażijiet fit-territorju ta' Walikale fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-grupp Mayi Mayi Sheka wettaq attakki fuq minjieri fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż it-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta' Bisiye u l-estorsjoni minn persuni tal-lokal. Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati t-tfal. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordna sensiela ta' attakki fit-territorju ta' Walikale mit-30 ta' Lulju sat-2 ta' Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta' milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tagħhom mill-attivitajiet ta' reklutaġġ.

30.   Bosco TAGANDA

(psewdonimu: a) Bosco Ntaganda, b) Bosco Ntagenda, c) General Taganda, d) Lydia, e) Terminator, f) Tango Romeo (Sinjal ta' sejħa), g) Romeo (Sinjal ta' sejħa), h) Major)

Indirizz: Goma, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974.

Post tat-Twelid: Bigogwe, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR ‘Umoja Wetu’, ‘Kimia II’, u ‘Amani Leo’ fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, in-Netherlands. Fid-9 ta' Ġunju 2014, il-QKI ikkonfermat 13-il akkuża ta' delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta' delitti kontra l-umanità kontrih; il-proċess huwa ppjanat li jibda fit-2 ta' Ġunju 2015.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji ta' politika u jżomm il-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa' barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta' kmand f'155 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2009. Bħala Kap tal-Persunal tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta' kmand għall-massakru f'Kiwanja (Novembru 2008). Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Minn Ġunju 2011, huwa jgħix f'Goma u huwa s-sid ta' azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta' Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR ‘Umoja Wetu’, ‘Kimia II’, u ‘Amani Leo’ fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, fejn inqrawlu l-akkużi kontrih fi smigħ preliminari fis-26 ta' Marzu.

31.   Innocent ZIMURINDA

(psewdonimu: Zimulinda)

Deżinjazzjoni: a) M23, Bde Comd,

Grad: Kurunell, b) Kurunell fl-FARDC.

Indirizz: Rubavu, Mudende.

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Settembru 1972, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975, c) 16 ta' Marzu 1972.

Post tat-Twelid: a) Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK, b) Masisi, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont diversi sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-231 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 rifuġjat Rwandi, il-biċċa l-kbira nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 pajżan, inklużi nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja.

F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal diversi abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' għadd kbir ta' pajżana, inklużi nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju 2010 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

(b)

Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5.

1.   ADF

(psewdonimu: a) Allied Democratic Forces (Forzi Demokratiċi Alleati) b) Forces Démocratiques Alliées-Armée Nationale de Libération de l'Ouganda c) ADF/NALU d) NALU).

Indirizz: Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Ġunju 2014.

Informazzjoni Oħra: Minn Diċembru 2014, l-ADF inqasam f'diversi gruppi żgħar. Jamil Mukulu jmexxi grupp wieħed, li fih diversi mexxejja għolja tal-ADF, u jinsab f'post mhux magħruf, probabbilment fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. Seka Baluku jmexxi l-grupp ewlieni l-ieħor, li jopera fil-foresta fil-Grigal tal-belt ta' Beni fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. L-ADF għandu wkoll netwerk ta' appoġġ mifrux fir-RDK, fl-Uganda, fir-Rwanda, u possibilment f'pajjiżi oħrajn.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Forzi Demokratiċi Alleati (‘ADF’) inħoloq fl-1995 u jinsab fiż-żona muntanjuża tal-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda. Skont ir-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (‘GOE’), hekk kif jikkwota lill-uffiċjali tal-Uganda u s-sorsi tan-NU, fl-2013 l-ADF kellhom saħħa stmata ta' bejn 1 200 sa 1 500 ġellied armat li jinsabu fit-territorju tal-Grigal ta' Beni tal-provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, qrib il-fruntiera mal-Uganda. Dawn l-istess sorsi jistmaw is-sħubija totali tal-ADF — inklużi n-nisa u t-tfal — għal bejn 1 600 u 2 500. Minħabba l-operazzjonijiet militari offensivi mill-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni għall-Istabilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) li saru fl-2013 u fl-2014, l-ADF ferrex il-ġellieda tiegħu f'bosta bażijiet iżgħar, u ċaqlaq lin-nisa u t-tfal għal żoni fil-Punent ta' Beni, u mal-fruntiera bejn Ituri u t-Tramuntana ta' Kivu. Il-kmandant militari tal-ADF huwa Hood Lukwago u l-kap suprem tiegħu huwa l-individwu li ġie milqut mis-sanzjonijiet Jamil Mukulu.

L-ADF wettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali u l-UNSCR 2078 (2012), inkluż kif dettaljat hawn taħt.

L-ADF irrekluta u uża suldati tfal bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli (il-paragrafu 4(d) tal-UNSCR)

Ir-rapport finali tal-2013 tal-GOE iddikjara li l-GOE għamel intervista lil tliet ex ġellieda tal-ADF li kienu ħarbu matul l-2013 u li ddeskrivew kif dawk li jirreklutaw mill-ADF fl-Uganda jattiraw lin-nies lejn ir-RDK b'wegħdiet foloz ta' impjieg (għall-adulti) u edukazzjoni b'xejn (għat-tfal) u mbagħad iġegħluhom jingħaqdu mal-ADF. Skont ir-rapport tal-GOE ukoll, ex ġellieda tal-ADF qalu lill-GOE li l-gruppi ta' taħriġ tal-ADF tipikament jinkludu rġiel adulti u subien u żewġ subien li ħarbu mill-ADF fl-2013 qalu lill-GOE li huma kienu rċevew taħriġ militari mill-ADF. Ir-rapport tal-GOE jinkludi wkoll rakkont tat-taħriġ tal-ADF minn ‘ex suldat tifel tal-ADF’.

Skont ir-rapport finali tal-2012 tal-GOE, ir-rekluti tal-ADF jinkludu tfal, kif intwera mill-każ tal-persuna li tirrekluta tal-ADF li nqabad mill-awtoritajiet tal-Uganda f'Kasese ma' sitt subien fi triqtu lejn ir-RDK f'Lulju 2012.

Eżempju speċifiku tar-reklutaġġ tal-ADF u l-użu tat-tfal jidher f'ittra tas-6 ta' Jannar 2009 mill-Ex Direttur tal-Afrika tal-Human Rights Watch, Georgette Gagnon, lill-Ex Ministru tal-Ġustizzja tal-Uganda, Kiddhu Makubuyu, li tgħid li tifel bl-isem ta' Bushobozi Irumba ġie sekwestrat fl-età ta' disa' snin mill-ADF fl-2000. Huwa kellu jipprovdi trasport u servizzi oħra lil ġellieda tal-ADF.

Barra minn hekk, ‘The Africa Report’ ikkwotat allegazzjonijiet li l-ADF allegatament qed jirrekluta tfal mill-età żgħira ta' għaxar snin bħala suldati tfal u kelliem tal-Uganda People's Defence Force (UPDF) ġie kkwotat li ddikjara li l-UPDF salva 30 tifel minn kamp ta' taħriġ f'Buvuma Island f'Lake Victoria.

L-ADF wettaq ukoll għadd kbir ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra nisa u tfal, inkluż il-qtil, il-mankament u l-vjolenza sesswali (il-paragrafu 4(e) tal-UNSCR).

Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-GOE, fl-2013 l-ADF attakka għadd kbir ta' rħula, li wassal biex aktar minn 66 000 persuna ħarbet lejn l-Uganda. Dawn l-attakki naqqsu l-popolazzjoni ta' żona kbira, li minn dak iż-żmien l-ADF qed jikkontrolla billi jaħtaf jew joqtol persuni li jirritornaw fl-irħula tagħhom. Bejn Lulju u Settembru 2013, l-ADF qata' ras mill-inqas ħames persuni fiż-żona ta' Kamango, spara lil ħafna oħrajn, u ssekwestra għexieren oħra. Dawn l-azzjonijiet itterrorizzaw lill-popolazzjoni lokali u żamm lin-nies lura milli jirritornaw lejn darhom.

Il-Global Horizontal Note, mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar ta' ksur serju kontra t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat — irrapporta lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati (CAAC) li matul il-perijodu ta' rappurtar minn Ottubru sa Diċembru 2013, l-ADF kien responsabbli għal 14 mit-18-il persuna maqtula ddokumentati, inkluż f'inċident fil-11 ta' Diċembru 2013, fit-territorju Beni, it-Tramuntana ta' Kivu, meta l-ADF attakka il-villaġġ ta' Musuku, fejn qatel 23 persuna, inkluż 11-il tifel u tifla (tlett ibniet u tmien subien), ta' età bejn xahrejn u 17-il sena. Il-vittmi kollha kienu ġew mutilati b'mod sever bil-machetes, inklużi żewġt itfal li ssalvaw mill-attakk.

Ir-Rapport ta' Marzu 2014 tas-Segretarju Ġenerali dwar Vjolenza Sesswali Relatata ma' Konlitt jidentifika lill-Forzi Demokratiċi Alleati — Armata Nazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Uganda fuq il-lista tiegħu ta' ‘Partijiet issuspettati b'mod kredibbli li wettqu jew li kienu responsabbli għal stupru jew forom oħra ta' vjolenza sesswali f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat.’

L-ADF ipparteċipa wkoll f'attakki kontra forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO (il-paragrafu 4(i) tal-UNSCR).

Fl-aħħar nett, il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) irrappurtat li l-ADF wettaq mill-inqas żewġ attakki fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO. L-ewwel wieħed, fl-14 ta' Lulju 2013, kien attakk fuq pattulja tal-MONUSCO fit-triq bejn Mbau u Kamango. Dettalji dwar dan l-attakk jinsabu fir-rapport finali tal-2013 tal-GOE. It-tieni attakk seħħ fit-3 ta' Marzu 2014. Vettura tal-MONUSCO ġiet attakkata bil-granati għaxar kilometri mill-ajruport Mavivi f'Beni, li rriżulta fit-tidrib ta' ħames membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi.

2.   BUTEMBO AIRLINES (BAL)

Indirizz: Butembo, RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kisoni Kambale (miet fil-5 ta' Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongbwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

3.   COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL); GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC)

(psewdonimu: CAGL)

Indirizz: a) Avenue Président Mobutu, Goma, ir-RDK, b) Gisenyi, ir-Rwanda, c) PO BOX 315, Goma, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta' Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta' armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

4.   CONGOMET TRADING HOUSE

Indirizz: Data tad-deżinjazzjoni tan-NU:

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta' Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta' Lulju 2007 u li sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta' Mongbwalu, li kien ikkontrollat mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu.

5.   FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR)

(psewdonimu: a) FDLR, b) Force Combattante Abacunguzi, c) Combatant Force for the Liberation of Rwanda (Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda), d) FOCA)

Indirizz: a) it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK b) in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni oħra: Indirizz elettroniku: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net; fdlrsrt@gmail.com; humura2020@gmail.com

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

L-FDLR huwa wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-RDK. Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'konflitt armat, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali u l-ispostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta' sitta u disgħin persuna ċivili f'Busurguni, fit-territorju ta' Walikale. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f'darhom. Skont l-istess sors, f'Ġunju 2010, ċentru mediku ta' NGO irrapporta madwar sittin każ fix-xahar ta' tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta' Lubero, fit-Tramuntana ta' Kivu minn gruppi armati inkluż l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta' Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li l-FDLR attivament kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta' 18-il sena, uħud fl-età żgħira ta' 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. F'Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kombattenti tal-FDLR attakkaw għadd kbir ta' rħula fit-territorju ta' Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna.

Skont rapport ta' Ġunju 2012 mill-HRW, f'Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f'Kamananga u Lumenje, fil-provinċja tan-Nofsinhar ta' Kivu, kif ukoll f'Chambucha, territorju ta' Walikale, u rħula fiż-żona ta' Ufumandu tat-territorju ta' Masisi, provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. F'dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b'machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta' persuni ċivili, inklużi ħafna tfal. Skont ir-Rapport ta' Ġunju 2012 tal-Grupp ta' Esperti, l-FDLR attakka diversi rħula fin-Nofsinhar ta' Kivu mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-4 ta' Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inklużi 9 itfal u 6 nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom matul l-attakk. Barra minn hekk, ġew stuprati mara u tifla. Ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakra tal-inqas 14-il persuna ċivili, inklużi 5 nisa u 5 itfal fin-Nofsinhar ta' Kivu f'Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012, in-NU iddokumenta tal-inqas 106 inċident ta' vjolenza sesswali mwettaq mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, l-FDLR stupra seba' nisa fil-lejl tal-10 ta' Marzu 2012, inkluża minorenni, f'Kalinganya, fit-territorju ta' Kabare. L-FDLR reġa' attakka r-raħal fl-10 ta' April 2012 u stupra tlieta min-nisa għat-tieni darba. Ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta' 11-il persuna mill-FDLR f'Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta' April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta' 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inklużi ħames minorenni u sitt nisa, f'Mejju. Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari.

Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali, is-sekwestru, u l-ispostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

6.   M23

(Psewdonimu: Mouvement du 23 mars).

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni Oħra: Indirizz elettroniku: mouvementdu23mars1@gmail.com

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali, is-sekwestru, u l-ispostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

7.   MACHANGA LTD

Indirizz: Plot 55 A, Upper Kololo Terrace, Kampala, l-Uganda.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarji ta' Machanga baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Machanga xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

8.   TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO)

(psewdonimu: TPD)

Indirizz: Goma, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment waqqfu l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President huwa Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi billi provdiet għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, fit-Tramuntana ta' Kivu, fil-bidu tal-2005. Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment waqqfu l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President huwa Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita.

9.   UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD

Indirizz: a) Plot 22, Kanjokya Street, Kamwokya, Kampala, Uganda (Tel. +256 41 533 578/9), b) PO BOX 22709, Kampala, Uganda.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb. (Diretturi s-Sur Jamnadas V. LODHIA — magħruf bħala ‘Chuni’- u t-tfal tiegħu s-Sur Kunal J. LODHIA u Jitendra J. LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ingħalqu. Id-diretturi ta' UCI baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

UCI xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb. (Ex diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala ‘Chuni’- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.”


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/615

tal-20 ta' April 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11a(5) u 11a(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' April 2005, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(2)

Il-Kunsill wettaq rieżami tal-lista li tinsab fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005, f'konformità mal-Artikolu 11a(6) ta' dak ir-Regolament.

(3)

Il-Kunsill iddetermina li l-miżuri restrittivi imposti bir-Regolament (KE) Nru 560/2005 fir-rigward tal-persuni inklużi fil-lista fl-Anness IA għandhom jinżammu għal ħamsa mill-persuni inklużi fil-lista.

(4)

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, permezz tas-sentenza tagħha fl-14 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-406/13 (2), annullat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 479/2014 (3) li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005, sa fejn dan kien jikkonċerna lis-Sur Marcel Gossio. B'segwitu għal dak l-annullament, l-entrata li tikkonċerna lil Marcel Gossio għandha titneħħa wkoll mill-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(5)

Fis-26 ta' Frar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) li jikkonċerna l-Kosta tal-Avorju neħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 12 ta' dik ir-Riżoluzzjoni. L-entrata għal dik il-persuna għandha titneħħa mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 560/2005.

(6)

Barra minn hekk, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet aġġorna l-entrati l-oħra għall-persuni soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 12 tar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

(7)

Il-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Annessi I u IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 560/2005 huwa emendat kif indikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1.

(2)  Sentenza tal-14 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-406/13, Gossio vs Il-Kunsill.

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 479/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 3).


ANNESS I

“ANNESS I

Lista tal-persuni fiżiċi jew ġuridiċi msemmija fl-Artikoli 2, 4 u 7

1.   Isem: CHARLES BLÉ GOUDÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 1.1.1972, PTT: (a) Guibéroua, Gagnoa, Kosta tal-Avorju, (b) Niagbrahio/ Guiberoua, Kosta tal-Avorju, (c), Guiberoua, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: (a) Génie de kpo, (b) Gbapé Zadi, Psewdonimu inqas affidabbli: Général Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-passaport: (a) 04LE66241, maħruġ fl-10.11.2005, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 9.9.2008), (b) AE/088 DH 12, maħruġ fl-20.12.2002, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 11.1.2005), (c) 98LC39292, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 23.11.2003), Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: (a) Yopougon Selmer, Bloc P 170, Abidjan, Kosta tal-Avorju, (b) c/o Hotel Ivoire, Abidjan, Kosta tal-Avorju, (c) Cocody (suburb), Abidjan, Kosta tal-Avorju (Indirizz iddikjarat fuq id-dokument tal-ivvjaġġar nru C2310421 maħruġ fl-Iżvizzera fil-15.11.2015 u validu sal-31.12.2005), Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-COJEP (‘Żgħażagħ Patrijotti’), dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jippromwovu l-vjolenza kontra l-installazzjonjiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u kontra persuni barranin; tmexxija f'atti ta' vjolenza mill-milizzji fit-toroq, inkluż swat, stupri u qtil extraġudizzjarju u l-parteċipazzjoni fihom; intimidazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp ta' Ħidma Internazzjonali (IWG — International Working Group), l-oppożizzjoni politika u l-istampa indipendenti; sabotaġġ tal-istazzjonijiet tar-radju internazzjonali; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosta tal-Avorju, (UNOCI), il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

3.   Isem: EUGÈNE N'GORAN KOUADIO DJUÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: (a) 1.1.1966, (b) 20.12.1969, PTT: Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: 04 LE 017521, maħruġ fl-10.2.2005 (Data ta' skadenza: 10.2.2008), Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Union des Patriotes pour la Libération Totale de la Kosta tal-Avorju (UPLTCI). Dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jippromwovu l-vjolenza kontra l-installazzjonjiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u kontra persuni barranin; tmexxija f'atti ta' vjolenza mill-milizzji fit-toroq, inkluż swat, stupri u qtil extraġudizzjarju u parteċipazzjoni fihom; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

4.   Isem: MARTIN KOUAKOU FOFIÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 1.1.1968, PTT: BOHI, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) 2096927, maħruġ fis-17.3.2005, maħruġ f'Burkina Faso, (b) CNB N.076, maħruġ fis-17.2.2003, maħruġ f'Burkina Faso (Ċertifikat ta' Nazzjonalità ta' Burkina Faso), (c) 970860100249, maħruġ fil-5.8.1997, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 5.8.2007), Indirizz: Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Isem il-missier: Yao Koffi FOFIE. Isem l-omm: Ama Krouama KOSSONOU.

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Kap Kapural, Kmandant tal-Forza l-Ġdida, Settur ta' Korhogo. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu huma impenjati fir-reklutaġġ ta' suldati tfal, ħtif ta' persuni, imponiment ta' xogħol furzat, abbuż sesswali tan-nisa, arresti arbitrarji u qtil extraġudizzjarju, li jmorru kontra l-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

5.   Isem: LAURENT GBAGBO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 31.5.1945, PTT: Gagnoa, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ex-President tal-Kosta tal-Avorju: ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali.

6.   Isem: SIMONE GBAGBO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 20.6.1949, PTT: Moossou, Grand-Bassam, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluża fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: President tal-Grupp Parlamentari tal-Front Popolari Avorjan (FPA): ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

8.   Isem: DÉSIRÉ TAGRO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 27.1.1959, PTT: Issia, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: AE 065FH08 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Miet fit-12.4.2011 f'Abidjan.

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Segretarju Ġenerali tal-hekk imsejħa ‘presidenza’ tas-Sur Gbagbo: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Gbagbo, ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f'ripressjonijiet vjolenti ta' movimenti popolari.”


ANNESS II

L-entrata fl-Anness IA għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK titneħħa għall-persuna li ġejja:

Marcel GOSSIO.


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/33


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/616

tat-13 ta' Frar 2015

li jemenda r-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 rigward referenzi fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38(4), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 125(8) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 (2) ġie adottat qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, tliet referenzi provviżorji fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 għall-att ġuridiku futur tal-Unjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”) għandhom jiġu sostitwiti b'referenzi għad-dispożizzjonijiet preċiżi tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. L-ewwel referenza fl-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tikkonċerna regoli speċifiċi dwar ir-rwol, l-obbligazzjonijiet u r-responsabbiltà tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji. It-tieni referenza fl-Artikolu 20 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tikkonċerna tipi ta' operazzjonijiet jew proġetti li jagħmlu parti minn operazzjonijiet li jistgħu jagħmlu użu mill-kalkolu ta' kostijiet indiretti bl-applikazzjoni ta' rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). It-tielet referenza fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 tikkonċerna tipi ta' operazzjonijiet jew proġetti li jagħmlu parti minn operazzjonijiet li jistgħu jagħmlu użu tal-kalkolu ta' kostijiet indiretti bl-applikazzjoni ta' rata fissa skont l-Artikolu 124(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(3)

Peress li r-regoli dwar sħubiji pubbliċi-privati kif stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 japplikaw ukoll għall-FEMS, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness III tar-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 sabiex l-informazzjoni rilevanti dwar jekk l-operazzjoni hijiex implimentata taħt struttura ta' sħubija pubblika-privata tiġi wkoll maħżuna f'forma kompjuterizzata fis-sistema ta' monitoraġġ fir-rigward tal-FEMS.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 għandu jkun emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 480/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt (b) tal-Artikolu 6(1) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

il-benefiċjarji finali jkunu infurmati li l-finanzjament huwa pprovdut fi programmi kkofinanzjati mill-Fondi ESI, skont ir-rekwiżiti stabbiliti

(i)

fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għall-FEŻR, l-FSE u l-Fond ta' Koeżjoni,

(ii)

fl-Artikolu 66(1)(c)(i) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għall-FAEŻR,

(iii)

fl-Artikolu 97(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**) għall-FEMS.

(*)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487)."

(**)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).”"

(2)

il-punt (d) tal-Artikolu 20 jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEMS u programmati skont l-Artikoli 26, 28, 39 jew 47 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.”

;

(3)

il-punt (d) tal-Artikolu 21 jinbidel b'dan li ġej:

“(d)

l-operazzjoni appoġġata mill-FEMS u programmata skont l-Artikoli 38, 40(1), 41(1), 44(6), 48(1)(e), (i), (j) jew (k) jew 80(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.”

