ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 93

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
9 ta' April 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/561 tas-7 ta' April 2015 li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli

12

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/562 tat-8 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f'emerġenza

35

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/563 tat-8 ta' April 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

39

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/564 tat-8 ta' April 2015 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mit-30 sal-31 ta' Marzu 2015 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija u li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet ta' tali liċenzji għax-xahar ta' April 2015

41

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/565 tat-8 ta' April 2015 li temenda d-Direttiva 2006/86/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għall-kodifikar ta' tessuti u ċelloli umani ( 1 )

43

 

*

Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/566 tat-8 ta' April 2015 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE dwar il-proċeduri għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza ta' tessuti u ċelloli importati ( 1 )

56

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/567 tas-7 ta' April 2015 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini (notifikata bid-dokument C(2015) 2161)  ( 1 )

69

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/568 tas-7 ta' April 2015 li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/725/UE fejn tidħol id-definizzjoni tal-lattoferrina bovina (notifikata bid-dokument C(2015) 2173)

71

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/569 tas-7 ta' April 2015 li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tal-ekwivalenza bejn il-merħliet bovini uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fl-Istati Membri u fi New Zealand u t-tagħrif fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali dwar il-kwantità ta' semen (notifikata bid-dokument C(2015) 2187)  ( 1 )

72

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/570 tas-7 ta' April 2015 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f'ċerti żoni tal-Estonja u l-Latvja (notifikata bid-dokument C(2015) 2200)

80

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2015/571 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta' Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43)

82

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/560

tal-15 ta' Diċembru 2014

li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 69 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 64(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II fih regoli dwar skema ta' awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ta' dwieli li tirrevoka u tieħu post is-sistema tranżitorja tad-drittijiet ta' tħawwil stabbilita fis-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) mill-1 ta' Jannar 2016. Dan il-Kapitolu jistabbilixxi regoli dwar it-tul ta' żmien, il-ġestjoni u l-kontroll tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ta' dwieli u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati li jikkonċernaw il-ġestjoni tal-iskema. Is-sistema tranżitorja ta' drittijiet ta' tħawwil stabbilita fis-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tibqa' applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2015 skont l- Artikolu 230(1)(b)(ii) tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi r-rekwiżit ġenerali għall-Istati Membri li jagħtu awtorizzazzjoni għal tħawwil ta' dwieli wara li tintbagħat applikazzjoni mill-produtturi li għandhom l-intenzjoni li iħawlu jew jerġgħu jħawlu d-dwieli mill-ġdid. Madankollu, il-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu, jipprevedi li ċerti żoni huma eżentati mill-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli u għalhekk huma eżentati minn dan ir-rekwiżit ġenerali wkoll. Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar il-kundizzjonijiet ta' applikazzjoni ta' dik l-eżenzjoni. Żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet għat-tilqim għandhom jintużaw biss għall-finijiet speċifikati sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tal-iskema l-ġdida, u prodotti tad-dwieli magħmula minn żoni bħal dawn m'għandhomx ikunu kummerċjalizzati sakemm l-Istati Membri jqisu li m'hemm l-ebda riskju ta' tfixkil tas-suq. Esperimenti eżistenti fil-vitikoltura u mxietel ta' tilqim għandhom jitħallew ikomplu, soġġetti għar-regoli eżistenti sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn ir-reġim tad-drittijiet tat-tħawwil u l-iskema ġdida ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta' dwieli. Iż-żoni li l-vinikulturi jew tad-dwieli tagħhom huma maħsuba biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-vinikultur għandhom jibbenefikaw minn eżenzjoni bħal din peress li, taħt ċerti kundizzjonijiet, dawn ma jikkontribwixxux għal tfixkil fis-suq. Għall-istess raġuni, din l-eżenzjoni għandha tiġi estiża wkoll għal organizzazzjonijiet mingħajr attività kummerċjali li jikkonformaw mal-istess kundizzjonijiet. Iż-żoni stabbiliti minn produttur li jkun tilef ċerta żona mħawla bid-dwieli minħabba xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali għandhom ukoll jibbenefikaw mill-eżenzjoni peress li t-telf ta' art imħawla bid-dwieli f'każijiet bħal dawn huwa indipendenti mir-rieda tal-produttur. Madankollu għandha tkun stabbilita kundizzjoni fir-rigward tas-superfiċje massima taż-żona ġdida sabiex jiġi evitat li jiddgħajfu l-għanijiet ġenerali tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli.

(3)

L-Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula r-regoli li jikkonċernaw l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ta' dwieli ġodda u jistabbilixxi kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità li l-Istati Membri jistgħu japplikaw. Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi assoċjati ma' xi kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għall-implimentazzjoni tagħhom u biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sistema tal-awtorizzazzjonijiet mill-produtturi li qed jingħataw l-awtorizzazzjonijiet. Barra minn hekk, għandhom jiġu miżjuda tliet kriterji ġodda: Kriterju tal-eliġibbiltà ġdid dwar il-miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti; kriterju ta' prijorità ġdid li jiffavorixxi lil dawk il-produtturi li jikkonformaw mar-regoli tal-iskema u ma jkunux abbandunaw il-vinji fl-azjendi tagħhom; u l-kriterju ta' prijorità ġdid jiffavorixxi lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew l-artijiet sekwestrati f'każ ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità. Il-kriterju l-ġdid tal-eliġibbiltà jissodisfa l-bżonn li jipproteġi r-reputazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi speċifiċi f'manjiera simili bħar-reputazzjoni ta' denominazzjonijiet partikolari ta' oriġini, li jiżguraw li dawn ma jkunux mhedda minn tħawwil ta' dwieli ġodda. L-ewwel kriterju ta' prijorità ġdid jiffavorixxi ċerti applikanti abbażi tal-isfond tagħhom li juri r-rispett tagħhom għar-regoli tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet u li mhux qed japplikaw għal awtorizzazzjonijiet ta' tħawwil ta' dwieli ġodda filwaqt li għandhom żoni mħawlin bid-dwieli barra mis-sistema ta' produzzjoni li jistgħu jiġġeneraw awtorizzazzjonijiet għal tħawwil mill-ġdid. It-tieni kriterju ta' prijorità ġdid għandu l-għan li jiffavorixxi lil organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew l-artijiet sekwestrati f'każ ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità, bil-għan li jippromwovi l-użu ta' art li altrimenti tista' tkun fir-riskju li ma tibqax tipproduċi.

(4)

Filwaqt li jitqies l-Artikolu 118 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u sabiex jiġu indirizzati d-differenzi naturali u soċjoekonomiċi u strateġiji ta' tkabbir differenti mill-atturi ekonomiċi f'dawk iż-żoni differenti fi ħdan territorju partikolari, l-Istati Membri għandu jkollhom il-permess li japplikaw il-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll il-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità ġodda li se jiġu miżjuda permezz ta' dan ir-Regolament, b'mod differenti fil-livell reġjunali, għal żoni speċifiċi eliġibbli għad-denominazzjoni protetta ta' oriġini, għal żoni speċifiċi eliġibbli għal indikazzjoni ġeografika protetta jew għal żoni mingħajr indikazzjoni ġeografika. Tali differenzi fl-applikazzjoni ta' dawk il-kriterji fir-reġjuni differenti ta' territorju partikolari għandhom dejjem ikunu bbażati fuq id-differenzi bejn dawk iż-żoni.

(5)

Sabiex jindirizzaw każijiet ta' ċirkomvenzjoni li ma kinux antiċipati minn dan l-att, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni kriterji ta' eliġibbiltà jew ta' prijorità minn applikanti ta' awtorizzazzjonijiet meta l-azzjonijiet tagħhom ma jkunux diġà koperti minn dispożizzjonijiet ta' kontra ċ-ċirkomvenzjoni speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament fir-rigward tal-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità speċifiċi.

(6)

L-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi l-possibbiltà tal-koeżistenza tad-dwieli li l-produttur ikun impenja ruħu li jaqla' ma' dwieli li jkunu għadhom kif tħawlu. Sabiex jiġu evitati l-irregolaritajiet, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jiżguraw b'mezzi xierqa li l-impenn li jinqalgħu d-dwieli jitwettaq, inkluż ir-rekwiżit li tingħata garanzija li takkumpanja l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għal tħawwil mill-ġdid antiċipat. Barra minn hekk jeħtieġ li jiġi speċifikat li fil-każ li l-qlugħ tad-dwieli ma jitwettaqx fi ħdan tal-iskadenza ta' erba' snin stabbilita minn din id-dispożizzjoni, id-dwieli mħawlin fiż-żona mwiegħda għandhom jitqiesu bħala mhux awtorizzati.

(7)

L-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jippermetti lill-Istati Membri li jirrestrinġu t-tħawwil mill-ġdid f'żoni eliġibbli għall-produzzjoni tal-inbejjed b'denominazzjonijiet protetti ta' oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti, abbażi ta' rakkomandazzjoni minn organizzazzjonijiet professjonali rikonoxxuti u rappreżentattivi. Ir-raġunijiet għal dawn id-deċiżjonijiet ta' restrizzjoni għandhom jiġu definiti sabiex jiċċaraw il-limiti tal-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, filwaqt li tiġi żgurata l-koerenza tal-iskema u tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tad-Direttiva. B'mod partikolari għandu jkun żgurat li awtomatiċità fl-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għal tħawwil mill-ġdid stabbilita fl-Artikolu 66(1) tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma xxekkilx il-possibilità tal-Istati Membri li jillimitaw il-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għal żoni speċifiċi skont l-Artikoli 63(2)(b) u l-Artikolu 63(3). Madankollu għandu jiġi ċċarat li ċerti każijiet speċifiċi ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala ċirkomvenzjoni tal-iskema.

(8)

L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jipprevedi penali amministrattivi f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità fir-rigward tal-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji jew obbligi oħrajn li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta' leġislazzjoni settorjali agrikola. Sabiex jiġi żgurat l-effett deterrenti, l-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi li jiggradwaw dawn il-penali skont il-valur kummerċjali tal-inbejjed prodotti fil-vinji kkonċernati. Skont l-Artikolu 71(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-penali amministrattivi għandhom ikunu previsti fir-rigward ta' tħawwil mhux awtorizzat, sabiex jipprovdu effett deterrenti. Il-valur minimu ta' dawn il-penali għandhom jikkorrispondu mal-medja tad-dħul fis-sena għal kull ettaru ta' żoni tad-dwieli fil-livell tal-Unjoni, imkejla f'marġini gross għal kull ettaru ta' żoni tad-dwieli. Il-gradwazzjoni progressiva għandha tkun stabbilita minn dan il-valur minimu, skont iż-żmien ta' nuqqas ta' konformità. L-Istati Membri għandhom ukoll jingħataw il-possibbiltà li japplikaw penali minimi ogħla għall-produtturi f'ċerta żona, meta l-valur minimu stabbilit fil-livell tal-Unjoni jirrappreżenta inqas mid-dħul annwali medju stmat għal kull ettaru taż-żona kkonċernata. Din iż-żieda fil-valur minimu ta' penali għandha tkun proporzjonali għad-dħul annwali medju stmat għal kull ettaru fiż-żona fejn tinsab iż-żona ta' dwieli mhux awtorizzata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Żoni eżentati mill-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli

1.   L-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli stabbilita fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma għandhiex tapplika għat-tħawwil jew għat-tħawwil mill-ġdid ta' żoni msemmija fl-Artikolu 62(4) ta' dak ir-Regolament li jissodisfaw il-kundizzjonijiet rilevanti stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

2.   It-tħawwil jew it-tħawwil mill-ġdid ta' żoni maħsuba għal finijiet esperimentali jew għal mixtliet għat-tilqim għandhom ikunu soġġetti għal notifika minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti. In-notifika għandha tinkludi l-informazzjoni kollha rilevanti fir-rigward ta' dawk iż-żoni u l-perjodu li matulu l-esperiment ser iseħħ jew il-perjodu li matulu l-mixtla tat-tilqim se tkun bdiet il-produzzjoni. Estensjonijiet ta' perjodi bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati ukoll lill-awtoritajiet kompetenti.

Fil-każ li ma jkun jeżisti l-ebda riskju ta' tfixkil tas-suq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li matul il-perjodi msemmija fl-ewwel subparagrafu l-għeneb prodott f'dawk iż-żoni u l-prodotti tad-dielja miksuba minn dak l-għeneb jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Fl-aħħar ta' dawk il-perjodi, il-produttur għandu jew:

(a)

jikiseb awtorizzazzjoni skont l-Artikoli 64 jew 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għaż-żona kkonċernata, b'tali mod li l-għeneb prodott f'dik iż-żona u l-prodotti tad-dielja miksuba minn dak l-għeneb jistgħu jinbigħu; jew

(b)

jaqla' d-dwieli minn tali żona għas-spejjeż tiegħu skont l-Artikolu 71(1) tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Kwalunkwe żoni maħsuba għal esperimenti jew mixtliet ta' tilqim li tħawlu qabel l-1 ta' Jannar 2016 wara l-għoti ta' drittijiet ġodda ta' tħawwil għandhom ikomplu jikkonformaw wara dik id-data ma' kwalunkwe kundizzjonijiet definiti għall-użu ta' dawn id-drittijiet li ngħataw għalihom sa tmiem il-perjodu tal-esperiment jew il-perjodu ta' produzzjoni tal-mixtliet ta' tilqim. Wara l-iskadenza ta' dawn il-perjodi, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi.

3.   It-tħawwil jew it-tħawwil mill-ġdid ta' żoni li l-prodotti tal-inbid jew tad-dwieli tagħhom huma maħsuba biss għall-konsum mill-membri tal-unità domestika tal-vinikultur għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tali żona ma taqbiżx l-0,1 ettaru;

(b)

il-vinikultur ikkonċernat ma jkunx involut fil-produzzjoni kummerċjali tal-inbid jew fil-produzzjoni kummerċjali ta' prodotti tad-dielja oħra.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw ċerti organizzazzjonijiet mingħajr attività kummerċjali bħala ekwivalenti għall-unità domestika tal-vinikultur.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tħawwil msemmi fl-ewwel subparagrafu jkun soġġett għal notifika.

4.   Produttur li jkun tilef ċerta żona mħawla bid-dwieli minħabba xiri obbligatorju fl-interess pubbliku skont il-liġi nazzjonali għandu jkun intitolat biex iħawwel żona ġdida sakemm tali żona mħawla mill-ġdid ma taqbiżx il-105 % f'termini ta' uċuħ puri taż-żona mitlufa. Iż-żona mħawla mill-ġdid għandha tiġi rreġistrata fir-reġistru tal-vinji.

5.   Il-qlugħ tad-dwieli minn żoni li jibbenefikaw mill-eżenzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ma għandux jagħti lok għal awtorizzazzjoni sabiex jerġgħu jinżergħu mill-ġdid skont l-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Madankollu, għandha tingħata awtorizzazzjoni bħal din fil-każ tal-qlugħ tad-dwieli li jkunu għadhom kif tħawlu skont l-eżenzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

Artikolu 2

Kriterji biex jingħataw l-awtorizzazzjonijiet

1.   Meta l-Istati Membri japplikaw l-kriterju ta' eliġibbiltà elenkat fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali li l-applikazzjoni m'għandhiex tkun ta' riskju sinifikanti ta' miżapproprjazzjoni tar-reputazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti speċifiċi, li għandu jkun preżunt dment li tintwera l-eżistenza ta' tali riskju mill-awtoritajiet pubbliċi. Ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan il-kriterju addizzjonali huma stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I.

2.   Fil-każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw wieħed jew aktar mill-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1)(a) sa (c) tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-kriterju addizzjonali msemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fl-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ta' dwieli ġodda, huma jistgħu japplikaw tali kriterji f'livell nazzjonali jew f'livell territorjali iktar baxx.

3.   Fil-każ li l-Istati Membri japplikaw wieħed jew aktar mill-kriterji ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-Partijiet A sa H tal-Anness II għal dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji addizzjonali tal-imġiba preċedenti tal-produttur u organizzazzjonijiet bla skop ta' qligħ b'għan soċjali li rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità. Ir-regoli fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dawn il-kriterji addizzjonali huma stabbiliti fil-Parti I tal-Anness II.

4.   Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw waħda jew aktar mill-kriterji ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 64(2)(a) sa (h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-kriterji addizzjonali previsti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, fl-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għal tħawwil ta' dwieli ġodda, huma jistgħu japplikaw dawn il-kriterji b'mod uniformi fil-livell nazzjonali jew bi gradi differenti ta' importanza f'żoni differenti tal-Istati Membri.

5.   L-użu ta' wieħed jew iktar mill-kriterji elenkati fl-Artikolu 64(2) tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013 bħala kriterji ta' eliġibbiltà f'wieħed mil-livelli ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 63(2) għandu jitqies debitament iġġustifikat għall-finijiet tal-punt (d) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 64 jekk l-użu ikollu l-għan li tiġi indirizzata problema speċifika li taffettwa s-settur tat-tkabbir tad-dwieli f'dak il-livell ġeografiku speċifiku li jista' jiġi indirizzat biss permezz ta' tali restrizzjoni.

6.   Mingħajr ħsara għar-regoli stabbiliti fl-Annessi I u II fir-rigward ta' ċerti kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri addizzjonali, meta meħtieġ, biex ikun evitat li l-applikanti tal-awtorizzazzjonijiet jiċċirkumventaw il-kriterji ta' eliġibilità u prijorità inklużi f'dawk l-Annessi.

Artikolu 3

Awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil mill-ġdid antiċipat

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu l-għoti ta' awtorizzazzjoni lil produtturi li jimpenjaw ruħhom li jaqilgħu d-dwieli minn żona mħawla bi dwieli skont l-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, soġġett għall-ħtieġa li tiġi ddepożitata garanzija.

Fi kwalunkwe każ, jekk il-qlugħ tad-dwieli ma jitwettaqx mill-produtturi sal-aħħar tar-raba' sena mid-data li fiha jkunu tħawlu dwieli ġodda, l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu japplika fir-rigward taż-żona mwegħda li ma jkunux inqalgħulha d-dwieli.

Artikolu 4

Restrizzjonijiet ta' tħawwil mill-ġdid

L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-tħawwil mill-ġdid fuq il-bażi tal-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, meta ż-żona speċifika għat-tħawwil mill-ġdid tkun tinsab f'żona li għaliha l-ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil ta' dwieli ġodda huwa limitat skont l-Artikolu 63(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u sakemm id-deċiżjoni tkun ġustifikata mill-ħtieġa li jiġi evitat riskju muri sew ta' żvalutar sinifikanti ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta.

Ir-riskju ta' żvalutar sinifikanti msemmi fl-ewwel paragrafu ma jeżistix jekk:

(a)

Iż-żona speċifika li għandha titħawwel mill-ġdid tkun jinsab fl-istess żona ta' denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta taż-żona li jkunu inqalgħulha d-dwieli u t-tħawwil mill-ġdid ta' dwieli jkun jikkonforma mal-istess denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta bħaż-żona li jkunu nqalgħulha d-dwieli;

(b)

It-tħawwil mill-ġdid huwa mmirat lejn il-produzzjoni tal-inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika sakemm l-applikant jintrabat bl-istess impenji bħal dawk stabbiliti fil-punt (2) tal-Parti A u B tal-Anness I għal dan ir-Regolament fir-rigward ta' tħawwil ġdid.

Artikolu 5

Penali u rkupru tal-kostijiet

L-Istati Membri għandhom jimponu penali finanzjarji fuq produtturi li ma jikkonformawx mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-ammont minimu tal-penali finanzjarja għandhom ikunu:

(a)

EUR 6 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha li jkunu tħawwlu mingħajr awtorizzazzjoni fi żmien erba' xhur mid-data li fiha jkun ġie nnotifikat bl-irregolarità, kif imsemmi fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

(b)

EUR 12 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha li jkunu tħawwlu mingħajr awtorizzazzjoni matul l-ewwel sena wara l-iskadenza tal-perjodu ta' erba' xhur;

(c)

EUR 20 000 għal kull ettaru, jekk il-produttur jaqla' d-dwieli kollha li jkunu tħawwlu mingħajr awtorizzazzjoni wara l-ewwel sena wara l-iskadenza tal-perjodu ta' erba' xhur.

Fil-każ li d-dħul annwali miksub fiż-żona fejn jinsabu l-vinji kkonċernati ikun stmat li jaqbeż is-EUR 6 000 għal kull ettaru, l-Istati Membri jistgħu jżidu l-ammonti minimi stabbiliti fit-tieni subparagrafu proporzjonalment mad-dħul medju annwali għal kull ettaru stmat għal dik iż-żona.

F'każ li Stat Membru jiżgura l-qlugħ ta' dwieli minn tħawwil mhux awtorizzat permezz tal-mezzi tiegħu stess, l-ispiża rilevanti imposta fuq il-produttur skont l-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandha tkun ikkalkulata b'mod oġġettiv filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tax-xogħol, l-użu tal-makkinarju u tat-trasport jew spejjeż oħra mġarrba. Dik in-nefqa għandha tiġi miżjuda mal-penali applikabbli.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmula fi Brussell, il-15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).


ANNESS I

Regoli marbuta mal-kriterju tal-eliġibilità elenkat fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament

A.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Iż-żona(i) li għandha/għandhom titħawwel/jitħawlu mill-ġdid hija/huma maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta speċifika taż-żona kkonċernata; jew,

(2)

fil-każ li ż-żona(i) li għandha/għandhom titħawwel/jitħawlu mill-ġdid ma tkunx/ma jkunux maħsuba għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta speċifika, l-applikant għandu jwettaq l-impenji li ġejjin:

(a)

li ma jintużax jew jinbigħ kwalunkwe għeneb prodott f'dawk iż-żoni li jkun għadhom kif tħawlu għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni protetta tal-oriġini, meta dawn iż-żoni jkunu lokalizzati f'żoni eliġibbli għal dak l-għan;

(b)

li d-dwieli ma jinqalgħux u jitħawlu mill-ġdid bil-għan li ż-żona li tkun tħawwlet mill-ġdid issir eliġibbli għall-produzzjoni tal-għeneb għal inbejjed b'denominazzjoni tal-oriġini protetta speċifika.

L-applikanti għandhom iwettqu l-impenji msemmija fil-punt (2) tal-ewwel subparagrafu għal perjodu ta' żmien limitat li għandu jiġi ffissat mill-Istat Membru, li ma jkunx jista' jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.

B.   Kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament.

Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

iż-żona(i) li għandha/għandhom tibda/jibdew titħawwel/jitħawlu hija/huma maħsub/a għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini protetta speċifika taż-żona kkonċernata; jew,

(2)

fil-każ li ż-żona(i) li għandha/għandhom tibda/jibdew titħawwel/jitħawlu ma tkunx/ma jkunux maħsuba għall-produzzjoni ta' nbejjed bl-indikazzjoni ġeografika protetta speċifika, l-applikant għandu jwettaq l-impenji li ġejjin:

(a)

li ma jużax jew jbiegħ kwalunkwe għeneb prodott f'dawk iż-żoni li jkunu għadhom kif tħawlu għall-produzzjoni tal-inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta, meta dawn iż-żoni jkunu lokalizzati f'żoni eliġibbli għal dak l-għan;

(b)

li ma jaqlax u jħawwel d-dwieli mill-ġdid bil-għan li jerġa' jagħmel iż-żona li tħawwlet mill-ġdid eliġibbli għall-produzzjoni tal-għeneb għal inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta.

L-applikanti għandhom iwettqu l-impenji msemmija fil-punt (2) tal-ewwel subparagrafu għal perjodu ta' żmien limitat li għandu jiġi ffissat mill-Istat Membru, li ma jkunx jista' jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.


ANNESS II

Regoli marbuta mal-kriterju tal-eliġibilità elenkati fl-Artikolu 64(2)(a) sa (h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament

A.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

(1)

Persuni ġuridiċi, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, għandhom jitqiesu li jikkonformaw ma' dan il-kriterju, jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

persuna fiżika li qed tistabbilixxi t-tħawwil tad-dwieli għall-ewwel darba u li tkun stabbilita bħala l-kap tal-azjenda (“parteċipant ġdid”) teżerċita kontroll effettiv u fit-tul fuq il-persuna ġuridika f'termini ta' deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni, il-benefiċċji u r-riskji finanzjarji. Meta diversi persuni fiżiċi, inkluż persuna(i) li mhijiex/mhumiex parteċipant(i) ġdid/ġodda, jieħdu sehem fil-kapital jew fit-tmexxija tal-persuna ġuridika, il-parteċipant il-ġdid għandu jkun kapaċi li jeżerċita kontroll effettiv u fuq żmien twil bħal dan jew waħdu jew b'mod konġunt flimkien ma' persuni oħra; jew

(b)

meta persuna ġuridika tkun kkontrollata b'mod uniku jew konġunt minn persuna ġuridika oħra, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) għandhom japplikaw għal kull persuna fiżika li għandha l-kontroll fuq dik il-persuna ġuridika l-oħra.

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' grupp ta' persuni fiżiċi irrispettivament mill-istatus legali mogħti lil tali grupp u lill-membri tiegħu permezz tal-liġi nazzjonali.

(2)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jżidu l-kundizzjoni addizzjonali li l-applikant għandu jkun persuna fiżika li ma jkollhiex aktar minn 40 sena fis-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni (“produttur żgħir”).

Il-persuni ġuridiċi msemmija fil-punt 1 għandhom jitqiesu bħala konformi mal-kundizzjoni addizzjonali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-punt, jekk il-persuna fiżika msemmija fil-punt (1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b) ma jkollhiex aktar minn 40 sena fis-sena tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni.

Il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' grupp ta' persuni fiżiċi msemmi fit-tieni subparagrafu tal-punt (1).

(3)

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu li l-applikanti jimpenjaw ruħhom matul perjodu ta' ħames snin li la ma jikru u lanqas ma jbigħu ż-żona(i) li għadha/għadhom kif titħawwel/tħawlu lil persuna fiżika jew ġuridika oħra.

Meta l-applikant ikun persuna ġuridika jew grupp ta' persuni fiżiċi, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-applikant, matul perjodu ta' ħames snin, ma jittrasferixxix l-eżerċizzju ta' kontroll effettiv u fit-tul tal-azjenda f'termini ta' deċiżjonijiet relatati mal-ġestjoni, il-benefiċċji u r-riskji finanzjarji lil persuna(i) oħra sakemm dik il-persuna jew dawk il-persuni tkun/ikun issodisfat/ssodisfaw il-kundizzjonijiet tal-punti (1) u (2) li applikaw fiż-żmien tal-għoti tal-awtorizzazzjonijiet.

B.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

L-applikant jimpenja ruħu li jikkonforma, għal perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin, mar-regoli dwar il-produzzjoni organika stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1) u meta applikabbli r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2) fir-rigward taż-żona(i) li għandhom jitħawlu mill-ġdid jew għall-azjenda agrikola sħiħa. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li dan il-kriterju jkun ġie sodisfatt meta l-applikanti jkunu diġà vitikulturi (3) fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, u jkunu applikaw b'mod effettiv ir-regoli dwar il-produzzjoni organika msemmija fl-ewwel subparagrafu liż-żona kollha mħawla bid-dwieli f'azjenda rispettiva għal mill-inqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

(2)

L-applikant jimpenja ruħu li jikkonforma ma' waħda minn dawn il-linji gwida jew skemi ta' ċertifikazzjoni li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti stabbiliti skont il-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin li fi kwalunkwe każ ma jmurx lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2030:

(a)

linji gwida speċifiċi għall-uċuħ tar-raba' jew għas-settur għall-ġestjoni integrata ta' pesti li huma adegwati għat-tkabbir tad-dwieli, skont l-Artikolu 14(5) tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), meta jeżistu t-tali linji gwida;

(b)

skemi nazzjonali ta' ċertifikazzjoni għal produzzjoni integrata li huma adegwati għall-vitikulura;

(c)

l-iskemi ta' ċertifikazzjoni ambjentali nazzjonali jew reġjonali li jiċċertifikaw il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali b'rabta mal-kwalità tal-ħamrija u/jew tal-ilma, il-bijodiversità, il-konservazzjoni tal-pajsaġġ, u l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u/jew l-adattament għat-tibdil fil-klima, u li huma rilevanti għall-vitikultura.

L-iskemi ta' ċertifikazzjoni msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiċċertifikaw li l-bidwi josserva prattiki fl-azjenda tiegħu li jikkonformaw ma' regoli definiti b'mod nazzjonali għal produzzjoni integrata jew l-għanijiet msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu. Din iċ-ċertifikazzjoni għandha titwettaq minn korpi ta' ċertifikazzjoni li huma akkreditati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u li jikkonformaw mal-istandards armonizzati rilevanti għall-“Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi” jew “Valutazzjoni tal-konformità — Rekwiżiti għal korpi li jipprovdu l-awditjar u ċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni”.

L-Istati Membri jistgħu jqisu li dan il-kriterju jkun ġie sodisfatt meta l-applikanti jkunu diġà vitikulturi fil-mument tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni u li jkunu applikaw b'mod effettiv il-linji gwida jew l-iskemi ta' ċertifikazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, liż-żona kollha mħawla bid-dwieli fl-azjenda rispettiva għal mill-inqas ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

(3)

Meta l-programm(i) tal-iżvilupp rurali ta' Stati Membri jinkludi(u) tip ta' operazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi “agroambjentali klimatiċi” stipulata(i) fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li tkun/ikunu applikabbli għal żoni mħawlin bid-dwieli b'relevanza għall-qasam speċifiku indikat fl-applikazzjoni, u sakemm ikun hemm biżżejjed fondi, l-applikant huwa eliġibbli u jimpenja ruħu li japplika għal dik it-tip ta' operazzjoni(jiet) għaż-żona li trid titħawwel u li jikkonforma ruħu mal-impenji stabbiliti fil-programm(i) għall-iżvilupp rurali rispettiv(i) għal dik/dawk it-tip/i ta' operazzjoni(jiet) speċifika/speċifiċi “agroambjentali klimatiċi”.

(4)

Il-ħabel/ħbula tar-raba' speċifiku/speċifiċi identifikat(i) f'applikazzjoni bħal din jinsab(u) f'għoljiet b'terrazzi.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-produtturi jimpenjaw ruħhom, matul perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin, li jaqilgħux dwieli u jħawluhom mill-ġdid f'żoni li ma jikkonformawx ma' dawn il-kundizzjonijiet. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.

C.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk tintlaħaq waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-ħabel/ħbula tar-raba' speċifiku/speċifiċi identifikati fl-applikazzjoni jkun(u) ġie/ġew fil-pussess tal-applikant permezz ta' skambji ma' ħbula ta' art oħra mħawla bid-dwieli fil-qafas tal-proġetti ta' konsolidazzjoni tal-art;

(2)

il-ħabel/ħbula tal-art identifikat(i) fl-applikazzjoni ma jkunx/ma jkunux imħawla bid-dwieli, jew huwa/huma mħawla bid-dwieli li jokkupaw superfiċje iżgħar minn dik mitlufa bħala riżultat tal-implimentazzjoni ta' tali proġetti ta' konsolidazzjoni tal-art;

(3)

iż-żona totali li għaliha l-awtorizzazzjoni tkun intalbet ma għandhiex teċċedi d-differenza, jekk ikun hemm, bejn iż-żona mħawla bid-dwieli fil-ħabel/ħbula li kienu propjeta' ta' xi ħadd u dik identifikata fl-applikazzjoni.

