ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 84

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
28 ta' Marzu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/523 tal-25 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/524 tas-27 ta' Marzu 2015 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/525 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali ( 1 )

23

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż ( 1 )

30

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/527 tas-27 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

37

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK

39

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/529 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-21 ta' Jannar 2015 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/3 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/1)

64

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/530 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta' dejta dwar fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali (BĊE/2015/7)

67

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni 2013/462/UE tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża ( ĠU L 250, 20.9.2013 )

73

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 897/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża ( ĠU L 250, 20.9.2013 )

73

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/523

tal-25 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 43/2014 u (UE) 2015/104 fir-rigward ta' ċerti opportunitajiet tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 (1) ma jipprevedix limiti għall-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-ispnott (Dicentrarchus labrax) fil-Grigal tal-Atlantiku.

(2)

F'Ġunju tal-2014, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ħareġ parir xjentifiku dwar l-istokk tal-ispnott fil-Grigal tal-Atlantiku, u kkonferma li dan l-istokk ilu jonqos b'mod rapidu sa mill-2012. Barra minn hekk, il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) ivvaluta l-protezzjoni tal-ispnott mill-miżuri nazzjonali fis-seħħ u, b'mod ġenerali, qies li dawk il-miżuri mhumiex effettivi. L-ispnott huwa speċi li timmatura tard u tikber bil-mod. Bħalissa, il-mortalità mis-sajd tal-ispnott fil-Grigal tal-Atlantiku hija erba' darbiet ogħla mil-livell li jista' jiżgura r-rendiment massimu sostenibbli (MSY, maximum sustainable yield).

(3)

Il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/111 (2), ibbażat fuq l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), sabiex titnaqqas theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk tal-ispnott (Dicentrarchus labrax) fil-Baħar Ċeltiku, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Irlandiż u n-Nofsinhar tal-Baħar tat-Tramuntana.

Ukoll, is-sajd rikreattiv jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-mortalità mis-sajd ta' dak l-istokk. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti opportunitajiet tas-sajd fil-forma ta' limitu ta' kuljum fuq l-għadd ta' ħut li jista' jinżamm minn min jipprattika sajd rikreattiv. Is-sajd rikreattiv jinkludi diversi forom, bħal sajd minn bastiment għal użu rikreattiv jew is-sajd mill-kosta.

(4)

Sabiex ikunu evitati problemi ta' interpretazzjoni, l-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament (UE) 2015/104 jeħtieġ li jkun ifformulat sabiex jikkorrispondi għat-test fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(5)

Il-limiti ta' qbid għaċ-ċiċċirell fl-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES ġew iffissati għal żero fl-Anness IA tar-Regolament (UE) 2015/104, sa meta jasal il-parir tal-ICES. Il-parir tal-ICES dwar l-istokk ilu disponibbli mit-23 ta' Frar 2015, u issa huwa possibbli li tiġi ffissata qabda totali permissibbli (TAC, total allowable catch) għaċ-ċiċċirell f'din iż-żona, distribwita f'seba' żoni ta' amministrazzjoni sabiex jiġi evitat l-eżawriment lokali.

(6)

Huwa kunsiljabbli li jsir provvediment għal ċerta flessibbiltà inter-żonali għall-megrim li jikkostitwixxi l-istess stokk bijoloġiku għall-Istati Membri kollha bi kwota fiż-żoni rilevanti.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2015/104 fih żball fit-TAC u l-kwota għall-gambli tat-tramuntana fil-Baħar tat-Tramuntana, fejn kellu jiġi adottat trasferiment tat-TAC tal-2014. L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2015/104 għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ.

(8)

Għal xi stokkijiet, l-opportunitajiet tas-sajd u l-kondizzjonijiet ta' aċċess għar-riżorsi tas-sajd għal bastimenti fl-ilmijiet tal-Istati Kostali jiġu stabbiliti kull sena fid-dawl ta' konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn l-Istati Kostali rilevanti. Billi ma ntlaħaq ebda qbil dwar arranġamenti ta' kondiviżjoni tal-kwoti għall-2015 fir-rigward tal-aringa Atlantu-Skandjana, huwa xieraq li tiġi ffissata kwota awtonoma msejsa fuq is-sehem tal-Unjoni minn dan l-istokk f'dawn l-aħħar snin. Għaldaqstant, l-Anness IB tar-Regolament (UE) 2015/104 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(9)

Fit-tielet laqgħa annwali tagħha fl-2015, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd fin-Nofsinhar tal-Paċifiku (SPRFMO) adottat l-opportunitajiet tas-sajd li jikkonsistu minn qabda totali permissibli (TAC) għas-sawrell. Din il-miżura għandha tiġi implimentata fil-liġi tal-Unjoni.

(10)

Nota f'qiegħ paġna fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2015/104 bi żball semmiet ftehim li m'għadux jeżisti, u għaldaqstant għandha tiġi kkorreġuta.

(11)

Sabiex jirrifletti b'mod preċiż it-tqassim attwali tat-tagħmir tal-flotta Franċiża u Spanjola tas-sajd għat-tonn għall-2015, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/104, li jistipula l-limitazzjonijiet fuq is-sajd, il-kultivazzjoni u t-tismin tat-tonn.

(12)

Jeħtieġ li jiġi kkorreġut żball fit-tabella tat-TAC għall-kavalli (Scomber scombrus) fiż-żoni VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; fl-ilmijiet tal-Unjoni u internazzjonali ta' Vb; l-ilmijiet internazzjonali ta' IIa, XII u XIV (MAC/2CX14-).

(13)

Parir xjentifiku riċevut mingħand STECF fit-2 ta' Marzu 2015 jindika li tkun prekawzjoni li tiġi permessa kwota żgħira ta' qabdiet aċċessorji għar-raja ondjata (Raia undulata) fiż-żoni VIa, VIb, VIIa-c, VIId, VIIe-k, VIII u IX tal-ICES. Għaldaqstant, l-Anness IA tar-Regolament (KE) Nru 2015/104 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(14)

Filwaqt li skont il-proċedura prevista fil-ftehim dwar ir-relazzjonijiet fis-sajd mal-Gżejjer Faeroe, l-Unjoni kellha konsultazzjonijiet addizzjonali dwar arranġamenti reċiproċi tas-sajd mal-Gżejjer Faeroe fir-rigward tal-opportunitajiet tas-sajd għall-aringa Atlantu-Skandjana u l-istokkafixx għall-2015; huwa għaldaqstant xieraq li jiġu ffissati opportunitajiet tas-sajd għal dawn l-istokkijiet.

(15)

Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2015/104 għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

(16)

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 (4), meta aktar minn 75 % ta' TAC prekawzjonali jkunu intużaw qabel il-31 ta' Ottubru tas-sena tal-applikazzjoni tagħha, Stat Membru bi kwota għall-istokk jista' jitlob żieda fit-TAC. Il-Kummissjoni rċeviet talba għal żieda ta' 10 % tat-TAC għall-2014 għar-rebekkini u r-raj fil-Baħar tat-Tramuntana. L-informazzjoni bijoloġika ta' sostenn, ippreżentata mat-talba, ġiet ivverifikata u vvalidata minn esperti fiċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni.

(17)

L-Anness IA tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 (5) għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ.

(18)

Il-limiti ta' qbid previsti fir-Regolament (UE) 2015/104 japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015. Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament dwar il-limiti ta' qbid għandhom għaldaqstant japplikaw ukoll minn dik id-data. Tali applikazzjoni retroattiva hija mingħajr preġudizzju għall-prinċipji taċ-ċertezza legali u l-ħarsien ta' aspettattivi leġittimi billi l-opportunitajiet tas-sajd konċernati għadhom ma ġewx eżawriti. Madankollu, il-limitu ġdid ta' qbid għall-ispnott għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Billi l-modifika tal-limiti ta' qbid għandha influwenza fuq l-attivitajiet ekonomiċi u l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Għar-raġunijiet mogħtija fil-premessa (16), id-dispożizzjonijiet dwar opportunitajiet akbar tas-sajd għar-rebekkini u r-raj fil-Baħar tat-Tramuntana għandhom japplikaw b'effett mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 2 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti li ġejjin:

(a)

bastimenti tal-Unjoni;

(b)

bastimenti ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Unjoni.

2.   Għall-finijiet tal-Artikolu 11a, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għas-sajd rikreattiv.”

(2)

Fl-Artikolu 3 jiżdied il-punt li ġej:

“(m)

‘sajd rikreattiv’ tfisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi akkwatiċi ħajjin tal-baħar għal finijiet, fost l-oħrajn, ta' rikreazzjoni, turiżmu jew sport.”

(3)

L-Artikolu 7 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“Artikolu 7

Kondizzjonijiet għall-ħatt l-art ta' qabdiet u ta' qabdiet aċċessorji

1.   Il-qabdiet ta' speċijiet soġġetti għal limiti fuq il-qbid u li nqabdu fiż-żoni tas-sajd speċifikati fil-punt (a) tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art, kif stabbilit fl-Artikolu 15 ta' dak ir-Regolament (‘l-obbligu ta' ħatt l-art’).

2.   Il-ħut soġġett għal limiti ta' qbid li jinqabad f'żoni tas-sajd li mhumiex soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art għandhom jinżammu abbord jew jinħattu l-art biss jekk:

(a)

il-qabdiet ikunu ttieħdu minn bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita; jew

(b)

il-qabdiet jikkonsistu minn sehem fi kwota tal-Unjoni li ma ġietx allokata bi kwota fost l-Istati Membri, u dik il-kwota tal-Unjoni ma tkunx eżawrita.

3.   L-istokkijiet ta' speċijiet mhux fil-mira f'limiti bijoloġiċi sikuri msemmija fl-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 huma identifikati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament għall-finijiet ta' deroga mill-obbligu li l-qabdiet jingħaddu skont il-kwoti rilevanti previsti f'dak l-Artikolu.”

(4)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 11a

Sajd rikreattiv għall-ispnott fil-Grigal tal-Atlantiku

Fis-sajd rikreattiv fiż-żoni IVb, IVc, VIIa, VIId, VIIe, VIIf, VIIg, VIIh, VIIj u VIIk tal-ICES ma jistgħux jinżammu aktar minn tliet kampjuni ta' spnott għal kull persuna kuljum.”

(5)

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(6)

L-Anness IA tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

(7)

L-Anness IB tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.

(8)

L-Anness IJ tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa sostitwit mill-Anness V ta' dan ir-Regolament.

(9)

L-Anness III tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa sostitwit mill-Anness VI ta' dan ir-Regolament.

(10)

L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa sostitwit mill-Anness VII ta' dan ir-Regolament.

(11)

L-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat skont l-Anness VIII ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness IA tar-Regolament (UE) Nru 43/2014 huwa emendat skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 (3), (6), (7), (8), (9), (10) u (11) għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

L-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/104 tad-19 ta' Jannar 2015 li jiffissa għall-2015 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 43/2014 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 779/2014 (ĠU L 22, 28.1.2015, p. 1).

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/111 tas-26 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi miżuri sabiex tittaffa t-theddida serja għall-konservazzjoni tal-istokk tal-ispnott (Dicentrarchus labrax) fil-Baħar Ċeltiku, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Irlandiż u n-Nofsinhar tal-Baħar tat-Tramuntana (ĠU L 20, 27.1.2015, p. 31).

(3)  Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3).

(5)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 43/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jiffissa għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u gruppi ta' stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f'ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 24, 28.1.2014, p. 1).


ANNESS I

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/104 huwa emendat kif ġej:

1.

L-entrata li ġejja tiddaħħal fl-ewwel tabella (tabella li tqabbel l-ismijiet bil-Latin mal-ismijiet komuni) wara l-entrata għal Deania calcea:

“Dicentrarchus labrax

BSS

Spnott”

.

2.

L-entrata li ġejja tiddaħħal fit-tieni tabella (tabella li tqabbel l-ismijiet komuni mal-ismijiet bil-Latin) wara l-entrata tar-raja rotonda:

“Spnott

BSS

Dicentrarchus labrax”

.


ANNESS II

Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

(SRX/2AC4-C)

Il-Belġju

233 (1)  (2)  (3)

 

 

Id-Danimarka

9 (1)  (2)  (3)

 

 

Il-Ġermanja

11 (1)  (2)  (3)

 

 

Franza

36 (1)  (2)  (3)

 

 

In-Netherlands

198 (1)  (2)  (3)

 

 

Ir-Renju Unit

895 (1)  (2)  (3)

 

 

L-Unjoni

1 382  (1)  (3)

 

 

TAC

1 382  (3)

 

TAC ta' prekawzjoni

(1)  Qabdiet ta' raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/2AC4-C), raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/2AC4-C), raja batra (Raja brachyura) (RJH/2AC4-C) u raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/2AC4-C) għandhom jiġu rrapurtati separatament

(2)  Kwota għall-qabdiet aċċessorji. Dawn l-ispeċijiet ma għandhomx jammontaw għal aktar minn 25 %, f'piż ħaj, tal-qabda miżmuma abbord għal kull vjaġġ tas-sajd. Din il-kundizzjoni tapplika biss għal bastimenti b'tul totali ta' aktar minn 15-il metru.

(3)  Ma għandhiex tapplika għar-rebekkin skur (Dipturus batis) ir-raja kumplessa (Dipturus ara flossada u Dipturus ara. intermedia) u tal-kwiekeb (Amblyraja radiata). Meta dawn l-ispeċi jinqabdu b'mod aċċidentali, ma għandhiex issirilhom ħsara. Il-kampjuni maqbuda għandhom jinħelsu minnufih.


ANNESS III

Speċi:

Ċiċċirell

Ammodytes spp.

Żona:

L-ilmijiet Norveġiżi ta' IV

(SAN/04-N.)

Id-Danimarka

0

 

 

Ir-Renju Unit

0

 

 

L-Unjoni

0

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax


Speċi:

Ċiċċirell

Ammodytes spp.

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa, IIIa u IV (1)

Id-Danimarka

336 964  (2)

 

 

Ir-Renju Unit

7 366  (2)

 

 

Il-Ġermanja

515 (2)

 

 

L-Isvezja

12 374  (2)

 

 

L-Unjoni

357 219

 

 

TAC

357 219

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax


Speċi:

Megrim

Lepidorhombus spp.

Żona:

Iż-żona VII

(LEZ/07.)

Il-Belġju

470 (3)  (5)

 

 

Spanja

5 216  (3)  (4)

 

 

Franza

6 329  (3)  (4)

 

 

L-Irlanda

2 878  (3)  (5)

 

 

Ir-Renju Unit

2 492  (3)  (5)

 

 

L-Unjoni

17 385

 

 

TAC

17 385

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.


Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali taż-żoni I, II, III, IV, V, VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId, VIIIe, XII u XIV

(WHB/1X14)

Id-Danimarka

30 106  (6)  (8)

 

 

Il-Ġermanja

11 706  (6)  (8)

 

 

Spanja

25 524  (6)  (7)  (8)

 

 

Franza

20 952  (6)  (8)

 

 

L-Irlanda

23 313  (6)  (8)

 

 

In-Netherlands

36 711  (6)  (8)

 

 

Il-Portugall

2 371  (6)  (7)  (8)

 

 

L-Isvezja

7 447  (6)  (8)

 

 

Ir-Renju Unit

39 065  (6)  (8)

 

 

L-Unjoni

197 195  (6)  (8)

 

 

In-Norveġja

102 605

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

15 000

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika


Speċi:

Stokkafixx

Micromesistius poutassou

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni fiż-żoni II, IVa, V, VI fit-Tramuntana 56° 30′ N u VII fil-Punent 12° W

(WHB/24A567)

In-Norveġja

0 (9)  (10)

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

35 000  (11)  (12)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika


Speċi:

Gamblu tat-Tramuntana

Pandalus borealis

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

(PRA/2AC4-C)

Id-Danimarka

1 818

 

 

In-Netherlands

17

 

 

L-Isvezja

73

 

 

Ir-Renju Unit

538

 

 

L-Unjoni

2 446

 

 

TAC

2 446

 

TAC analitika


Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k

(SRX/67AKXD)

Il-Belġju

725 (13)  (14)  (15)

 

 

L-Estonja

4 (13)  (14)  (15)

 

 

Franza

3 255  (13)  (14)  (15)

 

 

Il-Ġermanja

10 (13)  (14)  (15)

 

 

L-Irlanda

1 048  (13)  (14)  (15)

 

 

Il-Litwanja

17 (13)  (14)  (15)

 

 

In-Netherlands

3 (13)  (14)  (15)

 

 

Il-Portugall

18 (13)  (14)  (15)

 

 

Spanja

876 (13)  (14)  (15)

 

 

Ir-Renju Unit

2 076  (13)  (14)  (15)

 

 

L-Unjoni

8 032  (13)  (14)  (15)

 

 

TAC

8 032  (14)

 

TAC ta' prekawzjoni

Japplika l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.


Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

(SRX/07D.)

Il-Belġju

72 (16)  (17)  (18)

 

 

Franza

602 (16)  (17)  (18)

 

 

In-Netherlands

4 (16)  (17)  (18)

 

 

Ir-Renju Unit

120 (16)  (17)  (18)

 

 

L-Unjoni

798 (16)  (17)  (18)

 

 

TAC

798 (17)

 

TAC ta' prekawzjoni


Speċi:

Rebekkini u raj

Rajiformes

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIII u IX

(SRX/89-C.)

Il-Belġju

7 (19)  (20)

 

 

Franza

1 298  (19)  (20)

 

 

Il-Portugall

1 051  (19)  (20)

 

 

Spanja

1 057  (19)  (20)

 

 

Ir-Renju Unit

7 (19)  (20)

 

 

L-Unjoni

3 420  (19)  (20)

 

 

TAC

3 420  (20)

 

TAC ta' prekawzjoni


Speċi:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona:

VI, VII, VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb; l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni IIa, XII u XIV

(MAC/2CX14-)

Il-Ġermanja

26 766

 

 

Spanja

28

 

 

L-Estonja

223

 

 

Franza

17 846

 

 

L-Irlanda

89 220

 

 

Il-Latvja

164

 

 

Il-Litwanja

164

 

 

In-Netherlands

39 033

 

 

Il-Polonja

1 885

 

 

Ir-Renju Unit

245 363

 

 

L-Unjoni

420 692

 

 

In-Norveġja

18 852  (21)  (22)

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

39 824  (23)

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

Japplika l-Artikolu 7(3) ta' dan ir-Regolament


(1)  Esklużi l-ilmijiet fi ħdan sitt mili nawtiċi mil-linji bażi tar-Renju Unit f'Shetland, Fair Isle u Foula.

(2)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu ta' ħatt l-art, qabdiet ta' barbun komuni u merlangu jistgħu jingħaddu ma' mhux aktar minn 2 % tal-kwota (OT1/*2A3A4), dment li b'kollox mhux aktar minn 9 % ta' din il-kwota għaċ-ċiċċirell tingħadd b'dawn il-qabdiet u qabdiet aċċessorji ta' dawk l-ispeċi li jingħaddu skont l-Artikolu 15(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Kondizzjoni speċjali:

fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni ta' ġestjoni taċ-ċiċċirell, kif definit fl-Anness IID:

Żona

:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni ta' amministrazzjoni taċ-ċiċċirell

 

1

2

3

4

5

6

7

 

(SAN/234_1)

(SAN/234_2)

(SAN/234_3)

(SAN/234_4)

(SAN/234_5)

(SAN/234_6)

(SAN/234_7)

Id-Danimarka

125 459

27 355

179 227

4 717

0

206

0

Ir-Renju Unit

2 742

598

3 918

103

0

5

0

Il-Ġermanja

192

42

274

7

0

0

0

L-Isvezja

4 607

1 005

6 581

173

0

8

0

L-Unjoni

133 000

29 000

190 000

5 000

0

219

0

Totali

133 000

29 000

190 000

5 000

0

219

0

(3)  Flimkien ma' din il-kwota, Stat Membru jista' jagħti allokazzjoni addizzjonali lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu qed jipparteċipaw fi provi dwar attivitajiet tas-sajd iddokumentati bis-sħiħ, fi ħdan limitu ġenerali ta' 1 % tal-kwota allokata lil dak l-Istat Membru, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament.

(4)  5 % ta' din il-kwota jistgħu jiġu mistada fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe (LEZ/*8ABDE).

(5)  5 % ta' din il-kwota jistgħu jintużaw fiż-żoni VIIIa, VIIIb, VIIId u VIIIe (LEZ/*8ABDE) għal qabdiet aċċessorji ta' sajd maħsub għal-lingwata.

(6)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom jistgħu jiġu mistada sal-persentaġġ li ġej fiż-Żona Ekonomika tan-Norveġja jew fiż-żona tas-sajd ta' madwar Jan Mayen (WHB/*NZJM1): 0 %

(7)  Jistgħu jsiru trasferimenti ta' din il-kwota għaż-żoni VIIIc, IX u X; l-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona CECAF 34.1.1. Madankollu, trasferimenti bħal dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni minn qabel.

(8)  Kondizzjoni speċjali: fi ħdan il-kwantità totali tal-aċċess ta' 35 000 tunnellata għall-Unjoni, l-Istati Membri jistgħu jaqbdu mhux aktar mill-perċentwali sussegwenti tal-kwoti tagħhom fl-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe (WHB/*05-F.): 17,7 %

(9)  Għandhom jinqatgħu mil-limiti ta' qbid tan-Norveġja stabbiliti skont l-arranġament tal-Istati Kostali.

(10)  Kondizzjoni speċjali: il-qabda fiż-żona IV ma għandhiex tkun iktar minn dan l-ammont li ġej (WHB/*04A-C):

Il-limitu ta' qbid fiż-żona IV jammonta għall-persentaġġ li ġej tal-kwota ta' aċċess tan-Norveġja: 0 %

(11)  Għandhom jinqatgħu mil-limiti ta' qbid tal-Gżejjer Faeroe.

(12)  Kondizzjonijiet speċjali: jistgħu jiġu mistada wkoll fiż-żona VIb (WHB/*06B-C). Il-qabda fiż-żona IVa ma għandhiex tkun iktar minn dan l-ammont li ġej (WHB/*04A-C):

(13)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/67AKXD), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/67AKXD), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/67AKXD), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/67AKXD), tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/67AKXD), tar-raja rotonda (Raja circularis) (RJI/67AKXD) u tar-raja petruża (Raja fullonica) (RJF/67AKXD) għandhom jiġu rrappurtati b'mod separat.

(14)  M'għandux japplika għal raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żona koperta minn din it-TAC. Il-qabda aċċessorja ta' raja ondjata fiż-żona VIIe esklussivament tista' tinħatt dment li ma tinkludix aktar minn 20 kilogramma f'piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd u tibqa' taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella hawn taħt. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal qabdiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji ta' raja ondjata għandhom jiġu rrappurtati separatament taħt il-kodiċi li ġej: (RJU/67AKXD). Fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mniżżla hawn taħt:

Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIIe

(RJU/67AKXD)

Il-Belġju

9

 

 

L-Estonja

0

 

 

Franza

41

 

 

Il-Ġermanja

0

 

 

L-Irlanda

13

 

 

Il-Litwanja

0

 

 

In-Netherlands

0

 

 

Il-Portugall

0

 

 

Spanja

11

 

 

Ir-Renju Unit

26

 

 

L-Unjoni

100

 

 

TAC

100

 

 

(15)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIIId (SRX/*07D.), mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għall-oqsma speċifikati fih. Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*07D.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/*07D.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/*07D.), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/*07D.), tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/*07D.), tar-raja rotonda (Raja circularis) (RJI/*07D.) u tar-raja ondjata (Raja undulata) (RJF/*07D.) għandhom jiġu rrappurtati b'mod separat.