;

(4)

fl-Anness III, il-każella tad-dejta 17. “Informazzjoni dwar jekk l-operazzjoni hijiex implimentata skont struttura ta' sħubija pubblika-privata”, it-test li ġej fil-kolonna tal-lemin “Indikazzjoni ta' Fondi li għalihom id-dejta mhix meħtieġa” jitħassar:

“Mhux applikabbli għall-FEMS”

.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1290/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi r-regoli għal parteċipazzjoni u disseminazzjoni f'“Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni” (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 81).

(5)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/35


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/617

tal-20 ta' April 2015

li jemenda għall-230 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a), 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skond dak ir-Regolament.

(2)

Fl-10 ta' April 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva ż-żieda ta' żewġ persuni mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq Al Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi għandu japplika għalihom.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 l-annotazzjonijiet li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

(a)

“Ali Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Zoubair). Data tat-twelid: 9.3.1986. Post tat-twelid: Ariana, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: W342058 (Passaport Tuneżin, maħruġ fl-14.3.2011, jiskadi fit-13.3.2016). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 08705184 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fl-24.2.2011). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Mar. 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Mar. 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 171 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.4.2015.”

(b)

“Tarak Ben Taher Ben Faleh Ouni Harzi (magħruf ukoll bħala: Abou Omar Al Tounisi). Data tat-twelid: 3.5.1982. Post tat-twelid: Tuneż, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżina. Nru tal-passaport: Z050399 (Passaport Tuneżin, maħruġ fid-9.12.2003, skada fit-8.12.2008). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 04711809 (Numru tal-Karta tal-Identità Nazzjonali Tuneżina, maħruġa fit-13.11.2003). Indirizz: (a) 18 Mediterranean Street, Ariana, Tunisia; (b) Ir-Repubblika Għarbija Sirjana (kien hemm sa Marzu 2015); (c) L-Iraq (post alternattiv possibbli minn Marzu 2015); (d) Il-Libja (kien jinsab hemm qabel). Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; tul: 172 ċm; (b) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; (c) Isem missieru huwa Taher Ouni Harzi, isem ommu huwa Borkana Bedairia. Id-data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 2a(4)(b): 10.4.2015.”


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/618

tal-20 ta' April 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

93,9

SN

185,4

TN

464,3

TR

120,5

ZZ

216,0

0707 00 05

AL

92,7

MA

176,1

TR

134,7

ZZ

134,5

0709 93 10

MA

95,3

TR

145,6

ZZ

120,5

0805 10 20

EG

47,6

IL

73,1

MA

50,1

TN

55,5

TR

70,3

ZZ

59,3

0805 50 10

MA

57,3

ZZ

57,3

0808 10 80

AR

188,7

BR

101,1

CL

111,8

CN

107,2

MK

30,8

NZ

133,2

US

247,4

ZA

264,2

ZZ

148,1

0808 30 90

AR

102,0

CL

134,4

CN

116,0

ZA

116,0

ZZ

117,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/619

tal-20 ta' April 2015

li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2015 u li jistipula l-kwantitajiet li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 u għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 huma iktar minn dawk disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 u għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 huma iktar minn dawk disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jiġu allokati d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2006, flimkien mal-Artikolu 7(2) tiegħu.

(4)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' April 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 huma inqas mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet, u li dawn jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwota li jmiss.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 u għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 u li għandhom jiżdiedu mas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015 huma mogħtija fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għad-dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015 u għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjent tal-allokazzjoni mogħti fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

PARTI A

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju mit-30 ta' Settembru 2015

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(f'kg)

1

09.4211

0,390777

2

09.4212

0,827595

4A

09.4214

0,489236

 

09.4251

0,594809

 

09.4252

4 251 500

6A

09.4216

0,401123

 

 

09.4260

0,569476

7

09.4217

9 086 000

8

09.4218

3 478 800


Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016

(%)

3

09.4213

3,703703

4B

09.4253

6B

09.4261

 

09.4262

 

09.4263

0,046334

 

09.4264

 

09.4265

PARTI B

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Settembru 2015

(%)

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru 2015

(f'kg)

5A

09.4215

0,607855

 

09.4254

3,655034

 

09.4255

3,558718

 

09.4256

53,394858


Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għall-perjodu mill-1 ta' Lulju 2015 sat-30 ta' Ġunju 2016

(%)

5B

09.4257

10

 

09.4258

 

09.4259


DEĊIŻJONIJIET

21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/43


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/620

tal-20 ta' April 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-20 ta' Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK (1).

(2)

Fid-29 ta' Jannar 2015, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2198 (2015) dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Dik ir-Riżoluzzjoni tipprevedi ċerti emendi għall-kriterji tad-deżinjazzjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iffriżar tal-fondi, kif imposti mir-Riżoluzzjoni 1807 (2008) tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(3)

Fil-5 ta' Frar 2015, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1533 (2004) li tirrigwarda r-Repubblika Demokratika tal-Kongo ħareġ lista aġġornata ta' individwi u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(4)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati dawk l-emendi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/788/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(a)

il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u kwalunkwe materjal relatat jew l-għoti ta' għajnuna teknika, servizzi ta' senserija finanzjarji u servizzi oħrajn relatati mal-armi u materjal relatat maħsubin biss għas-sostenn ta' jew l-użu mill-Missjoni tal- Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO);”

;

(2)

L-Artikolu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti fuq persuni u entitajiet deżinjati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet għall-ingaġġ fi jew biex jagħtu appoġġ atti li jimminaw il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tar-RDK. Tali atti jinkludu:

(a)

li jaġixxu kontra l-embargo fuq l-armi u l-miżuri relatati kif imsemmi fl-Artikolu 1;

(b)

li jkunu politiċi u militari ta' gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatriazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kumbattenti li jappartjenu lil dawk il-gruppi;

(c)

li jkunu mexxejja politiċi u militari ta' milizzji Kongoliżi, inklużi dawk li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-kombattenti tagħhom fil-proċessi ta' diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid;

(d)

li jirreklutaw jew jużaw it-tfal f'konflitti armati fir-RDK bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

(e)

li jkunu involuti fl-ippjanar, it-tmexxija, jew li jipparteċipaw fl-immirar ta' tfal jew nisa f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt armat, inkluż il-qtil u l-mankament, l-istupru u vjolenza sesswali oħra, il-ħtif, l-ispostament furzat, u attakki fuq skejjel u sptarijiet;

(f)

li jfixklu l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fir-RDK;

(g)

li jappoġġaw individwi jew entitajiet inklużi gruppi armati, involuti f'attivitajiet destabbilizzanti fir-RDK permezz tal-kummerċ illeċitu ta' riżorsi naturali, inklużi d-deheb jew l-annimali selvaġġi kif ukoll il-prodotti mill-annimali selvaġġi;

(h)

li jaġixxu f'isem jew li huma mmexxija minn individwu jew entità indikata, jew li jaġixxu f'isem jew li huma mmexxija minn entità li hija proprjetà ta' individwu jew entità deżinjati;

(i)

li jippjanaw, imexxu, jisponsorjaw jew jieħdu sehem f'attakki kontra l- MONUSCO jew il-persunal tan-NU;

(j)

li jipprovdu appoġġ finanzjarju, materjali, jew teknoloġiku għal, jew prodotti jew servizzi lil individwu jew entità deżinjati.

Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.”

.

Artikolu 2

L-Anness tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta' Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).


ANNESS

“ANNESS

(a)

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5.

1.   Eric BADEGE

Data tat-Twelid: 1971.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont ir-rapport finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, ‘… Il-Logutenent Kurunell Eric Badege kien sar il-punt ċentrali tal-M23 f'Masisi u mexxa operazzjonijiet konġunti …’ ma' mexxej militari ieħor. Barra minn hekk, ‘serje ta' attakki kkoordinati li saru f'Awwissu [2012] mil-Logutenent Kurunell Badege … ippermettew lill-M23 jiddestabbilizza parti konsiderevoli mit-territorju ta' Masisi.’ Skont ex kombattenti, il-Logutenent Kurunell Badege … aġixxa skont l-ordnijiet tal-Kurunell Makenga meta orkestra l-attakki. Bħala kmandant militari tal-M23, Badege hu responsabbli għal ksur serju immirat kontra tfal u nisa f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, kien hemm diversi inċidenti kbar ta' qtil bla diskriminazzjoni ta' ċivili, fosthom nisa u tfal. Minn Mejju 2012 Raia Mutomboki, taħt il-kmand tal-M23, qatlu mijiet ta' ċivili f'serje ta' attakki kkoordinati. F'Awwissu, Badege wettaq attakki konġunti li involvew il-qtil bla diskriminazzjoni ta' ċivili. Ir-rapport ta' Novembru tal-Grupp ta' Esperti jiddikjara li dawn l-attakki ġew orkestrati b'mod konġunt minn Badege u l-Kurunell Makoma Semivumbi Jacques.

Skont ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti, mexxejja lokali minn Masisi ddikjaraw li Badege kkmanda dawn l-attakki tar-Raia Mutomboki fuq l-art. Skont artikolu tar-Radju Okapi tat-28 ta' Lulju 2012, ‘l-amministratur ta' Masisi ħabbar dan is-Sibt, 28 ta' Lulju, id-diżerzjoni tal-kmandant tat-Tieni Battaljun tal-410 Reġiment tal-bażi FARDC Nyabiondo, daqs tletin kilometru Majjistral ta' Goma fit-Tramuntana ta' Kivu. Skont dan, il-Kurunell Eric Badege u iktar minn mitt suldat nhar il-Ġimgħa rħewla lejn Rubay, 80 kilometru Tramuntana ta' Nabiondo. Din l-informazzjoni ġiet ikkonfermata minn diversi sorsi.’ Skont artikolu tat-23 ta' Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta ex membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC. L-M23 huwa impenjat f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi ex kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew rekrutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra.

Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra ‘[h]uwa ried jabbandunana,’ bħala spjegazzjoni għaliex it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, ‘[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad dik kienet immedjatament il-mewt tagħhom.’

2.   Frank Kakolele BWAMBALE

(psewdonimu: a) Frank Kakorere, b) Frank Kakorere Bwambale, c) Aigle Blanc)

Deżinjazzjoni: Ġeneral tal-FARDC.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni Oħra: Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni tal-STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011. L-awtoritajiet tar-RDK arrestawh f'Diċembru 2013 f'Beni, Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, talli allegatament imblokka l-proċess tad-DDR.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex mexxej tal-RCD-ML, eżerċita influwenza fuq linji politiċi u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-RCD-ML, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Ġeneral tal-FARDC, mingħajr kariga minn Ġunju 2011. Telaq mis-CNDP f'Jannar 2008. Minn Ġunju 2011, residenti f'Kinshasa. Sa mill-2010, Kakolele kien involut f'attivitajiet apparentement f'isem il-Programme de Stabilisation et Reconstruction des Zones Sortant des Conflits Armés (STAREC) tal-gvern tar-RDK, inkluż il-parteċipazzjoni f'missjoni ta' STAREC f'Goma u f'Beni f'Marzu 2011.

3.   Gaston IYAMUREMYE

(psewdonimu: a) Byiringiro Victor Rumuli, b) Victor Rumuri, c) Michel Byiringiro, d) Rumuli)

Deżinjazzjoni: a) President tal-FDLR, b) it-tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Minn Ġunju 2014, ibbażat fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu.

Data tat-Twelid: 1948.

Post tat-Twelid: a) Distrett ta' Musanze, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda, b) Ruhengeri, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Brigadier Ġenerali.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont bosta sorsi, inkluż il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni tat-tmexxija militari u politika tal-FDLR. Gaston Iyamuremye mexxa wkoll l-uffiċċju ta' Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) f'Kibua, ir-RDK sa Diċembru 2009. President tal-FDLR u t-Tieni Viċi President tal-FDLR-FOCA, minn Ġunju 2011, ibbażat f'Kalonge, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu.

4.   Innocent KAINA

(psewdonimu: a) Kurunell Innocent Kaina, b) India Queen)

Post tat-Twelid: Bunagana, territorju ta' Rutshuru, RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Fi Rwanda sa minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Innocent Kaina bħalissa huwa Kmandant Settorjali fil-Mouvement du 23 Mars (M23). Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem. F'Lulju 2007 it-Tribunal Militari tal-Gwarniġġjon ta' Kinshasa sab lil Kaina responsabbli għal atti kriminali kontra l-umanità li saru fid-Distrett ta' Ituri, bejn Mejju 2003 u Diċembru 2005. Huwa nħeles fl-2009 bħala parti mill-ftehim ta' paċi bejn il-gvern Kongoliż u s-CNDP. Fi ħdan il-FARDC fl-2009, huwa kien ħati ta' eżekuzzjonijiet, ħtif u mankamenti fit-territorju ta' Masisi. Bħala Kmandant taħt it-tmexxija tal-Ġeneral Ntaganda, huwa ta bidu għar-ribelljoni tal-ex CNDP fit-territorju ta' Rutshuru f'April 2012. Huwa żgura s-sigurtà ta' dawk li rribellaw barra minn Masisi. Bejn Mejju u Awwissu 2012, huwa mexxa r-reklutaġġ u t-taħriġ ta' aktar minn 150 tifel u tifla għar-ribelljoni tal-M23, u spara lis-subien li ppruvaw jaħarbu. F'Lulju 2012 ivjaġġa lejn Berunda u Degho għal attivitajiet ta' mobilizzazzjoni u reklutaġġ għall-M23.

5.   Jérôme KAKWAVU BUKANDE

(psewdonimu: a) Jérôme Kakwavu, b) Kmandant Jérôme)

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Mogħti l-grad ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, inżamm fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra. F'Novembru 2014, ingħata sentenza minn qorti militari tar-RDK għal għaxar snin priġunerija għal stupru, qtil, u tortura.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex President tal-UCD/FAPC. Il-kontroll tal-FAPC ta' postijiet illegali fuq il-fruntiera bejn l-Uganda u r-RDK — rotta ta' transitu ewlenija għaċ-ċirkolazzjoni tal-armi. Bħala President tal-FAPC, huwa eżerċita influwenza fuq il-politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FAPC, li kienu involuti fit-traffikar tal-armi u, konsegwentement, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (SRSG) għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002. Wieħed minn ħames uffiċjali anzjani tal-FARDC li ġew akkużati b'delitti serji li kienu jinvolvu l-vjolenza sesswali u li l-każijiet tagħhom kienu tressqu għall-attenzjoni tal-Gvern mill-Kunsill tas-Sigurtà waqt iż-żjara tiegħu fl-2009. Mogħti l-grad ta' Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Minn Ġunju 2011, miżmum fil-Ħabs ta' Makala f'Kinshasa. Fil-25 ta' Marzu 2011, il-Qorti Militari Għolja f'Kinshasa fetħet proċess kontra Kakwavu għal delitti tal-gwerra.

6.   Germain KATANGA

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Instab ħati f'Mejju 2014 mill-QKI għal 12-il sena ħabs għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità. Attwalment il-ħabs fin-Netherlands.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kap tal-FRPI. Involut fi trasferimenti ta' armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Maħtur Ġeneral fl-FARDC f'Diċembru 2004. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fit-18 ta' Ottubru 2007. Il-proċess tiegħu beda f'Novembru 2009.

7.   Thomas LUBANGA

Post tat-Twelid: Ituri, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI fis-17 ta' Marzu 2006. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' erbatax-il sena ħabs. Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-imħallfin tal-appell tal-QKI kkonfermaw il-kundanna u s-sentenza. Attwalment il-ħabs fin-Netherlands.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri mill-2002 sal-2003. Arrestat f'Kinshasa f'Marzu 2005 minħabba involviment tal-UPC/L fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem. Trasferit għall-QKI mill-awtoritajiet tar-RDK fis-17 ta' Marzu 2006. Il-proċess tiegħu beda f'Jannar 2009 u mistenni jintemm fl-2011. Huwa nstab ħati mill-QKI f'Marzu 2012 u ngħata sentenza ta' erbatax-il sena ħabs. Huwa appella mis-sentenza tal-qorti.

8.   Sultani MAKENGA

(psewdonimu: a) Kurunell Sultani Makenga, b) Emmanuel Sultani Makenga)

Data tat-Twelid: 25 ta' Diċembru 1973.

Post tat-Twelid: Rutshuru, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 13 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Fl-Uganda sa minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sultani Makenga huwa mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK). Bħala mexxej ta' M23 (magħruf ukoll bħala l-Armata Rivoluzzjonarja Kongoliża), Sultani Makenga wettaq u huwa responsabbli għal ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi nisa u tfal fil-mira f'sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati, inkluż qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif, u spostament furzat. Huwa kien ukoll responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali relatat mal-azzjonijiet ta' M23 fir-reklutaġġ u l-użu ta' tfal f'kunflitti armati fir-RDK. Taħt il-kmand ta' Sultani Makenga, l-M23 wettaq atroċitajiet estensivi kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK. Skont xhieda u rapporti, il-militanti li operaw taħt il-kmand ta' Sultani Makenga wettqu stupri madwar it-territorju ta' Rutshuru kontra nisa u tfal, li wħud minnhom kien għad kellhom biss 8 snin, bħala parti minn politika biex jikkonsolidaw il-kontroll fit-territorju ta' Rutshuru. Taħt il-kmand ta' Makenga, M23 għamel kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fir-RDK u fir-reġjun, kif ukoll qatel, immanka, u darab għexieren ta' tfal. Ħafna mir-rekluti tfal furzati kienu taħt l-età ta' 15-il sena. Makenga ġie rrappurtat ukoll li rċieva armi u materjal relatat bi ksur ta' miżuri meħuda mir-RDK biex timplimenta l-embargo fuq l-armi, inklużi ordinanzi domestiċi fuq l-importazzjoni u l-pussess ta' armi u materjal relatat. L-azzjonijiet ta' Makenga bħala l-mexxej ta' M23 inkludew ksur serju tal-liġi internazzjonali u atroċitajiet kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, u ggravaw il-kundizzjonijiet ta' nuqqas ta' sigurtà, spostament, u kunflitt fir-reġjun. Mexxej militari tal-grupp Mouvement du 23 Mars (M23) li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

9.   Khawa Panga MANDRO

(psewdonimu: a) Kawa Panga, b) Kawa Panga Mandro, c) Kawa Mandro, d) Yves Andoul Karim, e) Yves Khawa Panga Mandro, f) Mandro Panga Kahwa, g) ‘Chief Kahwa’, h) ‘Kawa’)

Data tat-Twelid: 20 ta' Awwissu 1973.

Post tat-Twelid: Bunia, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. F'Awwissu 2014, qorti militari tar-RDK f'Kisangani sabitu ħati għal reati tal-gwerra u reati kontra l-umanità, u kkundannatu għal disa' snin ħabs, u ordnatlu jħallas madwar USD 85 000 lill-vittmi tiegħu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ex President ta' PUSIC, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-2001 sal-2002. Miżmum il-ħabs f'Bunia f'April 2005 għas-sabotaġġ tal-proċess ta' paċi ta' Ituri. Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f'Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f'Kisangani, sussegwentement trasferit għall-awtoritajiet ġudizzjarji f'Kinshasa fuq akkużi ġodda ta' delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra, qtil, attakki aggravati u swat. Minn Ġunju 2011 miżmum fil-Ħabs Ċentrali ta' Makala, f'Kinshasa.

10.   Callixte MBARUSHIMANA

Data tat-Twelid: 24 ta' Lulju 1963.

Post tat-Twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit għall-Aja fil-25 ta' Jannar 2011, iżda ġie meħlus mill-QKI fl-aħħar tal-2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Segretarju Eżekuttiv tal-FDLR u Viċi President tal-kmand militari għoli tal-FDLR sal-arrest tiegħu. Mexxej Politiku/Militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxu d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, skont ir-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Arrestat f'Pariġi fit-3 ta' Ottubru 2010 taħt mandat tal-QKI għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR f'Kivus fl-2009 u ttrasferit fl-Aja fil-25 ta' Jannar 2011.

11.   Iruta Douglas MPAMO

(psewdonimu: a) Doulas Iruta Mpamo, b) Mpano)

Indirizz: Gisenyi, ir-Rwanda (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 28 ta' Diċembru 1965, b) 29 ta' Diċembru 1965.

Post tat-Twelid: a) Bashali, Masisi, ir-RDK, b) Goma, ir-RDK, c) Uvira, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Mhijiex magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sid/Maniġer tal-Compagnie Aérienne des Grands Lacs u tal-Great Lakes Business Company, li l-inġenji tal-ajru tagħha ntużaw biex jipprovdu għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Responsabbli wkoll għall-ħabi ta' informazzjoni taħt forma oħra dwar titjiriet u merkanziji apparentament sabiex jippermetti l-ksur tal-embargo fuq l-armi. Mhijiex magħrufa l-okkupazzjoni minn mindu ġġarrfu żewġ ajruplani tal-Great Lakes Business Company (GLBC).

12.   Sylvestre MUDACUMURA

(psewdonimu: a) Mupenzi Bernard, b) Ġeneral Maġġur Mupenzi, c) Ġeneral Mudacumura, d) Radja)

Indirizz: Il-Foresta ta' Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa. Mill-2014, ibbażat fil-Kwartieri Ġenerali tal-FDLR fi Nganga, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u jżomm kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Mudacumura (jew membri tal-persunal) kien f'komunikazzjoni telefonika mal-mexxej tal-FDLR Murwanashyaka fil-Ġermanja, inkluż fiż-żmien tal-Massakru ta' Busurungi f'Mejju 2009, u mal-kmandant militari l-Maġġur Guillaume waqt l-operazzjonijiet Umoja Wetu u Kimia II fl-2009. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 27 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. Kmandant militari tal-FDLR-FOCA, kif ukoll l-ewwel Viċi President politiku u kap tal-Kmand Għoli tal-FOCA, b'hekk ġew ikkombinati l-funzjonijiet ta' kmand militari u politiku ġenerali minn mindu ġew arrestati l-kapijiet tal-FDLR fl-Ewropa.

13.   Leodomir MUGARAGU

(psewdonimu: a) Manzi Leon, b) Leo Manzi)

Indirizz: Il-Kwartieri Ġenerali ta' FDLR fil-Foresta ta' Kikoma, ħdejn Bogoyi, Walikale, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1954 b) 1953.

Post tat-Twelid: a) Kigali, ir-Rwanda b) Rushashi, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR. Skont rappurtar uffiċjali Mugaragu jagħmel pjanijiet f'livell għoli għall-operazzjonijiet militari tal-FDLR fil-Lvant tar-RDK. Kap tal-Persunal tal-FDLR-FOCA, inkarigat mill-amministrazzjoni.