D.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies bħala sodisfatt jekk ħbula tal-art speċifiċi identifikati fl-applikazzjoni jkunu jinsabu f'wieħed minn dawn it-tipi ta' żoni:

(1)

żoni milquta min-nixfa, bi proporzjon tal-preċipitazzjoni annwali għall-evapotranspirazzjoni potenzjali annwali ta' inqas minn 0,5;

(2)

żoni b'għeruq mhux fil-fond ta' inqas minn 30 cm;

(3)

żoni b'konsistenza tal-ħamrija u natura ġeblija mhux favorevoli, skont id-definizzjoni u l-limiti stabbiliti fl-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

(4)

żoni b'għoljiet weqfin aktar minn tal-anqas 15 %;

(5)

żoni li jinsabu f'meded muntanjużi li għandhom altitudni minn talanqas 'il fuq minn 500 m, minbarra l-pjanuri għolja,

(6)

żoni li jinsabu fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE, u fil-gżejjer minuri tal-Eġew kif iddefiniti fir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) jew fi gżejjer żgħar b'medda totali ta' art ta' mhux aktar minn 250 km2u kkaratterizzati minn limiti strutturali jew soċjoekonomiċi.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu wkoll li l-produtturi jimpenjaw ruħhom, matul perjodu minimu ta' ħames sa seba' snin, li jaqilgħux dwieli u jħawluhom mill-ġdid f'żoni li ma jiffaċċjawx limiti naturali jew speċifiċi. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.

L-Istati Membri jistgħu, sa mhux aktar tard mill-2018, jiddeċiedu li jeskludu wieħed jew aktar miż-żoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-konformità ma' dan il-kriterju ta' prijorità meta ma jkunux f'pożizzjoni li jevalwaw din il-konformità b'mod effettiv.

E.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jitqies bħala sodisfatt jekk is-sostenibbiltà ekonomika tal-proġett rispettiv tkun stabbilita fuq il-bażi ta' wieħed jew aktar minn dawn il-metodoloġiji standard ta' analiżi finanzjarja għal proġetti ta' investiment agrikoli:

(1)

Il-Valur Preżenti Nett (NPV)

(2)

Rata ta' Redditu Interna (IRR)

(3)

Il-proporzjon kostijiet-benefiċċji (BCR)

(4)

Perjodu ta' Rkupru tal-Kost (PP)

(5)

Benefiċċju Nett Inkrementali (INB)

Il-metodoloġija għandha tiġi applikata b'mod li tkun adattata għat-tip ta' applikant.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-applikant biex jistabbilixxi t-tħawwil ta' dwieli ġodda skont il-karatteristiċi tekniċi identifikati fl-applikazzjoni.

F.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(f) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandu jitqies bħala sodisfatt jekk il-potenzjal għal aktar kompetittività jkun stabbilit fuq il-bażi ta' wieħed minn dawn l-elementi li ġejjin:

(1)

iż-żoni li għandhom jibdew jitħawlu minn vitikultur eżistenti jistgħu jiġġeneraw ekonomiji ta' skala minħabba nuqqas sinifikanti fl-ispejjeż għal kull unità speċifiċi għaż-żona li tkun għadha kif tħawlet f'relazzjoni mal-medja ta' vinji li diġà jeżistu fl-azjenda agrikola jew mal-qagħda medja tar-reġjun;

(2)

iż-żoni li għandhom jibdew jitħawlu minn vitikultur eżistenti jistgħu jiġġeneraw adattament aħjar għad-domanda fis-suq minħabba żieda fil-prezzijiet miksuba għall-prodott jew żieda tas-suq disponibbli f'relazzjoni mal-vinji li diġà jeżistu f'azjenda agrikola jew mal-qagħda medja tar-reġjun;

(3)

iż-żoni li għandhom jibdew jitħawlu minn parteċipant ġdid fis-settur jistgħu jippermettu għal mudell ta' produzzjoni agrikola li jħalli aktar profitti mill-medja tar-reġjun.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu aktar dettalji dwar l-elementi elenkati fil-punti (1), (2) u (3) tal-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-applikant biex jistabbilixxi t-tħawwil ta' dwieli ġodda skont il-karatteristiċi tekniċi identifikati fl-applikazzjoni.

G.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies bħala sodisfatt jekk il-ħabel/ħbula tal-art li għandhom jitħawlu jkunu jinsabu fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni ta' denominazzjoni protetta tal-oriġini eżistenti jew ta' indikazzjoni ġeografika protetta, jekk l-għeneb li jrid jiġi prodotti ikun maħsub għal inbejjed b'denominazzjoni protetta tal-oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika protetta, u tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

il-ħabel/ħbula li għandhom jitħawlu jkollhom karatteristiċi pedoklimatiċi aħjar, meta mqabbla ma' medja ta' ħbula tal-art oħra b'vinji li jikkonformaw ma' speċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika fl-istess reġjun;

(2)

il-varjetà(jiet) ta' għeneb jew il-klonu/i rispettivi li għandhom jitħawlu huma adattati aħjar għall-karatteristiċi pedoklimatiċi speċifiċi tal-ħabel/ħbula tal-art li jridu jitħawlu meta mqabbla mal-ħbula ta' art imħawla bi dwieli li jikkonformaw ma' speċifikazzjonijiet b'indikazzjoni ġeografika, b'karatteristiċi pedoklimatiċi simili u fl-istess reġjun, iżda stabbiliti b'varjetajiet u kloni oħra tal-istess varjetà(jiet);

(3)

il-varjetà(jiet) ta' għeneb jew il-klonu/i rispettivi li għandhom jitħawlu jikkontribwixxu biex tiżdied id-diversità ta' varjetajiet jew kloni ta' varjetajiet eżistenti fl-istess żona ġeografika tal-produzzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta;

(4)

is-sistema(i) ta' taħriġ tad-dwieli li għandhom jintużaw jew l-istruttura tal-vinja li jridu jiġu stabbiliti fiż-żona(i) mħawla mill-ġdid għandhom il-potenzjal li jwasslu għal kwalità aħjar ta' għeneb, meta mqabbla mas-sistemi ta' taħriġ u/jew strutturi predominantement użati fl-istess żona ġeografika ta' produzzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini jew tal-indikazzjoni ġeografika protetta.

L-Istati Membri jistgħu jagħtu aktar dettalji dwar l-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (1) sa (4) tal-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-applikant biex jistabbilixxi t-tħawwil ta' dwieli ġodda skont il-karatteristiċi tekniċi identifikati fl-applikazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw dan il-kriterju ta' prijorità għal applikazzjonijiet għal tħawwil ġdid f'żona li tkun ġiet iddemarkata fil-fajl tekniku li jakkumpanja applikazzjoni għall-protezzjoni ta' denominazzjoni tal-oriġini jew ta' indikazzjoni ġeografika li tkun taħt il-proċedura nazzjonali preliminari jew il-perjodu ta' skrutinju tal-Kummissjoni. F'dan il-każ, il-kundizzjonijiet elenkati fil-punti (1) sa (4) tal-ewwel subparagrafu japplikaw mutatis mutandis.

H.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Il-kriterju msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandu jitqies bħala sodisfatt jekk id-daqs tal-azjenda tal-applikant fiż-żmien tal-applikazzjoni jkun skont il-limiti minimi li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew reġjonali fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi. Dawn il-limiti għandhom jiġu stabbiliti f':

(1)

mhux inqas minn 0,5 ettaru għall-azjendi żgħar;

(2)

mhux inqas minn 50 ettaru għall-azjendi medji;

l-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu li jkun hemm konformità ma' waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

id-daqs tal-azjenda tal-applikant ser jiżdied b'riżultat tat-tħawwil il-ġdid;

(2)

l-applikant diġà jkollu żona mħawla bid-dwieli, li ma jibbenefikawx mill-eżenzjonijiet stipulati fl-Artikolu 62(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

Il-limiti msemmijin fil-punt (1) u (2) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.

I.   Kriterju msemmi fl-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament

I.    “Imġiba preċedenti tal-produttur”

Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament għandu jitqies bħala ssodisfat jekk l-applikant ma jkollux dwieli mħawlin mingħajr awtorizzazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew mingħajr dritt ta' tħawwil kif imsemmi fl-Artikoli 85a u 85b tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu li jkun hemm konformità ma' waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-ebda awtorizzazzjoni li tkun diġà ngħatat lill-applikant skont l-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ma tkun skadiet minħabba n-nuqqas ta' użu;

(2)

l-applikant ma jkunx ikkonforma ma' xi waħda mill-impenji msemmija fil-partijiet (A) u (B) tal-Anness I, fil-Partijiet (A), (B), (D), (E), (F), (G) ta' dan l-Anness u f'punt II ta' din il-Parti;

(3)

l-applikant ma jkollux żoni mħawlin bid-dwieli li ma għadhomx f'sistema ta' produzzjoni għal perjodu ta' mill-inqas tmien snin.

II.    “Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità”

Il-kriterju addizzjonali msemmi fl-Artikolu 2(3) ta' dan ir-Regolament (UE) għandu jitqies bħala li jkun ġie sodisfatt jekk l-applikant ikun persuna ġuridika, irrespettivament mill-forma legali tiegħu, u jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

l-applikant ikun organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ li għandha biss skop soċjali bħala l-attività tagħha;

(2)

l-applikant juża l-art ikkonfiskata biss għal skopijiet soċjali tagħha skont l- Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

L-Istati Membri jistgħu wkoll jeħtieġu li l-applikanti li jikkonformaw ma' dan il-kriterju jimpenjaw rwieħhom matul perjodu taż-żmien li jrid jiġi stabbilit mill-Istat Membru li la ma jikru u lanqas ibigħu ż-żona(i) li għadha/għandhom kif ġiet/ġew mħawla lil persuna fiżika jew ġuridika oħra. Dan il-perjodu ma għandux jaqbeż il-31 ta' Diċembru 2030.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).

(3)  Kif iddefinit fl-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 tas-26 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 f'dak li jirrigwarda r-reġistru tal-vinji, il-prospetti obbligatorji u l-istabbiliment ta' tagħrif għall-monitoraġġ tas-suq, id-dokumenti li jakkumpanjaw il-ġarr tal-prodotti u r-reġistri li għandhom jinżammu fis-settur tal-vinji tal-inbid (ĠU L 128, 27.5.2009, p. 15).

(4)  Id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71)

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(7)  Ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura favur il-gżejjer minuri tal-Eġew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1405/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 41).

(8)  Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).


9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/12


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/561

tas-7 ta' April 2015

li jistipula regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 70, 72 u 45(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 62(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tiegħu fih regoli dwar skema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli li jħassru u jissostitwixxu s-sistema tranżitorja tad-drittijiet ta' taħwil stabbilita fis-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) mill-1 ta' Jannar 2016. Il-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi regoli dwar it-tul ta' żmien, il-ġestjoni u l-kontroll tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ta' implimentazzjoni rigward il-ġestjoni u l-kontroll tal-iskema. Is-sistema tranżitorja ta' drittijiet ta' taħwil stabbilita fis-Subtaqsima II tat-Taqsima IVa tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 tibqa' applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2015 skont l- Artikolu 230(1)(b)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

(2)

L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi r-rekwiżit ġenerali għall-Istati Membri li jagħtu awtorizzazzjoni għat-taħwil ta' dwieli wara li tintbagħat applikazzjoni mill-produtturi li għandhom l-intenzjoni li jħawlu jew li jerġgħu jħawlu d-dwieli. L-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi għal mekkaniżmu ta' salvagwardja għat-taħwil ta' dwieli ġodda, li bis-saħħa tiegħu l-Istati Membri jridu jagħtu kull sena awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda li jikkorrispondu għal 1 % tal-erja totali effettivament imħawla bid-dwieli fit-territorju tagħhom, iżda jistgħu jiġu deċiżi limitazzjonijiet iktar baxxi abbażi ta' ġustifikazzjonijiet sodi. L-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula regoli li jikkonċernaw l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda u jistabbilixxi kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità li l-Istati Membri jistgħu japplikaw.

(3)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli fil-livell tal-Unjoni dwar il-proċedura li l-Istati Membri għandhom isegwu fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar il-mekkaniżmu ta' salvagwardja u l-għażla tal-kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu limiti ta' żmien għad-deċiżjonijiet li se jittieħdu, kif ukoll implikazzjonijiet f'każ li ċerti deċiżjonijiet ma jittieħdux.

(4)

Sabiex jagħtu ċarezza u applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri kollha u fir-reġjuni tal-produzzjoni tal-inbid, ir-regoli dwar l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda għandhom jinkludu wkoll l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet, il-proċedura tal-għażla u l-għoti tagħhom kull sena. B'dan il-mod, il-produtturi huma soġġetti għal regoli simili fil-livell tal-Unjoni meta jiġu biex japplikaw għal applikazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda. Dawn ir-regoli għandhom l-għan li jiżguraw funzjonament trasparenti, ġust u f'waqtu tas-sistema, adattati għall-bżonnijiet tas-settur tal-inbid. Ir-regoli għandhom ukoll jevitaw sitwazzjoni fejn l-applikanti jħabbtu wiċċhom ma' inugwaljanzi mhux ġustifikati, dewmien eċċessiv jew piż amministrattiv sproporzjonat. B'mod partikulari, billi l-bidu tas-sena tal-għasra huwa l-1 t'Awwissu, l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda sa dik id-data jidher li huwa xieraq għall-bżonnijiet tas-settur tal-inbid, u jiżgura li t-taħwil ta' dwieli jista' jibqa' jsir matul l-istess sena ċivili. Għandha tiġi ffissata data xierqa biex jiġi żgurat li d-deċiżjonijiet rilevanti kollha meħudin mill-Istat Membru jsiru pubbliċi fiż-żmien dovut, qabel il-ftuħ tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, u biex il-produtturi jkunu konxji sew tar-regoli applikabbli qabel ma jissottomettu applikazzjoni.

(5)

Fejn l-għadd totali ta' ettari mitluba fl-applikazzjonijiet eliġibbli jaqbeż ferm l-għadd ta' ettari li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli, dan jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn proporzjon kbir ta' applikanti individwali jiksbu biss frazzjoni tal-ettari li kienu applikaw għalihom, u b'hekk jispiċċaw ma jużawx l-awtorizzazzjonijiet korrispondenti u jisfaw soġġetti għal pieni. Biex jiġu indirizzati t-tali sitwazzjonijiet, jixraq li ma jiġux imposti tali penali fejn l-awtorizzazzjonijiet mogħtija jikkorrispondu għal inqas minn ċertu perċentwal tal-ettari mitluba fl-applikazzjoni. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat it-telf tal-awtorizzazzjonijiet korrispondenti, għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jew jittrasferuhom għas-sena ta' wara, jew jerġgħu jqassmuhom matul l-istess sena fost dawk l-applikanti li l-applikazzjonijiet tagħhom ma ġewx issodisfati għalkollox u li ma rrifjutawx l-awtorizzazzjonijiet mogħtija.

(6)

L-Artikolu 66 tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 (4) jistabbilixxu r-regoli dwar l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli fl-istess azjenda. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll fil-livell tal-Unjoni regoli dwar il-proċedura li għandhom isegwu l-Istati Membri meta jiġu biex jagħtu tali awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli, kif ukoll dwar l-iskeda ta' żmien li fiha l-Istati Membri għandhom jagħtu dawk l-awtorizzazzjonijiet. Sabiex il-produtturi jkunu jistgħu jindirizzaw il-limitazzjonijiet fir-rigward tat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli fl-istess azjenda minħabba raġunijiet fitosanitarji, ambjentali jew operazzjonali, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jippermettu lill-produtturi jissottomettu applikazzjoni f'perjodu raġonevoli iżda limitat wara l-qlugħ tad-dwieli. Barra minn hekk, fid-dawl tal-piż amministrattiv fuq l-Istati Membri u fuq il-produtturi minħabba s-sottomissjoni u l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli, għandu jkun possibbli wkoll li tiġi applikata proċedura simplifikata f'każijiet speċifiċi fejn l-erja li tilqa' t-taħwil mill-ġdid tikkorrispondi mal-erja maqlugħa, jew fejn ma tiġi deċiża l-ebda restrizzjoni fuq it-taħwil mill-ġdid ta' dwieli.

(7)

L-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxi regoli għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet abbażi tal-konverżjoni tad-drittijiet ta' taħwil mogħtija qabel il-31 ta' Diċembru 2015. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll fil-livell tal-Unjoni regoli dwar il-proċedura li għandhom isegwu l-Istati Membri għall-għoti ta' tali awtorizzazzjonijiet. Għandha tiġi stabbilita skeda ta' żmien għas-sottomissjoni u għat-trattament tat-talbiet, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jirċievu u jipproċessaw it-talbiet għall-konverżjoni b'mod xieraq u f'waqtu.

(8)

L-Artikolu 62(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistipula li l-awtorizzazzjonijiet għandhom jingħataw għal żona speċifika tal-azjenda tal-produttur, identifikata f'applikazzjoni. F'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-applikanti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jibdlu tali żona speċifika matul il-perjodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni. Madankollu, din il-possibbiltà għandha tkun eskluża f'ċerti każijiet sabiex tiġi evitata l-evażjoni tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli.

(9)

L-Artikoli 63(4), 64(3), 71(3) u 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistabbilixxu l-obbligu li l-Istati Membri jgħarrfu lill-Kummissjoni b'ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli. Għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti li jiffaċilitaw il-komunikazzjoni ta' informazzjoni mill-Istati Membri dwar l-aspetti kollha rilevanti tal-ġestjoni u l-kontroll ta' din l-iskema, b'mod li jippermetti monitoraġġ tajjeb tal-implimentazzjoni tagħha.

(10)

L-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 jkopri l-ħtieġa li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ta' kontroll fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli. Jeħtieġu regoli ġenerali li jiċċaraw li l-għodda ewlenija għall-verifika tal-konformità mal-iskema hija r-reġistru tad-dwieli, u li għandhom isiru kontrolli bi qbil mal-prinċipji ġenerali stipulati fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013. It-tali regoli għandhom jipprovdu l-qafas ġenerali biex l-Istati Membri jiżviluppaw dispożizzjonijiet iktar iddettaljati fil-livell nazzjonali sabiex jiġi evitat it-taħwil mhux awtorizzat, u sabiex jiġi żgurat li r-regoli tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet jiġu rispettati, inkluż li titħares l-iskadenza għall-użu tal-awtorizzazzjonijiet u għall-qlugħ tad-dwieli fil-każ ta' taħwil mill-ġdid antiċipat, kif ukoll li jitħarsu l-impenji meħuda mill-produtturi biex jiksbu tali awtorizzazzjonijiet.

(11)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli

B'seħħ mill-2016, l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli kif stipulat fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jingħataw skont dan ir-Regolament.

L-awtorizzazzjonijiet jikkonċernaw it-taħwil ta' dwieli ġodda, it-taħwil mill-ġdid tad-dwieli, u d-drittijiet ta' taħwil li għandhom jiġu kkonvertiti.

L-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda msemmija fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jingħataw darba fis-sena.

Artikolu 2

Deċiżjonijiet preliminari dwar l-erja li għandha ssir disponibbli għat-taħwil ta' dwieli ġodda

1.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jillimitaw l-erja totali disponibbli għat-taħwil ta' dwieli ġodda li għandha tiġi allokata fil-forma ta' awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 63(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, għandhom jippubblikaw it-tali deċiżjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet rispettivi tagħhom sal-1 ta' Marzu.

2.   Fejn l-Istati Membri jqisu rakkomandazzjonijiet minn organizzazzjonijiet professjonali jew gruppi ta' produtturi interessati kif imsemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, it-tressiq ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandu jħalli żmien biżżejjed għall-eżami tagħhom qabel ma l-Istat Membru kkonċernat jieħu d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati wkoll.

Artikolu 3

Kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda

Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda kif stipulat fl-Artikolu 64(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, tali deċiżjonijiet għandhom jiġu ppubblikati sal-1 ta' Marzu.

Id-deċiżjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jikkonċernaw:

(a)

l-applikazzjoni ta' kriterju wieħed jew iktar minn dawk elenkati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, inkluża l-ġustifikazzjoni meħtieġa f'każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-punt (d) tal-Artikolu 64(1), kif ukoll fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560;

(b)

l-għadd ta' ettari disponibbli għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet fil-livell nazzjonali:

(i)

fuq bażi prorata;

(ii)

skont il-kriterji ta' prijorità elenkati fl-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560

Fejn l-Istati Membri jkunu beħsiebhom japplikaw il-kriterji ta' prijorità msemmija fil-punt (b)(ii) tat-tieni paragrafu ta' dan l-Artikolu, għandhom jiddefinixxu liema minn dawk il-kriterji ta' prijorità se jiġu applikati. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħtu importanza differenti lil kull kriterju tal-prijorità magħżul. It-tali deċiżjonijiet għandhom jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu klassifika tal-applikazzjonijiet individwali fil-livell nazzjonali għall-għoti tal-għadd ta' ettari msemmija fil-punt (b)(ii), abbażi tal-konformità ta' dawk l-applikazzjonijiet mal-kriterji ta' prijorità magħżula.

Artikolu 4

Regoli prestabbiliti għat-taħwil ta' dwieli ġodda

Fejn l-Istati Membri ma jippubblikawx id-deċiżjonijiet rilevanti sal-iskadenzi stipulati fl-Artikoli 2 u 3, għandhom japplikaw għas-sena korrispondenti r-regoli li ġejjin għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda:

(a)

id-disponibbiltà tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda għandha tikkorrispondi għal 1 % tal-erja totali effettivament bid-dwieli mħawlin fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, kif speċifikat fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u mingħajr limitazzjonijiet oħra;

(b)

għandu jsir tqassim prorata tal-ettari lill-applikanti kollha eliġibbli abbażi tal-erja li għaliha jkunu talbu l-awtorizzazzjoni, fejn l-applikazzjonijiet jaqbżu l-erja disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tiġi ppubblikata l-informazzjoni marbuta mar-regoli applikabbli skont l-ewwel paragrafu.

Artikolu 5

Tressiq tal-applikazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda

1.   Ladarba jkunu ġew ippubblikati d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 2 u 3 jew l-informazzjoni msemmija fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 4, u mhux iktar tard mill-1 ta' Mejju, l-Istati Membri għandhom jiftħu l-perjodu għat-tressiq tal-applikazzjonijiet individwali, li għandu jkun ta' mhux inqas minn xahar.

2.   L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żona fl-azjenda tal-applikant li għaliha tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. Fejn ma jiġi deċiż l-ebda limitu skont l-Artikolu 2, u fejn ma jiġi deċiż l-ebda kriterju skont l-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li jindikaw fl-applikazzjoni tagħhom il-post speċifiku taż-żona fl-azjenda tal-applikant li għaliha tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. Fejn rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.

3.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw ċerti kriterji għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560: l-applikazzjonijiet għandhom jindikaw il-prodott(i) tad-dwieli li l-applikant ikun beħsiebu jipproduċi fiż-żona/i fejn tħawlu dwieli ġodda, u jispeċifikaw jekk l-applikant ikunx beħsiebu jipproduċi wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

inbejjed b'denominazzjoni protetta ta' oriġini,

(ii)

inbejjed b'indikazzjoni ġeografika protetta,

(iii)

inbejjed mingħajr indikazzjoni ġeografika iżda li jinkludu indikazzjoni tal-varjetà tal-għenba tal-inbid;

(b)

kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni ta' natura ekonomika li turi s-sostenibbiltà ekonomika tal-proġett rispettiv abbażi ta' metodoloġija standard waħda jew aktar ta' analiżi finanzjarja għal proġetti ta' investiment agrikolu msemmija fil-Parti E tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560;

(c)

kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(f) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni ta' natura ekonomika li turi l-potenzjal għal żieda fil-kompetittività abbażi tal-kunsiderazzjonijiet mogħtija fil-Parti F tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560;

(d)

kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(g) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni li turi l-potenzjal għat-titjib tal-prodotti b'indikazzjoni ġeografika abbażi ta' waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti G tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560;

(e)

kriterju ta' prijorità msemmi fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013: l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu informazzjoni li turi li d-daqs tal-azjenda tal-applikant fi żmien l-applikazzjoni jikkonforma mal-limiti li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tad-dispożizzjonijiet stipulati fil-Parti H tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560;

(f)

fejn l-Istati Membri jeħtieġu li l-applikanti jieħdu l-impenji msemmija fil-Partijiet (A) u (B) tal-Anness I u l-Partijiet (A), (B), (D), (E), (F), (G) u (J) u fit-Taqsima II tal-Parti (I) tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560 b'rabta mal-kriterji rispettivi, l-applikazzjonijiet għandhom jinkludu dawk l-impenji.

Fejn xi element minn dawk imsemmija fil-punti (a) sa (f) tal-ewwel subparagrafu jista' jinġabar direttament mill-Istati Membri, dawn jistgħu jeżentaw lill-applikanti milli jinkludu tali elementi fl-applikazzjonijiet tagħhom.

4.   Wara li jkun skada l-perjodu ta' tressiq imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-applikanti mhux eliġibbli bin-nuqqas ta' eliġibbiltà tal-applikazzjonijiet tagħhom skont id-deċiżjoni dwar il-kriterji ta' eliġibbiltà adottata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 3. It-tali applikazzjonijiet għandhom jiġu esklużi mill-passi sussegwenti tal-proċedura.

Artikolu 6

Għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda

1.   Fejn l-erja totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli mressqa ma tisboqx l-erja li saret disponibbli skont l-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet sal-ammont kollu li l-produtturi kienu applikaw għalih.

2.   Fejn l-erja totali koperta mill-applikazzjonijiet eliġibbli mressqa tisboq l-erja li saret disponibbli skont l-Artikolu 2(1), l-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura tal-għażla stipulata fl-Anness I.

Sa mhux iktar tard mill-1 t'Awwissu, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet lill-applikanti magħżula skont ir-riżultat ta' tali proċedura tal-għażla. Fejn l-applikazzjonijiet eliġibbli ma jkunux ġew issodisfati għalkollox, l-applikanti għandhom jiġu infurmati bir-raġunijiet ta' tali deċiżjoni.

3.   Fejn l-awtorizzazzjoni mogħtija tikkorrispondi għal inqas minn 50 % tal-erja mitluba fl-applikazzjoni rispettiva, l-applikant jista' jirrifjuta t-tali awtorizzazzjoni fi żmien xahar mid-data li fiha tingħata l-awtorizzazzjoni.

F'dak il-każ, l-applikant ma jibqax suġġett għall-pieni amministrattivi msemmija fl-Artikolu 62(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-għadd korrispondenti ta' ettari jsir disponibbli matul l-istess sena, sa mhux aktar tard mill-1 t'Ottubru, biex jingħataw awtorizzazzjonijiet lil dawk l-applikanti li jkunu ngħataw biss parti mill-erja mitluba, skont ir-riżultat tal-proċedura tal-għażla msemmija fil-paragrafu 2, u li ma jkunux irrifjutaw l-awtorizzazzjonijiet korrispondenti. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li jagħmlu dawk l-ettari disponibbli fis-sena ta' wara, flimkien mal-1 % tal-erja totali bi dwieli mħawlin, kif stipulat fl-Artikolu 63(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

Artikolu 7

Restrizzjonijiet tal-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli

1.   Fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li jillimitaw l-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli f'żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta' nbejjed b'denominazzjoni protetta ta' oriġini jew b'indikazzjoni ġeografika protetta skont l-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560, għandhom jippubblikaw it-tali deċiżjonijiet sal-1 ta' Marzu.

L-organizzazzjonijiet professjonali jew il-gruppi ta' produtturi interessati msemmija fl-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom iressqu r-rakkomandazzjonijiet li se jiġu meqjusa mill-Istat Membru skont l-istess Artikolu f'perjodu ta' żmien twil biżżejjed għall-eżami tagħhom, qabel ma tittieħed id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-Istat Membru kkonċernat għandu jippubblika dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

2.   Id-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għal żmien sena mid-data li fiha jiġu ppubblikati.

Fejn rakkomandazzjoni minn organizzazzjoni professjonali jew grupp ta' produtturi interessati ssir għal perjodu ta' żmien itwal minn sena iżda mhux itwal minn tliet snin, kif stipulat fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, it-tali deċiżjonijiet jistgħu japplikaw ukoll għal perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx it-tliet snin.

Fejn tali organizzazzjonijiet professjonali jew gruppi ta' produtturi interessati ma jressqux ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti b'mod li jħalli żmien biżżejjed għall-eżami tagħhom kif ipprovdut fil-paragrafu 1, jew fejn l-Istati Membri ma jippubblikawx id-deċiżjonijiet rilevanti sal-1 ta' Marzu, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-taħwil mill-ġdid awtomatikament kif stipulat fl-Artikolu 8.

Artikolu 8

Proċedura għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli

1.   L-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonjiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli kif imsemmi fl-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jitressqu f'kull żmien tul l-istess sena tal-għasra li fiha jsir il-qlugħ tad-dwieli. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-tressiq ta' applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli jista' jsir sa tmiem it-tieni sena tal-għasra wara s-sena li fiha jkun sar il-qlugħ tad-dwieli. Fejn dawk il-perjodi ta' żmien ma jiġux rispettati, l-Istati Membri ma għandhomx jagħtu awtorizzazzjoni għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli.

L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żona/i fejn ikun sar qlugħ tad-dwieli, kif ukoll taż-żona/i fejn għandu jsir taħwil mill-ġdid fl-istess azjenda tal-applikant li għaliha tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. Fejn ma tiġi deċiża l-ebda limitazzjoni skont l-Artikolu 7, u fejn l-applikant ma jkun ħa l-ebda impenn minn dawk imsemmija fil-punt (2)(b) tal-Partijiet A u B tal-Anness I u l-Partijiet B(4) u D tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li jindikaw fl-applikazzjoni l-post speċifiku taż-żona/i fejn għandu jsir taħwil mill-ġdid u li għaliha tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. Fejn rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.

L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet b'mod awtomatiku fi żmien tliet xhur mit-tressiq tal-applikazzjonijiet. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 5 u 6 għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda, rispettivament.

2.   Fejn iż-żona tat-taħwil mill-ġdid tikkorrispondi għall-istess żona maqlugħa, jew fejn ma tiġi deċiża l-ebda restrizzjoni skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, tista' tiġi applikata proċedura simplifikata fil-livell nazzjonali jew għal ċerti żoni fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. F'dan il-każ, l-awtorizzazzjoni għat-taħwil mill-ġdid tista' titqies li ngħatat fid-data li fiha ż-żona tkun ġiet maqlugħa. Għal dan il-għan, il-produttur ikkonċernat għandu jressaq, sa mhux aktar tard minn tmiem is-sena tal-għasra li fiha jkun sar il-qlugħ tad-dwieli, komunikazzjoni ex-post li tgħodd bħala applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

3.   L-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonjiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli msemmija fl-Artikolu 66(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jistgħu jitressqu f'kull żmien matul is-sena.

L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żona/i fejn ikun se jsir il-qlugħ tad-dwieli, kif ukoll taż-żona/i fejn ikun se jsir taħwil mill-ġdid fl-istess azjenda tal-applikant li għaliha tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll l-impenn li tinqala' ż-żona bid-dwieli mħawla sa mhux aktar tard minn tmiem ir-raba' sena mid-data li fiha jkunu tħawlu dwieli ġodda. Fejn rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.

L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet b'mod awtomatiku fi żmien tliet xhur mit-tressiq tal-applikazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw il-perjodi ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 5 u 6 għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda, rispettivament.

Artikolu 9

Proċedura għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   B'seħħ mill-15 ta' Settembru 2015, il-produtturi għandhom iressqu t-talbiet għall-konverżjoni tad-drittijiet ta' taħwil f'awtorizzazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-applikazzjonijiet għandhom jidentifikaw id-daqs u l-post speċifiċi taż-żona fl-azjenda tal-applikant li għaliha tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-applikanti mir-rekwiżit li jindikaw fl-applikazzjoni tagħhom il-post speċifiku taż-żona fl-azjenda tal-applikant li tkun se tingħata l-awtorizzazzjoni. Fejn rilevanti għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' awtorizzazzjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali mingħand l-applikanti.

2.   Fejn, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-Istati Membri jiddeċiedu li jtawlu l-perjodu ta' żmien għat-tressiq tat-talba għall-konverżjoni tad-drittijiet ta' taħwil f'awtorizzazzjonijiet lil hinn mill-31 ta' Diċembru 2015, għandhom jippubblikaw din id-deċiżjoni sal-14 ta' Settembru 2015.

F'dan il-każ, it-talbiet għall-konverżjoni jistgħu jitressqu mill-produttur f'kull żmien b'seħħ mill-15 ta' Settembru 2015 sa tmiem il-perjodu ffissat mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu.