(16)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/07D.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/07D.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/07D.), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/07D.), tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/07D.) u tar-raja ondjata (Raja undulata) (RJU/07D.) għandhom jiġu rrappurtati b'mod separat.

(17)  M'għandux japplika għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperta minn din it-TAC. Il-qabda aċċessorja ta' raja ondjata fiż-żona koperta minn din it-TAC tista' tinħatt dment li ma tinkludix aktar minn 20 kilogramma f'piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd u tibqa' taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella hawn taħt. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal qabdiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji ta' raja ondjata għandhom jiġu rrappurtati separatament taħt il-kodiċi li ġej: (RJU/07D.). Fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mniżżla hawn taħt:

Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIId

(RJU/07D.)

Il-Belġju

1

 

 

Franza

8

 

 

In-Netherlands

0

 

 

Ir-Renju Unit

2

 

 

L-Unjoni

11

 

 

TAC

11

 

 

(18)  Kondizzjoni speċjali: li minnhom sa 5 % jistgħu jiġu mistada fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni VIa, VIb, VIIa-c u VIIe-k (SRX/*67AKD). Għar-raja ondjata, din il-kondizzjoni speċjali għandha tapplika esklużivament fiż-żona VIIe. Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/*67AKD), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/*67AKD), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/*67AKD), tar-raja makkjettata (Raja montagui) (RJM/*67AKD) u tar-raja għewejna (Raja microocellata) (RJE/*67AKD) u tar-raja ondjata (Raja undulata) (RJU//*67AKD) għandhom jiġu rrappurtati b'mod separat.

(19)  Il-qabdiet tar-raja kukù (Leucoraja naevus) (RJN/89-C.), tar-raja batra (Raja brachyura) (RJH/89-C.), tar-raja tal-fosos (Raja clavata) (RJC/89-C.) u tar-raja ondjata (Raja undulata) (RJU/89-C.) għandhom jiġu rrappurtati b'mod separat.

(20)  M'għandux japplika għar-raja ondjata (Raja undulata). Din l-ispeċi ma għandhiex tkun fil-mira fiż-żoni koperta minn din it-TAC. Il-qabda aċċessorja ta' raja ondjata fiż-żona VIII esklużivament tista' tinħatt l-art dment li ma tinkludix aktar minn 20 kilogramma f'piż ħaj għal kull vjaġġ tas-sajd u tibqa' taħt il-kwoti li jidhru fit-tabella hawn taħt. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal qabdiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art. Id-dispożizzjonijiet preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 12 u 44 ta' dan ir-Regolament għaż-żoni speċifikati fihom. Il-qabdiet aċċessorji ta' raja ondjata għandhom jiġu rrappurtati separatament taħt il-kodiċi li ġej: (RJU/89-C.). Fi ħdan il-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet ta' raja ondjata mniżżla hawn taħt:

Speċi:

Raja ondjata

Raja undulata

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona VIII

(RJU/89-C.)

Il-Belġju

0

 

 

Franza

9

 

 

Il-Portugall

8

 

 

Spanja

8

 

 

Ir-Renju Unit

0

 

 

L-Unjoni

25

 

 

TAC

25

 

 

(21)  Jistgħu jiġu mistada fiż-żoni IIa, VIa fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N, IVa, VIId, VIIe, VIIf u VIIh (MAC/*AX7H).

(22)  Jista' jiġi mistad l-ammont addizzjonali li ġej tal-kwota ta' aċċess, f'tunnellati, min-Norveġja fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N u jiġu imputati lil-limiti ta' qbid tagħha (MAC/*N5630): 43 680

(23)  Dan l-ammont għandu jitnaqqas mill-valur limitu tal-qbid tal-Gżejjer Faeroe (kwota ta' aċċess). Jista' jiġi mistad biss fiż-żona VIa fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N (MAC/* 6AN 56). Madankollu, mill-1 ta' Jannar sal-15 ta' Frar u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru din il-kwota tista' tiġi mistada wkoll fiż-żona IIa, IVa fit-Tramuntana ta' 59° (Żona tal-UE) (MAC/* 24N 59).

Kondizzjoni speċjali:

fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni u l-perijodi li ġejjin:

 

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żona IIa; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IVa. Matul il-perjodi mill-1 ta' Jannarsal-15 ta' Frar 2015 u mill-1 ta' Settembrusal-31 ta' Diċembru 2015

(MAC/*4A-EN)

L-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IIa

(MAC/*2AN-)

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe

(MAC/*FRO2)

Il-Ġermanja

16 154

2 176

2 228

Franza

10 770

1 449

1 485

L-Irlanda

53 847

7 254

7 426

In-Netherlands

23 557

3 172

3 249

Ir-Renju Unit

148 087

19 952

20 424

L-Unjoni

252 415

34 003

34 812


ANNESS IV

Speċi:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

L-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni I u II

(HER/1/2-)

Il-Belġju

6 (1)

 

 

Id-Danimarka

6 314  (1)

 

 

Il-Ġermanja

1 105  (1)

 

 

Spanja

21 (1)

 

 

Franza

272 (1)

 

 

L-Irlanda

1 634  (1)

 

 

In-Netherlands

2 259  (1)

 

 

Il-Polonja

319 (1)

 

 

Il-Portugall

21 (1)

 

 

Il-Finlandja

98 (1)

 

 

L-Isvezja

2 339  (1)

 

 

Ir-Renju Unit

4 036  (1)

 

 

L-Unjoni

18 424  (1)

 

 

Il-Gżejjer Faeroe

9 000  (2)  (3)

 

 

TAC

Mhux stabbilita

 

TAC analitika

(1)  Meta l-qabdiet jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni l-kwantitajiet li ġew mistada f'kull waħda miż-żoni li ġejjin għandhom ukoll jiġu rappurtati: Iż-Żona Regolatorja tan-NEAFC u l-ilmijiet tal-Unjoni.

(2)  Tista' tiġi mistada fl-ilmijiet tal-UE fit-Tramuntana ta' 62° N.

(3)  Għandhom jinqatgħu mil-limiti ta' qbid tal-Gżejjer Faeroe.

Kondizzjoni speċjali:

fil-limiti tal-kwoti msemmija hawn fuq, ma jistgħux jinqabdu aktar mill-kwantitajiet mogħtija hawn taħt fiż-żoni li ġejjin:

L-ilmijiet Norveġiżi fit-Tramuntana ta' 62° N u ż-żona ta' sajd madwar Jan Mayen (HER/*2AJMN)

0

 

II, Vb fit-Tramuntana ta' 62° N (ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe) (HER/*2A 5B-F)

Il-Belġju

3

Id-Danimarka

3 084

Il-Ġermanja

540

Spanja

10

Franza

133

L-Irlanda

798

In-Netherlands

1 104

Il-Polonja

156

Il-Portugall

10

Il-Finlandja

48

L-Isvezja

1 143

Ir-Renju Unit

1 971


ANNESS V

“ANNESS IJ

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-SPRFMO

Speċi:

Sawrell

Trachurus murphyi

Żona:

Żona tal-Konvenzjoni tal-SPRFMO

(CJM/SPRFMO)

Il-Ġermanja

7 067,15

 

 

In-Netherlands

7 660,06

 

 

Il-Litwanja

4 917,5

 

 

Il-Polonja

8 455,29

 

 

L-Unjoni

28 100

 

 

TAC

Mhux rilevanti

 

TAC analitika

L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax”


ANNESS VI

“ANNESS III

GĦADD MASSIMU TA' AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD GĦAL BASTIMENTI TAL-UNJONI LI JISTADU F'ILMIJIET TA' PAJJIŻI TERZI

Żona tas-sajd

Sajd

Għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Allokazzjoni ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd bejn l-Istati Membri

Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe mument

L-ilmijiet Norveġiżi u ż-żona tas-sajd madwar Jan Mayen

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

Trid tiġi stabbilita

DK

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

DE

Trid tiġi stabbilita

FR

Trid tiġi stabbilita

IE

Trid tiġi stabbilita

NL

Trid tiġi stabbilita

PL

Trid tiġi stabbilita

SV

Trid tiġi stabbilita

UK

Trid tiġi stabbilita

Speċi demersali, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

80

DE

16

50

IE

1

ES

20

FR

18

PT

9

UK

14

Mhux allokata

2

Kavalli (1)

Mhux rilevanti

Mhux rilevanti

70

Speċi industrijali, fin-Nofsinhar ta' 62° 00′ N

480

DK

450

150

UK

30

L-ilmijiet tal-Gżejjer Faeroe

Is-sajd kollu bit-tkarkir b'bastimenti ta' mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mil-linja ta' bażi tal-Gżejjer Faeroe

26

BE

0

13

DE

4

FR

4

UK

18

Sajd maħsub għall-merluzz u l-merluzz tal-linja sewda bid-daqs tal-malja ta' minimu 135 mm, ristrett għaż-żona fin-Nofsinhar ta' 62° 28′ N u Lvant ta' 6° 30′ W

8 (2)

Mhux rilevanti

4

Tkarkir 'il barra minn 21 mil mil-linja ta' bażi tal-Gżejjer Faeroe. Fil-perijodi mill-1 ta' Marzu sal-31 ta' Mejju u mill-1 ta' Ottubru sal-31 ta' Diċembru, dawn il-bastimenti jistgħu joperaw fiż-żona bejn 61° 20′ N u 62° 00′ N u bejn 12 u 21 mil mil-linji ta' bażi

70

BE

0

26

DE

10

FR

40

UK

20

Sajd bit-tkarkir għal-linarda bid-daqs tal-malja minimu ta' 100 mm fiż-żona tan-Nofsinhar ta' 61° 30′ N u l-Punent ta' 9° 00′ W u fiż-żona bejn 7° 00′ W u 9° 00′ W fin-Nofsinhar ta' 60° 30′ N u fiż-żona fil-Lbiċ ta' linja bejn 60° 30′ N, 7° 00′ W u 60° 00′ N, 6° 00′ W

70

DE (3)

8

20 (4)

FR (3)

12

Sajd bit-tkarkir maħsub għall-pollakkju (saithe) bid-daqs tal-malja minimu ta' 120 mm u bil-possibilità li jintużaw ċineg fit-tond madwar ix-xkora tax-xibka

70

Mhux rilevanti

22 (4)

Sajd għall-istokkafixx. L-għadd totali ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd jista' jiżdied b'erba' bastimenti sabiex jiffurmaw pari, jekk l-awtoritajiet tal-Gżejjer Faeroe jintroduċu regoli speċjali dwar l-aċċess għal żona li tissejjaħ 'żona ewlenija tas-sajd għall-istokkafixx'

34

DE

2

20

DK

5

FR

4

NL

6

UK

7

SE

1

ES

4

IE

4

PT

1

Sajd bix-xlief

10

UK

10

6

Kavalli

12

DK

1

12

BE

0

DE

1

FR

1

IE

2

NL

1

SE

1

UK

5

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

20

DK

5

 

DE

2

IE

2

FR

1

NL

2

PL

1

SE

3

UK

4


(1)  Mingħajr ħsara għal liċenzji addizzjonali mogħtija lill-Iżvezja min-Norveġja skont prattika stabbilita.

(2)  Dawn il-figuri huma inklużi fil-figuri għas-sajd kollu bit-tkarkir b'bastimenti ta' mhux aktar minn 180 pied fiż-żona bejn 12 u 21 mil mil-linja ta' bażi tal-Gżejjer Faeroe.

(3)  Dawn il-figuri jirreferu għall-għadd massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe mument.

(4)  Dawn il-figuri huma inklużi fil-figuri għal ‘Sajd bit-tkarkir aktar minn 21 mil 'il barra mil-linji ta' bażi tal-Gżejjer Faeroe’.”


ANNESS VII

“ANNESS IV

ŻONA TAL-KONVENZJONI TAL-ICCAT  (1)

1.   L-għadd massimu ta' dgħajjes tal-Unjoni tal-lixka u tas-sajd bir-rixa awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm fil-Lvant tal-Atlantiku

Spanja

60

Franza

37

L-Unjoni

97

2.   L-għadd massimu ta' bastimenti tas-sajd kostali artiġjanali tal-Unjoni awtorizzati sabiex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm fil-Mediterran

Spanja

151

Franza

94

L-Italja

30

Ċipru

6 (2)

Malta

28 (3)

L-Unjoni

309

3.   L-għadd massimu ta' bastimenti tal-Unjoni awtorizzati biex jistadu attivament għat-tonn bejn it-8 kg/75 ċm u t-30 kg/115 ċm fil-Baħar Adrijatiku għall-finijiet ta' akkwakultura

Il-Kroazja

11

L-Italja

12

L-Unjoni

23

4.   L-għadd massimu u l-kapaċità totali f'tunnellaġġ gross ta' bastimenti tas-sajd ta' kull Stat Membru li jistgħu jkunu awtorizzati jistadu għal, iżommu abbord, jittrażbordaw, jittrasportaw jew iħottu l-art tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran

Tabella A

Għadd ta' bastimenti tas-sajd (4)

 

Ċipru (5)

Il-Greċja (6)

Il-Kroazja

L-Italja

Franza

Spanja

Malta (7)

Bastimenti tas-sajd bil-purse seines

1

1

11

12

17

6

1

Bastimenti li jistadu bil-konzijiet

6 (8)

0

0

30

8

58

28

Dgħajsa tas-sajd bil-lixka

0

0

0

0

8

70

0

Bix-xolfa tal-idejn

0

0

12

0

29 (9)

1

0

Bastiment tat-tkarkir

0

0

0

0

57

0

0

Sajd artiġjanali ieħor (10)

0

21

0

0

94

83

0


Tabella B

Kapaċità totali f'tunnellaġġ gross

 

Ċipru

Il-Kroazja

Il-Greċja

L-Italja

Franza

Spanja

Malta

Bastimenti tas-sajd bil-purse seines

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Bastimenti li jistadu bil-konzijiet

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Dgħajjes bil-lixka

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Bix-xolfa tal-idejn

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Bastimenti tat-tkarkir

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Sajd artiġjanali ieħor

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

5.   Għadd massimu ta' nases awtorizzati għall-użu fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran għas-sajd tat-tonn minn kull Stat Membru

 

Għadd ta' nases (11)

Spanja

5

L-Italja

6

Il-Portugall

2

6.   Il-kapaċità massima ta' kultivazzjoni u ta' tismin tat-tonn għal kull Stat Membru u l-kontribut massimu ta' tonn maqbud mis-selvaġġ li kull Stat Membru jista' jalloka lill-farms tiegħu tal-akkwakultura fil-Lvant tal-Atlantiku u l-Mediterran

Tabella A

Kapaċità massima tal-kultivazzjoni u t-tismin tat-tonn

 

Għadd ta' farms tal-ħut

Kapaċità (f'tunnellati)

Spanja

14

11 852

L-Italja

15

13 000

Il-Greċja

2

2 100

Ċipru

3

3 000

Il-Kroazja

7

7 880

Malta

8

12 300


Tabella B

Input massimu ta' tonn maqbud mis-selvaġġ (f'tunnellati)

Spanja

5 855

L-Italja

3 764

Il-Greċja

785

Ċipru

2 195

Il-Kroazja

2 947

Malta

8 768


(1)  In-numri li jidhru fit-taqsimiet 1, 2 u 3 jistgħu jonqsu sabiex ikunu konformi mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(2)  Din iċ-ċifra tista' tiżdied b'10, jekk Ċipru jiddeċiedi li jissostitwixxi l-bastiment tas-sajd bil-purse seine b'10 bastimenti tas-sajd bil-konz, kif indikat fin-nota 5 ta' qiegħ il-paġna għat-tabella A tat-taqsima 4.

(3)  Din iċ-ċifra tista' tiżdied b'10, jekk Malta tiddeċiedi li tissostitwixxi l-bastiment tas-sajd bil-purse seine b'10 bastimenti tas-sajd bil-konz, kif indikat fin-nota 7 ta' qiegħ il-paġna għat-tabella A tat-taqsima 4.

(4)  In-numri f'din it-Tabella A tat-taqsima 4 jistgħu jerġgħu jiżdiedu, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.

(5)  Bastiment tas-sajd wieħed bil-purse seine ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

(6)  Bastiment tas-sajd wieħed bil-purse seine ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd artiġjanali jew b'bastiment tas-sajd wieħed żgħir bil-purse seine u tliet bastimenti tas-sajd artiġjanali.

(7)  Bastiment tas-sajd wieħed bil-purse seine ta' daqs medju jista' jiġi sostitwit b'mhux aktar minn 10 bastimenti tas-sajd bil-konz.

(8)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iktar minn irkaptu wieħed.

(9)  Bastimenti li jistadu bir-rixa fil-Lvant tal-Atklantiku.

(10)  Bastimenti polivalenti, li jużaw tagħmir b'iktar minn irkaptu wieħed (bil-konz, bix-xolfa tal-idejn, bir-rixa).

(11)  Dan in-numru jista' jiżdied aktar, sakemm ikun hemm konformità mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni.”


ANNESS VIII

“ANNESS VIII

LIMITAZZJONIJIET KWANTITATTIVI TAL-AWTORIZZAZZJONIJIET TAS-SAJD GĦALL-BASTIMENTI TA' PAJJIŻI TERZI LI JISTADU FL-ILMIJIET TAL-UNJONI

Stat tal-Bandiera

Sajd

Għadd ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd

Għadd massimu ta' bastimenti preżenti fi kwalunkwe mument

In-Norveġja

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

Trid tiġi stabbilita

Trid tiġi stabbilita

Il-Gżejjer Faeroe

Kavalli, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), IIa, Iva (fit-Tramuntana ta' 59° N)

Sawrell, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), VIIe, VIIf, VIIh

14

14

Aringi, fit-Tramuntana ta' 62° 00′ N

20

 

Għall-aringi, IIIa

4

4

Sajd industrijali għall-merluzz tan-Norveġja, IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N) (inkluż qabdiet aċċessorji li ma jistgħux jiġu evitati ta' stokkafixx)

14

14

Għall-lipp u t-tusk

20

10

Għall-istokkafixx, II, Iva, V, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30′ N), Vib, VII (fil-Punent ta' 12° 00′ W)

20

20

Linarda

16

16”


28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/524

tas-27 ta' Marzu 2015

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 79/2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud (1) u, b'mod partikolari, l-Artikoli 14, 32, 48 u 49 u l-Artikolu 51(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Bulgara tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2012 (2) fiha żball. Jeħtieġ li l-kliem “fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea” jiġi mħassar mill-Artikoli 2 u 3. Għaldaqstant, jeħtieġ li ssir korrezzjoni tal-verżjoni bil-lingwa Bulgara. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra ma ġewx affettwati.

(2)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan jikkonċerna biss il-verżjoni bil-lingwa Bulgara.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 12.10.2010, p. 1

(2)  ĠU L 29, 1.2.2012, p. 13.


28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/525

tas-27 ta' Marzu 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (2) jistipula r-regoli dwar il-livell miżjud ta' kontrolli uffiċjali li jridu jitwettqu fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali mniżżel fl-Anness I tiegħu (“il-lista”), fil-punti tad-dħul fit-territorji msemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

(2)

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jipprevedi li l-lista għandha tiġi analizzata fuq bażi regolari, u tal-anqas kull tliet xhur, filwaqt li jitqiesu mill-inqas is-sorsi tal-informazzjoni msemmija f'dak l-Artikolu.

(3)

L-okkorrenza u r-rilevanza tal-inċidenti riċenti dwar l-ikel innotifikati permezz tas-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-Ikel u l-Għalf, is-sejbiet tal-awditi mwettqa f'pajjiżi terzi mill-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju, kif ukoll ir-rapporti ta' kull tliet xhur dwar il-kunsinni tal-għalf u tal-ikel li joriġina mill-annimali ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, jindikaw li l-lista trid tiġi emendata.

(4)

B'mod partikolari, għall-kunsinni tal-lewż li joriġina mill-Awstralja, tal-pistaċċi li joriġinaw mill-Istati Uniti u tal-berquq imnixxef li joriġina mill-Uzbekistan, is-sorsi rilevanti ta' informazzjoni jindikaw li tfaċċaw riskji ġodda li jeħtieġu l-introduzzjoni ta' żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali. Għaldaqstant, l-annotazzjonijiet dwar dawn il-kunsinni għandhom jiġu inklużi fil-lista.

(5)

Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu emendati n-noti tal-aħħar stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 sabiex jiġi żgurat li l-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri skont dak ir-Regolament ikollhom fil-mira tal-inqas il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 (3) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettromettrija tal-massa. Jixraq ukoll li jinżammu noti tal-aħħar individwali għal ċerti pestiċidi li mhumiex elenkati f'dak il-programm ta' kontroll jew li jistgħu jeħtieġu, fi Stat Membru wieħed jew aktar, metodu ta' residwu uniku sabiex jiġu analizzati.

(6)

Sabiex tkun żgurata l-konsistenza u ċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(7)

Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 qed jiġi sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta' April 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).


ANNESS

“ANNESS I

Għalf u ikel li ma joriġinax mill-annimali li għalih se jiżdied il-livell ta' kontrolli uffiċjali fil-punt tad-dħul deżinjat

Għalf u ikel

(użu maħsub)

Kodiċi tan-NM (1)

Sottodiviżjoni tat-TARIC

Pajjiż tal-oriġini

Periklu

Frekwenza tal-kontrolli fiżiċi u tal-identità (%)

Għeneb imnixxef (frott id-dielja)

0806 20

 

L-Afganistan (AF)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

Lewż bil-qoxra

0802 11

 

L-Awstralja (AU)

Aflatossini

20

Lewż bla qoxra

0802 12

(Ikel)

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Il-Brażil (BR)

Aflatossini

10

Karawett bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (3)

50

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Karfus Ċiniż (Apium graveolens)

ex 0709 40 00

20

Il-Kambodja (KH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (4)

50

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

 

 

Brassica oleracea

(Brassica oħra li tittiekel, ‘Brokkli Ċiniż’) (5)

ex 0704 90 90

40

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)

50

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Te, sew jekk aromatizzat u sew jekk le

0902

 

Iċ-Ċina (CN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (6)

10

(Ikel)

 

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

10

Bettieħ morr (Momordica charantia)

ex 0709 99 90 ;

ex 0710 80 95

70

70

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

Ir-Repubblika Dominikana (DO)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (7)

20

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99

20

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Frawli (friski)

0810 10 00

 

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (8)

10

(Ikel)

 

Bżar (ħelu u mhux) (Capsicum spp.)