14.   Leopold MUJYAMBERE

(psewdonimu: a) Musenyeri, b) Achille, c) Frere Petrus Ibrahim)

Indirizz: Nyakaleke (ix-Xlokk ta' Mwenga), in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Data tat-Twelid: a)17 ta' Marzu 1962, b) Bejn wieħed u ieħor 1966.

Post tat-Twelid: Kigali, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Minn tard fl-2014, aġent Deputat Kmandant tal-FDLR/FOCA, ibbażat f'Nganga, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tat-Tieni Diviżjoni tal-FOCA/il-Brigati ta' Riżerva (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Minn Ġunju 2011, Kmandant tas-settur operattiv tan-Nofsinhar ta' Kivu, issa msejjaħ ‘Amazon’ tal-FDLR-FOCA.

15.   Jamil MUKULU

(psewdonimu: a) Steven Alirabaki, b) David Kyagulanyi, c) Musezi Talengelanimiro, d) Mzee Tutu, e) Abdullah Junjuaka, f) Alilabaki Kyagulanyi, g) Hussein Muhammad, h) Nicolas Luumu, i) Professor Musharaf, j) Talengelanimiro)

Deżinjazzjoni: a) Kap tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), b) Kmandant, Forzi Demokratiċi Alleati.

Data tat-Twelid: a) 1965, b) 1 ta' Jannar 1964.

Post tat-Twelid: Il-Villaġġ ta' Ntoke, Sotto Kontea ta' Ntenjeru, Distrett ta' Kayunga, Uganda.

Nazzjonalità: Ugandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 12 ta' Ottubru 2011.

Informazzjoni oħra: Sa tard fl-2014, ma kienx magħruf fejn jinsab; madankollu hu maħsub li jinsab fit-Tramuntana ta' Kivu, fir-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont rapportar minn sorsi miftuħa u rapportar uffiċjali, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK, is-Sur Jamil Mukulu huwa l-mexxej militari tal-Forzi Demokratiċi Alleati (ADF), grupp armat barrani li jopera fir-RDK li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti tal-ADF, kif deskritt fil-paragrafu 4(b) tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008). Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK irrapporta li Mukulu pprovda tmexxija u appoġġ materjali lill-ADF, grupp armat li jopera fit-territorju tar-RDK. Skont bosta sorsi, inklużi r-rapporti tal-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU dwar ir-RDK, Jamil Mukulu kompla wkoll ikollu influwenza fuq il-linji ta' politika, ipprovda finanzjament u żamm kmand dirett u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-ADF fuq il-post, inkluża s-superviżjoni ta' rabtiet ma' netwerks terroristiċi internazzjonali.

16.   Ignace MURWANASHYAKA

(psewdonimu: Dr Ignace)

Titolu: Dr

Data tat-Twelid: 14 ta' Mejju 1963.

Post tat-Twelid: a) Butera, Rwanda, b) Ngoma, Butare, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala ‘Rumuli’, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President tal-FDLR, u kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR, jeżerċita influwenza fuq il-linji ta' politika, u għandu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FDLR, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fi traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. F'komunikazzjoni telefonika mal-kmandanti militari tal-FDLR fuq il-post (inkluż matul il-massakru f'Busurungi f'Mejju 2009); ta ordinijiet militari lill-kmandanti għoljin; involut fil-koordinazzjoni tat-trasferiment ta' armi u munizzjon lill-unitajiet tal-FDLR u t-twassil ta' struzzjonijiet speċifiċi għall-użu; amministra somom kbar ta' flus li rriżultaw mill-bejgħ illeċitu ta' riżorsi naturali f'żoni taħt il-kontroll tal-FDLR. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kellu responsabbiltà ta' kmand bħala l-President u l-kmandant militari tal-FDLR għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal mill-FDLR fil-Lvant tal-Kongo. Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Sostitwit minn Gaston Iamuremye, magħruf bħala ‘Rumuli’, bħala President tal-FDLR-FOCA. Il-proċess ta' Murwanashyaka għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża.

17.   Straton MUSONI

(psewdonimu: IO Musoni)

Data tat-Twelid: a) 6 ta' April 1961, b) 4 ta' Ġunju 1961.

Post tat-Twelid: Mugambazi, Kigali, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Permezz tat-tmexxija tiegħu tal-FDLR, grupp armat barrani li jopera fir-RDK, Musoni qiegħed jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1649 (2005). Arrestat mill-awtoritajiet Ġermaniżi fis-17 ta' Novembru 2009. Il-proċess ta' Musoni għal delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità li twettqu mit-truppi tal-FDLR fir-RDK fl-2008 u l-2009 beda fl-4 ta' Mejju 2011 f'qorti Ġermaniża. Sostitwit minn Sylvestre Mudacumura bħala l-ewwel Viċi President tal-FDLR.

18.   Jules MUTEBUTSI

(psewdonimu: a) Jules Mutebusi, b) Jules Mutebuzi, c) Kurunell Mutebutsi)

Data tat-Twelid: 1964.

Post tat-Twelid: Minembwe, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-għaxar Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq mill-pajjiż).

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Implikat fir-riċeviment ta' armi barra l-istrutturi tal-FARDC u l-forniment ta' provvisti lil gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Kien Viċi Kmandant Reġjonali Militari tal-FARDC tal-għaxar Reġjun Militari f'April 2004, ġie mkeċċi minħabba nuqqas ta' dixxiplina. F'Diċembru 2007, ġie arrestat mill-awtoritajiet tar-Rwanda meta pprova jaqsam il-fruntiera lejn ir-RDK. Minn dak iż-żmien qed jgħix f'semilibertà f'Kigali (mhux awtorizzat jitlaq mill-pajjiż).

19.   Baudoin NGARUYE WA MYAMURO

(psewdonimu: Kulunell Baudoin Ngaruye)

Titolu: Mexxej militari tal-Mouvement du 23 Mars (M23).

Deżinjazzjoni: Brigadier Ġenerali.

Indirizz: Rubavu/Mudende, ir-Rwanda.

Data tat-Twelid: a) 1 ta' April 1978 b) 1978.

Post tat-Twelid: a) Bibwe, ir-RDK b) Lusamambo, it-territorju ta' Lubero, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: FARDC ID 1-78-09-44621-80.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Novembru 2012.

Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, jgħix fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

F'April 2012, Ngaruye mexxa r-ribelljoni tal-ex CNDP, magħruf bħala l-Mouvement du 23 Mars (M23), taħt l-ordnijiet tal-Ġeneral Ntaganda. Bħalissa huwa għandu t-tielet l-ogħla kariga fost il-kmandanti militari fl-M23. Il-Grupp ta' esperti dwar ir-RDK preċedentement kienu rrakkomandaw li jiġi deżinjat fl-2008 u l-2009. Huwa responsabbli għal u wettaq ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u tal-liġi internazzjonali. Huwa rrekluta u ħarreġ mijiet ta' tfal għall-M23 bejn l-2008 u l-2009 u mbagħad lejn tmiem l-2010. Huwa wettaq qtil, mankament u ħtif, ħafna drabi bin-nisa fil-mira. Huwa responsabbli għal eżekuzzjonijiet u tortura tad-diżerturi fl-M23. Fl-2009 fil-FARDC, huwa ta l-ordnijiet biex jinqatlu l-irġiel kollha fil-villaġġ ta' Shalio, f'Walikale. Huwa pprovda wkoll armi, munizzjonijiet u salarji f'Masisi u Walikale taħt l-ordnijiet diretti mingħand Ntaganda. Fl-2010 orkestra l-ispostament furzat u l-esproprjazzjoni tal-popolazzjonijiet fiż-żona ta' Lukopfu. Huwa kien ukoll involut b'mod estensiv fin-netwerks kriminali fi ħdan il-FARDC li jagħmlu qligħ mill-kummerċ minerali li wassal għal tensjonijiet u vjolenza mal-Kurunell Innocent Zimurinda fl-2011. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16.3.2013 f'Gasizi/Rubavu.

20.   Mathieu, Chui NGUDJOLO

(psewdonimu: Cui Ngudjolo)

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. Inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih mill-QKI f'Diċembru 2012. Wara li ġie rilaxxat mill-kustodja, ġie arrestat mill-awtoritajiet Netherlandiżi, u ressaq talba għall-asil fin-Netherlands. Il-Prosekuzzjoni appellat id-deċiżjoni tal-QKI; is-seduti saru f'Ottubru 2014 u d-deċiżjoni ilha pendenti sa minn Diċembru 2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kap tal-Persunal tal-FNI u ex Kap tal-Persunal tal-FRPI, eżerċita influwenza fuq linji ta' politika u kellu kmand u kontroll fuq l-attivitajiet tal-forzi tal-FRPI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), responsabbli għat-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tas-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu ta' tfal taħt il-ħmistax-il sena f'Ituri fl-2006. Arrestat minn MONUC f'Bunia f'Ottubru 2003. Konsenjat mill-Gvern tar-RDK lill-Qorti Kriminali Internazzjonali fis-7 ta' Frar 2008. Inħeles minn kull akkuża miġjuba kontrih mill-QKI f'Diċembru 2012. Wara li ġie rilaxxat mill-kustodja, ġie arrestat mill-awtoritajiet Netherlandiżi, u ressaq talba għall-asil fin-Netherlands.

21.   Floribert Ngabu NJABU

(psewdonimu: a) Floribert Njabu Ngabu, b) Floribert Ndjabu, c) Floribert Ngabu Ndjabu).

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil. F'Lulju 2014, huwa ġie ddeportat min-Netherlands lejn ir-RDK, fejn huwa kien tqiegħed taħt arrest.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

President ta' FNI, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Taħt arrest domiċiljari f'Kinshasa minn Marzu 2005 minħabba involviment tal-FNI f'abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem. Trasferit fl-Aja fis-27 ta' Marzu 2011 biex jixhed fil-proċessi tal-QKI ta' Germain Katanga u Mathieu Ngudjolo. Applika għall-asil fin-Netherlands f'Mejju 2011. F'Ottubru 2012, qorti Netherlandiża ċaħdet it-talba tiegħu għall-asil; il-każ bħalissa jinsab taħt appell.

22.   Laurent NKUNDA

(psewdonimu: a) Nkunda Mihigo Laurent, b) Laurent Nkunda Bwatare, c) Laurent Nkundabatware, d) Laurent Nkunda Mahoro Batware, e) Laurent Nkunda Batware, f) Chairman, g) General Nkunda, h) Papa Six)

Data tat-Twelid: a) 6 ta' Frar 1967 b) 2 ta' Frar 1967.

Post tat-Twelid: Katoyi, Kivu tat-Tramuntana, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradit għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda appellaw quddiem il-Qorti Militari tar-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ingħaqad ma' elementi oħra rinnegati ta' dak li qabel kien l-RCD-G biex jieħdu l-belt ta' Bukavu bil-forza f'Mejju 2004. Irċieva armi barra l-FARDC bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għal 264 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal minn truppi taħt il-kmand tiegħu fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2007. Kien il-Ġeneral tal-RCD-G. Fundatur, National Congress for the People's Defense, 2006; Uffiċjal Għoli, Rally for Congolese Democracy-Goma (RCD-G), 1998-2006; Uffiċjal Rwandan Patriotic Front (RPF), 1992-1998. Laurent Nkunda ġie arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi fir-Rwanda f'Jannar 2009 u ġie sostitwit bħala l-kmandant tas-CNDP. Minn dakinhar, huwa qiegħed taħt detenzjoni domiċiljari f'Kigali, Rwanda. It-talba tal-gvern tar-RDK biex Nkunda jiġi estradizt għad-delitti li wettaq fir-RDK tal-Lvant, ġiet irrifjutata mir-Rwanda. Fl-2010, l-appell ta' Nkunda għal detenzjoni illegali ġie rrifjutat mill-qorti tar-Rwanda f'Gisenyi, li ddeċidiet li l-kwisjoni għandha tiġi eżaminata minn qorti militari. L-avukati ta' Nkunda bdew proċedura mal-Qorti Militari tar-Rwanda. Għad għandu xi influwenza fuq ċerti elementi tas-CNDP.

23.   Felicien NSANZUBUKIRE

(psewdonimu: Fred Irakeza)

Deżinjazzjoni: Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR/FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu.

Indirizz: Magunda, it-territorju ta' Mwenga, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: 1967.

Post tat-Twelid: a) Murama, Kigali, Rwanda, b) Rubungo, Kigali, Rwanda, c) Kinyinya, Kigali, Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Felicien Nsanzubukire ssorvelja u kkoordina t-traffikar ta' munizzjon u armi bejn mill-inqas Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, lejn unitajiet tal-FDLR ibbażati fiż-żoni Uvira u Fizi tan-Nofsinhar ta' Kivu. Kap tal-ewwel battaljun tal-FDLR-FOCA, ibbażat fiż-żona Uvira-Sange tan-Nofsinhar ta' Kivu. Membru tal-FDLR mill-inqas mill-1994 u jopera fil-Lvant tar-RDK minn Ottubru 1998.

24.   Pacifique NTAWUNGUKA

(psewdonimu: a) Pacifique Ntawungula, b) Colonel Omega, c) Nzeri, d) Israel)

Deżinjazzjoni: Kmandant, is-Settur Opeattiv tat-Tramuntana ta' Kivu ‘SONOKI’ tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Matembe, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1964, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1964.

Post tat-Twelid: Gaseke, Provinċja ta' Gisenyi, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Minn tard fl-2014, ibbażat fiż-żona Tongo, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant tal-Ewwel Diviżjoni tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu.

25.   James NYAKUNI

Nazzjonalità: Ugandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sħab fil-kummerċ ma' Jerome Kakwavu, b'mod partikolari f'kuntrabandu fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, inkluż kuntrabandu suspettat ta' armi u materjal militari fi trakkijiet li ma jiġux iċċekkjati. Ksur tal-embargo fuq l-armi u l-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), inkluż appoġġ finanzjarju li jippermettilhom joperaw b'mod militari.

26.   Stanislas NZEYIMANA

(psewdonimu: a) Deogratias Bigaruka Izabayo, b) Izabayo Deo, c) Jules Mateso Mlamba, d) Bigaruka, e) Bigurura)

Deżinjazzjoni: Viċi kmandant tal-FDLR-FOCA.

Indirizz: Mukobervwa, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Jannar 1966 b) 28 ta' Awwissu 1966 c) Bejn wieħed u ieħor fl-1967.

Post tat-Twelid: Mugusa, Butare, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Rwandiża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 3 ta' Marzu 2009.

Informazzjoni oħra: Għeb waqt li kien fit-Tanzanija kmieni fl-2013. Mhux magħruf fejn jinsab minn tard fl-2014.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Viċi Kmandant tal-FOCA (fergħa armata tal-FDLR). Mexxej militari ta' grupp armat barrani li jopera fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, li jimpedixxi d-diżarm u r-ripatrijazzjoni volontarja u s-sistemazzjoni mill-ġdid ta' kombattenti, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP 4 (b) tal-Kunsill tas-Sigurtà. Skont evidenza miġbura mill-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet RDK tal-KSNU, imniżżla fid-dettall fir-rapport tiegħu tat-13 ta' Frar 2008, bniet irkuprati mill-FDLR-FOCA kienu qabel ġew maħtufin u abbużati sesswalment. Minn nofs l-2007, l-FDLR-FOCA, li qabel kienet tirrekluta subien lejn in-nofs jew aktar tal-età bejn it-tlettax u d-dsatax-il sena, qed tirrekluta bil-forza żgħażagħ mill-età ta' 10 snin. L-iżgħar fosthom imbagħad jintużaw bħala skorti, u tfal akbar fl-età jiġu skjerati bħala suldati fuq il-front, bi ksur tar-Riżoluzzjoni 1857 (2008) OP4 (d) u (e) tal-Kunsill tas-Sigurtà.

27.   Dieudonné OZIA MAZIO

(psewdonimu: a) Ozia Mazio, b) Omari, c) Mr Omari)

Data tat-Twelid: 6 ta' Ġunju 1949.

Post tat-Twelid: Ariwara, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skemi finanzjarji ma' Jerome Kakwavu u l-FAPC u traffikar fil-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda, li ppermetta li provvisti u flus kontanti isiru disponibbli għal Kakwavu u t-truppi tiegħu. Ksur tal-embargo fuq l-armi, inkluż il-forniment ta' għajnuna lill-gruppi armati u l-milizzja msemmijin fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003). Waqt li kien president tal-Fédération des entreprises congolaises (FEC) fit-territorju ta' Aru, huwa mifhum li Dieudonné Ozia Mazio miet f'Ariwara fit-23 ta' Settembru 2008.

28.   Jean-Marie Lugerero RUNIGA

(psewdonimu: Jean-Marie Rugerero)

Deżinjazzjoni: M23, President.

Indirizz: Rubavu/Mudende, ir-Rwanda.

Data tat-Twelid: a) Bejn wieħed u ieħor fl-1960, b) 9 ta' Settembru 1966.

Post tat-Twelid: Bukavu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni oħra: Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Dokument tad-9 ta' Lulju 2012 iffirmat mill-mexxej tal-M23 Sultani Makenga ħatar lil Runiga bħala l-koordinatur tal-qasam politiku tal-M23. Skont id-dokument, il-ħatra ta' Runiga nħolqot minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-kawża tal-M23. Runiga huwa msemmi bħala l-'President' tal-M23 f'entrati fis-sit tal-Internet tal-grupp. Ir-rwol mexxej tiegħu huwa kkorraborat mir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, li jirriferi għal Runiga bħala l-'mexxej tal-M23'. Skont artikolu tat-13 ta' Diċembru 2012 tal-Associated Press, Runiga wera lill-Associated Press lista ta' talbiet li huwa qal ser jiġu ppreżentati lill-gvern tal-Kongo. Inklużi fit-talbiet huma r-riżenja ta' Kabila u x-xoljiment tal-assemblea nazzjonali. Runiga indika li jekk jingħata l-opportunità, l-M23 jista' jerġa' jieħu Goma. ‘U għall-mument mhux ser nirtiraw,’ qal Runiga lill-Associated Press. Huwa indika wkoll li l-fergħa politika tal-M23 għandha terġa' tieħu l-kontroll ta' Goma bħala prekondizzjoni għan-negozjati. ‘Naħseb li l-membri tagħna li qegħdin f'Kampala jirrappreżentawna. Fi żmien debitu, ser inkun hemm jien ukoll. Qed nistenna li jiġu organizzati l-affarijiet u meta Kabila jkun hemm, jien immur ukoll,’ qal Runiga. Skont artikolu tas-26 ta' Novembru 2012 f'Le Figaro, Runiga ltaqa' mal-President tar-RDK Kabila fl-24 ta' Novembru 2012 biex jibda diskussjonijiet. Separatament, f'intervista ma' Le Figaro, Runiga stqarr, ‘L-M23 huwa kompost primarjament minn ex membri militari tal-FARDC li telqu biex jipprotestaw kontra n-nuqqas ta' osservanza tal-patti tat-23 ta' Marzu 2009.’

Huwa żied jgħid, ‘Is-suldati tal-M23 huma diżerturi mill-armata li telqu bl-armi tagħhom f'idejhom. Reċentement, aħna rkuprajna ħafna tagħmir minn bażi militari f'Bunagana. Għal issa, dan jippermettielna li kull jum nieħdu lura t-territorju u li nimbuttaw lura l-attakki kollha mill-FARDC. Ir-rivoluzzjoni tagħna hija Kongoliża, immexxjia mill-Kongoliżi, għall-poplu Kongoliż.’ Skont artikolu ta' Reuters tat-22 ta' Novembru 2012, Runiga stqarr li l-M23 kellu l-kapaċità li jżomm Goma wara li l-forzi tal-M23 ġew imsaħħa minn suldati Kongoliżi li rribellaw mill-FARDC: ‘L-ewwel nett għandna armata dixxiplinata, u għandna wkoll is-suldati tal-FARDC li ngħaqdu magħna. Dawn huma ħutna, ser jitħarrġu mill-ġdid u jiġu riabilitati, imbagħad ser naħdmu magħhom.’ Skont artikolu tas-27 ta' Novembru 2012 ippubblikat f'The Guardian, Runiga indika li l-M23 ser jirrifjuta li jobdi appell minn mexxejja reġjonali tal-Konferenza Internazzjonali tal-Lagi l-Kbar li jitilqu minn Goma sabiex iħejju t-triq għal taħdidiet ta' paċi. Minflok, Runiga stqarr li l-irtirar tal-M23 minn Goma jkun ir-riżultat, mhux prekondizzjoni, tan-negozjati. Skont ir-Rapport Finali tal-15 ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, Runiga mexxa delegazzjoni li marret Kampala, l-Uganda fid-29 ta' Lulju 2012 u ffinalizza l-aġenda ta' 21 punt tal-moviment tal-M23 qabel in-negozjati antiċipati fil-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar. Skont artikolu tat-23 ta' Novembru 2012 tal-BBC, l-M23 ġie ffurmat meta ex membri tas-CNDP li kienu ġew integrati fil-FARDC bdew jipprotestaw kontra kondizzjonijiet u pagi ħżiena, u n-nuqqas tal-implimentazzjoni sħiħa tal-patt ta' paċi tat-23 ta' Marzu 2009 bejn is-CNDP u r-RDK li wassal għall-integrazzjoni tas-CNDP fl-FARDC.