3.   Wara li jkunu vverifikaw li għadhom validi d-drittijiet ta' taħwil li għalihom tkun intalbet il-konverżjoni skont il-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu l-awtorizzazzjonijiet awtomatikament. Il-perjodu bejn it-tressiq tat-talba għall-konverżjoni u l-għoti tal-awtorizzazzjonijiet ma għandux jaqbeż it-tliet xhur. Madankollu, jekk it-talba titressaq qabel il-31 ta' Diċembru 2015, il-perjodu ta' tliet xhur għandu jibda fl-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 10

Modifika taż-żona speċifika li għaliha tingħata l-awtorizzazzjoni

F'każijiet iġġustifikati kif xieraq, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq talba tal-applikant, li jista' jsir it-taħwil ta' dwieli f'żona tal-azjenda li tkun differenti miż-żona speċifika li għaliha tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni, dejjem jekk iż-żona l-ġdida tkun tal-istess daqs f'ettari, u dejjem jekk l-awtorizzazzjoni tkun għadha valida skont l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

L-ewwel paragrafu m'għandux japplika fejn l-awtorizzazzjonijiet jkunu ngħataw abbażi tal-konformità mal-kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà jew ta' prijorità marbutin mal-post indikat fl-applikazzjoni, u lanqas ma għandu japplika fejn it-talba għal modifika tindika żona speċifika 'l barra mit-tali post indikat.

Artikolu 11

Notifiki

1.   B'seħħ mill-2016, u sal-1 ta' Marzu ta' kull sena l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni:

(a)

il-komunikazzjoni dwar iż-żoni tal-vitikultura msemmija fl-Artikolu 145(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, dwar is-sitwazzjoni fil-31 ta' Lulju tas-sena tal-għasra preċedenti. Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-formola mogħtija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament;

(b)

in-notifiki msemmija fl-Artikoli 63(4) u 64(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola mogħtija fl-Anness III ta' dan ir-Regolament;

(c)

notifika dwar ir-restrizzjonijiet deċiżi mill-Istati Membri b'rabta mat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli fl-istess azjenda, kif imsemmi fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament. Din in-notifika għandha ssir bil-formola mogħtija fl-Anness VI (it-Tabella A) ta' dan ir-Regolament;

(d)

lista nazzjonali aġġornata tal-organizzazzjonijiet professjonali jew tal-gruppi ta' produtturi interessati msemmija fl-Artikoli 2 u 7 ta' dan ir-Regolament;

(e)

il-komunikazzjoni dwar id-daqs totali taż-żoni identifikati bi dwieli mħawla mingħajr awtorizzazzjoni, kif ukoll iż-żoni mhux awtorizzati fejn ikun sar qlugħ tad-dwieli, kif imsemmi fl-Artikolu 71(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. Din il-komunikazzjoni għandha tirreferi għas-sena tal-għasra preċedenti. L-ewwel komunikazzjoni għandha titressaq sal-1 ta' Marzu 2017, u għandha tkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2016 u l-31 ta' Lulju 2016. Il-komunikazzjoni għandha ssir bil-formola mogħtija fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament;

(f)

fejn l-Istati Membri jiddeċiedu li japplikaw il-kriterju ta' prijorità msemmija fl-Artikolu 64(2)(h) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, il-limiti deċiżi b'rabta mad-daqs minimu u massimu tal-azjendi kif imsemmi fil-Parti (H) tal-Anness II tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560.

2.   B'seħħ mill-2016, u sal-1 ta' Novembru ta' kull sena l-Istati Membri għandhom iressqu lill-Kummissjoni:

(a)

notifika dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet mitluba għat-taħwil ta' dwieli ġodda, dwar l-awtorizzazzjonijiet li effettivament ingħataw matul is-sena tal-għasra preċedenti skont l-Artikolu 6(1) u (2) ta' dan ir-Regolament, u dwar l-awtorizzazzjonijiet irrifjutati mill-applikanti kif ukoll dawk mogħtija lil applikanti oħrajn qabel l-1 ta' Ottubru skont l-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament. Dawn in-notifiki għandhom isiru bil-formola mogħtija fl-Anness V ta' dan ir-Regolament;

(b)

notifika dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli mogħtija matul is-sena tal-għasra preċdenti kif imsemmi fl-Artikol 8 ta' dan ir-Regolament. L-ewwel komunikazzjoni għandha titressaq sal-1 ta' Novembru 2016, u għandha tkopri l-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2016 u l-31 ta' Lulju 2016. Din in-notifika għandha ssir bil-formola mogħtija fl-Anness VI (it-Tabella B) ta' dan ir-Regolament;

(c)

notifika dwar l-awtorizzazzjonijiet mogħtija matul is-sena tal-għasra preċedenti abbażi tal-konverżjoni ta' drittijiet validi ta' taħwil kif imsemmi fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament. Din in-notifika għandha ssir bil-formola mogħtija fl-Anness VII (it-Tabella B), u għandha ssir biss sal-1 ta' Novembru tas-sena wara tmiem l-iskadenza għall-konverżjoni msemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-iskadenza deċiża mill-Istat Membru skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament.

3.   Sal-31 ta' Lulju 2015, l-Istati Membri li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bid-deċiżjoni li ma jimplimentawx l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

4.   Sal-15 ta' Settembru 2015, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, bl-iskadenza għall-konverżjoni tad-drittijiet ta' taħwil f'awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament. Din in-notifika għandha ssir bil-formola mogħtija fl-Anness VII (it-Tabella A) ta' dan ir-Regolament.

5.   In-notifiki, il-komunikazzjonijiet u t-tressiq tal-listi msemmija f'dan l-Artikolu għandhom isiru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (5).

6.   Jekk Stat Membru jonqos milli jikkonforma mal-paragrafi 1 sa 4, jew jekk l-informazzjoni rilevanti tidher skorretta, il-Kummissjoni tista' tissospendi, parzjalment jew bis-sħiħ, il-pagamenti ta' kull xahar imsemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tas-settur tal-inbid, sakemm in-notifika ssir b'mod korrett.

7.   L-Istati Membri għandhom iżommu kopja tal-informazzjoni mressqa skont dan l-Artikolu għal tal-anqas għaxar snin tal-għasra mis-sena tal-għasra li fiha jkunu ressquha.

8.   L-obbligi stipulati f'dan l-Artikolu huma mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

Artikolu 12

Kontrolli

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw kontrolli sal-punt li jkun meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli għall-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli stipulati fil-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fir-Regolament Delegat (UE) 2015/560, u f'dan ir-Regolament.

2.   Sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jużaw ir-reġistru tad-dwieli msemmi fl-Artikolu 145 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

3.   L-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 għandu japplika mutatis mutandis għall-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Unika) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/560 tal-15 ta' Diċembru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-iskema ta' awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli (Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1337/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 rigward l-istatistika Ewropea dwar għelejjel permanenti u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 357/79 u d-Direttiva 2001/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 30.12.2011, p. 7).


ANNESS I

Proċedura tal-għażla msemmija fl-Artikolu 6(2)

A.   ALLOKAZZJONI FUQ BAŻI PRORATA

L-għadd totali ta' ettari disponibbli għat-taħwil ta' dwieli ġodda li l-Istati Membri ddeċidew li jallokaw fuq bażi prorata lill-applikanti kollha fil-livell nazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 3(b)(i), għandu jitqassam fost l-applikazzjonijiet individwali eliġibbli skont il-formola li ġejja, filwaqt li jitħarsu l-limiti possibbli msemmija fl-Artikolu 2:

A1 = Ar * (%Pr * Tar/Tap)

A1

=

awtorizzazzjoni mogħtija lil applikant individwali fuq bażi prorata (f'ettari)

Ar

=

erja mitluba mill-produttur fl-applikazzjoni tiegħu (f'ettari)

%Pr

=

proporzjon tad-disponibbiltà totali li għandha tingħata fuq bażi prorata

Tar

=

erja totali li saret disponibbli fl-awtorizzazzjonijiet (f'ettari)

Tap

=

total tal-applikazzjonijiet kollha mill- produtturi (f'ettari)

B.   ALLOKAZZJONI SKONT IL-KRITERJI TA' PRIJORITÀ

Il-parti tal-għadd totali ta' ettari disponibbli għat-taħwil ta' dwieli ġodda li l-Istati Membri ddeċidew li jallokaw fil-livell nazzjonali, skont il-kriterji ta' prijorità magħżula kif imsemmi fl-Artikolu 3(b)(ii), għandha titqassam fost l-applikazzjonijiet individwali eliġibbli kif ġej:

(a)

L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali, u jistgħu jagħtu l-istess importanza lill-kriterji kollha magħżula, jew jistgħu jallokawlhom livelli differenti ta' importanza. L-Istati Membri jistgħu japplikaw it-tali livelli ta' importanza b'mod uniformi fil-livell nazzjonali, jew jistgħu jibdlu l-livell ta' importanza tal-kriterji skont iż-żona fit-territorju tal-Istat Membru.

Fejn l-Istati Membri jagħtu l-istess importanza lill-kriterji kollha magħżula fil-livell nazzjonali, għandu jingħata valur ta' wieħed (1) lil kull kriterju.

Fejn l-Istati Membri jagħtu importanza differenti lill-kriterji magħżula fil-livell nazzjonali, għandu jingħata valur li jvarja bejn żero (0) u wieħed (1) lil kull wieħed minn dawk il-kriterji, u s-somma tal-valuri individwali kollha għandha tkun dejjem wieħed (1).

Fejn il-livell ta' importanza ta' dawn il-kriterji jvarja skont iż-żona fit-territorju tal-Istat Membru, għandu jiġi allokat valur individwali li jvarja bejn żero (0) u wieħed (1) lil kull wieħed minn dawk il-kriterji għal kull żona. F'dan il-każ, is-somma tal-livelli ta' importanza individwali tal-kriterji magħżula għal kull żona għandha tkun dejjem wieħed (1).

(b)

L-Istati Membri għandhom jevalwaw kull applikazzjoni individwali eliġibbli abbażi tal-konformità tagħha mal-kriterji ta' prijorità magħżula. Sabiex jiġi evalwat il-livell ta' tali konformità ma' kull kriterju ta' prijorità, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skala waħdanija fil-livell nazzjonali, li abbażi tagħha għandhom jallokaw għadd ta' punti lil kull applikazzjoni b'rabta ma' kull wieħed minn dawk il-kriterji.

L-iskala waħdanija għandha tiddefinixxi minn qabel l-għadd ta' punti li għandhom jiġu allokati b'rabta mal-livell ta' konformità ma' kull kriterju, u għandha wkoll tagħti d-dettalji tal-għadd ta' punti li għandhom jiġu allokati b'rabta ma' kull element ta' kull kriterju speċifiku.

(c)

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu klassifika tal-applikazzjonijiet individwali fil-livell individwali abbażi tal-għadd totali ta' punti mogħtija lil kull applikazzjoni individwali skont il-konformità jew il-livell ta' konformità msemmija, rispettivament, fil-punt (b), u fejn applikabbli, il-livell ta' importanza tal-kriterju msemmi fil-punt (a). Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw il-formola li ġejja:

Pt = W1 * Pt1 + W2 * Pt2 + … + Wn * Ptn

Pt

=

għadd totali ta' punti mogħtija lil applikazzjoni individwali speċifika

W1, W2…, Wn

=

livell ta' importanza tal-kriterji 1, 2, …, n

Pt1, Pt2…, Ptn

=

livell ta' konformità tal-applikazzjoni mal-kriterji 1, 2, … n

F'żoni fejn il-livell ta' importanza huwa żero għal kull kriterju ta' prijorità, l-applikazzjonijiet eliġibbli kollha għandhom jirċievu l-valur massimu fl-iskala għal dak li għandu x'jaqsam mal-livell ta' konformità.

(d)

L-Istati Membri għandhom jagħtu awtorizzazzjonijiet lill-applikanti individwali fl-ordni stabbilita fil-klassifika msemmija fil-punt (c), u sakemm jiġu eżawriti l-ettari li għandhom jiġu allokati skont il-kriterji ta' prijorità. L-għadd sħiħ ta' ettari mitluba minn applikant għandu jiġi ssodisfat fil-forma ta' awtorizzazzjonijiet qabel ma tingħata awtorizzazzjoni lill-applikant li jmiss fil-klassifika.

Jekk l-ettari disponibbli jiġu eżawriti f'pożizzjoni tal-klassifika fejn diversi applikazzjonijiet ikollhom l-istess għadd ta' punti, l-ettari li jkun fadal għandhom jiġu allokati lil dawn l-applikazzjonijiet fuq bażi prorata.

(e)

Jekk il-limitu għal ċertu reġjun jew għal ċerta żona eliġibbli għal denominazzjoni protetta ta' oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, jew għal ċerta żona mingħajr indikazzjoni ġeografika, jintlaħaq meta jingħataw awtorizzazzjonijiet skont l-Parti A u l-punti (a), (b), (c) u (d) tal-Parti B, l-ebda applikazzjoni oħra li toriġina minn dak ir-reġjun jew dik iż-żona ma għandha tiġi ssodisfata.


ANNESS II

Komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(a)

Tabella

Inventarju taż-żoni ta' vitikultura

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena tal-għasra:

 

Żoni/Reġjuni

Żoni effettivament imħawla bi dwieli (f'ettari) eliġibbli għall-produzzjoni ta' (*3):

inbid b'Denominazzjoni Protetta tal-Oriġini (DPO) (*1)

inbid b'Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) (*2)

inbid mingħajr DPO/IĠP minn żona DPO/IĠP

inbid mingħajr DPO/IĠP barra minn żona DPO/IĠP

Total

li minnu huma inklużi fil-kolonna (2)

li minnu m'humiex inklużi fil-kolonna (2)

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

1

 

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

 

 

Nota: Valuri li għandhom jiġi introdotti fil-kolonna (7) = (2) + (4) + (5) + (6)

Skadenza għall-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu (għall-ewwel darba: sal-1 ta' Marzu 2016).


(*1)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid b'IĠP jew mingħajr IĠP.

(*2)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid b'DPO u nbid mingħajr IĠP (il-kolonna (3)), jew biss inbid b'IĠP u nbid mingħajr IĠP (il-kolonna (4)). L-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonni (3) u (4) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonni (5) u (6).

(*3)  Id-data tirreferi għall-31 ta' Lulju tas-sena tal-għasra preċedenti.


ANNESS III

Notifiki msemmija fl-Artikolu 11(1)(b)

Tabella A

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda — perċentwal

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena:

 

Erja totali (f'ettari) effettivament bi dwieli mħawla (fl-aħħar 31 ta' Lulju):

 

Perċentwal li għandu jiġi applikat fil-livell nazzjonali:

 

Erjatotali (f'ettari) għat-taħwil ta' dwieli ġodda fil-livell nazzjonali, abbażi tal-% deċiż:

 

Ġustifikazzjonijiet dwar il-limitazzjoni tal-perċentwal fil-livell nazzjonali (fejn inqas minn 1 %):

Erja totali (f'ettari) ittrasferita mis-sena ta' qabel skont l-Artikolu 6(3):

 

Erja totali (f'ettari) li għandha ssir disponibbli għat-taħwil ta' dwieli ġodda fil-livell nazzjonali:

 

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu (għall-ewwel darba: l-1 ta' Marzu 2016).

Tabella B

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda — limitazzjonijiet ġeografiċi

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena:

 

Fejn xieraq, il-limitazzjonijiet deċiżi fil-livell ġeografiku rilevanti:

A.

għal kull reġjun, fejn xieraq

Żona limitata

reġjun 1

 

reġjun 2

 

 

B.

għal kull “subreġjun”, fejn xieraq

Żona limitata

subreġjun 1

 

subreġjun 2

 

 

C.

għal kull żona DPO/IĠP, fejn xieraq

Żona limitata

żona DPO/IĠP 1

 

żona DPO/IĠP 2

 

 

D.

għal kull żona mingħajr DPO/IĠP, fejn xieraq

Żona limitata

żona mingħajr DPO/IĠP 1

 

żona mingħajr DPO/IĠP 2

 

 

Nota:

Din it-tabella għandha tkun akkumpanjata mill-ġustifikazzjonijiet rilevanti msemmija fl-Artikolu 63(3) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013.

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu (għall-ewwel darba: l-1 ta' Marzu 2016).

Tabella C

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda — Deċiżjonijiet dwar il-kriterji ta' eliġibbiltà ppubblikati fil-livell ġeografiku rilevanti

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena:

 

Kriterji ta' eliġibbiltà, fejn xieraq:

Il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ukoll it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560

Magħżula mill-Istati Membri: Iva/Le

Jekk Iva, indika l-livell ġeografiku rilevanti fejn xieraq:

Art. 64(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

 

żona DPO 1;

żona DPO 2;

it-tieni subparagrafu tal-Art. 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560

 

żona IĠP 1;

żona IĠP 2;

Art. 64(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Magħżula mill-Istati Membri: Iva/Le

Jekk Iva għall-Art. 64(1)(d), indika l-livell ġeografiku speċifiku fejn xieraq:

Kriterji ta' prijorità skont l-Art. 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

Art. 64(2)(a)

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(2)(b)

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(2)(c)

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(2)(d)

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(2)(e)

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(2)(f)

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(2)(g)

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Art. 64(2)(h)

 

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 1;

reġjun, subreġjun, żona (mhux) DPO/IĠP 2;

Nota:

F'każ ta' “Iva” għall-Art. 64(1)(d), din it-tabella għandha tiġi akkumpanjata mill-ġustifikazzjonijiet relatati msemmija fl-Artikolu 64(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560:

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu (għall-ewwel darba: l-1 ta' Marzu 2016).

Tabella D

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda — Deċiżjonijiet dwar it-tqassim prorata u l-kriterji ta' prijorità ppubblikati fil-livell ġeografiku rilevanti

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena:

 

Erja totali (f'ettari) li għandha ssir disponibbli għat-taħwil ta' dwieli ġodda fil-livell nazzjonali:

 

1.   Distribuzzjoni prorata, fejn xieraq:

Perċentwal tal-erja li għandha tingħata fuq bażi prorata fil-livell nazzjonali:

 

Għadd ta' ettari:

 

2.   Kriterji ta' prijorità, fejn xieraq:

Perċentwal tal-erja li għandha tingħata skont il-kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali:

 

Għadd ta' ettari:

 

Informazzjoni dwar l-iskala waħdanija stabbilita fil-livell nazzjonali għall-evalwazzjoni tal-livell ta' konformità tal-applikazzjonijiet individwali mal-kriterji ta' prijorità magħżula (il-firxa tal-valuri, minimu u massimi …):

2.1.   Jekk jiġu applikati kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali mingħajr differenzazzjoni skont iż-żona

Kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva:

Kriterji ta' prijorità skont l-Art. 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

u

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560:

Art. 64(2)(a) (*1)

Art. 64(2)(a) (*2)

Art. 64(2)(b)

Art. 64(2)(c)

Art. 64(2)(d)

Art. 64(2)(e)

Art. 64(2)(f)

Art. 64(2)(g)

Art. 64(2)(h)

it-tieni subparagrafu tal-Art. 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560 (*3)

it-tieni subparagrafu tal-Art. 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560 (*4)

Importanza (minn 0 sa 1):

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2.   Jekk jiġu applikati kriterji ta' prijorità fil-livell nazzjonali b'differenzazzjoni skont iż-żona

2.2.1.   Żona 1: (iddeskrivi l-limiti territorjali taż-żona 1)

Kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva:

(Jekk ma jintgħażel l-ebda kriterju għal din iż-żona speċifika, indika żero fil-kolonni kollha hawn isfel)

Kriterji ta' prijorità skont l-Art. 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

u

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560:

Art. 64(2)(a) (*5)

Art. 64(2)(a) (*6)

Art. 64(2)(b)

Art. 64(2)(c)

Art. 64(2)(d)

Art. 64(2)(e)

Art. 64(2)(f)

Art. 64(2)(g)

Art. 64(2)(h)

it-tieni subparagrafu tal-Art. 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560 (*7)

it-tieni subparagrafu tal-Art. 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560 (*8)

Importanza (minn 0 sa 1):

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.2.n.   Żona n: (iddeskrivi l-limiti territorjali taż-żona n)

Kriterji ta' prijorità magħżula u l-importanza rispettiva:

(Jekk ma jintgħażel l-ebda kriterju għal din iż-żona speċifika, indika żero fil-kolonni kollha hawn isfel)

Kriterji ta' prijorità skont l-Art. 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

u

it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560:

Art. 64(2)(a) (*9)

Art. 64(2)(a) (*10)

Art. 64(2)(b)

Art. 64(2)(c)

Art. 64(2)(d)

Art. 64(2)(e)

Art. 64(2)(f)

Art. 64(2)(g)

Art. 64(2)(h)

it-tieni subparagrafu tal-Art. 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560 (*11)

it-tieni subparagrafu tal-Art. 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560 (*12)

Importanza (minn 0 sa 1):

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu (għall-ewwel darba: l-1 ta' Marzu 2016).


(*1)  Applikant ġdid (Nota: Il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintużaw fl-istess ħin, jista' japplika wieħed minnhom biss).

(*2)  Produttur żagħżugħ.

(*3)  Imġiba fil-passat tal-produttur.

(*4)  Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità.

(*5)  Applikant ġdid (Nota: Il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintużaw fl-istess ħin, jista' japplika wieħed minnhom biss).

(*6)  Produttur żagħżugħ.

(*7)  Imġiba fil-passat tal-produttur.

(*8)  Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità.

(*9)  Applikant ġdid (Nota: Il-kriterji “applikant ġdid” u “produttur żagħżugħ” ma jistgħux jintużaw fl-istess ħin, jista' japplika wieħed minnhom biss).

(*10)  Produttur żagħżugħ.

(*11)  Imġiba fil-passat tal-produttur.

(*12)  Organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ b'għan soċjali li jkunu rċevew artijiet ikkonfiskati f'każijiet ta' terroriżmu u tipi oħra ta' kriminalità.


ANNESS IV

Komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 11(1)(e)

Tabella

Żoni mħawla bi dwieli mingħajr awtorizzazzjonijiet korrispondenti wara l-31 ta' Diċembru 2015 u żoni maqlugħa skont l-Artikolu 71(3) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena jew perjodu tal-għasra (1):

 

Żoni/Reġjuni

Erja (f'ettari) bi dwieli mħawla mingħajr awtorizzazzjoni korrispondenti ta' taħwil wara l-31.12.2015:

Żoni maqlugħa mill-produtturi matul is-sena tal-għasra

Żoni maqlugħa mill-Istat Membru matul is-sena tal-għasra

Inventarju taż-żoni totali tat-taħwil mhux awtorizzat li ma jkunux għadhom nqalgħu sa tmiem is-sena tal-għasra

(1)

(2)

(3)

(4)

1

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru:

 

 

 

Skadenza għall-komunikazzjoni: l-1 ta' Marzu.


(1)  Għall-ewwel komunikazzjoni, li għandha tintbagħat sal-1 ta' Marzu 2017, id-data tirreferi għall-perjodu bejn l-1.1.2016 u l-31.7.2016; għall-komunikazzjonijiet kollha sussegwenti, id-data tirreferi għas-sena tal-għasra ta' qabel il-komunikazzjoni.


ANNESS V

Notifiki msemmija fl-Artikolu 11(2)(a)

Tabella A

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda mitluba mill-applikanti

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena:

 

Żoni/Reġjuni

Għadd ta' ettari mitluba għat-taħwil ta' dwieli ġodda li ma jinsabux f'żona eliġibbli għall-produzzjoni ta':

inbid b'DPO (*1)

inbid b'IĠP (*2)

inbid mingħajr DPO/IĠP biss

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

Jekk japplikaw limitazzjonijiet fil-livell ġeografiku rilevanti (l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013):

għal kull żona (mhux) DPO/IĠP rilevanti:

Erja mitluba (f'ettari)

(1)

(2)

żona (mhux) DPO/IĠP 1

 

żona (mhux) DPO/IĠP 2

 

 

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru (għall-ewwel darba: sal-1 ta' Novembru 2016).

Tabella B

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil ta' dwieli ġodda effettivament mogħtija u ż-żoni rrifjutati

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena kkonċernata:

 

Żoni/Reġjuni

Għadd ta' ettari mitluba għat-taħwil ta' dwieli ġodda li jinsabu f'żona eliġibbli għall-produzzjoni ta':

Erja rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 6(3)) (f'ettari)

inbid b'DPO (*3)

inbid b'IĠP (*4)

inbid mingħajr DPO/IĠP biss

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

1

 

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

 

Erja rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 6(3)):

 

 

 

 

 

Jekk japplikaw limitazzjonijiet fil-livell ġeografiku rilevanti (l-Artikolu 63(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013):

għal kull żona (mhux) DPO/IĠP rilevanti:

Erja mogħtija (f'ettari)

Erja rrifjutata mill-applikanti (l-Artikolu 6(3)) (f'ettari)

Erja mitluba u mhux mogħtija mill-Istat Membru (f'ettari) minħabba:

qbiż tal-limiti stipulati

nuqqas ta' konformità mal-kriterji ta' eliġibbiltà

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

żona (mhux) DPO/IĠP 1

 

 

 

 

żona (mhux) DPO/IĠP 2

 

 

 

 

 

 

 

 

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru (għall-ewwel darba: sal-1 ta' Novembru 2016).


(*1)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid b'IĠP jew mingħajr IĠP l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonna (3).

(*2)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid mingħajr IĠP, iżda mhux inbid b'DPO; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonna (4).

(*3)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid b'IĠP jew mingħajr IĠP l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonna (3).

(*4)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid mingħajr IĠP, iżda mhux inbid b'DPO; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonna (4).


ANNESS VI

Notifiki msemmija fl-Artikolu 11(1)(c) u fl-Artikolu 11(2)(b)

Tabella A

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli — restrizzjonijiet applikati

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena:

 

fejn xieraq, indika r-restrizzjonijiet fuq it-taħwil mill-ġdid ta' dwieli għaż-żoni DPO/IĠO rilevanti deċiżi mill-Istat Membru kif imsemmija fl-Artikolu 66(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/560:

żona DPO, fejn xieraq

Firxa tar-restrizzjoni (T (*1)/P (*2))

żona DPO 1

 

żona DPO 2

 

 

żona IĠP, fejn xieraq

Firxa tar-restrizzjoni (T (*1)/P (*2))

żona IĠP 1

 

żona IĠP 2

 

 

Aktar informazzjoni meqjusa siewja biex tiċċara l-applikazzjoni ta' tali restrizzjonijiet:

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Marzu (għall-ewwel darba: sal-1 ta' Marzu 2016).

Tabella B

Awtorizzazzjonijiet għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli effettivament mogħtija

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena tal-għasra:

 

Żoni/Reġjuni

Għadd ta' ettari mitluba għat-taħwil mill-ġdid ta' dwieli li jinsabu f'żoni eliġibbli għall-produzzjoni ta':

inbid b'DPO (*3)

inbid b'IĠP (*4)

inbid mingħajr DPO/IĠP

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru (għall-ewwel darba: sal-1 ta' Novembru 2016).

Nota:

Għall-ewwel komunikazzjoni, li għandha tintbagħat sal-1 ta' Novembru 2016, id-data tirreferi għall-perjodu bejn l-1.1.2016 u l-31.7.2016; għall-komunikazzjonijiet kollha sussegwenti, id-data tirreferi għas-sena tal-għasra ta' qabel il-komunikazzjoni.


(*1)  

Total (T): ir-restrizzjoni hija assoluta, it-taħwil mill-ġdid ta' dwieli li jmur kontra r-restrizzjonijiet deċiżi huwa għalkollox ipprojbit.

(*2)  

Parzjali (P): ir-restrizzjoni mhijiex assoluta, it-taħwil mill-ġdid ta' dwieli li jmur kontra r-restrizzjonijiet deċiżi huwa parzjalment permess, sal-punt deċiż mill-Istat Membru.

(*3)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid b'IĠP jew mingħajr IĠP l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonna (3).

(*4)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid mingħajr IĠP, iżda mhux inbid b'DPO; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonna (4).


ANNESS VII

Notifiki msemmija fl-Artikolu 11(4) u fl-Artikolu 11(2)(c)

Tabella A

Drittijiet ta' taħwil mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2015 u kkonvertiti f'awtorizzazzjonijiet — Skadenza għall-konverżjoni

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Skadenza għall-konverżjoni:

 

Skadenza għan-notifika: komunikazzjoni waħda biss sal-15 ta' Settembru 2015.

Tabella B

Drittijiet ta' taħwil mogħtija sal-31 ta' Diċembru 2015 u kkonvertiti f'awtorizzazzjonijiet — Awtorizzazzjonijiet effettivament mogħtija

Stat Membru:

Data tal-komunikazzjoni:

 

Sena tal-għasra:

 

Żoni/Reġjuni

Għadd ta' ettari effettivament mogħtija għaż-żoni li huma eliġibbli għall-produzzjoni ta':

inbid b'DPO (*1)

inbid b'IĠP (*2)

inbid mingħajr DPO/IĠP

Total

(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

1

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

 

 

 

Total għall-Istat Membru

 

 

 

 

Skadenza għan-notifika: l-1 ta' Novembru (għall-ewwel darba: sal-1 ta' Novembru 2016).

Nota:

Din it-tabella għandha tintbagħat għal kull sena tal-għasra (mill-1 ta' Awwissu tas-sena n-1 sal-31 ta' Lulju tas-sena tal-komunikazzjoni) sal-1 ta' Novembru tas-sena wara tmiem l-iskadenza msemmija fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jew l-iskadenza deċiża mill-Istat Membru skont l-Artikolu 9(2) ta' dan ir-Regolament u indikata fit-Tabella A ta' dan l-Anness.


(*1)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid b'IĠP jew mingħajr IĠP l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (2) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonna (3).

(*2)  It-tali żoni jistgħu jkunu eliġibbli wkoll għall-produzzjoni ta' nbid mingħajr IĠP, iżda mhux inbid b'DPO; l-ebda żona minn dawk irrappurtati fil-kolonna (3) ma għandha tiġi inkluża fil-kolonna (4).


9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/35


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/562

tat-8 ta' April 2015

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f'emerġenza

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 huwa Regolament separat għall-finijiet tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip stipulata fid-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti bażiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 fir-rigward tal-istallazzjoni ta' sistemi avvanzati għall-ibbrejkjar f'emerġenza (AEBS). Huwa neċessarju li wieħed jistabbilixxi l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għal tali approvazzjoni tat-tip.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi obbligu ġenerali għal vetturi tal-kategoriji M2, M3, N2 u N3 li se jkunu mgħammra b'AEBS.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 (3) jistabbilixxi l-proċeduri, it-testijiet u r-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-AEBS, u jistipula l-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti f'żewġ stadji. Bħala parti mill-ewwel stadju, sa mill-1 ta' Novembru 2013, ċerti tipi ta' vetturi ġodda kellhom jiġu soġġetti għall-approvazzjoni ta' livell 1. Bħala parti mit-tieni stadju, dawk it-tipi ta' vetturi, flimkien ma' ċerti tipi ta' vetturi oħra li ma kinux ġew suġġetti għal-livell ta' approvazzjoni 1, se jkollhom jiksbu l-livell ta' approvazzjoni 2, li jinvolvi konformità ma' rekwiżiti oħra aktar estensivi. Ir-Regolament (UE) Nru 347/2012 jistipula wkoll li l-livell ta' approvazzjoni 2 jiġi implimentat mill-1 ta' Novembru 2016 għal tipi ġodda ta' vetturi.

(5)

Il-perjodu ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-livell ta' approvazzjoni 2 ġie stabbilit biex jiġi żgurat li hemm biżżejjed żmien ta' adattament sabiex tinkiseb aktar esperjenza b'sistemi AEBS u biex ikunu jistgħu jseħħu aktar żviluppi tekniċi f'dan il-qasam. Barra minn hekk, il-perjodu ta' żmien kien intiż sabiex jippermetti lill-Kummissjoni tqis ir-rekwiżiti internazzjonali armonizzati ta' prestazzjoni u tal-ittestjar li l-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) kellha tadotta rigward it-tipi ta' vetturi tal-kategoriji koperti bir-Regolament tan-NU Nru 131 rigward l-AEBS.

