ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 99

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
16 ta' April 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/590 tal-31 ta' Marzu 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chouriça de carne de Melgaço (IĠP)]

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/591 tal-31 ta' Marzu 2015 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Presunto de Melgaço (IĠP)]

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/592 tal-14 ta' April 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Presunto de Barrancos/Paleta de Barrancos (DPO)]

4

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/593 tal-14 ta' April 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Reblochon/Reblochon de Savoie (DPO)]

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/594 tal-14 ta' April 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon sec des Ardennes/Noix de Jambon sec des Ardennes (IĠP)]

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/595 tal-15 ta' April 2015 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2016, l-2017 u l-2018 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom ( 1 )

7

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/596 tal-15 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward taż-żieda fil-kontenut massimu totali tad-dijossidu tal-kubrit meta meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima

21

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/597 tal-15 ta' April 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

23

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/598 tal-15 ta' April 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

25

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/599 tal-15 ta' April 2015 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (MEPP)

29

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2015 tal-Kumitat Speċjali UE-Cariforum dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-faċilitazzjoni tal-kummerċ tal-10 ta' Marzu 2015 dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika Dominicana fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili [2015/600]

34

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/590

tal-31 ta' Marzu 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Chouriça de carne de Melgaço (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-talba tal-Portugall biex id-denominazzjoni “Chouriça de carne de Melgaço” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

(2)

Billi ma saret l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Chouriça de carne de Melgaço” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Chouriça de carne de Melgaço” (IĠP) hi rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 423, 26.11.2014, p. 9.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/591

tal-31 ta' Marzu 2015

li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Presunto de Melgaço (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

It-talba tal-Portugall biex id-denominazzjoni “Presunto de Melgaço” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (2).

(2)

Billi ma saret l-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, id-denominazzjoni “Presunto de Melgaço” għandha tiġi rreġistrata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-denominazzjoni “Presunto de Melgaço” (IĠP) hi rreġistrata.

Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.) tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU C 423, 26.11.2014, p. 5.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).


16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/592

tal-14 ta' April 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Presunto de Barrancos/Paleta de Barrancos (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Portugall għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Presunto de Barrancos”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat id-domanda għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi (3).

(3)

Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fir-reġistru tal-ispeċifikazzjonijiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Presunto de Barrancos”/“Paleta de Barrancos” (DPO) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2400/96 tas-17 ta' Diċembru 1996 dwar l-iskrizzjoni ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” li jinsabu fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni ta ' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjoni ta' oriġini għal prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel (ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11).

(3)  ĠU C 432, 2.12.2014, p. 16.


16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/593

tal-14 ta' April 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Reblochon/Reblochon de Savoie (DPO)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Reblochon”/“Reblochon de Savoie”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2) kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2003 (3).

(2)

Billi l-modifika kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Reblochon”/“Reblochon de Savoie” (DPO), hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2003 tal-14 ta' Mejju 2003 li jemenda l-ispeċifikazzjoni ta' 16-il isem li jidhru fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għal prodotti agrikoli u dawk tal-ikel (Danablu, Monti Iblei, Lesbos, Beaufort, Salers, Reblochon jew Reblochon de Savoie, Laguiole, Mont d'Or jew Vacherin du Haut-Doubs, Comté, Roquefort, Epoisses de Bourgogne, Brocciu corse jew Brocciu, Sainte-Maure de Touraine, Ossau-Iraty, Dinde de Bresse, Huile essentielle de lavande de Haute-Provence) (ĠU L 120, 15.5.2003, p. 3).

(4)  ĠU C 387, 1.11.2014, p. 17.


16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/594

tal-14 ta' April 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni għal denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Jambon sec des Ardennes/Noix de Jambon sec des Ardennes (IĠP)]

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Jambon sec des Ardennes”/“Noix de Jambon sec des Ardennes”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2001 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, għalhekk il-Kummissjoni ippubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Il-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; għalhekk l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-denominazzjoni “Jambon sec des Ardennes”/“Noix de Jambon sec des Ardennes” (IĠP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2036/2001 tas-17 ta' Ottubru 2001 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċerti ismijiet fir-“Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” pprovdut bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini għall-prodotti u l-oġġetti tal-ikel agrikoli (ĠU L 275, 18.10.2001, p. 9).

(3)  ĠU C 444, 12.12.2014, p. 25.


16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/7


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/595

tal-15 ta' April 2015

dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2016, l-2017 u l-2018 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumatur għalihom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) ġie stabbilit l-ewwel programm Komunitarju multiannwali kkoordinat li jkopri s-snin 2009, 2010 u 2011. Il-programm tkompla b'konformità ma' Regolamenti konsekuttivi tal-Kummissjoni. L-aktar wieħed riċenti kien ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 (3).

(2)

Hemm bejn 30 u 40 oġġett tal-ikel li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta' tliet snin, il-pestiċidi f'dawk il-prodotti tal-ikel għandhom jiġu ssorveljati tul sensiela ta' ċikli ta' tliet snin biex l-esponiment tal-konsumatur u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati.

(3)

Fuq il-bażi ta' distribuzzjoni ta' probabbiltà binomjali, jista' jiġi kkalkulat li l-analiżi ta' 654 kampjun tippermetti, b'ċertezza ta' aktar minn 99 %, id-detezzjoni ta' kampjun li jkun fih ammont ta' residwi tal-pestiċidi ogħla mil-limitu ta' determinazzjoni (LOD), bil-kundizzjoni li mhux anqas minn 1 % tal-prodotti jkun fihom livelli ta' residwi ogħla minn dak il-limitu (4). Il-ġbir ta' dawn il-kampjuni għandu jitqassam fost l-Istati Membri skont l-għadd tal-popolazzjoni, b'minimu ta' 12-il kampjun għal kull prodott u għal kull sena.

(4)

Ir-riżultati analitiċi mill-programmi uffiċjali ta' kontroll tal-Unjoni preċedenti tqiesu biex jiġi żgurat li l-firxa ta' pestiċidi koperti mill-programm ta' kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati.

(5)

Gwida dwar il-proċeduri ta' kontroll analitiku tal-kwalità u ta' validazzjoni tal-analiżijiet tar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf, “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” tinsab ippubblikata fil-websajt tal-Kummissjoni (5).

(6)

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti jew prodotti li jirriżultaw minn proċessi ta' degradazzjoni jew ta' reazzjoni, dawk il-komposti għandhom jiġu rrappurtati separatament sakemm jiġu mkejla b'mod individwali.

(7)

L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel laħqu qbil dwar il-miżuri ta' implimentazzjoni, bħad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD) (6), (7) għas-sottomissjoni tar-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi, li huma relatati mat-tressiq tal-informazzjoni mill-Istati Membri.

(8)

Għall-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni għandha tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (8), li tinkorpora l-metodi tat-teħid ta' kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius.

(9)

Jenħtieġ li jiġi evalwat jekk il-livelli massimi ta' residwi għall-ikel tat-trabi, stipulati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE (9) u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE (10) humiex qed jiġu rrispettati, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi kif inhuma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Fir-rigward tal-metodi ta' residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jkunu kapaċi jilħqu l-obbligi ta' analiżi tagħhom billi jagħmlu użu mis-servizzi ta' laboratorji uffiċjali li diġà jkollhom il-metodi vvalidati meħtieġa.

(11)

L-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti sal-31 ta' Awwissu ta' kull sena.

(12)

Biex jiġi evitat li jkun hemm konfużjoni minħabba koinċidenza bejn programmi multiannwali konsekuttivi, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 għandu jitħassar fl-interess taċ-ċertezza legali. Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jittieħdu fl-2015.

(13)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Matul is-snin 2016, 2017 u 2018, l-Istati Membri għandhom jieħdu u janalizzaw kampjuni għall-kombinamenti ta' prodotti/pestiċidi, kif stipulat fl-Anness I.

L-għadd ta' kampjuni ta' kull prodott, fosthom oġġetti tal-ikel għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, u prodotti li joriġinaw mill-biedja organika, għandu jkun dak stipulat fl-Anness II.