L-M23 huwa impenjat f'operazzjonijiet militari attivi sabiex jieħu kontroll ta' territorju fil-Lvant tar-RDK, skont ir-rapport tal-IPIS ta' Novembru 2012. L-M23 u l-FARDC iġġieldu għall-kontroll ta' diversi bliet u rħula fil-Lvant tar-RDK fl-24 u l-25 ta' Lulju 2012; l-M23 attakka lill-FARDC f'Rumangabo fis-26 ta' Lulju 2012; l-M23 keċċew lill-FARDC minn Kibumba fis-17 ta' Novembru 2012; u l-M23 ħa l-kontroll ta' Goma fl-20 ta' Novembru 2012. Skont ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti, diversi ex kombattenti tal-M23 jaffermaw li l-mexxejja tal-M23 qatlu b'mod sommarju għexieren ta' tfal li ppruvaw jaħarbu wara li ġew rekrutati bħala suldati tfal tal-M23. Skont rapport tal-11 ta' Settembru 2012 mill-Human Rights Watch (HRW), raġel mir-Rwanda, ta' 18-il sena, li ħarab wara li ġie reklutat bil-forza fir-Rwanda qal lill-HRW li huwa kien xhud tal-eżekuzzjoni ta' tifel ta' 16-il sena mill-unità tal-M23 tiegħu li kien ipprova jaħrab f'Ġunju. It-tifel inqabad u ssawwat sal-mewt mill-ġellieda tal-M23 quddiem ir-rekluti l-oħra. Il-kmandant tal-M23 li ordna l-qtil tiegħu mbagħad allegatament qal lir-rekluti l-oħra ‘[h]uwa ried jabbandunana,’ bħala spjegazzjoni għaliex it-tifel inqatel. Ir-rapport jiddikjara wkoll li x-xhieda affermaw li tal-inqas 33 rekluta ġdid u ġellieda oħra tal-M23 inqatlu b'mod sommarju meta ppruvaw jaħarbu. Uħud minnhom ġew marbutin u sparawlhom quddiem rekluti oħrajn bħala eżempju tal-kastig li jistgħu jirċievu. Rekluta żagħżugħ qal lill-HRW, ‘[m]eta konna fl-M23, qalu [li kellna għażla] u stajna nibqgħu magħhom jew stajna mmutu. Ħafna nies ippruvaw jaħarbu. Uħud instabu u mbagħad dak wassal immedjatament għall-mewt tagħhom.’ Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013, f'Gasizi/Rubavu.

29.   Ntabo Ntaberi SHEKA

Deżinjazzjoni: Kap Kmandant, Nduma Defence of Congo, grupp Mayi Mayi Sheka

Data tat-Twelid: 4 ta' April 1976.

Post tat-Twelid: Territorju ta' Walikalele, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 28 ta' Novembru 2011.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Ntabo Ntaberi Sheka, Kap Kmandant tal-fergħa politika tal-Mayi Mayi Sheka, huwa l-mexxej politiku tal-grupp armat Kongoliż li jimpedixxi d-diżarm, id-demobilizzazzjoni, jew ir-reintegrazzjoni tal-ġellieda. Il-Mayi Mayi Sheka huwa grupp ta' milizzja bbażat fil-Kongo li jopera minn bażijiet fit-territorju ta' Walikale fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Il-grupp Mayi Mayi Sheka wettaq attakki fuq minjieri fil-Lvant tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, inkluż it-teħid tal-kontroll tal-minjieri ta' Bisiye u l-estorsjoni minn persuni tal-lokal. Ntabo Ntaberi Sheka wettaq ukoll ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati t-tfal. Ntabo Ntaberi Sheka ppjana u ordna sensiela ta' attakki fit-territorju ta' Walikale mit-30 ta' Lulju sat-2 ta' Awwissu 2010, biex jikkastiga l-popolazzjonijiet lokali akkużati li kkollaboraw mal-forzi tal-Gvern Kongoliż. Matul l-attakki, tfal ġew stuprati u maħtufin, soġġetti għal xogħol furzat u soġġetti għal trattament krudili, inuman jew degradanti. Il-grupp ta' milizzja Mayi Mayi Sheka wkoll jirrekluta bil-forza lis-subien u jżomm tfal fl-iskjeramenti tagħhom mill-attivitajiet ta' reklutaġġ.

30.   Bosco TAGANDA

(psewdonimu: a) Bosco Ntaganda, b) Bosco Ntagenda, c) General Taganda, d) Lydia, e) Terminator, f) Tango Romeo (Sinjal ta' sejħa), g) Romeo (Sinjal ta' sejħa), h) Major)

Indirizz: Goma, ir-RDK (Minn Ġunju 2011).

Data tat-Twelid: Bejn l-1973 u l-1974.

Post tat-Twelid: Bigogwe, ir-Rwanda.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR ‘Umoja Wetu’, ‘Kimia II’, u ‘Amani Leo’ fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, in-Netherlands. Fid-9 ta' Ġunju 2014, il-QKI ikkonfermat 13-il akkuża ta' delitti tal-gwerra u ħames akkużi ta' delitti kontra l-umanità kontrih; il-proċess huwa ppjanat li jibda fit-2 ta' Ġunju 2015.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kmandant militari tal-UPC/L, li jeżerċita influwenza fuq linji ta' politika u jżomm il-kmand u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-UPC/L, wieħed mill-gruppi armati u l-milizzji msemmija fil-paragrafu 20 tar-Riżoluzzjoni 1493 (2003), involut fit-traffikar tal-armi, bi ksur tal-embargo fuq l-armi. Huwa nħatar Ġeneral fil-FARDC f'Diċembru 2004 imma rrifjuta li jaċċetta l-promozzjoni, u għalhekk baqa' barra l-FARDC. Skont l-Uffiċċju tal-SRSG għat-Tfal u l-Konflitt Armat, huwa kien responsabbli għar-reklutaġġ u l-użu tat-tfal f'Ituri fl-2002 u l-2003, u kellu responsabbiltà diretta u/jew ta' kmand f'155 każ ta' reklutaġġ u użu tat-tfal fit-Tramuntana ta' Kivu mill-2002 sal-2009. Bħala Kap tal-Persunal tas-CNDP, kellu responsabbiltà diretta u ta' kmand għall-massakru f'Kiwanja (Novembru 2008). Imwieled fir-Rwanda, meta kien għadu tifel huwa mar joqgħod f'Nyamitaba, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Minn Ġunju 2011, huwa jgħix f'Goma u huwa s-sid ta' azjendi agrikoli kbar fiż-żona ta' Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu. Ġie maħtur Brigadier Ġenerali tal-FARDC permezz ta' Digriet Presidenzjali fil-11 ta' Diċembru 2004, wara l-ftehimiet ta' paċi ta' Ituri. Kien Kap tal-Persunal tas-CNDP u sar il-kmandant militari tas-CNDP minn mindu ġie arrestat Laurent Nkunda f'Jannar 2009. Minn Jannar 2009, Viċi Kmandant de facto tal-operazzjonijiet konsekuttivi kontra l-FDLR ‘Umoja Wetu’, ‘Kimia II’, u ‘Amani Leo’ fit-Tramuntana u n-Nofsinhar ta' Kivu. Daħal fir-Rwanda f'Marzu 2013, u ta ruħu volontarjament f'idejn l-uffiċjali tal-QKI f'Kigali fit-22 ta' Marzu. Ġie ttrasferit fil-QKI fl-Aja, fejn inqrawlu l-akkużi kontrih fi smigħ preliminari fis-26 ta' Marzu.

31.   Innocent ZIMURINDA

(psewdonimu: Zimulinda)

Deżinjazzjoni: a) M23, Bde Comd,

Grad: Kurunell, b) Kurunell fl-FARDC.

Indirizz: Rubavu, Mudende.

Data tat-Twelid: a) 1 ta' Settembru 1972, b) Bejn wieħed u ieħor fl-1975, c) 16 ta' Marzu 1972.

Post tat-Twelid: a) Ngungu, fit-territorju ta' Masisi, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK, b) Masisi, ir-RDK.

Nazzjonalità: Kongoliża.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Diċembru 2010.

Informazzjoni oħra: Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Skont diversi sorsi, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, fil-kapaċità tiegħu bħala wieħed mill-kmandanti tal-231 Brigata tal-FARDC, ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 rifuġjat Rwandi, il-biċċa l-kbira nisa u tfal, waqt operazzjoni militari fiż-żona ta' Shalio f'April 2009. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK irrapporta li xhieda kienu raw b'għajnejhom stess lil-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda jirrifjuta li jeħles lil tlitt itfal mill-kmand tiegħu f'Kahlehe, fid-29 ta' Awwissu 2009. Skont bosta sorsi, qabel l-integrazzjoni tas-CNDP fil-FARDC, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda, f'Novembru 2008 pparteċipa f'operazzjoni tas-CNDP li rriżultat fil-massakru ta' 89 pajżan, inklużi nisa u tfal, fir-reġjun ta' Kiwanja.

F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed jaħdmu fil-Lvant tar-RDK allegaw li Zimurinda kien responsabbli għal diversi abbużi kontra d-drittijiet tal-bniedem li kienu jinvolvu l-qtil ta' għadd kbir ta' pajżana, inklużi nisa u tfal, bejn Frar 2007 u Awwissu 2007. Fl-istess ilment, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda ġie akkużat li kien responsabbli għall-istupru ta' għadd kbir ta' nisa u bniet. Skont dikjarazzjoni tal-21 ta' Mejju 2010 mir-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Konflitt Armat, Innocent Zimurinda kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II. Skont l-istess dikjarazzjoni, huwa ċaħad l-aċċess lill-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) biex jiċċekkjaw it-truppi għal minorenni. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-KSNU RDK, il-Logutenent Kurunell Zimurinda għandu responsabbiltà diretta u ta' kmand għar-reklutaġġ ta' tfal u għaż-żamma ta' tfal fi truppi taħt il-kmand tiegħu. Ġie integrat fl-FARDC fl-2009 bħala Logutenent Kurunell, kmandant tal-brigata Kimia II Ops tal-FARDC, ibbażata fiż-żona ta' Ngungu. F'Lulju 2009, Zimurinda ġie promoss għal Kurunell u sar kmandant tas-Settur tal-FARDC f'Ngungu u sussegwentement f'Kitchanga fl-Operazzjonijiet FARDC Kimia II u Amani Leo. Waqt li Zimurinda ma deherx fl-ordinanza presidenzjali tar-RDK fil-31 ta' Diċembru 2010 fejn inħatru uffiċjali għolja tal-FARDC, Zimurinda de facto żamm il-pożizzjoni ta' kmand tiegħu tat-22 settur tal-FARDC f'Kitchanga u jżomm il-kariga u jilbes l-uniformi li ħarġet ġdida tal-FARDC. Huwa jibqa' leali għal Bosco Ntaganda. F'Diċembru 2010, attivitajiet ta' reklutaġġ li twettqu minn elementi taħt il-kmand ta' Zimurinda ġew iddenunzjati f'rapporti ta' sorsi miftuħa. Daħal fir-Repubblika tar-Rwanda fis-16 ta' Marzu 2013. Minn tard fl-2014, residenti fil-kamp ta' Ngoma, ir-Rwanda.

(b)

Lista ta' entitajiet imsemmija fl-Artikoli 3, 4, u 5.

1.   ADF

(psewdonimu: a) Allied Democratic Forces (Forzi Demokratiċi Alleati) b) Forces Démocratiques Alliées-Armée Nationale de Libération de l'Ouganda c) ADF/NALU d) NALU).

Indirizz: Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 30 ta' Ġunju 2014.

Informazzjoni Oħra: Minn Diċembru 2014, l-ADF inqasam f'diversi gruppi żgħar. Jamil Mukulu jmexxi grupp wieħed, li fih diversi mexxejja għolja tal-ADF, u jinsab f'post mhux magħruf, probabbilment fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. Seka Baluku jmexxi l-grupp ewlieni l-ieħor, li jopera fil-foresta fil-Grigal tal-belt ta' Beni fil-Provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. L-ADF għandu wkoll netwerk ta' appoġġ mifrux fir-RDK, fl-Uganda, fir-Rwanda, u possibilment f'pajjiżi oħrajn.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Forzi Demokratiċi Alleati (‘ADF’) inħoloq fl-1995 u jinsab fiż-żona muntanjuża tal-fruntiera bejn ir-RDK u l-Uganda. Skont ir-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (‘GOE’), hekk kif jikkwota lill-uffiċjali tal-Uganda u s-sorsi tan-NU, fl-2013 l-ADF kellhom saħħa stmata ta' bejn 1 200 sa 1 500 ġellied armat li jinsabu fit-territorju tal-Grigal ta' Beni tal-provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu, qrib il-fruntiera mal-Uganda. Dawn l-istess sorsi jistmaw is-sħubija totali tal-ADF — inklużi n-nisa u t-tfal — għal bejn 1 600 u 2 500. Minħabba l-operazzjonijiet militari offensivi mill-Forzi Armati Kongoliżi (FARDC) u l-Missjoni tal-Organizzazzjoni għall-Istabilizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK (MONUSCO) li saru fl-2013 u fl-2014, l-ADF ferrex il-ġellieda tiegħu f'bosta bażijiet iżgħar, u ċaqlaq lin-nisa u t-tfal għal żoni fil-Punent ta' Beni, u mal-fruntiera bejn Ituri u t-Tramuntana ta' Kivu. Il-kmandant militari tal-ADF huwa Hood Lukwago u l-kap suprem tiegħu huwa l-individwu li ġie milqut mis-sanzjonijiet Jamil Mukulu.

L-ADF wettaq ksur serju tal-liġi internazzjonali u l-UNSCR 2078 (2012), inkluż kif dettaljat hawn taħt.

L-ADF irrekluta u uża suldati tfal bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli (il-paragrafu 4(d) tal-UNSCR)

Ir-rapport finali tal-2013 tal-GOE iddikjara li l-GOE għamel intervista lil tliet ex ġellieda tal-ADF li kienu ħarbu matul l-2013 u li ddeskrivew kif dawk li jirreklutaw mill-ADF fl-Uganda jattiraw lin-nies lejn ir-RDK b'wegħdiet foloz ta' impjieg (għall-adulti) u edukazzjoni b'xejn (għat-tfal) u mbagħad iġegħluhom jingħaqdu mal-ADF. Skont ir-rapport tal-GOE ukoll, ex ġellieda tal-ADF qalu lill-GOE li l-gruppi ta' taħriġ tal-ADF tipikament jinkludu rġiel adulti u subien u żewġ subien li ħarbu mill-ADF fl-2013 qalu lill-GOE li huma kienu rċevew taħriġ militari mill-ADF. Ir-rapport tal-GOE jinkludi wkoll rakkont tat-taħriġ tal-ADF minn ‘ex suldat tifel tal-ADF’.

Skont ir-rapport finali tal-2012 tal-GOE, ir-rekluti tal-ADF jinkludu tfal, kif intwera mill-każ tal-persuna li tirrekluta tal-ADF li nqabad mill-awtoritajiet tal-Uganda f'Kasese ma' sitt subien fi triqtu lejn ir-RDK f'Lulju 2012.

Eżempju speċifiku tar-reklutaġġ tal-ADF u l-użu tat-tfal jidher f'ittra tas-6 ta' Jannar 2009 mill-Ex Direttur tal-Afrika tal-Human Rights Watch, Georgette Gagnon, lill-Ex Ministru tal-Ġustizzja tal-Uganda, Kiddhu Makubuyu, li tgħid li tifel bl-isem ta' Bushobozi Irumba ġie sekwestrat fl-età ta' disa' snin mill-ADF fl-2000. Huwa kellu jipprovdi trasport u servizzi oħra lil ġellieda tal-ADF.

Barra minn hekk, ‘The Africa Report’ ikkwotat allegazzjonijiet li l-ADF allegatament qed jirrekluta tfal mill-età żgħira ta' għaxar snin bħala suldati tfal u kelliem tal-Uganda People's Defence Force (UPDF) ġie kkwotat li ddikjara li l-UPDF salva 30 tifel minn kamp ta' taħriġ f'Buvuma Island f'Lake Victoria.

L-ADF wettaq ukoll għadd kbir ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u tad-dritt umanitarju internazzjonali kontra nisa u tfal, inkluż il-qtil, il-mankament u l-vjolenza sesswali (il-paragrafu 4(e) tal-UNSCR).

Skont ir-rapport finali tal-2013 tal-GOE, fl-2013 l-ADF attakka għadd kbir ta' rħula, li wassal biex aktar minn 66 000 persuna ħarbet lejn l-Uganda. Dawn l-attakki naqqsu l-popolazzjoni ta' żona kbira, li minn dak iż-żmien l-ADF qed jikkontrolla billi jaħtaf jew joqtol persuni li jirritornaw fl-irħula tagħhom. Bejn Lulju u Settembru 2013, l-ADF qata' ras mill-inqas ħames persuni fiż-żona ta' Kamango, spara lil ħafna oħrajn, u ssekwestra għexieren oħra. Dawn l-azzjonijiet itterrorizzaw lill-popolazzjoni lokali u żamm lin-nies lura milli jirritornaw lejn darhom.

Il-Global Horizontal Note, mekkaniżmu ta' monitoraġġ u rappurtar ta' ksur serju kontra t-tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat — irrapporta lill-Grupp ta' Ħidma tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati (CAAC) li matul il-perijodu ta' rappurtar minn Ottubru sa Diċembru 2013, l-ADF kien responsabbli għal 14 mit-18-il persuna maqtula ddokumentati, inkluż f'inċident fil-11 ta' Diċembru 2013, fit-territorju Beni, it-Tramuntana ta' Kivu, meta l-ADF attakka il-villaġġ ta' Musuku, fejn qatel 23 persuna, inkluż 11-il tifel u tifla (tlett ibniet u tmien subien), ta' età bejn xahrejn u 17-il sena. Il-vittmi kollha kienu ġew mutilati b'mod sever bil-machetes, inklużi żewġt itfal li ssalvaw mill-attakk.

Ir-Rapport ta' Marzu 2014 tas-Segretarju Ġenerali dwar Vjolenza Sesswali Relatata ma' Konlitt jidentifika lill-Forzi Demokratiċi Alleati — Armata Nazzjonali għal-Liberazzjoni tal-Uganda fuq il-lista tiegħu ta' ‘Partijiet issuspettati b'mod kredibbli li wettqu jew li kienu responsabbli għal stupru jew forom oħra ta' vjolenza sesswali f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat.’

L-ADF ipparteċipa wkoll f'attakki kontra forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO (il-paragrafu 4(i) tal-UNSCR).

Fl-aħħar nett, il-Missjoni tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (MONUSCO) irrappurtat li l-ADF wettaq mill-inqas żewġ attakki fuq il-forzi taż-żamma tal-paċi tal-MONUSCO. L-ewwel wieħed, fl-14 ta' Lulju 2013, kien attakk fuq pattulja tal-MONUSCO fit-triq bejn Mbau u Kamango. Dettalji dwar dan l-attakk jinsabu fir-rapport finali tal-2013 tal-GOE. It-tieni attakk seħħ fit-3 ta' Marzu 2014. Vettura tal-MONUSCO ġiet attakkata bil-granati għaxar kilometri mill-ajruport Mavivi f'Beni, li rriżulta fit-tidrib ta' ħames membri tal-forzi taż-żamma tal-paċi.

2.   BUTEMBO AIRLINES (BAL)

Indirizz: Butembo, RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Kisoni Kambale (miet fil-5 ta' Lulju 2007 u sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008) uża l-kumpannija tal-ajru tiegħu biex jittrasporta deheb tal-FNI, razzjonijiet u armi bejn Mongbwalu u Butembo. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija tal-ajru privata, topera minn Butembo. Minn Diċembru 2008, il-BAL ma għadx għandha liċenzja biex topera inġenji tal-ajru fir-RDK.

3.   COMPAGNIE AERIENNE DES GRANDS LACS (CAGL); GREAT LAKES BUSINESS COMPANY (GLBC)

(psewdonimu: CAGL)

Indirizz: a) Avenue Président Mobutu, Goma, ir-RDK, b) Gisenyi, ir-Rwanda, c) PO BOX 315, Goma, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

CAGL u GLBC huma kumpanniji li huma l-proprjetà ta' Douglas MPAMO, individwu li huwa diġà soġġett għal sanzjonijiet skont ir-Riżoluzzjoni 1596 (2005). CAGL u GLBC intużaw għat-trasport ta' armi u munizzjon bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Minn Diċembru 2008, GLBC ma kienx baqagħlha inġenji tal-ajru operattivi, għalkemm diversi inġenji tal-ajru komplew itiru fl-2008 minkejja sanzjonijiet tan-NU.

4.   CONGOMET TRADING HOUSE

Indirizz: Data tad-deżinjazzjoni tan-NU:

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Congomet Trading House (li preċedentement kienet imniżżla fil-lista bħala Congocom) kienet proprjetà ta' Kisoni Kambale (li miet fil-5 ta' Lulju 2007 u li sussegwentement tneħħa mil-lista fl-24 ta' April 2008). Kambale kiseb kważi l-produzzjoni kollha tad-deheb fid-distrett ta' Mongbwalu, li kien ikkontrollat mill-FNI. L-FNI kiseb dħul sostanzjali mit-taxxi imposti fuq din il-produzzjoni. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). M'għadhiex teżisti bħala kumpannija tan-negozju tad-deheb f'Butembo, it-Tramuntana ta' Kivu.

5.   FORCES DEMOCRATIQUES DE LIBERATION DU RWANDA (FDLR)

(psewdonimu: a) FDLR, b) Force Combattante Abacunguzi, c) Combatant Force for the Liberation of Rwanda (Forza Kombattenti għal-Liberazzjoni tar-Rwanda), d) FOCA)

Indirizz: a) it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK b) in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni oħra: Indirizz elettroniku: Fdlr@fmx.de; fldrrse@yahoo.fr; fdlr@gmx.net; fdlrsrt@gmail.com; humura2020@gmail.com

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

L-FDLR huwa wieħed mill-akbar gruppi armati barranin li joperaw fit-territorju tar-RDK. Il-grupp ġie ffurmat fl-2000, u wettaq ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'konflitt armat, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali u l-ispostament furzat. Skont rapport tal-2010 minn Amnesty International, il-FDLR kienu responsabbli għall-qtil ta' sitta u disgħin persuna ċivili f'Busurguni, fit-territorju ta' Walikale. Uħud mill-vittmi ġew maħruqin ħajjin f'darhom. Skont l-istess sors, f'Ġunju 2010, ċentru mediku ta' NGO irrapporta madwar sittin każ fix-xahar ta' tfajliet u nisa li kienu ġew stuprati fin-nofsinhar tat-territorju ta' Lubero, fit-Tramuntana ta' Kivu minn gruppi armati inkluż l-FDLR. Skont rapport tal-20 ta' Diċembru 2010 mill-Human Rights Watch (HRW), kien hemm evidenza dokumentata li l-FDLR attivament kienu qed jirreklutaw it-tfal. Il-HRW identifika tal-inqas 83 tifel Kongoliż taħt l-età ta' 18-il sena, uħud fl-età żgħira ta' 14-il sena, li ġew reklutati bil-forza mill-FDLR. F'Jannar tal-2012, l-HRW irrapporta li kombattenti tal-FDLR attakkaw għadd kbir ta' rħula fit-territorju ta' Masisi, u qatlu sitt persuni ċivili, stupraw żewġ nisa, u ħatfu tal-inqas 48 persuna.