(6)

Għaldaqstant kien previst li, mhux aktar tard minn sentejn qabel id-data tal-implimentazzjoni tal-livell ta' approvazzjoni 2, il-Kummissjoni għandha tadotta l-kriterji tal-ittestjar tat-twissija u tal-attivazzjoni tal-ibbrejkjar għal tipi ta' vetturi tal-kategorija M2 u tal-kategorija N2 b'massa grossa tal-vettura li ma taqbiżx it-8 tunnellati, filwaqt li jitqiesu aktar żviluppi fil-livell tal-NU/KEE dwar din il-kwistjoni.

(7)

L-NU/KEE speċifikat il-valur tal-veloċità tal-mira applikabbli fix-xenarju tal-mira mobbli fil-livell ta' approvazzjoni 2 għall-ittestjar ta' tipi ta' vetturi tal-kategorija M2 u tal-kategorija N2 b'massa massima li ma taqbiżx it-8 tunnellati. Il-valuri tal-veloċità tal-mira ġew stabbiliti b'mod konservattiv, biex jippermettu li tinkiseb aktar esperjenza b'sistemi AEBS u biex ikunu jistgħu jsiru aktar żviluppi tekniċi f'dan il-qasam għat-tipi ta' vetturi inkwistjoni.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku — Vetturi bil-Mutur,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 347/2012 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 347/2012 tas-16 ta' April 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għal ċerti kategoriji ta' vetturi bil-mutur fir-rigward ta' sistemi avvanzati għal ibbrejkjar f'emerġenza (ĠU L 109, 21.4.2012, p. 1).


ANNESS

L-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 347/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-punt 2.4.2.1 jinbidel b'dan li ġej:

“2.4.2.1.

(a)

Għal-livell ta' approvazzjoni 1: minn tal-inqas modalità waħda ta' twissija tattili jew akustika għandha tiġi provduta mhux aktar tard mill-valuri speċifikati fil-Kolonna B tat-tabella fl-Appendiċi 1.

(b)

Għal-livell ta' approvazzjoni 2: minn tal-inqas modalità waħda ta' twissija għandha tiġi provduta mhux anqas tard mill-valuri speċifikati fil-Kolonna B tat-tabella fl-Appendiċi 2, kif inhu ġej:

fil-każ ta' kategoriji ta' vetturi msemmija fir-Ringiela 1 tat-tabella fl-Appendiċi 2: it-twissija għandha tkun tattili jew akustika, u

fil-każ ta' kategoriji ta' vetturi msemmija fir-Ringiela 2 tat-tabella fl-Appendiċi 2: it-twissija għandha tkun tattili, akustika jew ottika.”

(2)

Il-punt 2.4.2.2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.4.2.2.

Mill-anqas żewġ modalitajiet ta' twissija għandhom jiġu provduti sa mhux aktar tard mill-valuri speċifikati fi:

 

Għal-livell ta' approvazzjoni 1: Il-kolonna C tat-Tabella fl-Appendiċi 1.

 

Għal-livell ta' approvazzjoni 2: Il-kolonna C tat-Tabella fl-Appendiċi 2.”

(3)

L-aħħar sentenza fil-punti 2.5.2.1. u 2.5.2.2. hija mħassra.

(4)

L-appendiċi 2 jinbidel b'dan li ġej:

“Appendiċi 2

Il-livell ta' approvazzjoni 2: rekwiżiti għat-test tat-twissija u tal-attivazzjoni — valuri suċċess/falliment

Ringiela

A

B

C

D

E

F

G

H

0

Kategorija tal-vettura

Mira stazzjonarja

Mira li tiċċaqlaq

Il-ħin tal-modalitajiet ta' twissija

Tnaqqis fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni

Il-ħin tal-modalitajiet ta' twissija

Tnaqqis fil-veloċità tal-vettura inkwistjoni

Il-veloċità tal-mira

Mill-inqas 1

Mill-inqas 2

Mill-inqas 1

Mill-inqas 2

(punt ta' referenza 2.4.2.1)

(punt ta' referenza 2.4.2.2)

(punt ta' referenza 2.4.5)

(punt ta' referenza 2.5.2.1)

(punt ta' referenza 2.5.2.2)

(punt ta' referenza 2.5.3)

(punt ta' referenza 2.5.1)

1

M3  (1),

N3 u N2 > 8t

Mhux aktar tard minn 1,4 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Mhux aktar tard minn 0,8 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Mhux anqas minn 20 km/h

Mhux aktar tard minn 1,4 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Mhux aktar tard minn 0,8 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Il-vettura suġġett m'għandhiex ikollha impatt mal-mira li tiċċaqlaq

12 ± 2 km/h

2

N2 ≤ 8t (2)  (4)

u

M2  (2)  (4)

Mhux aktar tard minn 0,8 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza (3)

Mhux anqas minn 10 km/h

Mhux aktar tard minn 0,8 s. qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza

Qabel il-bidu tal-fażi tal-ibbrejkjar ta' emerġenza (3)

Il-vettura suġġett m'għandhiex ikollha impatt mal-mira li tiċċaqlaq

67 ± 2 km/h (5)

.

(1)  Vetturi tal-kategorija M3 b'sistema ta' bbrejkjar idrawlika huma suġġetti għar-rekwiżiti tar-ringiela 2.

(2)  Vetturi b'sistema ta' bbrejkjar pnewmatika huma suġġetti għar-rekwiżiti tar-ringiela 1.

(3)  Il-valuri għandhom jiġu speċifikati mill-manifattur tal-vettura fil-ħin tal-approvazzjoni tat-tip (ara l-Anness I, il-Parti 2, Addendum, il-punt 4.4).

(4)  Il-manifatturi ta' kategoriji ta' vetturi koperti bir-ringiela 2 jistgħu jagħżlu li jiksbu l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-valuri speċifikati fir-ringiela1; f'dan il-każ għandha tintwera l-konformità mal-valuri kollha speċifikati fir-ringiela 1.

(5)  Il-valuri għall-veloċità tal-mira fiċ-ċellula H2 għandhom jiġu reveduti qabel l-1 ta' Novembru 2021.”


9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/563

tat-8 ta' April 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

102,3

MA

105,2

TR

122,2

ZZ

109,9

0707 00 05

MA

39,8

MK

97,3

TR

142,0

ZZ

93,0

0709 93 10

MA

81,5

TR

165,8

ZZ

123,7

0805 10 20

CL

64,9

EG

46,5

IL

74,2

MA

64,0

TN

54,5

TR

66,7

ZZ

61,8

0805 50 10

TR

49,5

ZZ

49,5

0808 10 80

BR

98,4

CL

96,7

MK

28,2

US

238,8

ZA

123,2

ZZ

117,1

0808 30 90

AR

133,9

CL

141,7

CN

106,3

ZA

127,4

ZZ

127,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/41


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/564

tat-8 ta' April 2015

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mit-30 sal-31 ta' Marzu 2015 fil-qafas tal-kwota tariffarja miftuħa bir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija u li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet ta' tali liċenzji għax-xahar ta' April 2015

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 (2) fetaħ kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni taż-żejt taż-żebbuġa verġni li jaqa' taħt il-kodiċijiet NM 1509 10 10 u NC 1509 10 90 , miksub bis-sħiħ fit-Tuneżija u ttrasportat direttament minn dak il-pajjiż sal-Unjoni. L-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1918/2006 jipprovdi limiti kwantitattivi għal kull xahar fuq il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqin mit-30 sal-31 ta' Marzu 2015 għax-xahar ta' April 2015 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi stabbilit sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji għall-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3). Jixraq li jiġi sospiż it-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għax-xahar ta' April 2015.

(3)

Sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja tal-miżura, jixraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1918/2006 mit-30 sal-31 ta' Marzu 2015 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent tal-allokazzjoni stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   It-tressiq ta' applikazzjonijiet ġodda għal liċenzji tal-importazzjoni għax-xahar ta' April 2015 huwa sospiż sa mill-1 ta' April 2015.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1918/2006 tal-20 ta' Diċembru 2006 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' kwota tariffarja għaż-żejt taż-żebbuġa li joriġina mit-Tuneżija (ĠU L 365, 21.12.2006, p. 84).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

Nru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqa mit-30 sal-31 ta' Marzu 2015 għax-xaħar ta' April 2015

(f'%)

09.4032

4,638403


DIRETTIVI

9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/43


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/565

tat-8 ta' April 2015

li temenda d-Direttiva 2006/86/KE rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għall-kodifikar ta' tessuti u ċelloli umani

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 (1) dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħażna u tqassim ta' tessuti u ċelloli tal-bniedem, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/23/KE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw it-traċċabilità ta' tessuti u ċelloli umani mid-donatur sar-riċevitur u viċi versa.

(2)

Sabiex tiġi ffaċilitata t-traċċabilità huwa meħtieġ li jiġi stabbilit identifikatur uniku applikat għat-tessuti u ċ-ċelloli mqassma fl-Unjoni (Kodiċi Uniku Ewropew) li jagħti informazzjoni dwar il-karatteristiċi u l-proprjetajiet ewlenin ta' dawk it-tessuti u ċelloli.

(3)

Biex tkun żgurata implimentazzjoni uniformi tal-Kodiċi Uniku Ewropew fl-Unjoni kollha, għandhom jiġu stipulati l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istabbilimenti tat-tessuti għall-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew. Dan l-approċċ biss jiggarantixxi l-applikazzjoni konsistenti u koerenti tal-kodiċi fl-Unjoni.

(4)

Traċċabbiltà minn donatur għal reċipjent u viċi-versa għandha tiġi żgurata permezz tal-kodifikar ta' tessuti u ċelloli u permezz ta' dokumentazzjoni ta' akkumpanjament. Fil-livell tar-riċevitur, il-Kodiċi Uniku Ewropew jipprovdi informazzjoni dwar id-donazzjoni u dwar l-istabbiliment tat-tessuti responsabbli mill-ksib tat-tessuti u taċ-ċelloli. Fil-livell tad-donatur, l-istabbiliment tat-tessuti responsabbli għall-ksib tat-tessuti u taċ-ċelloli jista' jindividwa t-tessuti u ċ-ċelloli mqassma għall-applikazzjoni fuq il-bniedem billi jitlob lill-operaturi li jmiss fil-katina biex jipprovdu dejta relatata mal-użu tat-tessuti u taċ-ċelloli bbażata fuq l-elementi ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew kif jinsab fid-dokumentazzjoni mehmuża.

(5)

Il-format tal-Kodiċi Uniku Ewropew għandu jkun armonizzat sabiex jiffaċilita l-applikazzjoni tiegħu minn stabbilimenti żgħar u kbar, filwaqt li jippermetti ċerta flessibilità għall-istabbilimenti biex ikomplu jużaw kodiċijiet eżistenti.

(6)

Kull tessut u ċellola mqassma għall-applikazzjoni fuq il-bniedem, inklużi dawk importati minn pajjiżi terzi, għandhom jiġu allokati Kodiċi Uniku Ewropew li jippermetti l-identifikazzjoni u d-donazzjoni tal-prodott. L-Istati Membri jistgħu jippermettu ċerti eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-kodiċi.

(7)

Meta t-tessuti u ċ-ċelloli jiġu esklużi jew eżentati mill-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-traċċabilità xierqa ta' dawn it-tessuti u ċ-ċelloli tkun garantita matul il-katina kollha mid-donazzjoni u l-akkwist għall-applikazzjoni fuq il-bniedem.

(8)

F'sitwazzjonijiet fejn it-tessuti u ċ-ċelloli jiġu rilaxxati fiċ-ċirkolazzjoni, għajr għad-distribuzzjoni, (bħal trasferiment lil operatur ieħor għal proċessar ulterjuri bir-ritorn jew mingħajru), bħala minimu, is-sekwenza ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni għandha tiġi applikata mill-inqas fid-dokumentazzjoni mehmuża. Meta t-tessuti u ċ-ċelloli jiġu ttrasferiti minn stabbiliment tat-tessuti lil operatur ieħor biss għall-ħżin u/jew għal distribuzzjoni ulterjuri, l-istabbiliment tat-tessuti diġà jista' japplika l-Kodiċi Uniku Ewropew fuq it-tikketta finali tagħhom flimkien mas-sekwenza ta' individwazzjoni tad-donazzjonijiet li għandha tiġi applikata tal-inqas fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament.

(9)

Fil-każ ta' tessuti u ċelloli meħuda minn donatur mejjet minn timijiet ta' akkwist li joperaw għal żewġ stabbilimenti jew aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw sistema xierqa ta' traċċabililtà fl-akkwisti. Dan jista' jiġi żgurat billi tiġi żviluppata sistema ċentrali għall-allokazzjoni tan-numri ta' donazzjoni uniċi għal kull każ ta' donazzjoni rreġistrat fil-livell nazzjonali, jew billi l-istabbilimenti kollha tat-tessuti jintalbu jiżguraw rabtiet ta' traċċabilità b'saħħithom bejn in-numri ta' identifikazzjoni tad-donazzjonijiet allokati minn kull stabbiliment tat-tessuti li jikseb jew jirċievi tessuti u ċelloli li joriġinaw mill-istess donatur mejjet.

(10)

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-implimentazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew billi tipprovdi l-għodod xierqa lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-istabbilimenti tat-tessuti. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaġġornaw ir-reġistru għal stabbilimenti tat-tessuti, li jirrifletti kwalunkwe bidliet f'akkreditazzjonijiet, denominazzjonijiet, awtorizzazzjonijiet, jew liċenzji tal-istabbiliment tat-tessuti u l-Kummissjoni għandha tiżgura l-aġġornament tar-reġistru tat-tessuti u taċ-ċelloli kull meta prodotti ġodda jkun jeħtieġ li jiġu inklużi. Għal dan il-Kummissjoni għandha tikkonsulta grupp ta' esperti, b'mod partikolari esperti nominati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(11)

Għas-sekwenza ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni fil-Kodiċi Uniku Ewropew, l-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandu juża l-kodiċi tal-istabbiliment tat-tessuti allokata lilu fil-Kompendju tal-Istabbilimenti tat-Tessuti tal-UE u jalloka numru ta' donazzjoni uniku jekk in-numru tad-donazzjoni fuq il-prodott impurtat mhux globalment uniku.

(12)

Il-ġbir flimkien ta' tessuti jew ċelloli huwa permess f'xi Stati Membri. Għalhekk, l-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew f'każ ta' ġbir hija indirizzata wkoll f'din id-Direttiva.

(13)

Għandu jiġi introdott reġim tranżitorju għal tessuti u ċelloli diġà maħżuna fi tmiem il-perjodu tat-traspożizzjoni.

(14)

Din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu miżuri iktar stretti rigward il-kodifika ta' tessuti u ċelloli, sakemm id-dispożizzjonijiet tat-Trattat jiġu ssodisfati.

(15)

Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 29 tad-Direttiva 2004/23/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE (2) hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti (k) sa (y) li ġejjin:

“(k)

‘kodiċi uniku Ewropew’ jew ‘SEC’ tfisser l-identifikatur uniku applikat għal tessuti u ċelloli mqassma fl-Unjoni. Il-Kodiċi Uniku Ewropew jikkonsisti f'sekwenza ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni u sekwenza ta' identifikazzjoni tal-prodotti, kif speċifikat aktar fid-dettall fl-Anness VII ta' din id-Direttiva;

(l)

‘sekwenza ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni’ tfisser l-ewwel parti tal-Kodiċi Uniku Ewropew li jikkonsisti f'kodiċi ta' stabbiliment tat-tessuti tal-UE u n-numru ta' donazzjoni uniku;

(m)

‘Kodiċi tal-istabbiliment tat-tessuti tal-UE’ tfisser l-identifikatur uniku għal stabbilimenti tat-tessuti akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati fl-Unjoni. Il-kodiċi tal-istabbiliment tat-tessuti jikkonsisti f'kodiċi tal-pajjiż ISO u n-numru tal-istabbiliment tat-tessuti stabbilit fil-Kompendju tal-Istabbilimenti tat-Tessuti tal-UE, kif speċifikat aktar fid-dettall fl-Anness VII ta' din id-Direttiva;

(n)

‘numru tad-donazzjoni uniku’ tfisser in-numru uniku attribwit lil donazzjoni speċifika ta' tessuti u ċelloli skont is-sistema fis-seħħ f'kull Stat Membru għall-allokazzjoni ta' numri bħal dawn, kif speċifikat aktar fid-dettall fl-Anness VII ta' din id-Direttiva;

(o)

‘sekwenza ta' identifikazzjoni tal-prodott’ tfisser it-tieni parti tal-Kodiċi Uniku Ewropew li jikkonsisti fil-kodiċi tal-prodott, in-numru maqsum u d-data tal-iskadenza;

(p)

‘kodiċi tal-prodott’ tfisser l-identifikatur għat-tip speċifiku ta' tessut u ċellola inkwistjoni. Il-kodiċi tal-prodott jikkonsisti mill-identifikatur tas-sistema tal-ikkowdjar tal-prodott li tindika s-sistema tal-ikkowdjar użata mill-istabbiliment tat-tessuti (‘E’ għall-EUTC, ‘A’ għall-ISBT 128, ‘B’ għall-Eurocode) u n-numru ta' prodotti tat-tessuti u ċ-ċelloli previsti fis-sistema tal-ikkowdjar rispettiva għat-tip ta' prodott, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness VII ta' din id-Direttiva;

(q)

‘numru maqsum’ tfisser in-numru li jiddistingwi u jidentifika b'mod uniku t-tessuti u ċ-ċelloli bl-istess numru tad-donazzjoni uniku u l-istess kodiċi tal-prodott u li joriġina mill-istess stabbiliment tat-tessuti, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness VII ta' din id-Direttiva;

(r)

‘data ta' skadenza’ tfisser id-data sa meta t-tessuti u ċ-ċelloli jistgħu jiġu applikati, kif spjegat aktar fid-dettall fl-Anness VII ta' din id-Direttiva;

(s)

‘pjattaforma ta' kkowdjar tal-UE’ tfisser pjattaforma tal-IT ospitata mill-Kummissjoni li fiha l-Kompendju tal-Istabbilimenti tat-Tessuti tal-UE u l-Kompendju tal-Prodotti tat-Tessuti u taċ-Ċelloli tal-UE;

(t)

‘Kompendju tal-Istabbilimenti tat-Tessuti tal-UE’ tfisser ir-reġistru tal-istabbilimenti tat-tessuti kollha li huma awtorizzati, liċenzjati, nominati jew akkreditati mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u li fih l-informazzjoni dwar dawn l-istabbilimenti tat-tessuti kif stabbilit fl-Anness VIII ta' din id-Direttiva;

(u)

‘Kompendju ta' prodotti ta' tessuti u ċelloli tal-UE’ tfisser ir-reġistru ta' kull tip ta' tessut u ċellola li tiċċirkola fl-Unjoni u l-kodiċi ta' prodotti rispettivi skont it-tliet sistemi ta' kowdjar permessi (EUTC, ISBT128 u Eurocode);

(v)

‘EUTC’ tfisser is-sistema ta' kowdjar tal-prodott għal tessuti u ċelloli żviluppata mill-Unjoni li tikkonsisti f'reġistru ta' kull tip ta' tessuti u ċelloli li jiċċirkolaw fl-Unjoni u l-kodiċi tal-prodotti korrispondenti tagħhom.

(w)

‘rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni’ tfisser id-distribuzzjoni għall-applikazzjoni fil-bniedem jew trasferiment lil operatur ieħor, eż. għal aktar ipproċessar bir-ritorn jew mingħajru.

(x)

‘ġewwa l-istess ċentru’ tfisser li l-passi kollha mill-ksib għall-applikazzjoni fil-bniedem isiru mill-istess persuna responsabbli, sistema ta' ġestjoni tal-kwalità u sistema ta' traċċabilità, f'ċentru tal-kura tas-saħħa li jinkludi għall-inqas stabbiliment tat-tessuti akkreditat, nominat, awtorizzat jew liċenzjat u organizzazzjoni responsabbli għall-applikazzjoni fuq il-bniedem fl-istess post;

(y)

‘ġabra’ tfisser il-kuntatt fiżiku jew it-taħlit f'kontenitur uniku, ta' ċelloli jew tessuti minn aktar minn akkwist wieħed mill-istess donatur, jew minn żewġ donaturi jew aktar.”

(2)

L-Artikolu 9 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9

Traċċabbiltà

(1)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tessuti u ċ-ċelloli għandhom ikunu traċċabbli b'mod partikolari permezz tad-dokumentazzjoni u l-użu ta' Kodiċi Uniku Ewropew mill-ksib għall-applikazzjoni fil-bniedem jew ir-rimi mill-bniedem u viċi versa. Tessuti u ċelloli wżati għal prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata għandhom ikunu traċċabbli skont din id-Direttiva mill-anqas sakemm jiġu trasferiti lill-manifattur ATMP.

(2)   L-istabbilimenti tat-tessuti u l-organizzazzjonijiet risponsabbli għall-applikazzjoni fil-bniedem għandhom iżommu d-data stipulata fl-Anness VI għal mill-inqas 30 sena, f'medju tal-ħażna xieraq li jista' jinqara'.

(3)   Fil-każ ta' tessuti u ċelloli meħuda minn donatur mejjet minn timijiet ta' akkwist li joperaw għal żewġ stabbilimenti jew aktar, l-Istati Membri għandhom jiżguraw sistema xierqa ta' traċċabbiltà fl-akkwisti.”

(3)

L-Artikolu 10 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 10

Sistema ta' kowdjar Ewropea

(1)   Mingħajr ħsara għall-paragrafi 2 jew 3 ta' dan l-Artikolu, għandu jiġi applikat Kodiċi Uniku Ewropew għat-tipi kollha ta' tessuti u ta' ċelluli distribwiti għall-applikazzjoni fil-bniedem. Għal sitwazzjonijiet oħra fejn it-tessuti u ċ-ċelluli jiġu rilaxxati għal ċirkolazzjoni libera, bħala minimu, għandha tiġi applikata s-sekwenza ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni tal-inqas fid-dokumentazzjoni mehmuża.

(2)   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

ċelluli riproduttivi minn donazzjoni minn partner;

(b)

għal tessuti u ċelloli distribwiti direttament għat-trapjant immedjat lir-riċevitur, kif imsemmi fl-Artikolu 6(5) tad-Direttiva 2004/23/KE;

(c)

tessuti u ċelluli importati fl-Unjoni f'każ ta' emerġenza awtorizzati direttament mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 9(3)b tad-Direttiva 2004/23/KE.

(3)   L-Istati Membri jistgħu wkoll jippermettu eżenzjonijiet mir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 għal:

(a)

tessuti u ċelluli oħra minbarra ċelluli riproduttivi għal donazzjoni minn partner, meta dawn it-tessuti u ċ-ċelluli jibqgħu fi ħdan l-istess ċentru;

(b)

tessuti u ċelluli li jiġu importati fl-Unjoni, meta dawn it-tessuti u ċ-ċelluli jibqgħu fi ħdan l-istess ċentru mill-importazzjoni għall-applikazzjoni, dejjem jekk iċ-ċentru jinkludi stabbiliment tat-tessuti awtorizzat, nominat, akkreditat, jew liċenzjat biex iwettaq l-attivitajiet ta' importazzjoni.”

(4)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 10a

Format tal-Kodiċi Uniku Ewropew

(1)   Il-Kodiċi Uniku Ewropew imsemmi fl-Artikolu 10(1) għandu jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu u fl-Anness VII.

(2)   Il-Kodiċi Uniku Ewropew għandu jkun f'format li jista' tinqara faċilment u qablu għandu jkun hemm l-akronimu ‘SEC’. L-użu parallel ta' sistemi ta' tikkettar u traċċabilità oħra huwa possibbli.

(3)   Il-Kodiċi Uniku Ewropew għandu jiġi pprintjat bis-Sekwenza ta' Identifikazzjoni tad-Donazzjoni u s-Sekwenza ta' Identifikazzjoni tal-Prodott separata minn spazju wieħed jew bħala żewġ linji suċċessivi.

Artikolu 10b

Rekwiżiti relatati mal-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew

(1)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti minimi li ġejjin jiġu mħarsa minn stabbilimenti tat-tessuti, inklużi l-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti kif definit bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/566 (*1):

(a)

jiġi allokat Kodiċi Uniku Ewropew mat-tessuti u ċ-ċelluli kollha li jeħtieġu l-applikazzjoni ta' dan il-kodiċi sa mhux aktar tard minn qabel ma jitqassmu għall-applikazzjoni fil-bniedem;

(b)

tiġi allokata sekwenza ta' identifikazzjoni wara l-akkwist tat-tessuti u ċ-ċelluli, jew meta jaslu mingħand organizzazzjoni ta' akkwist, jew meta t-tessuti u ċ-ċelluli jiġu impurtati minn fornitur minn pajjiż terz. Is-sekwenza ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni għandha tinkludi:

(1)

il-kodiċi tal-istabbiliment tat-tessuti tal-UE tagħhom kif assenjat fil-Kompendju tal-Istabbiliment tat-Tessuti tal-UE;

(2)

numru tad-donazzjoni uniku allokat mill-istabbiliment tat-tessuti, sakemm tali numru huwa allokat ċentralment fil-livell nazzjonali jew huwa numru uniku fuq livell globali kif użat mis-sistema ta' kkowdjar ISBT128. F'każijiet fejn ikun permess, f'każ ta' ġbir ta' tessuti u ċelluli, għandu jiġi allokat numru ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni ġdid lill-prodott finali; it-traċċabilità mad-donazzjonijiet individwali għandha tiġi żgurata mill-istabbiliment tat-tessuti li fih jitwettaq il-ġbir;

(c)

ma tinbidilx is-sekwenza ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni ladarba tkun allokata għal tessuti u ċelluli rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni, sakemm ma jkunx meħtieġ li jiġi kkoreġut żball tal-ikkowdjar; kwalunkwe korrezzjoni teħtieġ id-dokumentazzjoni xierqa;

(d)

l-użu tas-sistemi ta' kowdjar tal-prodott permessi u n-numri tal-prodotti tat-tessuti u taċ-ċelluli korrispondenti inklużi fil-Kompendju tal-Prodotti tat-Tessuti u taċ-Ċelluli tal-UE l-aktar tard qabel id-distribuzzjoni tagħhom għall-applikazzjoni fil-bniedem;

(e)

l-użu ta' numru tal-isplit u data ta' skadenza xierqa. Għal tessuti u għal ċelluli li għalihom ma ġiet definita l-ebda data ta' skadenza, id-data tal-iskadenza għandha tkun mhux aktar tard mill-00000000 qabel ma jitqassmu għall-applikazzjoni fil-bniedem;

(f)

l-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew fuq it-tikketta tal-prodott ikkonċernat b'mod permanenti u li ma titħassarx u dan il-kodiċi jissemma fid-dokumentazzjoni rilevanti ta' akkumpanjament l-aktar tard qabel id-distribuzzjoni tal-prodott għall-applikazzjoni fil-bniedem. L-istabbiliment tat-tessuti jista' jafda dan il-kompitu lil parti terza jew partijiet terzi, sakemm l-istabbiliment tat-tessuti jiżgura konformità ma' din id-Direttiva, b'mod partikolari f'termini tal-uniċità tal-kodiċi. Meta d-daqs tat-tikketta jipprekludi l-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew fuq it-tikketta, il-kodiċi għandu jkun marbut b'mod ċar ma' tessuti u ċelluli ppakkjati b'tali tikketta permezz tad-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament;

(g)

l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati meta:

(1)

l-informazzjoni li tinsab fil-Kompendju tal-Istabbiliment tat-Tessuti tal-UE titlob aġġornament jew korrezzjoni;

(2)

il-Kompendju tal-Prodotti tat-Tessuti u taċ-Ċelluli tal-UE jeħtieġ aġġornament;

(3)

l-istabbiliment tat-tessuti josserva sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mar-rekwiżiti relatati mal-Kodiċi Uniku Ewropew dwar it-tessuti u ċ-ċelluli li waslu minn stabbilimenti tat-tessuti oħra tal-UE;

(h)

jieħdu l-miżuri meħtieġa f'każ ta' applikazzjoni ħażina tal-Kodiċi Uniku Ewropew fuq it-tikketta.

(2)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti minimi li ġejjin huma applikati mill-awtoritajiet kompetenti kollha:

(a)

jiżguraw l-allokazzjoni ta' numru ta' stabbiliment tat-tessuti uniku lill-istabbilimenti kollha tat-tessuti awtorizzati, akkreditati, nominati, jew liċenzjati fl-Istat Membru tiegħu. Jekk stabbiliment tat-tessuti għandu lokazzjonijiet fiżiċi differenti, iżda għandu sistema waħda għall-allokazzjoni ta' numri ta' donazzjonijiet uniċi, dan jista' jitqies bħala l-istess stabbiliment tat-tessuti. Jekk stabbiliment tat-tessuti juża żewġ sistemi jew aktar biex jalloka numri tad-donazzjoni uniċi, entità bħal din għandha tiġi allokata numri ta' stabbiliment tat-tessuti separati li jikkorrispondu mal-għadd ta' sistemi ta' allokazzjoni użati;

(b)

tiddeċiedi liema sistema jew sistemi għandhom jintużaw għall-allokazzjoni ta' numri ta' donazzjoni uniċi fl-Istat Membru tagħhom. Sistemi ta' allokazzjoni permessi jinkludu sistemi nazzjonali li jistabbilixxu l-allokazzjoni ċentralizzata tan-numru tad-donazzjoni uniku nazzjonali jew sistemi li jeħtieġu li kull stabbiliment tat-tessuti jalloka numri tad-donazzjoni uniċi jew sistemi internazzjonali li jallokaw numri tad-donazzjoni uniċi fid-dinja li huma kompatibbli mal-Kodiċi Uniku Ewropew.

(c)

timmonitorja u tinforza l-implimentazzjoni sħiħa tal-Kodiċi Uniku Ewropew fl-Istat Membru tagħhom;

(d)

tiżgura il-validazzjoni tad-dejta dwar l-istabbilimenti tat-tessuti li jinsabu fil-Kompendju tal-Istabbiliment tat-Tessuti tal-UE għall-Istat Membru tagħhom u taġġorna l-ġabra mingħajr dewmien żejjed b'mod partikolari fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(1)

Meta stabbiliment tat-tessuti ġdid huwa awtorizzat, nominat, akkreditat jew liċenzjat;

(2)

Meta l-informazzjoni ta' stabbiliment tat-tessuti tinbidel jew ma tiġix irreġistrata b'mod korrett fil-Kompendju tal-Istabbiliment tat-Tessuti tal-UE;

(3)

Meta d-dettalji tal-akkreditazzjoni, in-nomina, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzja ta' stabbiliment tat-tessuti, kif imniżżla fl-Anness VIII ta' din id-Direttiva, jinbidlu, inkluż:

Akkreditazzjoni, nomina, awtorizzazzjoni jew liċenzja għal xi tip ta' tessut jew ċellola ġdida;

Akkreditazzjoni, nomina, awtorizzazzjoni jew liċenzja għal attività preskritta ġdida;

Dettalji ta' xi kundizzjonijiet u jew eżenzjonijiet miżjuda għal awtorizzazzjoni;

Sospensjoni, b'mod parzjali jew b'mod sħiħ, ta' forma speċifika ta' akkreditazzjoni, nomina, awtorizzazzjoni jew liċenzja għal attività partikolari jew tip ta' tessut jew ċellola;

Revoka, b'mod parzjali jew b'mod sħiħ, ta' akkreditazzjoni, nomina, awtorizzazzjoni jew liċenzja għal stabbiliment tat-tessuti;

Sitwazzjonijiet fejn stabbiliment tat-tessuti volontarjament iwaqqaf, parzjalment jew kompletament, l-attività jew attivitajiet li għalihom huwa awtorizzat, akkreditat, nominat jew liċenzjat.

Mingħajr dewmien żejjed tfisser f'mhux aktar tard minn għaxart ijiem ta' xogħol għal kull tibdil li jaffettwa sostanzjalment l-awtorizzazzjoni, l-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni jew il-liċenzja tal-istabbilimenti tat-tessuti kkonċernati.

