|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
11.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/575
tas-17 ta' Diċembru 2014
dwar l-iffirmar, fl-isem tal-Unjoni, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 212, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-18 ta' Ġunju 2007 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1), dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni (il-“Protokoll”), |
|
(2) |
In-negozjati ġew konklużi. |
|
(3) |
L-objettiv tal-Protokoll huwa li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji u tekniċi li jippermettu lir-Repubblika tat-Tuneżija tipparteċipa f'ċerti programmi tal-Unjoni. Il-qafas orizzontali stabbilit mill-Protokoll jikkostitwixxi miżura ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika li tippermetti li l-aċċess għall-għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, jiġi pprovdut mill-Unjoni skont dawk il-programmi tal-Unjoni. Dak il-qafas japplika biss għal dawk il-programmi tal-Unjoni li għalihom l-atti legali rilevanti kostituttivi jipprevedu l-possibbiltà ta' parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija. L-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għalhekk ma jinvolvux l-eżerċizzju tas-setgħat taħt id-diversi politiki settorjali segwiti mill-programmi, li huma eżerċitati meta jiġu stabbiliti l-programmi. |
|
(4) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar f'isem l-Unjoni tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija, dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Protokoll.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw it-Trattat f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja minn meta jiġi ffirmat, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tistabbilixxi, f'isem l-Unjoni, it-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fi kwalunkwe programm partikolari tal-Unjoni, inkluż il-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha titħallas. Il-Kummissjoni għandha żżomm aġġornat il-grupp ta' ħidma rilevanti tal-Kunsill.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. L. GALLETTI
|
11.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/3 |
PROTOKOLL
għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, dwar Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Tuneżija dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tar-Repubblika tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Unjoni”,
min-naħa l-waħda, u
IR-REPUBBLIKA TAT-TUNEŻIJA, minn hawn 'il quddiem imsejħa it-“Tuneżija”,
min-naħa l-oħra,
minn hawn 'il quddiem imsejħa konġuntament il-“Partijiet”,
Billi:
|
(1) |
It-Tuneżija kkonkludiet Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il- Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min naħa, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1) (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 1998. |
|
(2) |
Il-Kunsill Ewropew ta' Brussell tas-17 u 18 ta' Ġunju 2004 laqa' b'mod favorevoli l-proposti tal-Kummissjoni Ewropea għal Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u approva l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2004. |
|
(3) |
Sussegwentement, il-Kunsilladotta, f'bosta okkażjonijiet, konklużjonijiet favur din il-politika. |
|
(4) |
Fil-5 ta' Marzu 2007, il-Kunsill esprima l-appoġġ tiegħu għall-approċċ ġenerali u globali deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta' Diċembru 2006, sabiex il-pajjiżi sħab tal-politika Ewropea tal-viċinat ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-aġenziji Komunitarji u l-programmi Komunitarji fuq il-merti tagħhom u fejn l-bażijiet legali jippermettu. |
|
(5) |
It-Tuneżija esprimiet x-xewqa tagħha li tipparteċipa f'għadd ta' programmi tal-Unjoni. |
|
(6) |
It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f'kull programm partikolari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja u l-proċeduri ta' rapportar u ta' evalwazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f'isem l-Unjoni, u t-Tuneżija, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-Tuneżija titħalla tipparteċipa fil-programmi kollha tal-Unjoni attwali u futuri miftuħa għall-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f'konformità mad-dispożizzjonijiet relevanti li jadottaw dawn il-programmi.
Artikolu 2
It-Tuneżija tikkontribwixxi finanzjarjament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea li jikkorrispondi għall-programmi speċifiċi tal-Unjoni li fihom tipparteċipa t-Tuneżija.
Artikolu 3
Ir-rappreżentanti tat-Tuneżija huma awtorizzati jieħdu sehem, bħala osservaturi u għall-punti li jikkonċernaw lit-Tuneżija, fil-kumitati tal-ġestjoni responsabbli mill-monitoraġġ tal-programmi tal-Unjoni li t-Tuneżija tikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.