0709 60 10 ;

ex 0709 60 99 ;

20

L-Eġittu (EG)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (9)

10

(Ikel — frisk, imkessaħ jew iffriżat)

0710 80 51 ;

ex 0710 80 59

20

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

ex 1404 90 00

10

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

50

(Ikel)

 

 

Żerriegħa tal-ġulġlien

1207 40 90

 

L-Indja (IN)

Salmonella (10)

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

Capsicum annuum, sħiħ

0904 21 10

ex 0904 22 00

10

L-Indja (IN)

Aflatossini

20

Capsicum annuum, imfarrak jew mitħun

0904 21 90

 

Frott imnixxef tal-ġeneru Capsicum sħiħ, minbarra l-bżar ħelu (Capsicum annuum)

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

Enzimi; enzimi ppreparati

3507

 

L-Indja (IN)

Kloramfenikol

50

(Għalf u ikel)

 

Noċemuskata

(Myristica fragrans)

0908 11 00 ;

0908 12 00

 

L-Indoneżja (ID)

Aflatossini

20

(Ikel — ħwawar imnixxfin)

 

Piżelli fil-miżwed (mhux imfosdqa)

ex 0708 10 00

ex 0708 20 00

40

40

Il-Kenja (KE)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (11)

10

Fażola fil-miżwed (mhux imfosdqa)

 

 

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

Nagħniegħ

ex 1211 90 86 ;

30

Il-Marokk (MA)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (12)

10

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

ex 2008 99 99

70

Fażola mnixxfa

0713 39 00

 

In-Niġerja (NG)

Residwi tal-pestiċidi (2)

50

(Ikel)

 

Għeneb tal-mejda

0806 10 10

 

Il-Perù (PE)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (13)

10

(Ikel — frisk)

 

Żrieragħ tad-dulliegħ (Egusi, Citrullus lanatus) u prodotti li ġejjin minnhom

ex 1207 70 00 ;

ex 1106 30 90 ;

ex 2008 99 99

10

30

50

Sjerra Leone (SL)

Aflatossini

50

(Ikel)

 

 

Karawett bil-qoxra

1202 41 00

 

Is-Sudan (SD)

Aflatossini

50

Karawett bla qoxra

1202 42 00

Butir tal-karawett

2008 11 10

Karawett ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 11 91 ;

2008 11 96 ;

2008 11 98

(Għalf u ikel)

 

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (14)

10

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 

Weraq tal-betel (Piper betle L.)

ex 1404 90 00

10

It-Tajlandja (TH)

Salmonella (10)

50

(Ikel)

 

 

Fażola twila jarda

(Vigna unguiculata spp. sesquipedalis)

ex 0708 20 00 ;

ex 0710 22 00

10

10

It-Tajlandja (TH)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (15)

20

Brunġiel

0709 30 00 ;

ex 0710 80 95

72

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

 

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

It-Turkija (TR)

Sulfiti (16)

10

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 50 61

(Ikel)

 

Bżar ħelu (Capsicum annuum)

0709 60 10 ;

0710 80 51

 

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (17)

10

(Ikel — ħaxix frisk, imkessaħ jew iffriżat)

 

Weraq tad-dwieli

ex 2008 99 99

11; 19

It-Turkija (TR)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (18)

20

(Ikel)

 

 

Pistaċċi bil-qoxra

0802 51 00

 

L-Istati Uniti (US)

Aflatossini

20

Pistaċċi bla qoxra

0802 52 00

(Ikel)

 

Berquq imnixxef

0813 10 00

 

L-Uzbekistan (UZ)

Sulfiti (16)

50

Berquq ippreparat jew ippreservat mod ieħor

2008 50 61

(Ikel)

 

Għeneb imnixxef (frott id-dielja)

0806 20

 

L-Uzbekistan (UZ)

Okratossina A

50

(Ikel)

 

Weraq tal-kosbor

ex 0709 99 90

72

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (19)

20

Ħabaq u ħabaq sagru

ex 1211 90 86 ;

ex 2008 99 99

20

75

Nagħniegħ

ex 1211 90 86 ;

ex 2008 99 99

30

70

Tursin

ex 0709 99 90

40

(Ikel — ħxejjex aromatiċi friski jew imkessħin)

 

 

Pitaħaja (frott tad-dragun)

ex 0810 90 20

10

Il-Vjetnam (VN)

Residwi tal-pestiċidi (2)  (19)

20

Okra

ex 0709 99 90

20

Bżar (minbarra dak ħelu) (Capsicum spp.)

ex 0709 60 99

20

(Ikel — frisk jew imkessaħ)

 

 


(1)  Meta jkun meħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu f'kodiċi tan-NM partikulari u ma tkun teżisti l-ebda sottodiviżjoni speċifika f'dak il-kodiċi, il-kodiċi tan-NM jiġi mmarkat bl-ittri ‘ex’ quddiemu.

(2)  Ir-residwi mill-inqas ta' dawk il-pestiċidi elenkati fil-programm ta' kontroll adottat skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1) li jistgħu jiġu analizzati b'metodi multiresidwi bbażati fuq il-kromatografija b'fażi gassuża/spettrometrija ta' massa u fuq il-kromatografija likwida/spettromettrija tal-massa (il-pestiċidi li jridu jiġu mmonitorjati fil-prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew fuqhom biss).

(3)  Residwi tal-klorbufam.

(4)  Residwi tal-fentoat.

(5)  Speċijiet ta' Brassica oleracea L. convar. Botrytis (L) Alef var. Italica Plenck, cultivar alboglabra. Magħrufa wkoll bħala ‘Kai Lan’, ‘Gai Lan’, ‘Gailan’, ‘Kailan’, ‘Chinese bare Jielan’.

(6)  Residwi tat-trifluralin.

(7)  Ir-residwi tal-aċefat, l-aldikarb (is-somma tal-aldikarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala aldikarb), l-amitraż (amitraż li jinkludi l-metaboliti li fihom il-frazzjoni ta' 2,4-dimetilanilina mogħtija bħala amitraż), id-diafentjuron, id-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p' u o,p'), id-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb).

(8)  Ir-residwi tal-eżaflumuron, il-metijokarb (is-somma tal-metijokarb u tas-sulfossidu u s-sulfon tiegħu, mogħtija bħala metijokarb), il-fentoat u t-tijofanat metil.

(9)  Ir-residwi tad-dikofol (is-somma tal-isomeri p, p' u o,p'), id-dinotefuran, il-folpet, il-prokloraż (is-somma tal-prokloraż u tal-metaboliti tiegħu li fihom frazzjoni ta' 2,4,6-Triklorofenol mogħtija bħala prokloraż), it-tijofanat metil u t-triforina.

(10)  Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 jew metodu vvalidat miegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta' Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel [traduzzjoni mhix uffiċjali] (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 1).

(11)  Residwi tal-aċefat u tad-diafentjuron.

(12)  Residwi tal-flubendiammid.

(13)  Residwi tal-etefon.

(14)  Residwi tal-formetanat: is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, protijofos u triforina.

(15)  Ir-residwi tal-aċefat, tad-dikrotofos, tal-protijofos, talkwinalfos u tat-triforina.

(16)  Metodi ta' referenza: EN 1988-1:1998, EN 1988-2:1998 jew ISO 5522:1981.

(17)  Residwi tad-diafentjuron, tal-formetanat is-somma tal-formetanat u tal-imluħ tiegħu mogħtija bħala (kloridrat tal-)formetanat, u tat-tijofanat metil.

(18)  Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram) u l-metrafenon.

(19)  Ir-residwi tad-ditijokarbamati (id-ditijokarbamati mogħtija bħala CS2, inklużi l-maneb, il-mankożeb, il-metiram, il-propineb, it-tiram u ż-żiram), il-fentoat u l-kwinalfos.”


28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/526

tas-27 ta' Marzu 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8 u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Istati Uniti huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċertu partijiet tat-territorju tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/243 (4) u bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/342 (5) wara tifqigħat tal-HPAI fl-Istati ta' California, Idaho, Oregon u Washington.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (6) jipprevedi r-rikonoxximent reċiproku u malajr tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni f'każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

(5)

L-Istati Uniti kkonfermaw li kien hemm aktar tifqigħat tal-HPAI tas-subtip H5 f'qatgħat tal-pollam fl-Istati ta' California, Oregon, Minnesota u Washington matul Frar u Marzu 2015. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew minnufih il-ħruġ taċ-ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni mill-Istati affettwati. L-Istati Uniti implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

(6)

Wara dawk it-tifqigħat fl-Istati ta' California, Oregon, Minnesota u Washington, l-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni aġġornata dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li tiġi mmodifikata l-projbizzjoni fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti biex tkopri l-Istat kollu ta' Minnesota u dawk il-partijiet tal-Istati ta' California, Oregon u Washington, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali.

(7)

L-Istati Uniti rrappurtaw ukoll it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfezzjoni wara l-qerda ta' azjendi fejn instabu xi tifqigħat bejn nofs Diċembru 2014 u nofs Jannar 2015. Huwa xieraq li jiġu indikati d-dati meta dawn il-partijiet tat-territorju, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawn it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jiġu awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawn iż-żoni.

(8)

Għalhekk, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(9)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat-2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31).

(6)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, kif approvati f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwe-nza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella (7)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data tal-għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US-1

Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

 

N

 

 

A

 

S3, ST1”

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

US-2

Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

US-2.1

L-Istat ta' Washington:

 

Benton County

 

Franklin County

WGM

VIII

P2

19.12.2014

7.4.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.2

L-Istat ta' Washington:

Clallam County

WGM

VIII

P2

19.12.2014

11.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.3

L-Istat ta' Washington:

Okanogan County (1):

(a)

Tramuntana: Ibda fl-intersezzjoni ta' bejn US 97 WA 20 u S.Janis Road u ikser fuq il-lemin għal S Janis Road. Ikser fuq ix-xellug għal McLaughlin Canyon Road, ikser fuq il-lemin għal Hardy Road, u mbagħad dur fuq ix-xellug għal Chewilken Valley Road.

(b)

Lvant: Minn Chewilken Valley Road dur fuq il-lemin għal JH Green Road, ikser fuq ix-xellug għal Hosheit Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Tedrow Trail Road, u ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal Brown Pass Road sal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe. Imxi lejn il-Punent mal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe u wara imxi lejn in-Nofsinhar sa ma taqsam il-US 97 WA 20.

(c)

Nofsinhar: Ikser fuq il-lemin għal US 97 WA 20, wara ikser fuq ix-xellug għal Cherokee Road, imbagħad dur fuq il-lemin għal Robinson Canyon Road. Ikser fuq ix-xellug għal Bide A Wee Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Duck Lake Road, dur fuq il-lemin għal Soren Peterson Road, dur fuq ix-xellug għal Johnson Creek Road, u mbagħad ikser fuq il-lemin għal George Road. Ikser fuq ix-xellug għal Wetherstone Road u mbagħad ikser fuq il-lemin għal Eplay Road.

(d)

Punent: Minn Eplay Road ikser fuq il-lemin għal Conconully Road/6th Avenue N., ikser fuq ix-xellug għal Green Lake Road, wara dur fuq il-lemin għal Salmon Creek Road, erġa' dur fuq il-lemin għal Happy Hill Road u fl-aħħar ikser fuq ix-xellug għal Conconully Road (li tiġi fil-Main Street). Ikser fuq il-lemin għal Broadway, ikser fuq ix-xellug għal C Street, wara dur fuq il-lemin għal Lake Street E, erġa' dur fuq il-lemin għal Sinlahekin Road, ikser darba oħra fuq il-lemin għal S. Fish Lake Road, u erġa' ikser fuq il-lemin għal Fish Lake Road. Dur fuq ix-xellug għal N. Pine Creek Road, ikser fuq il-lemin għal Henry Road (li tiġi fl-N. Pine Creek Road), wara ikser fuq il-lemin għal Indian Springs Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Hwy 7 biex tispiċċa US 97 WA 20.

WGM

VIII

P2

29.1.2015

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.4

L-Istat ta' Washington:

Okanogan County (2):

(a)

Tramuntana: Ibda fejn US Hwy 97 taqsam mal-fruntiera Kanadiża, kompli lejn il-Lvant matul il-fruntiera Kanadiża u wara dur fuq il-lemin għal 9 Mile Road (County Hwy 4777).

(b)

Lvant: Minn 9 Mile Road dur fuq il-lemin għal Old Hwy 4777 li tagħti għan-Nofsinhar għal Molson Road. Ikser fuq il-lemin għal Chesaw Road, dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, u erġa' ikser fuq ix-xellug għal Forest Development Road 350, li tispiċċa f'Forest Development Road 3625. Minn hemm imxi lejn il-Punent u dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, ikser fuq il-lemin għal Rone Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Box Spring Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Mosquito Creek Road, u fl-aħħar ikser fuq il-lemin għal Swanson Mill Road.

(c)

Nofsinhar: Minn Swanson Mill Road ikser fuq ix-xellug għal O'Neil Road u wara imxi lejn in-Nofsinhar f'97N. Dur fuq il-lemin għal Ellis Forde Bridge Road, ikser fuq ix-xellug għal Janis Oroville (SR 7), wara ikser fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Wannact Lake Road, ikser fuq ix-xellug għal Ellemeham Mountain Road, erġa' dur fuq ix-xellug għal Earth Dam Road, ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal triq bla isem, ikser fuq il-lemin għal triq bla isem, imbagħad dur fuq il-lemin għal triq oħra bla isem, ikser fuq ix-xellug għal triq bla isem u fl-aħħar dur fuq ix-xellug għal triq oħra bla isem.

(d)

Punent: Mit-triq bla isem dur fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Smilkameen Road sal-fruntiera Kanadiża.

WGM

VIII

P2

3.2.2015

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.5

L-Istat ta' Oregon:

Douglas County

WGM

VIII

P2

19.12.2014

23.3.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.6

L-Istat ta' Oregon:

Deschutes County

WG

VIII

P2

14.2.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.7

L-Istat ta' Oregon:

Malheur County

WGM

VIII

P2

20.1.2015

11.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

L-Istat ta' Idaho:

 

Canyon County

 

Payette County

WGM

VIII

P2

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.8.

L-Istat ta' California:

Stanislaus County/Tuolumne County:

Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-żona ta' kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

Tramuntana — 2,5 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn State Hwy. 108 u Williams Road.

(b)

Grigal — 1,4 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Rock River Dr. u Tulloch Road.

(c)

Lvant — 2,0 mili Majjistral mill-intersezzjoni bejn Milpitas Road u Las Cruces Road.

(d)

Xlokk — 1,58 mili Lvant mit-tarf tat-Tramuntana ta' Rushing Road.

(e)

Nofsinhar — 0,70 mili Nofsinhar mill-intersezzjoni bejn State Highway132 u Crabtree Road.

(f)

Lbiċ — 0,8 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Hazel Dean Road u Loneoak Road.

(g)

Punent — 2,5 mili Lbiċ mill-intersezzjoni bejn Warnerville Road u Tim Bell Road.

(h)

Majjistral — 1,0 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn CA-120 u Tim Bell Road.

WGM

VIII

P2

23.1.2015

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.9

L-Istat ta' California:

Kings County:

Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-żona ta' kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

Tramuntana — 0,58 mili Tramuntana minn Kansas Avenue

Grigal — 0,83 mili Lvant minn CA-43

(b)

Lvant — 0,04 mili Lvant minn 5th Avenue

(c)

Xlokk — 0,1 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn Paris Avenue u 7th Avenue

(d)

Nofsinhar — 1,23 mili Tramuntana minn Redding Avenue

(e)

Xlokk — 0,6 mili Lvant mill-intersezzjoni ta' Paris Avenue u 15th Avenue

(f)

Punent — 1,21 mili Lvant minn 19th Avenue

(g)

Majjistral — 0,3 mili Tramuntana mill-intersezzjoni ta' Laurel Avenue u 16th Avenue

WGM

VIII

P2

12.2.2015

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.10

L-Istat ta' Minnesota

WGM

VIII

P2

5.3.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 


28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/37


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/527

tas-27 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

MA

100,4

TR

119,5

ZZ

110,0

0707 00 05

MA

170,1

TR

162,2

ZZ

166,2

0709 93 10

MA

127,5

TR

171,3

ZZ

149,4

0805 10 20

EG

44,5

IL

72,0

MA

55,7

TN

55,6

TR

68,6

ZZ

59,3

0805 50 10

BO

92,8

TR

45,8

ZZ

69,3

0808 10 80

AR

94,0

BR

72,6

CL

111,8

CN

105,5

MK

25,7

US

212,5

ZA

188,2

ZZ

115,8

0808 30 90

AR

109,7

CL

122,0

CN

71,3

ZA

123,9

ZZ

106,7


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/528

tas-27 ta' Marzu 2015

li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 41(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Helsinki fl-10 u l-11 ta' Diċembru 1999, ftiehem b'mod partikolari li, “waqt li jikkoperaw volontarjament f'operazzjonijiet immexxija mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu, mill-2003 'l hawn, jiskjeraw fi żmien 60 jum, u jmantnu għal tal-inqas sena, forzi militari ta' minn 50 000 sa 60 000 persuna, kapaċi għall-firxa sħiħa tal-kompiti ta' Petersberg”.

(2)

Fis-17 ta' Ġunju 2002, il-Kunsill approva l-arranġamenti tal-finanzjament ta' operazzjonijiet immexxija mill-Unjoni tal-immaniġġar ta' kriżijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.

(3)

Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta' Mejju 2003, ikkonferma l-ħtieġa ta' kapaċità ta' reazzjoni rapida, b'mod partikolari għal kompiti umanitarji u ta' salvataġġ.

(4)

Il-Kunsill Ewropew, li ltaqa' f'Tessaloniki fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, laqa' l-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kunsill fid-19 ta' Mejju 2003, fejn b'mod partikolari ġiet ikkonfermata l-ħtieġa ta' kapaċità ta' reazzjoni rapida militari tal-Unjoni.

(5)

Fit-22 ta' Settembru 2003, il-Kunsill iddeċieda li l-Unjoni għandha takkwista l-kapaċità sabiex tamministra flessibbilment il-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta' operazzjonijiet militari ta' kwalunkwe skala, komplessità jew urġenza, b'mod partikolari bl-istabbiliment, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2004, ta' mekkaniżmu ta' finanzjament permanenti sabiex jassumi l-inkarigu tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta' kwalunkwe operazzjoni militari futura tal-Unjoni.

(6)

Fit-23 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2004/197/PESK (1) li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża. Dik id-Deċiżjoni ġiet sussegwentement emendata u sostitwita diversi drabi, l-aktar reċenti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK (2).

(7)

L-Unjoni hija kapaċi twettaq operazzjonijiet ta' rispons militari rapidu f'konformità mal-kunċett iddefinit mill-Kumitat Militari tal-UE. L-Unjoni hija kapaċi tiskjera Gruppi Tattiċi f'konformità mal-kunċett iddefinit mill-Kumitat Militari tal-UE.

(8)

L-iskema għall-finanzjament bikri hija maħsuba l-ewwel u qabel kollox għall-operazzjonijiet ta' rispons rapidu.

(9)

L-eżerċizzji fil-livell strateġiku politiku u militari tal-istrutturi u l-proċeduri ta' kmand u kontroll għall-operazzjonijiet militari tal-Unjoni permezz tal-eżerċizzji tal-kwartieri ġenerali tal-Unjoni, kif approvati mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), jikkontribwixxu għat-titjib tat-tħejjija operattiva ġenerali tal-Unjoni.

(10)

Il-Kunsill jiddeċiedi fuq bażi ta' każ b'każ jekk operazzjoni għandhiex implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, fis-sens tal-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

(11)

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 41(2) tat-TUE jipprevedi li l-Istati Membri, li r-rappreżentanti tagħhom fil-Kunsill ikunu għamlu dikjarazzjoni formali skont it-tieni subparagrafu tal-Artiklu 31(1) tiegħu, ma għandhomx ikunu obbligati jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-operazzjoni li jkollha implikazzjonijiet militari jew ta' difiża.

(12)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u l-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax f'din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tipparteċipax fil-finanzjament tal-mekkaniżmu.

(13)

Għandhom jiġu adottati dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li Athena jipproteġi lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom.

(14)

F'konformità mal-Artikolu 43 tad-Deċiżjoni 2011/871/PESK, il-Kunsill irriveda dik id-Deċiżjoni u qabel li tiġi emendata.

(15)

Għal raġunijiet ta' ċarezza, id-Deċiżjoni 2011/871/PESK għandha titħassar u tiġi sostitwita b'Deċiżjoni ġdida,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni:

(a)

“Stati Membri parteċipanti” tfisser l-Istati Membri tal-Unjoni, ħlief id-Danimarka;

(b)

“Stati kontribwenti” tfisser Stat Membru li jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-operazzjoni militari in kwistjoni konformement mal-Artikolu 41(2) tat-TUE u l-Istati terzi li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta' din l-operazzjoni skont il-ftehimiet bejnhom u l-Unjoni;

(c)

“operazzjonijiet” tfisser l-operazzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża;

(d)

“azzjonijiet militari ta' appoġġ” tfisser operazzjonijiet tal-Unjoni, jew partijiet minnhom, deċiżi mill-Kunsill b'appoġġ għal Stat terz jew organizzazzjoni terza, li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, iżda li ma jkunux taħt l-awtorità tal-Kwartieri Ġenerali tal-Unjoni;

(e)

“jum” tirriferi għal jum kalendarju, mhux ġurnata ta' xogħol, sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.

KAPITOLU 1

MEKKANIŻMU

Artikolu 2

Stabbiliment tal-mekkaniżmu

1.   Huwa b'dan stabbilit mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta' operazzjonijiet.

2.   Il-mekkaniżmu jissejjaħ Athena.

3.   Athena għandu jaġixxi f'isem l-Istati Membri parteċipanti jew, fir-rigward tal-operazzjonijiet speċifiċi, f'isem l-Istati kontribwenti.

Artikolu 3

Kapaċità legali

Bil-ħsieb tal-ġestjoni amministrattiva tal-finanzjament ta' operazzjonijiet tal-Unjoni b'implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, Athena għandu jkollu l-kapaċità ġuridika meħtieġa, b'mod partikolari, sabiex iżomm kontijiet bankarji, jakkwista, iżomm jew jiddisponi minn proprjetà, jidħol f'kuntratti u arranġamenti amministrattivi u jkun parti minn proċedimenti legali. Athena m'għandux jagħmel profitt.

Artikolu 4

Koordinazzjoni ma' partijiet terzi

Sa fejn ikun meħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, u konformement mal-objettivi u l-linji politiċi tal-Unjoni, Athena għandu jikkoordina l-attivitajiet tiegħu mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali.

KAPITOLU 2

STRUTTURA ORGANIZZATTIVA

Artikolu 5

Korpi amministrattivi u persunal

1.   Athena għandu jkun amministrat, taħt l-awtorità tal-Kumitat Speċjali minn:

(a)

l-amministratur;

(b)

il-kmandant ta' kull operazzjoni, fir-rigward tal-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand (“kmandant tal-operazzjoni”);

(c)

l-uffiċjal tal-kontabbiltà.

2.   Athena għandu juża l-istrutturi amministrattivi eżistenti tal-Unjoni sa fejn ikun l-aktar possibbli. Athena għandu jirrikorri għall-persunal li jkun sar disponibbli kif meħtieġ mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew li jkun issekondat mill-Istati Membri.

3.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jista' jipprovdi l-persunal meħtieġ lill-amministratur u lill-uffiċjal tal-kontabbiltà sabiex dawn iwettqu l-funzjonijiet tagħhom, u dan jista' jsir abbażi ta' proposta minn Stat Membru parteċipant.

4.   Il-korpi u l-persunal ta' Athena għandhom jiġu mobilizzati abbażi tal-ħtiġijiet operattivi.

Artikolu 6

Kumitat Speċjali

1.   Huwa b'dan stabbilit Kumitat Speċjali magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru parteċipanti.

Ir-rappreżentanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u tal-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat Speċjali mingħajr ma jieħdu sehem fil-votazzjonijiet tiegħu.

2.   Athena għandu jkun amministrat taħt l-awtorità tal-Kumitat Speċjali.

3.   Meta l-Kumitat Speċjali jkun qiegħed jiddiskuti l-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta' operazzjoni partikolari:

(a)

il-Kumitat Speċjali għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru kontribwenti;

(b)

ir-rappreżentanti tal-Istati terzi kontribwenti għandhom jipparteċipaw fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali. Huma la għandhom jieħdu sehem u lanqas ikunu preżenti fil-voti tiegħu;

(c)

il-kmandant tal-operazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jipparteċipa fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-voti tiegħu.

4.   Il-Presidenza tal-Kunsill għandha ssejjaħ u tippresjedi l-laqgħat tal-Kumitat Speċjali. L-amministratur għandu jipprovdi s-segretarjat għall-Kumitat Speċjali. Hu għandu jfassal il-minuti tar-riżultat tad-diskussjonijiet tal-Kumitat. Hu ma għandux jieħu sehem fil-voti tiegħu.