Artikolu 2

1.   Il-lott li minnu għandhom jittieħdu l-kampjuni għandu jintgħażel b'mod aleatorju.

Il-proċedura tat-teħid ta' kampjuni u l-għadd ta' unitajiet għandhom ikunu konformi mad-Direttiva 2002/63/KE.

2.   Il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi stabbiliti fl-Anness I, skont id-definizzjonijiet tar-residwi stipulati fir-Regolament (KE) Nru 396/2005.

3.   Għall-oġġetti tal-ikel maħsubin għat-trabi u għat-tfal iż-żgħar, il-kampjuni jridu jiġu vvalutati fuq il-prodotti kif jiġu proposti lesti għall-konsum, jew wara li jiġu rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, filwaqt li jitqiesu l-limiti massimi ta' residwu (MRLs) stipulati fid-Direttivi 2006/125/KE u 2006/141/KE. F'każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta' tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f'forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott mhux rikostitwit kif jinbiegħ.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni ttestjati fl-2016, fl-2017 u fl-2018 sal-31 ta' Awwissu tal-2017, l-2018 u l-2019 rispettivament. Ir-riżultati għandhom jintbagħtu skont id-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni (SSD).

Fejn id-definizzjoni ta' residwu ta' pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva, metabolit u/jew prodotti li jirriżultaw mid-degradazzjoni jew minn reazzjoni), l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw ir-riżultati tal-analiżi skont id-definizzjoni sħiħa tar-residwi. Barra minn hekk, ir-riżultati ta' kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwi għandhom jintbagħtu separatament, sakemm dawn jiġu mkejla fuq bażi individwali.

Artikolu 4

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 400/2014 huwa mħassar.

Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni li jiġu ttestjati fl-2015.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta' Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta' kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 400/2014 tat-22 ta' April 2014 dwar programm multiannwali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2015, l-2016 u l-2017 biex tiġi żgurata konformità mal-livelli massimi ta' residwi ta' pestiċidi fi u fuq ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali u biex jivvaluta l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 119, 23.4.2014, p. 44).

(4)  Codex Alimentarius, Pesticide Residues in Food, Ruma, 1993, ISBN 92-5-103271-8; Vol. 2, p. 372.

(5)  L-aktar verżjoni riċenti tad-dokument Nru SANCO/12571/2013 http://ec.europa.eu/food/plant/plant_protection_products/guidance_documents/docs/qualcontrol_en.pdf.

(6)  Deskrizzjoni Standard tal-kampjuni għall-ikel u l-għalf (EFSA Journal 2010; 8(1): 1457).

(7)  L-użu tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni tal-EFSA għar-rappurtar ta' dejta dwar il-kontroll marbut mar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel u fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 (EFSA Journal 2014; 12(1): 3545).

(8)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).

(9)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE tat-22 ta' Diċembru 2006 dwar formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment u li temenda d-Direttiva 1999/21/KE (ĠU L 401, 30.12.2006, p. 1).

(10)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta' Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar. (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).


ANNESS I

PARTI A

Prodotti ta' oriġini mill-pjanti li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2016, fl-2017 u fl-2018

2016

2017

2018

(c)

(a)

(b)

Tuffieħ (1)

Fażola fil-miżwed (friska jew iffriżata) (1)

Brunġiel (1)

Kaboċċa kkapoċċata (1)

Karrotti (1)

Banana (1)

Kurrat (1)

Ħjar (1)

Brokkoli (1)

Ħass (1)

Larinġ (1)

Għeneb għall-ikel (1)

Ħawħ, inklużi n-nuċiprisk u ibridi simili (1)

Mandolin (1)

Meraq tal-larinġ

Ħbub tas-segala (2)

Lanġas (1)

Fażola mingħajr miżwed (friska jew iffriżata) (1)

Frawli (1)

Patata (1)

Bżar (ħelu) (1)

Tadam (1)

Ħbub tar-ross

Ħbub tal-qamħ (2)

Inbid (aħmar jew abjad) magħmul mill-għeneb. (Jekk l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur ta' inadempjenza ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi ta' pproċessar tal-inbid użati fir-“Rapport ta' Sinteżi Nazzjonali”).

Spinaċi (1)

Żejt taż-żebbuġa verġni. (Jekk l-ebda fattur speċifiku ta' pproċessar għaż-żejt ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur standard ta' 5 għal sustanzi li jinħallu fix-xaħam, filwaqt li titqies ir-rendita standard tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa ta' 20 % tal-ħsad taż-żebbuġ; għal sustanzi li jinħallu f'sustanzi mhux xaħmin, jista' jintuża fattur standard ta' pproċessar għaż-żejt ta' 1. L-Istati Membri huma mitluba jirrappurtaw il-fatturi ta' pproċessar użati fir-“Rapport ta' Sinteżi Nazzjonali”).

PARTI B

Prodotti mill-annimali li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2016, fl-2017 u fl-2018.

2016

2017

2018

(e)

(f)

(d)

Ħalib tal-baqar

Grass tat-tjur

Butir

Xaħam tal-majjal

Fwied (annimali bovini u ruminanti oħra, ħnieżer u tjur)

Bajd tat-tiġieġ

PARTI C

Kombinament ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-pjanti

 

2016

2017

2018

Kummenti

2-Fenilfenol

(c)

(a)

(b)

 

Abamektina

(c)

(a)

(b)

 

Aċefat

(c)

(a)

(b)

 

Aċetamiprid

(c)

(a)

(b)

 

Akrinatrina

(c)

(a)

(b)

 

Aldikarb

(c)

(a)

(b)

 

Aldrina u dieldrina

(c)

(a)

(b)

 

Ażinfos-metil

(c)

(a)

(b)

 

Ażoksistrobina

(c)

(a)

(b)

 

Bifentrina

(c)

(a)

(b)

 

Bifenil

(c)

(a)

(b)

 

Bitertanol

(c)

(a)

(b)

 

Boskalid

(c)

(a)

(b)

 

Jon tal-bromur

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħass u t-tadam fl-2016 biss; fuq il-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-bżar ħelu fl-2018

Bromopropilat

(c)

(a)

(b)

 

Bupirimat

(c)

(a)

(b)

 

Buprofeżin

(c)

(a)

(b)

 

Kaptan

(c)

(a)

(b)

 

Karbaril

(c)

(a)

(b)

 

Karbendażim u benomil

(c)

(a)

(b)

 

Karbofuran

(c)

(a)

(b)

 

Klorantraniliprol

(c)

(a)

(b)

 

Klorfenapir

(c)

(a)

(b)

 

Klormekwat

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq iz-zunnarija, il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-brunġiel, l-għeneb għall-ikel u l-ħbub tal-qamħ fl-2018

Klorotalonil

(c)

(a)

(b)

 

Klorprofam

(c)

(a)

(b)

 

Klorpirifos

(c)

(a)

(b)

 

Klorpirifos-metil

(c)

(a)

(b)

 

Klofenteżina

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali.