Skont rapport ta' Ġunju 2012 mill-HRW, f'Mejju 2012 ġellieda tal-FDLR attakkaw persuni ċivili f'Kamananga u Lumenje, fil-provinċja tan-Nofsinhar ta' Kivu, kif ukoll f'Chambucha, territorju ta' Walikale, u rħula fiż-żona ta' Ufumandu tat-territorju ta' Masisi, provinċja tat-Tramuntana ta' Kivu. F'dawn l-attakki, ġellieda tal-FDLR b'machetes u skieken qattgħu għall-mewt għexieren ta' persuni ċivili, inklużi ħafna tfal. Skont ir-Rapport ta' Ġunju 2012 tal-Grupp ta' Esperti, l-FDLR attakka diversi rħula fin-Nofsinhar ta' Kivu mill-31 ta' Diċembru 2011 sal-4 ta' Jannar 2012. Investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li tal-inqas 33 persuna, inklużi 9 itfal u 6 nisa, kienu nqatlu, jew maħruqin ħajjin, dekapitati jew billi sparawlhom matul l-attakk. Barra minn hekk, ġew stuprati mara u tifla. Ir-Rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Ġunju 2012 jistqarr ukoll li investigazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kkonfermat li l-FDLR immassakra tal-inqas 14-il persuna ċivili, inklużi 5 nisa u 5 itfal fin-Nofsinhar ta' Kivu f'Mejju 2012. Skont ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012, in-NU iddokumenta tal-inqas 106 inċident ta' vjolenza sesswali mwettaq mill-FDLR bejn Diċembru 2011 u Settembru 2012. Ir-rapport tal-Grupp ta' Esperti ta' Novembru 2012 jinnota li, skont investigazzjoni tan-NU, l-FDLR stupra seba' nisa fil-lejl tal-10 ta' Marzu 2012, inkluża minorenni, f'Kalinganya, fit-territorju ta' Kabare. L-FDLR reġa' attakka r-raħal fl-10 ta' April 2012 u stupra tlieta min-nisa għat-tieni darba. Ir-rapport ta' Novembru 2012 tal-Grupp ta' Esperti jirrapporta wkoll il-qtil ta' 11-il persuna mill-FDLR f'Bushibwambombo, Kalehe fis-6 ta' April 2012, u l-involviment tal-FDLR fil-qtil ta' 19-il persuna oħra fit-territorju Masisi, inklużi ħames minorenni u sitt nisa, f'Mejju. Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari.

Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali, is-sekwestru, u l-ispostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

6.   M23

(Psewdonimu: Mouvement du 23 mars).

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 31 ta' Diċembru 2012.

Informazzjoni Oħra: Indirizz elettroniku: mouvementdu23mars1@gmail.com

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Il-Mouvement Du 23 Mars (M23) huwa grupp armat li jopera fir-RDK li rċieva armi u materjal relatat, inkluż konsulenza, taħriġ u assistenza relatata ma' attivitajiet militari. Diversi testimonjanzi ta' xhieda jiddikjaraw li l-M23 jirċievi fornimenti militari ġenerali mir-Rwandan Defense Forces (RDF) fil-forma ta' armi u munizzjon barra minn appoġġ materjali għal operazzjonijiet ta' ġlied. L-M23 kien kompliċi u responsabbli għat-twettiq ta' ksur serju tad-dritt internazzjonali li jinvolvi li jiġu mmirati nisa u tfal f'sitwazzjonijiet ta' konflitt armat fir-RDK, inkluż il-qtil u l-immankar, il-vjolenza sesswali, is-sekwestru, u l-ispostament furzat. Skont għadd kbir ta' rapporti, investigazzjonijiet, u testimonjanzi minn xhieda, l-M23 kien responsabbli għat-twettiq ta' massakri ta' persuni ċivili, kif ukoll għall-istupru ta' nisa u tfal f'diversi reġjuni fir-RDK. Diversi rapporti jindikaw li ġellieda tal-M23 wettqu 46 stupru ta' nisa u bniet, li l-iżgħar fosthom kellha 8 snin. Barra mir-rapporti ta' vjolenza sesswali, l-M23 wettaq ukoll kampanji estensivi ta' reklutaġġ furzat ta' tfal fi ħdan il-grupp. Huwa stmat li minn Lulju 2012, fit-territorju ta' Rutshuru fil-Lvant tar-RDK biss, l-M23 wettaq ir-reklutaġġ furzat ta' 146 żagħżugħ u tifel. Uħud mill-vittmi kellhom biss 15-il sena. L-atroċitajiet imwettqin mill-M23 kontra l-popolazzjoni ċivili tar-RDK, kif ukoll il-kampanja ta' reklutaġġ furzat tal-M23, u l-fatt li dan irċieva armi u assistenza militari kkontribwixxa b'mod drammatiku għall-instabbiltà u l-kunflitt fir-reġjun u f'xi każi, kisru d-dritt internazzjonali.

7.   MACHANGA LTD

Indirizz: Plot 55 A, Upper Kololo Terrace, Kampala, l-Uganda.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarji ta' Machanga baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Machanga xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb (Diretturi: is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Fl-2010, assi li jappartjenu għal Machanga, miżmuma fil-kont tal-Emirates Gold, ġew iffriżati mill-Bank of Nova Scotia Mocatta (UK). Il-proprjetarju preċedenti ta' Machanga, Rajendra Kumar, u ħuh Vipul Kumar, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

8.   TOUS POUR LA PAIX ET LE DEVELOPPEMENT (NGO)

(psewdonimu: TPD)

Indirizz: Goma, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RDK.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 1 ta' Novembru 2005.

Informazzjoni oħra: Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment waqqfu l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President huwa Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Implikata fil-ksur tal-embargo fuq l-armi billi provdiet għajnuna lill-RCD-G, b'mod partikolari billi forniet trakkijiet għat-trasport tal-armi u t-truppi, kif ukoll billi ttrasportat armi għad-distribuzzjoni lil partijiet tal-popolazzjoni f'Masisi u Rutshuru, fit-Tramuntana ta' Kivu, fil-bidu tal-2005. Goma, b'kumitati provinċjali fin-Nofsinhar ta' Kivu, f'Kasai Oċċidentali, Kasai Orjentali u Maniema. Uffiċjalment waqqfu l-attivitajiet kollha mill-2008. Fil-prattika, minn Ġunju 2011 l-uffiċċji tat-TPD huma miftuħa u involuti f'każijiet relatati mar-ritorn ta' persuni spostati f'pajjiżhom (IDP), inizjattivi ta' rikonċiljazzjoni tal-komunità, soluzzjonijiet ta' konflitti dwar artijiet, eċċ. Il-President tat-TPD huwa Eugene Serufuli u l-Viċi President huwa Saverina Karomba. Membri importanti jinkludu d-deputati provinċjali tat-Tramuntana ta' Kivu Robert Seninga u Bertin Kirivita.

9.   UGANDA COMMERCIAL IMPEX (UCI) LTD

Indirizz: a) Plot 22, Kanjokya Street, Kamwokya, Kampala, Uganda (Tel. +256 41 533 578/9), b) PO BOX 22709, Kampala, Uganda.

Data tad-deżinjazzjoni min-NU: 29 ta' Marzu 2007.

Informazzjoni oħra: Kumpannija li tesporta d-deheb. (Diretturi s-Sur Jamnadas V. LODHIA — magħruf bħala ‘Chuni’- u t-tfal tiegħu s-Sur Kunal J. LODHIA u Jitendra J. LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ingħalqu. Id-diretturi ta' UCI baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.

Informazzjoni addizzjonali mit-taqsira narrattiva tar-raġunijiet għall-elenkar ipprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

UCI xtrat id-deheb permezz ta' relazzjoni kummerċjali regolari ma' kummerċjanti fir-RDK li kienu konnessi mill-qrib mal-milizzji. Dan jikkostitwixxi ‘l-għoti ta' għajnuna’ lil gruppi armati illegali bi ksur tal-embargo fuq l-armi tar-Riżoluzzjonijiet 1493 (2003) u 1596 (2005). Kumpannija li tesporta d-deheb. (Ex diretturi s-Sur J.V. LODHIA — magħruf bħala ‘Chuni’- u ibnu s-Sur Kunal LODHIA). F'Jannar 2011, l-awtoritajiet tal-Uganda nnotifikaw lill-Kumitat li wara eżenzjoni fuq il-holdings finanzjarji tagħha, l-Emirates Gold ħallset lura d-dejn tal-UCI lil Crane Bank f'Kampala, li wassal biex il-kontijiet tagħha ngħalqu. Il-proprjetarju preċedenti ta' UCI, J.V. Lodhia u ibnu Kumal Lodhia, baqgħu involuti fix-xiri ta' deheb mil-Lvant tar-RDK.”


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/63


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/621

tal-20 ta' April 2015

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) u 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(2)

Il-Kunsill wettaq rieżami tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK, f'konformità mal-Artikolu 10(3) tagħha.

(3)

Il-Kunsill iddetermina li l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) għandha tinżamm għal ħamsa mill-persuni inklużi fil-lista.

(4)

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, permezz tas-sentenza tagħha fl-14 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-406/13 (2), annullat id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK (3), sa fejn din kienet tikkonċerna lis-Sur Marcel Gossio. B'segwitu għal dak l-annullament, l-entrata li tikkonċerna lil Marcel Gossio għandha titneħħa wkoll mill-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(5)

Fis-26 ta' Frar 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit bis-saħħa tar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) li jikkonċerna l-Côte d'Ivoire neħħa persuna waħda mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 12 ta' dik ir-Riżoluzzjoni. L-entrata għal dik il-persuna għandha titneħħa mill-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(6)

Barra minn hekk, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet aġġorna l-entrati l-oħra għall-persuni soġġetti għall-miżuri imposti mill-paragrafi 9 u 12 tar-Riżoluzzjoni 1572 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.

(7)

Il-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK huwa emendat kif indikat fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-20 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.

(2)  Sentenza tal-14 ta' Jannar 2015 fil-Kawża T-406/13, Gossio vs Il-Kunsill.

(3)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK tat-12 ta' Mejju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 108).


ANNESS I

“ANNESS I

Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1)(a) u l-Artikolu 5(1)(a)

1.   Isem: CHARLES BLÉ GOUDÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 1.1.1972, PTT: (a) Guibéroua, Gagnoa, Kosta tal-Avorju, (b) Niagbrahio/Guiberoua, Kosta tal-Avorju, (c), Guiberoua, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: (a) Génie de kpo, (b) Gbapé Zadi, Psewdonimu inqas affidabbli: Général Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-passaport: (a) 04LE66241, maħruġ fl-10.11.2005, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 9.11.2008), (b) AE/088 DH 12, maħruġ fl-20.12.2002, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 11.12.2005), (c) 98LC39292, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 23.11.2003), Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: (a) Yopougon Selmer, Bloc P 170, Abidjan, Kosta tal-Avorju, (b) c/o Hotel Ivoire, Abidjan, Kosta tal-Avorju, (c) Cocody (suburb), Abidjan, Kosta tal-Avorju (Indirizz iddikjarat fuq id-dokument tal-ivvjaġġar nru C2310421 maħruġ fl-Iżvizzera fil-15.11.2005 u validu sal-31.12.2005), Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-COJEP (‘Żgħażagħ Patrijotti’), dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jippromwovu l-vjolenza kontra l-installazzjonjiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u kontra persuni barranin; tmexxija f'atti ta' vjolenza mill-milizzji fit-toroq, inkluż swat, stupri u qtil extraġudizzjarju u l-parteċipazzjoni fihom; intimidazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Grupp ta' Ħidma Internazzjonali (IWG — International Working Group), l-oppożizzjoni politika u l-istampa indipendenti; sabotaġġ tal-istazzjonijiet tar-radju internazzjonali; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-Operazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosta tal-Avorju, (UNOCI), il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

3.   Isem: EUGÈNE N'GORAN KOUADIO DJUÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: (a) 1.1.1966, (b) 20.12.1969, PTT: Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: 04 LE 017521, maħruġ fl-10.2.2005 (Data ta' skadenza: 10.2.2008), Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Union des Patriotes pour la Libération Totale de la Kosta tal-Avorju (UPLTCI). Dikjarazzjonijiet pubbliċi ripetuti li jippromwovu l-vjolenza kontra l-installazzjonjiet u l-persunal tan-Nazzjonijiet Uniti, u kontra persuni barranin; tmexxija f'atti ta' vjolenza mill-milizzji fit-toroq, inkluż swat, stupri u qtil extraġudizzjarju u parteċipazzjoni fihom; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

4.   Isem: MARTIN KOUAKOU FOFIÉ

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 1.1.1968, PTT: BOHI, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: (a) 2096927, maħruġ fis-17.3.2005, maħruġ f'Burkina Faso, (b) CNB N.076, maħruġ fis-17.2.2003, maħruġ f'Burkina Faso (Ċertifikat ta' Nazzjonalità ta' Burkina Faso), (c) 970860100249, maħruġ fil-5.8.1997, maħruġ fil-Kosta tal-Avorju, (Data ta' skadenza: 5.8.2007), Indirizz: Inkluż fil-lista fi: 7.2.2006.

Tagħrif ieħor:

Isem il-missier: Yao Koffi FOFIE. Isem l-omm: Ama Krouama KOSSONOU.

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Kap Kapural, Kmandant tal-Forza l-Ġdida, Settur ta' Korhogo. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu huma impenjati fir-reklutaġġ ta' suldati tfal, ħtif ta' persuni, imponiment ta' xogħol furzat, abbuż sesswali tan-nisa, arresti arbitrarji u qtil extraġudizzjarju, li jmorru kontra l-konvenzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali; ostakolar tal-azzjoni tal-IWG, l-UNOCI, il-Forzi Franċiżi u għall-proċess ta' paċi kif definit bir-Riżoluzzjoni 1643 (2005).

5.   Isem: LAURENT GBAGBO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 31.5.1945, PTT: Gagnoa, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ex-President tal-Kosta tal-Avorju: ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali.

6.   Isem: SIMONE GBAGBO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 20.6.1949, PTT: Moossou, Grand-Bassam, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: m/d, Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluża fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: President tal-Grupp Parlamentari tal-Front Popolari Avorjan (FPA): ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, inċitament pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza.

8.   Isem: DÉSIRÉ TAGRO

Titlu: m/d, Kariga: m/d, DTT: 27.1.1959, PTT: Issia, Kosta tal-Avorju, Psewdonimu affidabbli: m/d, Psewdonimu inqas affidabbli: m/d, Nazzjonalità: Avorjan, Nru tal-Passaport: AE 065FH08 Nru tal-identifikazzjoni nazzjonali: m/d, Indirizz: m/d, Inkluż fil-lista fi: 30.3.2011.

Tagħrif ieħor:

Miet fit-12.4.2011 f'Abidjan.

Is-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Segretarju Ġenerali tal-hekk imsejħa ‘presidenza’ tas-Sur Gbagbo: parteċipazzjoni fil-gvern illeġittimu tas-Sur Gbagbo, ostakolar tal-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni, ċaħda tar-riżultati tal-elezzjoni presidenzjali, parteċipazzjoni f'ripressjonijiet vjolenti ta' movimenti popolari.”


ANNESS II

L-entrata fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK titneħħa għall-persuna li ġejja:

Marcel GOSSIO.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/67


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont il-liġi internazzjonali ppubblikata. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus NU/KEE TRANS/WP.29/343, li jinsab fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 118 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Il-preskrizzjonijiet tekniċi uniformi dwar l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant, ċerti materjali użati fil-kostruzzjoni ta' ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur [2015/622]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Is-suppliment 1 għas-serje ta' emendi 02 — Data tad-dħul fis-seħħ: fit-3 ta' Novembru 2013.

WERREJ

IR-REGOLAMENT

1.

Il-kamp ta' applikazzjoni

2.

Id-definizzjonijiet: Ġenerali

3.

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

L-approvazzjoni

5.

Parti I: L-approvazzjoni ta' tip ta' vettura rigward l-imġiba tal-ħruq l-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna, u f'kull kompartiment separat tat-tisħin, u/jew il-kapaċità tal-materjali li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin, li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

6.

Parti II: L-approvazzjoni ta' komponent rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità tiegħu li jirreżisti l-karburant jew il-lubrikant

7.

Il-modifikazzjoni tat-tip u l-estenzjoni tal-approvazzjoni

8.

Il-konformità tal-produzzjoni

9.

Il-penali għan-nuqqas ta' konformità fil-produzzjoni

10.

Il-produzzjoni mwaqqfa għalkollox

11.

L-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip

12.

Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali

ANNESSI

1

Id-dokument ta' informazzjoni dwar il-vettura

2

Id-dokument ta' informazzjoni dwar il-komponent

3

Il-komunikazzjoni (dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura)

4

Il-komunikazzjoni (dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' komponent)

5

L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

6

It-test li jiddetermina r-rata tal-ħruq orizzontali tal-materjali

7

It-test li jiddetermina l-mod tat-tidwib tal-materjali

8

It-test li jiddetermina r-rata tal-ħruq vertikali tal-materjali

9

It-test li jiddetermina l-kapaċità tal-materjali li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

1.1.   Dan ir-Regolament japplika għall-imġiba tal-ħruq (kemm jaqbdu, jinħarqu, u jdubu malajr) il-materjali li jintużaw fil-vetturi tal-kategoriji M3, il-Klassijiet II u III (1), u kemm huma kapaċi jirreżistu l-karburanti u l-lubrikanti.

L-approvazzjonijiet tat-tip jingħataw skont:

1.2.

Parti I — L-approvazzjoni ta' tip ta' vettura rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità li jirreżistu l-karburanti u l-lubrikanti tal-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin.

1.3.

Parti II — L-approvazzjoni tal-komponenti li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin rigward l-imġiba tal-ħruq u/jew il-kapaċità tagħhom li jirreżisti l-karburanti u l-lubrikanti.

2.   ID-DEFINIZZJONIJIET: ĠENERALI

2.1.

“Manifattur” tfisser il-persuna jew il-korp responsabbli quddiem l-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni biex tiġi żgurata l-konformità tal-produzzjoni. Mhuwiex essenzjali li l-persuna jew il-korp ikunu involuti b'mod dirett fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni tal-vettura jew tal-komponent li huwa s-suġġett tal-proċess ta' approvazzjoni.

2.2.

“Kompartiment ta' ġewwa” tfisser kull kompartiment maħsub għall-passiġġieri, għas-sewwieqa u/jew għall-ekwipaġġ, li jkun infurrat minn ġewwa fuq dawn il-faċċati:

(a)

Is-saqaf;

(b)

L-art;

(c)

Il-faċċati ta' quddiem, ta' wara u tal-ġnub,

(d)

Il-bibien;

(e)

Il-ħġieġ tat-twieqi li jagħtu għal barra.

2.3.

“Il-kompartiment tal-magna” tfisser il-kompartiment fejn tkun installata l-magna u fejn jista' jkun hemm ukoll ħiter tal-kombustjoni.

2.4.

“Kompartiment separat tat-tisħin” tfisser kompartiment għall-ħiter tal-kombustjoni li jkun barra l-kompartimenti ta' ġewwa u tal-magna.

2.5.

“Materjali tal-produzzjoni” tfisser prodotti, f'għamla ta' materjali kbar (eż. rollijiet ta' tapizzerija) jew komponenti preformati li jiġu fornuti lill-manifattur biex jiddaħħlu f'tip ta' vettura li jkun approvat skont dan ir-Regolament, jew fornuti lil garaxx biex jintużaw għat-tiswija jew għall-manutenzjoni tal-vetturi.

2.6.

“Sit” tfisser struttura li tista' tkun jew ma tkunx integrali mal-istruttura tal-vettura, kompluta bit-tapizzerija, maħsuba biex fuqha toqgħod bilqiegħda persuna adulta waħda. It-terminu jkopri kemm sit individwali kif ukoll parti minn sit forma ta' bank maħsub biex tpoġġi fuqu persuna adulta waħda.

2.7.

“Grupp ta' sits” tfisser sit forma ta' bank, jew sits li huma separati iżda maġenb xulxin (jiġifieri bl-ankraġġi ta' quddiem ta' sit wieħed bi dritt jew quddiem l-ankraġġi ta' wara u bi dritt jew wara l-ankraġġi ta' quddiem ta' sit ieħor) u li jakkomodaw persuna waħda adulta jew iktar minn persuna waħda bilqiegħda.

2.8.

“Sit f'forma ta' bank” tfisser struttura kompluta b'kollox, maħsuba biex fuqha jpoġġu aktar minn persuna adulta waħda.

2.9.

“Materjal installat f'pożizzjoni vertikali” tfisser materjali li jkunu installati fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u f'xi kompartiment tat-tisħin, li l-inklinazzjoni tiegħu tkun aktar minn 15 fil-mija mil-linja orizzontali meta l-massa tal-vettura tkun iċċentrata fl-istat tal-ġiri u l-vettura tkun fuq art orizzontali lixxa.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' vettura jew ta' tip ta' komponent fir-rigward ta' dan ir-Regolament għandha tiġi ppreżentata mill-manifattur.

3.2.   Għandha tkun akkumpanjata minn dokument tal-informazzjoni li jikkonforma mal-mudell li jidher fl-Anness 1 jew l-Anness 2.

3.3.   Dawn li ġejjin għandhom jiġu pprezentati lis-Servizz Tekniku responsabbli mit-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip:

3.3.1.

Fil-każ ta' approvazzjoni ta' vettura: vettura rappreżentattiva tat-tip li jrid jiġi approvat.

3.3.2.

Fil-każ ta' komponenti li t-tip tagħhom huwa diġà approvat: fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura għandha tiħi inkluża lista tan-numri tal-approvazzjoni tat-tip u tal-ispeċifikazzjonijiet tat-tip mill-manifattur tal-partijiet ikkonċernati, għandha tiġi inkluża;

3.3.3.