F'każ li stabbiliment tat-tessuti jkun awtorizzat minn żewġ awtoritajiet kompetenti jew aktar għal tipi differenti ta' tessuti u ċelluli jew attivitajiet differenti, kull awtorità kompetenti għandha taġġorna l-informazzjoni relatata ma' dawk l-attivitajiet li hija responsabbli għalihom;

(e)

jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru ieħor meta josservaw tagħrif mhux korrett fil-Kompendju tal-Istabbiliment tat-Tessuti tal-UE relatat mal-Istat Membru l-ieħor jew meta josservaw sitwazzjoni ta' nuqqas ta' konformità sinifikanti mad-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-Kodiċi Uniku Ewropew marbut l-Istat Membru l-ieħor;

(f)

Iwissu lill-Kummissjoni u lill-Awtoritajiet Kompetenti l-oħra meta skont il-valutazzjoni tagħhom il-Kompendju tal-Prodotti tat-Tessuti u taċ-Ċelluli tal-UE jkun jeħtieġ aġġornament.

(3)   L-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew ma jeskludix l-applikazzjoni addizzjonali ta' kodiċijiet oħra skont ir-rekwiżiti nazzjonali tal-Istati Membri.

Artikolu 10c

L-aċċessibbiltà u l-manutenzjoni tas-Sistema Ewropea tal-kowdjar

(1)   Il-Kummissjoni għandha tospita u żżomm pjattaforma tal-IT (pjattaforma ta' kowdjar tal-UE) li fiha:

(a)

il-kompendju ta' stabbiliment tat-tessuti tal-UE;

(b)

il-kompendju tal-Prodotti tat-Tessuti u taċ-Ċelluli tal-UE.

(2)   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni li tinsab fuq Pjattaforma ta' Kowdjar tal-UE hija disponibbli għall-pubbliku qabel id-29 ta' Ottubru 2016.

(3)   Il-Kummissjoni għandha taġġorna l-EUTC meta jkun hemm bżonn, u tiżgura l-aġġornament ġenerali tal-Kompendju tal-Prodotti tat-Tessuti u taċ-Ċelluli tal-UE. Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ftehimiet mal-organizzazzjonijiet li jikkontrollaw l-ISBT128 u l-Eurocode u biex jiġi żgurat li l-kodiċijiet tal-prodotti jkunu disponibbli għall-Kummissjoni b'mod regolari għall-inklużjoni fil-Kompendju tal-Prodotti tat-Tessuti u taċ-Ċelluli tal-UE. Jekk tali organizzazzjonijiet ma jikkonformawx mat-termini tal-memoranda ta' qbil, il-Kummissjoni tista' tissospendi, parzjalment jew kompletament, l-użu futur tal-kodiċijiet tal-prodott rispettivi tagħhom, wara li tkun ikkunsidrat il-provvista suffiċjenti tat-tip ta' prodott ikkonċernat fl-Istati Membri inkluż perjodu tranżitorju u wara li tkun ikkonsultat l-esperti tal-Istati Membri permezz tal-Awtoritajiet Kompetenti dwar il-Grupp ta' Esperti ta' Sustanzi ta' Oriġini mill-Bniedem.

Artikolu 10d

Perijodu tranżitorju

Tessuti u ċelluli diġà fil-ħażna fid-29 ta' Ottubru 2016 għandhom ikunu eżentati mill-obbligi rigward il-Kodiċi Uniku Ewropew, dejjem jekk it-tessuti u ċ-ċelluli jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni fl-Unjoni fi żmien ħames snin wara dik id-data u bil-kundizzjoni li tiġi żgurata traċċabbiltà sħiħa permezz ta' mezzi alternattivi. Għal tessuti u ċelluli li jibqgħu maħżuna u rilaxxati biss għaċ-ċirkolazzjoni wara l-iskadenza ta' dan il-perjodu ta' ħames snin u li għalihom l-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew mhix possibbli, b'mod partikolari minħabba li t-tessuti u ċ-ċelluli jiġu maħżuna taħt kundizzjonijiet tad-deep freeze, l-istabbilimenti tat-tessuti għandhom jużaw il-proċeduri applikabbli għal prodotti b'tikketti żgħar kif stipulat fl-Artikolu 10b il-paragrafu 1(f).

(*1)  Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/566 tat-8 ta' April 2015 li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE dwar il-proċeduri għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza ta' tessuti u ċelloli importati (ĠU L 93, 9.4.2015, p. 56).” "

(5)

L-Annessi huma emendati skont l-Anness I ta' din id-Direttiva.

(6)

Huwa inkluż l-Anness VIII ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mid-29 ta' Ottubru 2016. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih. Huma għandhom japplikaw il-leġiżlazzjoni mid-29 ta' April 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir referenza bħal din.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet primarji tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.

(2)  Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 li timplementa d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sigurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, priservazzjoni, ħażna u tqassim ta' tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 32).


ANNESS I

L-Annessi tad-Direttiva 2006/86/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness II, il-Parti E, huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 1, jiżdied il-punt (g) li ġej:

“(g)

Kodiċi Uniku Ewropew kif applikabbli għal tessuti u ċelluli distribwiti għall-applikazzjoni fil-bniedem jew kif applikabbli għal sekwenza ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni tat-tessuti u taċ-ċelluli rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni, minbarra dawk distribwiti għall-applikazzjoni fil-bniedem”

;

(b)

It-tieni subparagrafu tal-punt 1 jinbidel b'li ġej:

“Jekk xi informazzjoni skont il-punti (d), (e) u (g) hawn fuq ma tistax tiġi inkluża fuq it-tikketta tal-kontenitur primarju, din trid tiġi pprovduta fuq fuljett separat li jakkumpanja l-kontenitur primarju. Dan il-fuljett għandu jiġi ppakkjat mal-kontenitur primarju b'tali mod li jkun aċċertat li dawn jibqgħu flimkien.”

(c)

Fil-punt 2, jiżdied il-punt (j) li ġej:

“(j)

għal tessuti u ċelluli importati, il-pajjiż tal-prokura u l-pajjiż esportatur (jekk differenti mill-pajjiż tal-prokura)”

.

(2)

L-Annessi III u IV jinbidlu b'dan li ġej:

“ANNESS III

NOTIFIKAZZJONI GĦAL REAZZJONIJIET TA' ĦSARA SERJA

PARTI A.

Notifikazzjoni rapida għal reazzjonijiet suspettati ta' ħsara serja

Stabbiliment tat-tessuti

Kodiċi tal-istabbiliment tat-tessuti tal-UE (jekk applikabbli)

Identifikazzjoni tar-rapport

Data tar-rappurtar (sena/xahar/jum)

Individwu affettwat (riċevitur jew donatur)

Data u post tal-prokura jew tal-applikazzjoni umana (sena/xahar/jum)

Numru Uniku ta' identifikazzjoni tad-donazzjoni

Data ta' reazzjoni ta' ħsara serja suspettuża (sena/xahar/jum)

Tip ta' tessut u ta' ċelluli involuti fir-reazzjoni ta' ħsara serja suspettata

Kodiċi Uniku Ewropew ta' tessuti jew ta' ċelluli involuti fir-reazzjoni ta' ħsara serja suspettata (jekk applikabbli)

Tip ta' reazzjoni(jiet) ta' ħsara serja suspettata

PARTI B.

Konklużjonijiet ta' Investigazzjoni dwar Reazzjonijiet ta' Ħsara Serja

Stabbiliment tat-tessuti

Kodiċi tal-istabbiliment tat-tessuti tal-UE (jekk applikabbli)

Identifikazzjoni tar-rapport

Data ta' Konklużjoni (sena/xahar/jum)

Data ta' reazzjoni ta' ħsara serja (sena/xahar/jum)

Numru Uniku ta' identifikazzjoni tad-Donazzjoni

Konferma tar-reazzjoni ta' ħsara serja (Iva/Le)

Kodiċi Uniku Ewropew ta' tessuti u ta' ċelluli involuti fir-reazzjoni ta' ħsara serja suspettata (jekk applikabbli)

Tibdil tat-tip tar-reazzjoni ta' ħsara serja (Iva/Le) Jekk IVA, speċifika

Eżitu kliniku (jekk magħruf)

Irkupru sħiħ

Sintomi morbużi minuri wara l-marda

Sintomi morbużi serji wara l-marda

Mewt

Eżitu tal-investigazzjoni u konklużjonijiet finali

Rakkomandazzjonijiet għal azzjonijiet preventivi u korrettivi

“ANNESS IV

NOTIFIKAZZJONI TA' AVVENIMENTI TA' ĦSARA SERJA

PARTI A.

Notifikazzjoni rapida għal avvenimenti suspettużi ta' ħsara serja

Stabbiliment tat-tessuti

Kodiċi tal-istabbiliment tat-tessuti tal-UE (jekk applikabbli)

Identifikazzjoni tar-rapport

Data tar-rappurtar (sena/xahar/jum)

Data ta' avveniment ta' ħsara serja (sena/xahar/jum)

Avveniment ta' ħsara serja, li jista' jkollu effett fuq il-kwalità u s-sigurtà tat-tessuti u ċ-ċelluli minħabba devjazzjoni fil-:

Speċifikazzjoni

Difetti fit-tessuti u fiċ-ċelluli

Falliment tat-tagħmir

Żball tal-bniedem

Oħrajn (speċifika)

Prokura

 

 

 

 

Ittestjar

 

 

 

 

Trasport

 

 

 

 

Proċessar

 

 

 

 

Ħżin

 

 

 

 

Distribuzzjoni

 

 

 

 

Materjali

 

 

 

 

Oħrajn (speċifika)

 

 

 

 

PARTI B.

Konklużjonijiet ta' Investigazzjoni dwar Avvenimenti ta' Ħsara Serja

Stabbiliment tat-tessuti

Kodiċi tal-istabbiliment tat-tessuti tal-UE (jekk applikabbli)

Identifikazzjoni tar-rapport

Data ta' konferma (sena/xahar/jum)

Data tal-avveniment ta' ħsara serja (sena/xahar/jum)

Analiżi tal-kawża ewlenija (dettalji)

Miżuri korrettivi li ttieħdu (dettalji)

(3)

L-Annessi VI u VII jinbidlu b'dan li ġej:

“ANNESS VI

Dejta minima li għandha tinżamm skont l-Artikolu 9(2)

A.   MILL-ISTABBILIMENTI TAT-TESSUTI

(1)

Identifikazzjoni tad-donatur

(2)

Identifikazzoni tad-donazzjoni li għandha tinkludi tal-anqas:

Identifikazzjoni tal-organizzazzjoni ta' ksib (inklużi d-dettalji ta' kuntatt) jew l-istabbiliment tat-tessuti

Numru tad-donazzjoni uniku

Data tal-prokura

Post tal-prokura

Tip ta' donazzjoni (eż singola vs. multi tessuti; awtologa vs. alloġenika; ħajja vs. mejta)

(3)

Identifikazzoni tal-prodott li għandha tinkludi tal-anqas:

Identifikazzjoni tal-istabbiliment tat-tessuti

Tip ta' tessut u ċellula/prodott (nomenklatura bażi)

Numru tal-pool (f'każ ta' ippuljar)

Numru tal-isplit (jekk huwa applikabbli)

Data ta' skadenza (jekk hija applikabbli)

Status tat-tessut/taċ-ċellula (jiġifieri fi kwarantina, tajjeb għal-użu eċċ.)

Deskrizzjoni u oriġini tal-prodotti, stadji tal-ipproċessar applikati, materjali u addittivi li jiġu f'kuntatt mat-tessuti u maċ-ċelluli u li għandhom effett fuq il-kwalità u/jew fuq is-sigurtà.

Identifikazzjoni tal-faċilità li toħroġ it-tikketta finali

(4)

Kodiċi Uniku Ewropew (jekk huwa applikabbli)

(5)

Identifikazzjoni tal-applikazzjoni fil-bniedem li għandha tinkludi tal-anqas:

Data ta' distribuzzjoni/ta' skart

Identifikazzjoni tat-tabib jew tal-utent/faċilità aħħari/ja

B.   MILL-ORGANIZZAZZJONIJIET RISPONSABBLI GĦALL-APPLIKAZZJONI FIL-BNIEDEM

(1)

Identifikazzjoni tal-istabbiliment fornitur tat-tessut

(2)

Identifikazzjoni tat-tabib jew tal-utent/Faċilità aħħari/ja

(3)

Tip ta' tessut u ta' ċellula

(4)

Identifikazzjoni tal-prodott

(5)

Identifikazzjoni tar-riċevitur

(6)

Data tal-applikazzjoni

(7)

Kodiċi Uniku Ewropew (jekk huwa applikabbli)

“ANNESS VII

L-ISTRUTTURA TAL-KODIĊI UNIKU EWROPEW

SEKWENZA TA' IDENTIFIKAZZJONI TAD-DONAZZJONI

IDENTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT SEKWENZA

KODIĊI TAL-ISTABBILIMENT TAT-TESSUTI TAL-UE

UNIKU NUMRU TAD-DONAZZOJNI

KODIĊI TAL-PRODOTT

NUMRU TAL-ISPLIT

DATA TA' SKADENZA

(SSSSXXJJ)

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Numru tal-istabbiliment tat-tessuti

Identifikatur tas-sistema ta' kodifikazzjoni tal-prodott

Numru tal-prodott

2 alfabetiku karattri

6 karattri alfanumeriċi

13 karattri alfanumeriċi

karattru alfabetiku 1

7 karattri alfanumeriċi

3 karattri alfanumeriċi

8 karattri numeriċi


ANNESS II

“ANNESS VIII

Dejta li għandha tiġi rreġistrata fill-Kompendju tal-Istabbilimenti tat-Tessuti tal-UE

A.   Informazzjoni dwar l-istabbiliment tat-tessuti

1.

Isem tal-istabbiliment tat-tessuti

2.

Kodiċi nazzjonali jew internazzjonali tal-istabbiliment tat-tessuti

3.

Isem l-organizzazzjoni fejn jinsab l-istabbiliment tat-tessuti (jekk applikabbli)

4.

Indirizz tal-istabbiliment tat-tessuti

5.

Dettalji ta' kuntatt li jistgħu jiġu ppubblikati: indirizz elettroniku funzjonali, telefown u fax

B.   Dettalji dwar l-awtorizzazzjoni, l-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni, jew liċenzja tal-istabbiliment tat-tessuti

1.

Isem l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti ta' awtorizzazzjoni, akkreditazzjoni, nominazzjoni jew liċenzjar

2.

Isem l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli mill-manutenzjoni tal-Kompendju tal-Istabbiliment tat-Tessuti tal-UE

3.

Isem tal-awtorizzazzjoni, akkreditazzjoni, nominazzjoni jew detentur ta' liċenzja (jekk huwa applikabbli)

4.

Tessuti u ċelluli li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni, l-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni jew il-liċenzja

5.

Attivitajiet attwalment imwettqa li għalihom ingħatat l-awtorizzazzjoni, l-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni jew il-liċenzja

6.

L-istatus tal-awtorizzazzjoni, l-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni jew il-liċenzja (awtorizzata, sospiża, revokata, kollha kemm hi jew parti minnha, waqfien volontarju tal-attivitajiet)

7.

Dettalji ta' kundizzjonijiet u eżenzjonijiet miżjuda għall-awtorizzazzjoni (jekk applikabbli).”

9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/56


DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/566

tat-8 ta' April 2015

li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE dwar il-proċeduri għall-verifika tal-istandards ekwivalenti ta' kwalità u sikurezza ta' tessuti u ċelloli importati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-iffissar ta' standards ta' kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħażna u distribuzzjoni ta' tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2004/23/KE tistabbilixxi l-istandards ta' kwalità u sikurezza għad-donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħżin u distribuzzjoni tat-tessuti u ċ-ċelloli kollha tal-bniedem maħsuba biex jiġu applikati fuq il-bniedem, u għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar ta' tessuti u ta' ċelloli umani li jinsabu fi prodotti manifatturati maħsuba biex jiġu applikati fuq il-bniedem meta dawk il-prodotti jkunu koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni.

(2)

Skambji ta' tessuti u ċelloli jseħħu dejjem aktar fuq bażi dinjija u d-Direttiva 2004/23/KE għalhekk teħtieġ li l-importazzjonijiet tat-tessuti u ċ-ċelloli jitwettqu minn stabbilimenti tat-tessuti akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati mill-Istati Membri għal dak il-għan. L-eċċezzjonijiet għal dak ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2004/23/KE jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex direttament jawtorizzaw l-importazzjoni ta' tessuti u ċelloli speċifiċi skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE (2) jew f'każ ta' emerġenza. Dawn l-eċċezzjonijiet jintużaw regolarment, iżda mhumiex limitati għall-importazzjoni ta' ċelloli staminali ematopoetiċi mill-mudullun, demm periferali jew demm tal-kurdun li jintuża fit-trattament ta' għadd ta' kundizzjonijiet ta' theddida għall-ħajja.

(3)

Id-Direttiva 2004/23/KE, barra minn hekk, titlob lill-Istati Membri u lill-istabbilimenti li jimpurtaw it-tesssuti biex jiżguraw li l-importazzjonijiet ta' tessuti u ċelloli jilħqu l-istandards ta' kwalità u sikurezza bħal dawk preskritti fid-Direttiva 2004/23/KE u titlob li jiġu stabbiliti proċeduri biex jivverifikaw l-ekwivalenza ta' standards ta' kwalità u ta' sikurezza ta' importazzjonijiet ta' tessuti u ċelloli. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu stabbiliti b'din id-Direttiva mingħajr ħsara għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar id-dwana.

(4)

B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġu stabbiliti skemi ta' awtorizzazzjoni u ta' spezzjoni li jirriflettu l-proċess ta' verifika fis-seħħ għall-attivitajiet relatati ma' tessuti u ċelloli mwettqa fl-Unjoni. Huwa wkoll xieraq li jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minn stabbilimenti li jimportaw it-tessuti fir-relazzjonijiet tagħhom mal-fornituri minn pajjiżi terzi tagħhom.

(5)

Bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet awtorizzati direttament mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2004/23/KE, l-importazzjonijiet kollha tat-tessuti u ċ-ċelloli minn pajjiżi terzi jridu jitwettqu minn stabbilimenti li jimportaw it-tessuti. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jawtorizzaw direttament l-importazzjonijiet skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2004/23/KE, ir-responsabbiltà li jiġi żgurat li tali importazzjonijiet jilħqu l-istandards ta' kwalità u sikurezza ekwivalenti għal dawk preskritti f'dik id-Direttiva taqa' f'idejn l-awtoritajiet kompetenti.

(6)

It-tessuti u ċ-ċelloli għandhom normalment ikunu importati minn banek tat-tessuti jew unitajiet ta' sptarijiet li huma akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati bħala stabbilimenti li jimportaw it-tessuti bl-iskop tal-attivitajiet ta' importazzjoni tagħhom. Il-banek tat-tessuti jew l-unitajiet ta' sptarijiet għandhom jitqiesu stabbilimenti li jimportaw it-tessuti meta jkunu parti għal ftehim kuntrattwali ma' fornitur ta' pajjiż terz għall-importazzjoni tat-tessuti u taċ-ċelloli. Meta organizzazzjoni li toffri servizzi ta' senserija tkun parti għal ftehim kuntrattwali ma' fornitur ta' pajjiż terz biex tiffaċilita l-importazzjoni ta' tessuti u ċelloli iżda mhux għall-importazzjoni nnifisha, ma għandhiex titqies bħala stabbiliment li jimporta t-tessuti. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirregolaw tali servizzi barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(7)

Meta entitajiet oħrajn bħal organizzazzjonijiet responsabbli għall-applikazzjoni fuq il-bniedem, manifatturi ta' prodotti mediċinali ta' terapija avvanzata, prattikanti kliniċi jew individwi huma parti minn ftehim kuntrattwali ma' fornitur ta' pajjiż terz għall-importazzjoni tat-tessuti u ċ-ċelloli, dawn għandhom jitqiesu bħala stabbiliment li jimporta t-tessuti. Huma jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva kif ukoll mad-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva 2004/23/KE relevanti u jiġu akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati bħala stabbilimenti li jimportaw it-tessuti għall-iskop tal-attivitajiet ta' importazzjoni tagħhom mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom. Meta, wara l-importazzjoni, huma jimpenjaw ruħhom ukoll fl-ittestjar, l-ipproċessar, il-preservazzjoni, il-ħżin jew id-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelloli importati għandhom ukoll jiġu akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati mill-awtoritajiet kompetenti relevanti tagħhom għall-fini ta' dawk l-attivitajiet, u jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2004/23/KE. Inkella, dawn jistgħu jiksbu tessuti u ċelloli li joriġinaw minn pajjiżi terzi minn banek tat-tessuti jew unitajiet ta' sptarijiet li jinsabu fl-Unjoni li huma akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati bħala stabbilimenti li jimpurtaw it-tessuti mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti tagħhom.

(8)

Meta l-istabbilimenti li jimpurtaw it-tessuti jkunu wkoll akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati bħala stabbilimenti tat-tessuti għall-attivitajiet li huma jwettqu fi ħdan l-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jallinjaw il-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, spezzjoni u rappurtar tagħhom sakemm il-proċeduri stabbiliti f'din id-Direttiva jiġu segwiti.

(9)

Sabiex tkun iffaċilitata d-distribuzzjoni fl-Unjoni ta' tessuti u ċelloli importati inkluż meta tali distribuzzjoni tkun transkonfinali, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom joħorġu ċertifikat li jattesta l-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar tal-istabbiliment li jimporta t-tessuti.

(10)

Il-miżuri ta' spezzjoni għandhom rwol importanti fil-verifika tal-ekwivalenza tat-tessuti u ċ-ċelloli importati mal-istandards ta' kwalità u sikurezza stipulati fid-Direttiva 2004/23/KE. Għalhekk, l-Istati Membri huma mħeġġa, li fejn xieraq jispezjonaw ukoll fornituri minn pajjiżi terzi u jikkooperaw ma' Stati Membri oħra li aktarx fihom se jiġu ddistribwiti t-tessuti u ċ-ċelloli importanti. L-Istati Membri li fihom jinsabu l-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti jerfgħu r-responsabbiltà tad-deċiżjoni dwar l-aktar miżuri xierqa li għandhom jittieħdu u tad-deċiżjonijiet dwar jekk spezzjonijiet fuq il-post ta' fornituri minn pajjiżi terzi humiex meħtieġa.

(11)

Il-Manwal Operattiv għall-Awtoritajiet Kompetenti dwar l-ispezzjonijiet ġie aġġornat biex jitqiesu l-ispezzjonijiet tal-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti u l-fornituri minn pajjiżi terzi tagħhom u huwa disponibbli għall-Istati Membri bħala dokument ta' gwida meta jieħdu tali miżuri ta' spezzjoni.

(12)

L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti għandhom jivverifikaw li l-istandards tal-kwalità u s-sikurezza tat-tessuti u ċ-ċelloli li huma jimpurtaw fl-Unjoni huma ekwivalenti għall-istandards ta' kwalità u sikurezza stipulati fid-Direttiva 2004/23/KE. Il-ftehimiet bil-miktub mal-fornituri tal-pajjiżi terzi u d-dokumentazzjoni li għandha tingħata u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti huma elementi ċentrali biex jiġi żgurat li tali verifika sseħħ u b'mod partikolari li tipprovdi t-traċċabilità lura lid-donatur u li tiżgura li l-prinċipju ta' donazzjoni volontarja u bla ħlas jiġi rispettat b'konformità mad-Direttiva 2004/23/KE. L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti huma wkoll imħeġġa biex jivverifikaw il-fornituri minn pajjiżi terzi tagħhom bħala parti minn dan il-proċess ta' verifika.

(13)

L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti għandhom jiżguraw li l-Kodiċi Unika Ewropea tiġi applikata għat-tessuti u ċ-ċelloli importati f'konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE (3), jew billi jwettqu dan il-kompitu huma stess jew billi jiddelegawh lil fornituri minn pajjiżi terzi bħala parti mit-termini tagħhom ta' ftehimiet bil-miktub ma' tali fornituri.

(14)

L-Istati Membri għandhom jitħallew jeżentaw importazzjonijiet ta' darba mir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva fir-rigward tad-dokumentazzjoni u l-ftehimiet bil-miktub. Madankollu, importazzjonijiet ta' darba biss bħal dawn għandhom jitwettqu minn stabbilimenti li jimportaw it-tessuti akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati, u bħala regola ġenerali ma għandhomx isiru fuq bażi regolari jew ripetuta mill-istess fornitur minn pajjiż terz. L-użu ta' tali eżenzjonijiet għandu jkun limitat għal sitwazzjonijiet fejn persuna jew persuni għandhom jew kellhom tessuti u ċelloli maħżuna f'pajjiż terz għall-użu futur tagħha, b'mod partikolari f'każijiet ta' donazzjoni bejn l-imsieħba ta' ċelloli riproduttivi, ta' donazzjonijiet awtologi, jew donazzjonijiet diretti lil qraba, u sussegwentement, tixtieq ikollha tali tessuti jew ċelloli importati fl-Unjoni f'isimha. Tali importazzjoni ta' xi tip speċifiku ta' tessuti jew ċelloli normalment ma għandhiex isseħħ aktar minn darba għal kwalunkwe riċevitur u ma għandhiex tinkludi tessuti jew ċelloli għal partijiet terzi.

(15)

Din id-Direttiva ma tipprevenix lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu miżuri iktar stretti rigward l-importazzjonijiet ta' tessuti u ċelloli, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ta' donazzjoni volontarja u bla ħlas jiġi rispettat, dejjem jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat huma ssodisfati.

(16)

Il-miżuri pprovduti f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Regolatorju għat-Tessuti u ċ-Ċelloli stabbilit bl-Artikolu 29(3) tad-Direttiva 2004/23/KE,

ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għall-importazzjoni fl-Unjoni ta':

(a)

tessuti umani u ċelloli maħsuba għall-applikazzjoni fuq il-bniedem; kif ukoll

(b)

prodotti manufatturati li huma derivati mit-tessuti umani u miċ-ċelloli intenzjonati għall-applikazzjoni fuq il-bniedem, fil-każ li dawk il-prodotti ma jkunux koperti minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni oħra.

2.   Meta t-tessuti u ċ-ċelloli tal-bniedem li għandhom jiġu importati jkunu maħsuba biex jintużaw esklussivament fi prodotti manifatturati li huma koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, din id-Direttiva għandha tgħodd biss għad-donazzjoni, il-kisba u l-ittestjar li jseħħ barra l-Unjoni kif ukoll għall-kontribut biex tiġi żgurata t-traċċabilità mid-donatur sar-riċevitur u viċi versa.

3.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal:

(a)

l-importazzjoni ta' tessuti u ċelloli msemmija fl-Artikolu 9(3)(a) tad-Direttiva 2004/23/KE li huma direttament awtorizzati mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti;

(b)

l-importazzjoni ta' tessuti u ċelloli msemmija fl-Artikolu 9(3)(b) tad-Direttiva 2004/23/KE li huma direttament awtorizzati f'każi ta' emerġenza;

(c)

demm u komponenti tad-demm kif definiti bid-Direttiva 2002/98/KE;

(d)

organi jew partijiet ta' organi, kif definit fid-Direttiva 2004/23/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“emerġenza” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni imprevista li fiha ma hemm l-ebda alternattiva prattikabbli oħra għajr biex b'mod urġenti jiġu importati fl-Unjoni tessuti u ċelloli minn pajjiż terz għall-applikazzjoni immedjata ta' riċevitur magħruf jew riċevituri magħrufa li s-saħħa tagħhom tkun mhedda serjament mingħajr tali importazzjoni;

(b)

“stabbiliment li jimporta t-tessuti” tfisser bank tat-tessuti jew taqsima ta' sptar jew korp ieħor stabbilit fl-Unjoni li huwa parti fi ftehim kuntrattwali ma' fornitur minn pajjiż terz għall-importazzjoni fl-Unjoni ta' tessuti u ċelloli li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi maħsuba għall-applikazzjoni fil-bniedem;

(c)

“importazzjoni ta' darba” tfisser l-importazzjoni ta' xi tip speċifiku ta' tessut jew ċellola li huwa destinat għall-użu personali ta' riċevitur jew riċevituri maħsuba magħrufa għall-istabbiliment li jimporta t-tessuti u l-fornitur minn pajjiż terz qabel isseħħ l-importazzjoni. Tali importazzjoni ta' xi tip speċifiku ta' tessut jew ċellola normalment ma għandhiex isseħħ aktar minn darba għal kull riċevitur. L-importazzjonijiet mill-istess fornitur minn pajjiż terz li jseħħu fuq bażi regolari jew ripetuta ma għandhomx jitqiesu bħala “importazzjonijiet ta' darba”;

(d)

“fornitur minn pajjiż terz” tfisser stabbiliment tat-tessuti jew korp ieħor, stabbilit f'pajjiż terz, li huwa responsabbli għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' tessuti u ċelloli li hu jforni lil stabbiliment li jimporta t-tessuti. Fornitur minn pajjiż terz jista' wkoll iwettaq attività waħda jew aktar, li sseħħ barra mill-Unjoni, ta' donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħżin jew tqassim ta' tessuti u ċelloli importati fl-Unjoni;

KAPITOLU II

OBBLIGI TAL-AWTORITAJIET TAL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 3

Akkreditazzjoni, nominazzjoni, awtorizzazzjoni jew liċenzjar ta' stabbilimenti li jimportaw it-tessuti

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-importazzjonijiet kollha tat-tessuti u ċ-ċelloli minn pajjiżi terzi jitwettqu permezz tal-importazzjoni ta' stabbilimenti tat-tessuti akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati minn awtorità jew awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dawn l-attivitajiet.

2.   L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, wara li jiksbu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I ta' din id-Direttiva, u wara li jkunu vverifikaw li l-istabbiliment li jimporta t-tessuti huwa konformi mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, għandhom jakkreditaw, jinnominaw, jawtorizzaw jew jilliċenzjaw l-istabbiliment li jimporta t-tessuti biex jimporta tessuti u ċelloli u jindikaw xi kundizzjonijiet li japplikaw bħal kull restrizzjoni tat-tipi ta' tessuti u ċelloli li għandhom jiġu importati jew il-fornituri minn pajjiżi terzi li għandhom jintużaw. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu ċ-ċertifikat stipulat fl-Anness II ta' din id-Direttiva lill-istabbiliment li jimporta t-tessuti akkreditat, nominat, awtorizzat jew liċenzjat.

3.   L-istabbiliment li jimporta t-tessuti ma għandux iwettaq bidliet sostanzjali fl-attivitajiet ta' importazzjoni tiegħu mingħajr l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti. B'mod partikolari, kwalunkwe bidliet fit-tip ta' tessuti u ċelloli importati, l-attivitajiet imwettqa f'pajjiżi terzi li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sikurezza tat-tessuti u ċ-ċelloli importati jew il-fornituri minn pajjiżi terzi użati għandhom jiġu kkunsidrati bħala bidliet sostanzjali. Meta stabbiliment li jimporta t-tessuti jidħol għal importazzjoni ta' darba ta' tessuti jew ċelloli li joriġinaw minn fornitur minn pajjiż terz mhux koperta mill-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzja eżistenti tagħha, tali importazzjoni ma għandhiex titqies bħala bidla sostanzjali jekk l-istabbiliment li jimporta t-tessuti huwa awtorizzat li jimporta l-istess tip ta' tessuti jew ċelloli minn fornitur jew fornituri oħra minn pajjiż terz.

4.   L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jissospendu jew jirrevokaw l-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar ta' stabbiliment li jimporta t-tessuti kompletament jew parti minnha, jekk b'mod partikolari spezzjonijiet jew miżuri ta' kontroll oħra juru li tali stabbiliment ma għadux jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Artikolu 4

Spezzjonijiet u miżuri ta' kontroll oħra

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti jorganizzaw spezzjonijiet u miżuri ta' kontroll oħra ta' stabbilimenti li jimportaw it-tessuti u, fejn xieraq, il-fornituri minn pajjiżi terzi tagħhom, u li l-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti jwettqu l-kontrolli xierqa sabiex jiżguraw l-ekwivalenza ta' standards ta' kwalità u sigurtà tat-tessuti u ċ-ċelloli li għandhom jiġu importati mal-istandards stabbiliti fid-Direttiva 2004/23/KE. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet ta' kwalunkwe stabbiliment li jimporta t-tessuti ma għandux jaqbeż is-sentejn.