Klotijanidin

(c)

(a)

(b)

Ara wkoll it-tijametoksam

Ċiflutrina

(c)

(a)

(b)

 

Ċimoksanil

(c)

(a)

(b)

 

Ċipermetrina

(c)

(a)

(b)

 

Ċiprokonażol

(c)

(a)

(b)

 

Ċiprodinil

(c)

(a)

(b)

 

Deltametrina

(c)

(a)

(b)

 

Diażinon

(c)

(a)

(b)

 

Diklorvos

(c)

(a)

(b)

 

Dikloran

(c)

(a)

(b)

 

Dikofol

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Dietofenkarb

(c)

(a)

(b)

 

Difenokonażol

(c)

(a)

(b)

 

Diflubenżuron

(c)

(a)

(b)

 

Dimetoat

(c)

(a)

(b)

 

Dimetomorf

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Dinikonażol

(c)

(a)

(b)

 

Difenilammina

(c)

(a)

(b)

 

Ditijanon

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ u l-ħawħ fl-2016 biss; fuq il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq l-għeneb għall-ikel fl-2018

Ditijokarbamati

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati, għajr il-brokkoli, il-kaboċċi kkapoċċat, il-meraq tal-larinġ u ż-żejt taż-żebbuġa

Dodina

(c)

(a)

(b)

 

Endosulfan

(c)

(a)

(b)

 

EPN

(c)

(a)

(b)

 

Epoksikonażol

(c)

(a)

(b)

 

Etefon

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq il-larinġ, il-mandolin u l-ħbub tar-ross fl-2017; fil-meraq tal-larinġ, il-bżar ħelu, il-ħbub tal-qamħ u l-għeneb għall-ikel fl-2018

Etijon

(c)

(a)

(b)

 

Etirimol

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Etofenproks

(c)

(a)

(b)

 

Famoksadon

(c)

(a)

(b)

 

Fenamidon

(c)

(a)

(b)

 

Fenamifos

(c)

(a)

(b)

 

Fenarimol

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Fenażakin

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Fenbukonażol

(c)

(a)

(b)

 

Ossidu tal-fenbutatin

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ, it-tadam u l-inbid fl-2016 biss; fuq il-larinġ, il-mandolin u l-lanġas fl-2017; fuq il-brunġiel, il-bżar ħelu u l-għeneb għall-ikel fl-2018

Feneżammid

(c)

(a)

(b)

 

Fenitrotijon

(c)

(a)

(b)

 

Fenossikarb

(c)

(a)

(b)

 

Fenpropatrina

(c)

(a)

(b)

 

Fenpropidina

(c)

(a)

(b)

 

Fenpropimorf

(c)

(a)

(b)

 

Fenpirossimat

(c)

(a)

(b)

 

Fentijon

(c)

(a)

(b)

 

Fenvalerat

(c)

(a)

(b)

 

Fipronil

(c)

(a)

(b)

 

Fludioksonil

(c)

(a)

(b)

 

Flufenoksuron

(c)

(a)

(b)

 

Fluwopiram

(c)

(a)

(b)

 

Flukinkonażol

(c)

(a)

(b)

 

Flusilażol

(c)

(a)

(b)

 

Flutriafol

(c)

(a)

(b)

 

Folpet

(c)

(a)

(b)

 

Formetanat

(c)

(a)

(b)

 

Fostijażat

(c)

(a)

(b)

 

Glifosat

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala fl-2016 biss; fuq il-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-ħbub tal-qamħ fl-2018

Eżakonażol

(c)

(a)

(b)

 

Eżitijażoks

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Imażalil

(c)

(a)

(b)

 

Imidakloprid

(c)

(a)

(b)

 

Indoksakarb

(c)

(a)

(b)

 

Iprodion

(c)

(a)

(b)

 

Iprovalikarb

(c)

(a)

(b)

 

Isokarbofos

(c)

(a)

(b)

 

Isoprotijolan

 

(a)

 

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tar-ross fl-2017 biss. Mhux rilevanti għall-komoditajiet li għandhom jiġu analizzati fl-2016 u fl-2018

Kreżoksim-metil

(c)

(a)

(b)

 

Lambda-ċjalotrina

(c)

(a)

(b)

 

Linuron

(c)

(a)

(b)

 

Lufenuron

(c)

(a)

(b)

 

Malatijon

(c)

(a)

(b)

 

Mandipropammid

(c)

(a)

(b)

 

Mepanipirim

(c)

(a)

(b)

 

Mepikwat

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-ħbub tas-segala u t-tadam fl-2016 biss; fuq il-lanġas u l-ħbub tar-ross fl-2017; fuq il-ħbub tal-qamħ fl-2018

Metalassil u metalassil-M

(c)

(a)

(b)

 

Metamidofos

(c)

(a)

(b)

 

Metidatijon

(c)

(a)

(b)

 

Metijokarb

(c)

(a)

(b)

 

Metomil u tijodikarb

(c)

(a)

(b)

 

Metoksifenożid

(c)

(a)

(b)

 

Monokrotofos

(c)

(a)

(b)

 

Miklobutanil

(c)

(a)

(b)

 

Oksadiksil

(c)

(a)

(b)

 

Oksamil

(c)

(a)

(b)

 

Oksidemeton-metil

(c)

(a)

(b)

 

Paklobutrażol

(c)

(a)

(b)

 

Paratijon

(c)

(a)

(b)

 

Paratijon-metil

(c)

(a)

(b)

 

Penkonażol

(c)

(a)

(b)

 

Penċikuron

(c)

(a)

(b)

 

Pendimetalin

(c)

(a)

(b)

 

Permetrina

(c)

(a)

(b)

 

Fosmet

(c)

(a)

(b)

 

Pirimikarb

(c)

(a)

(b)

 

Pirimifos-metil

(c)

(a)

(b)

 

Proċimidon

(c)

(a)

(b)

 

Profenofos

(c)

(a)

(b)

 

Propamokarb

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq it-tuffieħ, fuq il-kaboċċa kkapoċċata, fuq il-ħass, fuq it-tadam u fl-inbid fl-2016 biss; fuq il-fażola fil-miżwed, fuq iz-zunnarija, fuq il-ħjar, fuq il-larinġ, fuq il-mandolin, fuq il-patata, fuq l-ispinaċi u fuq il-frawli fl-2017; fuq il-brunġiel, fuq il-brokkoli, fuq il-piżelli mingħajr miżwed u fuq il-bżar ħelu fl-2018

Proparġit

(c)

(a)

(b)

 

Propikonażol

(c)

(a)

(b)

 

Propiżammid

(c)

(a)

(b)

 

Pimetrożina

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fuq il-kaboċċa kkapoċċata, fuq il-ħass, fuq il-frawli u fuq it-tadam fl-2016 biss; fuq il-ħjar fl-2017; fuq il-brunġiel u fuq il-bżar ħelu fl-2018

Piraklostrobina

(c)

(a)

(b)

 

Piridaben

(c)

(a)

(b)

 

Pirimetanil

(c)

(a)

(b)

 

Piriproksifen

(c)

(a)

(b)

 

Kinoksifen

(c)

(a)

(b)

 

Spinosad

(c)

(a)

(b)

 

Spirodiklofen

(c)

(a)

(b)

 

Spiromesifen

(c)

(a)

(b)

 

Spiroksammina

(c)

(a)

(b)

 

Tau-Fluvalinat

(c)

(a)

(b)

 

Tebukonażol

(c)

(a)

(b)

 

Tebufenożid

(c)

(a)

(b)

 

Tebufenpirad

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Teflubenżuron

(c)

(a)

(b)

 

Teflutrina

(c)

(a)

(b)

 

Terbutilażina

(c)

(a)

(b)

 

Tetrakonażol

(c)

(a)

(b)

 

Tetradifon

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Tijabendażol

(c)

(a)

(b)

 

Tijakloprid

(c)

(a)

(b)

 

Tijametoksam

(c)

(a)

(b)

 

Tijofanat-metil

(c)

(a)

(b)

 

Tolklofos-metil

(c)

(a)

(b)

 

Tolilfluwanid

(c)

(a)

(b)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-komoditajiet kollha elenkati minbarra ċ-ċereali

Triadimefon u triadimenol

(c)

(a)

(b)

 

Triażofos

(c)

(a)

(b)

 

Trifloksistrobina

(c)

(a)

(b)

 

Triflumuron

(c)

(a)

(b)

 

Vinklożolin

(c)

(a)

(b)

 

PARTI D

Kombinazzjonijiet ta' pestiċidi/prodotti li għandhom jiġu ssorveljati fi/fuq prodotti ta' oriġini mill-annimali

 

2016

2017

2018

Kummenti

Aldrina u dieldrina

(e)

(f)

(d)

 

Bifentrina

(e)

(f)

(d)

 

Klordan

(e)

(f)

(d)

 

Klorpirifos

(e)

(f)

(d)

 

Klorpirifos-metil

(e)

(f)

(d)

 

Ċipermetrina

(e)

(f)

(d)

 

DDT

(e)

(f)

(d)

 

Deltametrina

(e)

(f)

(d)

 

Diażinon

(e)

(f)

(d)

 

Endosulfan

(e)

(f)

(d)

 

Famoksadon

(e)

(f)

(d)

 

Fenvalerat

(e)

(f)

(d)

 

Ettaklor

(e)

(f)

(d)

 

Eżaklorobenżen

(e)

(f)

(d)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH, Isomeru Alfa)

(e)

(f)

(d)

 

Eżaklorċikloeżan (HCH, Isomeru Beta)

(e)

(f)

(d)

 

Indoksakarb

(e)

 

(d)

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-ħalib fl-2016 biss; fil-butir fl-2018

Lindan

(e)

(f)

(d)

 

Metoksiklor

(e)

(f)

(d)

 

Paratijon

(e)

(f)

(d)

 

Permetrina

(e)

(f)

(d)

 

Pirimifos-metil

(e)

(f)

(d)

 

Spinosad

 

(f)

 

Din is-sustanza għandha tiġi analizzata fil-fwied fl-2017 biss


(1)  Għandhom jiġu analizzati prodotti mhux ipproċessati (inkluż prodotti ffriżati).

