|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/429 tat-13 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju ( 1 ) |
|
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/427
tat-13 ta' Marzu 2015
li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) u (3) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
|
(2) |
Abbażi ta' reviżjoni mill-Kunsill, l-entrati għal ħamsin persuna għandhom jiġu emendati u għandha titħassar l-entrata għal persuna li mietet. |
|
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
A. MATĪSS
ANNESS
|
1. |
Titħassar l-entrata li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar il-persuna elenkata hawn taħt:
|
|
2. |
L-entrati li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar il-persuni elenkati hawn taħt jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/12 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/428
tal-10 ta' Marzu 2015
li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 u r-Regolament (UE) Nru 1063/2010 fir-rigward tar-regoli ta' oriġini dwar l-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u l-miżuri ta' tariffi preferenzjali għal ċerti pajjiżi jew territorji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (2), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1063/2010 (3) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 530/2013 (4), ippreveda riforma tal-mod li bih l-oriġini tal-merkanzija tiġi ċertifikata għall-għanijiet tal-iskema tal-Unjoni ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (“SĠP”). Ir-riforma introduċiet sistema ta' awtoċertifikazzjoni tal-oriġini ta' merkanzija minn esportaturi reġistrati għal dan l-għan mill-pajjiżi benefiċjarji jew mill-Istati Membri, li l-implimentazzjoni tagħha ġiet posposta sal-1 ta' Jannar 2017. Il-prinċipju sottostanti ta' din ir-riforma huwa li minħabba li l-importaturi huma fl-aqwa pożizzjoni li jkunu jafu l-oriġini tal-prodotti tagħhom, huwa xieraq li jkun meħtieġ li dawn jipprovdu d-dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini direttament lill-klijenti tagħhom. Sabiex il-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri jitħallew li jirreġistraw l-esportaturi, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema elettronika tal-esportaturi rreġistrati (“is-sistema REX”). |
|
(2) |
Ġew iċċarati rekwiżiti ulterjuri tas-sistema REX. Bħala riżultat tar-rekwiżiti għandhom jiġu emendati għadd ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw ir-regoli tal-oriġini tas-SĠP. |
|
(3) |
In-Norveġja u l-Isvizzera wkoll jagħtu preferenzi tariffarji unilaterali lill-importazzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjarji. Waqt id-diskussjonijiet li saru bejn il-Kummissjoni, in-Norveġja u l-Isvizzera skont l-awtorizzazzjoni li l-Kummissjoni rċeviet mill-Kunsill biex tinnegozja mill-ġdid ma' dawk iż-żewġ pajjiżi l-ftehimiet eżistenti (5) dwar l-aċċettazzjoni reċiproka ta' provi tal-oriġini ta' sostituzzjoni u l-estensjoni tal-kumulazzjoni bilaterali għal materjali li joriġinaw fin-Norveġja u l-Isvizzera, ġie miftiehem li anki n-Norveġja u l-Isvizzera għandhom japplikaw is-sistema tal-esportatur reġistrat u jużaw is-sistema REX. L-istess possibbiltà għandha tingħata lit-Turkija ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. L-aġġustamenti meħtieġa għandhom għalhekk jiġu introdotti sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni, in-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija. |
|
(4) |
Bl-użu ta' dikjarazzjoni dwar l-oriġini, importatur għandu jkun jista' jivverifika l-validità tan-numru tal-esportatur irreġistrat li jkun għamilha. Għaldaqstant, id-dejta tas-sistema REX għandha tiġu ppubblikata fuq websajt pubblika. |
|
(5) |
Ir-regoli eżistenti dwar is-sistema ta' esportaturi reġistrati se jsiru applikabbli fl-1 ta' Jannar 2017. Sabiex jiġi evitat li dawk ir-regoli jiġu affettwati fl-istadju tal-implimentazzjoni tagħhom, il-modifiki introdotti minn dan ir-Regolament għandhom isiru applikabbli qabel dik id-data. |
|
(6) |
Skont ir-regoli eżistenti, l-esportaturi f'pajjiżi benefiċjarji u fl-Unjoni biss huma eliġibbli għar-reġistrazzjoni. Fir-rigward tan-Norveġja u l-Isvizzera, kif ukoll it-Turkija, ladarba it-tali pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet, dawn għandhom japplikaw is-sistema ta' esportaturi reġistrati u l-esportaturi tagħhom għandu jkollhom ukoll il-possibbiltà li jiġu rreġistrati sabiex ikunu intitolati li jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini fil-kuntest ta' kumulazzjoni bilaterali jew li jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini fil-kuntest tar-rikonsenjar tal-merkanzija. |
|
(7) |
Ir-regoli attwali dwar il-limiti ta' żmien għall-istabbiliment ta' sistema REX speċjalizzata ma jqisux biżżejjed il-kapaċità tal-pajjiżi benefiċjarji biex jamministraw il-proċedura ta' reġistrazzjoni u biex jibdew jimplimentaw is-sistema mill-2017. Għaldaqstant, sal-31 ta' Diċembru 2019 għandhom jiġu previsti miżuri ta' tranżizzjoni u approċċ ta' implimentazzjoni gradwali b'perjodu ta' estensjoni ta' sitt xhur. Mit-30 ta' Ġunju 2020, biex ikunu intitolati għal trattament tariffarju preferenzjali tas-SĠP, il-kunsinni kollha li jkun fihom prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx is-EUR 6 000 jridu jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula minn esportatur irreġistrat. |
|
(8) |
Jeħtieġ li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri kif ukoll tan-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija, ikollhom aċċess għad-dejta rreġistrata fis-sistema ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni xierqa tad-dejta personali, għandhom jiġu stabbiliti regoli dettaljati li jikkonċernaw b'mod partikolari l-ambitu tal-aċċess għal u l-għan tal-ipproċessar ta' din id-dejta, kif ukoll id-dritt ta' esportaturi li jiksbu modifikazzjoni, tħassir jew imblukkar ta' dik id-dejta. |
|
(9) |
Dan ir-Regolament m'għandu bl-ebda mod jaffettwa l-livell ta' protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-dritt nazzjonali li jimplimenta dik id-Direttiva, u b'mod partikolari m'għandux ibiddel la l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-ipproċessar tagħhom tad-dejta skont id-Direttiva 94/46/KE jew l-obbligi tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ipproċessar tagħhom ta' dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) meta jwettqu r-responsabilitajiet tagħhom. |
|
(10) |
Għandu jiġi ddeterminat il-perjodu taż-żamma tad-dejta għal dejta dwar esportatur irreġistrat li r-reġistrazzjoni tiegħu tkun ġiet irrevokata, filwaqt li jitqiesu n-neċessità proprja li tinżamm dejta ta' dan it-tip u l-perjodu taż-żamma diġà stabbilit fil-liġijiet tal-Istati Membri. |
|
(11) |
Ir-regoli dwar il-qsim tal-kunsinni għandhom jiġu aġġustati sabiex jiġi ċċarat li l-qsim ta' kunsinni jista' jseħħ biss meta jitwettaq minn esportaturi jew taħt ir-responsabbiltà tagħhom. |
|
(12) |
Il-kundizzjonijiet għall-ħruġ retrospettiv ta' ċertifikati ta' oriġini “Formola A” għandhom jipprevedu każ addizzjonali meta d-destinazzjoni finali tal-prodotti tiġi determinata matul it-trasport jew il-ħażna tal-prodotti u wara l-qsim possibbli. |
|
(13) |
Minħabba li fl-1 ta' Jannar 2015 l-istatus ta' ċerti pajjiżi taħt l-iskema tas-SĠP inbidel minn dak ta' pajjiż benefiċjarju għal dak ta' pajjiż eliġibbli, l-awtoritajiet kompetenti ta' dawk il-pajjiżi mhux se jkunu jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati “Formola A” għall-prodotti li joriġinaw f'pajjiż ieħor tal-istess grupp reġjonali li jkun għadu pajjiż benefiċjarju, kif kienu jagħmlu qabel f'konformità mat-tieni u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 86(4). Sabiex jippermettu lill-esportaturi ta' oġġetti minn pajjiżi benefiċjarji jkomplu jittrasportaw il-merkanzija tagħhom permezz tar-rotot regolari tagħhom mill-pajjiżi li jkunu bidlu l-istatus tagħhom mingħajr interruzzjoni matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2015 sad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, l-emendi għar-regoli dwar il-ħruġ retrospettiv taċ-ċertifikati “Formola A” għandhom japplikaw b'effett retroattiv mill-1 ta' Jannar 2015. |
|
(14) |