Artikolu 4
Il-proġetti u inizjattivi mressqa minn parteċipanti tat-Tuneżija, sa fejn hu possibbli, ikunu suġġetti għall-istess kundizzjonijiet, regoli u proċeduri li jirrigwardaw il-programmi tal-Unjoni bħal dawk li japplikaw għall-Istati Membri.
Artikolu 5
1. It-termini u l-kondizzjonijiet speċifiċi rigward il-parteċipazzjoni tat-Tuneżija f'kull program partikolari tal-Unjoni, b'mod partikolari l-kontribuzzjoni finanzjarja pagabbli u l-proċeduri ta' rapportar u ta' evalwazzjoni, jiġu determinati fil-qafas ta' ftehim bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet Tuneżini kompetenti, fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fil-programmi kkonċernati.
2. Jekk it-Tuneżija tapplika għall-assistenza esterna tal-Unjoni biex tipparteċipa fi programm partikolari tal-Unjoni abbażi tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew skont kwalunkwe Regolament simili li jipprevedi l-assistenza esterna tal-Unjoni lit-Tuneżija li tista' tiġi adottata fil-ġejjieni, il-kondizzjonijiet li jirregolaw l-użu mit-Tuneżija tal-assistenza tal-Unjoni jiġu deċiżi fi ftehim ta' ffinanzjar.
Artikolu 6
1. F'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kull ftehim konkluż bis-saħħa tal-Artikolu 5 jistipula li l-kontrolli, l-awditi finanzjarji jew verifiki oħra, inklużi l-investigazzjonijiet amministrattivi, isiru mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, jew taħt l-awtorità tagħhom.
2. Għandhom isiru dispożizzjonijiet dettaljati dwar kontroll u verifika finanzjarja, miżuri amministrattivi, penali u rkupru li jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea, l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jiġu mogħtija setgħat li jkunu ekwivalenti għas-setgħat tagħhom fir-rigward tal-benefiċjarji jew il-kuntratturi stabbiliti fl-Unjoni.
Artikolu 7
1. Dan il-Protokoll japplika matul il-perjodu li fih ikun fis-seħħ il-Ftehim.
2. Dan il-Protokoll jiġi ffirmat u approvat mill-Partijiet f'konformità mal-proċeduri rispettivi tagħhom.
3. Kull Parti tista' tiddenunzja dan il-Protokoll b'notifika bil-miktub lill-Parti Kontraenti l-oħra. Dan il-Protokoll jintemm sitt xhur wara d-data ta' din in-notifika.
4. It-tmiem ta' dan il-Protokoll li jiġi wara d-denunzja minn kwalunkwe waħda mill-partijiet ma jkollu l-ebda influwenza fuq il-verifiki u l-kontrolli li għandhom jitwettqu skont l-Artikoli 5 u 6, fejn xieraq.
Artikolu 8
Mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, u kull tliet snin wara dan, iż-żewġ Partijiet jistgħu jirrevedu l-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll abbażi tal-parteċipazzjoni effettiva tat-Tuneżija fil-programmi tal-Unjoni.
Artikolu 9
Dan il-Protokoll japplika, min-naħa, għat-territorju li fih it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Trattat dwar l-Unjoni Ewropea hu applikabbli skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak it-Trattat, u, min-naħa l-oħra, għat-territorju tat-Tuneżija.
Artikolu 10
1. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Partijiet jaqblu li japplikaw b'mod provviżorju dan il-Protokoll mid-data meta jiġi ffirmat, bil-kundizzjoni li l-proċeduri neċessarji jitlestew aktar tard.
2. Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin permezz ta' mezzi diplomatiċi dwar it-tlestija tal-proċeduri tagħhom meħtieġa biex jidħol fis-seħħ.
Artikolu 11
Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.
Artikolu 12
Dan il-Protokoll jiġi kkompilat f'żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bl-Għarbi, u kull wieħed minn dawn it-testi huwa awtentiku bl-istess mod.
Съставено в Брюксел на седемнадесети март две хиляди и петнадесета година.
Hecho en Bruselas, el diecisiete de marzo de dos mil quince.