5.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jipparteċipa kif meħtieġ fil-proċedimenti tal-Kumitat Speċjali, mingħajr ma jieħu sehem fil-voti tiegħu.

6.   Fuq talba mill-Istat Membru parteċipant, l-amministratur jew il-kmandant tal-operazzjoni, il-Presidenza għandha tlaqqa' lill-Kumitat Speċjali fi żmien mhux aktar minn 15-il jum.

7.   L-amministratur għandu jinforma b'mod adegwat lill-Kumitat Speċjali dwar kwalunkwe pretensjoni jew tilwima li tinvolvi lil Athena.

8.   Il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi b'mod unanimu fost il-membri tiegħu, b'kont meħud tal-kompożizzjoni tiegħu kif definit fil-paragrafi 1 u 3. Id-deċiżjonijiet tiegħu għandhom ikunu vinkolanti.

9.   Il-Kumitat Speċjali japprova l-baġits kollha, filwaqt li jikkunsidra l-ammonti ta' referenza rilevanti, u ġeneralment jeżerċita l-kompetenzi skont din id-Deċiżjoni.

10.   Il-Kumitat Speċjali għandu jkun informat mill-amministratur, il-kmandant tal-operazzjoni u l-uffiċjal tal-kontabbiltà kif previst f'din id-Deċiżjoni.

11.   It-testi tal-atti approvati mill-Kumitat Speċjali skont din id-Deċiżjoni għandhom, fil-mument tal-approvazzjoni tagħhom, jiġu ffirmati mill-President tal-Kumitat Speċjali u mill-amministratur.

Artikolu 7

Amministratur

1.   Is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, wara li jkun informa lill-Kumitat Speċjali, għandu jaħtar lill-amministratur u mill-inqas deputat amministratur wieħed għal perijodu ta' tliet snin.

2.   L-amministratur għandu jwettaq dmirijietu f'isem Athena.

3.   L-amministratur:

(a)

għandu jfassal u jippreżenta kull abbozz ta' baġit lill-Kumitat Speċjali. It-taqsima tan-“nefqa” għal operazzjoni fi kwalunkwe abbozz ta' baġit għandha titfassal abbażi ta' proposta mill-kmandant tal-operazzjoni;

(b)

għandu jadotta l-baġits wara l-approvazzjoni tagħhom mill-Kumitat Speċjali;

(c)

għandu jkun l-uffiċjal awtorizzanti għat-taqsimiet “tad-dħul”, “tal-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew b'segwitu għal operazzjonijiet” u “tal-ispejjeż komuni operattivi” li jkunu saru barra mill-fażi attiva tal-operazzjoni;

(d)

fir-rigward tad-dħul, għandu jimplimenta l-arranġamenti finanzjarji magħmula ma' partijiet terzi fir-rigward finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet militari tal-Unjoni;

(e)

għandu jiftaħ kont bankarju wieħed jew aktar f'isem Athena.

4.   L-amministratur għandu jiżgura li jkun hemm konformità mar-regoli stabbiliti b'din id-Deċiżjoni, u li d-deċiżjonijiet tal-Kumitat Speċjali jiġu implimentati.

5.   L-amministratur huwa awtorizzat li jadotta kwalunkwe miżura li hu jqis meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa ffinanzjata permezz ta' Athena. Hu għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali b'dan.

6.   L-amministratur għandu jikkoordina l-ħidma dwar kwistjonijiet finanzjarji relatati mal-operazzjonijiet militari tal-Unjoni. Hu għandu jkun il-punt ta' kuntatt mal-amministrazzjonijiet nazzjonali u, skont il-każ, mal-organizzazzjonijiet internazzjonali dwar dawn il-materji.

7.   L-amministratur għandu jagħti rendikont lill-Kumitat Speċjali.

Artikolu 8

Kmandant tal-operazzjoni

1.   Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu f'isem Athena fir-rigward tal-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand.

2.   Għall-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand, il-kmandant tal-operazzjoni għandu:

(a)

jibgħat lill-amministratur il-proposti tiegħu għat-taqsima tan-“nefqa — spejjeż komuni operattivi” tal-abbozzi tal-baġits;

(b)

bħala uffiċjal awtorizzanti, jimplimenta l-approprjazzjonijiet fir-rigward tal-ispejjeż komuni operattivi kif ukoll in-nefqa skont l-Artikolu 28; hu għandu jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq kwalunkwe persuna li tkun qed tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta' dawk l-approprjazzjonijiet, inkluż il-prefinanzjament; hu jista' jagħti kuntratti u jidħol f'kuntratti f'isem Athena; hu għandu jiftaħ kont bankarju f'isem ATHENA għall-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand;

(c)

bħala uffiċjal awtorizzanti, jimplimenta l-approprjazzjonijiet fir-rigward tan-nefqa skont l-Artikolu 30; hu għandu jeżerċita l-awtorità tiegħu fuq kwalunkwe persuna li tkun qiegħda tipparteċipa fl-implimentazzjoni ta' dawk l-approprjazzjonijiet, abbażi tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-ftehim amministrattiv ad hoc mal-parti terza. Hu jista' jagħti kuntratti u jidħol f'kuntratti f'isem il-parti terza; hu għandu jiftaħ kont bankarju għal kull kontribuzzjoni minn parti terza.

3.   Il-kmandant tal-operazzjoni huwa awtorizzat li jadotta kwalunkwe miżura li hu jqis li tkun meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa finanzjata permezz ta' Athena, għall-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali b'dan.

4.   Ħlief f'ċirkostanzi debitament ġustifikati approvati mill-Kumitat Speċjali fuq proposta mill-amministratur, il-kmandant tal-operazzjoni għandu juża s-sistema tal-kontabbiltà u tal-amministrazzjoni tal-assi pprovduta minn Athena. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali minn qabel meta hujkun tal-fehma li jkunu jeżistu tali ċirkostanzi.

Artikolu 9

Uffiċjal tal-kontabbiltà

1.   Is-Segretarju Ġenerali Kunsill għandu jaħtar l-uffiċjal tal-kontabbiltà u mill-inqas deputat uffiċjal wieħed tal-kontabbiltà għal perijodu ta' tliet snin.

2.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu f'isem Athena.

3.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jkun responsabbli għal:

(a)

l-implimentazzjoni korretta ta' pagamenti, ġbir tad-dħul u rkupru tal-ammonti stabbiliti bħala riċevibbli;

(b)

it-tħejjija tar-rapporti finanzjarji għal Athena kull sena, u, wara t-tmiem ta' kull operazzjoni, il-kontijiet għal dik l-operazzjoni;

(c)

l-appoġġ għall-amministratur meta jippreżenta l-kontijiet annwali jew il-kontijiet għal operazzjoni lill-Kumitat Speċjali għall-approvazzjoni;

(d)

iż-żamma tal-kontijiet għal Athena;

(e)

l-istabbiliment tar-regoli tal-kontabbiltà u l-metodi u l-karta tal-kontijiet;

(f)

l-istabbiliment u l-validazzjoni tas-sistemi tal-kontabbiltà għad-dħul u, fejn ikun il-każ, il-validazzjoni tas-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti sabiex iforni jew jiġġustifika l-informazzjoni tal-kontabbiltà;

(g)

iż-żamma tad-dokumenti ta' prova;

(h)

l-amministrazzjoni tat-teżor, b'mod konġunt mal-amministratur.

4.   L-amministratur u l-kmandant tal-operazzjoni għandhom jipprovdu lill-uffiċjal tal-kontabbiltà, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni tal-kontijiet li jirrappreżentaw eżattament l-assi finanzjarji ta' Athena u l-implimentazzjoni tal-baġit amministrat minn Athena. Huma għandhom jiggarantixxu l-affidabbiltà tagħha.

5.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jagħti rendikont lill-Kumitat Speċjali.

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-amministratur, għall-uffiċjal tal-kontabbiltà u għall-persunal ta' Athena

1.   Il-funzjonijiet ta' amministratur jew deputat amministratur, fuq naħa waħda, u ta' uffiċjal tal-kontabbiltà jew deputat uffiċjal tal-kontabbiltà, fuq l-oħra, għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli.

2.   Kwalunkwe deputat amministratur għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-amministratur. Kull deputat uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jaġixxi taħt l-awtorità tal-uffiċjal tal-kontabbiltà.

3.   Deputat amministratur għandu jissostitwixxi lill-amministratur meta dan ikun assenti. Deputat uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jissostitwixxi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà dan ikun assenti.

4.   L-uffiċjali u aġenti oħrajn tal-Unjoni, meta jkunu qed iwettqu funzjonijiet f'isem Athena, għandhom jibqgħu soġġetti għar-regoli u r-regolamenti applikabbli għalihom.

5.   Il-persunal li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' Athena mill-Istati Membri għandu jkun soġġett għall-istess regoli bħal dawk stabbiliti fid-deċiżjoni tal-Kunsill dwar ir-regoli applikabbli għall-esperti nazzjonali li jkunu ġew issekondati, u għad-dispożizzjonijiet maqbula bejn l-amministrazzjoni nazzjonali tagħhom u l-istituzzjoni tal-Unjoni jew Athena.

6.   Qabel il-ħatra tagħhom, il-membri tal-persunal ta' Athena għandhom jkunu rċevew permess għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata mill-inqas sal-livell “SECRET UE/UE SECRET” miżmuma mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Stat Membru.

7.   L-amministratur jista' jinnegozja u jidħol f'arranġamenti mal-Istati Membri jew ma' istituzzjonijiet u korpi tal-Unjoni bil-ħsieb li jinnominaw minn qabel dak il-persunal li, jekk meħtieġ, ikun jista' jsir immedjatament disponibbli għal Athena.

KAPITOLU 3

ARRANĠAMENTI AMMINISTRATTIVI U KUNTRATTI QAFAS

Artikolu 11

Arranġamenti amministrattivi u kuntratti qafas

1.   Jistgħu jiġu negozjati arranġamenti amministrattivi mal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea, Stati terzi u organizzazzjoni internazzjonali sabiex ikunu faċilitati l-akkwisti fuq il-post u/jew l-aspetti finanzjarji ta' appoġġ reċiproku fil-qafas ta' operazzjonijiet bl-aktar mod kost-effettiv.

2.   Tali arranġamenti għandhom ikunu:

(a)

soġġetti għall-konsultazzjoni tal-Kumitat Speċjali meta jiġu konklużi ma' Stati Membri, istituzzjonijiet jew korpi tal-Unjoni;

(b)

preżentati għall-approvazzjoni tal-Kumitat Speċjali meta jiġu konklużi ma' Stati terzi jew istituzzjonijiet internazzjonali.

3.   Tali arranġamenti għandhom jiġu ffirmati mill-amministratur jew, fejn ikun il-każ, mill-kmandant rispettiv tal-operazzjoni, li jaġixxi f'isem Athena, u mill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti tal-partijiet l-oħrajn imsemmija fil-paragrafu 1.

4.   Jistgħu jiġu konklużi kuntratti qafas sabiex l-akkwist ikun iffaċilitat bl-aktar mod kost-effettiv. Tali kuntratti għandhom jiġu ppreżentati lill-Kumitat Speċjali għall-approvazzjoni qabel ma jiġu ffirmati mill-amministratur u għandhom isiru disponibbli għall-Istati Membri u l-kmandanti tal-operazzjoni jekk dawn ikunu jixtiequ jagħmlu użu minnhom. Din id-dispożizzjoni ma timponi l-ebda obbligu fuq xi Stat Membru biex juża jew jakkwista merkanzija jew servizzi abbażi ta' kuntratt qafas.

Artikolu 12

Arranġamenti amministrattivi permanent u ad hoc dwar modalitajiet għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet ta' Stati terzi

1.   Fil-qafas tal-ftehimiet konklużi bejn l-Unjoni u Stati terzi indikati mill-Kunsill bħala kontributuri potenzjali għall-operazzjonijiet tal-Unjoni jew bħala kontributuri ta' operazzjoni speċifika tal-Unjoni, l-amministratur għandu jinnegozja ma' dawn l-Istati terzi l-arranġamenti amministrattivi permanenti jew ad hoc, rispettivament. Dawn l-arranġamenti għandhom jieħdu l-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn Athena u s-servizzi amministrattivi kompetenti tal-Istati terzi kkonċernati li jistabbilixxu l-modalitajiet meħtieġa sabiex jiġi ffaċilitat il-ħlas malajr tal-kontribuzzjonijiet.

2.   Sa meta jiġu konklużi l-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-amministratur jista' jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu ffaċititati l-ħlasijiet mill-Istati terzi kontribwenti.

3.   L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali minn qabel dwar l-arranġamenti previsti msemmija fil-paragrafu 1, qabel ma jiffirmahom f'isem Athena.

4.   Meta operazzjoni militari tiġi mnedija mill-Unjoni, għall-ammonti ta' kontribuzzjonijiet deċiżi mill-Kunsill, l-amministratur għandu jimplimenta l-arranġamenti mal-Istati terzi li jikkontribwixxu għal dik l-operazzjoni.

KAPITOLU 4

KONTIJIET BANKARJI

Artikolu 13

Ftuħ u għan

1.   Kwalunkwe kont bankarju għandu jinfetaħ f'istituzzjoni finanzjarja tal-ogħla kalibru li jkollha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru u għandu jkun kont kurrenti jew kont bi skadenza qasira f'euro. F'ċirkostanzi debitament ġustifikati, u wara l-approvazzjoni tal-amministratur, jistgħu jinfetħu kontijiet f'istituzzjonijiet finanzjarji li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom barra mill-Istati Membri.

2.   F'ċirkostanzi debitament ġustifikati, il-kontijiet jistgħu jinfetħu f'munita li mhijiex l-euro.

3.   Il-kontribuzzjonijiet minn Stati kontribwenti għandhom jitħallsu f'dawn il-kontijiet bankarji. Dawn għandhom jintużaw sabiex isiru l-ħlasijiet bil-quddiem meħtieġa lill-kmandant tal-operazzjoni għall-implimentazzjoni tan-nefqa relatata mal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari.

4.   Kull waħda mill-kontribuzzjonijiet skont l-Artikoli 28 u 30 għandha titħallas f'kontijiet tal-bank separati. Dawn għandhom jintużaw biex tiġi implimentata n-nefqa li l-amministrazzjoni tiegħu tkun ġiet fdata lil Athena [kif speċifikat fl-Artikoli rispettivi].

Artikolu 14

Amministrazzjoni ta' fondi

1.   Kwalunkwe ħlas mill-kont ta' Athena għandu jeħtieġ il-firma konġunta tal-amministratur jew id-deputat amministratur, fuq naħa waħda, u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà jew id-deputat uffiċjal tal-kontabbiltà, fuq l-oħra.

2.   Minn ebda kont bankarju ma jista' jsir overdraft.

KAPITOLU 5

SPEJJEŻ KOMUNI

Artikolu 15

Definizzjoni ta' spejjeż komuni u perijodi ta' eliġibbiltà

1.   L-ispejjeż komuni elenkati fl-Anness I għandhom ikunu għas-spejjeż ta' Athena kull meta dawn isiru. Meta jiddaħħlu f'artikolu tal-baġit li juri l-operazzjoni li magħha jkunu l-aktar relatati, dawn għandhom jiġu kkunsidrati bħala spejjeż operattivi ta' operazzjoni. Altrimenti, huma għandhom jiġu kkunsidrati bħala spejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew wara, operazzjonijiet.

2.   Addizzjonalment, Athena għandu jassumi l-ispejjeż komuni operattivi elenkati fl-Anness II matul il-perijodu mill-approvazzjoni tal-kunċett ta' maniġġar ta' kriżijiet għall-operazzjoni sal-ħatra tal-kmandant tal-operazzjoni. F'ċirkostanzi partikolari, wara li l-KPS ikun ġie kkonsultat, il-Kumitat Speċjali jista' jimmodifika l-perijodu li fih dawn l-ispejjeż għandhom jiġu sostnuti minn Athena.

3.   Matul il-fażi attiva ta' operazzjoni, li tibda mid-data li fiha jinħatar il-kmandant tal-operazzjoni sal-jum li fih tieqaf l-attività tal-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni, Athena għandu jassumi bħala spejjeż komuni operattivi:

(a)

l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti A tal-Anness III;

(b)

l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti B tal-Anness III, meta l-Kunsill hekk jiddeċiedi;

(c)

l-ispejjeż komuni elenkati fil-Parti Ċ tal-Anness III, meta hekk jiġi mitlub mill-Kmandant tal-Operazzjoni u jekk dan jiġi approvat mill-Kumitat Speċjali.

4.   Matul il-fażi attiva ta' azzjoni militari ta' appoġġ, kif determinat mill-Kunsill, Athena għandu jerfa' bħala spejjeż komuni operattivi l-ispejjeż komuni definiti mill-Kunsill fuq bażi ta' każ b'każ b'referenza għall-Anness III.

5.   L-ispejjeż komuni operattivi ta' operazzjoni jinkludu wkoll in-nefqa meħtieġa sabiex din tiġi terminata, kif elenkat fl-Anness IV.

L-operazzjoni tkun terminata meta t-tagħmir u l-infrastruttura finanzjati b'mod komuni għall-operazzjoni jkunu sabu d-destinazzjoni finali tagħhom u l-kontijiet għall-operazzjoni jkunu ġew approvati.

6.   L-ebda nefqa li ssir bil-ħsieb li tkopri l-ispejjeż li fi kwalunkwe każ ikunu nġarrbu minn Stat kontribwent wieħed jew aktar, istituzzjoni tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali, indipendentement mill-organizzazzjoni ta' operazzjoni, ma tista' tkun eliġibbli bħala spiża komuni.

7.   Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi fuq bażi ta' każ b'każ li, minħabba ċirkostanzi partikolari, ċerti spejjeż inkrimentali diversi minn dawk elenkati fl-Anness III-B għandhom jitqiesu bħala spejjeż komuni għal operazzjoni waħda partikolari matul il-fażi attiva tagħha.

8.   Jekk l-unanimità ma tkunx tista' tinkiseb fil-Kumitat Speċjali, dan jista', fuq l-inizjattiva tal-Presidenza, jippreżenta din il-kwistjoni lill-Kunsill.

Artikolu 16

Eżerċizzji

1.   L-ispejjeż komuni tal-eżerċizzji tal-Unjoni għandhom ikunu finanzjati permezz ta' Athena skont ir-regoli u l-proċeduri simili għal dawk ta' operazzjonijiet li għalihom jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha parteċipanti.

2.   Dawn l-ispejjeż komuni tal-eżerċizzju għandhom jikkonsistu minn, l-ewwelnett, spejjeż inkrimentali għall-kwartieri ġenerali li jistgħu jiġu mobilizzati jew li jkunu fissi, u t-tieni, spejjeż inkrimentali li jsiru minn rikors tal-Unjoni għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO meta dawn ikunu saru disponibbli għal eżerċizzju.

3.   L-ispejjeż komuni tal-eżerċizzju ma għandhomx jinkludu spejjeż relatati ma':

(a)

akkwisti kapitali, inklużi dawk relatati ma' bini, infrastruttura u tagħmir;

(b)

l-ippjanar u l-fażi preparatorja ta' eżerċizzji, sakemm mhux approvati mill-Kumitat Speċjali;

(c)

it-trasport, il-kwartieri u l-alloġġi għall-forzi.

Artikolu 17

Ammont ta' referenza

Kwalunkwe deċiżjoni tal-Kunsill li biha l-Kunsill jiddeċiedi li jistabbilixxi jew jestendi operazzjoni militari tal-Unjoni għandha tinkludi ammont ta' referenza għall-ispejjeż komuni ta' dik l-operazzjoni. Bl-appoġġ b'mod partikolari tal-persunal militari tal-Unjoni u, jekk ikun fil-kariga, tal-kmandant tal-operazzjoni, l-amministratur għandu jevalwa l-ammont meqjus meħieġ sabiex ikopri l-ispejjeż komuni tal-operazzjoni għall-perijodu ppjanat. L-amministratur għandu jipproponi dan l-ammont permezz tal-Presidenza lill-korp tal-Kunsill responsabbli għall-eżami tal-abbozz ta' deċiżjoni. Il-membri tal-Kumitat Speċjali għandhom jiġu mistiedna għad-diskussjonijiet ta' dan il-korp fir-rigward tal-ammont ta' referenza.

KAPITOLU 6

BAĠIT

Artikolu 18

Prinċipji baġitarji

1.   Il-baġit, stabbilit f'euro, huwa l-att li, għal kull sena finanzjarja, jistabbilixxi u jawtorizza d-dħul u n-nefqa kollha relatati mal-ispejjeż komuni amministrati minn Athena.

2.   In-nefqa kollha għandha tkun marbuta ma' operazzjoni speċifika, ħlief fejn ikun il-każ għall-ispejjeż elenkati fl-Anness I.

3.   L-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit huma awtorizzati għall-perijodu ta' sena finanzjarja li tibda fl-1 ta' Jannar u tintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

4.   L-introjtu u n-nefqa tal-baġit għandhom ikunu f'bilanċ.

5.   Ma jistgħu jiġu implimentati l-ebda dħul u l-ebda nefqa li jkunu relatati mal-ispejjeż komuni ħlief bl-allokazzjoni għal intestatura fil-baġit u fil-limitu tal-approprjazzjonijiet imdaħħla hemm, ħlief f'konformità mal-Artikolu 34(5).

Artikolu 19

Baġit annwali

1.   Kull sena l-amministratur għandu jfassal abbożż ta' baġit għas-sena finanzjarja sussegwenti, bl-assistenza ta' kull kmandant tal-operazzjoni għall-operazzjoni tiegħu.

2.   L-abbozz għandu jinkludi:

(a)

l-approprjazzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew b'segwitu għal operazzjonijiet;

(b)

l-approprjazzjonijiet meqjusa bħala meħtieġa sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi għall-operazzjonijiet kurrenti jew ippjanati, anke, fejn ikun il-każ, sabiex jiġu rimborżati l-ispejjeż komuni li jkunu ġew prefinanzjati minn Stat jew parti terza;

(c)

l-approprjazzjonijiet provviżorji kif imsemmija fl-Artikolu 26;

(d)

previżjoni tad-dħul meħtieġ sabiex ikopri n-nefqa.

3.   L-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għandhom ikunu kklassifikati f'titoli u kapitoli li jirraggruppaw in-nefqa flimkien skont it-tip jew l-għan, subdiviżi f'artikoli, kif meħtieġ. Għandhom ikunu inklużi kummenti ddettaljati f'kapitolu jew artikolu fl-abbozz ta' baġit. Għandu jkun iddedikat titolu speċifiku wieħed għal kull operazzjoni. Titolu speċifiku wieħed għandu jkun il-parti ġenerali tal-baġit u għandu jinkludi l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew bħala segwitu tal-operazzjonijiet.

4.   Kull titolu jista' jinkludi kapitolu intitolat “approprjazzjonijiet provviżorji”. Dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fejn ikun hemm inċertezza, abbażi ta' raġunijiet serji, dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet meħtieġa jew l-ambitu għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet imdaħħla.

5.   Id-dħul għandu jikkonsisti minn:

(a)

kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri parteċipanti u kontribwenti u, fejn ikun il-każ, mill-Istati terzi kontribwenti;

(b)

dħul mixxellanju, subdiviż skont it-titolu, li jinkludi l-imgħax riċevut, id-dħul minn bejgħ u l-eżitu tal-baġit mis-sena finanzjarja preċedenti, wara li dan ikun ġie ddeterminat mill-Kumitat Speċjali.

6.   L-amministratur għandu jipproponi l-abbozz tal-baġit lill-Kumitat Speċjali sal-31 ta' Ottubru. Il-Kumitat Speċjali għandu japprova l-abbozz ta' baġit sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru. L-amministratur għandu jadotta l-baġit approvat u jinnotifika l-Istati Membri parteċipanti u l-Istati terzi kontribwenti.