Ir-regoli, proċeduri u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva attwali, li huma applikabbli sakemm tiġi applikata s-sistema ta' esportatur irreġistrat jistipulaw li pajjiżi benefiċjarji ta' esportazzjoni għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, iwettqu inkjesti xierqa jekk il-proċedura ta' verifika jew kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra tkun tidher li tindika li r-regoli tal-oriġini qed jinkisru. L-istess obbligu għandu jkompli jkun applikabbli wara li tiġi applikata s-sistema tal-esportatur reġistrat. |
|
(15) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-regoli tranżizzjonali rigward l-applikazzjoni tas-sistema ta' awtoċertifikazzjoni ta' oriġini minn esportaturi reġistrati stipulata attwalment fir-Regolament li jemenda (UE) Nru 1063/2010 għandhom jiġu inklużi direttament fir-Regolament (KEE) Nru 2454/93. |
|
(16) |
Intestatura ġdida ta' Sistema Armonizzata ta' Deskrizzjoni u Kodifikazzjoni tal-Merkanzija bir-regoli tagħha għandha tiġi introdotta fil-Parti II tal-Anness 13a sabiex jittieħdu in kunsiderazzjoni ħwejjeġ mhux innittjati jew magħmula bil-ganċ (titlu 62), iżda li jkollhom partijiet maħdumin bil-labar jew bil-ganċ. |
|
(17) |
Wara ż-żieda tal-Ispanjol mal-lingwi li jistgħu jintużaw biex issir dikjarazzjoni dwar l-oriġini, l-Anness 13d msemmi fl-Artikolu 95(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu jiġi emendat billi tiġi miżjuda verżjoni Spanjola tad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini. |
|
(18) |
L-Anness 17 għandu jiġi emendat sabiex tiġi introdotta tolleranza rigward il-wisa', sa liema ċ-ċertifikati ta' oriġini “Formola A” jistgħu ma jkunux konformi mal-format meħtieġ. Fl-istess waqt, il-lista tal-pajjiżi li jaċċettaw iċ-ċertifikati tal-oriġini “Formola A” għall-għan tal-iskema tal-Unjoni ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati għandha tiġi emendata billi tiżdied il-Kroazja. |
|
(19) |
L-Artikolu 109 għandu jiġi supplimentat minn dispożizzjoni dwar l-approvazzjoni tal-Kaxxa 7 taċ-ċertifikat ta' moviment EUR.1 u d-dikjarazzjonijiet tal-fattura, li għandha tinkludi indikazzjonijiet addizzjonali li jikkjarifikaw l-qafas legali skont liema jinħarġu jew isiru dawn il-provi. |
|
(20) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(21) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 66a għandu jiġi miżjud kif ġej: “Artikolu 66a 1. L-Artikoli 68 sa 71, 90 sa 97j għandhom japplikaw mid-data ta' applikazzjoni tas-sistema ta' awtoċertifikazzjoni ta' oriġini minn esportaturi reġistrati (‘is-sistema tal-esportatur reġistrat’) mill-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri. 2. L-Artikoli 97k sa 97w għandhom japplikaw sakemm il-pajjiżi benefiċjarji u l-Istati Membri joħorġu ċertifikati tal-oriġini ‘Formola A’ u ċertifikati ta' moviment EUR. 1, rispettivament, jew sakemm l-esportaturi tagħhom jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' fattura, f'konformità mal-Artikoli 91 u 91a.” |
|
(2) |
L-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
Fl-Artikolu 68, il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej: “3. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jissottomettu l-impriża msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni mill-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha jkunu beħsiebhom jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi.” |
|
(4) |
L-Artikolu 69 huwa mibdul b'dan li ġej: “Artikolu 69 1. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-awtoritajiet li hemm fit-territorju tagħhom li huma:
Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt ta' dawn l-awtoritajiet. In-notifika għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data li fiha l-pajjiżi benefiċjarji jkunu beħsiebhom jibdew r-reġistrazzjoni tal-esportaturi. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni nnotifikata skont l-ewwel subparagrafu. 2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet doganali tagħhom li huma:
It-talba għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sat-30 ta' Settembru 2016. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni minnufih dwar kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni nnotifikata skont l-ewwel subparagrafu.” |
|
(5) |
Jiddaħħlu l-Artikoli 69a, 69b u 69c li ġejjin: “Artikolu 69a 1. Il-Kummissjoni għandha twaqqaf is-sistema REX u tagħmilha disponibbli sal-1 ta' Jannar 2017. 2. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, meta tasal l-applikazzjoni kompluta msemmija fl-Anness 13c, għandhom jassenjaw mingħajr dewmien in-numru tal-esportatur irreġistrat lill-esportatur jew, meta xieraq, lir-rikonsenjatur tal-merkanzija, u jdaħħlu fis-sistema speċjalizzata REX in-numru tal-esportatur irreġistrat, id-dejta tar-reġistrazzjoni u d-data minn meta r-reġistrazzjoni tkun valida skont l-Artikolu 92(5). F'każ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni ma tkunx kompleta, dawn għandhom jgħarrfu lill-esportatur dwar dan mingħajr dewmien. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom iżommu d-dejta rreġistrata minnhom aġġornata. Huma għandhom jimmodifikaw dik id-dejta immedjatament wara li l-esportatur irreġistrat jinfurmahom skont l-Artikolu 93. Artikolu 69b 1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-aċċess għas-sistema speċjalizzata REX jingħata f'konformità ma' dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni għandu jkollha aċċess sabiex tikkonsulta d-dejta kollha. 3. L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju għandu jkollhom aċċess biex jikkonsultaw id-dejta li tikkonċerna l-esportaturi rreġistrati minnhom. 4. L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandu jkollhom aċċess biex jikkonsultaw id-dejta rreġistrata minnhom, mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri oħra u mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll min-Norveġja, l-Isvizzera u t-Turkija. Dan l-aċċess għad-dejta għandu jsir bil-għan li jitwettqu l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 68 tal-Kodiċi tal-eżamijiet tad-dikjarazzjonijiet skont l-Artikolu 78(2) tal-Kodiċi. 5. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess sikur għas-sistema REX lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi benefiċjarji. Sa fejn skont il-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 97 g, in-Norveġja u l-Isvizzera ftiehmu mal-Unjoni sabiex jikkondividu s-sistema REX, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess sikur għas-sistema REX lill-awtoritajiet doganali ta' dawn il-pajjiżi. Aċċess sikur għas-sistema REX għandu jiġi pprovdut ukoll lit-Turkija ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. 6. Meta pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju għandhom iżommu l-aċċess għas-sistema REX għal kemm ikun meħtieġ sabiex ikunu jistgħu jiġu konformi mal-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 71. 7. Il-Kummissjoni għandha tagħmel id-dejta li jmiss disponibbli għall-pubbliku bil-kunsens tal-esportatur, li dan jagħti billi jiffirma fil-Kaxxa 6 tal-formola li tinsab fl-Anness 13c:
Li wieħed jirrifjiuta li jiffirma l-kaxxa 6 m'għandux jikkostitwixxi raġuni għal rifjut ta' reġistrazzjoni tal-esportatur. 8. Il-Kummissjoni dejjem se tagħmel id-dejta li ġejja disponibbli għall-pubbliku:
Artikolu 69c 1. Id-dejta rreġistrata fis-sistema speċjalizzata REX għandha tiġi pproċessata biss għall-fini tal-applikazzjoni tal-iskema kif stabbilit f'din is-Sezzjoni. 2. L-esportaturi għandhom jingħataw l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 11(1)(a) sa (e) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 95/46/KE. Barra minn hekk, għandhom jingħataw ukoll l-informazzjoni li ġejja:
Esportaturi rreġistrati għandhom jiġu pprovduti b'dik l-informazzjoni permezz ta' avviż mehmuż mal-applikazzjoni biex isiru esportaturi irreġistrati, kif stabbilit fl-Anness 13c. 3. Kull awtorità kompetenti f'pajjiż benefiċjarju msemmi fl-Artikolu 69(1)(a) u kull awtorità doganali fi Stat Membru msemmi fl-Artikolu 69(2)(a) li tkun introduċiet dejta fis-sistema REX għandha titqies bħala l-kontrollur fir-rigward tal-ipproċessar ta' dik id-dejta. Il-Kummissjoni għandha titqies bħala kontrollur konġunt fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta kollha biex jiġi ggarantit li l-esportatur irreġistrat jikseb id-drittijiet tiegħu. 4. Id-drittijiet ta' esportaturi rreġistrati fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta li tkun maħżuna fis-sistema speċjalizzata REX elenkata fl-Anness 13c u pproċessata fis-sistemi nazzjonali għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mal-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta li timplimenta d-Direttiva 95/46/KE tal-Istat Membru li jkun qed jaħżen id-dejta tagħhom. 5. L-Istati Membri li jirreplikaw id-dejta tas-sistema REX li għandhom aċċess għaliha fis-sistemi nazzjonali tagħhom għandhom iżommu din id-dejta rreplikata aġġornata. 6. Id-drittijiet ta' esportaturi rreġistrati fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-Kummissjoni għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001. 7. Kwalunkwe talba minn esportatur irreġistrat li jeżerċita d-dritt ta' aċċess, rettifikazzjoni, tħassir jew imblukkar ta' dejta skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandha tiġi ppreżentata lill-kontrollur tad-dejta u pproċessata minnu. F'każ li esportatur irreġistrat ikun ippreżenta talba ta' dan it-tip lill-Kummissjoni mingħajr ma jkun ipprova jikseb id-drittijiet tiegħu mingħand il-kontrollur tad-dejta, il-Kummissjoni għandha tibgħat din it-talba lill-kontrollur tad-dejta tal-esportatur irreġistrat. Jekk l-esportatur irreġistrat ma jirnexxilux jikseb id-drittijiet tiegħu mingħand il-kontrollur tad-dejta, l-esportatur irreġistrat għandu jissottometti t-talba lill-Kummissjoni, li tkun qed taġixxi bħala kontrollur. Il-Kummissjoni għandu jkollha d-dritt li tirrettifika, tħassar jew timblokka d-dejta. 8. L-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għall-protezzjoni tad-dejta u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, filwaqt li kull parti taġixxi fil-firxa tal-kompetenza rispettiva tagħha, għandhom jikkooperaw u jiżguraw sorveljanza kkordinata tad-dejta tar-reġistrazzjoni. Kull wieħed minnhom għandu jaġixxi separatament fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, filwaqt li flimkien għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-verifiki u l-ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet relatati mal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jistudjaw il-problemi li jistgħu jippreżentaw rwieħhom fi-rigward tal-eżerċiżzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta kkonċernati, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu l-għarfien dwar il-protezzjoni tad-dejta, skont kif ikun meħtieġ.” |
|
(6) |
L-Artikoli 70 u 71 huma sostitwiti b'dan li ġej: “Artikolu 70 Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-websajt tagħha d-dati li fihom il-pajjiżi benefiċjarji se jibdew japplikaw is-sistema ta' esportaturi rreġistrati. Il-Kummissjoni għandha żżomm din l-informazzjoni aġġornata. Artikolu 71 F'każ li pajjiż jew territorju jkun tneħħa mill-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012, l-obbligu li jipprovdi l-kooperazzjoni amministrattiva stabbilita fl-Artikoli 69, 69a, 86(10) u 97 g għandu jkompli japplika għal dak il-pajjiż jew territorju għal perjodu ta' tliet snin mid-data tat-tneħħija tiegħu minn dak l-Anness.” |
|
(7) |
L-Artikolu 74 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 74 1. Il-prodotti ddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu l-istess prodotti kif esportati mill-pajjiż benefiċjarju fejn jitqiesu li oriġinaw. Dawn m'għandhomx ikunu ġew mibdula, ittrasformati fi kwalunkwe mod jew ikunu ġew soġġetti għal operazzjonijiet għajr dawk biex jinżammu f'kundizzjoni tajba u m'għandhomx ikunu ġew soġġetti għaż-żieda jew it-twaħħil ta' marki, tikketti, siġġilli jew kwalunkwe dokumentazzjoni oħra biex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżiti nazzjonali speċifiċi applikabbli fl-Unjoni, qabel ma jkunu ġew iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa. 2. Il-prodotti importati lejn pajjiż benefiċjarju għall-fini ta' kumulazzjoni skont l-Artikoli 84, 85 jew 86 għandhom ikunu l-istess prodotti esportati mill-pajjiż li minnu jkunu tqiesu li oriġinaw. Dawn m'għandhomx ikunu ġew mibdula, ittrasformati fi kwalunkwe mod jew ikunu ġew soġġetti għal operazzjonijiet għajr dawk biex jinżammu f'kundizzjoni tajba, qabel ma jkunu ġew iddikjarati għall-proċedura doganali rilevanti fil-pajjiż tal-importazzjonijiet. 3. Il-ħżin ta' prodotti jista' jseħħ sakemm dawn jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-dwana fil-pajjiż jew pajjiżi ta' tranżitu. 4. Il-qsim ta' konsenji jista' jseħħ meta jitwettaq mill-esportatur jew taħt ir-responsabbiltà tiegħu, sakemm il-prodotti kkonċernati jibqgħu taħt is-sorveljanza tad-dwana fil-pajjiż jew pajjiżi ta' tranżitu. 5. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mal-paragrafi 1 sa 4 sakemm l-awtoritajiet tad-dwana ma jkollhomx raġuni biex jaħsbu mod ieħor; f'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet doganali jistgħu jitolbu lid-dikjarant biex jipprovdi evidenza tal-konformità, li tista' tingħata bi kwalunkwe mezz, inklużi dokumenti kontrattwali tat-trasport bħall-polza tal-kargu jew evidenza fattwali jew konkreta bbażata fuq l-immarkar jew l-innumerar tal-pakketti jew kwalunkwe evidenza relatata mal-prodotti nfushom.” |
|
(8) |
Fl-Artikolu 84, dan li ġej jiżdied bħala t-tieni subparagrafu: “Is-Subsezzjonijiet 2 u 7 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal esportazzjonijiet mill-Unjoni lejn pajjiż benefiċjarju għall-finijiet ta' kumulazzjoni bilaterali.” |
|
(9) |
L-Artikolu 86 huwa emendat kif ġej:
|
|
(10) |
Fl-Artikolu 88, għandu jitħassar il-paragrafu 1. |
|
(11) |
Fil-Parti 1, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 1, l-intestatura tas-Subsezzjoni 5 tinbidel b'dan li ġej:
Proċeduri tal-esportazzjoni fil-pajjiż benefiċjarju u fl-Unjoni Ewropea applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportatur irreġistrat” |
|
(12) |
L-Artikoli 90 sa 95 huma mibdula b'dan li ġej: “Artikolu 90 1. L-iskema għandha tapplika fil-każijiet li ġejjin:
2. Il-valur ta' prodotti oriġinarji f'konsenja huwa l-valur nett tal-prodotti oriġinarji kollha fi ħdan konsenja waħda koperta minn dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula fil-pajjiż tal-esportazzjoni. Artikolu 91 1. Il-pajjiżi benefiċjarji għandhom jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi fl-1 ta' Jannar 2017. Madankollu, meta l-pajjiż benefiċjarju ma jkunx f'pożizzjoni li jibda r-reġistrazzjoni f'dik id-data, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miktub sal-1 ta' Lulju 2016 li qed jipposponi r-reġistrazzjoni tal-esportaturi sal-1 ta' Jannar 2018 jew sal-1 ta' Jannar 2019. 2. Tul perjodu ta' tnax il-xahar wara d-data li fiha pajjiż benefiċjarju jibda r-reġistrazzjoni tal-esportaturi, l-awtoritajiet kompetenti ta' dak il-pajjiż benefiċjarju għandhom jibqgħu joħorġu ċertifikati tal-oriġini ‘Formola A’ fuq talba tal-esportaturi li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati fil-ħin meta tiġi ppreżentata t-talba għaċ-ċertifikat. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 97k(5), iċ-ċertifikati ta' oriġini ‘Formola A’ maħruġa skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom ikunu ammissibbli fl-Unjoni bħala prova ta' oriġini, jekk jinħarġu qabel id-data ta' reġistrazzjoni tal-esportatur ikkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju li jkun qed jesperjenza diffikultajiet biex ikompli l-proċess ta' reġistrazzjoni fi żmien il-perjodu ta' tnax-il xahar jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex testendi l-proċess ta' reġistrazzjoni. Estensjonijet bħal dawn m'għandhomx jaqbżu is-sitt xhur. 3. L-esportaturi f'pajjiż benefiċjarju, reġistrati jew le, għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għal prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx is-EUR 6 000, mid-data minn meta l-pajjiż benefiċjarju ikun beħsiebu jibda r-reġistrazzjoni tal-esportaturi. L-esportaturi, ladarba jkunu ġew irreġistrati, għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għal prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom jaqbeż is-EUR 6 000, mid-data li minnha tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 92(5). 