Fil-każ ta' komponenti li għad ma għandhomx approvazzjoni tat-tip:

3.3.3.1.

Kampjuni, li n-numru tagħhom huwa speċifikat fl-Annessi 6 sa 9, tal-komponenti użati fil-vetturi, li jirrappreżentaw it-tip li jrid jiġi approvat;

3.3.3.2.

Barra minn hekk, għandu jiġi ppreżentat kampjun wieħed lis-Servizz Tekniku biex iservi bħala referenza fil-futur;

3.3.3.3.

Għal apparati bħal sits, purtieri, ħitan diviżorji, eċċ, il-kampjuni speċifikati fil-paragrafu 3.3.3.1 flimkien ma' apparat wieħed sħiħ, kif imsemmi qabel.

3.3.3.4.

Il-kampjuni jridu jiġu mmarkati b'mod ċar u li ma jitħassarx bl-isem jew il-marka kummerċjali tal-applikant u bl-indikazzjoni tat-tip.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip ippreżentat għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jilħaq ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjoni ta' dak it-tip għandha tingħata.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ ċifri tiegħu (bħalissa 02 li jikkorrispondi mas-serje ta' emendi 02 ) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li jinkludu l-aktar emendi tekniċi prinċipali riċenti li jkunu saru għar-Regolament fiż-żmien meta tingħata l-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lil tip ieħor ta' vettura jew ta' komponent, kif iddefinit f'dan ir-Regolament.

4.3.   Għandha tiġi kkomunikata notifika tal-approvazzjoni jew tal-estenzjoni tal-approvazzjoni ta' tip skont dan ir-Regolament lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' waħda mill-formoli konformi mal-mudelli fl-Annessi 3 jew 4, kif applikabbli, skont dan ir-Regolament.

4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma mat-tip approvat skont dan ir-Regolament, għandu jkun hemm imwaħħal, fejn jidher sew u f'post faċilment aċċessibbli li jkun ġie speċifikat fil-formola tal-approvazzjoni, marka internazzjonali tal-approvazzjoni li jkun fiha:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, “I” li jindika l-Parti I ta' dan ir-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.4.3.

Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip approvat skont Regolament wieħed jew iżjed annessi mal-Ftehim fil-pajjiż li ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1. ma għandux għalfejn jiddaħħal darba oħra; f'dak il-każ, ir-Regolamenti li skonthom tkun ħarġet l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jitqiegħed f'kolonni weqfin fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.4.4.

Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u trid tkun ma titħassarx.

4.4.5.

Il-marka tal-approvazzjoni trid titqiegħed qrib il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur, jew fuqha.

4.5.   Il-materjali tal-produzzjoni ma għandhomx jiġu mmarkati individwalment. Madankollu, l-imballaġġ tagħhom għandu jkun immarkat bil-marka tal-approvazzjoni internazzjonali fl-għamla li ġejja:

4.5.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit min-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

4.5.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, “II” li jindika l-Parti II ta' dan ir-Regolament, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.3.

Viċin iċ-ċirku:

4.5.3.1.

Simboli li juru d-direzzjoni għall-installazzjoni tal-materjal:

Image

Għad-direzzjoni orizzontali (ara l-para. 6.2.1);

Image

Għad-direzzjoni vertikali (ara l-para. 6.2.3 u 6.2.4);

Image

Għad-direzzjonijiet orizzontali u vertikali (ara l-para. 6.2.1, 6.2.3 u 6.2.4).

4.5.3.2.

Is-simbolu “V” li juri li l-materjal jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.

4.5.4.

Il-marka tal-approvazzjoni trid tkun tista' tinqara b'mod ċar u trid tkun ma titħassarx.

4.6.   Il-komponenti jistgħu jkunu mmarkati bil-marka tal-approvazzjoni preskritta fil-paragrafu 4.5.

4.6.1.   Jekk il-komponenti sħaħ bħalma huma s-sits, il-ħitan diviżorji, l-ixtillieri tal-bagalji, eċċ. jkunu mmarkati, din il-marka għandu jkun fiha s-simbolu “CD” li juri li l-komponent ġie approvat bħala biċċa sħiħa kif inhu.

4.7.   L-Anness 5 ta' dan ir-Regolament jagħti l-eżempji ta' kif iridu jitpoġġew il-marki tal-approvazzjoni.

5.   PARTI I: L-APPROVAZZJONI TA' TIP TA' VETTURA RIGWARD L-IMĠIBA TAL-ĦRUQ L-KOMPONENTI LI JINTUŻAW FIL-KOMPARTIMENT TA' ĠEWWA, FIL-KOMPARTIMENT TAL-MAGNA, U F'KULL KOMPARTIMENT SEPARAT TAT-TISĦIN, U/JEW IL-KAPAĊITÀ TAL-MATERJALI LI JINTUŻAW FIL-KOMPARTIMENT TAL-MAGNA U F'KULL KOMPARTIMENT SEPARAT TAT-TISĦIN, LI JIRREŻISTU L-KARBURANT JEW IL-LUBRIKANT

5.1.   Definizzjoni

Għall-iskop tal-Parti I ta' dan ir-Regolament,

5.1.1.

“Tip ta' vettura” tfisser vetturi li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħall-isem tat-tip tal-manifattur.

5.2.   Speċifikazzjonijiet

5.2.1.   Il-materjali fil-kompartiment ta' ġewwa u mhux iktar minn 13-il mm 'il barra minnu, il-materjali tal-kompartiment tal-magna u l-materjali ta' kull kompartiment tat-tisħin, li jintużaw fil-vettura li trid tiġi approvata għat-tip, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Parti II ta' dan ir-Regolament.

5.2.2.   Il-materjali u/jew it-tagħmir li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment tat-tisħin separat u/jew fl-apparat approvat bħala komponenti, iridu jiġu installati b'mod li jnaqqsu r-riskju li n-nar jaqbad u jinfirex.

5.2.3.   Dawn il-materjali u/jew it-tagħmir iridu jiġu installati skont l-iskopijiet li jkunu maħsuba għalihom u skont it-test(ijiet) li jkunu għaddew minnhom (ara l-paragrafi 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5, 6.2.6, u 6.2.7), speċjalment fir-rigward tal-mod kif jinħaraq u tat-tidwib tagħhom (direzzjoni orizzontali/vertikali) u/jew rigward il-kapaċità tagħhom li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant.

5.2.4.   Kull aġent adeżiv li jintuża biex jitwaħħal il-materjal intern mal-istruttura tas-sostenn tiegħu m'għandux, kemm jista' jkun, jaggrava l-mod ta' kif jinħaraq il-materjal.

6.   PARTI II: L-APPROVAZZJONI TA' KOMPONENT RIGWARD L-IMĠIBA TAL-ĦRUQ U/JEW IL-KAPAĊITÀ TIEGĦU LI JIRREŻISTI L-KARBURANT JEW IL-LUBRIKANT

6.1.   Definizzjonijiet

Għall-iskop tal-Parti II ta' dan ir-Regolament,

6.1.1.

“Tip ta' komponent” tfisser komponenti li ma jvarjawx f'aspetti essenzjali bħal:

6.1.1.1.

L-isem tat-tip tal-manifattur;

6.1.1.2.

l-użu maħsub (tapizzerija tas-sits, il-kisi tas-saqaf, l-iżolament eċċ),

6.1.1.3.

Il-materjali bażiċi (eż. suf, plastik, lastiku, materjali mħallta),

6.1.1.4.

L-għadd ta' saffi fil-każ ta' materjali komposti, u

6.1.1.5.

Il-karatteristiċi l-oħra sa fejn ikollhom effett sinifikanti fuq il-prestazzjoni preskritta f'dan ir-Regolament.

6.1.2.

“Rata tal-ħruq” tfisser il-kwozjent tad-distanza maħruqa mkejjel skont l-Anness 6 u/jew l-Anness 8 ta' dan ir-Regolament u l-ħin li damet biex tinħaraq din id-distanza. Tiġi mfissra f'millimetri kull minuta.

6.1.3.

“Materjal kompost” tfisser materjal magħmul minn diversi saffi ta' materjali simili jew differenti bl-uċuħ imwaħħla flimkien permezz ta' tkaħħil, tgħaqqid, ikkuttunar, iwweldjar, eċċ. Meta jkunu mwaħħla flimkien materjali differenti b'mod intermittenti (pereżempju, permezz ta' ħjata, ta' wweldjar bi frekwenza għolja, permezz ta' msiemer irbattuti), dawn il-materjali m'għandhomx jitqiesu bħala materjali komposti.

6.1.4.

“Faċċata esposta” tfisser in-naħa ta' materjal li tħares lejn il-kompartiment tal-passiġġieri, il-kompartiment tal-magna u lejn kull kompartiment separat tat-tisħin meta l-materjal jiġi mmuntat fil-vettura.

6.1.5.

“Tappizzerija” tfisser l-ikkuttunar intern flimkien mal-materjal tal-finitura tal-wiċċ li flimkien jikkostitwixxu l-kuxin tal-istruttura tas-sit.

6.1.6.

“Kisjiet interni” tfisser materjal(i) li (flimkien) jikkostitwixxi/u l-finitura tal-wiċċ u tas-sottostrat ta' saqaf, ta' ħajt jew ta' art.

6.1.7.

“Materjal(i) iżolanti” tfisser materjal(i) li jintuża(w) biex inaqqsu t-tixrid tas-sħana permezz tal-konduzzjoni, tar-radjazzjoni jew tal-konvezzjoni, u li jintuża(w) biex jaqtgħu l-ħsejjes fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin.

6.1.8.

“Kapaċità li jirreżistu l-karburanti u l-lubrikanti” tfisser il-kapaċità tal-materjali biex jirreżistu l-karburanti jew il-lubrikanti meta jitkejlu skont l-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.

6.2.   Speċifikazzjonijiet

6.2.1.   Dawn il-materjali jridu jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 6 ta' dan ir-Regolament:

(a)

Materjal(i) u materjal(i) kompost(i) installati f'pożizzjoni orizzontali fil-kompartiment ta' ġewwa u,

(b)

Materjal(i) iżolanti installat(i) f'pożizzjoni orizzontali fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment tat-tisħin separat.

Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq orizzontali ma tkunx iktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl.

Il-materjali li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.3. jitqiesu li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu.

6.2.2.   Dawn il-materjali jridu jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 7 ta' dan ir-Regolament:

(a)

Materjal(i) u materjal(i) komposti installati 'l fuq minn 500 mm mill-kuxin tas-sit u fis-saqaf tal-vettura,

(b)

Materjal(i) iżolanti installat(i) fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment tat-tisħin separat.

Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ma tifforma l-ebda qatra li tqabbad it-tajjar.

6.2.3.   Dawn il-materjali jridu jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 8 ta' dan ir-Regolament:

(a)

Materjal(i) u materjal(i) kompost(i) installati f'pożizzjoni vertikali fil-kompartiment ta' ġewwa,

(b)

Materjal(i) iżolanti installat(i) f'pożizzjoni vertikali fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment tat-tisħin separat.

Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, ir-rata tal-ħruq vertikali ma tkunx iktar minn 100 mm/minuta jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-ewwel punt tal-kejl.

6.2.4.   Materjali li jiksbu valur medju tas-CFE (fluss termiku kritiku fil-ħin li jintefa n-nar) li jkun ta' 20 kW/m2 jew iktar meta jiġu ttestjati skont l-ISO 5658-2 (3), jitqiesu li jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafi 6.2.2 u 6.2.3, sakemm ma jiġi nnutat l-ebda taqtir ta' materjal jaqbad meta jkunu qegħdin jitqiesu l-agħar riżultati tat-testijiet.

6.2.5.   Il-materjali iżolanti kollha installati fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin iridu jgħaddu mit-test deskritt fl-Anness 9 ta' dan ir-Regolament.

Ir-riżultat tat-test għandu jitqies li hu sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, iż-żieda fil-piż tal-kampjun tat-test ma tkunx aktar minn 1 g.

L-ispazji vojta li jkunu meħtieġa għal raġunijiet tekniċi, eż. biex minn ġol-materjal jgħaddu xi tubi jew partijiet tal-istruttura, huma permessi sakemm tinżamm il-protezzjoni (eż. permezz ta' siġillant jew tejp, jew xi mezz ieħor).

6.2.6.   Il-kejbils tal-elettriku jridu jgħaddu mit-test tar-reżistenza kontra l-propagazzjoni tal-fjammi deskritt fil-paragrafu 12 tal-istandard ISO 6722:2006.

Ir-riżultat tat-test jitqies li jkun sodisfaċenti jekk, meta jitqiesu l-agħar riżultati tat-test, kull fjamma fil-ħruq ta' materjal iżolanti tintefa fi żmien 70 sekonda u mill-inqas 50 mm tal-iżolant fin-naħa ta' fuq tal-kampjun tat-test jibqa' mhux maħruq.

6.2.7.   Il-materjali li mhumiex meħtieġa li jgħaddu mit-testijiet deskritti fl-Annessi 6 sa 8 huma:

6.2.7.1.

Il-partijiet magħmula mill-metall jew mill-ħġieġ;

6.2.7.2.

Kull aċċessorju individwali ta' sit b'massa ta' materjal mhux metalliku ta' anqas minn 200 g. Jekk il-massa totali ta' dawn l-aċċessorji taqbeż l-400 g ta' materjal mhux metalliku għal kull sit, allura għandu jiġi ttestjat kull materjal individwali;

6.2.7.3.

L-elementi li l-erja tas-superfiċje jew il-volum tagħhom ma jaqbżux rispettivament:

6.2.7.3.1.

100 cm2 jew 40 cm3 għall-elementi li huma marbutin mal-pożizzjoni individwali ta' sit;

6.2.7.3.2.

300 cm2 jew 120 cm3 għal kull filliera ta' sits ubħala massimu, għal kull metru lineari ta' ġewwa l-kompartiment tal-passiġġieri għal dawn l-elementi li huma mqassma fil-vettura u li mhumiex marbutin ma' sit ta' persuna waħda;

6.2.7.4.

L-elementi li għalihom ma jkunx possibbli li jittieħed kampjun bid-dimensjonijiet preskritti kif speċifikat fil-paragrafu 3.1 tal-Anness 6, u fil-paragrafu 3 tal-Anness 7.

7.   IL-MODIFIKA TAT-TIP U L-ESTENZJONI TAL-APPROVAZZJONI

7.1.   Kull modifika ta' vettura jew ta' tip ta' komponent fir-rigward ta' dan ir-Regolament għandha tiġi nnotifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun approvat it-tip tal-vettura jew tal-komponent. L-awtorità mbagħad tista':

7.1.1.

Tkun tal-fehma li probabbli l-modifiki li jkunu saru mhux se jkollhom effett negattiv sinifikanti u li f'kull każ il-vetturi jew il-komponenti xorta jissodisfaw ir-rekwiżiti, jew

7.1.2.

Tesiġi rapport tat-test ieħor mingħand is-Servizz Tekniku inkarigat biex jagħmel it-testijiet.

7.2.   Il-konferma jew iċ-ċaħda tal-approvazzjoni, fejn jiġu speċifikati l-bidliet għandha tiġi kkomunikata skont il-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3 ta' hawn fuq lill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun qed testendi l-validità tal-approvazzjoni għandha tassenja numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni mħejjija għal din l-estenzjoni u tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

8.   IL-KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

Il-proċeduri tal-konformità tal-produzzjoni għandhom jikkonformaw ma' dawk stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Ftehim (E/ECE/324-E/ECE/TRANS/505/Rev.2), bir-rekwiżiti li ġejjin:

8.1.

Il-Vetturi/komponenti approvati skont dan ir-Regolament iridu jkunu manifatturati b'mod li jikkonformaw mat-tip approvat billi jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-parti(jiet) rilevanti ta' dan ir-Regolament.

8.2.

L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tista', fi kwalunkwe ħin, tivverifika l-metodi tal-kontroll tal-konformità applikati f'kull faċilità tal-produzzjoni. Il-frekwenza normali ta' dawn il-verifiki għandha tkun darba kull sentejn.

9.   IL-PENALI GĦAN-NUQQAS TA' KONFORMITÀ FIL-PRODUZZJONI

9.1.   L-approvazzjoni mogħtija fir-rigward ta' tip ta' vettura/komponent skont dan ir-Regolament tista' tiġi rtirata jekk ir-rekwiżiti stabbiliti hawn fuq ma jiġux ssodisfati.

9.2.   Jekk Parti Kontraenti tal-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat preċedentement, għandha tinnotifika immedjatament dwar dan lill-Partijiet Kontraenti l-oħrajn li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudelli fl-Anness 3 jew fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

10.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf kompletament mill-produzzjoni tat-tip ta' vettura approvat skont dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip li tkun tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti dik l-awtorità għandha tinforma dwar dan lill-Partijiet l-oħra tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola ta' komunikazzjoni li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 3 jew dak fl-Anness 4 ta' dan ir-Regolament.

11.   L-ISMIJIET U L-INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAL-AWTORITAJIET TAL-APPROVAZZJONI TAT-TIP

Il-Partijiet tal-Ftehim tal-1958 li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jikkomunikaw lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tal-Awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip li joħorġu l-approvazzjoni u li jintbagħtulhom il-formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew iċ-ċaħda jew l-estensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.

12.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI

12.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

12.2.   Minn 24 xahar mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura jew it-tip ta' komponent li se jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

12.3.   Minn 60 xahar wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01, il-Partijiet Kontraenti li qed japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali jew reġjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta' vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 01.

12.4.   Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 01 ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje preċedenti ta' emendi ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.

12.5.   Il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament ma għandhomx jirrifjutaw li jagħtu estensjonijiet tal-approvazzjoni għas-serje ta' emendi 00 ta' dan ir-Regolament.

12.6.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

12.7.   Minn 48 xahar mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura jew it-tip ta' komponent li se jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

12.8.   Minn 60 xahar mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu l-approvazzjonijiet biss jekk it-tip ta' vettura li se jiġi approvat jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 02.

12.9.   Minn 96 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje tal-emendi 02, il-Partijiet Kontraenti li qed japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jirrifjutaw l-ewwel reġistrazzjoni nazzjonali (l-ewwel dħul fis-servizz) ta' vettura li ma tissodisfax ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje tal-emendi 02.

12.10.   Anki wara d-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 02 ta' dan ir-Regolament, l-approvazzjonijiet tal-komponenti skont is-serje preċedenti ta' emendi ta' dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi, u l-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibqgħu jaċċettawhom.


(1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para. 2.

(2)  In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.

(3)  ISO 5658-2:2006 Reazzjoni għat-testijiet tan-nar — tixrid ta' fjammi — Il-Parti 2: Tixrid laterali fuq il-prodotti tal-bini u tat-trasport f'konfigurazzjoni vertikali.


ANNESS 1

DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI DWAR IL-VETTURA

Skont il-paragrafu 3.2 ta' dan ir-Regolament dwar l-approvazzjoni ta' tip ta' vettura rigward l-imġiba tal-ħruq tal-komponenti li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-kompartiment ta' ġewwa, tal-kompartiment tal-magna, u ta' kull kompartiment separat tat-tisħin, u/jew dwar il-kapaċità tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin, li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

1.   Ġenerali

1.1.   Il-marka (marka kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   It-ip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

1.3.   Il-mezz ta' identifikazzjoni tat-tip, jekk ikun immarkat fuq il-vettura: …

1.4.   Fejn tinsab din il-marka: …

1.5.   Il-kategorija tal-vettura (1): …

1.6.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

1.7.   L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

2.   Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tal-vettura

2.1.   Ir-ritratti u/jew l-illustrazzjonijiet ta' vettura rappreżentattiva:

3.   Il-karozzerija

It-tagħmir ta' ġewwa u/jew il-materjali iżolanti

3.1.   Is-sits

3.1.1.   L-għadd: …

3.2.   Il-materjal(i) li jintużaw fil-kompartiment ta' ġewwa, għal kull materjal irid jiġi ddikjarat

3.2.1.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent jekk jeżisti: …

3.2.2.   L-għamla: …

3.2.3.   L-isem tat-tip: …

3.2.4.   Ittestjat bi qbil mal-paragrafu 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4 (2).: …

3.2.5.   Għal materjali mhux approvati

3.2.5.1.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

3.2.5.2.   Il-materjal kompost/uniku (2), l-għadd ta' saffi (2): …

3.2.5.3.   It-tip ta' kisi (2): …

3.2.5.4.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

3.3.   Il-mterjali li jintużaw għall-iżolazzjoni fil-kompartiment tal-magnau/jew f'kompartiment separat tat-tisħin, għal kull materjal irid jiġi ddikjarat

3.3.1.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponent jekk jeżisti: …

3.3.2.   L-għamla: …

3.3.3.   L-isem tat-tip: …

3.3.4.   Ittestjat bi qbil mal-paragrafu 6.2.1, 6.2.2, 6.2.3, 6.2.4, 6.2.5. (2): …

3.3.5.   Għal materjali mhux approvati

3.3.5.1.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

3.3.5.2.   Il-materjal kompost/uniku (2), l-għadd ta' saffi (2): …

3.3.5.3.   It-tip ta' kisi (2): …

3.3.5.4.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

3.4.   Il-kejbils tal-elettriku, għal kull tip irid jiġi ddikjarat

3.4.1.   In-numru(i) tal-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, jekk jeżisti: …

3.4.2.   L-għamla: …

3.4.3.   L-isem tat-tip: …

3.4.4.   Għal materjali mhux approvati

3.4.4.1.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

3.4.4.2.   Il-materjal kompost/uniku (2), l-għadd ta' saffi (2): …

3.4.4.3.   It-tip ta' kisi (2): …

3.4.4.4.   Il-ħxuna massima/minima: … mm


(1)  Kif iddefinit fir-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), l-Anness 7 (dokument TRANS/WP.29/78/Rev.2/Emenda 2, para. 2).

(2)  Ingassa dak li ma japplikax.


ANNESS 2

DOKUMENT TA' INFORMAZZJONI DWAR IL-KOMPONENT

Skont il-paragrafu 3.2 tar-Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-komponenti, rigward l-imġiba tal-ħruq tal-komponenti li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-kompartiment ta' ġewwa, tal-kompartiment tal-magna, u kull kompartiment separat tat-tisħin, u/jew il-kapaċità tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u f'kull kompartiment separat tat-tisħin, li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant.