(2)  Jekk l-ebda kampjun suffiċjenti ta' ħbub tas-segala jew tal-qamħ ma jkun disponibbli, jistgħu jiġu analizzati wkoll id-dqiq tas-segala jew tal-qamħ, bil-kundizzjoni li jiġi rrappurtat fattur ta' pproċessar. Jekk l-ebda fattur speċifiku ta' pproċessar għad-dqiq tas-segala jew tal-qamħ ma jkun disponibbli, jista' jiġi applikat fattur standard ta' 1.


ANNESS II

L-għadd ta' kampjuni msemmija fl-Artikolu 1

(1)

L-għadd ta' kampjuni li għandhom jittieħdu għal kull komodità u li għandhom jiġu analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I minn kull Stat Membru huwa stabbilit fit-tabella fil-punt (5).

(2)

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont it-tabella fil-punt (5), fl-2016 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar għajr formuli tat-trabi, formuli ta' prosegwiment u ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont dik it-tabella, fl-2017 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' formuli tat-trabi u formuli ta' prosegwiment għat-trabi.

Barra mill-kampjuni meħtieġa skont l-istess tabella, fl-2018 kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għaxar kampjuni ta' ikel tat-trabi pproċessat b'bażi ta' ċereali.

(3)

Skont it-tabella fil-punt (5), il-kampuni minn komoditajiet li joriġinaw mill-biedja organika, fejn ikunu disponibbli, għandhom jittieħdu b'mod li hu proporzjonat mas-sehem tas-suq ta' dawk il-komoditajiet f'kull Stat Membru, b'minimu ta' 1.

(4)

L-Istati Membri li jużaw metodi ta' analiżi ta' residwi multipli jistgħu jużaw metodi ta' skrinjar kwalitattiv fuq sa 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati skont it-tabella fil-punt (5). Meta Stat Membru juża metodi ta' skrinjar kwalitattiv, għandu janalizza l-bqija tal-kampjuni permezz ta' metodi ta' analiżi ta' residwi multipli.

Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu ta' mmirar li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet.

(5)

Għadd ta' kampjuni għal kull Stat Membru:

Stat Membru

Kampjuni

 

Stat Membru

Kampjuni

BE

12 (*)

 

LU

12 (*)

15 (**)

 

15 (**)

BG

12 (*)

 

HU

12 (*)

15 (**)

 

15 (**)

CZ

12 (*)

 

MT

12 (*)

15 (**)

 

15 (**)

DK

12 (*)

 

NL

17

15 (**)

 

 

DE

93

 

AT

12 (*)

 

 

15 (**)

EE

12 (*)

 

PL

45

15 (**)

 

EL

12 (*)

 

PT

12 (*)

15 (**)

 

15 (**)

ES

45

 

RO

17

 

 

FR

66

 

SI

12 (*)

 

 

15 (**)

IE

12 (*)

 

SK

12 (*)

15 (**)

 

15 (**)

IT

65

 

FI

12 (*)

 

 

15 (**)

CY

12 (*)

 

SE

12 (*)

15 (**)

 

15 (**)

LV

12 (*)

 

UK

66

15 (**)

 

LT

12 (*)

 

HR

12( (*))

15 (**)

 

15 (**)

GĦADD MINIMU TOTALI TA' KAMPJUNI: 654


(*)  L-għadd minimu ta' kampjuni għal kull metodu ta' analiżi ta' residwu uniku applikat.

(**)  L-għadd minimu ta' kampjuni għal kull metodu ta' analiżi ta' residwi multipli applikat.


16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/596

tal-15 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 606/2009 fir-rigward taż-żieda fil-kontenut massimu totali tad-dijossidu tal-kubrit meta meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 91(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 (2) jistabbilixxi l-kontenut massimu permissibbli tad-dijossidu tal-kubrit fl-inbid. Il-punt A(4) tal-Anness I B tiegħu jipprovdi li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li l-Istati Membri kkonċernati jistgħu jawtorizzaw żieda ta' massimu ta' 50 milligramma l-litru fil-livelli massimi totali ta' dijossidu tal-kubrit ta' anqas minn 300 milligramma l-litru, meta meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima.

(2)

Fl-1 ta' Diċembru 2014, l-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi bagħtu talba uffiċjali biex iżidu l-kontenut massimu totali permissibbli tad-dijossidu tal-kubrit fl-inbid ta' anqas minn 300 milligramma l-litru b'massimu ta' 50 milligramma l-litru għall-inbid magħmul minn għeneb maqtugħ fl-2014 fiż-żoni tal-vitikultura tal-Länder Ġermaniżi “Baden-Württemberg”, “Bavaria”, “Hessen” and “Rhineland Palatinate”.

(3)

In-nota teknika maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi tindika li l-kundizzjonijiet tal-klima, b'mod partikolari temp sħun u umdu waqt il-ħsad, wasslu għall-iżvilupp ta' pesti li jipproduċu l-piruvat, l-aċetaldeid u l-aċidu alfa-ketoglutariku. Dawn is-sustanzi jingħaqdu mad-dijossidu tal-kubrit u jnaqqsu l-azzjoni preżervattiva tiegħu. Għalhekk, il-kwantitajiet totali tad-dijossidu tal-kubrit meħtieġa biex jiżguraw il-vinifikazzjoni u l-konservazzjoni xierqa huma ogħla f'inbid magħmul minn dak l-għeneb. Għal din ir-raġuni, l-awtorizzazzjoni temporanja msemmija fil-punt A(4) tal-Anness I B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 hija l-unika għażla disponibbli biex l-għeneb milqut minn dawn il-kundizzjonijiet tal-klima mhux favorevoli jkun jista' jintuża għall-produzzjoni ta' nbejjed li jistgħu jitqiegħdu fis-suq.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 606/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Appendiċi 1 tal-Anness I B tar-Regolament (KE) Nru 606/2009 qed jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 606/2009 tal-10 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 fir-rigward tal-kategoriji tal-prodotti tad-dwieli, il-prattiċi enoloġiċi u r-restrizzjonijiet applikabbli (ĠU L 193, 24.7.2009, p. 1).


ANNESS

“Appendiċi I

Żieda fil-kontenut massimu totali tad-dijossidu tal-kubrit meta meħtieġ minħabba l-kundizzjonijiet tal-klima

 

Sena

Stat Membru

Iż-żoni tal-vitikultura

L-inbejjed ikkonċernati

1.

2000

Il-Ġermanja

Iż-żoni tal-vitikultura kollha tal-Ġermanja

L-inbejjed kollha mill-għeneb miġbur fis-sena 2000

2.

2006

Il-Ġermanja

Iż-żoni tal-vitikultura fir-reġjuni ta' Baden-Württemberg, il-Bavarja, Hesse u Rhineland Palatinate

L-inbejjed kollha mill-għeneb miġbur fis-sena 2006

3.