4. Il-pajjiżi benefiċjarji kollha għandhom japplikaw is-sistema tal-esportatur reġistrat mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020. Artikolu 91a 1. Fl-1 ta' Jannar 2017, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom jibdew ir-reġistrazzjoni tal-esportaturi u r-rikonsenjaturi tal-merkanzija stabbiliti fit-territorji tagħhom. 2. Mill-1 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet doganali fl-Istati Membri kollha għandhom jieqfu milli joħorġu ċertifikati ta' moviment EUR. 1 għall-għan ta' kumulazzjoni skont l-Artikolu 84. 3. Sal-31 ta' Diċembru 2017, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikati ta' moviment EUR. 1 jew ċertifikati ta' sostituzzjoni tal-oriġini ‘Formola A’ fuq talba tal-esportaturi jew tar-rikonsenjaturi ta' merkanzija li jkunu għadhom ma ġewx irreġistrati. Dan għandu japplika wkoll jekk il-prodotti oriġinarji mibgħuta lejn l-Unjoni ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjonijiet ta' oriġini maħruġa minn esportatur irreġistrat f'pajjiż benefiċjarju. 4. Sa mill-1 ta' Jannar 2017, l-esportaturi, irreġistrati u mhumiex, iridu jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għal prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom ma jaqbiżx is-EUR 6 000. L-esportaturi, ladarba jkunu ġew irreġistrati, għandhom jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini għall-prodotti oriġinarji kkonsenjati, meta l-valur totali tagħhom jaqbeż is-EUR 6 000, u dan għandu jsir mid-data li minnha tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 92(5). 5. Ir-rikonsenjaturi tal-merkanzija li huma rreġistrati jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini mid-data li minnha tkun valida r-reġistrazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 92(5). Dan għandu jgħodd irrispettivament minn jekk il-prodotti jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tal-oriġini ‘Formola A’ maħruġ fil-pajjiż benefiċjarju, minn dikjarazzjoni tal-fattura jew minn dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur. Artikolu 92 1. Biex isir esportatur irreġistrat, esportatur għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju li minnu l-merkanzija hija maħsuba biex tiġi esportata, u fejn il-prodotti huma kkunsidrati li oriġinaw jew li fih għaddew minn proċess li jitqies li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 86(4), jew tal-Artikolu 86(6)(a). L-applikazzjoni għandha tiġi ppreżentata permezz tal-formola li tinsab fl-Anness 13c, u għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha mitluba fiha. 2. Biex isir esportatur irreġistrat, esportatur jew rikonsenjatur tal-merkanzija stabbilit fi Stat Membru għandu jippreżenta applikazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta' dak l-Istat Membru, permezz tal-formola li tinsab fl-Anness 13c. 3. L-esportaturi għandhom ikunu rreġistrati b'mod komuni għal skopijiet ta' esportazzjoni skont is-Sistema Ġeneralizzata ta' preferenzi tal-Unjoni, tan-Norveġja u tal-Isvizzera, kif ukoll tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. Numru tal-esportatur irreġistrat għandu jiġi assenjat lill-esportatur mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju bil-ħsieb ta' esportazzjoni taħt l-iskemi tas-SĠP tal-Unjoni, in-Norveġja, l-Isvizzera kif ukoll tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet, sakemm dawk il-pajjiżi jkunu rikonoxxew il-pajjiż fejn ir-reġistrazzjoni tkun seħħet bħala pajjiż benefiċjarju. 4. L-applikazzjoni biex issir esportatur irreġistrat għandu jkun fiha d-dejta kollha msemmija fl-Anness 13c. 5. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun valida mid-data li fiha l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru jirċievu applikazzjoni kompluta għal reġistrazzjoni, skont il-paragrafu 4. 6. L-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jinfurmaw lill-esportatur jew, meta xieraq, lir-rikonsenjatur ta' merkanzija, dwar in-numru tal-esportatur irreġistrat assenjat lil dak l-esportatur jew rikonsenjatur tal-merkanzija, u bid-data minn meta tkun valida r-reġistrazzjoni. Artikolu 92a Meta pajjiż jiżdied mal-lista ta' pajjiżi benefiċjarji fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 978/2012, il-Kummissjoni għandha awtomatikament tattiva għall-iskema tagħha r-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi kollha rreġistrati f'dak il-pajjiż sakemm id-dejta tar-reġistrazzjoni tal-esportaturi tkun disponibbli fis-sistema REX u tkun valida għal mill-inqas l-iskema tas-SPĠ tan-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. F'dan il-każ, esportatur li jkun diġà rreġistrat għal mill-inqas l-iskema SĠP ta' jew in-Norveġja, jew l-Isvizzera jew it-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kondizzjonijiet, m'għandux għalfejn jippreżenta applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tiegħu biex jiġi rreġistrat għall-iskema tal-Unjoni. Artikolu 93 1. Esportaturi rreġistrati għandhom immedjatament jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni li huma jkunu pprovdew għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tagħhom. 2. Esportaturi rreġistrati li m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-esportazzjoni tal-merkanzija taħt l-iskema, jew li m'għadx għandhom l-intenzjoni li jesportaw merkanzija taħt l-iskema għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru. 3. L-awtoritajiet kompetenti f'pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali fi Stat Membru għandhom jirrevokaw ir-reġistrazzjoni jekk l-esportatur irreġistrat:
4. L-awtorità kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru jistgħu jirrevokaw ir-reġistrazzjoni jekk l-esportatur irreġistrat jonqos milli jżomm aġġornata d-dejta dwar ir-reġistrazzjoni tiegħu. 5. Ir-revoka tar-reġistrazzjonijiet għandha tidħol fis-seħħ biss għall-ġejjieni, jiġifieri fir-rigward ta' dikjarazzjonijiet ta' oriġini maħruġa wara d-data tar-revoka. Revoka ta' reġistrazzjoni ma għandu jkollha l-ebda effett fuq il-validità ta' dikjarazzjonijiet ta' oriġini maħruġa qabel ma l-esportatur irreġistrat ikun ġie infurmat dwar ir-revoka. 6. L-awtorità kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali ta' Stat Membru għandhom jinfurmaw lill-esportatur reġistrat bir-revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu u bid-data minn meta r-revoka tkun se tidħol fis-seħħ. 7. Għandu jkun hemm disponibbli rimedju ġudizzjarju għall-esportatur jew għar-rikonsenjatur ta' merkanzija f'każ ta' revoka tar-reġistrazzjoni tiegħu. 8. Ir-revoka ta' esportatur irreġistrat għandha tiġi kkanċellata f'każ ta' revoka mhux korretta. L-esportatur jew ir-rikonsenjatur ta' merkanzija għandu jkun intitolat juża n-numru tal-esportatur irreġistrat assenjat lilu meta tkun saret ir-reġistrazzjoni. 9. L-esportaturi jew r-rikonsenjaturi tal-prodotti li r-reġistrazzjoni tagħhom kienet ġiet irtirata, jistgħu jagħmlu applikazzjoni ġdida biex isiru esportaturi irreġistrati skont l-Artikolu 92. L-esportaturi jew r-rikonsenjaturi tal-prodotti li r-reġistrazzjoni tagħhom tkun ġiet irrevokata skont il-paragrafi 3(d) u 4 jistgħu jiġu rreġistrati mill-ġdid biss jekk jagħtu prova lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li kien irreġistrahom li huma rrimedjaw is-sitwazzjoni li wasslet għar-revoka tar-reġistrazzjoni tagħhom. 10. Id-dejta dwar reġistrazzjoni rrevokata għandha tinżamm fis-sistema REX mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż benefiċjarju jew mill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru li jkunu introduċewhom f'dik is-sistema, għal massimu ta' għaxar snin kalendarji wara s-sena kalendarja li fiha tkun seħħet ir-revoka. Wara dawn l-għaxar snin kalendarji, l-awtorità kompetenti ta' pajjiż benefiċjarju jew l-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru għandhom iħassru d-dejta. Artikolu 93a 1. Il-Kummissjoni għandha tirrevoka r-reġistrazzjonijiet kollha tal-esportaturi rreġistrati f'pajjiż benefiċjarju, jekk il-pajjiż benefiċjarju jitneħħa mil-lista tal-pajjiżi benefiċjarji fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jew jekk il-preferenzi tariffarji li jkunu ingħataw lill-pajjiż benefiċjarju jkunu tneħħew temporanjament skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012. 