1.   Ġenerali

1.1.   Il-marka (marka kummerċjali tal-manifattur): …

1.2.   It-ip u d-deskrizzjoni(jiet) kummerċjali ġenerali: …

1.3.   L-isem u l-indirizz tal-manifattur: …

1.4.   Fil-każ tal-komponenti u l-unitajiet separati, il-pożizzjoni u l-metodu tat-twaħħil tal-marka ta' l-approvazzjoni: …

1.5.   L-indirizz(i) tal-impjant(i) tal-assemblaġġ: …

2.   Il-materjali interni

2.1.   Il-materjal(i) maħsuba għal installazzjoni orizzontali/vertikali/orizzontali u vertikali (1)

Il-materjal maħsub biex ikun installat 'il fuq minn 500 mm mill-kuxin tas-sit u/jew fis-saqaf tal-vettura: iva/ma japplikax (1)

2.2.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

2.3.   Il-materjal kompost/uniku (1), l-għadd ta' saffi (1): …

2.4.   It-tip ta' kisi (1): …

2.5.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

2.6.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jeżisti: …

3.   Il-materjali iżolanti

3.1.   Il-materjal(i) maħsuba għal installazzjoni orizzontali/vertikali/orizzontali u vertikali (1)

3.2.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

3.3.   Il-materjal kompost/uniku (1), l-għadd ta' saffi (1): …

3.4.   It-tip ta' kisi (1): …

3.5.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

3.6.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jeżisti: …

4.   Il-kejbils tal-elettriku

4.1.   Il-materjal(i) li jintuża(w) għal: …

4.2.   Materjal(i) bażiku(ċi)/l-isem: …/… …

4.3.   Il-materjal kompost/uniku (1), l-għadd ta' saffi (1): …

4.4.   It-tip ta' kisi (1): …

4.5.   Il-ħxuna massima/minima: … mm

4.6.   In-numru tal-approvazzjoni tat-tip, jekk jeżisti: …


(1)  Ingassa dak li ma japplikax.


ANNESS 3

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 4

Image

Test ta 'immaġni

Appendiċi 1

L-appendiċi tal-formola ta' komunikazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip Nru … dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent skont ir-Regolament Nru 118

1.   Informazzjoni addizzjonali.

1.1.   Il-materjali interni

1.1.1.   Id-direzzjoni li fiha jrid jitwaħħal il-komponent: orizzontali/vertikali/kemm f'direzzjoni orizzontali kif ukoll vertikali (1).

1.1.2.   Jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.6.2: iva/ma japplikax (1)

1.1.3.   Il-konformità tal-komponenti bħala unitajiet sħaħ ġiet ivverifikata: iva/le (1)

1.1.4.   Ir-restrizzjonijiet ta' użu u r-rekwiżiti tal-installazzjoni:

1.2.   Il-materjali iżolanti

1.2.1.   Id-direzzjoni li fiha jrid jitwaħħal il-komponent: orizzontali/vertikali/kemm f'direzzjoni orizzontali kif ukoll vertikali (1).

1.2.2.   Il-konformità tal-komponenti bħala unitajiet sħaħ ġiet ivverifikata: iva/le (1)

1.2.3.   Ir-restrizzjonijiet ta' użu u r-rekwiżiti tal-installazzjoni:

1.3.   Il-kejbils tal-elettriku

1.3.1.   Ir-restrizzjonijiet ta' użu u r-rekwiżiti tal-installazzjoni: …

2.   Rimarki: …


(1)  Ingassa dak li ma japplikax.


ANNESS 5

L-ARRANĠAMENT TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

Eżempju 1

(ara l-Parti I ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla fuq vettura turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) b'konformità mal-Parti I tar-Regolament Nru 118 skont l-approvazzjoni Nru 021234. L-ewwel żewġ ċifri (02) tan-numru tal-approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 118.

Eżempju 2

(Ara l-Parti II ta' dan ir-Regolament)

Image

Image

Il-marka tal-approvazzjoni li tidher hawn fuq imwaħħla fuq komponent turi li t-tip ikkonċernat ġie approvat fin-Netherlands (E4) skont il-Parti II tar-Regolament Nru 118 bin-numru tal-approvazzjoni 021234. L-ewwel żewġ ċifri (02) tan-numru tal-approvazzjoni juru li l-approvazzjoni ngħatat skont ir-rekwiżiti tas-serje ta' emendi 02 tar-Regolament Nru 118.

Is-simbolu addizzjonali Image juri d-direzzjoni li fiha jrid jitwaħħal il-komponent:

Is-simbolu Image juri li l-komponent jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafu 6.2.2.

Is-simbolu Image juri l-approvazzjoni ta' komponent bħala unità sħiħa, pereżempju sits, ħitan diviżorji, eċċ.

Is-simboli addizzjonali jintużaw biss fejn japplika.


ANNESS 6

TEST LI JIDDETERMINA R-RATA TAL-ĦRUQ ORIZZONTALI TAL-MATERJALI

1.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-PRINĊIPJU

1.1.   Fil-każ ta' materjal iżotropiku, iridu jgħaddu mit-test ħames kampjuni, jew għaxar kampjuni fil-każ ta' materjal mhux iżotropiku (ħamsa għal kull direzzjoni).

1.2.   Il-kampjuni jridu jittieħdu mill-materjal li jkun qed jiġi ttestjat. Il-materjali li għandhom rati ta' ħruq differenti f'direzzjonijiet differenti iridu jiġu ttestjati minn kull direzzjoni. Il-kampjuni jridu jittieħdu u jitqiegħdu fl-apparat tat-test biex titkejjel l-ogħla rata tal-ħruq. Meta l-materjal ikun fornit fil-wisa', irid jinqata' tul ta' mill-inqas 500 mm biex tkun koperta l-wisa' kollha. Minn din il-biċċa maqtugħa, il-kampjuni jridu jittieħdu b'mod li jkunu mill-inqas 100 mm mit-tarf tal-materjal u ekwidistanti minn xulxin. Bl-istess mod iridu jittieħdu l-kampjuni minn prodotti kompluti, meta tippermetti l-forma tal-prodott. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13-il mm, din trid titnaqqas għal 13-il mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (ta' ġewwa, tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk ikun possibbli, it-test għandu jitwettaq, skont is-Servizz Tekniku, fuq il-ħxuna oriġinali tal-materjal, li għandha tissemma fir-rapport tat-test.

Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3) iridu jiġu ttestjati bħallikieku kienu ta' kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta' materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta' kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta' 13-il mm mill-wiċċ li jkun il-faċċata tal-kompartiment rispettiv iridu jiġu ttestjati individwalment.

1.3.   Kampjun jinżamm orizzontalment f'kontenitur forma ta' U u jiġi espost għall-azzjoni ta' fjamma definita għal 15-il sekonda f'kompartiment tal-kombustjoni, fejn il-fjamma taħdem fuq it-tarf tal-kampjun li jisporġi mill-kontenitur. It-test jiddetermina jekk u meta tintefa l-fjamma jew il-ħin li fih il-fjamma taqbeż distanza mkejla.

2.   L-APPARAT

2.1.   Kompartiment tal-kombustjoni (Dijagramma 1), preferibbilment tal-azzar ma jsaddadx u bid-dimensjonijiet mogħtija fid-Dijagramma 2. In-naħa ta' quddiem tal-kompartiment tinkludi tieqa tal-osservazzjoni reżistenti għan-nar, li tista' tgħatti n-naħa ta' quddiem u li tista' tinbena bħala bieba għall-aċċess.

In-naħa ta' isfel tal-kompartiment għandha t-toqob għall-arja, u n-naħa ta' fuq għandha qasma għall-arja mad-dawra kollha. Il-kompartiment tal-komubustjoni jitqiegħed fuq erba' saqajn, b'għoli ta' 10 mm.

Il-kompartiment jista' jkollu toqba f'tarf wieħed minn fejn jiddaħħal il-kontenitur li fih il-kampjun; fin-naħa l-oħra, hemm toqba għall-pajp tal-gass. Il-materjal imdewweb jinqabad f'dixx (ara d-Dijagramma 3) li jitpoġġa fil-qiegħ tal-kompartiment bejn it-toqob tal-arja b'mod li ma jgħatti ebda toqba tal-arja.

Dijagramma 1

Eżempju ta' kompartiment tal-kombustjoni bil-kontenitur tal-kampjun u d-dixx tat-taqtir

Image

Dijagramma 2

Eżempju ta' kompartiment tal-kombustjoni

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

Dijagramma 3

Dixx tat-taqtir tipiku

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

2.2.   Kontenitur tal-kampjun, li jikkonsisti minn żewġ pjanċi jew frejms tal-metall forma ta' U magħmulin minn materjal reżistenti għall-korrużjoni. Id-dimensjonijiet jingħataw fid-Dijagramma 4.

Il-pjanċa ta' isfel tkun mgħammra bil-labar, dik ta' fuq b'toqob korrispondenti sabiex jiġi żgurat li l-kampjun jinżamm b'mod konsistenti. Il-labar iservu wkoll bħala punti ta' kejl fil-bidu u fl-aħħar tad-distanza tal-ħruq.

Għandu jkun hemm tagħmir tal-irfid forma ta' wajers reżistenti għas-sħana b'dijametru ta' 0,25 mm li jgħaddu minn naħa għall-oħra tal-frejm ta' taħt bil-forma ta' U, b'intervalli ta' 25 mm (ara d-Dijagramma 5).

Il-wiċċ ta' taħt tal-kampjuni għandu jkun 178 mm 'l fuq mill-pjanċa tal-art. It-tarf ta' quddiem tal-ħowlder tal-kampjun irid ikun 22 mm 'l bod mit-tarf tal-kompartiment; il-ġnub lonġitudinali tal-ħowlder tal-kampjun iridu jkunu 50 mm 'l bod mill-ġnub tal-kompartiment (il-qisien kollha minn ġewwa tal-kompartiment). (Ara d-Dijagrammi 1 u 2)

Dijagramma 4

Eżempju ta' ħowlder tal-kampjun

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

Dijagramma 5

Eżempju ta' sezzjoni tal-forma tal-frejm ta' taħt bil-forma ta' U, biex joqgħod faċilment fuq il-frejm tal-wajer

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

2.3.   Il-berner tal-gass

Is-sors żgħir tat-tqabbid jingħata minn Bunsen berner li jkollu dijametru fuq ġewwa ta' 9,5 ± 0,5 mm. Dan jitpoġġa ġol-kabinett tat-test b'tali mod li ċ-ċentru taż-żennuna tkun 19-il mm taħt iċ-ċentru tat-tarf ta' taħt tan-naħa l-miftuħa tal-kampjun (ara d-Dijagramma 2).

2.4.   Il-gass għat-test

Il-gass li jintuża għall-berner għandu jkollu valur kalorifiku viċin it-38 MJ/m3 (pereżempju gass naturali).

2.5.   Pettne tal-metal, twil mill-anqas 110 mm, b'seba jew tmien snien lixxi ġejjin għat-tond f'kull 25 mm.

2.6.   Stop-watch, bi preċiżjoni ta' 0,5 sekondi.

2.7.   Kabinett għad-dħaħen. Il-kompartiment tal-kombustjoni jista' jitpoġġa f'kabinett għad-dħaħen sakemm il-volum intern ikun mill-inqas 20 darba, imma mhux aktar minn 110 darbiet ikbar mill-volum tal-kompartiment tal-kombustjoni u sakemm l-ebda dimensjoni tal-għoli, tal-wisa', jew tat-tul tal-kabinett għad-dħaħen ma tkun akbar minn darbtejn u nofs ta' kwalunkwe waħda mid-dimensjonijiet l-oħra. Qabel it-test, trid tiġi mkejla l-veloċità vertikali tal-arja minn naħa għall-oħra tal-kabinett għad-dħaħen; 100 mm minn quddiem u minn wara l-posizzjoni finali ta' fejn ikun jinsab il-kompartiment tal-kobustjoni. Din trid tkun ta' bejn 0,10 u 1,30 m/s biex tevita li tikkawża skumdità għall-operatur minħabba l-prodotti tal-kombustjoni. Jista' jintuża kabinett għad-dħaħen b'ventilazzjoni naturali u b'veloċità xierqa tal-arja.

3.   IL-KAMPJUNI

3.1.   Il-forma u d-dimensjonijiet

3.1.1.   Il-forma u d-dimensjonijiet tal-kampjuni jingħataw fid-Dijagramma 6. Il-ħxuna tal-kampjun tikkorrispondi mal-ħxuna tal-prodott li għandu jiġi ttestjat. Ma għandhiex tkun aktar minn 13-il mm. Jekk waqt it-teħid tal-kampjun ikun possibbli, il-kampjun għandu jkollu sezzjoni kostanti mat-tul kollu tiegħu.

Dijagramma 6

Il-kampjun

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

3.1.2.   Jekk id-daqs u d-dimensjonijiet ta' prodott ma jippermettux li jittieħed kampjun tad-daqs mogħti, iridu jinżammu dawn id-dimensjonijiet minimi:

(a)

Għall-kampjuni b'wisa' ta' bejn 3 u 60 mm, it-tul għandu jkun ta' 356 mm. F'dan il-każ il-materjal għandu jiġi ttestjat fil-wisa' tal-prodott;

(b)

Għall-kampjuni li jkollhom wisa'ta' bejn 60 u 100 mm, it-tul għandu jkun għall-inqas 138 mm. F'dan il-każ id-distanza potenzjali tal-ħruq tikkorrespondi mat-tul tal-kampjun, il-kejl jibda mill-ewwel punt ta' kejl.

3.2.   L-ikkundizzjonar

Il-kampjuni jridu jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa iżda mhux iktar minn sebat ijiem f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija u jridu jinżammu f'dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

4.   IL-PROĊEDURA

4.1.   Qiegħed il-kampjuni li jkollhom wiċċ bil-pil jew bit-trofof fuq superfiċje ċatta u omxot darbtejn kontra l-pil bil-pettne (paragrafu 2.5).

4.2.   Qiegħed il-kampjun fil-ħowlder tal-kampjuni (paragrafu 2.2) b'mod li l-ġenb mikxuf ikun iħares 'l isfel lejn il-fjamma.

4.3.   Irranġa l-fjamma tal-gass għal għoli ta' 38 mm permezz tal-marka fil-kompartiment, bit-tagħmir għad-dħul tal-arja ġol-berner magħluq. Qabel ma jingħata bidu għall-ewwel test, il-fjamma trid tkun ilha mixgħula għal mill-anqas minuta biex tilħaq tistabilizza ruħha.

4.4.   Imbotta l-ħowlder tal-kampjuni fil-kompartiment tal-kombustjoni hekk li t-tarf tal-kampjun ikun espost għall-fjamma, u wara 15-il sekonda agħlaq iċ-ċirkolazzjoni tal-gass.

4.5.   Il-kejl tal-ħin tal-ħruq jibda fil-mument meta s-sieq tal-fjamma taqbeż l-ewwel punt tal-kejl. Osserva t-tixrid tal-fjamma fil-ġenb li jinħaraq aktar malajr mill-ieħor (ta' fuq jew ta' taħt).

4.6.   Il-kejl tal-ħin tal-ħruq ikun lest meta l-fjamma tkun waslet fl-aħħar punt tal-kejl jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tasal sal-aħħar punt tal-kejl. Jekk il-fjamma ma tilħaqx l-aħħar punt tal-kejl, kejjel id-distanza l-maħruqa sal-punt fejn il-fjamma tkun intfiet. Id-distanza tal-ħruq hija l-parti dekomposta tal-kampjun, li l-wiċċ jew l-intern tiegħu jinqered mill-ħruq.

4.7.   Sakemm il-kampjun ma jaqbadx jew ma jkomplix jinħaraq wara li l-berner ikun intefa, jew meta l-fjamma tintefa qabel ma tilħaq l-ewwel punt tal-kejl, b'mod li ma jitkejjel l-ebda ħin ta' ħruq, niżżel fir-rapport tat-test li r-rata tal-ħruq hija 0 mm/min.

4.8.   Meta twettaq serje ta' testijiet jew testijiet ripetuti, kun ċert li l-kompartiment tal-kombustjoni u l-kontenitur tal-kampjuni jkollhom temperatura massima ta' 30 °C qabel ma tibda t-test li jmiss.

5.   IL-KALKOLU

Ir-rata ta' ħruq, B (1), f'millimetri kull minuta, tingħata permezz tal-formola:

B = 60 s/t

fejn:

s

=

id-distanza maħruqa, f'millimetri;

t

=

il-ħin, f'sekondi, biex tinħaraq id-distanza s


(1)  Ir-rata ta' ħruq (B) għal kull kampjun tiġi kkalkulata biss fil-każ li l-fjamma tilħaq l-aħħar punt tal-kejl jew it-tmiem tal-kampjun.


ANNESS 7

TEST LI JIDDETERMINA L-MOD TAT-TIDWIB TAL-MATERJALI

1.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-PRINĊIPJU

1.1.   Iridu jiġu ttestjati erba' kampjuni għaż-żewġ faċċati (jekk ma jkunux identiċi).

1.2.   Il-kampjun għandu jitqiegħed f'pożizzjoni orizzontali u jiġi espost għal radjatur tal-elettriku. Taħt il-kampjun għandu jitqiegħed kontenitur biex jiġbor il-qtar li joħorġu. Fil-kontenitur titqiegħed biċċa tajjar biex jiġi vverifikat jekk xi qatra tkunx qed tinħaraq.

2.   L-APPARAT

L-apparat għandu jikkonsisti minn (Dijagramma 1):

(a)

Radjatur tal-elettriku;

(b)

Tagħmir bi gradilja biex iżomm il-kampjun;

(c)

Kontenitur (għall-qtar li joħorġu);

(d)

Irfid (għall-apparat).

2.1.   Is-sors tas-sħana huwa radjatur tal-elettriku b'enerġija utli ta' 500 W. Il-wiċċ tar-radjazzjoni għandu jkun magħmul minn pjanċa tal-kwartz trasparenti b'dijametru ta' 100 ± 5 mm.

Is-sħana rradjata mill-apparat, imkejla fuq wiċċ li jkun parallel mal-wiċċ tar-radjatur f'distanza ta' 30 mm, trid tkun ta' 3W/cm2.

2.2.   Il-kalibrazzjoni

Għall-kalibrazzjoni tar-radjatur, għandu jintuża miter tal-fluss tas-sħana (radjometru) tat-tip Gardon (fojl) b'medda tad-disinn li ma taqbiżx l-10W/cm2. L-oġġett fil-mira li jirċievi r-radjazzjoni, u possibbilment xi ftit konvezzjoni wkoll, għandu jkun ċatt, tond, b'dijametru ta' mhux iktar minn 10 mm u miksi b'finitura sewda matta reżistenti.

L-oġġett fil-mira jrid jitpoġġa ġo kontenitur imkessaħ bl-ilma li l-wiċċ ta' quddiem tiegħu ikun magħmul minn metall ċatt illustrat tajjeb, magħmul forma tonda, b'dijametru ta' madwar 25 mm, u li jaqbel mal-pjan tal-oġġett.

Ir-radjazzjoni ma għandha tgħaddi mill-ebda tieqa qabel ma tilħaq l-oġġett fil-mira.

L-istrument irid ikun robust, sempliċi biex jintrama u jintuża, mhux sensittiv għall-kurrenti tal-arja, u stabbli fil-kalibrazzjoni. L-istrument għandu jkollu preċiżjoni sa ± 3 fil-mija u b'ripetibbiltà sa 0,5 fil-mija.

Il-kalibrazzjoni tal-miter tal-fluss tas-sħana trid tiġi vverifikata meta titwettaq kalibrazzjoni mill-ġdid tar-radjatur, billi titqabbel ma' strument ikkunsidrat standard ta' referenza u mhux użat għal kwalunkwe skop ieħor.

L-istrument tal-istandard ta' referenza jrid jiġi kkalibrat kompletament f'intervalli annwali skont standard internazzjonali.

2.2.1.   Il-verifika tal-kalibrazzjoni

Ir-radjazzjoni prodotta mill-input tal-enerġija li l-kalibrazzjoni oriġinali tkun uriet li tikkorrispondi għal radjazzjoni ta' 3W/cm2 trid tiġi vverifikata spiss (mill-inqas darba kull 50 siegħa ta' tħaddim) u l-apparat irid jiġi kkalibrat mill-ġdid jekk din il-verifika turi devjazzjoni ikbar minn 0,06 W/cm2.

2.2.2.   Il-proċedura tal-kalibrazzjoni

L-apparat irid jitqiegħed f'ambjent essenzjalment ħieles minn kurrenti tal-arja (mhux iktar minn 0,2 m/s).

Qiegħed il-miter tal-fluss tas-sħana fl-apparat fil-pożizzjoni tal-kampjun b'mod li l-oġġett fil-mira tal-miter tal-fluss tas-sħana jinsab ċentralment fis-superfiċje tar-radjatur.

Ixgħel il-provvista elettrika u stabbilixxi l-input tal-enerġija tat-tagħmir tal-kontroll meħtieġa biex tiġi prodotta radjazzjoni fiċ-ċentru tas-superfiċje tar-radjatur ta' 3W/cm2. L-aġġustament fl-unità tal-enerġija biex jiġu reġistrati 3W/cm2 għandu jkun segwit minn perjodu ta' ħames minuti mingħajr aġġustament addizzjonali biex jiġi żgurat l-ekwilibriju.

2.3.   It-tagħmir li jirfed il-kampjuni għandu jkun ċirku tal-metall (Dijagramma 1). Qiegħed gradilja fuq dan l-irfid, magħmula minn wajers tal-azzar ma jissaddadx, li jkollha dawn id-dimensjonijiet:

(a)

Dijametru interjuri: 118 mm,

(b)

Dimensjoni tat-toqob: 2,10 mm kwadri,

(c)

Dijametru tal-wajer tal-azzar: 0,70 mm.

2.4.   Il-kontenitur għandu jikkonsisti minn tubu ċilindriku b'dijametru intern ta' 118-il mm u fond ta' 12-il mm. Il-kontenitur irid jimtela bit-tajjar.

2.5.   L-oġġetti speċifikati fil-paragrafi 2.1, 2.3 u 2.4 iridu jkunu appoġġati minn Kolonna vertikali.

Ir-radjatur jitqiegħed fuq it-tagħmir tal-irfid b'tali mod li s-superfiċje tar-radjazzjoni tkun orizzontali u r-radjazzjoni tkun 'l isfel.