2.   Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu minn uffiċjali li jirrappreżentaw l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li għandhom:

(a)

jingħataw is-setgħa li jispezzjonaw l-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti u, fejn xieraq, l-attivitajiet ta' kwalunkwe fornitur minn pajjiż terz;

(b)

jevalwaw u jivverifikaw il-proċeduri u l-attivitajiet imwettqa fl-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti u l-faċilitajiet ta' fornituri minn pajjiżi terzi li huma rilevanti biex jiżguraw l-ekwivalenza ta' standards ta' kwalità u sigurtà tat-tessuti u ċ-ċelloli li għandhom jiġu importati mal-istandards stabbiliti fid-Direttiva 2004/23/KE;

(c)

jeżaminaw kull dokument u rekord rilevanti għal din l-evalwazzjoni u verifika.

3.   L-Istati Membri għandhom, fuq talba debitament ġustifikata ta' Stat Membru ieħor jew tal-Kummissjoni, jipprovdu informazzjoni dwar ir-riżultati ta' spezzjonijiet u miżuri ta' kontroll oħrajn dwar l-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti u l-fornituri minn pajjiżi terzi.

4.   L-Istati Membri li fihom jiġu importati t-tessuti u ċ-ċelloli, għandhom fuq talba debitament ġustifikata minn Stat Membru ieħor li fih tessuti u ċelloli importati jiġu sussegwentement distribwiti, jikkunsidraw li jwettqu spezzjonijiet jew miżuri oħra ta' kontroll fuq l-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti u l-attivitajiet ta' fornituri minn pajjiżi terzi. L-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandu jiddeċiedi dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu wara konsultazzjoni mal-Istat Membru li għamel din it-talba.

5.   Fejn spezzjoni fuq il-post issir wara talba bħal din, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandha taqbel mal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li jkun għamel din it-talba dwar jekk u kif l-Istat Membru li għamel tali talba għandu jipparteċipa fl-ispezzjoni. Id-deċiżjoni finali dwar kwalunkwe tali parteċipazzjoni għandha tkun f'idejn l-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment li jimporta t-tessuti. Ir-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta din il-parteċipazzjoni għandhom jiġu spjegati lill-Istat Membru li jkun għamel talba bħal din.

KAPITOLU III

OBBLIGI FUQ L-STABBILIMENTI LI JIMPORTAW IT-TESSUTI

Artikolu 5

Applikazzjonijiet għal akkreditazzjoni, nominazzjoni, awtorizzazzjoni jew liċenzjar ta' stabbilimenti li jimportaw it-tessuti

1.   L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti, li ħadu miżuri biex jiżguraw li kwalunkwe importazzjonijiet ta' tessuti u ċelloli jikkonformaw mal-istandards ta' kwalità u sikurezza ekwivalenti għal dawk preskritti fid-Direttiva 2004/23/KE u li tessuti u ċelloli importati jistgħu jiġu rintraċċati mid-donatur sar-riċevitur u viċi versa, għandhom japplikaw għal akkreditazzjoni, nominazzjoni, awtorizzazzjoni jew liċenzja bħala stabbiliment li jimporta t-tessuti billi:

(a)

jipprovdu lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa kif stipulat fl-Anness I ta' din id-Direttiva;

(b)

jagħmlu disponibbli u, meta jintalbu, mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, jipprovdu d-dokumentazzjoni elenkata fl-Anness III ta' din id-Direttiva.

2.   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx ir-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni tal-Anness I, parti F u l-Anness III ta' din id-Direttiva għal importazzjonijiet ta' darba kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, sakemm dawn ikollhom miżuri nazzjonali xierqa fis-seħħ li jirregolaw tali importazzjonijiet. Dawk il-miżuri nazzjonali għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)

traċċabbiltà minn donatur għal riċevitur u viċi-versa; kif ukoll

(b)

li t-tessuti u ċ-ċelloli importati ma jiġux applikati lil xi ħadd għajr għar-riċevituri intenzjonati għalihom.

Artikolu 6

Informazzjoni aġġornata

1.   L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti għandhom ifittxu l-approvazzjoni bil-miktub minn qabel tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għal kwalunkwe tibdil sostanzjali ppjanat lill-attivitajiet tal-importazzjoni tagħhom, u b'mod partikolari dawk il-bidliet sostanzjali deskritti fl-Artikolu 3(3), u jinformaw lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti bid-deċiżjoni tagħhom li jwaqqfu l-attivitajiet tal-importazzjoni tagħhom kollha jew parti minnhom.

2.   L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti, mingħajr dewmien, għandhom jinnotifikaw lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti bi kwalunkwe suspett jew bi kwalunkwe ġrajjiet jew reazzjonijiet negattivi serji, rapportati lilhom minn fornituri minn pajjiżi terzi u li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sigurtà tat-tessuti u taċ-ċelloli li jimpurtaw. L-informazzjoni stipulata fl-Annessi III u IV tad-Direttiva 2006/86/KE għandha tiġi inkluża f'dawn in-notifiki.

3.   L-istabbiliment li jimporta t-tessuti għandu, mingħajr dewmien, jinnotifika lill-awtorità kompetenti jew lill-awtoritajiet kompetenti bi:

(a)

kwalunkwe revoka jew sospensjoni, parzjali jew totali, tal-awtorizzazzjoni ta' fornitur minn pajjiż terz biex jesporta t-tessuti u ċ-ċelloli; kif ukoll

(b)

kwalunkwe deċiżjoni oħra meħuda għal raġunijiet ta' nuqqas ta' konformità mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż li fih huwa bbażat il-fornitur minn pajjiż terz u li tista' tkun rilevanti għall-kwalità u s-sikurezza ta' tessuti u ċelloli importati.

Artikolu 7

Ftehimiet bil-miktub

1.   L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti għandu jkollhom fis-seħħ ftehimiet bil-miktub mal-fornituri minn pajjiżi terzi fejn kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta' donazzjoni, ksib, ittestjar, proċessar, preservazzjoni, ħżin jew esportazzjoni lejn l-Unjoni ta' tessuti u ċelloli li għandhom jiġu importati fl-Unjoni tiġi mwettqa barra mill-Unjoni.

L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx dan ir-rekwiżit għal importazzjonijiet ta' darba kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, sakemm dawn ikollhom miżuri nazzjonali xierqa fis-seħħ li jirregolaw tali importazzjonijiet. Dawk il-miżuri nazzjonali għandhom jiżguraw dan li ġej:

(a)

traċċabbiltà mid-donatur għar-riċevitur u viċi versa; kif ukoll

(b)

li t-tessuti u ċ-ċelloli importati ma jiġux applikati fuq xi ħadd għajr fuq ir-riċevituri intenzjonati għalihom.

2.   Il-ftehim bil-miktub bejn l-istabbiliment li jimporta t-tessuti u l-fornitur minn pajjiż terz għandu jispeċifika r-rekwiżiti ta' kwalità u sikurezza li għandhom jintlaħqu biex tiġi assigurata l-ekwivalenza ta' standards ta' kwalità u sigurtà tat-tessuti u ċ-ċelloli li għandhom jiġu importati bl-istandards stabbiliti fid-Direttiva 2004/23/KE. B'mod partikolari, il-ftehim bil-miktub bħala minimu għandu jinkludi l-kontenut elenkat fl-Anness IV ta' din id-Direttiva.

3.   Il-ftehim bil-miktub għandu jistabbilixxi d-dritt tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li jispezzjonaw l-attivitajiet, inklużi l-faċilitajiet, ta' kwalunkwe fornituri minn pajjiżi terzi matul id-durata tal-ftehim bil-miktub u għal perjodu ta' sentejn wara li dan jintemm.

4.   L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti għandhom jipprovdu kopji ta' ftehimiet bil-miktub ma' fornituri minn pajjiżi terzi lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom għall-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar.

Artikolu 8

Reġistru tal-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti

1.   L-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti għandhom iżommu rikordju tal-attivitajiet tagħhom, inkluż it-tipi u l-kwantitajiet ta' tessuti u ċelloli importati, u tal-oriġini u d-destinazzjoni tagħhom. Dan ir-rikordju għandu jinkludi wkoll l-istess informazzjoni dwar kwalunkwe importazzjoni ta' darba. Ir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 10(1) tad-Direttiva 2004/23/KE għandu jinkludi informazzjoni dwar dawk l-attivitajiet.

2.   L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti f'reġistru, aċċessibbli għall-pubbliku, tal-istabbilimenti tat-tessuti kif stabbilit fl-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2004/23/KE.

3.   Informazzjoni dwar l-akkreditazzjonijiet, in-nomini, l-awtorizzazzjonijiet jew il-liċenzji ta' stabbilimenti li jimportaw it-tessuti għandha wkoll issir disponibbli permezz ta' netwerk ta' reġistri msemmija fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2004/23/KE.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 9

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mid-29 ta' Ottubru 2016. Għandhom jikkomunikaw it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mid-29 ta' April 2017.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet primarji tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 11

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 102, 7.4.2004, p. 48.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/17/KE tat-8 ta' Frar 2006 li timplimenta d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/23/KE fir-rigward ċerti rekwiżiti tekniċi għad-donazzjoni, għall-ksib u għall-ittestjar tat-tessuti u taċ-ċelloli umani (ĠU L 38, 9.2.2006, p. 40).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/86/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kondizzjonijiet tar-rintraċċabbiltà, notifikazzjoni dwar rejazzjonijiet u avvenimenti ta' ħsara serja u ċerti kondizzjonijiet tekniċi għall-ikkowdjar, l-ipproċessar, il-preżervazzjoni, il-ħażna u d-distribuzzjoni ta' tessuti u ċelluli umani (ĠU L 294, 25.10.2006, p. 32).


ANNESS I

Ir-rekwiżiti minimi dwar l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li għandha tiġi fornuta mill-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti applikanti meta japplikaw biex jiġu akkreditati, nominati, awtorizzati jew liċenzjati għall-fini ta' attivitajiet ta' importazzjoni

Meta japplika għal akkreditazzjoni, nominazzjoni, awtorizzazzjoni jew liċenzja għall-fini ta' attivitajiet ta' importazzjoni, l-istabbiliment applikant li jimporta t-tessuti applikant għandu, sakemm ma jkunx diġà pprovdut bħala parti minn applikazzjonijiet preċedenti għall-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar bħala stabbiliment tat-tessuti jew stabbiliment li jimporta t-tessuti, jipprovdi l-aktar informazzjoni aġġornata u, għall-parti F, dokumentazzjoni dwar dan li ġej:

A.   Informazzjoni ġenerali dwar l-Istabbiliment li Jimporta t-Tessuti (ITE — Importing Tissue Establishment)

1.

Isem l-ITE (l-isem tal-Kumpanija).

2.

Indirizz għaż-żjarat tal-ITE.

3.

Indirizz postali tal-ITE (jekk differenti).

4.

Status tal-ITE li qed japplika: Għandu jiġi indikat jekk din hix l-ewwel applikazzjoni għall-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar bħala ITE jew, meta applikabbli, jekk din hix applikazzjoni għat-tiġdid. Fejn l-applikant ikun diġà akkreditat, nominat, awtorizzat jew liċenzjat bħala stabbiliment tat-tessuti, għandha tiġi pprovduta l-kodiċi tal-kompendju tat-TE.

5.

Isem l-unità li qed tapplika (jekk differenti minn isem il-kumpanija).

6.

Indirizz għaż-żjarat tal-unità li qed tapplika.

7.

Indirizz postali tal-unità li qed tapplika (jekk differenti).

8.

Isem is-sit tal-wasla tal-importazzjonijiet (jekk differenti minn isem il-kumpanija u l-unità li qed tapplika).

9.

Indirizz għaż-żjarat tas-sit tal-wasla.

10.

Indirizz postali tas-sit tal-wasla (jekk differenti).

B.   Dettalji ta' kuntatt għall-Applikazzjoni

1.

Isem il-persuna ta' kuntatt għall-applikazzjoni.

2.

Numru tat-telefown.

3.

Indirizz elettroniku.

4.

Isem il-Persuna Responsabbli (jekk differenti mill-persuna ta' kuntatt).

5.

Numru tat-telefown.

6.

Indirizz elettroniku.

7.

URL tal-websajt tal-ITE (jekk disponibbli).

C.   Dettalji ta' tessuti u ċelloli li għandhom jiġu importati

1.

Lista tat-tipi ta' tessuti u ċelloli li għandhom jiġu importati, inklużi importazzjonijiet ta' darba ta' ċerti tipi ta' tessuti u ta' ċelloli.

2.

Isem il-prodott (fejn applikabbli, skont il-lista ġenerika tal-UE) ta' kull tip ta' tessut u ċellola li għandu jiġi importat.

3.

L-isem kummerċjali (jekk differenti mill-isem tal-prodott) ta' kull tip ta' tessut u ċellola li għandu jiġi importat

4.

L-isem tal-fornitur minn pajjiż terz għal kull tip ta' tessut u ċellola li għandu jiġi importat.

D.   Lokazzjoni tal-attivitajiet

1.

Lista li tispeċifika liema mill-attivitajiet ta' donazzjoni, akkwist, ittestjar, ipproċessar, preservazzjoni jew ħżin jitwettqu qabel l-importazzjoni mill-fornitur mill-pajjiż terz għal kull tip ta' tessut jew ċellola.

2.

Lista li tispeċifika liema mill-attivitajiet ta' donazzjoni, akkwist, ittestjar, ipproċessar, preservazzjoni jew ħżin jitwettqu qabel l-importazzjoni minn sottokuntratturi tal-fornitur minn pajjiż terz għal kull tip ta' tessut jew ċellola.

3.

Lista tal-attivitajiet kollha mwettqa mill-ITE wara l-importazzjoni għal kull tip ta' tessut jew ċellola.

4.

L-ismijiet tal-pajjiżi terzi li fihom iseħħu l-attivitajiet qabel l-importazzjoni għal kull tip ta' tessut jew ċellola.

E.   Dettalji ta' fornituri minn pajjiżi terzi

1.

Isem il-fornitur(i) minn pajjiż terz (isem il-kumpanija).

2.

Isem il-persuna ta' kuntatt.

3.

Indirizz għaż-żjarat.

4.

Indirizz postali (jekk differenti).

5.

In-numru tat-telefown inkluż il-prefiss telefoniku internazzjonali.

6.

Numru ta' kuntatt ta' emerġenza (jekk differenti)

7.

Indirizz elettroniku.

F.   Dokumentazzjoni li takkumpanja l-applikazzjoni

1.

Kopja tal-ftehim bil-miktub mal-fornitur/i minn pajjiż terz.

2.

Deskrizzjoni dettaljata tal-fluss ta' tessuti u ċelloli importati mill-akkwist tagħhom sa meta jaslu fl-istabbiliment li jimporta t-tessuti.

3.

Kopja taċ-ċertifikat ta' awtorizzazzjoni ta' esportazzjoni tal-fornitur minn pajjiż terz, jew meta ma jinħariġx ċertifikat speċifiku ta' awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, ċertifikazzjoni mill-awtorità jew l-awtoritajiet ta' awtorizzazzjoni kompetenti fil-pajjiż terz li tawtorizza l-attivitajiet tal-fornitur ta' pajjiż terz fis-settur tat-tessut u ċ-ċelloli inkluż l-esportazzjonijiet. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi wkoll id-dettalji ta' kuntatt tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz. F'pajjiżi terzi fejn din id-dokumentazzjoni ma tkunx disponibbli, għandhom jiġu pprovduti forom alternattivi ta' dokumentazzjoni bħal rapporti ta' verifika tal-fornitur minn pajjiż terz.


ANNESS II

Ċertifikat ta' Akkreditazzjoni, Nominazzjoni, Awtorizzazzjoni jew Liċenzja li jinħareġ mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti lill-istabbilimenti li jimportaw it-tessuti

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

ANNESS III

Rekwiżiti minimi dwar id-dokumentazzjoni li għandha tkun disponibbli lill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti minn stabbilimenti tat-tessuti li beħsiebhom jimportaw tessuti u ċelloli minn pajjiżi terzi

Bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet ta' darba kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, li ġew eżentati minn dawn ir-rekwiżiti ta' dokumentazzjoni, l-istabbiliment li jimporta t-tessuti applikant għandu jagħmel disponibbli u, sakemm ma jkunx diġà pprovdut bħala parti minn applikazzjonijiet preċedenti għall-akkreditazzjoni, in-nominazzjoni, l-awtorizzazzjoni jew il-liċenzjar bħala stabbiliment li jimporta t-tessuti jew stabbiliment tat-tessuti, għandu jagħti, meta mitlub mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti l-iktar verżjoni aġġornata ta' dawn id-dokumenti li ġejjin fir-rigward tal-applikant u l-fornitur/i minn pajjiżi terzi tiegħu.

A.   Dokumentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment li jimporta t-tessuti

1.

Deskrizzjoni tal-impjieg tal-Persuna Responsabbli u d-dettalji tal-kwalifki rilevanti u r-rikordju tat-taħriġ tiegħu/tagħha kif stabbilit fid-Direttiva 2004/23/KE;

2.

Kopja tat-tikketta primarja, tat-tikketta ta' ppakkjar mill-ġdid, tal-pakkett estern u l-kontenitur tat-trasport;

3.

Lista ta' proċeduri operattivi standard (SOPs — standard operating procedures) relevanti, f'verżjonijiet aġġornati rigward l-attivitajiet ta' importazzjoni tal-istabbiliment inkluż SOPs dwar l-applikazzjoni tal-Kodiċi Uniku Ewropew, il-wasla u l-ħażna ta' tessuti u ċelloli importati fl-istabbiliment li jimporta t-tessuti, il-ġestjoni ta' ġrajjiet u reazzjonijiet avversi, il-ġestjoni ta' sejħiet lura u t-traċċabilità mid-donatur għar-riċevitur.

B.   Dokumentazzjoni rigward il-fornitur jew il-fornituri minn pajjiżi terzi

1.

Deskrizzjoni dettaljata tal-kriterji użati għall-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni tad-donatur, l-informazzjoni mogħtija lid-donatur jew lill-familja tad-donatur, kif jinkiseb il-kunsens mid-donatur jew mill-familja tad-donatur u jekk id-donazzjoni saritx b'mod volontarju u mingħajr ħlas jew le;

2.

Informazzjoni dettaljata dwar iċ-ċentru/ċentri tal-ittestjar użat(i) minn fornituri minn pajjiż terz u t-testijiet imwettqa minn ċentri bħal dawn;

3.

Informazzjoni dettaljata dwar il-metodi użati matul l-ipproċessar tat-tessuti u taċ-ċelloli inklużi dettalji dwar il-validazzjoni għall-proċedura ta' proċessar kritiku;

4.

Deskrizzjoni dettaljata tal-faċilitajiet, tagħmir kritiku u materjali u kriterji użati għall-kontroll tal-kwalità u l-kontroll tal-ambjent għal kull attività mwettqa mill-fornitur minn pajjiż terz;

5.

Informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjonijiet għar-rilaxx ta' tessuti u ċelloli mill-fornitur jew fornituri minn pajjiż terz;

6.

Dettalji ta' kwalunkwe sottokuntratturi użati minn fornituri minn pajjiżi terzi, inklużi l-isem, il-post u l-attività mwettqa;

7.

Sommarju tal-aktar spezzjoni riċenti tal-fornitur minn pajjiż terz mill-awtorità jew awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, inklużi d-data tal-ispezzjoni, it-tip ta' spezzjoni u l-konklużjonijiet ewlenin;

8.

Sommarju tal-aktar verifika riċenti tal-fornitur minn pajjiż terz imwettqa minn, jew f'isem l-istabbiliment li jimporta t-tessuti.

9.

Kwalunkwe akkreditazzjoni nazzjonali jew internazzjonali rilevanti.


ANNESS IV

Rekwiżiti minimi dwar il-kontenut ta' ftehimiet bil-miktub bejn stabbilimenti li jimportaw it-tessuti u l-fornituri minn pajjiżi terzi tagħhom

Bl-eċċezzjoni ta' importazzjonijiet ta' darba kif definit fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, li ġew eżentati minn dawn ir-rekwiżiti, il-ftehim bil-miktub bejn l-istabbiliment li jimporta t-tessuti u l-fornitur minn pajjiż terz għandu jkun fih tal-anqas dawn id-dispożizzjonijiet.

1.

Informazzjoni dettaljata dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-istabbiliment li jimporta t-tessuti bil-għan li jiżgura li l-istandards ta' kwalità u sikurezza stabbiliti fid-Direttiva 2004/23/KE jintlaħqu u r-rwoli u r-responsabbiltajiet miftiehma b'mod reċiproku taż-żewġ partijiet li jiżguraw li tessuti u ċelloli importati huma ta' standards ta' kwalità u sikurezza ekwivalenti;

2.

Klawżola li tiżgura li l-fornitur minn pajjiż terz jipprovdi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III B ta' din id-Direttiva lill-istabbiliment li jimporta t-tessuti;

3.

Klawżola li tiżgura li l-fornitur minn pajjiż terz jinforma lill-istabbiliment li jimporta t-tessuti bi kwalunkwe avventimenti jew reazzjonijiet avversi serji reali jew suspettati li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sikurezza tat-tessuti u ċ-ċelloli impurtati jew li jkunu se jiġu importati mill-istabbiliment li jimporta t-tessuti;

4.

Klawżola li tiżgura li l-fornitur minn pajjiż terz jinforma lill-istabbiliment li jimporta t-tessuti bi kwalunkwe bidliet sostanzjali fl-attivitajiet tiegħu, inkluż kwalunkwe revoka jew sospensjoni, kollha kemm hi jew parti minnha, tal-awtorizzazzjoni tiegħu li jesporta t-tessuti u ċ-ċelloli jew deċiżjonijiet oħra bħal dawn ta' nuqqas ta' konformità mill-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz, li jistgħu jinfluwenzaw il-kwalità u s-sikurezza ta' tessuti u ċelloli importati jew li għandhom jiġu importati mill-istabbiliment li jimporta t-tessuti;

5.

Klawżola li tiggarantixxi lill-awtorità jew lill-awtoritajiet kompetenti d-dritt li jispezzjonaw l-attivitajiet tal-fornitur minn pajjiż terz, inklużi spezzjonijiet fuq il-post, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu dan fil-kuntest tal-ispezzjoni tagħhom tal-istabbiliment li jimporta t-tessuti. Il-klawżola għandha tiggarantixxi wkoll lill-istabbiliment li jimporta t-tesstuti d-dritt li jivverifika b'mod regolari l-fornitur minn pajjiż terz tiegħu;

6.

Il-kundizzjonijiet miftiehma li għandhom jintlaħqu għat-trasport ta' tessuti u ċelloli bejn il-fornitur minn pajjiż terz u l-istabbiliment li jimporta t-tessuti;

7.

Klawżola li tiżgura li rekords tad-donaturi dwar tessuti u ċelloli importati jinżammu mill-fornitur minn pajjiż terz jew is-sottokuntrattur tiegħu, f'konformità mar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, għal 30 snin wara l-akkwist u li jsir provvediment xieraq għaż-żamma tagħhom fil-każ li l-fornitur minn pajjiż terz jieqaf jopera;

8.

Dispożizzjonijiet għar-reviżjoni regolari u, fejn ikun meħtieġ, ir-reviżjoni tal-ftehim bil-miktub inkluż sabiex jirriflettu kwalunkwe bidliet fir-rekwiżiti ta' standards ta' kwalità u ta' sikurezza tal-UE stabbiliti fid-Direttiva 2004/23/KE;

9.

Lista tal-proċeduri operattivi standard kollha tal-fornitur minn pajjiż terz dwar il-kwalità u s-sikurezza ta' tessuti u ċelloli importati u l-impenn biex dawn jiġu pprovduti fuq talba.


DEĊIŻJONIJIET

9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/69


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/567

tas-7 ta' April 2015

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-Litwanja bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini

(notifikata bid-dokument C(2015) 2161)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffetwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-paragrafu 4 tal-Anness A.I tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jista' jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi rigward il-merħliet bovini.

(2)

Il-Kapitolu 1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE (2) jelenka l-Istati Membri li huma ddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(3)

Il-Litwanja ressqet dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tat-territorju kollu tagħha mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus ta' Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi fir-rigward tal-merħliet bovini. Għaldaqstant, għandu jiġi ddikjarat bħala Stat Membru uffiċjalment ħieles mit-tuberkulożi fir-rigward tal-merħliet bovini.

(4)

Għalhekk, il-lista stabbilita fil-Kapitolu 1 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandha tiġi emendata biex tinkludi l-Litwanja.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE hu emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta' Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta' uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, bruċellożi u lewkożi bovina enzootika ta' xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74).


ANNESS

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2003/467/KE, il-Kapitolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“IL-KAPITOLU 1

Stati Membri uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi

Kodiċi ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

EE

L-Estonja

FR

Franza

LV

Il-Latvja

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Iżvezja”


9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/71


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/568

tas-7 ta' April 2015

li temenda l-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/725/UE fejn tidħol id-definizzjoni tal-lattoferrina bovina

(notifikata bid-dokument C(2015) 2173)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/725/UE (2) tal-Kummissjoni tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-lattoferrina bovina bħala ingredjent ġdid tal-ikel.

(2)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/725/UE tistipula l-ispeċifikazzjonijiet għal-lattoferrina bovina. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet fihom definizzjoni tal-lattoferrina bovina. Din id-definizzjoni qed tiġi emendata biex tiddeskrivi aħjar l-ingredjent tal-ikel il-ġdid awtorizzat.

(3)

Għalhekk id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/725/UE qed tiġi emendata skont dan.

(4)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/725/UE, id-definizzjoni tal-lattoferrina bovina tinbidel b'dan li ġej:

 

“Il-lattoferrina bovina (bLF) hija proteina li tokkorri b'mod naturali fil-ħalib tal-baqar. Din hija glikoproteina ferroleganti, ta' madwar 77 kDa, u tikkonsisti f'katina unika ta' polipeptidi ta' 689 aċidu amminiku.

Il-bLF hija iżolata mill-ħalib xkumat jew il-ġobon moxx permezz ta' skambju joniku u stadji sussegwenti ta' ultrafiltrazzjoni. Fl-aħħar nett din titnixxef jew b'mod lijofilizzat jew b'atomizzazzjoni u l-partikoli kbar jintgħarblu.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil Morinaga Milk Industry Co., Ltd, 33-1, Shiba 3-chome, Minato-ku, Tokyo 108-8384, Japan.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/725/UE tat-22 ta' Novembru 2012 li tawtorizza l-kummerċjalizzazzjoni tal-lattoferrina bovina bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Morinaga) (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 46).


9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/72


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/569

tas-7 ta' April 2015

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fir-rigward tal-ekwivalenza bejn il-merħliet bovini uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi fl-Istati Membri u fi New Zealand u t-tagħrif fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali dwar il-kwantità ta' semen

(notifikata bid-dokument C(2015) 2187)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE tal-14 ta' Ġunju 1988 li tistabilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju u għal importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1), l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 10(2), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 11(2) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness I tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE (2) jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimportaw semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (“semen”). New Zealand huwa inkluż f'dik il-lista. Barra minn hekk, it-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u għat-tranżitu minnha għal semen mibgħut miċ-ċentru għall-ġbir tas-semen fejn ġie miġbur is-semen.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE (3) tistipula regoli għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta' annimali bovini u tipprevedi programmi ta' monitoraġġ u qerda ta' ċertu mard li jaffettwa dawk l-annimali, inkluż it-tuberkulożi. New Zealand talab biex il-programm tiegħu ta' kontroll tat-tuberkolożi bovina jiġi rikonoxxut bħala ekwivalenti għall-programmi ta' monitoraġġ u qerda tat-tuberkulożi bovina implimentati mill-Istati Membri f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE. It-tagħrif ipprovdut minn New Zealand dwar il-programm tiegħu ta' kontroll tat-tuberkolożi bovina juri li l-istatus tat-tuberkulożi bovina ta' merħla bovina kklassifikata bħala “C2”, skont l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Organiżmi ta' Ħsara għat-tuberkolożi bovina ta' New Zealand, huwa ekwivalenti għall-istatus tat-tuberkulożi bovina ta' merħla bovina li fi Stat Membru tkun rikonoxxuta bħala “merħla bovina uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi” f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE.

(3)

Għalhekk, il-lista tal-pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen stipulata fl-Anness I u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stipulat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu l-kundizzjonijiet speċjali li permezz tagħhom l-Unjoni tirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-klassifikazzjoni ta' merħliet bovini bħala “C2” fi ħdan il-qafas tal-programm ta' kontroll tat-tuberkulożi bovina implimentat fi New Zealand bil-kundizzjonijiet stipulati f'Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE għal merħla bovina fi Stat Membru rikonoxxuta bħala li hija “merħla bovina uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi”.

(4)

Sabiex jitnaqqsu iktar il-piżijiet amministrattivi għaċ-ċentri veterinarji u għall-veterinarju uffiċjali, ikun xieraq li t-tagħrif dwar il-kwantità totali ta' tubi ta' semen fil-kunsinna jitneħħa mill-punt I.28. tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stipulat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE, għaliex dan it-tagħrif diġà jkun iddikjarat fil-punt I.20. ta' dak il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali.

(5)

Barra minn hekk, jeħtieġ li fil-punt I.28. tat-tabella tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stipulat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE tiddaħħal kolonna fejn jista' jiġi speċifikat it-tagħrif dwar il-kwantità ta' tubi ta' semen miġbura f'data partikolari minn barri donatur identifikat bħala li jissodisfa kundizzjonijiet partikolari għall-marda tal-ilsien blu u l-marda emorraġika epiżootika.

(6)

Għalhekk, l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE għandhom jiġu emendati skont dan.

(7)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-importazzjonijiet ta' kunsinni ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi bovina lejn l-Unjoni, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa skont it-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fil-verżjoni tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni għandu jkun awtorizzat matul perjodu ta' tranżizzjoni soġġett għal ċertu kundizzjonijiet.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu ta' tranżizzjoni sat-30 ta' Ġunju 2015, jistgħu jkomplu jiddaħħlu fl-Unjoni kunsinni ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi bovina li jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa tal-annimali xieraq maħruġ mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2015 skont il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali stipulat fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE fil-verżjoni tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 194, 22.7.1988, p. 10.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/630/UE tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-importazzjonijiet fl-Unjoni tas-semen tal-annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini (ĠU L 247, 24.9.2011, p. 32).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64).


ANNESS

L-Annessi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/630/UE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jiġi mibdul b'dan li ġej:

“ANNESS I

Lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom li mingħandhom l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-importazzjoni ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi bovina

Kodiċi ISO

Isem il-pajjiż terz

Rimarki

Deskrizzjoni tat-territorju

(jekk inhu xieraq)

Garanziji addizzjonali

AU

L-Awstralja

 

Il-garanziji addizzjonali dwar l-ittestjar stipulati fil-punt II.5.4.1 u/jew fil-punt II.5.4.2 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II huma obbligatorji.

CA

Il-Kanada (*1)

It-territorju kif deskritt bħala CA-1 fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.

 

CH

L-Iżvizzera (*2)

 

 

CL

Iċ-Ċilì

 

 

GL

Greenland

 

 

IS

L-Iżlanda

 

 

NZ

New Zealand (*3)

 

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

 

US

L-Istati Uniti

 

Il-garanziji addizzjonali dwar l-ittestjar stipulati fil-punt II.5.4.1 u/jew fil-punt II.5.4.2 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fit-Taqsima A tal-Parti 1 tal-Anness II huma obbligatorji.