2. Meta dak il-pajjiż jiġi introdott mill-ġdid f'dik il-lista, jew meta l-irtirar temporanju tat-tariffi preferenzjarji mogħtija lil pajjiż benefiċjarju jintemm, il-Kummissjoni għandha tattiva mill-ġdid ir-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi kollha rreġistrati f'dak il-pajjiż sakemm id-dejta tar-reġistrazzjoni tal-esportaturi tkun disponibbli fis-sistema u tkun baqgħet valida għal mill-inqas l-iskema tas-SPĠ tan-Norveġja jew l-Isvizzera, jew it-Turkija ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. Inkella, l-esportaturi għandhom ikunu rreġistrati għal darb'oħra skont l-Artikolu 92. 3. Fil-każ ta' revoka tar-reġistrazzjonijiet tal-esportaturi rreġistrati kollha f'pajjiż benefiċjarju skont l-ewwel paragrafu, id-dejta tar-reġistrazzjonijiet irrevokati għandha tinżamm fis-sistema REX għal mill-inqas 10 snin kalendarji wara s-sena kalendarja li fiha tkun seħħet ir-revoka. Wara dak il-perjodu ta' għaxar snin, u meta l-pajjiż benefiċjarju ma jkunx pajjiż benefiċjarju tal-iskema SĠP la tan-Norveġja, la tal-Isvizzera u lanqas tat-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċerti kundizzjonijiet, għal aktar minn għaxar snin, il-Kummissjoni se tħassar id-dejta tar-reġistrazzjonijiet mis-sistema REX. Artikolu 94 1. L-esportaturi, irreġistrati u mhumiex, iridu jikkonformaw mal-obbligi li ġejjin:
Dawk ir-reġistri u dawk id-dikjarazzjonijiet dwar l-origini jistgħu jinżammu f'format elettroniku iżda għandhom jippermettu li l-materjali użati fil-manifattura tal-prodotti esportati jkunu jistgħu jiġu rrintraċċati u li l-istatus tal-oriġini tagħhom ikun jista' jiġi kkonfermat. 2. L-obbligi previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għall-fornituri li jipprovdu dikjarazzjonijiet tal-fornituri lill-esportaturi li jiċċertifikaw l-istatus oriġinarju tal-merkanzija li huma jfornu. 3. Ir-rikonsenjaturi tal-merkanzija, reġistrati jew mhux, li jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini kif imsemmi fl-Artikolu 97d għandhom iżommu l-ewwel dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini li huma jkunu issostitwixxew għal mill-anqas tliet snin minn tmiem is-sena kalendarja li fiha tkun saret id-dikjarazzjoni tas-sostituzzjoni dwar l-oriġini, jew għal tul ta' żmien itwal jekk ikun mitlub mid-dritt nazzjonali. Artikolu 95 1. Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha ssir mill-esportatur meta l-prodotti li għalihom tirrelata jkunu esportati, jekk il-merkanzija kkonċernata tista' titqies bħala oriġinarja fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat jew pajjiż benefiċjarju ieħor skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 86 (4) jew il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 86 (6). 2. Dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista' ssir ukoll wara l-esportazzjoni (‘dikjarazzjoni retrospettiva’) tal-prodotti kkonċernati. Tali dikjarazzjoni retrospettiva għandha tkun aċċettata jekk tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali fl-Istat Membru tal-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa sa mhux aktar tard minn sentejn wara l-importazzjoni. Meta l-qsim tal-konsenja jseħħ f'konformità mal-Artikolu 74 u sakemm l-iskadenza ta' sentejn imsemmija fl-ewwel subparagrafu tiġi rrispettata, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista' tkun magħmula retrospettivament mill-esportatur tal-pajjiż tal-esportazzjoni tal-prodotti. Dan japplika mutatis mutandis jekk il-qsim tal-kunsinna jseħħ f'pajjiż benefiċjarju ieħor jew fin-Norveġja, l-Isvizzera jew, meta applikabbli, fit-Turkija. 3. Id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tiġi pprovduta mill-esportatur lill-klijent tiegħu fl-Unjoni u għandu jkun fiha d-dettalji speċifikati fl-Anness 13d. Din għandha ssir bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bl-Ispanjol. Tista' ssir fuq kwalunkwe dokument kummerċjali li jippermetti l-identifikazzjoni tal-esportatur ikkonċernat u tal-merkanzija involuta. 4. Il-paragrafi 1 sa 3 għandhom japplikaw mutatis mutandis għal dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini magħmula fl-Unjoni għall-fini ta' kumulazzjoni bilaterali. Artikolu 95a 1. Għall-fini li tiġi stabbilita l-oriġini tal-materjali użati skont ftehim bilaterali jew kumulazzjoni reġjonali, l-esportatur ta' prodott immanifatturat bl-użu ta' materjali oriġinarji f'pajjiż li magħhom hija permessal-kumulazzjoni għandu jserraħ fuq id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini pprovduta mill-fornitur ta' dawn il-materjali. F'dawn il-każijiet, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur għandha, skont il-każ, ikun fiha l-indikazzjoni ‘EU cumulation’, ‘regional cumulation’, ‘Cumul UE’, ‘cumul regional’ jew ‘Acumulación UE’, ‘Acumulación regional’. 2. Għall-fini li tiġi stabbilita l-oriġini tal-materjali użati fil-qafas ta' kumulazzjoni skont l-Artikolu 85, l-esportatur ta' prodott immanifatturat bl-użu ta' materjali oriġinarji f'parti li magħha hija permessal-kumulazzjoni għandu jserraħ fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur ta' dawk il-materjali bil-kundizzjoni li din il-prova tkun ġiet maħruġa skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli tal-oriġini tas-SĠP tan-Norveġja, l-Isvizzera jew fejn applikabbli t-Turkija, skont kif ikun il-każ. F'dan il-każ, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur għandu jkun fiha l-indikazzjoni ‘Norway cumulation’, ‘Switzerland cumulation’, ‘Turkey cumulation’, ‘Cumul Norvège’, ‘Cumul Suisse’, ‘Cumul Turquie’ jew ‘Acumulación Noruega’, ‘Acumulación Suiza’, ‘Acumulación Turquía’. 3. Għall-għan tal-istabbiliment tal-oriġini tal-materjali użati fi ħdan il-qafas ta' kumulazzjoni estiża skont l-Artikoli 86(7) u (8), l-esportatur ta' prodott immanifatturat bl-użu ta' materjali oriġinarji f'parti li magħha hija permessal-kumulazzjoni estiża, għandu jserraħ fuq il-prova tal-oriġini pprovduta mill-fornitur ta' dawk il-materjali u b'kundizzjoni li dik il-prova tkun inħarġet skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta' kummerċ ħieles rilevanti bejn l-Unjoni u l-parti kkonċernata. F'dan il-każ, id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini magħmula mill-esportatur għandu jkun fiha l-indikazzjoni ‘kumulazzjoni estiża ma' pajjiż x’ jew ‘cumul étendu avec le pays x’ jew ‘Acumulación ampliada con el país x’.” |
|
(13) |
Fl-Artikolu 96, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej: “2. Dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tkun valida għal 12-il xahar mid-data ta' meta tkun saret.” |
|
(14) |
L-Artikolu 96a li ġej huwa miżjud wara l-punt 6, qabel l-Artikolu 97: “Artikolu 96a Sabiex l-importaturi jkunu intitolati jitolbu l-benefiċċji mill-iskema wara l-preżentazzjoni ta' dikjarazzjoni dwar l-oriġini, il-merkanzija għandha tkun ġiet esportata fi jew wara d-data li fiha l-pajjiż benefiċjarju li minnu tkun ġiet esportata l-merkanzija jkun beda r-reġistrazzjoni ta' esportaturi skont l-Artikolu 91.” |
|
(15) |
Fil-Parti 1, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 1, l-intestatura tas-Subsezzjoni 6 tinbidel b'dan li ġej:
Proċeduri għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa fl-Unjoni Ewropea applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportatur irreġistrat” |
|
(16) |
Fil-Parti 1, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 1, l-intestatura tas-Subsezzjoni 7 tinbidel b'dan li ġej:
Kontroll tal-oriġini applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tal-iskema tal-esportatur irreġistrat” |
|
(17) |
Fil-Parti 1, Titolu IV, Kapitolu 2, Sezzjoni 1, l-intestatura tas-Subsezzjoni 8 tinbidel b'dan li ġej:
Dispożizzjonijiet oħra applikabbli mid-data tal-applikazzjoni tas-sistema tal-esportatur irreġistrat” |
|
(18) |