Artikolu 20

Baġits emendatorji

1.   Fil-każ ta' ċirkostanzi inevitabbli, eċċezzjonali jew imprevisti, inkluż meta titnieda operazzjoni matul is-sena finanzjarja, l-amministratur għandu jipproponi abbozz ta' baġit emendatorju. L-abbozz ta' baġit emendatorju għandu jiġi mfassal, propost, approvat u adottat u n-notifika għandha tingħata konformement mal-istess proċedura tal-baġit annwali. Il-Kumitat Speċjali għandu jiddiskutih b'kont meħud tal-urġenza tiegħu.

2.   Meta dan l-abbozz ta' baġit emendatorju jirriżulta mit-tnedija ta' operazzjoni ġdida jew bidliet fil-baġit ta' operazzjoni li tkun għaddejja, l-amministratur se jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar l-ispejjeż totali previsti għal din l-operazzjoni. Jekk dawn l-ispejjeż jaqbżu l-ammont ta' referenza b'mod sostanzjali, il-Kumitat Speċjal jista' jitlob lill-Kunsill biex japprovah.

3.   L-abbozz ta' baġit emendatorju li jirriżulta mit-tnedija ta' operazzjoni ġdida għandu jiġi ppreżentat lill-Kumitat Speċjali fi żmien perijodu ta' 4 xhur wara l-approvazzjoni tal-ammont ta' referenza, ħlief jekk il-Kumitat Speċjali jiddeċiedi dwar skadenza itwal.

Artikolu 21

Trasferimenti

1.   L-amministratur, meta jkun xieraq u abbażi ta' proposta mill-kmandant tal-operazzjoni, jista' jagħmel trasferimenti tal-approprjazzjonijiet. L-amministratur għandu jinforma lill-Kumitat Speċjali dwar l-intenzjoni tiegħu, sakemm tippermetti l-urġenza tas-sitwazzjoni, mill-inqas ġimgħa waħda minn qabel. Madankollu, l-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat Speċjali għandha tkun meħtieġa meta:

(a)

it-trasferiment ippjanat jemenda t-total tal-approprjazzjonijiet previsti għal operazzjoni;

jew

(b)

it-trasferimenti ppjanati bejn il-kapitoli matul is-sena finanzjarja jaqbżu 10 % tal-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-kapitolu li minnu jkunu qed jitfasslu l-approprjazzjonijiet, bħal ma jkun jidher fil-baġit adottat għas-sena finanzjarja fid-data meta ssir il-proposta għat-trasferiment in kwistjoni.

2.   Meta jkun tal-fehma li dan ikun meħtieġ għat-tmexxija korretta ta' operazzjoni, fit-tliet xhur wara d-data tal-varar tal-operazzjoni, il-kmandant tal-operazzjoni jista' jagħmel trasferimenti tal-approprjazzjonijiet allokati għall-operazzjoni, bejn artikoli u bejn kapitoli fit-taqsima ta' “spejjeż komuni operattivi” tal-baġit. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali b'dan.

Artikolu 22

Riportar ta' approprjazzjonijiet

1.   Fil-prinċipju, l-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew b'segwitu għal operazzjonijiet, li ma jkunux ġew impenjati, jiġu kkanċellati fl-aħħar tas-sena finanzjarja.

2.   L-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispiża tal-ħżin ta' materjal u tagħmir amministrat minn Athena jistgħu jiġu riportati darba għas-sena finanzjarja sussegwenti, meta jkun sar impenn għal dak l-effett qabel il-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja attwali. L-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi jistgħu jiġu riportati jekk ikunu meħtieġa għal operazzjoni li ma tkunx ġiet terminata għal kollox.

3.   L-amministratur għandu jippreżenta proposti għar-riportar ta' approprjazzjonijiet li m'humiex kommessi mis-sena finanzjarja preċedenti lill-Kumitat Speċjali sal-15 ta' Frar. Dawn il-proposti għandhom jitqiesu approvati sakemm il-Kumitat Speċjali ma jiddeċidix mod ieħor sal-15 ta' Marzu.

4.   L-approprjazzjonijiet impenjati mis-sena finanzjarja preċedenti għandhom jiġu riportati u l-Kumitat Speċjali għandu jiġi informat bihom mill-amministratur sal-15 ta' Frar.

Artikolu 23

Implimentazzjoni antiċipata

Ladarba l-baġit annwali jkun ġie approvat, jistgħu jintużaw approprjazzjonijiet sabiex ikopru impenji u pagamenti sa fejn dan ikun meħtieġ operattivament.

KAPITOLU 7

KONTRIBUZZJONIJIET U RIMBORŻI

Artikolu 24

Determinazzjoni ta' kontribuzzjonijiet

1.   L-approprjazzjonijiet ta' pagament sabiex ikopru spejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija għal, jew b'segwitu għal operazzjonijiet li ma jkunux koperti minn dħul mixxellanju għandhom ikunu finanzjati mill-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti.

2.   L-approprjazzjonijiet ta' pagament sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta' operazzjoni għandhom ikunu koperti minn kontribuzzjonijiet tal-Istati.

3.   Il-kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri kontribwenti għal operazzjoni għandhom ikunu ekwivalenti għall-ammont tal-approprjazzjonijiet ta' pagament imdaħħla fil-baġit u maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta' dik l-operazzjoni, bit-tnaqqis tal-ammonti tal-kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu għall-istess operazzjoni mill-Istati terzi kontribwenti taħt l-Artikolu 12.

4.   It-tqassim tal-kontribuzzjonijiet bejn l-Istati Membri li mingħandhom tkun meħtieġa kontribuzzjoni, għandu jiġi ddeterminat f'konformità mal-iskala tal-prodott nazzjonali gross kif speċifikat fl-Artikolu 41(2) TUE u f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom (3), jew kwalunkwe deċiżjoni oħra tal-Kunsill li tista' tieħu postha.

5.   Id-data għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet għandha tkun dik imniżżla fil-kolonna “riżorsi proprji bbażati fuq l-ING” fit-tabella “Sommarju tal-finanzjament tal-baġit ġenerali skont it-tip tar-riżorsa proprja u skont l-Istat Membru” annessa mal-aħħar baġit ġenerali adottat mill-Unjoni. Il-kontribuzzjoni ta' kull Stat Membru li minnu kontribuzzjoni hija dovuta għandha tkun proporzjonali għas-sehem tad-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) ta' dak l-Istat Membru fl-ammont totali tad-DGN tal-Istati Membri li mingħandhom tkun dovuta kontribuzzjoni.

Artikolu 25

Skeda għall-ħlas ta' kontribuzzjonijiet

1.   Meta l-Kunsill ikun adotta ammont ta' referenza għal ħidma militari tal-Unjoni, l-Istati Membri kontribwenti għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom fuq livell ta' 30 % tal-ammont ta' referenza, kemm-il darba l-Kunsill ma jiddeċidix fuq persentaġġ ogħla. L-amministratur għandu jagħmel sejħa għal kontribuzzjonijiet skont il-ħtiġijiet operattivi għall-operazzjoni sal-livell maqbul.

2.   Il-Kumitat Speċjali jista', abbażi ta' proposta mill-amministratur, jiddeċiedi li ssir sejħa għal kontribuzzjonijiet addizzjonali qabel l-adozzjoni ta' baġit emendatorju għall-operazzjoni. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jirriferi l-kwistjoni lill-korpi preparatorji kompetenti fil-Kunsill.

3.   Meta jkun ġie adottat baġit emendatorju għal operazzjoni speċifika, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet li jkollhom jagħtu għal dik l-operazzjoni b'applikazzjoni tal-Artikolu 24. Madankollu, meta l-operazzjoni tkun ippjanata biex ddum iżjed minn sitt xhur f'sena finanzjarja, il-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet għandu jitħallas f'żewġ pagamenti. F'tali każ, l-ewwel pagament għandu jitħallas fi żmien 60 jum mit-tnedija tal-operazzjoni; it-tieni pagament għandu jitħallas sa data ta' skadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kumitat Speċjali, li jaġixxi fuq proposta mill-amministratur, b'kont meħud tal-ħtiġijiet operattivi. Il-Kumitat Speċjali jista' ma jimxix ma' dawn id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu.

4.   L-amministratur għandu jibgħat is-sejħiet korrispondenti għal kontribuzzjonijiet permezz ta' ittra lill-amministrazzjonijiet nazzjonali li d-dettalji tagħhom ikunu ġew ikkomunikati lilu meta:

(a)

jiġi approvat abbozz ta' baġit għal sena finanzjarja mill-Kumitat Speċjali kif stipulat fl-Artikolu 19. L-ewwel sejħa għal kontribuzzjonijiet tkopri l-ħtiġijiet operattivi għal tmien xhur. It-tieni sejħa għal kontribuzzjonijiet tkopri l-bqija tal-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet, b'kont meħud tal-bilanċ tal-eżitu tal-baġit tas-sena preċedenti jekk il-Kumitat Speċjali jiddeċiedi li jdaħħal dan il-bilanċ fil-baġit attwali wara li tkun waslet l-opinjoni tal-awditjar;

(b)

ikun ġie adottat ammont ta' referenza kif stipulat fl-Artikolu 25(1); jew

(c)

jiġi approvat baġit emendatorju kif stipulat fl-Artikolu 20.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet l-oħra f'din id-Deċiżjoni, il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu fi żmien 30 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa rilevanti għal kontribuzzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-ewwel sejħa għal kontribuzzjonijiet għal baġit ta' sena finanzjarja ġdida, fejn id-data ta' għeluq tal-ħlas għandha tkun 40 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa rilevanti għal kontribuzzjonijiet.

6.   Ladarba l-abbozz tal-baġit aggregat ikun ippreżentat lill-Kumitat Speċjali, għal dawk l-Istati Membri bi proċeduri baġitarji u finanzjarji li ma jippermettux il-ħlas tal-kontribuzzjoni tagħhom fil-limiti tal-skadenzi stabbiliti l-amministratur jista' jagħmel għall-Istat konċernat sejħa antiċipata għal kontribuzzjonijiet qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja attwali bħala ħlas minn qabel għas-sejħa għal kontribuzzjonijiet għall-baġit tas-sena finanzjarja sussegwenti.

7.   Kull Stat kontribwenti għandu jħallas il-piżijiet bankarji relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjoni proprja tiegħu.

8.   L-amministratur għandu jgħarraf li jkun irċieva l-kontribuzzjonijiet.

Artikolu 26

Finanzjament bikri

1.   Fil-każ ta' operazzjoni ta' rispons rapidu militari tal-Unjoni, il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu dovuti minn Stati Membri kontribwenti fil-livell tal-ammont ta' referenza. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25(3), il-ħlasijiet għandhom isiru kif definit hawn taħt.

2.   Għall-finijiet ta' finanzjament bikri ta' operazzjonijiet ta' rispons rapidu militari tal-Unjoni, l-Istati Membri parteċipanti għandhom jew:

(a)

iħallsu kontribuzzjoniet lil Athena minn qabel; jew

(b)

meta l-Kunsill jiddeċiedi li jmexxi operazzjoni ta' rispons rapidu militari tal-Unjoni li huma jikkontribwixxu għall-finanzjament tagħha, iħallsu l-kontribuzzjonijiet tagħhom għall-ispejjeż komuni ta' dik l-operazzjoni fi żmien ħamest ijiem wara t-trasmissjoni tas-sejħa fil-livell tal-ammont ta' referenza, sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix mod ieħor.

3.   Għall-għan imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kumitat Speċjali, magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru li jikkontribwixxi minn qabel, għandu jistabbilixxi approprjazzjonijiet provviżorji taħt titolu speċifiku fil-baġit. Dawn l-approprjazzjonijiet provviżorji għandhom jiġu koperti minn kontribuzzjonijiet li jkollhom jitħallsu mill-Istati Membri li jikkontribwixxi minn qabel fi żmien 90 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa għal dawn il-kontribuzzjonijiet.

4.   Kwalunkwe approprjazzjoni provviżorja msemmija taħt il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li tintuża għal operazzjoni għandha tiġi rifornuta fi żmien 90 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe Stat Membru li jikkontribwixxi minn qabel jista' f'ċirkostanzi speċifiċi jawtorizza lill-amministratur sabiex juża l-kontribuzzjoni tiegħu mħallsa minn qabel sabiex ikopri l-kontribuzzjoni tiegħu għal operazzjoni li jipparteċipa fiha, ħlief għal operazzjoni ta' Rispons Rapidu. Għandu jsir riforniment tal-kontribuzzjoni mħallsa minn qabel mill-Istat Membru kkonċernat fi żmien 90 jum wara li ssir is-sejħa.

6.   Fejn ikunu meħtieġa fondi għal xi operazzjoni, li ma tkunx operazzjoni ta' rispons rapidu, qabel ma jkunu ġew riċevuti kontribuzzjonijiet suffiċjenti għal dik l-operazzjoni:

(a)

jistgħu jintużaw kontribuzzjonijiet imħallsa minn qabel minn Stati Membri li jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' dik l-operazzjoni, wara l-approvazzjoni mill-Istati Membri li jikkontribwixxu minn qabel, sa 75 % tal-ammont tagħhom sabiex ikopru kontribuzzjonijiet dovuti għal dik l-operazzjoni. Għandu jsir riforniment tal-kontribuzzjoni mħallsa minn qabel mill-Istat Membru li jikkontribwixxi minn qabel fi żmien 90 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa;

(b)

fil-każ imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għandhom jitħallsu l-kontribuzzjonijiet dovuti għall-operazzjoni taħt l-Artikolu 25(1) mill-Istati Membri li ma jkunux ikkontribwew minn qabel, wara approvazzjoni mill-Istati Membri kkonċernati, fi żmien ħamest ijiem wara t-trasmissjoni tas-sejħa mill-amministratur.

7.   Il-kmandant tal-operazzjoni jista' jimpenja u jħallas l-ammonti li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu, inklużi dawk skont l-Artikolu 34(3).

8.   Kwalunkwe Stat Membru jista' jreġġa' lura l-għażla tiegħu billi jinnotifika lill-amministratur mill-inqas tliet xhur minn qabel.

9.   L-imgħax miġbur minn fuq il-finanzjament bikri għandu kull sena jitqassam lill-Istati Membri li jkunu kkontribwew minn qabel u jiżdied mal-approprjazzjonijiet provviżorji tagħhom. L-ammonti għandhom jiġu notifikati lil dawk l-Istati Membri bħala parti mill-proċess annwali tal-approvazzjoni baġitarja.

Artikolu 27

Rimborż ta' prefinanzjament

1.   Stat Membru, Stat terz jew, skont il-każ, organizzazzjoni internazzjonali li tkun ġiet awtorizzata mill-Kunsill sabiex tipprovdi l-prefinanzjament ta' parti mill-ispejjeż komuni ta' operazzjoni tista' tikseb rimborż minn Athena billi tagħmel talba flimkien mad-dokumenti ta' prova meħtieġa u indirizzata lill-amministratur mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tat-tlestija tal-operazzjoni kkonċernata.

2.   L-ebda talba għar-rimborż ma tista' tkun onorata jekk din ma tkunx ġiet approvata mill-kmandant tal-operazzjoni, jekk ikun għadu fil-kariga, u mill-amministratur.

3.   Jekk tkun approvata talba għar-rimborż preżentata minn Stat kontribwent, din tista' titnaqqas mis-sejħa għal kontribuzzjonijiet li jkun imiss indirizzata lil dak l-Istat mill-amministratur.

4.   Jekk l-ebda sejħa għall-kontribuzzjonijiet ma tkun antiċipata meta t-talba tiġi approvata, jew jekk it-talba approvata għar-rimborż taqbeż il-kontribuzzjoni antiċipata, l-amministratur għandu jħallas l-ammont li għandu jiġi rimborżat fi żmien 30 jum, b'kont meħud tal-likwidità ta' Athena u ta' dak li jkun jinħtieġ għall-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjoni kkonċernata.

5.   Ir-rimborż għandu jkun dovut skont din id-Deċiżjoni wkoll jekk l-operazzjoni tiġi kkanċellata.

6.   Ir-rimborż għandu jinkludi l-imgħax li jkun inqala' fuq l-ammont li jkun sar disponibbli permezz tal-prefinanzjament.

Artikolu 28

Amministrazzjoni minn Athena ta' nfiq mhux inkluż fl-ispejjeż komuni

1.   Il-Kumitat Speċjali, fuq bażi ta' proposta mill-amministratur, bl-assistenza tal-kmandant tal-operazzjoni, jew Stat Membru, jista' jiddeċiedi li t-tmexxija amministrattiva ta' ċerta nefqa relatata ma' operazzjoni (“spejjeż imħallsa min-nazzjon”), filwaqt li tibqa' r-responsabbilità tal-Istat Membru li tikkonċerna, għandha tkun fdata lil Athena.

2.   Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Speċjali jista' jawtorizza lill-kmandant tal-operazzjoni sabiex jidħol f'kuntratti f'isem l-Istati Membri parteċipanti f'operazzjoni u, fejn ikun il-każ, partijiet terzi, għall-akkwist tas-servizzi u l-provvisti li għandhom jiġu ffinanzjati bħala spejjeż imħallsa min-nazzjon.

3.   id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat Speċjali għandu jistabbilixxi l-modalitajiet għall-prefinanzjament ta' spejjeż imħallsa min-nazzjon.

4.   Athena għandu jżomm kont tal-ispejjeż imħallsa min-nazzjon li jkun fdat bihom u li jsiru minn kull Stat Membru u, fejn ikun il-każ, partijiet terzi. Kull xahar hu għandu jibgħat lil kull Stat Membru u, fejn ikun il-każ, dawk il-partijiet terzi, rendikont tan-nefqa li jkun sostna u li tkun saret minnu jew mill-persunal tiegħu fix-xahar preċedenti, u għandu jitlob il-fondi meħtieġa sabiex titħallas din in-nefqa. L-Istati Membri u, fejn ikun il-każ, dawk il-partijiet terzi, għandhom iħallsu lil Athena l-fondi meħtieġa fi żmien 30 jum wara t-trasmissjoni tas-sejħa għall-fondi.

Artikolu 29

Amministrazzjoni minn Athena ta' prefinanzjament u ta' nfiq mhux inklużi fl-ispejjeż komuni sabiex ikun iffaċilitat l-iskjerament inizjali tal-forzi għal operazzjoni

Il-Kumitat Speċjali, jekk ċirkostanzi partikolari hekk ikunu jeħtieġu, fuq bażi ta' proposta mill-amministratur, bl-assistenza tal-kmandant tal-operazzjoni, jew Stat Membru, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li t-tmexxija amministrattiva tal-prefinanzjament u ta' ċerta nefqa relatati ma' operazzjoni, filwaqt li tibqa' r-responsabbilità tal-Istat Membru li lilu tkun tikkonċerna, għandha tkun fdata lil Athena sabiex ikun iffaċilitat l-iskjerament inizjali tal-forzi għal operazzjoni, qabel ma jiġu kkonfermati l-Istati Membri parteċipanti. Għandu jiġi żgurat li l-amministrazzjoni ta' dawn l-ispejjeż issir fil-limiti tal-mezzi u riżorsi eżistenti u li n-nefqa inizjali tinżamm sa 20 % tal-ammont ta' referenza. F'dan il-każ, il-Kumitat Speċjali għandu jagħti dettalij fid-deċiżjoni tiegħu tal-modalitajiet għall-prefinanzjament u r-rimborż ta' ammonti prefinanzjati mill-Istati Membri parteċipanti futuri u partijiet terzi.

Artikolu 30

Amministrazzjoni minn Athena ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' partijiet terzi

1.   F'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-qafas legali tal-operazzjoni u b'segwitu għal deċiżjoni tal-KPS li tiġi aċċettata l-implimentazzjoni jew amministrazzjoni ta' proġett mill-operazzjoni jew kontribuzzjoni finanzjarja minn parti terza jew Stat Membru għall-ispejjeż riżultanti mill-operazzjoni, il-Kumitat Speċjali jista' jawtorizza li l-ġestjoni amministrattiva tal-finanzjament għal dak il-proġett jew ta' dik il-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi fdata lil Athena, fil-limiti tal-mezzi u riżorsi eżistenti. Dan jista' jinkludi proġetti ffinanzjati mill-Unjoni.

2.   L-ispejjeż relatati mal-amministrazzjoni tal-kontribuzzjoni għandhom jiġu koperti mill-kontribuzzjoni stess. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li ċerti spejjeż assoċjati mal-kontribuzzjoni u relattivi għall-fażi attiva tal-operazzjoni jkunu eliġibbli bħala spejjeż komuni fuq bażi ta' każ b'każ.

3.   Għall-finijiet tal-amministrazzjoni ta' kontribuzzjoni minn parti terza, mill-Unjoni jew minn Stat Membru, l-Amministratur għandu, fuq l-approvazzjoni mill-Kumitat Speċjali, jinnegozja u jiffirma arranġament amministrattiv ad hoc mal-parti terza, l-Unjoni jew l-Istat Membru, li jiddefinixxi l-iskop, l-ispejjeż li jkunu jeħtieġu li jiġu koperti mill-kontribuzzjoni u l-modalitajiet tal-amministrazzjoni tal-kontribuzzjoni, inkluża r-responsabbiltà tal-kmandant tal-operazzjoni lejn il-Kumitat Speċjali. L-Amministratur għandu jiżgura li l-amministrazzjoni tal-kontribuzzjoni tirrispetta l-arranġamenti ad hoc u għandu jipprovdi lill-kontributur ikkonċernat, direttament jew permezz tal-kmandant tal-operazzjoni, l-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-amministrazzjoni tal-kontribuzzjoni.

Artikolu 31

Imgħax fuq ħlas tardiv

1.   Jekk Stat ma jissodisfax l-obbligi finanzjarji tiegħu, għandhom japplikaw b'analoġija r-regoli tal-Unjoni dwar l-imgħax fuq ħlas tardiv iddeterminati bl-Artikolu 78 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (4) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew kwalunkwe Regolament ieħor li jista' jieħu postu b'rabta mal-ħlas ta' kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Unjoni.

2.   Meta ħlas jittardja mhux iżjed minn 20 jum, ma għandu jiġi impost l-ebda mgħax. Meta ħlas isir iżjed minn 20 jum tard, għandhom jiġu imposti mgħaxijiet għad-dewmien kollu.

KAPITOLU 8

IMPLIMENTAZZJONI TAN-NEFQA

Artikolu 32

Prinċipji

1.   L-approprjazzjonijiet ta' Athena għandhom jintużaw skont il-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba, jiġifieri tal-ekonomija, l-effettività u l-effiċjenza.

2.   L-uffiċjali awtorizzanti għandhom ikunu responsabbli għall-implimentazzjoni tad-dħul u tan-nefqa ta' Athena skont il-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba u sabiex ikun żgurat li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti tal-legalità u r-regolarità. Biex tiġi implimentata in-nefqa, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jagħmel impenji baġitarji u impenji ġuridiċi, għandu jivvalida n-nefqa u jawtorizza l-ħlasijiet u għandu jieħu f'idejh il-preliminari għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet. Uffiċjal awtorizzanti jista' jiddelega d-dmirijiet tiegħu b'deċiżjoni li tiddetermina:

(a)

il-persunal fuq livell xieraq għal tali delegazzjoni;

(b)

il-limitu tas-setgħat konferiti;

(c)

l-ambitu għal benefiċjarji sabiex jissubdelegaw is-setgħat tagħhom.

3.   L-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet skont il-prinċipju ta' segregazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandha tkun żgurata. Id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzanti u tal-uffiċjal tal-kontabbiltà għandhom ikunu reċiprokament inkompatibbli. Kwalunkwe ħlas li jsir mill-fondi amministrati minn Athena għandu jeħtieġ il-firma konġunta ta' uffiċjal awtorizzanti u ta' uffiċjal tal-kontabbiltà.