2006

Franza

Iż-żoni tal-vitikultura fid-dipartimenti Bas-Rhin u Haut-Rhin

L-inbejjed kollha mill-għeneb miġbur fis-sena 2006

4.

2013

Il-Ġermanja

Iż-żoni tal-vitikultura fiż-żona demarkata ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini ‘Mosel’ u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ‘Landwein der Mosel’, ‘Landwein der Ruwer’, ‘Landwein der Saar’ u ‘Saarländischer Landwein’

L-inbejjed kollha mill-għeneb miġbur fis-sena 2013

5.

2014

Il-Ġermanja

Iż-żoni tal-vitikultura fil- Länder ta' ‘Baden-Württemberg’, ‘Bavaria’, ‘Hessen’ u ‘Rhineland Palatinate’

L-inbejjed kollha mill-għeneb miġbur fis-sena 2014”


16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/597

tal-15 ta' April 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

103,8

SN

185,4

TR

120,5

ZZ

136,6

0707 00 05

MA

176,1

TR

139,5

ZZ

157,8

0709 93 10

MA

92,0

TR

164,4

ZZ

128,2

0805 10 20

EG

48,6

IL

72,1

MA

52,4

TN

55,3

TR

67,4

ZZ

59,2

0805 50 10

MA

57,3

TR

45,7

ZZ

51,5

0808 10 80

BR

97,3

CL

113,9

CN

100,9

MK

29,8

NZ

121,0

US

209,2

ZA

122,2

ZZ

113,5

0808 30 90

AR

107,9

CL

151,3

ZA

132,7

ZZ

130,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/25


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/598

tal-15 ta' April 2015

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/328/PESK (1) li ħatret lis-Sinjura Patricia FLOR bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali.

(2)

Ser jinħatar RSUE għall-Asja Ċentrali għal perijodu ta' 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Peter BURIAN huwa b'dan maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Asja Ċentrali sat-30 ta' April 2016. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Asja Ċentrali. Dawn l-objettivi jinkludu:

(a)

il-promozzjoni ta' relazzjonijiet tajba u mill-qrib bejn l-Unjoni u l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali abbażi ta' valuri u interessi komuni kif stipulati fi ftehimiet rilevanti;

(b)

il-kontribut għat-tisħiħ tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi fir-reġjun;

(c)

il-kontribut għat-tisħiħ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali fl-Asja Ċentrali;

(d)

l-indirizzar ta' theddidiet ewlenin, speċjalment ta' problemi speċifiċi b'implikazzjonijiet diretti għall-Unjoni;

(e)

it-titjib fl-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun, inkluż permezz tal-koordinazzjoni iżjed mill-qrib ma' sħab u organizzazzjonijiet internazzjonali oħra rilevanti, bħall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u n-Nazzjonijiet Uniti (NU).

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jippromwovi l-koordinazzjoni politika tal-Unjoni fuq bażi ġenerali fl-Asja Ċentrali u jgħin biex tkun żgurata l-konsistenza tal-azzjonijiet esterni tal-Unjoni fir-reġjun;

(b)

jimmonitorja, f'isem ir-RGħ, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u mal-Kummissjoni, il-proċess ta' implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għal Sħubija Ġdida mal-Asja Ċentrali, komplementat bil-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill u rapporti ta' progress sussegwenti dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Asja Ċentrali, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jirrapporta lill-korpi rilevanti tal-Kunsill fuq bażi regolari;

(c)

jgħin lill-Kunsill biex tkompli tiġi żviluppata politika komprensiva fir-rigward tal-Asja Ċentrali;

(d)

isegwi mill-qrib l-iżviluppi politiċi fl-Asja Ċentrali billi jiżviluppa u jżomm kuntatti mill-qrib mal-gvernijiet, il-parlamenti, il-ġudikatura, is-soċjetà ċivili u l-mezzi ta' komunikazzjoni tal-massa;

(e)

iħeġġeġ lill-Każakistan, il-Kirgiżistan, it-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Użbekistan biex jikkooperaw fir-rigward ta' kwistjonijiet reġjonali ta' interess komuni;

(f)

jiżviluppa kuntatti u kooperazzjoni adatti mal-atturi interessati ewlenin fir-reġjun, u l-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali rilevanti kollha;

(g)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati, kif ukoll dawk dwar il-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom, u tal-politika tal-Unjoni rigward ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nru 1325 (2000) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, inkluż billi jimmonitorja u jirrapporta dwar l-iżviluppi kif ukoll ifassal rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward;

(h)

jikkontribwixxi, f'kooperazzjoni mill-qrib man-NU u l-OSKE, għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' konflitti billi jiżviluppa kuntatti mal-awtoritajiet u ma' atturi lokali oħra bħal organizzazzjonijiet mhux governattivi, partiti politiċi, minoranzi, gruppi reliġjużi u l-mexxejja tagħhom;

(i)

jagħti sehmu għall-formulazzjoni ta' aspetti tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, fir-rigward tal-Asja Ċentrali li huma relatati mas-sigurtà tal-enerġija, is-sigurtà tal-fruntieri, il-ġlieda kontra l-kriminalità serja, inklużi d-droga u t-traffikar tal-bnedmin, kif ukoll il-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma, l-ambjent u t-tibdil fil-klima;

(j)

jippromwovi s-sigurtà reġjonali fil-fruntieri tal-Asja Ċentrali fil-kuntest tat-tnaqqis tal-preżenza internazzjonali fl-Afganistan.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tar-RGħ u jżomm ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fir-reġjun.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, filwaqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġjat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta' kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-SEAE u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu sat-30 ta' April 2016 għandu jkun ta' EUR 810 000.

2.   In-nefqa għandha tiġi amministrata f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-iskwadra

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jitpoġġew għad-dispożizzjoni, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-formazzjoni ta' skwadra. L-iskwadra għandu jinkludi l-konsulenza esperta dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandha żżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tal-iskwadra.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni tal-Unjoni kkonċernata jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mandanti, l-istituzzjoni mandanti tal-Unjoni jew is-SEAE u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jitqiegħed fl-istess post li fih jinsab id-dipartiment rilevanti tas-SEAE sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u l-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra neċessarji għat-tlestija u l-funzjonament bla tfixkil tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jiġu miftehmin mal-pajjiżi ospitanti, kif adatt. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan il-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (2).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE tingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u/jew l-Istati Membri, skont il-każ, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat u skont is-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida mis-SEAE, li jipprevedi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni u l-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà, u li jipprevedi pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha li jsiru wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà u jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment lir-RGħ u lill-KPS rapporti bil-fomm u bil-miktub. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, kif neċessarju. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jiġi involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandha tgħin sabiex ikun żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jiġu utilizzati konsistentement sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati mad-dipartiment ġeografiku rilevanti tas-SEAE, kif ukoll mal-Kummissjoni, kif ukoll ma' dawk tar-RSUE għall-Afganistan. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni fuq bażi regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni u mal-Kapijiet tal-Missjoni tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat tagħha. Ir-RSUE għandha wkoll iżżomm kollegament ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fuq il-post.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħrajn mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta' progress sal-aħħar ta' Settembru 2015 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Jannar 2016.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/328/PESK tal-25 ta' Ġunju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Asja Ċentrali (ĠU L 165, 26.6.2012, p. 59).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/599

tal-15 ta' April 2015

li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (MEPP)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Ir-riżoluzzjoni tal-konflitt Iżraeljan/Palestinjan hija prijorità strateġika għall-Unjoni u l-Unjoni għandha tibqa' impenjata b'mod attiv sakemm tissolva abbażi tas-soluzzjoni ta' żewġ Stati.

(2)

Jinħtieġ li jinħatar Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani (MEPP, Middle East Peace Process) għal perijodu ta' 12-il xahar.

(3)

Ir-RSUE ser jimplimenta l-mandat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' timpedixxi l-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Is-Sur Fernando GENTILINI huwa b'dan maħtur bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani (MEPP) sat-30 ta' April 2016. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jiġi terminat qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u ta' proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

1.   Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fir-rigward tal-MEPP.