V Bruselu dne sedmnáctého března dva tisíce patnáct.
Udfærdiget i Bruxelles den syttende marts to tusind og femten.
Geschehen zu Brüssel am siebzehnten März zweitausendfünfzehn.
Kahe tuhande viieteistkümnenda aasta märtsikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.
'Εγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εφτά Μαρτίου δύο χιλιάδες δεκαπέντε.
Done at Brussels on the seventeenth day of March in the year two thousand and fifteen.
Fait à Bruxelles, le dix-sept mars deux mille quinze.
Sastavljeno u Bruxellesu sedamnaestog ožujka dvije tisuće petnaeste.
Fatto a Bruxelles, addì diciassette marzo duemilaquindici.
Briselē, divi tūkstoši piecpadsmitā gada septiņpadsmitajā martā.
Priimta du tūkstančiai penkioliktų metų kovo septynioliktą dieną Briuselyje.
Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenötödik év március havának tizenhetedik napján.
Magħmul fi Brussell, fis-sbatax-il jum ta’ Marzu tas-sena elfejn u ħmistax.
Gedaan te Brussel, de zeventiende maart tweeduizend vijftien.
Sporządzono w Brukseli dnia siedemnastego marca roku dwa tysiące piętnastego.
Feito em Bruxelas, em dezassete de março de dois mil e quinze.
Întocmit la Bruxelles la șaptesprezece martie două mii cincisprezece.
V Bruseli sedemnásteho marca dvetisícpätnásť.
V Bruslju, dne sedemnajstega marca leta dva tisoč petnajst.
Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä maaliskuuta vuonna kaksituhattaviisitoista.
Som skedde i Bryssel den sjuttonde mars tjugohundrafemton.
За Европейския съюз
Рог la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Za Europsku uniju
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Република Тунис
Por la República de Túnez
Za Tuniskou republiku
For Den Tunesiske Republik
Für die Tunesische Republik
Tuneesia Vabariigi nimel
Για τη Δημοκρατία της Τυνησίας
For the Republic of Tunisia
Pour la République tunisienne
Za Republiku Tunis
Per la Repubblica tunisina
Tunisijas Republikas vārdā –
Tuniso Respublikos vardu
A Tunéziai Köztársaság részéről
Ghar-Repubblika tat-Tuneżija
Voor de Republiek Tunesië
W imieniu Republiki Tunezyjskiej
Pela Republica da Tunísia
Pentru Republica Tunisiană
Za Tuniskú republiku
Za republiko tunizijo
Tunisian tasavallan puolesta
För Republiken Tunisien
(2) Regolament (KE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat ( ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).
(3) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
REGOLAMENTI
|
11.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/576
tal-10 ta' April 2015
li jemenda għall-229 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(1)(a), 7a(1) u 7a(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mis-sekwestrar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Fil-31 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (UNSC) iddeċieda li jneħħi persuna fiżika mil-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Fis-7 ta' April 2015 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill għas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid persuna fiżika mal-elenku tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi. |
|
(3) |
Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat biex jirrifletti dan. |
|
(4) |
Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-annotazzjoni li ġejja għandha tiżdied taħt l-intestatura “Persuni naturali”: “Maulana Fazlullah (magħruf ukoll bħala: (a) Mullah Fazlullah, (b) Fazal Hayat, (c) Mullah Radio). Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: ir-raħal ta' Kuza Bandai, Swat Valley, il-provinċja ta' Khyber Pakhtunkhawa, il-Pakistan. Indirizz: Ir-reġjun tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Informazzjoni oħra: Kmandant ta' Tehrik-e Taliban Pakistan (TTP) mis- 7.11.2013. Data ta' deżinjazzjoni mniżżla fl-Artikolu 2a(4)(b): 7.4.2015.” |
|
(2) |