4.   Mingħajr preġudizzju għal din id-Deċiżjoni, meta l-implimentazzjoni tan-nefqa komuni tkun fdata lil Stat Membru, istituzzjoni tal-Unjoni jew, skont il-każ, organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, istituzzjoni jew organizzazzjoni għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tan-nefqa proprja tagħhom. Meta l-amministratur jimplimenta n-nefqa direttament, din għandha tikkonforma mar-regoli applikabbli għall-implimentazzjoni tat-taqsima “Kunsill” tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

5.   Madankollu l-amministratur jista' jipprovdi lill-Presidenza b'elementi għal proposta lill-Kunsill jew lill-Kumitat Speċjali dwar regoli għall-implimentazzjoni tan-nefqa komuni.

6.   Il-Kumitat Speċjali jista' japprova regoli għall-implimentazzjoni tan-nefqa komuni li jmorru lil hinn mill-paragrafu 4.

Artikolu 33

Spejjeż komuni li jsiru fit-tħejjija, jew b'segwitu għal operazzjonijiet, jew li mhumiex marbutin direttament ma' operazzjoni speċifika

L-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzat għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni fil-preparazzjoni għal, jew b'segwitu għal operazzjonijiet, kif ukoll spejjeż komuni li ma jistgħux ikunu marbutin direttament ma' operazzjoni speċifika.

Artikolu 34

Spejjeż operattivi komuni

1.   Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzanti għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni operattivi tal-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand. Madankollu, l-amministratur għandu jwettaq id-dmirijiet ta' uffiċjal awtorizzanti għan-nefqa li tkopri l-ispejjeż komuni operattivi li jkunu saru matul il-fażi preparatorja ta' operazzjoni speċifika, li huma implimentati direttament minn Athena, jew relatati mal-operazzjoni wara t-tmiem fażi attiva tagħha.

2.   Is-somom meħtieġa għall-implimentazzjoni tan-nefqa fuq operazzjoni għandhom ikunu trasferiti mill-kont bankarju ta' Athena mill-amministratur għall-kmandant tal-operazzjoni, fuq it-talba tiegħu, fil-kont bankarju miftuħ f'isem Athena, li tiegħu l-kmandant tal-operazzjoni jkun ipprovda d-dettalji.

3.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(5), l-adozzjoni tal-ammont ta' referenza għandha tattiva d-dritt tal-amministratur u tal-kmandant tal-operazzjoni, kull wieħed fil-qasam ta' kompetenza tiegħu, sabiex jintrabat li jħallas l-ispejjeż għall-operazzjoni kkonċernata sal-persentaġġ tal-ammont ta' referenza approvat kif stipulat fl-Artikolu 25(1), sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix fuq livell ogħla għall-impenji.

Il-Kumitat Speċjali, abbażi ta' proposta mill-amministratur jew il-kmandant tal-operazzjoni u b'kont meħud tan-neċessità u l-urġenza tal-operazzjoni, jista' jiddeċiedi li jsir impenn għal, u fejn ikun il-każ, titħallas, nefqa addizzjonali. Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jirriferi l-kwistjoni lill-korpi preparatorji kompetenti fil-Kunsill permezz tal-Presidenza, ħlief jekk iċ-ċirkostanzi operattivi jkunu jirrikjedu mod ieħor. Din id-deroga m'għandhiex tapplika midd-data tal-adozzjoni ta' baġit għall-operazzjoni kkonċernata.

4.   Matul il-perijodu qabel l-adozzjoni ta' baġit għal operazzjoni, l-amministratur u l-kmandant tal-operazzjoni jew ir-rappreżentant tiegħu għandhom jirrapportaw lill-Kumitat Speċjali kull xahar, kull wieħed jirrapporta fuq il-materji li jikkonċernaw lilu, fir-rigward tal-ispejjeż li jkunu eliġibbli bħala spejjeż komuni għal dik l-operazzjoni. Il-Kumitat Speċjali, abbażi ta' proposta mill-amministratur, kmandant tal-operazzjoni jew Stat Membru, jista' joħroġ direttivi dwar l-implimentazzjoni tan-nefqa matul dak il-perijodu.

5.   Permezz ta' deroga mill-Artikolu 18(5), fil-każ ta' periklu imminenti għall-ħajjiet persunal involuti f'operazzjoni militari tal-Unjoni, il-kmandant tal-operazzjoni għal dik l-operazzjoni jista' jimplimenta n-nefqa meħtieġa sabiex isalva l-ħajjiet ta' dak il-persunal, aktar mill-approprjazzjonijiet imdaħħla fil-baġit. Hu għandu jinforma lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali malajr kemm jista' jkun. F'dan il-każ, filwaqt li jikkomunika mal-kmandant tal-operazzjoni, l-amministratur għandu jipproponi t-trasferimenti meħtieġa sabiex tiġi finanzjata din in-nefqa mhux mistennija. Jekk ma jkunx possibbli li jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal tali nefqa permezz ta' trasferiment, l-amministratur għandu jipproponi baġit emendatorju.

KAPITOLU 9

DESKRIZZJONI FINALI TAT-TAGĦMIR U L-INFRASTRUTTURA FFINANZJATI B'MOD KOMUNI

Artikolu 35

Tagħmir u infrastruttura

1.   Ir-rata tad-deprezzament għat-tagħmir u assi oħra għall-operazzjonijiet kollha għandha tiġi proposta mill-amministratur lill-Kumitat Speċjali. Jekk hekk ikun meħtieġ miċ-ċirkostanzi operattivi, u hekk kif dan ikun approvat mill-Kumitat Speċjali, il-kmandant tal-operazzjoni jista' japplika rata tad-deprezzament differenti.

2.   Bil-ħsieb tat-terminazzjoni tal-operazzjoni li kien kmandant tagħha, il-kmandant tal-operazzjoni għandu jipproponi lill-Kumitat Speċjali destinazzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati b'mod komuni għal dik l-operazzjoni.

3.   L-amministratur għandu jieħu f'idejh il-ġestjoni tat-tagħmir u l-infrastruttura li jibqgħu wara t-tmiem tal-fażi attiva tal-operazzjoni, bil-ħsieb, jekk hekk ikun meħtieġ, li jsib id-destinazzjoni finali tagħhom.

4.   Id-destinazzjoni finali tat-tagħmir u l-infrastruttura finanzjati b'mod komuni għandha tkun approvata mill-Kumitat Speċjali, filwaqt li jittieħed kont tal-ħtiġijiet operattivi u l-kriterji finanzjarji. Id-destinazzjoni finali tista' tkun kif ġej:

(a)

fil-każ tal-infrastruttura, tinbiegħ jew tiġi trasferita permezz ta' Athena lill-pajjiż ospitant, lil Stat Membru jew lil parti terza;

(b)

fil-każ ta' tagħmir, jinbiegħ permezz ta' Athena lil Stat Membru, lill-pajjiż ospitant jew lil parti terza, jew ikun maħżun u miżmum minn Athena, Stat Membru jew parti terza, għal użu f'operazzjoni sussegwenti.

5.   Meta jinbiegħu, it-tagħmir u l-infrastruttura għandhom jinbiegħu għall-valur fis-suq tagħhom, jew, fejn l-ebda valur fis-suq ma jista' jiġi ddeterminat, għal prezz ġust u raġonevoli b'kont meħud tal-kondizzjonijiet lokali speċifiċi.

6.   Il-bejgħ jew it-trasferiment lejn pajjiż ospitanti jew parti terza għandu jsir f'konformità mar-regoli rilevanti tas-sigurtà li jkunu fis-seħħ.

7.   Meta jkun deċiż li Athena għandu jżomm it-tagħmir iffinanzjat b'mod komuni għal operazzjoni, l-Istati Membri kontribwenti jistgħu jitolbu kumpens finanzjarju mill-Istati Membri l-oħra parteċipanti. Il-Kumitat Speċjali, magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti kollha, għandu jieħu d-deċiżjonijiet xierqa abbażi ta' proposta mill-amministratur.

KAPITOLU 10

KONTIJIET U INVENTARJU

Artikolu 36

Kontabbiltà għal spejjeż komuni operattivi

Il-kmandant tal-operazzjoni għandu jżomm kontijiet ta' trasferimenti riċevuti minn Athena, ta' nfiq li hu jkun impenja u l-ħlasijiet li jkunu saru u ta' dħul riċevut, kif ukoll inventarju tal-proprjetà mobbli ffinanzjata mill-baġit ta' Athena u użata għall-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand.

Artikolu 37

Kontijiet konsolidati

1.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jżomm il-kontijiet ta' kontribuzzjonijiet mitluba u ta' trasferimenti li jkunu saru. Hu għandu wkoll iħejji l-kontijiet għall-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew b'segwitu għal operazzjonijiet, u għan-nefqa u d-dħul operattivi implimentati taħt ir-responsabbiltà diretta tal-amministratur.

2.   L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jħejji l-kontijiet konsolidati għad-dħul u n-nefqa ta' Athena. Kull kmandant ta' operazzjoni għandu jibgħatlu l-kontijiet għan-nefqa li jkun impenja u l-ħlasijiet li jkun għamel, kif ukoll tad-dħul li jkun irċieva.

KAPITOLU 11

AWDITU U PREŻENTAZZJONI TAL-KONTIJIET

Artikolu 38

Rapporti regolari lill-Kumitat Speċjali

Kull tliet xhur, l-amministratur għandu jippreżenta lill-Kumitat Speċjali rapport dwar l-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa mill-bidu tas-sena finanzjarja. Għal dan il-għan, kull kmandant tal-operazzjoni għandu jipprovdi lill-amministratur rapport dwar in-nefqa relatata mal-ispejjeż komuni operattivi tal-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand.

Artikolu 39

Kondizzjonijiet għat-twettiq ta' kontrolli

1.   Il-persuni responsabbli għall-awditu tad-dħul u n-nefqa ta' Athena għandhom, qabel ma jwettqu l-kompitu tagħhom, ikunu rċevew permess għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata mill-inqas sal-livell “SECRET UE/UE SECRET” miżmuma mill-Kunsill, jew permess ekwivalenti minn Stat Membru jew min-NATO, skont il-każ. Dawk il-persuni għandhom jiżguraw li huma jirrispettaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jipproteġu d-data li tagħha jiksbu konoxxenza waqt il-kompitu tagħhom ta' awditu, skont ir-regoli applikabbli għal dik l-informazzjoni u d-data.

2.   Il-persuni responsabbli għall-awditjar tad-dħul u n-nefqa ta' Athena għandu jkollhom aċċess, mingħajr dewmien u mingħajr ma jagħtu avviż minn qabel, għad-dokumenti u l-kontenut tal-ġustifikazzjonijiet kollha tad-data relatati ma' dak id-dħul u dik in-nefqa, u għas-siti fejn jinżammu dawk id-dokumenti. Huma jistgħu jagħmlu kopji. Il-persuni involuti fl-implimentazzjoni tad-dħul u n-nefqa ta' Athena għandhom jagħtu lill-amministratur u lill-persuni responsabbli għall-awditu ta' dak id-dħul u dik in-nefqa, l-assistenza meħtieġa fit-twettiq tal-kompitu tagħhom.

Artikolu 40

Awditu estern tal-kontijiet

1.   Meta l-implimentazzjoni tan-nefqa ta' Athena tkun fdata lil Stat Membru, waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali, dak l-Istat, dik l-istituzzjoni jew dik l-organizzazzjoni għandha tapplika r-regoli li japplikaw għall-awditjar tan-nefqa proprja tagħha.

2.   Madankollu, l-amministratur jew il-persuni maħtura minnu jistgħu, fi kwalunkwe żmien, iwettqu awditu tal-ispejjeż komuni ta' Athena li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew b'segwitu għal operazzjonijiet, jew l-ispejjeż komuni operattivi ta' operazzjoni. Barra minn dan, il-Kumitat Speċjali, abbażi ta' proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, jista', fi kwalunkwe żmien, jaħtar awdituri esterni, li l-kompiti u l-kondizzjonijiet tal-impjieg tagħhom huwa għandu jiddetermina.

3.   Bil-għan li jsir awditjar estern, huwa b'dan stabbilit Kulleġġ tal-Awdituri magħmul minn sitt membri. Il-Kumitat Speċjali għandu jaħtar membri għal perijodu ta' tliet snin, li jista' jiġġedded darba, minn kandidati proposti mill-Istati Membri. Il-Kumitat Speċjali jista' jestendi mandat ta' membru sa mhux aktar minn 6 xhur.

Il-kandidati għandhom ikunu membri tal-ogħla korp nazzjonali tal-awditjar ta' Stat Membru, jew rakkomandati minn dak il-korp, u joffru garanziji adegwati ta' sigurtà u indipendenza. Huma għandhom ikunu disponibbli sabiex iwettqu kompiti f'isem Athena, kif meħtieġ. Waqt li jkunu qed iwettqu dawn il-kompiti:

(a)

il-membri tal-Kulleġġ tal-Awdituri għandhom jibqgħu jitħallsu mill-istituzzjoni ta' awditu tal-oriġini tagħhom, filwaqt li Athena għandu jsostni l-ispejjeż tal-missjoni tagħhom skont ir-regoli applikabbli għall-uffiċjali tal-Unjoni ta' grad ekwivalenti;

(b)

il-membri ma għandhom la jitolbu u lanqas jirċievu struzzjonijiet li mhumiex tal-Kumitat Speċjali; fi ħdan il-mandat tal-awditjar tiegħu, il-Kulleġġ tal-Awdituri u l-membri tiegħu għandhom ikunu kompletament indipendenti u responsabbli huma biss għat-tmexxija tal-awditu estern;

(c)

l-membri għandhom jirrapportaw dwar il-kompitu tagħhom lill-Kumitat Speċjali biss;

(d)

il-membri għandhom jivverifikaw, kemm matul kif ukoll wara s-sena finanzjarja kif ukoll ex post, permezz ta' kontrolli fuq il-post kif ukoll bl-għoti ta' dokumenti ta' prova, li n-nefqa ffinanzjata jew prefinanzjata permezz ta' Athena tkun implimentata f'konformità mal-leġislazzjoni applikabbli u l-prinċipji ta' amministrazzjoni finanzjarja tajba, jiġifieri ta' ekonomija, effettività u effiċjenza, u li l-kontrolli interni jkunu adegwati.

Kull sena, il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu jeleġgi l-president tiegħu minn fost il-membri tiegħu jew jestendi l-mandat tiegħu. Huwa għandu jadotta r-regoli applikabbli għall-awditi mwettqa mill-membri tiegħu f'konformità mal-ogħla standards internazzjonali. Il-Kulleġġ tal-Awdituri għandu japprova r-rapporti tal-awditu mfassla mill-membri tiegħu qabel ma dawn jingħataw lill-amministratur u lill-Kumitat Speċjali.

4.   Il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi, każ b'każ, u skont motivazzjonijiet speċifiċi li juża korpi esterni oħrajn.

5.   L-ispiża tal-awditi li jsiru minn awdituri li jaġixxu f'isem Athena għandha titqies bħala spiża komuni li għandha tiġi sostnuta minn Athena.

Artikolu 41

Awditu intern tal-kontijiet

1.   Abbażi ta' proposta mill-amministratur u wara li jkun informa lill-Kumitat Speċjali, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandu jaħtar awditur intern tal-mekkaniżmu Athena, u għallinqas deputat awditur intern wieħed, għal perijodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded b'perijodu totali li ma jaqbiżx 8 snin; l-awdituri interni għandu jkollhom il-kwalifiki professjonali meħtieġa u joffru garanziji suffiċjenti ta' sigurtà u indipendenza. L-awditur intern la jista' jkun uffiċjal awtorizzanti u lanqas uffiċjal tal-kontabbiltà. L-awditur intern ma jistax jipparteċipa fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji.

2.   L-awditur intern għandu jirrapporta lill-amministratur dwar kif jindirizza r-riskji, billi jagħti opinjonijiet independenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta' amministrazzjoni u kontroll u billi joħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-awditu intern fl-operazzjonijiet u jippromwovi amministrazzjoni finanzjarja tajba. Huwa għandu jkun responsabbli b'mod partikolari għall-valutazzjoni tal-adegwatezza u l-effiċjenza tas-sistemi interni ta' amministrazzjoni u tal-prestazzjoni tad-dipartimenti fl-implimentazzjoni ta' linji politiċi u fil-ksib ta' objettivi b'referenza għar-riskji assoċjati magħhom.

3.   L-awditur intern għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu fir-rigward tad-dipartimenti kollha involuti fil-ġbir tad-dħul ta' Athena jew fl-implimentazzjoni tan-nefqa ffinanzjata minn Athena.

4.   L-awditur intern għandu jwettaq awditu wieħed jew aktar matul is-sena finanzjarja, kif meħtieġ. Huwa għandu jirrapporta lill-amministratur u jinforma lill-kmandant tal-operazzjoni bis-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu. Il-kmandant tal-operazzjoni u l-amministratur għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditi.

5.   L-amministratur għandu jippreżenta rapport kull sena lill-Kumitat Speċjali dwar ix-xogħol tal-awditu intern li jkun sar, fejn jindika l-għadd u t-tip ta' awditi interni li jkunu saru, l-osservazzjonijiet li saru, ir-rakkomandazzjonijiet ippreżentati u l-azzjoni meħuda b'segwitu għal dawk ir-rakkomandazzjonijiet.

6.   Barra minn hekk, kull kmandant tal-operazzjoni għandu jagħti aċċess sħiħ lill-awditur intern għall-operazzjoni li tagħha jkollu l-kmand. L-awditur intern għandu jivverifika li s-sistemi u l-proċeduri finanzjarji u baġitarji jaħdmu tajjeb, u għandu jiżgura li jkunu operattivi sistemi robusti u effiċjenti ta' awditjar intern.

7.   Il-proċediemnti u r-rapporti tal-awditur intern għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kulleġġ tal-Awdituri flimkien mad-dokumenti ta' prova kollha relatati magħhom.

Artikolu 42

Preżentazzjoni annwali u għeluq tal-kontijiet

1.   Kull kmandant tal-operazzjoni għandu jipprovdi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà ta' Athena sal-31 ta' Marzu wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, jew fi żmien erba' xhur mit-tmiem tal-operazzjoni, skont liema data tiġi l-ewwel, bl-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti l-kontijiet annwali għall-ispejjeż komuni, il-kontijiet annwali għall-infiq skont l-Artikolu 28, u r-rapport annwali tal-attività.

2.   L-amministratur, bl-assistenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u kull kmandant tal-operazzjoni, għandu jistabbilixxi u jipprovdi lill-Kumitat Speċjali u lill-Kulleġġ tal-Awdituri, sal-15 ta' Mejju wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, ir-rapporti finanzjarji u r-rapport annwali tal-attività.

3.   Il-Kumitat Speċjali għandu jkun ipprovdut, fi żmien tmien ġimgħat mit-trasmissjoni tar-rapporti finanzjarji, mill-Kulleġġ tal-Awdituri, b'opinjoni tal-awditjar, u mill-amministratur, li jkollu l-assistenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u kull kmandant tal-operazzjoni, bir-rapporti finanzjarji awditjati ta' Athena.

4.   Il-Kumitat Speċjali għandu jiġi pprovdut, sat-30 ta' Settembru wara t-tmiem tas-sena finanzjarja, bir-rapport tal-awditjar mill-Kulleġġ tal-Awdituri, u għandu jeżamina r-rapport tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditjar u r-rapporti finanzjarji bil-ħsieb li jagħti rilaxx lill-amministratur, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà u lil kull kmandant tal-operazzjoni.

5.   B'mod konsistenti mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jew kwalunkwe Regolament ieħor li jista' jieħu postu, il-kontijiet, l-inventarji u d-dokumenti kollha relatati għandhom jinżammu, kull wieħed fil-livell tiegħu, mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, kull kmandant tal-operazzjoni u, meta applikabbli, mill-amministratur għal perijodu ta' ħames snin mid-data li fiha jkun ingħata r-rilaxx korrispondenti. Meta tintemm operazzjoni, il-kmandant tal-operazzjoni għandu jiżgura li l-kontijiet u l-inventarji kollha jiġu trasmessi lill-uffiċjal tal-kontabbiltà.

6.   Il-Kumitat Speċjali għandu jiddeċiedi li jdaħħal il-bilanċ tal-eżitu baġitarju għal sena finanzjarja li għaliha l-kontijiet jkunu ġew approvati fil-baġit għas-sena finanzjarja sussegwenti, bħala dħul jew nefqa u skont iċ-ċirkostanzi, permezz ta' baġit emendatorju. Madankollu, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jdaħħal il-bilanċ tal-eżitu baġitarju msemmi hawn fuq wara li jkun irċieva l-opinjoni tal-awditjar mill-Kulleġġ tal-Awdituri.

7.   Il-parti tal-bilanċ tal-eżitu tal-baġit għal sena finanzjarja li tiġi mill-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni li jkunu saru fit-tħejjija għal, jew b'segwitu għal operazzjonijiet, għandha tiddaħħal kontra l-kontribuzzjonijiet li jkun imiss mill-Istati Membri parteċipanti.

8.   Il-parti tal-bilanċ tal-eżitu tal-baġit li tiġi mill-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet maħsuba sabiex ikopru l-ispejjeż komuni operattivi ta' operazzjoni partikolari għandha tiddaħħal kontra l-kontribuzzjonijiet li jkun imiss mill-Istati Membri li jkunu kkontribwixxew għal dik l-operazzjoni.

9.   Jekk ir-rimborż ma jkunx jista' jsir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil Athena, il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati, skont il-kodiċi tal-ING tas-sena tar-rimborż.

10.   Kull Stat Membru li jipparteċipa f'operazzjoni jista' jipprovdi informazzjoni sal-31 ta' Marzu ta' kull sena lill-amministratur, fejn ikun il-każ permezz tal-Kmandant tal-Operazzjoni, dwar l-ispejjeż inkrimentali li jkun għamel għall-operazzjoni matul is-sena finanzjarja preċedenti. Din l-informazzjoni għandha titqassam sabiex turi l-elementi prinċipali tan-nefqa. L-amministratur għandu jiġbor din l-informazzjoni sabiex jipprovdi lill-Kumitat Speċjali b'idea ġenerali tal-ispejjeż inkrimentali tal-operazzjoni.

Artikolu 43

Għeluq tal-kontijiet ta' operazzjoni

1.   Meta tintemm operazzjoni, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi, abbażi ta' proposta mill-amministratur jew minn Stat Membru, li l-amministratur, bl-assistenza tal-uffiċjal tal-kontabbiltà u tal-kmandant tal-operazzjoni, għandu jippreżenta lill-Kumitat Speċjali r-rapporti finanzjarji ta' dik l-operazzjoni, mill-inqas sad-data meta tkun intemmet, u, jekk possibbli, sad-data li fiha tkun ġiet terminata. L-iskadenza imposta fuq l-amministratur ma tistax tkun inqas minn erba' xhur mid-data li fiha tkun ġiet kompluta l-operazzjoni.

2.   Jekk ir-rapporti finanzjarji ma jistgħux, sat-terminu tal-iskadenza mogħtija, jinkludu d-dħul u n-nefqa marbuta mat-terminazzjoni ta' dik l-operazzjoni, dak id-dħul u dik in-nefqa għandhom jidhru fir-rapporti finanzjarji ta' Athena u għandhom ikunu eżaminati mill-Kumitat Speċjali fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 42.

3.   Il-Kumitat Speċjali għandu, abbażi ta' opinjoni tal-Kulleġġ tal-Awdituri, japprova r-rapporti finanzjarji għall-operazzjoni li jkunu ġew ippreżentati lilu. Huwa għandu jagħti rilaxx lill-amministratur, lill-uffiċjal tal-kontabbiltà u lil kull kmandant tal-operazzjoni għall-operazzjoni in kwistjoni.