2.   L-objettiv ġenerali huwa paċi komprensiva li għandha tinkiseb abbażi ta' soluzzjoni ta' żewġ Stati, bl-Iżrael u Stat Palestinjan demokratiku, kontigwu, vijabbli, paċifiku u sovran jgħixu maġenb xulxin ġewwa fruntieri siguri u rikonoxxuti, li jgawdu relazzjonijiet normali mal-ġirien tagħhom f'konformità mar-Riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), il-prinċipji ta' Madrid, inkluża art għall-paċi, il-Pjan Direzzjonali, il-ftehimiet maqbula qabel mill-partijiet, u l-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi. Fid-dawl tal-aspetti differenti tar-relazzjonijiet Iżraeljani-Għarab, id-dimensjoni reġjonali tikkostitwixxi element essenzjali għal paċi komprensiva.

3.   Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-prijoritajiet ta' politika huma l-preservazzjoni tas-soluzzjoni ta' żewġ Stati u l-varar mill-ġdid u l-appoġġ għall-proċess ta' paċi. Parametri ċari li jiddefinixxu l-bażi għan-negozjati huma elementi ewlenin għal eżitu b'suċċess u l-Unjoni stabbilixxiet il-pożizzjoni tagħha rigward tali parametri fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Diċembru 2009, Diċembru 2010 u Lulju 2014, li hi ser tkompli tippromwovi b'mod attiv.

4.   L-Unjoni hija impenjata li taħdem mal-partijiet u mas-sħab fil-komunità internazzjonali, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-Kwartett tal-Lvant Nofsani (“il-Kwartett”) u ssegwi b'mod attiv inizjattivi internazzjonali xierqa biex tinħoloq dinamika ġdida għan-negozjati.

Artikolu 3

Mandat

1.   Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jipprovdi kontribut attiv u effiċjenti mill-Unjoni għal azzjonijiet u inizjattivi li jwasslu għal riżoluzzjoni finali tal-konflitt Iżraeljan/Palestinjan abbażi tas-soluzzjoni ta' żewġ Stati u f'konformità mal-parametri tal-Unjoni;

(b)

jiffaċilita u jżomm kuntatti mill-qrib mal-partijiet kollha tal-proċess ta' paċi, l-atturi politiċi rilevanti, pajjiżi oħra tar-reġjun, il-membri tal-Kwartett u pajjiżi rilevanti oħra, kif ukoll man-NU u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħra, bħal-Lega tal-Istati Għarab, sabiex jaħdem magħhom fit-tisħiħ tal-proċess ta' paċi;

(c)

jaħdem kif ikun meħtieġ biex jippromwovi u jikkontribwixxi għal qafas ġdid possibbli ta' negozjati f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati ewlenin kollha u l-Istati Membri tal-Unjoni;

(d)

jappoġġa u jikkontribwixxi b'mod attiv għal negozjati ta' paċi bejn il-partijiet, anke billi jressaq proposti f'isem l-Unjoni fil-kuntest ta' dawk in-negozjati;

(e)

jiżgura l-preżenza kontinwa tal-Unjoni fil-fora internazzjonali rilevanti;

(f)

jikkontribwixxi għall-maniġġar u l-prevenzjoni ta' kriżijiet, anke fir-rigward ta' Gaża;

(g)

jikkontribwixxi, fejn mitlub, għall-implimentazzjoni ta' ftehimiet internazzjonali milħuqa bejn il-partijiet u jinvolvi ruħu magħhom diplomatikament fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mat-termini ta' dawk il-ftehimiet;

(h)

jikkontribwixxi għal sforzi politiċi biex issir bidla fundamentali li twassal għal soluzzjoni sostenibbli għall-Istrixxa ta' Gaża li hija parti integrali ta' Stat Palestinjan futur u li għandha tiġi indirizzata fin-negozjati;

(i)

jagħti attenzjoni partikolari lil fatturi li jaffettwaw id-dimensjoni reġjonali tal-proċess ta' paċi, lill-involviment mas-sħab Għarab u lill-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi;

(j)

jinvolvi ruħu b'mod kostruttiv mal-firmatarji ta' ftehimiet fil-qafas tal-proċess ta' paċi sabiex jippromwovi konformità man-normi bażiċi tad-demokrazija, inkluż ir-rispett lejn id-dritt umanitarju internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

(k)

jagħmel proposti għal intervent tal-Unjoni fil-proċess ta' paċi u dwar l-aħjar mod kif jiġu segwiti l-inizjattivi tal-Unjoni u l-isforzi tal-Unjoni relatati mal-proċess ta' paċi attwali, bħall-kontribut tal-Unjoni għar-riformi Palestinjani u inklużi l-aspetti politiċi tal-proġetti rilevanti tal-Unjoni għall-iżvilupp;

(l)

jimpenja lill-partijiet biex joqogħdu lura minn azzjonijiet unilaterali li jheddu l-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta' żewġ stati;

(m)

jirrapporta, bħala Mibgħut tal-Kwartett, dwar il-progress u l-evoluzzjoni fin-negozjati u jikkontribwixxi għat-tħejjija tal-laqgħat tal-Mibgħuta tal-Kwartett abbażi tal-pożizzjonijiet tal-Unjoni u permezz ta' koordinazzjoni ma' membri oħra tal-Kwartett;

(n)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem f'kooperazzjoni mar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Linji Gwida tal-Unjoni dwar it-Tfal u l-Konflitti Armati kif ukoll dwar il-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u l-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni kontrihom, u tal-politika tal-Unjoni rigward ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU 1325 (2000) dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, anke bil-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-iżviluppi kif ukoll bil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward;

(o)

jikkontribwixxi għal komprensjoni aħjar tar-rwol tal-Unjoni fost l-opinjonisti ewlenin fir-reġjun.

2.   Ir-RSUE għandu jappoġġa l-ħidma tar-RGħ, filwaqt li jżomm ħarsa ġenerali fuq l-attivitajiet kollha tal-Unjoni fir-reġjun relatati mal-MEPP.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat, waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-KPS għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt primarju ta' kuntatt tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi gwida strateġika u direzzjoni politika lir-RSUE fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti rilevanti tiegħu.

4.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-Unjoni f'Ġerusalemm, mad-delegazzjoni tal-Unjoni f'Tel Aviv, kif ukoll mad-delegazzjonijiet rilevanti l-oħrajn kollha tal-Unjoni fir-reġjun.

5.   Ir-RSUE għandu jkun primarjament ibbażat fir-reġjun waqt li jiżgura preżenza regolari fil-kwartieri ġenerali tas-SEAE.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarju maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu sat-30 ta' April 2016 għandu jkun ta' EUR 1 980 000.

2.   In-nefqa għandha tkun amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

3.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jagħti rendikont ta' kull infiq lill-Kummissjoni.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni ta' tim

1.   Fil-limiti tal-mandat tar-RSUE u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli mill-formazzjoni ta' tim. It-tim għandu jinkludi t-tagħrif espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif meħtieġ mill-mandat. Ir-RSUE għandu jżomm lill-Kunsill u lill-Kummissjoni infurmati fil-pront dwar il-kompożizzjoni tat-tim.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu l-issekondar ta' persunal mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal issekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru kkonċernat, mill-istituzzjoni kkonċernata tal-Unjoni jew mis-SEAE, rispettivament. L-esperti ssekondati mill-Istati Membri mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal kuntrattat internazzjonali għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru jew l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE, li jkunu bagħtuh, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

Artikolu 7

Privileġġi u immunitajiet tar-RSUE u tal-persunal tar-RSUE

Il-privileġġi, immunitajiet u garanziji oħra meħtieġa għall-espletament u l-funzjonament bla xkiel tal-missjoni tar-RSUE u tal-membri tal-persunal tar-RSUE għandhom jinftiehmu mal-pajjiżi ospitanti, kif xieraq. L-Istati Membri u s-SEAE għandhom jagħtu l-appoġġ meħtieġ kollu għal dan l-għan.