L-Artikolu 97 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 97 1. Meta d-dikjarant jitlob trattament preferenzjali skont l-iskema, dan għandu jagħmel referenza għad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini fid-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa. Ir-referenza għad-dikjarazzjoni dwar l-oriġini għandha tkun id-data tal-ħruġ tagħha bil-format yyyymmdd, fejn yyyy hija s-sena, mm ix-xahar u dd il-ġurnata. Meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji li ġew ikkonsenjati jaqbeż is-EUR 6 000, id-dikjarant għandu jindika wkoll in-numru tal-esportatur irreġistrat. 2. Meta d-dikjarant ikun talab applikazzjoni għall-iskema skont il-paragrafu 1, mingħajr ma jkollu fil-pussess tiegħu d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini meta ssir l-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, dik id-dikjarazzjoni għandha titqies bħala mhux kompluta fit-tifsira tal-Artikolu 253(1) u għandha tiġi ttratata kif xieraq. 3. Qabel jiddikjara l-merkanzija għar-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, id-dikjarant għandu jieħu ħsieb kif jixraq biex jiżgura li l-merkanzija tikkonforma mar-regoli ta' din is-sezzjoni, b'mod partikolari, billi jikkontrolla li:
|
|
(19) |
L-Artikolu 97d jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 97d 1. Meta prodotti jkunu għadhom mhumiex irrilaxxati għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa, dikjarazzjoni dwar l-oriġini tista' tkun issostitwita b'dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni tal-oriġini waħda jew aktar, magħmula mir-rikonsenjatur tal-merkanzija, għall-fini li l-prodotti kollha jew uħud minnhom jintbagħtu x'imkien ieħor fit-territorju doganali tal-Unjoni jew, fejn japplika, fin-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija, ladarba dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. Dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini jistgħu jsiru biss jekk l-ewwel tkun saret id-dikjarazzjoni dwar l-oriġini skont l-Artikoli 95 u 96 u l-Anness 13d. 2. Ir-rikonsenjaturi għandhom ikunu rreġistrati għall-għan li jagħmlu dikjarazzjoniijet dwar l-oriġini fir-rigward tal-prodotti oriġinarji li jkunu jridu jintbagħtu xi mkien ieħor fl-Unjoni fejn il-valur totali tal-prodotti originarji tal-konsenja inizjali li trid tinqasam taqbeż is-EUR 6 000. Madankollu, ir-rikonsenjaturi li mhumiex irreġistrati għandhom jitħallew jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini meta l-valur totali tal-prodotti oriġinarji tal-ewwel konsenja li trid tiġi maqsuma jaqbeż is-EUR 6 000 billi jehmżu kopja tad-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini magħmula f'pajjiż benefiċjarju. 3. Ir-rikonsenjaturi rreġistrati fis-sistema REX biss jistgħu jagħmlu dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini fir-rigward ta' prodotti oriġinarji li jintbagħtu lejn in-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija, sakemm dak il-pajjiż jissodisfa ċertu kundizzjonijiet. Dan japplika irrispettivament mill-valur tal-prodotti oriġinarji li jinsabu fil-konsenji inizjali u irrispettivament minn jekk il-pajjiż ta' oriġini huwiex elenkat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 jew le. 4. Dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni tal-oriġini għandha tkun valida għal 12-il xahar mid-data ta' meta tkun saret id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini. 5. Meta dikjarazzjoni dwar l-oriġini tiġi sostitwita, ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fuq id-dikjarazzjoni inizjali dwar l-oriġini:
Id-dikjarazzjoni oriġinali dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bil-kelma ‘Replaced’, ‘Remplacée’ jew ‘Sustituida’. 6. Ir-rikonsenjatur għandu jindika dan li ġej fid-dikjarazzjoni tas-sostituzzjoni dwar l-oriġini:
Id-dikjarazzjoni tas-sostituzzjoni dwar l-oriġini għandha tkun immarkata bħala ‘Replacement statement’, ‘Attestation de remplacement’ jew ‘Comunicación de sustitución’. 7. Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom japplikaw għad-dikjarazzjonijiet li jissostitwixxu dikjarazzjonijiet dwar l-oriġini. 8. Is-subsezzjoni 7 ta' din is-Sezzjoni għandha tapplika mutatis mutandis għal dikjarazzjonijiet ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini. 9. Meta prodotti jibbenefikaw minn tariffi preferenzjali taħt deroga mogħtija f'konformità mal-Artikolu 89 is-sostituzzjoni prevista f'dan l-Artikolu tista' ssir biss meta tali prodotti jkunu intenzjonati għall-Unjoni Ewropea.” |
|
(20) |
Fl-Artikolu 97h, għandu jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: “3. Meta l-verifika prevista f'dan il-paragrafu 1 jew kwalunkwe informazzjoni disponibbli oħra tidher li tindika li r-regoli tal-oriġini qed jinkisru, il-pajjiż benefiċjarju tal-esportazzjoni għandu, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jew il-Kummissjoni iwettaq investigazzjoni adattata jew jagħmel arranġamenti biex titwettaq tali investigazzjoni b'urġenza xierqa biex ikunu identifikati u jkunu evitati tali kontravenzjonijiet. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni, jew l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, jistgħu jipparteċipaw f'dawk l-investigazzjonijiet.” |
|
(21) |
L-Artikolu 97i huwa mħassar. |
|
(22) |
Fil-Parti I, Titolu IV, Kapitolu 2, it-titolu tas-Sezzjoni 1 A huwa mibdul b'dan li ġej:
Proċeduri u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva applikabbli fir-rigward tal-esportazzjonijiet li jużaw iċ-ċertifikati tal-oriġini ‘Formola A’, id-dikjarazzjonijiet ta' fattura u ċ-ċertifikati EUR. 1” |
|
(23) |
Fl-Artikolu 97 l:
|
|
(24) |
Fl-Artikolu 97p, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej: “6. Fil-każ ta' prodotti li jibbenefikaw minn tariffi preferenzjali taħt deroga mogħtija f'konformità mal-Artikolu 89 il-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tapplika biss meta tali prodotti jkunu maħsuba għall-Unjoni.” |
|
(25) |
Fl-Artikolu 109, dan li ġej jiżdied bħala t-tieni paragrafu: “Il-Kaxxa 7 taċ-ċertifikati ta' moviment EUR. 1 jew tad-dikjarazzjonijiet ta' fattura għandu jkun fiha l-indikazzjoni ‘Autonomous trade measures’ — jew ‘mesures commerciales autonomes’.” |
|
(26) |
L-Anness 13a huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament. |
|
(27) |
L-Annessi 13c u 13d huma mibdula bit-test stipulat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. |
|
(28) |
L-Anness 17 huwa emendat skont l-Anness III ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 1063/2010 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa mħassar. |
|
(2) |
Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 3, 4 u 5 jitħassru. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1(7) u l-Artikolu 1(23) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1063/2010 tat-18 ta' Novembru 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 307, 23.11.2010, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 530/2013 tal-10 ta' Ġunju 2013 li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2454/93 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 159, 11.6.2013, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/101/KE tal-5 ta' Diċembru 2000 fir-rigward tal-approvazzjoni ta' Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità u kull wieħed mill-pajjiżi EFTA illi jagħti preferenzi fuq it-tariffi taħt is-Sistema Ġeneralizzata tal-Preferenzi (in-Norveġja u l-Isvizzera), illi jipprovdi illi l-merkanzija illi toriġina fin-Norveġja jew l-Isvizzera għandha tiġi trattata hekk kif tidħol fit-territorju doganali tal-Komunità bl-istess mod tal-merkanzija illi jkollha kontenut ta' oriġini Komunitarja (ftehim reċiproku) (ĠU L 38, 8.2.2001, p. 24).
(6) Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
ANNESS I
Fil-Parti II tal-Anness 13a tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, it-test li ġej jiddaħħal bejn l-oġġetti “ ex 6204 , ex 6206 , ex 6202 , ex 6209 u ex 6211 — Ħwejjeġ tan-nisa, tal-bniet u tat-trabi, u aċċessorji tat-trabi rrakkmati” u “ ex 6210 u 6216 — Tagħmir ta' kontra n-nar ta' drapp miksi bil-fojl ta' poliester aluminizzat”:
|
“ex 6212 |
Riċipettijiet, ċinet, kurpetti, ċineg, suspenders, takkalji u oġġetti simili u partijiet tagħhom, maħdumin bil-labar jew bil-ganċ jew le |
|
|
||||||
|
|
|
|
|
||||||
|
|
|
Għażil ta' fibri prinċipali naturali u/jew magħmula mill-bniedem jew estrużjoni ta' ħajt mibrum mill-filament magħmul mill-bniedem, f'kull każ flimkien ma' xogħol bil-labar (prodotti maħduma bil-labar fil-forma meħtieġa) jew Żbigħ ta' ħajt mibrum ta' fibri naturali flimkien ma' xogħol bil-labar (prodotti maħduma bil-labar fil-forma meħtieġa) (7)” |
|||||||
(7) Għall-kundizzjonijiet speċjali marbuta ma' prodotti magħmula minn taħlita ta' materjali tat-tessuti, ara n-Nota ta' Introduzzjoni 6.
(9) Ara n-Nota ta' Introduzzjoni 7.