L-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar: “Abd Al-Rahman Muhammad Jaffar Ali (magħruf ukoll bħala (a) Abd al-Rahman Muhammad Jaffir; (b) Abd al-Rahman Muhammad Jafir Ali; (c) Abd al-Rahman Jaffir Ali; (d) Abdul Rahman Mohamed Jaffer Ali; (e) Abdulrahman Mohammad Jaffar; (f) Ali Al-Khal; (g) Abu Muhammad Al-Khal). Data tat-twelid: 15.1.1968 Post tat-twelid: Muharraq, il-Bahrain. Nazzjonalità: Bahrainija. Informazzjoni oħra: (a) Finanzjatur ibbażat il-Bahrain u faċilitatur għall-Al-Qaida. (b) F'Jannar 2008, instab ħati mill-Qorti Suprema Kriminali tal-Bahrain li ffinanzja t-terroriżmu, li segwa taħriġ terroristiku, li ffaċilita l-ivjaġġar ta' oħrajn biex isegwu taħriġ terroristiku f'pajjiżi oħra, u li kien membru f'organizzazzjoni terroristika. Meħlus wara l-verdett tal-Qorti u wara li skonta s-sentenza. (c) Jinsab fil-Bahrain (Mejju 2008).” |
|
11.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/577
tal-10 ta' April 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
102,3 |
|
MA |
98,1 |
|
|
TR |
122,2 |
|
|
ZZ |
107,5 |
|
|
0707 00 05 |
MA |
176,1 |
|
MK |
97,3 |
|
|
TR |
138,1 |
|
|
ZZ |
137,2 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
90,4 |
|
TR |
166,8 |
|
|
ZZ |
128,6 |
|
|
0805 10 20 |
CL |
64,9 |
|
EG |
47,9 |
|
|
IL |
75,4 |
|
|
MA |
55,0 |
|
|
TN |
63,3 |
|
|
TR |
69,3 |
|
|
ZZ |
62,6 |
|
|
0805 50 10 |
MA |
54,2 |
|
TR |
45,7 |
|
|
ZZ |
50,0 |
|
|
0808 10 80 |
BR |
100,5 |
|
CL |
92,1 |
|
|
CN |
100,9 |
|
|
MK |
28,2 |
|
|
US |
265,7 |
|
|
ZA |
126,1 |
|
|
ZZ |
118,9 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
113,2 |
|
CL |
149,8 |
|
|
CN |
106,3 |
|
|
ZA |
144,2 |
|
|
ZZ |
128,4 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
11.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/11 |
DEĊIŻJONI (UE, Euratom) 2015/578 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-1 ta' April 2015
li taħtar Imħallfin u Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta' erbatax-il Imħallef u erba' Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja waslu biex jiskadu fis-6 ta' Ottubru 2015. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE (1) żiedet l-għadd ta' Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għal ħdax, b'effett mis-7 ta' Ottubru 2015,. Il-ħatriet għandhom għalhekk isiru għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021. |
|
(2) |
Ġie propost li l-mandati tas-Sur Lars BAY LARSEN, is-Sur François BILTGEN, is-Sur Endre JUHÁSZ, is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE, is-Sur Siniša RODIN, is-Sur Allan ROSAS, is-Sur Marek SAFJAN u s-Sur Daniel ŠVÁBY bħala Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jiġu mġedda. Ġie propost li l-mandati tas-Sinjura Juliane KOKOTT u s-Sinjura Eleanor SHARPSTON bħala Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għandhom jiġu mġedda. Barra minn hekk, is-Sur Henrik SAUGMANDSGAARD ØE ġie nnominat għall-post ta' Avukat Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Lars BAY LARSEN, is-Sur François BILTGEN, is-Sur Endre JUHÁSZ, is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE, is-Sur Siniša RODIN, is-Sur Allan ROSAS, is-Sur Marek SAFJAN u s-Sur Daniel ŠVÁBY għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja, u dwar l-idoneità tas-Sinjura Juliane KOKOTT, is-Sinjura Eleanor SHARPSTON u s-Sur Henrik SAUGMANDSGAARD ØE għall-qadi tal-funzjonijiet ta' Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura Mħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021:
|
— |
is-Sur Lars BAY LARSEN, |
|
— |
is-Sur François BILTGEN, |
|
— |
is-Sur Endre JUHÁSZ, |
|
— |
is-Sinjura Küllike JÜRIMÄE, |
|
— |
is-Sur Siniša RODIN, |
|
— |
is-Sur Allan ROSAS, |
|
— |
is-Sur Marek SAFJAN, |
|
— |
is-Sur Daniel ŠVÁBY. |
Artikolu 2
Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2015 sas-6 ta' Ottubru 2021:
|
— |
is-Sinjura Juliane KOKOTT, |
|
— |
is-Sur Henrik SAUGMANDSGAARD ØE, |
|
— |
is-Sinjura Eleanor SHARPSTON. |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta' April 2015.