Artikolu 8

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tat-tim tar-RSUE għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (1).

Artikolu 9

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, is-SEAE, il-Kummissjoni u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li r-RSUE jingħata aċċess għal kull informazzjoni rilevanti.

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-reġjun u/jew l-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku fir-reġjun.

Artikolu 10

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titlu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri raġonevolment prattikabbli kollha, f'konformità mal-mandat u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fiż-żona ġeografika ta' responsabbiltà, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq il-gwida mis-SEAE, li jipprovdi għal miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregolaw il-ġestjoni tal-moviment mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni u l-maniġġar ta' inċidenti ta' sigurtà, u li jipprovdi għal pjan ta' kontinġenza u pjan ta' evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli, kif meħtieġ mill-kundizzjonijiet fiż-żona tal-missjoni;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tat-tim tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona tal-missjoni jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati liż-żona tal-missjoni mis-SEAE;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet miftehmin kollha magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jipprovdi lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapporti bil-miktub dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapport ta' progress u tar-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-mandat.

Artikolu 11

Rappurtar

Ir-RSUE għandu jipprovdi regolarment rapporti bil-fomm u bil-miktub lir-RGħ u lis-SEAE. Ir-RSUE għandu jirrapporta regolarment lill-KPS addizzjonalment għar-rekwiżiti minimi għar-rappurtar u l-iffissar tal-objettivi kif stabbiliti fil-Linji Gwida dwar il-ħatriet, il-mandat u l-finanzjament tar-Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni. Ir-RSUE għandu jippreżenta wkoll rapport lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill kif meħtieġ. Għandhom jiġu ċċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 12

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effettività tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b'mod konsistenti, biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. L-attivitajiet tar-RSUE għandhom jiġu kkoordinati ma' dawk tal-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jipprovdi sessjonijiet ta' informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-PSDK u l-Kapijiet tal-Missjonijiet tal-Istati Membri. Huma għandhom jagħmlu kull sforz biex jgħinu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat. Ir-RSUE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni f'Tel Aviv u l-Uffiċċju Rappreżentattiv tal-Unjoni f'Ġerusalemm, għandu jipprovdi lill-Kapijiet tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) u tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta' Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EU BAN Rafah) bi gwida politika lokali. Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kuntatt ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-kamp.

Artikolu 13

Reviżjoni

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni lir-reġjun għandhom jiġu riveduti regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport ta' progress sal-aħħar ta' Settembru 2015 u rapport komprensiv dwar l-implementazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Jannar 2016.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' April 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli ta' sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

16.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 99/34


DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAL-KUMITAT SPEĊJALI UE-CARIFORUM DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI U L-FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ

tal-10 ta' Marzu 2015

dwar deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, biex titqies is-sitwazzjoni speċjali tar-Repubblika Dominicana fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili [2015/600]

IL-KUMITAT SPEĊJALI DWAR IL-KOOPERAZZJONI DOGANALI U L-FAĊILITAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 39(2) tal-Protokoll I tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika bejn l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (1) (il-“Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM”) japplika b'mod provviżorju mid-29 ta' Diċembru 2008 bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u Antigua u Barbuda, il-Bahamas, Barbados, il-Belize, Dominica, ir-Repubblika Dominicana, Grenada, il-Guyana, il-Ġamajka, Saint Kitts u Nevis, Saint Lucia, Saint Vincent u 1-Grenadini, is-Suriname, Trinidad u Tobago.

(2)

Il-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, li jikkonċerna d-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, fih ir-regoli ta' oriġini għall-importazzjoni fl-UE ta' prodotti li joriġinaw fl-Istati tal-CARIFORUM.

(3)

Skont l-Artikolu 39(2) tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, jistgħu jingħataw derogi minn dawk ir-regoli ta' oriġini meta l-iżvilupp ta' industriji eżistenti jew il-ħolqien ta' industriji ġodda fl-Istati tal-CARIFORUM jiġġustifikaw l-adozzjoni tagħhom. Barra minn hekk, l-Artikolu 39(6)(b) ta' dak il-Protokoll jgħid li l-eżami ta' talbiet għal derogi għandu jqis b'mod partikulari dawk il-każijiet fejn l-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini eżistenti taffettwa b'mod sinifikanti l-kapaċità tal-industrija eżistenti fi Stat jew Stati tal-CARIFORUM li tissokta bl-esportazzjoni tagħha lejn l-UE, b'referenza partikolari għall-każijiet meta dan ikun jista' jwassal għall-waqfien tal-attivitajiet tagħha.

(4)

Fl-14 ta' Lulju 2014 il-President tal-Kumitat Speċjali tal-UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni Kummerċjali rċieva talba mir-Repubblika Dominicana għal deroga biex titqies is-sitwazzjoni speċjali fir-rigward ta' ċerti prodotti tessili. Fit-8 ta' Ottubru u fit-3 ta' Novembru 2014 il-President irċieva informazzjoni addizzjonali, wara t-talbiet tiegħu tat-18 ta' Lulju u tat-28 ta' Ottubru 2014.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 13 tal-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, il-kundizzjonijiet għall-akkwist ta' status ta' oriġini stabbiliti fit-Titolu II tal-Protokoll I għandhom jiġu ssodisfati mingħajr interruzzjoni fl-Istati tal-CARIFORUM jew tal-UE. Il-Haiti ffirma iżda la rratifika u lanqas qed japplika l-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika b'mod provviżorju, u għaldaqstant mhuwiex ikkunsidrat bħala Stat tal-CARIFORUM fi ħdan il-qafas tal-Ftehim. Skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll I il-ħasil, il-mogħdija jew l-ippressar tat-tessuti, it-twaħħil jew l-istampar ta' marki, tikketti u logos, is-sempliċi tqegħid fil-boroż, reċipjenti jew kaxxi jew il-kombinament ta' tnejn jew aktar minn dawn l-operazzjonijiet, jitqiesu bħala xogħol jew ipproċessar li mhumiex biżżejjed biex jikkonferixxu l-istatus ta' prodotti oriġinarji. Għalhekk għandha tingħata deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 u 13(1) tal-Protokoll li tikkonferixxi l-oriġini fuq il-prodott finali esportat mir-Repubblika Dominicana lejn l-UE.

(6)

Ir-Repubblika Dominicana talbet deroga mir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM fir-rigward ta' prodotti tessili bil-kodiċijiet HS 6203.42, 6107.11 u 6109.10, importati fl-UE mill-1 ta' Jannar 2012 sal-31 ta' Diċembru 2016 skont l-Artikolu 39(2) ta' dak il-Protokoll. It-talba hija msejsa fuq il-fatt li l-industrija tinsab f'sitwazzjoni diffiċli minħabba li x-xogħol u l-ipproċessar imwettaq fil-pajjiż ġar tal-Haiti qed jaffettwa l-konformità mar-regoli ta' oriġini stipulati fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM. Jekk ir-Repubblika Dominicana ma tistax tibqa' tinqeda mill-Haiti bħala sors għall-forniment tal-esportazzjonijiet kontinwi lejn l-UE, l-industrija tat-tessuti eżistenti fir-Repubblika Dominicana tiġi affettwata b'mod sinifikanti. Id-deroga tikkontribwixxi għall-istabbiltà tal-produzzjoni u tal-iżvilupp tal-industrija u l-preservazzjoni tal-impjiegi fir-Repubblika Dominicana kif ukoll fil-Haiti.

(7)

Id-deroga ma għandhiex tingħata għal qliezet ta' taħt bil-kodiċi HS 6107.11. Dawn il-prodotti jintisġu u jinqatgħu fir-Repubblika Dominicana u, mbagħad jinħietu, jitlestew u jiġu ppakkjati fil-Haiti. Dawn il-prodotti jiġu ttrasportati direttament mill-Haiti lejn l-UE filwaqt li jagħmlu tranżitu mit-territorju tar-Repubblika Dominicana mingħajr ma jsir ipproċessar ieħor f'dan il-pajjiż. Għaldaqstant, il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM ma japplikax għax il-prodotti mhumiex maħduma jew ipproċessati biżżejjed fir-Repubblika Dominicana biex jiksbu l-istatus ta' prodotti oriġinarji.