(2)

Fil-Parti 1 tal-Anness II, it-Taqsima A tinbidel b'dan li ġej:

“TAQSIMA A

Il-mudell 1 — Ċertifikat tas-saħħa tal-annimali applikabbli għal importazzjonijiet fl-Unjoni u tranżitu fiha ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi tal-bovini miġbur, proċessat u maħżun skont id-Direttiva tal-Kunsill 88/407/KEE, mibgħut minn ċentru tal-ġbir tas-semen fejn inġabar is-semen

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

Image 7

Test ta 'immaġni

(*1)  Il-mudell taċ-ċertifikat li għandu jintuża għall-importazzjonijiet mill-Kanada huwa stipulat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/290/KE tal-4 ta' April 2005 dwar ċertifikati ssimplifikati għall-importazzjoni fis-semen tal-annimali tal-ifrat u laħam frisk tal-majjal mill-Kanada u li temenda d-Deċiżjoni 2004/639/KE (għas-semen miġbur fil-Kanada biss) u dan huwa stipulat skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar il-miżuri sanitarji għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti mill-annimali, kif approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE.

(*2)  Il-mudell taċ-ċertifikati li jridu jintużaw għall-importazzjonijiet mill-Isvizzera huma stabbiliti fl-Anness D tad-Direttiva 88/407/KEE, bl-adattamenti stabbiliti fil-punt 4 tal-Kapitolu VII(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 ta' dan il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-prodotti agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera.

(*3)  Għall-finijiet ta' importazzjonijiet ta' semen ta' annimali domestiċi tal-ispeċi bovina fl-Unjoni, l-istatus tat-tuberkulożi bovina ta' merħla bovina kklassifikata bħala ‘C2’, skont l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ġestjoni tal-Organiżmi ta' Ħsara għat-tuberkulożi bovina ta' New Zealand, huwa ekwivalenti għall-istatus tat-tuberkulożi bovina ta' merħla bovina li fi Stat Membru hija rikonoxxuta bħala ‘merħla bovina uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulożi’ f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 2 tal-Anness A.I tad-Direttiva 64/432/KEE.”


9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/80


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/570

tas-7 ta' April 2015

li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fi ħnieżer slavaġ f'ċerti żoni tal-Estonja u l-Latvja

(notifikata bid-dokument C(2015) 2200)

(It-testi bl-Estonjan u bil-Latvjan biss huma awtentiċi)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda id-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2002/60/KE tintroduċi l-miżuri minimi tal-Unjoni għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom dawk li għandhom jiġu applikati jekk tiġi kkonfermata l-preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ.

(2)

Fl-2014, l-Estonja u l-Latvja kkonfermaw il-preżenza tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u adottaw miżuri għall-kontroll tal-marda kif stipulat fid-Direttiva 2002/60/KE. Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (2) ġiet stabbilita lista tal-Unjoni ta' żoni ta' riskju għoli biex jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa għall-kontroll u biex ikun evitat it-tixrid tal-mard. Fil-Partijiet I, II, u III ta' dak l-Anness hemm lista taż-żoni fl-Estonja u fil-Latvja fejn se jiġu implimentati l-pjanijiet tal-eradikazzjoni.

(3)

Fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika u f'konformità mad-Direttiva 2002/60/KE, l-Estonja u l-Latvja ppreżentaw lill-Kummissjoni l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni kkonċernati rispettivi tagħhom.

(4)

Il-Kummissjoni għarblet sew il-pjanijiet li ppreżentaw l-Estonja u l-Latvja u sabithom konformi mad-Direttiva 2002/60/KE.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pjan ippreżentat mill-Estonja fil-11 ta' Diċembru 2014 għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa approvat.

Artikolu 2

Il-pjan ippreżentat mil-Latvja fis-26 ta' Settembru 2014 għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fiż-żoni msemmija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa approvat.

Artikolu 3

L-Estonja u l-Latvja għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet imsemmija fl-Artikoli 1 u 2.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja u lir-Repubblika tal-Latvja.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' April 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(2)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


LINJI GWIDA

9.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 93/82


LINJA GWIDA (UE) 2015/571 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta' Novembru 2014

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/15 dwar statistika monetarja u finanzjarja (BĊE/2014/43)

Il-kunsill governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 5.1, 12.1 u 14.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn (2),

Wara li kkunsidra l-Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-qafas legali tal-kontijiet u tar-rapportar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (3),

Billi:

(1)

Huwa meħtieġ li tiġi aġġornata l-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-ħruġ ta' titoli biex jitqiesu aġġornamenti għas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010, u li tibda l-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-ħruġ tat-titoli minn korporazzjonijiet vetturi finanzjarji involuti fi tranżazzjonijiet ta' titolizzazzjoni (“FVCs”) fi ħdan dan il-qafas.

(2)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġu emendati r-rekwiżiti ta' rapportar għat-tranżazzjonijiet ta' ħlas li jinvolvu istituzzjonijiet finanzjarji mhux monetarji mniżżla fil-Linja Gwida BĊE/2014/15 (4), sabiex b'hekk tiġi żgurata r-reġistrazzjoni adegwata ta' ċerti strumenti u servizzi nazzjonali ta' ħlas li mhumiex imsemmija jew koperti b'mod espliċitu mid-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għall-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2014/15

L-Anness II tal-Linja Gwida BĊE/2014/15 huwa emendat kif gej:

1.

Il-Parti 12 hija mibdula bit-test fl-Anness għal din il-Linja Gwida;

2.

fil-Parti 16, it-Tabella 3 hija mibdula b'li ġej:

 

“Mibgħuta

Riċevuti

Partiti memo

Numru ta' tranżazzjonijiet

Valur tat-tranżazzjonijiet

Numru ta' tranżazzjonijiet

Valur tat-tranżazzjonijiet

Tranżazzjonijiet skont it-tip ta' strument ta' ħlas

Trasferimenti ta' kreditu

Mibdija b'mod elettroniku

li minnhom:

 

 

 

 

Mibdija fuq bażi ta' ħlas uniku

 

 

 

 

li minnhom:

 

 

 

 

Ħlasijiet elettroniċi bbażati fuq servizzi bankarji online

Ġeo 1

Ġeo 1

Krediti fil-kontijiet b'entrata sempliċi fil-kont

Ġeo 0

Ġeo 0

Debiti mill-kontijiet b'entrata sempliċi fil-kont

Ġeo 0

Ġeo 0

 

 

 

Trasferimenti ta' flus

Ġeo 3

Ġeo 3

Ġeo 2

Ġeo 2

Tranżazzjonijiet permezz ta' apparat tat-telekomunikazzjoni, diġitali jew tal-IT

Ġeo 1

Ġeo 1

Ġeo 2

Ġeo 2

Servizzi oħra (mhux inklużi fid-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas)

Ġeo 4

Ġeo 4

—”

3.

fil-Parti 16, qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

Servizzi oħra (mhux inklużi fid-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas) — servizzi relatati mal-ħlas barra minn dawk is-servizzi ddefiniti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2007/64/KE.”

.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u implimentazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-Anness ta' din il-Linja Gwida u japplikawha mid-data tal-adozzjoni tagħha.

3.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikolu 1(2) ta' din il-Linja Gwida u japplikawha mill-1 ta' Jannar 2015.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)   ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)   ĠU L 372, 31.12.1986, p. 1.

(3)   ĠU L 35, 9.2.2011, p. 31.

(4)  Linja Gwida BĊE/2014/15 tal-4 ta' April 2014 dwar statistika monetarja u finanzjarja (ĠU L 340, 26.11.2014, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1).


ANNESS

“PARTI 12

Statistika dwar il-ħruġ ta' titoli

Taqsima 1: Introduzzjoni

L-istatistika dwar il-ħruġ ta' titoli għaż-żona tal-euro tipprovdi żewġ aggregati ewlenin:

l-emissjonijiet kollha mir-residenti taż-żona tal-euro fi kwalunkwe valuta, u

l-emissjonijiet kollha madwar id-dinja f'euro, kemm domestiċi kif ukoll internazzjonali.

Għandha ssir distinzjoni prinċipali fuq il-bażi tar-residenza tal-emittent li permezz tagħha l-BĊNi tal-Eurosistema jkopru b'mod kollettiv l-emissjonijiet kollha mir-residenti taż-żona tal-euro (1). Il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali (BIS) jirrapporta ħruġ mill-‘bqija tad-dinja’ (RoW), billi jirreferi għar-residenti kollha mhux fiż-żona tal-euro (inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali li mhumiex residenti fiż-żona tal-euro).

It-tabella ta' hawn isfel tiġbor fl-qosor ir-rekwiżiti tar-rapportar.

 

Ħruġ ta' titoli

Minn residenti taż-żona tal-euro

(kull BĊN jirrapporta dwar ir-residenti domestiċi tiegħu)

Minn residenti tar-RoW

(BIS/BĊN)

Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro

Pajjiżi oħra

F'euro/denominazzjonijiet nazzjonali

Blokk A

Blokk B

F'valuti oħra  (*1)

Blokk Ċ

Blokk D

mhuwiex meħtieġ

Taqsima 2: Rekwiżiti ta' rapportar

Tabella 1

Formola tar-rapportar Blokk Agħall-BĊNi

 

EMITTENTI RESIDENTI DOMESTIĊI//EURO/DENOMINAZZJONIJIET NAZZJONALI

Ammonti pendenti

Ħruġ gross

Fidi

Ħruġ nett (*3)

 

A1

A2

A3

A4

1.   TITOLI TA' DEJN B'TERMINU QASIR  (*2)

Total

S1

S68

S135

S202

BĊE/BĊN

S2

S69

S136

S203

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S3

S70

S137

S204

OFIs

S4

S71

S138

S205

Li minnhom FVC

S5

S72

S139

S206

Awżiljari finanzjarji

S6

S73

S140

S207

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S7

S74

S141

S208

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S8

S75

S142

S209

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S9

S76

S143

S210

Gvern ċentrali

S10

S77

S144

S211

Stat u gvern lokali

S11

S78

S145

S212

Fondi tas-sigurtà soċjali

S12

S79

S146

S213

 

 

 

 

 

2.   TITOLI TA' DEJN B'TERMINU TWIL  (*2)

Total

S13

S80

S147

S214

BĊE/BĊN

S14

S81

S148

S215

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S15

S82

S149

S216

OFIs

S16

S83

S150

S217

Li minnhom FVC

S17

S84

S151

S218

Awżiljari finanzjarji

S18

S85

S152

S219

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S19

S86

S153

S220

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S20

S87

S154

S221

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S21

S88

S155

S222

Gvern ċentrali

S22

S89

S156

S223

Stat u gvern lokali

S23

S90

S157

S224

Fondi tas-sigurtà soċjali

S24

S91

S158

S225

 

 

 

 

 

2.1   li minnhom ħruġ b'rata fissa:

Total

S25

S92

S159

S226

BĊE/BĊN

S26

S93

S160

S227

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S27

S94

S161

S228

OFIs

S28

S95

S162

S229

Li minnhom FVC

S29

S96

S163

S230

Awżiljari finanzjarji

S30

S97

S164

S231

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S31

S98

S165

S232

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S32

S99

S166

S233

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S33

S100

S167

S234

Gvern ċentrali

S34

S101

S168

S235

Stat u gvern lokali

S35

S102

S169

S236

Fondi tas-sigurtà soċjali

S36

S103

S170

S237

 

 

 

 

 

2.2   li minnhom ħruġ b'rata varjabbli:

Total

S37

S104

S171

S238

BĊE/BĊN

S38

S105

S172

S239

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S39

S106

S173

S240

OFIs

S40

S107

S174

S241

Li minnhom FVC

S41

S108

S175

S242

Awżiljari finanzjarji

S42

S109

S176

S243

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S43

S110

S177

S244

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S44

S111

S178

S245

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S45

S112

S179

S246

Gvern ċentrali

S46

S113

S180

S247

Stat u gvern lokali

S47

S114

S181

S248

Fondi tas-sigurtà soċjali

S48

S115

S182

S249

 

 

 

 

 

2.3   li minnhom bonds mingħajr kupun:

Total

S49

S116

S183

S250

BĊE/BĊN

S50

S117

S184

S251

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S51

S118

S185

S252

OFIs

S52

S119

S186

S253

Li minnhom FVC

S53

S120

S187

S254

Awżiljari finanzjarji

S54

S121

S188

S255

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S55

S122

S189

S256

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S56

S123

S190

S257

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S57

S124

S191

S258

Gvern ċentrali

S58

S125

S192

S259

Stat u gvern lokali

S59

S126

S193

S260

Fondi tas-sigurtà soċjali

S60

S127

S194

S261

 

 

 

 

 

3.   ISHMA KKWOTATI  (*4)

Total

S61

S128

S195

S262

BĊE/BĊNi

S62

S129

S196

S263

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S63

S130

S197

S264

OFIs

S64

S131

S198

S265

Awżiljari finanzjarji

S65

S132

S199

S266

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S66

S133

S200

S267

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S67

S134

S201

S268

 

 

 

 

 


Tabella 2

Formola tar-rapportar Blokk C għall-BĊNi

 

EMITTENTI RESIDENTI DOMESTIĊI//VALUTI OĦRAJN

Ammonti pendenti

Ħruġ gross

Fidi

Ħruġ nett

 

C1

C2

C3

C4

4.   TITOLI TA' DEJN GĦAL PERJODU QASIR

Total

S269

S335

S401

S467

BĊE/BĊN

S270

S336

S402

S468

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S271

S337

S403

S469

OFIs

S272

S338

S404

S470

Li minnhom FVC

S273

S339

S405

S471

Awżiljari finanzjarji

S274

S340

S406

S472

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S275

S341

S407

S473

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S276

S342

S408

S474

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S277

S343

S409

S475

Gvern ċentrali

S278

S344

S410

S476

Stat u gvern lokali

S279

S345

S411

S477

Fondi tas-sigurtà soċjali

S280

S346

S412

S478

 

 

 

 

 

5.   TITOLI TA' DEJN B'TERMINU TWIL

Total

S281

S347

S413

S479

BĊE/BĊN

S282

S348

S414

S480

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S283

S349

S415

S481

OFIs

S284

S350

S416

S482

Li minnhom FVC

S285

S351

S417

S483

Awżiljari finanzjarji

S286

S352

S418

S484

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S287

S353

S419

S485

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S288

S354

S420

S486

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S289

S355

S421

S487

Gvern ċentrali

S290

S356

S422

S488

Stat u gvern lokali

S291

S357

S423

S489

Fondi tas-sigurtà soċjali

S292

S358

S424

S490

 

 

 

 

 

5.1   li minnhom ħruġ b'rata fissa:

Total

S293

S359

S425

S491

BĊE/BĊN

S294

S360

S426

S492

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S295

S361

S427

S493

OFIs

S296

S362

S428

S494

Li minnhom FVC

S297

S363

S429

S495

Awżiljari finanzjarji

S298

S364

S430

S496

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S299

S365

S431

S497

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S300

S366

S432

S498

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S301

S367

S433

S499

Gvern ċentrali

S302

S368

S434

S500

Stat u gvern lokali

S303

S369

S435

S501

Fondi tas-sigurtà soċjali

S304

S370

S436

S502

 

 

 

 

 

5.2   li minnhom ħruġ b'rata varjabbli:

Total

S305

S371

S437

S503

BĊE/BĊN

S306

S372

S438

S504

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S307

S373

S439

S505

OFIs

S308

S374

S440

S506

Li minnhom FVC

S309

S375

S441

S507

Awżiljari finanzjarji

S310

S376

S442

S508

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S311

S377

S443

S509

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S312

S378

S444

S510

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S313

S379

S445

S511

Gvern ċentrali

S314

S380

S446

S512

Stat u gvern lokali

S315

S381

S447

S513

Fondi tas-sigurtà soċjali

S316

S382

S448

S514

 

 

 

 

 

5.3   li minnhom bonds mingħajr kupun:

Total

S317

S383

S449

S515

BĊE/BĊN

S318

S384

S450

S516

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S319

S385

S451

S517

OFIs

S320

S386

S452

S518

Li minnhom FVC

S321

S387

S453

S519

Awżiljari finanzjarji

S322

S388

S454

S520

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S323

S389

S455

S521

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S324

S390

S456

S522

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S325

S391

S457

S523

Gvern ċentrali

S326

S392

S458

S524

Stat u gvern lokali

S327

S393

S459

S525

Fondi tas-sigurtà soċjali

S328

S394

S460

S526

 

 

 

 

 

6.   ISHMA KKWOTATI

Total

S329

S395

S461

S527

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S330

S396

S462

S528

OFIs

S331

S397

S463

S529

Awżiljari finanzjarji

S332

S398

S464

S530

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S333

S399

S465

S531

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S334

S400

S466

S532


Tabella 3

Formola ta' rapportar Blokk A għall-partiti tal-memorandum għall-BĊNi

 

EMITTENTI RESIDENTI DOMESTIĊI//EURO/DENOMINAZZJONIJIET NAZZJONALI

Ammonti pendenti

Ħruġ gross

Fidi

Ħruġ nett

 

A1

A2

A3

A4

6.   ISHMA KKWOTATI

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S533

S544

S555

S566

 

 

 

 

 

7.   ISHMA MHUX IKKWOTATI

Total

S534

S545

S556

S567

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S535

S546

S557

S568

OFIs

S536

S547

S558

S569

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S537

S548

S559

S570

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S538

S549

S560

S571

 

 

 

 

 

8.   EKWITÀ OĦRA

Total

S539

S550

S561

S572

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S540

S551

S562

S573

OFIs

S541

S552

S563

S574

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S542

S553

S564

S575

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S543

S554

S565

S576

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

1.   Residenza tal-emittent

Ħruġ minn sussidjarji, li huma proprjetà ta' persuni mhux residenti fil-pajjiż li jirrapporta, li joperaw fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż li jirrapporta, għandu jiġi kklassifikat bħala ħruġ minn unitajiet residenti tal-pajjiż li jirrapporta.

Ħruġ minn uffiċċji prinċipali, li jinsabu fit-territorju ekonomiku tal-pajjiż li jirrapporta, li joperaw fuq livell internazzjonali għandu jiġi kkunsidrat ukoll bħala ħruġ minn unitajiet residenti. Ħruġ minn uffiċċji prinċipali jew sussidjarji li jinsabu barra t-territorju ekonomiku tal-pajjiż li jirrapporta li iżda huma proprjetà tar-residenti tal-pajjiż li jirrapporta għandu jiġi kkunsidrat bħala ħruġ minn persuni mhux residenti. Pereżempju, il-ħruġ minn Volkswagen Brażil huwa kkunsidrat bħala mwettaq minn unitajiet residenti fil-Brażil u mhux fit-territorju tal-pajjiż li jirrapporta. Fin-nuqqas ta' kull dimensjoni fiżika ta' intrapriża, ir-residenza tagħha tiġi ddeterminata skont it-territorju ekonomiku li skont il-liġijiet tiegħu l-intrapriża tkun inkorporata jew irreġistrata (2).

Biex jiġi evitat li jingħadd darbtejn jew ikun hemm il-vojt, ir-rapportar tal-ħruġ minn entitajiet bi skop speċjali (SPEs) għandu jiġi indirizzat bilateralment, li jinvolvi r-rapportaturi kkonċernati. Il-BĊNi, u mhux il-BIS, għandhom jirrapportaw ħruġ mill-SPEs li jissodisfaw il-kriterji ta' residenza tal-ESA 2010 u huma kklassifikati bħala residenti taż-żona tal-euro.

2.   Taqsim settorjali ta' emittenti

Il-ħruġ għandu jiġi kklassifikat skont is-settur li jġarrab l-obbligazzjoni għat-titoli maħruġa. Il-klassifikazzjoni settorjali tinkludi t-tnax-il tip ta' emittenti li ġejjin:

BĊE/BĊNi,

MFIs oħrajn,

OFIs,

li minnhom korporazzjonijiet finanzjarji vettura involuti fit-titolizzazzjoni,

awżiljarji finanzjarji,

istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi,

korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni (3),

korporazzjonijiet mhux finanzjarji,

gvern ċentrali,

Stat u gvern lokali,

fondi tas-sigurtà soċjali,

istituzzjonijiet internazzjonali.

It-titoli maħruġin permezz ta' SPEs fejn l-obbligazzjoni aħħarija għall-ħruġ tiġġarrab mill-organizzazzjoni parent u mhux mill-SPE, għandhom jiġu attribwiti lill-organizzazzjoni parent u mhux lill-SPE. Pereżempju, il-ħruġ minn SPE ta' ‘AJAX Electronics’, korporazzjoni mhux finanzjarja li tinsab fil-pajjiż fiż-żona tal-euro ‘Pajjiż A’, irid jiġi allokat lis-settur tal-korporazzjoni mhux finanzjarja u rrapportat lill-Pajjiż A. Madankollu, l-SPE u l-parent tagħha jridu jkunu residenti fl-istess pajjiż. Għaldaqstant, fejn il-kumpanija parent mhijiex residenti tal-pajjiż li jirrapporta, l-SPE għandha tiġi ttrattata bħala residenti nazzjonali tal-pajjiż li jirrapporta, u s-settur tal-ħruġ għandu jkun allinjat mal-funzjoni ekonomika tal-SPE. Pereżempju, jekk ‘ACME Motors’ kienet korporazzjoni mhux finanzjarja residenti fil-Ġappun li tipproduċi l-karozzi u ‘ACME Motor Finance’ kienet sussidjarja residenti fil-pajjiż fiż-żona tal-euro ‘Pajjiż B’, il-ħruġ minn ACME Motor Finance irid jiġi attribwit lill-istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi tal-Pajjiż B, billi l-kumpanija parent ACME Motors mhijiex residenti fl-istess pajjiż. L-unika eċċezzjoni għal dan huwa fil-każ ta' SPEs li l-proprjetarju tagħhom huwa l-gvern, f'liema każ it-titolu jiġi rreġistrat bħala maħrup mill-gvern fil-pajjiż tal-organizzazzjoni parent. (4)

Korporazzjoni pubblika li tiġi privatizzata billi toħroġ ishma kkwotati għandha tiġi allokata lis-settur ta' korporazzjoni mhux finanzjarja. B'mod simili, istituzzjoni ta' kreditu pubblika (CI) li hija privatizzata għandha tiġi allokata lill-MFIs li mhumiex fis-settur tal-banek ċentrali. Il-ħruġ minn unitajiet domestiċi jew istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ għandu jiġi kklassifikat bħala ħruġ minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji.

3.   Maturità tal-ħruġ

Titoli ta' dejn b'terminu qasir jinkludu titoli li għandhom maturità oriġinali ta' sena jew anqas, anki jekk jinħarġu taħt faċilitajiet fuq terminu itwal.

Titoli ta' dejn b'terminu twil jinkludu titoli li għandhom maturità oriġinali ta' aktar minn sena. Ħruġ b'dati ta' maturità opzjonali, li l-aħħar waħda minnhom hija aktar minn sena 'l bogħod, u ħruġ b'dati ta' maturità indefiniti, huma kklassifikati bħala b'terminu twil.

Qasma ta' maturità ta' sentejn, bħal fl-istatistika tal-karta tal-bilanċ tal-MFI, mhijiex meħtieġa.

4.   Klassifikazzjoni skont ir-rata tal-imgħax tat-titoli ta' dejn b'terminu twil

Titoli ta' dejn b'terminu twil huma maqsuma fi:

 

Titoli ta' dejn b'rata tal-imgħax fissa, jiġifieri titoli ta' dejn li jinħarġu u jinfdew bil-valur nominali tagħhom u titoli ta' dejn li jinħarġu bi skont jew bi primjum fuq il-valur nominali tagħhom.

 

Titoli ta' dejn bir-rata tal-imgħax varjabbli, jiġifieri titoli ta' dejn fejn ir-rata tal-kupun u/jew tal-kapital sottostanti tkun marbuta mal-indiċi tal-prezz ġenerali għal oġġetti u servizzi (bħall-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur), rata tal-imgħax, jew prezz ta' assi li jirriżulta f'pagament ta' kupun nominali varjabbli matul il-ħajja tal-ħruġ. Għall-finijiet tal-istatistika tal-ħruġ tat-titoli, titoli ta' dejn b'rata tal-imgħax imħallta huma kklassifikati bħala b'rata tal-imgħax varjabbli (5).

 

Bonds bla kupun maħruġa bi skont, jiġifieri strumenti li ma jħallsu ebda imgħax u li jinħarġu bi skont konsiderevoli mal-valur nominali tagħhom. Il-biċċa l-kbira tal-iskont jirrappreżenta l-ekwivalenti tal-imgħax akkumulat matul ħajjet il-bond.

5.   Klassifikazzjoni tal-ħruġ

Il-ħruġ huwa analizzat taħt żewġ gruppi wesgħin: (a) titoli ta' dejn (6), u (b) ishma kkwotati (7). Titoli maħruġa permezz ta' tqegħid privat huma koperti sa fejn hu possibbli. Strument tas-suq monetarju huwa inkluż mingħajr distinzjoni bħala parti mit-titoli ta' dejn. Ishma mhux ikkwotati (8) u ekwità oħra (9) jistgħu jiġu rrapportati fuq bażi volontarja bħala żewġ partiti separati tal-memorandum. Ishma/unitajiet maħruġa mill-fondi tas-swieq tal-flus u fondi oħra ta' investiment huma esklużi.

Din li ġejja hija lista mhux eżawrjenti ta' strumenti li jaqgħu taħt l-istatistika dwar il-ħruġ ta' titoli:

(a)

titoli ta' dejn

(i)

titoli ta' dejn b'terminu qasir

L-istrumenti li ġejjin huma inklużi bħala minimu.

Kambjali tat-Teżor u karti oħra b' terminu qasir maħruġa mil-gvern ġenerali.

Karta negozjabbli b'terminu qasir maħruga minn korporazzjonijiet finanzjarji u mhux finanzjarji. Jintużaw varjetà ta' termini għal karta bħal din inkluż karta kummerċjali, kambjali kummerċjali, ċedoli, kambjali ta' negozju, kambjali u ċertifikati ta' depożitu.

Titoli b'terminu qasir maħruġin skont faċilitajiet ta' ħrug ta' noti sottoskritti b'terminu twil.

Aċċettazzjonijiet tal-bankiera.

(ii)

titoli ta' dejn b'terminu twil

L-istrumenti li ġejjin iservu bħala eżempju u jinkludu bħala minimu.

Bonds anonimi.

Bonds subordinati.

Bonds b'għażla ta' dati ta' maturità, bl-aħħar waħda tkun aktar minn sena 'l bogħod.

Bonds perpetwi jew mingħajr data.

Noti b'rata varjabbli.

Bonds konvertibbli.

Bonds koperti.

Titoli marbutin ma' indiċi fejn il-valur tal-kapital huwa marbut ma' indiċi tal-prezz, mal-prezz ta' komodità jew ma' indiċi tar-rata tal-kambju.

Bonds skontati ħafna, li għandhom pagamenti żgħar tal-kupun u huma maħruġa bi skont għall-valur hekk kif jidher.

Bonds mingħajr kupun.

Euro bonds.

Bonds globali.

Bonds maħruġin privatament.

Titoli li jirriżultaw minn konverżjoni ta' self.

Self li sar negozjabbli de facto.

Debentures u stokk ta' self konvertibbli f'ishma, kemm jekk ishma tal-korporazzjoni emittenti jew ishma ta' kumpanija oħra, sakemm ma jkunux ġew ikkonvertiti. Meta tkun separabbli mill-bond sottostanti, l-għażla tal-konverżjoni, li hija kkunsidrata bħala derivattiv finanzjarju, hija eskluża.

Ishma jew stokks li jħallsu dħul fiss imma ma jipprovdux għall-parteċipazzjoni fid-distribuzzjoni tal-valur residwu tal-korporazzjoni max-xoljiment, inklużi ishma ta' preferenza mhux parteċipanti.

Assi finanzjarji maħruġa bħala parti mit-titolizzazzjoni ta' self, ipoteki, dejn tal-karti ta' kreditu, kontijiet riċevibbli u assi oħra.

L-istrumenti li ġejjin huma esklużi:

tranżazzjonijiet f'titoli bħala parti minn ftehim ta' xiri mill-ġdid;

ħruġ ta' titoli mhux negozjabbli;

self mhux negozjabbli.

(b)

Ishma kkwotati

Ishma kkwotati jinkludu dawn li ġejjin.

Ishma tal-kapital maħruġa minn kumpaniji b'responsabbiltà limitata.

Ishma mifdija f'kumpaniji b'responsabbiltà limitata.

Ishma ta' dividendi maħruġa minn kumpaniji b'responsabbiltà limitata.

Titoli preferuti jew ta' preferenza jew ishma li jipprovdu għall-parteċipazzjoni fid-distribuzzjoni tal-valur residwu max-xoljiment ta' korporazzjoni. Dawn jistgħu jkunu kkwotati jew mhux ikkwotati f'borża rikonoxxuta.

Tqegħid privat meta jkun possibbli.

Jekk kumpanija tiġi privatizzata u l-gvern iżomm parti mill-ishma iżda l-parti l-oħra tiġi kkwotata fuq suq regolat, il-valur sħiħ tal-kapital tal-kumpanija jiġi rreġistrat fi ħdan l-ammonti pendenti tal-ishma kkwotati, peress li l-ishma kollha jistgħu potenzjalment jiġu nnegozjati fi kwalukwe ħin bil-valur tas-suq. L-istess japplika jekk parti mill-ishma tinbiegħ lil investituri kbar u l-parti li jifdal biss, jiġifieri dik ‘free float’, tkun innegozjata fil-borża.

Ishma kkwotati jeskludu:

ishma offruti għall-bejgħ iżda li ma jittieħdux mal-ħruġ;

obbligazzjonijiet u stokk ta' self konvertibbli f'ishma, li huma inklużi ladarba jiġu kkonvertiti f'ishma;

l-ekwità ta' msieħba b'responsabbilità illimitata f'soċjetajiet inkorporati;

investimenti tal-gvern fil-kapital ta' organizzazzjonijiet internazzjonali li huma legalment ikkostitwiti bħala korporazzjonijiet b'kapital azzjonarju;

ħruġ ta' ishma bonus fil-ħin tal-ħruġ biss u ħruġ ta' ishma maqsuma; madankollu l-ishma bonus u l-ishma maqsuma huma inklużi mingħajr distinzjoni fl-istokk totali ta' ishma kkwotati.

6.   Valuta tal-ħruġ

Bonds b'valuti doppji għandhom jiġu kklassifikati skont id-denominazzjoni tal-bond. Bonds b'valuti doppji huma ddefiniti bħala bonds li huma skedati li jiġu mifdija jew il-kupun imħallas f'munita differenti mid-denominazzjoni tal-bond. Jekk jinħareġ bond globali f'aktar minn valuta waħda, kull porzjon għandu jiġi rrapportat bħala ħruġ separat, skont il-valuta tal-ħruġ tiegħu. Fejn il-ħruġ huwa ddenominat f'żewġ valuti, eż. 70 % f'euro u 30 % f'dollari Amerikani, il-komponenti rilevanti tal-ħruġ għandhom jiġu rrapportati separatament fejn possibbli skont id-denominazzjoni tal-valuta. Għalhekk, fl-eżempju mogħti 70 % tal-ħrug għandu jkun irapportat bħala ħruġ f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali (10) u 30 % bħala ħruġ f'valuti ohra. Fejn ma jkunx possibbli li jkunu identifikati l-komponenti tal-valuta ta' ħarġa, l-analiżi dettaljata attwali magħmula mill-pajjiż li jkun qiegħed jirrapporta tkun indikata fin-noti nazzjonali ta' spjegazzjoni.

7.   Ħin tar-reġistrazzjoni tal-ħruġ

Ħruġ jitqies li jkun seħħ meta l-emittent jirċievi l-pagament, u mhux meta is-sindakat jassumi l-impenn.

8.   Rikonċiljazzjoni tal-ishma u l-flussi

Il-BĊNi għandhom jissottomettu informazzjoni dwar ammonti pendenti, ħruġ gross, fidi u ħruġ nett ta' titoli ta' dejn b'terminu qasir u b'terminu twil u dwar ishma kkwotati.