ANNESS II
“ANNESS 13d
(Imsemmi fl-Artikolu 95(3))
DIKJARAZZJONI DWAR L-ORIĠINI
Din trid issir għal kull dokument kummerċjali, għandha turi l-isem u l-indirizz sħiħ tal-esportatur u tad-destinatarju u għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-prodotti u d-data tal-ħruġ (1).
Verżjoni bil-Franċiż
L'exportateur … (Numéro d'exportateur enregistré (2) (3) (4)) des produits couverts par le présent document déclare que, sauf indication claire du contraire, ces produits ont l'origine préférentielle … (5) au sens des règles d'origine du Système des préférences tarifaires généralisées de l'Union européenne et que le critère d'origine satisfait est … … (6).
Verżjoni bl-Ingliż
The exporter … (Number of Registered Exporter (2) (3) (4)) of the products covered by this document declares that, except where otherwise clearly indicated, these products are of … preferential origin (5) according to rules of origin of the Generalised System of Preferences of the European Union and that the origin criterion met is … … (6).
Verżjoni bl-Ispanjol
El exportador … [Número de exportador registrado (2) (3) (4)] de los productos incluidos en el presente documento declara que, salvo indicación en sentido contrario, estos productos gozan de un origen preferencial … (5) en el sentido de las normas de origen del Sistema de preferencias generalizado de la Unión Europea y que el criterio de origen satisfecho es … … (6).
(1) Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tieħu post dikjarazzjoni oħra b'konformità mal-Artikolu 97d(2) u (3), id-dikjarazzjoni ta' sostituzzjoni dwar l-oriġini għandu jkollha l-kliem ‘Replacement statement’ jew ‘Attestation de remplacement’ jew ‘Comunicación de sustitución’. Is-sostituzzjoni għandha tindika wkoll id-data tal-ħruġ tad-dikjarazzjoni inizjali u d-dejta kollha l-oħra meħtieġa skont l-Artikolu 97d(6).
(2) Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tieħu post dikjarazzjoni oħra b'konformità mas-subparagrafu 1 tal-Artikolu 97d(2) u l-paragrafu (3) ta' dan l-Artikolu 97d, ir-rikonsenjatur tal-oġġetti li jagħmel din id-dikjarazzjoni għandu jindika ismu u l-indirizz sħiħ tiegħu, u warajhom għandu jinkludi n-numru ta' esportatur irreġistrat.
(3) Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tieħu post dikjarazzjoni oħra skont is-subparagrafu 2 tal-Artikolu 97d(2), ir-rikonsenjatur tal-merkanzija li jagħmel id-dikjarazzjoni għandu jindika ismu u l-indirizz sħiħ tiegħu segwiti mill-kliem (verżjoni bil-Franċiż) ‘agissant sur la base de l'attestation d'origine établie par [nom et adresse complète de l'exportateur dans le pays bénéficiaire] enregistré sous le numéro suivant [Numéro d'exportateur enregistré dans le pays bénéficiaire]’ (verżjoni bl-Ingliż) ‘acting on the basis of the statement on origin made out by [name and complete address of the exporter in the beneficiary country] registered under the following number [Number of Registered Exporter of the exporter in the beneficiary country]’ (verżjoni bl-Ispanjol) ‘actuando sobre la base de la comunicación extendida por [nombre y dirección completa del exportador en el país beneficiario], registrado con el número siguiente [Número de exportador registrado del exportador en el país beneficiario]’.
(4) Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tieħu post dikjarazzjoni oħra b'konformità mal-Artikolu 97d(2), r-rikonsenjatur tal-prodotti għandu jindika n-numru tal-esportatur irreġistrat biss jekk il-valur tal-prodotti oriġinarji tal-konsenja inizjali ikun ta' iktar minn EUR 6 000.
(5) Irid jiġi indikat il-pajjiż tal-oriġini tal-prodotti. Meta d-dikjarazzjoni dwar l-oriġini tkun relatata, fl-intier tagħha jew parti minnha, ma' prodotti oriġinarji f'Ceuta u Melilla skont it-tifsira tal-Artikolu 97j, l-esportatur irid jindikahom b'mod ċar permezz tas-simbolu ‘XC/XL’ fid-dokument fejn issir id-dikjarazzjoni.
(6) Prodotti kompletament idderivati: daħħal l-ittra ‘P’; Prodotti maħduma jew ipproċessati biżżejjed: niżżel l-ittra ‘W’ segwita b'intestatura tas-Sistema Armonizzata (eżempju ‘W’ 9618 ).
Meta jixraq, il-kliem ta' hawn fuq għandu jiġi mibdul b'waħda mill-indikazzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
Fil-każ ta' kumulazzjoni bilaterali ‘EU cumulation’, ‘Cumul UE’ jew ‘Acumulación UE’. |
|
(b) |
Fil-każ ta' kumulazzjoni man-Norveġja, l-Isvizzera jew it-Turkija: ‘Norway cumulation’, ‘Switzerland cumulation’, ‘Turkey cumulation’, ‘Cumul Norvège’, ‘Cumul Suisse’, ‘Cumul Turquie’ jew ‘Acumulación Noruega’, ‘Acumulación Suiza’, jew ‘Acumulación Turquía’. |
|
(c) |
Fil-każ ta' kumulazzjoni reġjonali: ‘regional cumulation’, ‘cumul regional’ jew ‘Acumulación regional’. |
|
(d) |
Fil-każ ta' kumulazzjoni estiża: ‘extended cumulation with country x’, ‘cumul étendu avec le pays x’ jew ‘Acumulación ampliada con el país x’. |
ANNESS III
L-Anness 17 huwa emendat kif ġej:
|
(a) |
Il-Punt 2 tan-noti introduttorji jinbidel bit-test li ġej:
|
|
(b) |
Il-Punt 4 tan-noti introduttorji jinbidel bit-test li ġej:
|
|
(c) |
In-noti relatati mal-kampjuni tal-formola f'żewġ lingwi u li jsegwu dawk il-kampjuni qed jinbidlu rispettivament b'dawn li ġejjin: ‘NOTES (2013) I. Countries which accept Form A for the purposes of the Generalised System of Preferences (GSP)
Full details of the conditions covering admission to the GSP in these countries are obtainable from the designated authorities in the exporting preference-receiving countries or from the customs authorities of the preference-giving countries listed above. An information note is also obtainable from the UNCTAD secretariat. II. General conditions To qualify for preference, products must:
III. Entries to be made in Box 8 Preference products must either be wholly obtained in accordance with the rules of the country of destination or sufficiently worked or processed to fulfil the requirements of that country's origin rules.
NOTES (2013) I. Pays acceptant la formule A aux fins du système des préférences généralisées (SPG):
Des détails complets sur les conditions régissant l'admission au bénéfice du SGP dans ce pays peuvent être obtenus des autorités désignées par les pays exportateurs bénéficiaires ou de l'administration des douanes des pays donneurs qui figurent dans la liste ci-dessus. Une note d'information peut également être obtenue du secrétariat de la CNUCED. II. Conditions générales Pour être admis au bénéfice des préférences, les produits doivent:
III. Indications à porter dans la case 8 Pour bénéficier des préférences, les produits doivent avoir été, soit entièrement obtenus, soit suffisamment ouvrés ou transformés conformément aux règles d'origine des pays de destination.
|
(*1) For Australia, the main requirement is the exporter's declaration on the normal commercial invoice. Form A, accompanied by the normal commercial invoice, is an acceptable alternative, but official certification is not required
(*2) Official certification is not required.
(*3) The Principality of Liechtenstein forms, pursuant to the Treaty of 29 March 1923, a customs union with Switzerland.
(*4) The United States does not require GSP Form A. A declaration setting forth all pertinent detailed information concerning the production or manufacture of the merchandise is considered sufficient only if requested by the district collector of Customs.
(*5) Pour l'Australie, l'exigence de base est une attestation de l'exportateur sur la facture habituelle. La formule A, accompagnée de la facture habituelle, peut être acceptée en remplacement, mais une certification officielle n'est pas exigée.
(*6) Un visa officiel n'est pas exigé.
(*7) Les Etats-Unis n'exigent pas de certificat SGP Formule A. Une déclaration reprenant toute information appropriée et détaillée concernant la production ou la fabrication de la marchandise est considérée comme suffisante, et doit être présentée uniquement à la demande du receveur des douanes du district (District collector of Customs).
(*8) D'après l'Accord du 29 mars 1923, la Principauté du Liechtenstein forme une union douanière avec la Suisse.