(8)

It-talba tkopri l-perjodu minn Jannar 2012 sa Diċembru 2016. Qed tintalab l-applikazzjoni retroattiva mill-2012. Madankollu, ir-regoli ta' oriġini stabbiliti fil-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM kellhom jiġu applikati b'mod korrett sakemm tingħata deroga. Għaldaqstant għandha tingħata deroga għar-regoli b'effett mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Speċjali UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ biex tingħata d-deroga. Fid-dawl tal-istatus preżenti tal-Haiti fil-qafas tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM, id-deroga għandha tingħata għal perjodu ta' sentejn, sabiex tippermetti lir-Repubblika Dominicana tħejji ruħha għall-konformità mar-regoli għall-akkwist tal-oriġini u biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà għall-operaturi.

(9)

Id-deroga qed tintalab għal kwantità annwali antiċipata ta' esportazzjonijiet lejn l-UE ta' 407 452 biċċa ta' qliezet tad-denim bil-kodiċi HS 6203.42. Abbażi tad-dejta statistika għall-perjodu mill-2009 sal-2013, il-medja tal-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' qliezet tad-denim mir-Repubblika Dominicana kienet tammonta għal madwar 63 000 qalziet tad-denim, fis-sena. Fl-2012, l-importazzjonijiet żdiedu b'mod konsiderevoli għal madwar 250 000 biċċa. Fl-2013, l-importazzjonijiet naqsu għal madwar 40 000 biċċa. Il-kwota tad-deroga għandha għaldaqstant tiġi stabbilita fl-ogħla livell ta' importazzjonijiet mir-Repubblika Dominicana, li ġie osservat fl-2012, b'żieda ta' tolleranza ta' 20 %.

(10)

Il-Kumitat Speċjali UE-CARIFORUM dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ għandu jagħti deroga għal 300 000 qalziet tad-denim bil-kodiċi HS ex ex 6203.42 (kodiċi NM 6203 42 31) u 54 054 t-shirt bil-kodiċi HS NM ex ex 6109.10 (kodiċi NM ex 6109 10 00) impurtati fl-Unjoni għal perjodu ta' sentejn mid-data tal-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(11)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2) jistabbilixxi regoli dwar il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji. Sabiex tkun żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-kwoti tariffarji li sseħħ b'kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet tar-Repubblika Dominicana, l-awtoritajiet doganali tal-UE u l-Kummissjoni, dawk ir-regoli għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kwantitajiet importati skont id-deroga mogħtija b'din id-Deċiżjoni.

(12)

Sabiex ikun possibbli li ssir sorveljanza effiċjenti tal-operat tad-deroga, l-awtoritajiet tar-Repubblika Dominicana għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni b'mod regolari d-dettalji taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 li jkunu nħarġu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

1.   Permezz ta' deroga mill-Protokoll I tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika u skont l-Artikolu 39(2) ta' dak il-Protokoll, il-prodotti li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati bħala oriġinarji mir-Repubblika Dominicana skont it-termini stipulati fl-Artikoli minn 2 sa 5 ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

qliezet tad-denim bil-kodiċi HS ex ex 6203.42 (il-kodiċi NM 6203 42 31) manifatturati minn tessut li ma joriġinax mill-kodiċi HS 5209.42, 5513.12 u 5513.19 (il-kodiċi NM 5209 42 00, 5513 12 00 u 5513 19 00) u maqtugħin fir-Repubblika Dominicana, meħjutin barra mit-territorju tal-Istati tal-CARIFORUM u mbagħad maħsula, mgħoddija jew ippressati u ppakkjati fir-Repubblika Dominicana;

(b)

t-shirts tal-qoton bil-kodiċi HS ex ex 6109.10 (il-kodiċi NM ex 6109 10 00) immanifatturati minn ħajt li ma joriġinax mill-kodiċi HS 5205.23 (il-kodiċi NM 5205 23 00) minsuġin, miżbugħa, lesti u maqtugħin fir-Repubblika Dominicana, meħjutin barra mit-territorju tal-Istati tal-CARIFORUM u mbagħad stampati u ppakkjati fir-Repubblika Dominicana.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1, il-ħasil, il-mogħdija jew l-ippressar tat-tessuti, it-twaħħil jew l-istampar ta' marki, tikketti u logos, l-operazzjonijiet ta' imballaġġar sempliċi jew il-kombinament ta' tnejn jew aktar minn dawn l-operazzjonijiet imwettqa fl-Istati tal-CARIFORUM għandhom jitqiesu bħala xogħol jew ipproċessar biżżejjed biex jingħata l-istatus oriġinarju.

Artikolu 2

Id-deroga stipulata fl-Artikolu 1 għandha tapplika fuq bażi annwali għall-prodotti u l-kwantitajiet stabbiliti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni li huma ddikjarati għar-rilaxx u għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-UE mir-Repubblika Dominicana matul il-perjodu bejn l-10 ta' Marzu 2015 u d-9 ta' Marzu 2017.

Artikolu 3

Il-kwantitajiet stipulati fl-Anness għandhom jiġu ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikoli 308a, 308b u 308c tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

Artikolu 4

L-awtoritajiet doganali tar-Repubblika Dominicana għandhom jagħmlu verifiki kwantitattivi fuq l-esportazzjoniet tal-prodotti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 1.

Qabel tmiem ix-xahar ta' wara kull kwart tas-sena, l-awtoritajiet doganali tar-Repubblika Dominicana għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni Ewropea, permezz tas-Segretarjat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ, dikjarazzjoni tal-kwantitajiet li għalihom ikunu nħarġu ċertifikati ta' moviment EUR.1 skont din id-Deċiżjoni u n-numru tal-ordni ta' dawk iċ-ċertifikati.

Artikolu 5

Il-Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta' moviment EUR.1 maħruġa skont din id-Deċiżjoni għandha tinkludi waħda minn dawn l-indikazzjonijiet:

“Derogation — Decision No 1/2015 of the CARIFORUM-EU Special Committee on Customs Cooperation and Trade facilitation of 10 March 2015”

;

“Dérogation — Décision no 1/2015 du Comité spécial de coopération douanière et de facilitation des échanges CARIFORUM-UE du 10 mars 2015”

;

“Excepción — Decisión no 1/2015 del Comité Especial CARIFORUM-UE de Cooperación Aduanera y Facilitación del Comercio del 10 de marzo 2015”

.

Artikolu 6

Jekk l-UE tiskopri, abbażi ta' informazzjoni oġġettiva, każijiet ta' irregolaritajiet jew frodi jew ta' nuqqas ta' rispett lejn l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni, l-UE tista' titlob sospensjoni temporanja tad-deroga li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 1 skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 22(5) u (6) tal-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika UE-CARIFORUM.

Artikolu 7

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Marzu 2015.

Magħmul f'Georgetown u Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.

Jameel Ahamad BAKSH

Rappreżentant tal-CARIFORUM

f'isem l-Istati tal-CARIFORUM

Jean-Michel GRAVE

Il-Kummissjoni Ewropea

f'isem il-Parti tal-UE


(1)  ĠU L 289, 30.10.2008, p. 3.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


ANNESS

Nru tal-Ordni

Kodiċi HS

Kodiċi NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu

Kwantitajiet

(f'biċċiet)

09.1950

ex ex 6203.42

6203 42 31

Qliezet u qliezet qosra tal-irġiel u tas-subien, tad-denim

10.3.2015 — 9.3.2016

300 000

10.3.2016 — 9.3.2017

300 000

09.1951

ex ex 6109.10

ex 6109 10 00

T-shirts, minsuġa bil-labar jew bil-ganċ, tal-qoton

10.3.2015 — 9.3.2016

54 054

10.3.2016 — 9.3.2017

54 054