4.   Jekk ir-rimborż ma jkunx jista' jsir bit-tnaqqis mill-kontribuzzjonijiet dovuti lil Athena, il-bilanċ tal-eżitu tal-baġit għandu jitħallas lura lill-Istati Membri kkonċernati, skont il-kodiċi tal-ING tas-sena tar-rimborż.

KAPITOLU 12

DISPOŻIZZJONIJIET MIXXELLANJI

Artikolu 44

Responsabbiltà

1.   Il-kondizzjonijiet li jirregolaw ir-responsabbiltà dixxiplinari jew kriminali tal-kmandant tal-operazzjoni, tal-amministratur u ta' persunal ieħor li jsiru disponibbli b'mod partikolari mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew minn Stati Membri, fil-każ ta' kondotta skorretta jew ta' negliġenza fl-implimentazzjoni tal-baġit, għandhom ikunu rregolati mir-regolamenti tal-persunal jew mill-arranġamenti applikabbli għalihom. Barra minn hekk, Athena jista', fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' Stat kontribwent jew parti terza, jagħmel rikors ċivili kontra l-persunal imsemmi hawn fuq.

2.   Fl-ebda każ ma jistgħu l-Unjoni jew is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti bħala riżultat tal-adempiment tad-dmirijiet tagħhom mill-amministratur, mill-uffiċjal tal-kontabbiltà jew mill-persunal assenjat lilhom.

3.   Ir-responsabbiltà kuntrattwali li tista' tirriżulta minn kuntratti konklużi fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-baġit għandha tkun koperta minn Athena mill-Istati kontribwenti jew partijiet terzi. Din għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratti inkwistjoni.

4.   Fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali, kull dannu kkawżat mill-kwartieri ġenerali tal-operazzjoni, il-kwartieri ġenerali tal-forzi u l-kwartieri ġenerali tal-komponenti tal-istruttura tal-kriżi, li l-kompożizzjoni tagħhom għandha tiġi approvata mill-kmandant tal-operazzjoni, jew mill-persunal tagħhom fil-qadi ta' dmirijiethom, għandu jkun kopert permezz ta' Athena mill-Istati kontribwenti jew partijiet terzi, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri u r-regolamenti tal-persunal tal-forzi, applikabbli fil-post tal-operazzjonijiet.

5.   L-Unjoni jew l-Istati Membri fl-ebda każ ma jistgħu jinżammu responsabbli minn Stat kontribwenti għal kuntratti konklużi fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit jew għal dannu kkawżat mill-unitajiet u d-dipartimenti tal-istruttura tal-kriżi, li l-kompożizzjoni tagħhom għandha tiġi approvata mill-kmandant tal-operazzjoni, jew mill-persunal tagħhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 45

Sigurtà

Għandha tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (5) jew kwalunkwe Deċiżjoni oħra tal-Kunsill li tista' tieħu postha fir-rigward ta' informazzjoni klassifikata marbuta mal-proċedimenti ta' Athena.

Artikolu 46

Protezzjoni ta' data personali

Athena għandu jipproteġi lill-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom f'konformità mal-prinċipji u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Għal dan il-għan, il-Kumitat Speċjali għandu jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni meħtieġa fuq proposta tal-Amministratur.

Artikolu 47

Rieżami u reviżjoni

Din id-Deċiżjoni, kollha jew parti minnha, inklużi l-Annessi tagħha, għandha tiġi rieżaminata, fejn meħtieġ, fuq talba ta' Stat Membru jew wara kull operazzjoni. Hija għandha tiġi riveduta mill-anqas kull tliet snin. Matul ir-rieżami jew ir-reviżjoni, jistgħu jiġu kkonsultati l-esperti kollha rilevanti għall-proċedimenti, inklużi dawk fil-korpi ta' amministrazzjoni ta' Athena.

Artikolu 48

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2011/871/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 49

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

E. RINKĒVIČS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/197/CFSP tat-23 ta' Frar 2004 li tistabbilixxi mekkaniżmu biex tamministra l-finanzjament tal-ispejjeż komuni ta' ħidmiet l-Unjoni Ewropea li għandhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża (ĠU L 63, 28.2.2004, p. 68).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/871/PESK tad-19 ta' Diċembru 2011 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (ATHENA) (ĠU L 343, 23.12.2011, p. 35).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom: tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105).

(4)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS I

SPEJJEŻ KOMUNI SOSTNUTI MINN ATHENA KULL META JSIRU

F'każijiet meta l-ispejjeż komuni li ġejjin ma jkunux jistgħu jiġu marbuta direttament ma' operazzjoni speċifika, il-Kumitat Speċjali jista' jiddeċiedi li jalloka l-approprjazzjonijiet korrispondenti mal-parti ġenerali tal-baġit annwali. Sa fejn ikun possibli, dawn l-approprjazzjonijiet għandhom jiddaħħlu fl-artikoli li juru l-operazzjoni li magħha jkunu l-aktar relatati.

1.

In-nefqa tal-missjoni li ssir mill-kmandant tal-operazzjoni u l-persunal tiegħu għall-preżentazzjoni tal-kontijiet ta' operazzjoni lill-Kumitat Speċjali.

2.

L-indennizzi għal danni u spejjeż li jirriżultaw minn pretensjonijiet u rikorsi legali li jkollhom jitħallsu permezz ta' Athena.

3.

L-ispejjeż skont kwalunkwe deċiżjoni sabiex jinħażen materjal li jkun inkiseb b'mod komuni għal operazzjoni (fejn dawn l-ispejjeż ikunu attribwiti għall-parti ġenerali tal-baġit annwali, għandha tkun indikata rabta ma' operazzjoni speċifika).

Il-parti ġenerali tal-baġit annwali għandha addizzjonalment tinkludi approprjazzjonijiet, fejn meħtieġ, sabiex ikopru l-ispejjeż komuni, li ġejjin, f'operazzjonijiet li għall-finanzjament tagħhom jikkontribwixxu l-Istati Membri parteċipanti:

1.

Spejjeż bankarji.

2.

Spejjeż ta' awditjar.

3.

Spejjeż komuni relattivi għall-fażi preparatorja ta' operazzjoni kif definit fl-Anness II.

4.

Spejjeż relatati mal-iżvilupp u l-manutenzjoni tas-sistema tal-kontabbiltà u tal-amministrazzjoni tal-assi ta' Athena.

5.

Spejjeż relatati mal-Arranġamenti Amministrattivi u kuntratti qafas taħt l-Artikolu 11.


ANNESS II

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RELATATI MAL-FAŻI PREPARATORJA TA' OPERAZZJONI LI JIĠU SOSTNUTI MINN ATHENA

L-ispejjeż inkrimentali meħtieġa għal missjonijiet esploratorji u għal tħejjijiet (b'mod partikolari missjonijiet ta' inkjesta u tkixxif) li jsiru minn persunal militari u ċivili bil-ħsieb ta' operazzjoni militari speċifika tal-Unjoni: trasport, akkomodazzjoni, użu ta' mezzi ta' komunikazzjoni operattivi, reklutaġġ ta' persunal ċivili lokali għat-twettiq tal-missjoni bħal pereżempju interpreti u xufiera.

Servizzi mediċi: l-ispiża marbuta ma' evakwazzjonijiet mediċi ta' emerġenza (Medevac) ta' persuni li jkunu qed jieħdu sehem f'missjonijiet esploratorji u preparazzjonijiet minn persunal militari u ċivili bil-ħsieb ta' operazzjoni militari speċifika tal-Unjoni, meta ma jkunx jista' jiġi pprovdut trattament mediku fuq il-post.


ANNESS III

PARTI A

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RELATTIVI GĦALL-FAŻI ATTIVA TA' OPERAZZJONIJIET LI DEJJEM JIĠU SOSTNUTI MINN ATHENA

Għal kwalunkwe operazzjoni militari tal-Unjoni, Athena ser issotni bħala spejjeż komuni operattivi l-ispejjeż inkrimentali meħtieġa għall-operazzjoni definiti hawn taħt.

1.   Spejjeż inkrimentali għall-kwartieri ġenerali (li jistgħu jiġu mobilizzati jew li huma fissi) għal operazzjonijiet immexxija mill-Unjoni

1.1.   Definizzjoni tal-kwartieri ġenerali li l-ispejjeż inkrimentali tagħhom jitħallsu b'mod komuni:

(a)   Kwartieri Ġenerali (HQ): il-kwartieri ġenerali (HQ), il-persunal ta' kmand u ta' servizz approvati fil-pjan operattiv (OPLAN).

(b)   Kwartieri Ġenerali Operattivi (OHQ): il-kwartieri ġenerali statiċi, barra miż-żona, tal-kmandant tal-operazzjoni, li jkunu responsabbli għall-bini, it-tnedija, l-appoġġ u l-irkupru ta' forza tal-Unjoni.

Id-definizzjoni ta' spejjeż komuni applikabbli għal OHQ għal operazzjoni għandha tkun applikabbli wkoll għas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill, is-SEAE u Athena dment li dawn jaġixxu direttament għal dik l-operazzjoni.

(c)   Kwartieri Ġenerali tal-Forza (FHQ): il-kwartieri ġenerali ta' forza tal-Unjoni mobilizzati fiż-żona tal-operazzjonijiet.

(d)   Kwartieri Ġenerali tal-Kmand tal-Komponenti (CCHQ): il-kwartieri ġenerali tal-kmand tal-komponenti tal-Unjoni mobilizzati għall-operazzjoni (jiġifieri l-kmandanti tal-ajru, tal-art, marittimi u oħrajn tal-forzi speċjali li jista' jitqies li jkun meħtieġ li jinħatru, skont in-natura tal-operazzjoni).

(e)   Kwartieri Ġenerali tal-Missjoni (MHQ): il-kwartieri ġenerali ta' operazzjoni tal-Unjoni mobilizzati lejn il-post tal-operazzjonijiet li jissostitwixxu wħud mill-funzjonijiet kemm tal-OHQ kif ukoll tal-FHQ, jew kollha kemm huma.

1.2.   Definizzjoni tal-ispejjeż inkrimentali ffinanzjati b'mod komuni:

(a)   Spejjeż tat-trasport: trasport lejn u mill-post tal-operazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni, is-sostenn u l-irkupru tal-FHQs u s-CCHQs.

(b)   Ivvjaġġar u akkomodazzjoni: l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni li jsiru mill-OHQ għal vjaġġi uffiċjali meħtieġa għal operazzjoni; l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni li jsiru minn persunal minn HQs mobilizzati li jagħmlu vjaġġi uffiċjali lejn Brussell u/jew għal laqgħat marbutin mal-operazzjonijiet.

(c)   Trasport/ivvjaġġar (esklużi spejjeż 'per diem') ta' HQs fil-post tal-operazzjonijiet: infiq marbut mat-trasport bil-vetturi u vjaġġi oħrajn b'mezzi oħrajn u spejjeż marbutin mal-ġarr ta' merkanzija, inkluż il-vjaġġi minn rinforzi u viżitaturi nazzjonali; spejjeż inkrimentali ta' karburanti lil hinn mill-ispiża għal operazzjonijiet normali; kiri ta' vetturi addizzjonali; spejjeż tal-assigurazzjoni ta' partijiet terzi imposti minn xi pajjiżi fuq organizzazzjonijiet internazzjonali li jmexxu operazzjonijiet fit-territorju tagħhom.

(d)   Amministrazzjoni: tagħmir supplimentari għall-uffiċċji u l-akkomodazzjoni, servizzi u utilitajiet kuntrattwali, spejjeż għall-manutenzjoni tal-binjiet tal-HQs.

(e)   Persunal ċivili li jiġi rreklutat speċifikament fl-HQs eliġibbli għar-rekwiżiti tal-operazzjoni: persunal ċivili li jaħdem fl-Unjoni, persunal internazzjonali u lokali rreklutat fil-post tal-operazzjoni meħtieġ għat-twettiq tal-operazzjoni lil hinn mir-rekwiżiti operattivi normali (inkluż kwalunkwe ħlas għall-kumpens tas-sahra).

(f)   Komunikazzjonijiet bejn l-HQs eliġibbli u bejn l-HQs eliġibbli u l-forzi direttament subordinati: nefqa kapitali għax-xiri u l-użu ta' tagħmir tal-IT u ta' komunikazzjoni supplimentari u l-ispejjeż għal servizzi mogħtija (kera u manutenzjoni ta' modems, linji tat-telefon, satphones, cryptofaxes, linji siguri, fornituri tal-Internet, linji għat-trasmissjoni ta' data, netwerks ta' żona lokali).

(g)   Barracks u alloġġjar/infrastruttura: infiq għall-akkwist, il-kiri jew r-rinnovazzjoni ta' faċilitajiet tal-HQ meħtieġa fil-post tal-operazzjoni (kiri ta' binjiet, shelters, tined), jekk meħtieġ.

(h)   Informazzjoni għall-pubbliku: l-ispejjeż relatati ma' kampanji ta' informazzjoni u ta' għoti ta' informazzjoni lill-mezzi tax-xandir fil-livell ta' HQ, f'konformità mal-istrateġija tal-informazzjoni żviluppata mill-HQ.

(i)   Rappreżentanza u ospitalità: l-ispejjeż għar-Rappreżentanza; l-ispejjeż fil-livell tal-HQ meħtieġa għat-twettiq ta' operazzjoni.

2.   Spejjeż inkrimentali li jsiru sabiex jingħata appoġġ għall-forza fl-intier tagħha

L-ispejjeż definiti hawn taħt huma dawk li jsiru bħala konsegwenza tal-mobilizzazzjoni tal-forza fil-lokalità tagħha:

(a)   Xogħlijiet għall-mobilizzazzjoni/infrastruttura: nefqa assolutament meħtieġa sabiex il-forza inġenerali twettaq il-missjoni tagħha (ajruporti, linji tal-ferrovija, portijiet, toroq loġistiċi ewlenin, inklużi punti tal-iżbark u żoni tal-assemblea avvanzati li jintużaw b'mod konġunt; analiżi tal-ilma, ippumpjar, trattament, distribuzzjoni u rimi tal-ilma, forniment tal-elettriku u l-ilma, xogħlijiet tal-art u protezzjoni statika tal-forzi, faċilitajiet tal-ħżin (b'mod partikolari ta' karburant u munizzjon), żoni loġistiċi ta' assemblea; appoġġ tekniku għall-infrastruttura ffinanzjata b'mod konġunt).

(b)   Marki tal-identifikazzjoni: marki speċifiċi ta' identifikazzjoni, karti tal-identità tal-'Unjoni Ewropea', għeliem, medalji, bnadar bil-kuluri tal-Unjoni jew marki ta'identifikazzjoni oħrajn tal-Forza jew tal-HQ (esklużi ħwejjeġ, kpiepel jew uniformijiet).

(c)   Servizzi u faċilitajiet mediċi: evakwazzjonijiet mediċi ta' emerġenza (Medevac). Servizzi u faċilitajiet tar-rwol 1 fil-livell ta' elementi operattivi fuq il-post, jekk ikunu pprovduti għall-forzi fuq bażi ġenerali. Servizzi u faċilitajiet tar-rwol 2 fil-livell ta' fuq il-post/fuq il-post. Servizzi u faċilitajiet tar-rwol 3 fil-livell tal-elementi operattivi fuq il-post, bħall-ajruporti u l-portijiet ta' żbark approvati fil-pjan operattiv (OPLAN).

(d)   Ksib ta' informazzjoni: Immaġini bis-satellita għall-intelligence approvati fil-pjan operattiv (OPLAN), jekk ma jkunux jistgħu jiġi ffinanzjati mill-fondi disponibbli fil-baġit taċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (EUSC).

3.   Spejjeż inkrimentali sostnuti mir-rikors tal-Unjoni għall-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO li jsiru disponibbli għal operazzjoni mmexxija mill-Unjoni.

L-ispiża għall-Unjoni tal-applikazzjoni għal waħda mill-operazzjonijiet militari tagħha tal-arranġamenti bejn l-Unjoni u n-NATO relatata mar-rilaxx, monitoraġġ u ritorn jew sejħa mill-ġdid tal-assi u l-kapaċitajiet komuni tan-NATO magħmula disponibbli għal operazzjoni mmexxija mill-Unjoni. Rimborżi min-NATO lill-Unjoni.

4.   L-ispejjeż inkrimentali sostnuti mill-Unjoni għal merkanzija, servizzi jew xogħlijiet inklużi fil-lista ta' spejjeż komuni u magħmula disponibbli f'operazzjoni mmexxija mill-Unjoni, minn Stat Membru, minn istituzzjoni tal-Unjoni, minn Stat terz jew organizzazzjoni internazzjonali skont l-arranġament imsemmi fl-Artikolu 11. Rimborżi minn Stat, istituzzjoni tal-Unjoni jew organizzazzjoni internazzjonali bbażati fuq tali arranġament.

PARTI B

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RELATATI MAL-FAŻI ATTIVA TA' OPERAZZJONI SPEĊIFIKA, SOSTNUTI MINN ATHENA SKONT DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

Spejjeż ta' trasport: trasport lejn u mill-post tal-operazzjonijiet sabiex jiġu mobilizzati, appoġġati u rkuprati l-forzi meħtieġa għall-operazzjoni.

Kwartieri ġenerali multinazzjonali tat-task-forces: il-kwartieri ġenerali tat-task-forces multinazzjonali tal-Unjoni mobilizzati fiż-żona tal-operazzjoni.

PARTI C

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI SOSTNUTI MINN ATHENA META JINTALBU MILL-KMANDANT TAL-OPERAZZJONI U APPROVATI MILL-KUMITAT SPEĊJALI

(a)   Barracks u alloġġjar/infrastruttura: infiq għall-akkwist, il-kiri jew r-rinnovazzjoni ta' siti fil-post tal-operazzjoni (binjiet, shelters, tined), kif meħtieġ għall-forzi mobilizzati għall-operazzjoni.

(b)   Tagħmir addizzjonali essenzjali: il-kiri jew ix-xiri matul l-operazzjoni ta' tagħmir speċifiku mhux previst li jkun essenzjali għat-twettiq tal-operazzjoni,dment li t-tagħmir mixtri ma jkunx ripatrijat fi tmiem il-missjoni.

(c)   Servizzi u faċilitajiet mediċi: Servizzi u faċilitajiet tar-rwol 2 fuq il-post, li mhumiex dawk imsemmija fil-Parti A.

(d)   Ksib ta' informazzjoni: ksib ta' informazzjoni (immaġini bis-satellita; intelligence, tkixxif u sorveljanza (ISR) fil-post tal-operazzjoni, inkluż sorveljanza tal-ajru u l-art (AGSR); intelligence umana).

(e)   Kapaċitajiet kritiċi oħrajn fil-post tal-operazzjoni: tneħħija ta' mini, fejn meħtieġ għall-operazzjoni, il-protezzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari (CBRN); ħżin u qerda ta' armi u munizzjon miġbura fiż-żona ta' operazzjoni.


ANNESS IV

SPEJJEŻ OPERATTIVI KOMUNI RELATTIVI GĦAT-TERMINAZZJONI TA' OPERAZZJONI, SOSTNUTI MINN ATHENA

Spejjeż li jkunu saru sabiex tinstab id-destinazzjoni finali għat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati b'mod komuni għall-operazzjoni.

Spejjeż inkrimentali għat-tħejjija tal-kontijiet għall-operazzjoni. L-ispejjeż komuni eliġibbli għandhom ikunu ddeterminati f'konformità mal-Anness III, b'kont meħud tal-fatt li l-persunal li jkun meħtieġ għat-tħejjija tal-kontijiet jappartjeni għall-kwartieri ġenerali għal dik l-operazzjoni, anke wara li dawn tal-aħħar ikunu temmew l-attivitajiet tagħhom.


28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/64


DEĊIŻJONI (UE) 2015/529 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-21 ta' Jannar 2015

li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2004/3 dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2015/1)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 12.3 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u partikolarment l-Artikolu 23 tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 127(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (2) li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, sabiex jingħata kontribut għas-sigurtà u s-saħħa finanzjarja tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja ġewwa l-Unjoni u kull Stat Membru, b'attenzjoni sħiħa u bid-dmir ta' diliġenza għall- unità u l-integrità tas-suq intern. Dawn il-kompiti speċifiċi jiżdiedu mal-kompitu tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ), skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat, li tikkontribwixxi għat-tmexxija bla xkiel ta' politiki li jsegwu l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja.

(2)

Id-Deċiżjoni BĊE/2004/3 (3) ġiet emendata bid-Deċiżjoni BĊE/2011/6 (4) sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni u fl-Istati Membri, fir-rigward ta' talbiet għall-aċċess għad-dokumenti tal-BĊE dwar attivitajiet tal-BĊE u politiki jew deċiżjonijiet imħejjija jew meħuda mill-BĊE fil-qasam tal-istabbiltà finanzjarja, inklużi dawk dwar l-għoti ta' appoġġ mill-BĊE lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku.

(3)

Fit-twettiq tal-kompiti speċifiċi msemmija fl-ewwel premessa, il-BĊE se jħejji wkoll jew iżomm dokumenti dwar is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu. Dawn id-dokumenti se jikkwalifikaw bħala dokumenti tal-BĊE fit-tifsira tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3.

(4)

Hemm bżonn li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-politika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu fil-kuntest ta' talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-BĊE. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-protezzjoni tal-interess pubbliku fir-rigward tal-iskop tal-ispezzjonijiet superviżorji.

(5)

Skont l-Artikolu 23.1 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, adottati fid-Deċiżjoni BĊE/2004/2, il-proċedimenti tal-korpi deċiżjonali tal-BĊE, jew kwalunkwe kumitat jew grupp stabbilit minnhom, tal-Bord Superviżorju, tal-Kumitat tat-Tmexxija tiegħu u kull substruttura tiegħu ta' natura temporanja għandhom ikunu kunfidenzjali sakemm il-Kunsill Governattiv ma jawtorizzax lill-President tal-BĊE biex jippubblika l-eżitu tad-deliberazzjonijiet tagħhom. Il-President għandu jikkonsulta lill-President tal-Bord Superviżorju qabel ma' jieħu deċiżjoni fir-rigward tal-proċeduri tal-Bord Superviżorju, il-Kumitat ta' Tmexxija tiegħu u kull waħda mis-substrutturi tiegħu ta' natura temporanja.

(6)

Il-liġi tal-Unjoni applikabbli hija rilevanti kemm għall-iżvelar u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, b'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(7)

L-iżviluppi fl-ekonomiji tal-Istati Membri u fis-swieq finanzjarji, u l-impatt tagħhom fuq it-tmexxija tal-politika monetarja tal-BĊE, u/jew fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Unjoni jew fi Stat Membru, żiedu l-bżonn għal interazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet tal-Istati Membri, u bejn il-BĊE u istituzzjonijiet jew korpi Ewropej u internazzjonali. Irriżulta li huwa ta' importanza kruċjali għall-BĊE li jkun f'pożizzjoni li jwassal messaġġi rilevanti u skjetti lill-awtoritajiet Ewropej u tal-Istati Membri sabiex jaqdi l-interess pubbliku bl-iktar mod effettiv fit-twettiq tal-mandat tiegħu. Dan jista' jfisser li komunikazzjoni informali u kunfidenzjali effettiva għandha tkun possibbli wkoll u ma għandhiex tiġi mminata bil-possibbiltà ta' żvelar.