It-tabella ta' hawn isfel tindika r-rabta bejn l-istokks (jiġifieri ammonti pendenti) u l-flussi (jiġifieri ħruġ gross, fidi u ħruġ nett). Fil-prattika, ir-rabta hija aktar kumplessa minħabba l-bidliet fil-prezz u fil-valutazzjoni tar-rata tal-kambju, l-interess investit mill-ġdid (jiġifieri akkumulat), il-klassifikazzjonijiet mill-ġdid, ir-reviżjonijiet u aġġustamenti oħra.

(i)

Ħruġ pendenti fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportar

Ħruġ pendenti fit-tmiem tal-aħħar perjodu ta' rapportar

+

Ħruġ gross matul il-perjodu ta' rapportar

Fidi matul il-perjodu ta' rapportar

+

Klassifikazzjonijiet mill-ġdid u bidliet oħrajn

(ii)

Ħruġ pendenti fit-tmiem tal-perjodu ta' rapportar

Ħruġ pendenti fit-tmiem tal-aħħar perjodu ta' rapportar

+

Ħruġ nett matul il-perjodu ta' rapportar

 

 

+

Klassifikazzjonijiet mill-ġdid u bidliet oħrajn

(a)   Ħruġ gross

Ħruġ gross matul il-perjodu ta' rapportar għandu jinkludi l-ħruġ kollu ta' titoli ta' dejn u ishma kkwotati fejn l-emittent ibiegħ titoli li jkunu għadhom kemm inħolqu għal flus kontanti. Dan jikkonċerna l-ħolqien regolari ta' strumenti ġodda. Il-punt ta' żmien li fih intemm il-ħruġ huwa ddefinit bħala ż-żmien li fih isir il-pagament; ir-reġistrazzjoni tal-ħruġ għandha għalhekk tirrifletti kemm jista' jkun mill-qrib it-tempestività tal-pagament għall-ħruġ sottostanti.

Għall-ishma kkwotati, il-ħruġ gross ikopri l-ishma li jkunu għadhom kemm inħolqu li jinħarġu għall-flus kontanti minn korporazzjonijiet ikkwotati fuq borża għall-ewwel darba, inklużi kumpaniji li għadhom kif inħolqu jew kumpaniji privati li jsiru kumpaniji pubbliċi. Il-ħruġ gross ikopri wkoll l-ishma li jkunu għadhom kemm inħolqu li jinħarġu għall-flus kontanti matul il-privatizzazzjoni ta' korporazzjonijiet pubbliċi meta l-ishma tal-korporazzjoni jiġu kkwotati fuq borża. Il-ħruġ ta' ishma bonus għandu jiġi eskluż (11). Il-ħruġ gross m'għandux jiġi rrapportat f'każ ta' kkwotar uniku ta' korporazzjoni fuq borża fejn ma jiġi ġġenerat ebda kapital ġdid.

L-iskambju jew it-trasferiment ta' titoli eżistenti matul akkwiżizzjoni jew fużjoni ma humiex koperti (12) fil-ħruġ gross irrapportat jew il-fidi, ħlief għall-istrumenti ġodda li jinħolqu u jinħarġu għall-flus kontanti minn entità residenti taż-żona tal-euro.

Il-ħruġ ta' titoli li aktar tard jistgħu jiġu kkonvertiti fi strumenti oħra għandu jiġi rreġistrat bħala ħruġ fil-kategorija oriġinali tagħhom tal-istrument; mal-konverżjoni tagħhom huma għandhom jiġu rreġistrati bħala li ġew mifdija minn din il-kategorija ta' strument, b'ammont identiku mbagħad jiġi trattat bħala ħruġ gross f'kategorija ġdida (13).

(b)   Fidi

Il-fidi matul il-perjodu ta' rapportar ikopri x-xiri kollu mill-ġdid ta' titoli ta' dejn u ishma kkwotati mill-emittent, fejn l-investitur jirċievi flus kontanti għat-titoli. Il-fidi jikkonċerna t-tħassir regolari tal-istrumenti. Dawn ikopru t-titoli ta' dejn kollha li jilħqu d-data ta' maturità tagħhom, kif ukoll il-fidjiet bikrin. Xiri lura ta' ishma minn kumpaniji huwa kopert jekk il-kumpanija jew terġa' tixtri lura l-ishma kollha għall-flus qabel ma tinbidel il-forma legali tagħha, jew tixtri mill-ġdid parti mill-ishma tagħha għall-flus kontanti u sussegwentament tikkanċellahom, li jwassal għal tnaqqis fil-kapital. Xiri lura ta' ishma minn kumpaniji mhuwiex kopert jekk jirrappreżentaw investimenti fl-ishma tagħhom stess (14).

Il-fidi ma għandux jiġi rrapportat fil-każ ta' tneħħija unika minn borża.

(ċ)   Ħruġ nett

Il-ħruġ nett huwa l-bilanċ tal-ħruġ gross kollu li minnu jitnaqqas il-fidi kollu li seħħ matul il-perjodu ta' rapportar.

L-ammonti pendenti ta' ishma kkwotati għandhom ikopru l-valur tas-suq tal-ishma kkwotati kollha tal-entitajiet residenti. L-ammonti pendenti ta' ishma kkwotati rrapportati minn pajjiż taż-żona tal-euro jistgħu b'hekk jiżdiedu jew jonqsu wara riallokazzjoni ta' entità kkwotata. Dan japplika wkoll fil-każ ta' akkwiżizzjoni jew fużjoni meta l-ebda strument ma jinħoloq u jinħareġ għall-flus kontanti u/jew jinfeda għall-flus kontanti u jitħassar. Biex jiġi evitat li t-titoli ta' dejn u ishma kkwotati jingħaddu darbtejn jew ikun hemm lakuni bejniethom f'każ ta' rilokazzjoni tal-emittent għal pajjiż residenti ieħor, il-BĊNi rilevanti għandhom jikkoordinaw l-għażla taż-żmien ta' rapportar ta' tali avveniment bilateralment.

9.   Valutazzjoni

Il-valur ta' ħruġ tat-titoli jinkludi komponent tal-prezz u, fejn il-ħruġ huwa ddenominat f'valuta li mhijiex il-valuta tar-rapportar, komponent tar-rata tal-kambju.

Il-BĊNi għandhom jirrapportaw it-titoli ta' dejn tagħhom bil-valur hekk kif jidher (15) u l-ishma kkwotati bil-valur tas-suq. Għal titoli ta' dejn b'terminu twil jistgħu jintużaw metodi differenti għall-valutazzjoni li jiddependu fuq it-tip ta' rata tal-imgħax, li jirriżultaw f'valutazzjoni mħallta għat-total. Pereżempju, il-ħruġ b'rata fissa u rata varjabbli huma ġeneralment ivvalutati bil-valur hekk kif jidher, u l-bonds mingħajr kupun bil-valur nominali. Ġeneralment, l-ammont relattiv ta' bonds bla kupun huwa żgħir, biex b'hekk ma jsir ebda provvediment għal valur ta' valutazzjoni mħallat fil-lista tal-kodiċijiet; l-ammont totali ta' titoli ta' dejn fit-tul huwa rrapportat bil-valur hekk kif jidher. Fejn il-kobor tal-fenomenu huwa sinifikanti, jintuża l-valur ‘Z’ għal ‘mhux speċifikat’. B'mod ġenerali, kull meta jkun hemm sitwazzjoni fejn isseħħ valutazzjoni mħallta, il-BĊN jipprovdi dettalji fil-livell ta' attribut skont l-attributi fl-Anness III.

(a)

Valutazzjoni tal-prezz

L-istokks u l-flussi ta' ishma kkwotati għandhom jiġu rrapportati bil-valur tas-suq.

Issir eċċezzjoni għar-reġistrazzjoni tal-istokks u l-flussi ta' titoli ta' dejn bil-valur hekk kif jidher fir-rigward ta' bonds bi skont qawwi u bonds bla kupun, fejn il-ħruġ gross u l-ammonti pendenti huma rreġistrati bil-valur nominali, jiġifieri l-prezz skontat meta jsir il-ħruġ flimkien mal-imgħax dovut, u l-fidi mal-maturità bil-valur hekk kif jidher. Il-valur nominali tal-ammonti pendenti tal-bonds mingħajr kupun jista' jiġi kkalkulat kif indikat hawn taħt.

Formula

fejn

A

=

valur nominali = ammont effettiv imħallas u imgħax dovut

E

=

prezz skontat fil-ħin tal-ħruġ (ammont imħallas fil-ħin tal-ħruġ)

P

=

valur hekk kif jidher (imħallas sal-aħħar tal-maturità)

T

=

iż-żmien għall-maturità mid-data tal-ħruġ (f'jiem)

t

=

żmien mid-data tal-ħruġ (f'jiem)

Jista' jkun hemm ċerti differenzi fil-proċedura ta' valutazzjoni tal-prezz bejn pajjiż u ieħor.

L-approċċ ta' valutazzjoni tal-prezz tal-ESA 2010, li jeħtieġ li l-flussi tat-titoli ta' dejn u l-ishma għandhom jiġu rreġistrati bil-valur tat-tranżazzjoni u l-istokks bil-valur tas-suq, mhuwiex applikat f'dan il-kuntest.

Għal bonds bi skont qawwi u bonds mingħajr kupun, il-BĊN li jirrapporta għandu jikkalkula l-imgħax akkumulat fejn fattibbli.

(b)

Il-valuta tar-rapportar u l-valutazzjoni tar-rata tal-kambju

Il-BĊNi għandhom jirrapportaw id-dejta kollha lill-BĊE espressi f'euro, inklużi is-serje storika. Għall-konverżjoni f'euro ta' titoli maħruġin minn residenti domestiċi f'valuti oħrajn (Blokk Ċ) (16), il-BĊNi għandhom isegwu mill-qrib kemm jista' jkun il-prinċipji ta' valutazzjoni tar-rata tal-kambju bbażati fuq l-ESA 2010 (17), kif indikati hawn taħt.

(i)

Ħruġ pendenti għandu jiġi kkonvertit f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali bir-rata tal-kambju medjana tas-suq rilevanti li jkun hemm prevalenti fl-aħħar tal-perjodu tar-rapportar, jiġifieri fl-għeluq tan-negozju fl-aħħar jum tax-xogħol tal-perjodu tar-rapportar.

(ii)

Ħruġ gross u fidi għandhom jiġu maqlubin f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali li jużaw ir-rata tal-kambju medjana tas-suq li tkun predominanti fil-ħin tal-pagament. Jekk ma jkunx possibbli li tiġi identifikata r-rata tal-kambju eżatta applikabbli għall-konverżjoni, tista' tintuża rata ta' kambju li tkun kemm jista' jkun qrib ir-rata medjana tas-suq meta jsir il-pagament.

10.   Konsistenza kunċettwali

L-istatistika dwar il-ħruġ tat-titoli u l-istatistika tal-karta tal-bilanċ tal-MFI huma marbutin għall-finijiet tal-ħruġ ta' strumenti negozjabbli mill-MFIs. Il-kopertura tal-istrumenti u tal-MFIs li joħorġuhom huma konċettwalment konsistenti, kif ukoll l-allokazzjoni tal-istrumenti għal faxex ta' maturità u t-taqsim tal-valuta. Jeżistu differenzi bejn l-istatistika dwar il-ħruġ ta' titoli u l-istatistika tal-karta tal-bilanċ tal-MFI fir-rigward tal-prinċipji ta' valutazzjoni (jiġifieri fir-rigward ta' titolu ta' dejn, il-valur hekk kif jidher fir-rigward tal-ewwel u l-valur tas-suq għal din tal-aħħar). Ħlief għad-differenzi fil-valutazzjoni u l-innettjar ta' investimenti tagħhom f'titoli fuq il-karta tal-bilanċ tal-MFIs għal kull pajjiż, l-ammont li jifdal ta' titoli maħruġa mill-MFIs irrapportati għall-istatistika dwar il-ħruġ ta' titoli tikkorrispondi għall-partiti 11 (‘titoli ta' dejn maħruġa’) fuq in-naħa tal-passiv tal-karta tal-bilanċ tal-MFI. Titoli ta' dejn b'terminu qasir kif iddefiniti għall-istatistika ta' ħruġ ta' titoli jikkorrispondu mat-titoli ta' dejn maħruġa sa sena. Titoli ta' dejn b'terminu twil kif iddefiniti għall-istatistika ta' ħruġ ta' titoli huma ugwali għas-somma tat-titoli ta' dejn maħruġa wara sena u sa sentejn u t-titoli ta' dejn maħruġa fuq firxa ta' sentejn.

Il-BĊNi għandhom jirrevedu l-kopertura tal-istatistika tal-ħruġ tat-titoli u l-istatistika tal-karta tal-bilanċ tal-MFI u jindikaw lill-BĊE kull differenza kunċettwali. Isiru tliet tipi ta' verifiki għall-konsistenza fir-rigward ta' ħruġ minn: (a) BĊNi f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali; (b) MFIs minbarra banek ċentrali f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali; u (c) MFIs minbarra banek ċentrali f'valuti oħra. Jistgħu jirriżultaw differenzi kunċettwali bejn l-istatistika tal-ħruġ ta' titoli u l-istatistika tal-karta tal-bilanċ tal-MFI, billi l-istatistika tal-ħruġ ta' titoli u l-istatistika tal-karta tal-bilanċ tal-MFI huma dderivati minn sistemi ta' rapportar nazzjonali b'finijiet differenti.

11.   Rekwiżiti ta' dejta

Il-prospetti statistiċi huma mistennija minn kull pajjiż għal kull serje ta' żmien applikabbli. Il-BĊNi għandhom jinnotifikaw lill-BĊE malajr bil-miktub bi spjegazzjonijiet jekk partita partikolari ma tapplikax f'pajjiż partikolari. Il-BĊNi jistgħu jiġu eżenti b mod temporanju mir-rapportar ta' serje ta' ħin jekk il-fenomenu sottostanti ma jeżistix. Il-BĊNi għandhom jinnotifikaw ukoll din l-okkorrenza jew kull bidla oħra fl-iskema tar-rapportar deskritta fl-Anness III. Barra minn dan, għandhom jinformaw lill-BĊE meta r-reviżjonijiet jintbagħtu flimkien ma' spjegazzjonijiet fuq in-natura ta' dawn ir-reviżjonijiet.

Taqsima 3: Noti spjegattivi nazzjonali

Kull BĊN għandu jissottometti rapport li jiddeskrivi d-dejta pprovduta fil-kuntest ta' dan l-eżerċizzju. Ir-rapport għandu jkopri s-suġġetti speċifikati hawn taħt u jsegwi l-format propost kemm jista' jkun mill-qrib. Il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali f'każijiet meta d-dejta rrapportata ma tikkonformax ma' din il-Linja Gwida, jew meta ma jkunux ipprovdew id-dejta, u r-raġunijiet għal dan. Ir-rapport m'għandux jiġi sottomess aktar tard mid-dejta.

1.   Sorsi tad-dejta/sistema tal-ġbir tad-dejta: dettalji dwar is-sorsi tad-dejta użati għall-kumpilazzjoni tal-istatistika tal-ħruġ tat-titoli għandhom jingħataw: sorsi amministrattivi għall-ħruġ mill-gvern, rapportar dirett mill-MFIs u istituzzjonijiet oħrajn, gazzetti, u fornituri tad-dejta bħall-International Financial Review eċċ. Il-BĊNi għandhom jindikaw jekk id-dejta nġabritx u nħażnitx fuq il-bażi ta' ħarġa b'ħarġa, u l-kriterji tagħhom. Alternattivament, il-BĊNi għandhom jindikaw jekk id-dejta nġabritx u nħażnitx b'mod mhux distingwibbli bħala ammonti maħruġin minn emittenti individwali matul perjodu ta' rapportar, eż. għal sistemi diretti ta' ġbir tad-dejta. Il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kriterji użati fir-rapportar dirett għall-identifikazzjoni tal-aġenti tar-rapportar u l-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa.

2.   Proċeduri ta' kumpilazzjoni: il-metodu użat għall-kumpilazzjoni ta' dejta f'dan l-eżerċizzju għandu jiġi deskritt fil-qosor, eż. l-aggregazzjoni ta' informazzjoni fuq ħruġ ta' titoli individwali, arranġamenti għas-serje ta' ħin eżistenti u jekk humiex ippubblikati jew le.

3.   Residenza tal-emittent: Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw jekk huwiex possibbli li japplikaw b'mod sħiħ id-definizzjoni ta' residenza tal-ESA 2010 (u l-FMI) fil-klassifikazzjoni tal-ħruġ. Jekk dan ma jkunx possibbli, jew ikun possibbli parzjalment biss, il-BĊNi għandhom jipprovdu spjegazzjoni sħiħa tal-kriterji użati attwalment.

4.   Taqsim settorjali tal-emittenti: Il-BĊNi għandhom jindikaw id-devjazzjonijiet mill-klassifikazzjoni tal-emittenti skont it-taqsim settorjali ddefinit fit-Taqsima 2 punt 2. In-noti għandhom jispjegaw id-devjazzjonijiet identifikati u l-kwistjonijiet dubjużi.

5.   Munita tal-ħruġ: jekk ma jkunx possibbli jiġu identifikati b'mod separat il-komponenti tal-munita tal-ħruġ, il-BĊNi għandhom jispjegaw id-devjazzjonijiet mir-regoli. Barra minn hekk, il-BĊNi li ma jistgħux jagħmlu distinzjoni għat-titoli kollha bejn il-ħruġ f'denominazzjonijiet lokali, f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali oħra u f'valuti oħra, għandhom jiddeskrivu fejn dan il-ħruġ ġie kklassifikat u jindikaw l-ammont totali ta' ħruġ li ma ġiex allokat b'mod xieraq biex jindikaw id-daqs tad-distorsjoni.

6.   Klassifikazzjoni tal-ħruġ: Il-BĊNi għandhom jipprovdu informazzjoni komprensiva dwar it-tip ta' titoli koperti mid-dejta nazzjonali, inklużi l-kundizzjonijiet nazzjonali tagħhom. Jekk il-kopertura tkun magħrufa li hija parzjali, il-BĊNi għandhom jispjegaw il-lakuni eżistenti. B'mod partikolari, il-BĊNi għandhom jipprovdu l-informazzjoni li tidher hawn taħt.

—   Pjazzamenti privati: Il-BĊNi għandhom jindikaw jekk humiex koperti jew le fid-dejta rrapportata.

—   Aċċettazzjonijiet tal-bankiera: jekk negozjabbli u inklużi fid-dejta rrapportata għal titoli ta' dejn b'terminu qasir, il-BĊN li jirrapporta għandu jispjega fin-noti spjegattivi nazzjonali l-proċeduri nazzjonali għar-reġistrazzjoni ta' dawn l-istrumenti u n-natura tagħhom.

—   Ishma kkwotati: Il-BĊNi għandhom jindikaw jekk l-ishma mhux ikkwotati jew ekwità oħra humiex koperti fid-dejta rapportata bi stima tal-ammont ta' ishma mhux ikkwotati u/jew ekwità oħra biex jintwera d-daqs tad-distorsjoni. Il-BĊNi għandhom jindikaw fin-noti spjegattivi nazzjonali kull lakuna magħrufa fil-kopertura tal-ishma kkwotati.

7.   Analiżi tal-istrument tat-titoli ta' dejn b'terminu twil: jekk is-somma tal-bonds b'rata fissa, rata varjabbli u bla kupun ma twassalx għat-total tat-titoli ta' dejn b'terminu twil, il-BĊNi għandhom jagħtu t-tip u l-ammont ta' titoli b'terminu twil li għalihom mhuwa disponibbli ebda tqassim.

8.   Maturità tal-ħruġ: jekk l-applikazzjoni stretta tad-definizzjonijiet tat-titoli ta' dejn b'terminu twil u qasir ma tistax tiġi segwita, il-BĊNi għandhom jindikaw fin-noti spjegattivi tagħhom fejn id-dejta rrapportata tiddevja.

9.   Fidi: Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw kif jidderivaw l-informazzjoni dwar il-fidi u jekk l-informazzjoni tinġabarx b'rapportar dirett jew tiġix ikkalkolata skont ir-residwu.

10.   Valutazzjoni tal-prezz: Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw fid-dettall fin-noti spjegattivi nazzjonali, il-proċedura ta' valutazzjoni użata għal (a) titoli ta' dejn b'terminu qasir; (b) titoli ta' dejn b'terminu twil; (c) bonds bi skont; u (d) ishma kkwotati. Kull differenza fil-valutazzjoni għall-istokks u l-flussi għandha tiġi spjegata.

11.   Frekwenza tar-rapportar, tempestività u firxa ta' żmien: Il-BĊNi għandhom jispeċifikaw il-punt safejn id-dejta kkumpilata għal dan l-eżerċizzju tkun ingħatat f'konformità mal-ħtigijiet tal-utent, jiġifieri b'tempestività ta' ħames ġimgħat għad-dejta ta' kull xahar. It-tul tas-serje taż-żmien pprovdut għandu jingħata wkoll. Kwalunkwe waqfien fis-serje għandu jiġi rrapportat, pereżempju d-differenzi fil-kopertura tat-titoli matul iż-żmien.

12.   Reviżjonijiet: Il-BĊNi għandhom jipprovdu noti qosra ta' spjegazzjoni għal kull reviżjoni u jikkjarifikaw ir-raġuni għalihom u l-firxa taghhom.

13.   Kopertura stmata għal kull strument maħruġ minn residenti domestiċi: Il-BĊNi jagħtu stimi nazzjonali tal-kopertura tat-titoli għal kull kategorija tal-ħrug mir-residenti domestiċi, jiġifieri ħruġ ta' titoli b'terminu qasir, titoli b'terminu twil, u ishma kkwotati, f'valuta lokali, denominazzjonijiet oħra nazzjonali/tal-euro inklużi l-ECU, u valuti oħrajn skont it-tabella t'hawn taħt. L-istimi għal ‘kopertura f' %’ għandhom jindikaw is-sehem ta' titoli koperti f'kull kategorija ta' strumenti bħala perċentwali mill-ħruġ totali, li għandhom jiġu rrapportati taħt l-intestatura rilevanti skont ir-regoli ta' rapportar. Deskrizzjonijiet qosra jistgħu jkunu pprovduti f'‘kummenti’. Il-BĊNi għandhom jindikaw ukoll kull tibdil fil-kopertura bħala riżultat tal-adeżjoni mal-unjoni monetarja.

 

Kopertura f'%:

Kummenti:

Ħruġ f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali

Denominazzjoni lokali

STS

 

 

LTS

 

 

QUS

 

 

Euro/denominazzjonijiet nazzjonali barra mill-munita lokali, inkluż l-ECU

STS

 

 

LTS

 

 

F'valuti oħra

STS

 

 

LTS

 

 

STS

=

Titoli ta' dejn b'terminu qasir

LTS

=

Titoli ta' dejn b'terminu twil

QUS

=

ishma kkwotati.

Taqsima 4: Rekwiżiti għall-Bank għas-Saldu Internazzjonali

Ir-rekwiżiti ta' rapportar għall-BIS isegwu l-istess prinċipji bħal dawk għall-BĊNi kif imsemmija fit-taqsimiet 1-3, ħlief għal dawn li ġejjin:

Tabella 4

Formola ta' Rapportar Blokk B għall-BIS

 

EMITTENTI RESIDENTI ROW//EURO/DENOMINAZZJONIJIET NAZZJONALI

Ammonti pendenti

Ħruġ gross

Fidi

 

B1

B2

B3

9.   TITOLI TA' DEJN B'TERMINU QASIR

Total

S577

S642

S707

BĊN

S578

S643

S708

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S579

S644

S709

OFIs

S580

S645

S710

Li minnhom FVC

S581

S646

S711

Awżiljari finanzjarji

S582

S647

S712

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S583

S648

S713

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S584

S649

S714

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S585

S650

S715

Gvern ċentrali

S586

S651

S716

Stat u gvern lokali

S587

S652

S717

Fondi tas-sigurtà soċjali

S588

S653

S718

Organizzazzjonijiet internazzjonali

S589

S654

S719

 

 

 

 

10.   TITOLI TA' DEJN B'TERMINU TWIL

Total

S590

S655

S720

BĊN

S591

S656

S721

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S592

S657

S722

OFIs

S593

S658

S723

Li minnhom FVC

S594

S659

S724

Awżiljari finanzjarji

S595

S660

S725

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S596

S661

S726

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S597

S662

S727

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S598

S663

S728

Gvern ċentrali

S599

S664

S729

Stat u gvern lokali

S600

S665

S730

Fondi tas-sigurtà soċjali

S601

S666

S731

Organizzazzjonijiet internazzjonali

S602

S667

S732

 

 

 

 

10.1   li minnhom ħruġ b'rata fissa:

Total

S603

S668

S733

BĊN

S604

S669

S734

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S605

S670

S735

OFIs

S606

S671

S736

Li minnhom FVC

S607

S672

S737

Awżiljari finanzjarji

S608

S673

S738

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S609

S674

S739

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S610

S675

S740

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S611

S676

S741

Gvern ċentrali

S612

S677

S742

Stat u gvern lokali

S613

S678

S743

Fondi tas-sigurtà soċjali

S614

S679

S744

Organizzazzjonijiet internazzjonali

S615

S680

S745

 

 

 

 

10.2   li minnhom ħruġ b'rata varjabbli:

Total

S616

S681

S746

BĊN

S617

S682

S747

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S618

S683

S748

OFIs

S619

S684

S749

Li minnhom FVC

S620

S685

S750

Awżiljari finanzjarji

S621

S686

S751

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S622

S687

S752

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S623

S688

S753

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S624

S689

S754

Gvern ċentrali

S625

S690

S755

Stat u gvern lokali

S626

S691

S756

Fondi tas-sigurtà soċjali

S627

S692

S757

Organizzazzjonijiet internazzjonali

S628

S693

S758

 

 

 

 

10.3   li minnhom bonds mingħajr kupun:

Total

S629

S694

S759

BĊN

S630

S695

S760

MFIs li mhumiex banek ċentrali

S631

S696

S761

OFIs

S632

S697

S762

Li minnhom FVC

S633

S698

S763

Awżiljari finanzjarji

S634

S699

S764

Istituzzjonijiet finanzjarji kaptivi

S635

S700

S765

Korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni u fondi tal-pensjoni

S636

S701

S766

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

S637

S702

S767

Gvern ċentrali

S638

S703

S768

Stat u gvern lokali

S639

S704

S769

Fondi tas-sigurtà soċjali

S640

S705

S770

Organizzazzjonijiet internazzjonali

S641

S706

S771

 

 

 

 

Maturità tal-ħruġ

Fir-rigward tal-maturità, il-BIS jikkunsidra l-ECP tad-dokument kummerċjali tal-euro kollha u l-karti tal-flus tal-euro taħt programm għal terminu qasir bħala strumenti b'terminu qasir, u l-istrumenti kollha maħruġa skont dokumentazzjoni għal żmien twil bħala strumenti b'terminu twil tkun xi tkun il-maturità oriġinali tagħhom.

Taqsim settorjali ta' emittenti

Il-BIS isegwi l-immappjar bejn it-taqsim settorjali ta' emittenti disponibbli fil-bażi ta' dejta tal-BIS u dawk mitluba fil-formoli tar-rapport, kif muri fit-tabella hawn isfel.

Taqsim settorjali fil-bażi ta' dejta tal-BIS

 

Klassifikazzjoni fil-formoli tar-rapport

Bank ċentrali

BĊN u BĊE

Banek kummerċjali

MFIs

OFI

OFIs

Gvern ċentrali

Gvern ċentrali

Gvern ieħor

Aġenziji tal-Istat

Stat u gvern lokali

Korporazzjonijiet

Korporazzjonijet mhux finanzjarji

Istituzzjonijiet internazzjonali.

Istituzzjonijiet internazzjonali (RoW)

Klassifikazzjoni tal-ħruġ

L-istrumenti li ġejjin inklużi fil-bażi ta' dejta tal-BIS huma kklassifikati bħala titoli ta' dejn fl-istatistika tal-ħruġ ta' titoli:

ċertifikati ta' depożitu,

karta kummerċjali,

kambjali tat-teżor,

bonds,

karta kummerċjali ddenominata f'euro,

noti ta' terminu medju,

karti oħra ta' terminu qasir.

Valutazzjoni

Ir-regoli ta' valutazzjoni attwali tal-BIS huma l-valur hekk kif jidher għat-titoli ta' dejn u l-prezz tal-ħruġ għall-ishma kkwotati.

Il-BIS jirrapporta lill-BĊE l-ħruġ kollu mir-residenti RoW f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali (Blokk B) f'dollari Amerikani permezz tar-rata tal-kambju fi tmiem il-perjodu għall-ammonti li jifdal u r-rata tal-kambju medja tal-perjodu għall-ħruġ u l-fidi. Il-BĊE jikkonverti d-dejta kollha f'euro permezz tal-istess prinċipju li kien applikat inizjalment mill-BIS. Għall-perjodi qabel l-1 ta' Jannar 1999, ir-rata tal-kambju bejn l-ECU u d-dollaru Amerikan trid tintuża bħala indikatur.”


(1)  Jekk ir-rapportaturi jiltaqgħu ma' kwistjoni metodoliġika li ma tkunx koperta espressament f'din il-Linja Gwida, għandhom japplikaw is-sistema Ewropea riveduta tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali (l-‘ESA 2010’) stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(*1)   ‘Valuti oħra’ tirreferi għall-valuti l-oħra kollha, inklużi l-valuti nazzjonali ta' Stati Membri mhux fiż-żona tal-euro.

(*2)  Titoli ta' dejn li mhumiex ishma jirreferu għal ‘titoli li m'humiex ishma, bl-esklużjoni ta' derivattivi finanzjarji’.

(*3)  Il-ħruġ nett huwa meħtieġ biss jekk il-BĊNi ma jkunux jistgħu jittrażmettu jew il-ħruġ gross jew il-fidi.

(*4)  L-ishma kkwotati jirriferu għal ‘ishma kkwotati bl-esklużjoni ta' fondi ta' investiment u ishma/unitajiet tal-fondi tas-suq monetarju’.

(2)  Ara l-paragrafu 2.07 tal-ESA 2010.

(3)  Fil-prattika, titoli ta' dejn ma jinħarġux minn fondi tal-pensjoni.

(4)  Ara l-paragrafi 2.17 sa 2.20 tal-ESA 2010.

(5)  Ara l-paragrafu 5.102 tal-ESA 2010.

(6)  Kategorija F.3 tal-ESA 2010.

(7)  Kategorija F.511 tal-ESA 2010.

(8)  Kategorija F.512 tal-ESA 2010.

(9)  Kategorija F.519 tal-ESA 2010.

(10)  Blokk A għall-BĊNi u Blokk B għall-BIS.

(11)  Mhux iddefinit bħala tranżazzjoni finanzjarja; ara l-paragrafi 5.158 u 6.59 tal-ESA 2010, u t-Taqsima 5(b) ta' din il-Parti.

(12)  Tranżazzjoni f'suq sekondarju li tinvolvi bidla fid-detentur ma hijiex koperta b'din l-istatistika.

(13)  Ikkonsidrati bħala żewġ tranżazzjonijiet finanzjarji; ara l-paragrafi 5.96 u 6.25 tal-ESA 2010, u t-Taqsima 5(a)(ii) ta' din il-Parti.

(14)  Tranżazzjoni f'suq sekondarju li tinvolvi bidla fid-detentur mhijiex koperta minn din l-istatistika.

(15)  Għal iktar dettall dwar id-definizzjoni ta' ‘valur hekk kif jidher’, ‘valur tas-suq’ u ‘valur nominali’ ara l-paragrafi 5.90, 7.38 u 7.39 tal-ESA 2010.

(16)  Mill-1 ta' Jannar 1999, għat-titoli maħruġa minn residenti domestiċi f'euro (parti mill-Blokk A), l-ebda valutazzjoni tar-rata tal-kambju ma hija meħtieġa, u t-titoli maħruġa minn residenti domestiċi f'euro/denominazzjonijiet nazzjonali (il-parti li tifdal mill-Blokk A) huma kkonvertiti f'euro billi jiġu applikati r-rati ta' konverżjoni irrevokabbli tal-31 ta' Diċembru 1998.

(17)  Ara l-paragrafu 6.64 tal-ESA 2010.