Il-President
I. JUHANSONE
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/336/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li żżid l-għadd ta' Avukati Ġenerali fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 92).
|
11.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 96/13 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/579
tad-9 ta' April 2015
li tistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba mill-Italja fl-2012 għall-finanzjament tal-miżuri ta' emerġenza biex tiġi miġġielda l-influwenza avjarja
(notifikata bid-dokument C(2015) 2235)
(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 (2) jistipula r-regoli għall-ħlas ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza għall-qerda ta' ċertu mard tal-annimali, inkluż l-influwenza avjarja. L-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament jistabbilixxi d-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati mill-Istat Membru li jitlob il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni u l-iskadenzi biex jintbagħtu dokumenti ta' dan it-tip. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/775/UE (3) tistipula dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li għandha tingħata lill-Italja għall-ispejjeż imġarrba minn dak l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri fil-ġlieda tiegħu kontra l-influwenza avjarja fl-2012 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE (4). Għaldaqstant, l-ewwel ħlas parzjali ta' EUR 40 000,00 għall-2012 ġie mħallas lil dak l-Istat Membru bħala parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/775/UE tistipula wkoll li l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandu jiġi ffissat f'deċiżjoni sussegwenti li trid tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fiha. |
|
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 jistipula dwar ħlasijiet li jridu jsiru lill-Istati Membri f'dawk iċ-ċirkustanzi. Għalhekk, ir-regolament jistipola dwar l-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni u jistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja. Dak ir-Regolament ħassar ukoll id-Deċiżjoni 2009/470/KE u referenzi għal dik id-Deċiżjoni għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (UE) Nru 652/2014. |
|
(4) |
Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/775/UE, ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), b'mod partikolari l-Artikolu 84 tagħha, ġew issodisfati. |
|
(5) |
Fit-19 ta' Awwissu 2014, l-Italja bagħtet talba uffiċjali għar-rimborż lill-Kummissjoni, akkumpanjata minn rapport finanzjarju, dokumenti ta' sostenn u rapport epidemjoloġiku dwar kull stabbiliment fejn l-annimali nqatlu jew inqerdu. It-talba għar-rimborż tammonta għal EUR 1 431 549,96 għall-2012. Madankollu, wara eżami tad-dokumenti ppreżentati minn dak l-Istat Membru, huwa meqjus li l-ammont ta' EUR 68 238,40 ma jistax jiġi rimborżat skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005. |
|
(6) |
Għalhekk il-kontribuzzjoni finali għal 2012 tista' rispettivament tiġi stabbilita għal EUR 1 363 311,56 li hija d-differenza bejn l-ammont mitlub għar-rimborż u l-ammont ineliġibbli. Wara t-tnaqqis tal-ewwel ħlas parzjali msemmi fit-tieni premessa, il-bilanċ li għandu jitħallas lill-Italja għall-2012 jista' jiġi stabbilit għal EUR 1 323 311,56. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa mġarrba mill-Italja fl-2012 għall-finanzjament ta' miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja hija ffissata għal EUR 1 363 311,56.
2. Il-bilanċ tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li għad trid titħallas lill-Italja qed jiġi stabbilit għal EUR 1 323 311,56.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' April 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta' Frar 2005 li jistabilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard tal-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (ĠU L 55, 1.3.2005, p. 12).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/775/UE tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-influwenza avjarja fil-Ġermanja, fl-Italja u fil-Pajjiżi l-Baxxi fl-2012 u fl-2013 u fid-Danimarka u Spanja fl-2013 (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 44).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30).
(5) Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).