(8)

B'mod iktar speċifiku, il-BĊE huwa meħtieġ li jinteraġixxi ma' awtoritajiet u korpi nazzjonali, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, awtoritajiet u amministrazzjonijiet superviżorji ta' pajjiżi terzi, fir-rigward ta': (a) l-appoġġ tas-SEBĊ għall-politiki ekonomiċi ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 127(1) tat-Trattat; (b) il-kontribuzzjoni tas-SEBĊ għat-tmexxija bla xkiel ta' politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, bis-saħħa tal-Artikolu 127(5) tat-Trattat; u (c) il-kompiti mogħtija lill-BĊE mir-Regolament (UE) Nru 1024/2013. B'mod partikolari, skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, kemm il-BĊE kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom dmir li jikkooperaw in bona fede u obbligu li jiskambjaw l-informazzjoni. Il-BĊE jikkoopera wkoll fil-livell internazzjonali fejn għandhom x'jaqsmu l-kompiti tal-SEBĊ. Sabiex il-BĊE jikkoopera b'mod effettiv, huwa essenzjali li jipprovdi u jippreżerva “spazju għal riflessjoni” għall-iskambju ta' fehmiet u informazzjoni li jkun liberu u kostruttiv bejn l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u korpi oħrajn imsemmijin iktar 'il fuq. Fuq din il-bażi, il-BĊE għandu jkun intitolat li jipproteġi dokumenti skambjati bħala parti mill-kooperazzjoni tiegħu ma' banek ċentrali nazzjonali, awtoritajiet kompetenti nazzjonali, awtoritajiet nazzjonali nominati u awtoritajiet u korpi relevanti oħrajn.

(9)

Barra minn hekk, fit-twettiq tal-kompitu tas-SEBĊ li tippromwovi l-operazzjoni bla xkiel tas-sistemi ta' ħlas, huwa importanti li jiġu protetti dokumenti li l-iżvelar tagħhom jimmina l-interess pubbliku fir-rigward tas-saħħa finanzjarja u s-sigurtà tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju, l-iskemi ta' ħlas u l-fornituri tas-servizzi ta' ħlas.

(10)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2004/3 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi

Id-Deċizjoni BĊE/2004/3 hija emendata kif ġej:

1.

fl-Artikolu 3, qegħdin jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

“(c)

‘awtortità kompetenti nazzjonali’ (NCA) u ‘awtorità nazzjonali nominata’ (NDA) għandhom l-istess tifsira li jagħtihom ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (*);

(d)

‘awtoritajiet u korpi rilevanti oħrajn’ tfisser awtoritajiet u korpi rilevanti nazzjonali, istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni, organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, awtoritajiet u amministrazzjonijiet superviżorji ta' pajjiżi terzi.

(*)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).”"

;

2.

fl-Artikolu 4(1)(a), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

“il-kunfidenzjalità tal-proċedimenti tal-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-BĊE, tal-Bord Superviżorju jew korpi oħrajn stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013,”

;

3.

fl-Artikolu 4(1)(a), qegħdin jiżdiedu l-inċiżi li ġejjin:

“il-politika tal-Unjoni jew ta' Stat Membru fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn,

l-iskop tal-ispezzjonijiet superviżorji,

is-sodezza u s-sigurtà tal-infrastrutturi tas-suq finanzarju, l-iskemi ta' ħlas jew fornituri ta' servizzi ta' ħlas.”

;

4.

L-Artikolu 4(3) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   L-aċċess għal dokument abbozzat jew irċevut mill-BĊE għal użu intern bħala parti mid-deliberazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet preliminari fi ħdan il-BĊE, jew għall-iskambju ta' fehmiet bejn il-BĊE u l-BĊNi, NCA jew NDA għandu jkun miċħud anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet, ħlief jekk ikun hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar.

L-aċċess għad-dokumenti li jirriflettu skambji ta' fehmiet bejn il-BĊE u awtoritajiet u korpi rilevanti oħrajn għandu jiġi miċħud anki wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet, jekk l-iżvelar tad-dokument jimmina serjament l-effettività tal-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, ħlief jekk ikun hemm interess pubbliku superjuri fl-iżvelar.”

;

5.

Fl-Artikolu 7(1), ir-referenza għal “Direttur Ġenerali tas-Segretarjat u tas-Servizzi tal-Lingwa” tinbidel b'“Direttur Ġenerali tas-Segretarjat”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta' Jannar 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(3)  Id-Deċiżjoni BĊE/2004/3 tal-4 ta' Marzu 2004 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 80, 18.3.2004, p. 42).

(4)  Id-Deċiżjoni BĊE/2011/6 tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 158, 16.6.2011, p. 37).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).


28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/67


DEĊIŻJONI (UE) 2015/530 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-11 ta' Frar 2015

dwar il-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta' dejta dwar fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali (BĊE/2015/7)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikoli 4(3), l-Artikolu 30 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 33(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1163/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropea tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar it-tariffi superviżorji (BĊE/2014/41) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3), u l-Artikolu 10(4) u 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 30(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, it-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fuq istituzzjonijiet ta' kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti jew friegħi stabbiliti fi Stat Membru parteċipanti minn istituzzjoni ta' kreditu stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti ser jiġu kkalkulati fl-ogħla livell ta' konsolidazzjoni fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti u ser ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi relatati mal-importanza u l-profil ta' riskju tal-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata, inklużi l-assi tagħha ppeżati għar-riskju.

(2)

Skont l-Artikolu 10(3)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), il-fatturi tariffarji użati biex tiġi ddeterminata t-tariffa superviżorja annwali individwali pagabbli fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni għandhom ikunu l-ammont, fit-tmiem tas-sena kalendarja, ta' (i) assi totali u (ii) skopertura għar-riskju totali.

(3)

L-Artikolu 10(3)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) jipprovdi li d-dejta dwar il-fatturi tariffarji għandha tkun iddeterminata u miġbura skont deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) li tistipula l-metodoloġija u l-proċeduri applikabbli.

(4)

Skont l-Aritkolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, għall-finijiet tal-kalkolu tal-fatturi tariffarji l-gruppi ta' superviżjoni għandhom, bħala regola, jeskludu assi ta' sussidjarji li jinsabu fi Stati Membri mhux parteċipanti u pajjiżi terzi. Skont l-Artikolu 10(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), il-gruppi taħt superviżjoni jistgħu jiddeċiedu li ma jeskludux dawk l-assi għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji. Madankollu, l-ispiża biex isir dak il-kalkolu ma għandhiex taqbeż it-tnaqqis mistenni fit-tariffa superviżorja.

(5)

L-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) jiddikjara li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (NCAs) għandhom jissottomettu dejta dwar il-fatturi tariffarji lill-BĊE skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-BĊE.

(6)

L-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) jiddikjara li jekk debitur ta' tariffa jonqos milli jipprovdi l-fatturi tariffarji, il-BĊE għandu jiddetermina l-fatturi tariffarji skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti mill-BĊE.

(7)

Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-metodoloġija u l-proċeduri għad-determinazzjoni u l-ġbir ta' dejta dwar il-fatturi tariffarji u l-kalkolu tal-fatturi tariffarji, inkluż f'każijiet fejn id-debitur tat-tariffa jonqos milli jipprovdihom, kif ukoll il-proċeduri għas-sottomissjoni ta' fatturi tariffarji minn NCAs lill-BĊE. B'mod partikolari, għandhom jiġu speċifikati l-formatti, il-frekwenza u l-waqt ta' dik is-sottomissjoni, kif ukoll it-tipi ta' kontrolli tal-kwalità li l-NCAs għandhom iwettqu qabel ma jissottomettu fatturi tariffarji lill-BĊE.

(8)

Għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali pagabbli fir-rigward ta' kull entità taħt superviżjoni u grupp taħt superviżjoni, id-debituri tat-tariffi għandhom jissottomettu dejta fir-rigward tal-fatturi tariffarji lil NCAs ibbażati fuq il-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u II ta' din id-Deċiżjoni.

(9)

Huwa meħtieġ li tiġi stabbilita proċedura sabiex isiru emendi tekniċi lill-Annessi ta' din id-Deċiżjoni b'mod effettiv, kemm-il darba dawk l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwaw il-piż tar-rapportar. Meta tkun qegħda tiġi segwita din il-proċedura, għandhom jitqiesu l-fehmiet tal-Kumitat tal-Istatistika (STC) tas-Sistema Ewropea tal-Banek Centrali (SEBĊ). L-NCAs u Kumitati oħra tas-SEBĊ b'hekk ikunu jistgħu jipproponu emendi tekniċi bħal dawn għall-Annessi permezz tal-STC,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Deċizjoni tistabbilixxi l-metodoloġija u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) għad-determinazzjoni u l-ġbir tad-dejta dwar il-fatturi tariffarji użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali li għandhom jiġu imposti fir-rigward ta' entitajiet taħt superviżjoni u s-sottomissjoni tal-fatturi tariffarji mid-debituri tat-tariffi, kif ukoll il-proċeduri għas-sottomissjoni ta' dik id-dejta mill-NCAs lill-BĊE.

Din id-Deċizjoni tapplika għad-debituri tat-tariffi u għall-NCAs.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41), ħlief jekk ikun ipprovdut mod ieħor, flimkien mad-definizzjoni li ġejja:

 

“jum ta' ħidma” tfisser jum li ma jkunx is-Sibt, il-Ħadd jew btala pubblika fl-Istat Membru fejn l-NCA relevanti tkun stabbilita.

Artikolu 3

Mudell għar-rapportar tal-fatturi tariffarji lill-NCAs mid-debituri tat-tariffi

Il-fatturi tariffarji għandhom jiġu sottomessi lill-NCAs mid-debituri tat-tariffi permezz tal-mudelli li jinsabu fl-Annessi I u II ta' din id-Deċiżjoni. Id-dikjarazzjonijiet tal-awditur skont l-Artikolu 7 għandhom jiġu ppreżentati wkoll lill-NCAs. Fil-każ ta' grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffi b'sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi, id-debituri tat-tariffi għandhom jipprovdu spjegazzjoni tal-metodu użat għad-determinazzjoni tal-fatturi tariffarji skont l-Artikolu 10(3)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41) fl-ispazju allokat għal dan l-iskop fil-formola.

Artikolu 4

Dati ta' spedizzjoni

1.   L-NCAs għandhom jippreżentaw dejta dwar il-fatturi tariffarji lill-BĊE sa mhux aktar tard mill-għeluq tan-negozju fl-10 jum ta' ħidma wara d-dati ta' spedizzjoni msemmija fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41). Wara dan, il-BĊE għandu jivverifika d-dejta li jkun irċieva fi żmien ħamest ijiem minn meta jkun irċeviha. L-NCAs għandhom jispjegaw jew jikkjarifikaw id-dejta, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-BĊE. Il-BĊE għandu jiffinalizza d-dejta fil-15-il jum ta' ħidma wara d-data ta' spedizzjoni relevanti.

2.   Malli l-BĊE jiffinalizza d-dejta skont il-paragrafu 1, huwa għandu jagħti lid-debituri tat-tariffi aċċess għad-dejta ffinalizzata. Id-debituri tat-tariffi għandhom jingħataw ħamest ijiem ta' ħidma sabiex jikkummentaw dwar id-dejta tal-fatturi tariffarji f'każ li jikkunsidraw li dik id-dejta hija skorretta. Wara dan, il-fatturi tariffarji għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali.

Artikolu 5

Kontrolli tal-kwalità tad-dejta

L-NCAs għandhom jimmonitorjaw u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tad-dejta fir-rigward tal-fatturi tariffarji sottomessi lill-BĊE. L-NCAs għandhom japplikaw verifiki ta' kontroll tal-kwalità sabiex jevalwaw jekk il-fatturi tariffarji ġewx ikkalkulati b'mod konformi mal-metodoloġija stipulata fl-Artikolu 7. Il-BĊE ma għandux jikkoreġi jew jimmodifika dejta dwar il-fatturi tariffarji pprovduti mid-debituri tat-tariffi. Kwalunkwe korrezzjonijiet jew modifiki għad-dejta għandhom isiru mid-debituri tat-tariffi u jiġu sottomessi minnhom lill-NCAs. L-NCAs għandhom jissottomettu lill-BĊE kwalunkwe dejta kkoreġuta jew immodifikata li huma jirċievu. Meta jissottomettu dejta dwar il-fatturi tariffarji, l-NCAs għandhom: (a) jipprovdu informazzjoni dwar kwalunkwe żvilupp sinifikanti implikat minn dik id-dejta; u (b) jikkomunikaw lill-BĊE r-raġunijiet għal kwalunkwe korrezzjoni jew modifika sinifikanti għaliha.

Artikolu 6

Frekwenza ta' rapportar u l-ewwel data ta' referenza tar-rapportar

Id-dejta dwar il-fatturi tariffarji għandha tiġi sottomessa mid-debituri tariffarji lill-NCAs fuq bażi annwali. L-ewwel data ta' referenza tar-rapportar għall-fatturi tariffarji hija l-31 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 7

Metodoloġija għall-kalkolu tal-fatturi tariffarji

1.   Il-figura totali tal-iskopertura għar-riskju li għandha tiġi rrapportata għandha tinstilet mir-rapportar regolari mwettaq skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (3). Ir-rekwiżiti speċifiċi ta' kalkolu li ġejjin għandhom japplikaw.

(a)

Għal grupp taħt superviżjoni li ma jkollux sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi, l-iskopertura għar-riskju totali tal-grupp għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-formola ta' “rekwiżiti ta' fondi proprji” tar-rapportar komuni dwar il-proporzjon ta' solvenza (COREP) stabbilit fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (iktar 'il quddiem il-“formola dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji”).

(b)

Għal grupp taħt superviżjoni li jkollu sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi, l-iskopertura għar-riskju totali tal-grupp għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-formola tar-rekwiżiti ta' fondi proprji, bl-opzjoni li jitnaqqas il-kontribut għall-iskopertura għar-riskju totali tal-grupp ta' dawk is-sussidjarji li huma stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi b'referenza għall-formola COREP “solvenza tal-grupp: informazzjoni dwar affiljati” li jinsab fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014. Jekk id-dejta dwar il-kontribut tas-sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi ma tkunx disponibbli fil-formola COREP “solvenza tal-grupp: informazzjoni dwar affiljati” għall-finijiet tal-kalkolu ta' tariffi superviżorji, id-debituri tat-tariffi jistgħu jissottomettu din id-dejta huma stess lill-NCAs.

(c)

Jekk l-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffi ma tkunx parti minn grupp taħt superviżjoni, l-iskopertura totali ta' riskju tal-istituzzjoni għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-formola dwar ir-rekwiżiti ta' fondi proprji.

2.   Il-figura ta' attiv totali li għandha tiġi rapportata għandha tikkorrispondi għall-ammont ta' attiv totali stipulat fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/17) (4). Jekk l-assi totali ma jistgħux jiġu ddeterminati b'referenza għal dak l-Artikolu, għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tad-dejta li ġejja.

(a)

Għal grupp taħt superviżjoni li jkollu biss sussidjarji stabibliti fi ħdan l-Istati Membri parteċipanti, il-pakketti ta' rapportar użati mill-entitajiet taħt superviżjoni għat-tħejjija ta' kontijiet ikkonsolidati fil-livell ta' grupp għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-assi totali. Awditur għandu jiċċertifika l-assi totali tal-grupp taħt superviżjoni billi jagħmel verifika xierqa tal-pakketti ta' rapportar.

(b)

Għal istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa li ma tkunx parti minn grupp taħt superviżjoni iżda jkollha kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru mhux parteċipanti jew pajjiż terz, il-pakketti ta' rapportar użati mill-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa għat-tħejjija ta' kontijiet ikkonsolidati fil-livell tal-grupp għandhom jintużaw biex jiġu ddeterminati l-assi totali. Awditur għandu jiċċertifika l-assi totali tal-istituzzjoni ta' kreditu li tħallas tariffa billi jagħmel verifika xierqa tal-pakketti ta' rapportar.

(c)

F'każ li l-assi totali ta' fergħa li tħallas tariffa jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta' dejta statistika rrapportata skont ir-Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2013/33) (5), awditur għandu jiċċertifika l-assi totali tal-fergħa li tħallas tariffa billi jwettaq verifika xierqa tal-kontijiet finanzjarji tagħha.

3.   Għal grupp taħt superviżjoni li jkollu sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi, l-assi totali tiegħu għandhom jiġu ddeterminati skont waħda mill-opzjonijiet li ġejjin.

(a)

L-assi totali tiegħu jistgħu jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) (inklużi sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi). Jekk l-assi totali ma jistgħux jiġu ddeterminati b'referenza għal dak l-Artikolu, għandhom jiġu ddeterminati skont l-Artikolu 7(2)(a) ta' din id-Deċiżjoni.

(b)

L-assi totali tigħu jistgħu jiġu ddeterminati billi jiġu aggregati l-assi totali żvelati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji tal-entitajiet kollha taħt superviżjoni stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti fi ħdan il-grupp taħt superviżjoni, jekk dawn ikunu disponibbli, jew inkella billi jiġu aggregati l-assi totali ddikjarati fil-pakkett(i) ta' rapportar relevanti użat(i) mill-entitajiet taħt superviżjoni jew grupp ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li jħallsu tariffa għat-tħejjija ta' kontijiet ikkonsolidati fil-livell ta' grupp. Sabiex jiġi evitat għadd doppju, id-debitur tat-tariffa għandu l-opzjoni li jelimina pożizzjonijiet intragrupp fost l-entitajiet kollha taħt superviżjoni li jkunu stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti tal-grupp taħt superviżjoni fil-proċess ta' konsolidazzjoni. Kwalunkwe avvjament inkluż fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-impriża parent ta' grupp taħt superviżjoni għandu jiġi inkluż fl-aggregazzjoni; l-esklużjoni ta' avvjament allokat lil sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi hija fakultattiva. Meta debitur ta' tariffa juża dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji, awditur għandu jiċċertifika li l-assi totali jikkorrispondu għall-assi totali żvelati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji awditjati tal-entitajiet taħt supeviżjoni individwali. Meta debitur ta' tariffa juża pakketti ta' rapportar, awditur għandu jiċċerifika l-assi totali użati għall-kalkolu tat-tariffi superviżorji annwali billi jwettaq verifika xierqa tal-pakketti ta' rapportar użati. Fi kwalunkwe każ, l-awditur għandu jikkonferma li l-proċess ta' aggregazzjoni ma jiddevjax mill-proċedura stipulata f'din id-Deċiżjoni u li l-kalkolu mwettaq mid-debitur tat-tariffa huwa koerenti mal-metodu ta' kontabilità użat għall-konsolidazzjoni tal-kontijiet tal-grupp ta' entitajiet li jħallsu tariffa.

Artikolu 8

Determinazzjoni ta' fatturi tariffarji mill-BĊE f'każ li ma jiġux ipprovduti jew sottomessi l-korrezzjonijiet jew modifiki meħtieġa

F'każ li fattur tariffarju ma jiġix irrapportat jew il-korrezzjonijiet jew modifiki meħtieġa ma jiġux sottomessi minn debitur ta' tariffa, il-BĊE għandu juża l-informazzjoni disponibbli għalih sabiex jiddetermina l-fattur tariffarju nieqes.

Artikolu 9

Proċedura ta' emenda simplifikata

Filwaqt li jqis il-fehmiet tal-STC, il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE huwa intitolat li jagħmel kwalunkwe emenda teknika fl-Annessi ta' dan ir-Regolament, sakemm dawn l-emendi la jbiddlu l-qafas kunċettwali sottostanti u lanqas ma jaffettwaw il-piż ta' rapportar fuq id-debituri tat-tariffi. Il-Bord Eżekuttiv għandu jinforma lill-Kunsill Governattiv b'kull emenda bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 10

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-11 ta' Frar 2015.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 311, 31.10.2014, p. 23.

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1.).

(4)  Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali ddenominati (Regolament Qafas dwar l-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).

(5)  Regolament (UE) Nru 1071/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta' Settembru 2013 dwar il-karta tal-bilanċ tas-settur tal-istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/33) (ĠU L 297, 7.11.2013, p. 1).


ANNESS I

 

KALKOLU TA' TARIFFI

Perjodu ta' referenza

 

ISEM

 

SKOPERTURA TOTALI GĦAR-RISKJU

Data

 

Kodiċi MFI

 

 

Kodiċi LEI

 

 

Partita

 

Tip ta' istituzzjoni

Sors għall-ammont ta' skopertura għar-riskju

Ammont tal-iskopertura għar-riskju

Kummenti

 

 

010

020

030

040

010

SKOPERTURA TOTALI GĦAR-RISKJU

(1), (2), (3) jew (4)

COREP C 02.00, ringiela 010

 

 

020

KONTRIBUZZJONI TA' SUSSIDJARJI fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi

(4)

COREP C06.02, kolonna 250 (SUM)

 

 

021

Entità 1

(4)

 

 

 

.

Entità 2

(4)

 

 

 

.

Entità 3

(4)

 

 

 

N

Entità N

(4)

 

 

 

030

AMMONT TOTALI TA' SKOPERTURA GĦAR-RISKJU tal-grupp taħt superviżjoni li jnaqqas il-KONTRIBUT TA' SUSSIDJARJI fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi: Il-partita 030 hija ugwali għal 010 bi tnaqqis ta' 020

(4)

 

 

 

Jekk jogħġbok ara li dan il-mudell jimtela skont l-istruzzjonijiet li huma pprovduti separatament.


ANNESS II

 

KALKOLU TA' TARIFFI

Perjodu ta' referenza

 

ISEM

 

ASSI TOTALI

Data

 

Kodiċi MFI

 

 

Kodiċi LEI

 

 

Partita

 

Tip ta' istituzzjoni

Konferma tal-verifika tal-awditur (Iva/Le)

Assi totali

Kummenti

 

 

010

020

030

040

010

ASSI TOTALI skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (KE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17)

(1), (2), (3), (4), (5)

 

 

 

020

ASSI TOTALI skont l-Artikolu 7(2)(a) jew (b) ta' din id-Deċiżjoni

(6) jew (7)

 

 

 

030

ASSI TOTALI skont l-Artikolu 7(3)(b) ta' din id-Deċiżjoni: Il-partita 030 hija ugwali għal 031 bi tnaqqis ta' 032 u b'żieda ta' 033 u tnaqqis ta' 034

(8)

 

 

 

031

Assi totali tal-entitajiet kollha li huma gruppi stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti

 

 

 

 

032

Pożizzjonijiet intragrupp fost entitajiet taħt superviżjoni stabbiliti fi Stati Membri parteċipanti (minn pakketti ta' rapportar użati għall-eliminazzjoni ta' bilanċi għal skopijiet ta' rapportar ta' grupp) — opzjonali

 

 

 

 

033

Avvjament inkluż fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-impriża parent ta' grupp taħt superviżjoni — obbligatorju

 

 

 

 

034

Avvjament allokat lil sussidjarji stabbiliti fi Stati Membri mhux parteċipanti jew pajjiżi terzi — opzjonali

 

 

 

 

040

Assi totali għal entità taħt superviżjoni jew grupp taħt superviżjoni kklassifikati bħala inqas sinifikanti fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-BĊE meħuda skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 flimkien mal-Artikolu 70(1) u l-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (BĊE/2014/17) u l-Artikolu 10(3)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1163/2014 (BĊE/2014/41).

(9)

 

 

 

Jekk jogħġbok ara li dan il-mudell jimtela skont l-istruzzjonijiet li huma pprovduti separatament.


Rettifika

28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/73


Rettifika tad-Deċiżjoni 2013/462/UE tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2013 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 250 tal-20 ta' Settembru 2013 )

F'paġna 1, il-firma:

minflok:

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON”

aqra:

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA”


28.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 84/73


Rettifika tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 897/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Gaboniża

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 250 tal-20 ta' Settembru 2013 )

F'paġna 25, il-firma:

minflok:

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON”

aqra:

Għall-Kunsill

Il-President

V. JUKNA”