Trid titpoġġa lieva/pedala fil-kolonna biex jintrefa' t-tagħmir li jirfed ir-radjatur bil-mod. Irid ikun mgħammar ukoll b'qafla biex jiġi żgurat li r-radjatur ikun jista' jitqiegħed lura fil-pożizzjoni normali.

Fil-pożizzjoni normali tagħhom, l-assi tar-radjatur, it-tagħmir li jirfed il-kampjun u l-kontenitur iridu jiltaqgħu.

3.   IL-KAMPJUNI

Il-kampjuni għat-test irid ikollhom dawn il-qisien: 70 mm × 70 mm. Il-kampjuni jridu jittieħdu bl-istess mod minn prodotti kompluti, meta l-forma tal-prodott tippermetti. Meta l-ħxuna tal-prodott tkun aktar minn 13-il mm, din trid titnaqqas għal 13-il mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (ta' ġewwa, tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx jista' jsir, skont is-Servizz Tekniku, it-test irid isir fuq il-wisa' oriġinali tal-materjal, u dan għandu jissemma fir-rapport tat-test.

Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3 tar-Regolament) iridu jiġu ttestjati bħallikieku kellhom kostruzzjoni uniformi.

Fil-każ ta' materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta' kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta' 13-il mm mill-wiċċ li jkun il-faċċata tal-kompartiment rispettiv (ta' ġewwa, tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin) iridu jiġu ttestjati individwalment.

Il-massa totali tal-kampjun li se jiġi ttestjat trid tkun ta' mill-inqas 2 g. Jekk il-massa ta' kampjun wieħed tkun inqas, iridu jiżdiedu biżżejjed kampjuni biex iwasslu għal 2 g.

Jekk iż-żewġ faċċati tal-materjal ivarjaw, iż-żewġ faċċati jridu jiġu ttestjati, dan ifisser li jridu jiġu ttestjati tmien kampjuni. Il-kampjuni u t-tajjar iridu jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija u jridu jinżammu f'dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

4.   IL-PROĊEDURA

Il-kampjun jitqiegħed fuq it-tagħmir tal-irfid u dan tal-aħħar jitqiegħed b'tali mod li d-distanza bejn il-wiċċ tar-radjatur u n-naħa ta' fuq tal-kampjun tkun ta' 30 mm.

Il-kontenitur, li jkun fih it-tajjar, jitqiegħed taħt il-gradilja tat-tagħmir tal-irfid f'distanza ta' 300 mm.

Ir-radjatur jitwarrab, biex ma jitfax raġġi fuq il-kampjun, u jinxtegħel. Meta jkun laħaq l-ogħla kapaċità, jitqiegħed 'il fuq mill-kampjun u jibda jittieħed il-ħin.

Jekk il-materjal idub jew jisforma ruħu, l-għoli tar-radjatur jinbidel biex tinżamm id-distanza ta' 30 mm.

Jekk il-materjal jaqbad, ir-radjatur jitwarrab tliet sekondi wara. Dan jitpoġġa lura fil-pożizzjoni meta tkun intfiet il-fjamma u l-istess proċedura tiġi ripetuta bil-frekwenza meħtieġa matul l-ewwel ħames minuti tat-test.

Wara l-ħames minuta tat-test:

(i)

Jekk il-kampjun ikun intefa (kemm jekk ikun qabad u kemm jekk ma qabadx matul l-ewwel ħames minuti tat-test) ħalli r-radjatur fl-istess pożizzjoni anki jekk il-kampjun jerġa' jaqbad;

(ii)

Jekk il-materjal ikun għadu jaqbad, stenna sakemm jintefa n-nar qabel ma terġa' tressaq ir-radjatur fil-pożizjoni tiegħu.

F'kull każ, it-test għandu jitkompla għal ħames minuti addizzjonali.

5.   IR-RIŻULTATI

Il-fenomeni osservati għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test, bħal:

(i)

Jekk jaqa' xi qtar, kemm jekk ikunu qed jaqbad kif ukoll jekk ma jkunx;

(ii)

Jekk it-tajjar ikunx qabad in-nar.

Dijagramma 1

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 8

TEST LI JIDDETERMINA R-RATA TAL-ĦRUQ VERTIKALI TAL-MATERJALI

1.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-PRINĊIPJU

1.1.   It-test għandu jsir fuq tliet kampjuni fil-każ ta' materjal iżotropiku, jew fuq sitt kampjuni fil-każ ta' materjal mhux iżotropiku.

1.2.   Dan it-test jikkonsisti fl-esponiment tal-kampjuni, miżmuma f'pożizzjoni vertikali quddiem fjamma, u d-determinazzjoni tal-veloċità tat-tixrid tal-fjamma fuq il-materjal li għandu jiġi ttestjat.

2.   L-APPARAT

L-apparat għandu jikkonsisti minn:

(a)

Ħowlder tal-kampjun;

(b)

Berner;

(c)

Sistema ta' ventilazzjoni biex tneħħi l-prodotti tal-gass u tal-kombustjoni;

(d)

Mudell;

(e)

Ħjut tal-qoton bojod mogħtija l-leqqa użati biex jimmarkaw, li jkollhom densità lineari massima ta' 50 tex.

2.1.   Il-ħowlder tal-kampjun għandu jkollu qafas rettangolari b'għoli ta' 560 mm u għandu jkollu żewġ vireg paralleli konnessi b'mod riġidu bi spazju ta' 150 mm bejniethom li fuqhom għandhom jitwaħħlu l-labar biex jiġi mmuntat il-kampjun tat-test li jitqiegħed fuq pjan mill-inqas 20 mm mill-qafas. Il-labar li jintużaw għall-immuntar ma għandux ikollhom dijametru akbar minn 2 mm u jridu jkunu twal mill-anqas 27 mm. Il-labar jitqiegħdu fuq il-vireg paralleli fil-postijiet li jidhru fid-Dijagramma 1. Il-qafas jiġi mmuntat fuq tagħmir tal-irfid adattat biex iżomm il-vireg orjentati vertikalment matul l-ittestjar (biex il-kampjun jitqiegħed fuq il-labar fuq pjan 'il bogħod mill-qafas, maġenb il-labar jistgħu jintużaw biċċiet għall-ispazju b'dijametru ta' 2 mm).

2.2.   Il-berner huwa deskritt fid-Dijagramma 3.

Il-gass ipprovdut lill-berner jista' jkun gass tal-propan kummerċjali jew gass tal-butanu kummerċjali.

Il-berner irid jitqiegħed quddiem il-kampjun, iżda 'l isfel minnu hekk li jkun qiegħed fi pjan li jgħaddi mil-linja ċentrali vertikali tal-kampjun u b'mod perpendikulari mal-wiċċ tiegħu (ara d-Dijagramma 2), hekk li l-fus lonġitudinali jkun imxaqleb 'il fuq fi 30° lejn il-linja vertikali tat-tarf ta' isfel tal-kampjun. Id-distanza bejn il-ponta ta' fuq tal-berner u t-tarf ta' isfel tal-kampjun għandha tkun ta' 20 mm.

2.3.   L-apparat tat-test jista' jitqiegħed f'kabinett għad-dħaħen sakemm il-volum ta' ġol-kabinett jkun għall-inqas 20 darba, iżda mhux aktar minn 110 darbiet akbar mill-volum tal-apparat tat-test u sakemm: l-ebda dimensjoni unika ta' għoli, wisa' jew tul tal-kabinett għad-dħaħen ma tkun akbar minn darbtejn u nofs waħda miż-żewġ dimensjonijiet. Qabel it-test, għandha titkejjel il-veloċità vertikali tal-arja fil-kabinett tad-dħaħen 100 mm quddiem u wara l-pożizzjoni finali fejn se jitqiegħed l-apparat tal-ittestjar. Din trid tkun ta' bejn 0,10 u 1,30 m/s biex tevita li tikkawża skumdità għall-operatur minħabba l-prodotti tal-kombustjoni. Jista' jintuża kabinett għad-dħaħen b'ventilazzjoni naturali u b'veloċità xierqa tal-arja.

2.4.   Għandu jintuża mudell ċatt u iebes magħmul minn materjal addattat u ta' daqs li jikkorrispondi mad-daqs tal-kampjun. Fil-mudell iridu jittaqqbu toqob b'dijametru ta' madwar 2 mm li jitqegħdu b'mod li d-distanzi bejn iċ-ċentri tat-toqob jikkorrispondu mad-distanzi bejn il-labar ta' fuq l-oqfsa (ara d-Dijagramma 1). It-toqob iridu jkunu ekwidistanti madwar il-linji ċentrali vertikali tal-mudell.

3.   IL-KAMPJUNI

3.1.   Id-dimensjonijiet tal-kampjun huma dawn: 560 × 170 mm.

Jekk dan ma jkunx jista' jsir minħabba d-dimensjonijiet tal-materjal, it-test irid isir skont is-Servizz Tekniku, fuq il-wisa' oriġinali tal-materjal, u dan għandu jissemma fir-rapport tat-test.

3.2.   Meta l-ħxuna tal-mudell tkun aktar minn 13-il mm, din trid titnaqqas għal 13-il mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment rispettiv (ta' ġewwa, tal-magna jew kompartiment separat tat-tisħin). Jekk dan ma jkunx possibbli, it-test għandu jitwettaq, skont is-Servizz Tekniku, fuq il-ħxuna oriġinali tal-materjal, li għandha tissemma fir-rapport tat-test. Il-materjali komposti (ara l-paragrafu 6.1.3) iridu jiġu ttestjati bħallikieku kienu ta' kostruzzjoni uniformi. Fil-każ ta' materjali magħmula minn saffi fuq xulxin ta' kompożizzjoni differenti li mhumiex materjali komposti, is-saffi kollha tal-materjal sa fond ta' 13-il mm mill-wiċċ li jkun il-faċċata tal-kompartiment rispettiv iridu jiġu ttestjati individwalment.

3.3.   Il-kampjuni jridu jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f'temperatura ta 23 °C ± 2 °C u f'umdità relattiva ta' 50 ± 5 fil-mija u għandhom jinżammu f'dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

4.   IL-PROĊEDURA

4.1.   It-test għandu jitwettaq f'atmosfera b'temperatura ta' bejn 10 °C u 30 °C u f'umdità relattiva ta' bejn 15 fil-mija u 80 fil-mija.

4.2.   Il-berner irid jissaħħan minn qabel għal 2 minuti. L-għoli tal-fjamma għandu jiġi aġġustat għal 40 ± 2 mm imkejla bħala d-distanza bejn il-ponta ta' fuq tat-tubu tal-berner u l-ponta ta' fuq tal-parti s-safra tal-fjamma meta l-berner ikollu orjentazzjoni vertikali u l-fjamma tidher f'dawl baxx.

4.3.   Wara li jitqiegħdu l-ħjut tal-immarkar tan-naħa ta' wara, il-kampjun għandu jitpoġġa fuq il-labar tal-qafas tat-test, filwaqt li jiġi żgurat li l-labar jgħaddu mill-punti mmarkati fuq il-mudell u li l-kampjun ikun mill-inqas 20 mm 'il bogħod mill-qafas. Il-qafas għandu jitwaħħal fuq it-tagħmir tal-irfid b'mod li l-kampjun ikun vertikali.

4.4.   Il-ħjut tal-immarkar iridu jitwaħħlu orizzontalment quddiem u wara l-kampjun fil-postijiet li jidhru fid-Dijagramma 1. F'kull pożizzjoni, għandha tiġi mmuntata ingassa tal-ħajt b'mod li ż-żewġ segmenti jkollhom spazju ta' 1 mm u 5 mm mill-faċċata ta' quddiem u mill-faċċata ta' wara tal-kampjun.

Kull ingassa għandha tkun imwaħħla ma' apparat xieraq li jkejjel il-ħin. Il-ħjut iridu jinġibdu biex ikun hemm biżżejjed tensjoni biex iżommu l-pożizzjoni tagħhom mal-kampjun.

4.5.   Il-fjamma għandha tiġi applikata fuq il-kampjun għal 5 sekondi. Jekk il-ħruq tal-kampjun jibqa' sejjer għal 5 sekondi wara li titneħħa l-fjamma li tkun tat in-nar, dan jista' jitqies li jkun qabad. Jekk il-kampjun ma jiħux in-nar, il-fjamma trid tiġi applikata għal 15-il sekonda fuq kampjun ieħor ikkundizzjonat.

4.6.   Jekk kwalunkwe riżultat fi kwalunkwe sett ta' tliet kampjuni jaqbeż ir-riżultat minimu b'50 fil-mija, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta' tliet kampjuni għal dik id-direzzjoni jew faċċata. Jekk kampjun wieħed jew tnejn fi kwalunkwe sett ta' tliet kampjuni ma jaqbadx sal-ħajta tal-immarkar ta' fuq, għandu jiġi ttestjat sett ieħor ta' tliet kampjuni għal dik id-direzzjoni jew faċċata.

4.7.   Għandhom jitkejlu l-ħinijiet li ġejjin, f'sekondi:

(a)

Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata' l-ewwel ħajta tal-immarkar (t1);

(b)

Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata' t-tieni ħajta tal-immarkar (t2);

(c)

Mill-bidu tal-applikazzjoni tal-fjamma tat-tqabbid sa meta tinqata' t-tielet ħajta tal-immarkar (t3).

4.8.   Jekk il-kampjun ma jaqbadx jew ma jibqax jaqbad wara li jintefa l-berner, jew jekk il-fjamma tintefa qabel ma tinħaraq għalkollox l-ewwel ħajta tal-immarkar, u ma jkun tkejjel l-ebda ħin tal-ħruq, ir-rata tal-ħruq titqies bħala 0 mm/minuta.

4.9.   Jekk il-kampjun jaqbad u l-fjammi jaslu sal-għoli tat-tielet ħajta tal-immarkar mingħajr ma jkunu qerdu l-ewwel u t-tieni ħajta tal-immarkar (eż. minħabba l-karatteristiki tal-kampjun tal-materjal irqiq), ir-rata tal-ħruq titqies li tkun aktar minn 100 mm/min.

5.   IR-RIŻULTATI

Il-fenomeni osservati għandhom jitniżżlu fir-rapport tat-test, u jinkludu:

(a)

It-tul ta' żmien tal-kombustjoni: t1, t2 and t3 f'sekondi, u

(b)

Id-distanzi tal-ħruq korrispondenti: d1, d2 u d3 f'mm.

Ir-rata tal-ħruq V1 u r-rati V2 u V3, jekk japplikaw, għandhom jiġu kkalkulati (għal kull kampjun jekk il-fjamma tilħaq mill-anqas waħda mill-ewwel ħjut tal-immarkar) kif ġej:

Vi = 60 di/ti (mm/min)

Għandha tiġi meqjusa l-ogħla rata tal-ħruq ta' V1, V2 u V3.

Dijagramma 1

Il-ħowlder tal-kampjun

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

Dijagramma 2

Il-pożizzjoni ta' fejn jinxtegħel il-berner

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

Dijagramma 3

Il-berner tal-gass

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS 9

TEST LI JIDDETERMINA L-KAPAĊITÀ TAL-MATERJALI LI JIRREŻISTU L-KARBURANT JEW IL-LUBRIKANT

1.   IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan l-anness jelenka l-preskrizzjonijiet biex tiġi ttestjata r-reżistenza tal-materjali iżolanti li jintużaw fil-kompartiment tal-magna u fil-kompartiment separat tat-tisħin.

2.   IT-TEĦID TAL-KAMPJUNI U L-PRINĊIPJU

2.1.   Il-kampjuni tat-test irid ikollhom dawn il-qisien: 140 mm × 140 mm.

2.2.   Il-ħxuna tal-kampjuni trid tkun ta' 5 mm. Meta l-ħxuna tal-kampjun tkun aktar minn 5 mm, din trid titnaqqas għal 5 mm permezz ta' proċess mekkaniku applikat mal-ġenb li mhuwiex faċċata tal-kompartiment tal-magna jew tal-kompartiment separat tat-tisħin.

2.3.   Il-likwidu li jintuża fit-test irid ikun karburant tad-diżil skont l-istandard EN 590:1999 (Karburanti kummerċjali) jew inkella karburant tad-diżil skont ir-Regolament Nru 83 (l-Anness 10: Speċifikazzjoni tal-karburanti ta' referenza).

2.4.   Iridu jiġu ttestjati erba' kampjuni.

3.   L-APPARAT (ARA D-DIJAGRAMMI 4a U 4b)

L-apparat għandu jikkonsisti minn:

A

pjanċa ċatta għall-bażi, ta' ebusija ta' mill-inqas 70 Shore D.

B

wiċċ assorbenti (eż. biċċa karta) fuq il-bażi;

C

ċilindru tal-metall (b'dijametru ta' ġewwa ta' 120 mm, u b'dijametru ta' barra ta' 50 mm), mimli bil-likwidu tat-test;

D-D′

żewġ viti bl-iskorfini b'żewġ widnejn;

E

il-kampjun tat-test;

F

il-pjanċa ta' fuq

4.   IL-PROĊEDURA

4.1.   Il-kampjun tat-test u l-apparat iridu jiġu kkundizzjonati għal mill-inqas 24 siegħa f'temperatura ta' 23 °C ± 2 °C u umdità relattiva ta' 50 ± 5 % u għandhom jinżammu f'dawn il-kundizzjonijiet sa immedjatament qabel l-ittestjar.

4.2.   Il-kampjun tat-test irid jintiżen.

4.3.   Il-kampjun tat-test, bil-wiċċ mikxuf fin-naħa ta' fuq, jitwaħħal b'mod sod fuq il-bażi tal-apparat permezz tal-viti li jżommu liċ-ċilindru f'pożizzjoni ċentrali. Il-likwidu tat-test ma għandux inixxi.

4.4.   Imla ċ-ċilindru tal-metall bil-likwidu tat-test sa għoli ta' 20 mm u ħalli kollox jistrieħ għal 24 siegħa.

4.5.   Neħħi l-likwidu tat-test u l-kampjun tat-test minn fuq l-apparat. Jekk ikun hemm xi likwidu tat-test fuq il-kampjun, dan għandu jitneħħa mingħajr ma jintgħafas il-kampjun.

4.6.   Il-kampjun tat-test irid jintiżen.

Dijagramma 4a

Apparat għat-test li jiddetermina l-kapaċità tal-materjali li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

(Dimensjonijiet f'millimetri)

Image

Dijagramma 4b

Apparat għat-test li jiddetermina l-kapaċità tal-materjali li jirreżistu l-karburant jew il-lubrikant

(Dehra mill-ġenb)

Image

Rettifika

21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/96


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE tat-3 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2006/971/KE, 2006/972/KE, 2006/973/KE, 2006/974/KE u 2006/975/KE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 347 tal-20 ta' Diċembru 2013 )

F'paġna 1038, l-Anness II, 3. PARTI III. PRIJORITÀ “SFIDI TAS-SOĊJETÀ”, l-aħħar sentenza

minflok:

“Barra minn dan, għal kull waħda mill-isfidi, għandu jiġi vvalutat il-progress meta mqabbel mal-kontribut għall-objettivi speċifiċi li huma deskritti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 104/2013.”

aqra:

“Barra minn dan, għal kull waħda mill-isfidi, għandu jiġi vvalutat il-progress meta mqabbel mal-kontribut għall-objettivi speċifiċi li huma deskritti fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1291/2013.”


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/96


Rettifika tal-Adozzjoni definittiva (UE, Euratom) 2015/339 tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 69 tat-13 ta' Marzu 2015 )

Fit-Taqsima III: Kummissjoni, il-linji tal-baġit li ġejjin:

02 05 11, 04 03 11, 06 02 04, 07 02 05 01, 07 02 05 02, 07 02 06, 09 02 03, 09 02 04, 15 02 12, 18 02 04, 18 02 05, 18 02 06, 32 02 10, 33 02 06, 33 02 07 and 33 03 04

għandhom jinqraw bħala approprjazzjonijiet differenzjati.


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/96


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/1007/ĠAI tal-21 ta' Diċembru 2006 li temenda d-Deċiżjoni Nru 2001/886/ĠAI dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 411 tat-30 ta' Novembru 2006 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti L 200M tal-1 ta' Awwissu 2007)

F'paġni 666-667, il-premessi numru 9, 10, 11 u 12 isiru l-premessi numru 8, 9, 10 u 11.


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/97


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1007/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 411 tat-30 ta' Diċembru 2006 , Edizzjoni Speċjali bil-Malti, ĠU L 200M, tal-1 ta' Awwissu 2007 )

1.

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 702:

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1007/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)”

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1988/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2424/2001 dwar l-iżvilupp tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II)”

2.

Paġna 702, il-premessa (8),

minflok:

“(8)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi, f'perjodu ta' sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jekk hijiex sejra timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha. Dan ir-Regolament u l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tiegħu huma mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għallparteċipazzjoni parzjali tar-Renju Unit fl-acquis ta' Schengen definiti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq sabiex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (3).”

aqra:

“(8)

Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u għalhekk mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta' Schengen taħt id-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tat-Tielet Parti tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka għandha, skond l-Artikolu 5 ta' l-imsemmi Protokoll, tiddeċiedi, f'perjodu ta' sitt xhur wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, jekk hijiex sejra timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(9)

Dan ir-Regolament u l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tiegħu huma mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti għallparteċipazzjoni parzjali tar-Renju Unit fl-acquis ta' Schengen definiti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta' Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta' Fuq sabiex jieħdu parti f'xi dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen (3).”

3.

Paġni 702-703, il-premessi numri (9), (10) u (11) isiru l-premessi numri (10), (11) u (12).


21.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 102/98


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tat-21 ta' Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 23 tal-25 ta' Jannar 2013 )

It-titolu fil-paġna tal-Werrej u t-titolu fil-paġna 54,

minflok:

“Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tat-21 ta' Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati”

aqra:

“Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 40/2013 tat-21 ta' Jannar 2013 li jiffissa għall-2013 l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-UE u, għall-bastimenti tal-UE, f'ċerti ilmijiet mhux tal-UE għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta' stokkijiet tal-ħut li huma suġġetti għal negozjati jew ftehimiet internazzjonali”