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/36 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/429
tat-13 ta' Marzu 2015
li jistabbilixxi l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 31(5) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fil-White Paper “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport — Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” (2) kien indikat li 10 % tal-popolazzjoni Ewropea hija esposta għal tniġġis akusitiku sinifikanti mit-trasport ferrovjarju, u b'mod partikolari dak tal-merkanzija. L-istorbju huwa riperkussjoni lokalizzata li taffettwa l-persuni li jgħixu qrib il-linji ferrovjarji. Huwa aktar kosteffettiv li l-istorbju jitnaqqas fis-sors, fejn jiġi prodott. It-tibdil tal-blokok tal-brejkijiet tal-ħadid fondut bi blokok tal-brejkijiet komposti jista' jwassal għal tnaqqis tal-istorbju ta' 10 dB. Għalhekk għandu jitħeġġeġ u jiġi segwit l-appoġġ tal-modifiki tal-vaguni bl-aktar teknoloġija ta' bbrejkjar b'ħoss baxx ekonomikament vijabbli li hija disponibbli. |
|
(2) |
Dan ir-Regolament għandu l-għan li jinċentiva l-modfiki billi jippermetti r-rimborż tal-ispejjeż rilevanti marbuta mal-istallazzjoni ta' blokok komposti tal-brejkijiet. |
|
(3) |
Bl-Artikolu 31(5) tad-Direttiva 2012/34/UE il-Kummissjoni ngħatat is-setgħa li tadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti fl-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju, fosthom it-tul tal-applikazzjoni tagħhom u li jippermettu d-divrenzjar tal-imposti fuq l-infrastruttura biex tiġi kkunsidrata, fejn xieraq, is-sensittività taż-żona affettwata, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, u l-kompożizzjoni tal-ferrovija b'impatt fuq il-livell tal-emissjonijiet ta' storbju (“imposti għall-aċċess għall-binarji skont il-livell ta' storbju” jew “NDTAC — noise-differentiated track access charges”). |
|
(4) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi modalitajiet ta' dan it-tip u jipprovdi qafas legali xieraq fuq il-bażi ta' liema skema li tistabbilixxi l-NDTAC (“l-Iskema”) għandha tiġi introdotta u applikata mill-maniġers tal-infrastruttura. Dan il-qafas legali għandu jiggarantixxi lill-impriżi ferrovjarji, is-sidien tal-vaguni u l-partijiet ikkonċernati l-oħra sigurtà legali u inċentivi biex jimmodifikaw il-vaguni tagħhom. Għalhekk il-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament ikopru t-tul tal-iskema, il-livell tal-inċentivi u l-arranġamenti rilevanti. |
|
(5) |
Fl-2011, il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta' ħidma ta' esperti tal-NDTAC, għall-fini tal-provvista tal-għarfien espert u l-assistenza neċessarji. Il-grupp kien magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri interessati, maniġers tal-infrastruttura, impriżi ferrovjarji, is-sidien tal-vaguni u s-soċjetà ċivili, u dawn taw kontribut siewi. |
|
(6) |
L-Istati Membri għandhom ikunu ħielsa li jiddeċiedu jekk il-maniġer tal-infrastruttura għandux jimmodifika l-imposti tal-infrastruttura, f'konformità ma' dan ir-Regolament, sabiex jitqiesu l-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju. |
|
(7) |
Il-vaguni li jikkonformaw mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 (3) dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — storbju” u l-modifiki sussegwenti tagħha (“it-TSI dwar l-Istorbju”), għandhom jitqiesu bħala “silenzjużi”. Il-vaguni li ma jikkonformawx mat-TSI dwar l-Istorbju għandhom jitqiesu bħala “storbjużi”. Jekk, matul perjodu ta' tiġdid jew immodernizzar ta' vagun, dan tal-aħħar ikun mgħammar bi blokok tal-brejkijiet komposti ċertifikati u ma jiżdied l-ebda sors tal-istorbju fil-vaguni taħt valutazzjoni, jista' jiġi preżunt li r-rekwiżiti tat-TSI dwar l-Istorbju huma ssodisfati. |
|
(8) |
Hemm vaguni li ma jistgħux jiġu modifikati bi blokok tal-brejkijiet komposti minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħhom. Dawn il-vaguni ma għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Sabiex tinżamm il-kompetittività tas-settur ferrovjarju, l-iskema għandha tieħu l-forma ta' skont jew bonus obbligatorju minimu jew għall-impriżi ferrovjarji li jħaddmu vaguni modifikati. Għall-istess għan, il-proċeduri amministrattivi għandhom jinżammu mal-minimu meħtieġ. |
|
(10) |
Sabiex titqies is-sensittività taż-żona affettwata mill-istorbju, b'mod partikolari f'termini tad-daqs tal-popolazzjoni affettwata, il-maniġers tal-infrastruttura għandu jkollhom il-possibbiltà li jintroduċu sovraimposta (li tikkostitwixxi malus) għal impriżi ferrovjarji li jużaw ferroviji storbjużi. malus jista' jiġi introdott biss fejn ikun introdott ukoll bonus. Il-livell ta' malus jista' jvarja fuq linji u taqsimiet ferrovjarji differenti għal raġunijiet ġustifikati kif suppost, u jiddependi b'mod partikolari mill-espożizzjoni għall-istorbju tal-popolazzjoni milquta. Sabiex ma tintlaqatx daqhekk il-kompetittività ġenerali tas-settur ferrovjarju, il-malus fuq il-kompetittività tas-settur ferrovjarju, il-malus għandu jkun ta' valur limitat u fi kwalunkwe każ mhux ogħla mill-bonus. Madankollu, dan il-limitu m'għandux japplika jekk l-imposti tal-ispejjeż tal-istorbju japplikaw għat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont il-liġi tal-Unjoni. |
|
(11) |
Ir-riżultat tat-tnaqqis effettiv tal-istorbju permezz tal-modifiki jista' jkun jinħass biss meta kważi l-vaguni kollha ta' ferrovija jkunu silenzjużi. Barra minn hekk, għandhom jiġu mħeġġa l-prestazzjoni aħjar tal-istorbju lil hinn mill-minimu mitlub u l-innovazzjoni fil-qasam tat-tnaqqis tal-istorbju. Għalhekk għandhom ikunu permessi bonusijiet addizzjonali għal ferroviji “silenzjużi” u vetturi ferrovjarji “silenzjużi ħafna”. |
|
(12) |
Billi wieħed mill-għanijiet ewlenin ta' dan ir-Regolament huwa li jipprovdi inċentivi għal modifiki rapidi, it-tul tal-iskema fir-rigward tal-bonus għandu jkun limitat fiż-żmien u fl-istess waqt twil biżżejjed biex jippermetti appoġġ finanzjarju adegwat. Għaldaqstant, l-iskema għandha tibda tapplika mill-aktar fis u ma tieqaf tapplika fl-2021. Madankollu, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu jekk il-maniġers tal-infrastruttura għandhomx japplikaw l-iskema wara d-data tal-bidu proposta. L-effetti tal-iskemi eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati billi jiġu previsti dispożizzjonijiet tranżitorji xierqa. L-applikazzjoni ta' skemi bħal dawn, fl-ebda każ ma għandha tirriżulta f'diskriminazzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji. |
|
(13) |
Jekk il-progress bil-modifiki ma jkunx sodisfaċenti, l-Istati Membri għandhom jitħallew japplikaw malus wara tmiem il-perjodu tal-iskema bil-kundizzjoni li tiġi applikata miżura simili fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Id-disinn ta' dan il-malus għandu jkun konsistenti mal-prinċipji ta' internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tal-istorbju għal mezzi tat-trasport tal-merkanzija kollha, b'mod partikolari t-trasport bit-triq. |
|
(14) |
Billi ġeneralment is-sidien tal-vaguni jkunu f'pożizzjoni li jimmodifikaw il-vaguni filwaqt li l-impriżi ferrovjarji se jibbenefika mill-bonus, l-inċentivi għandhom jgħaddu għand dawk li jġarrbu l-ispejjeż tal-modifiki. |
|
(15) |
Diversi studji evalwaw l-ispejjeż tal-modifiki u l-inċentivi neċessarji li jippermettu t-twettiq tal-modifiki b'konnessjoni ma' possibbiltajiet oħra ta' finanzjament. Abbażi ta' studju ta' appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, il-livell minimu armonizzat ta' bonus għandu jiġi stabbilit għal EUR 0,0035 għal kull fus/km. Dan l-ammont ta' bonus għandu jinċentiva l-modifiki ta' vaguni li jimxu 45 000 km fis-sena matul perjodu ta' 6 snin billi jkopri 50 % tal-spejjeż rilevanti. Billi huwa kkunsidrat li t-tmexxija ta' vaguni bi blokok tal-brejkijiet komposti jwassal għal spejjeż operattivi ogħla u billi fil-prattika, vagun jista' jimxi inqas minn 45 000 km fis-sena, l-ammont ta' bonus jista' jiżdied biex dan jitqies. |
|
(16) |
Sabiex il-modifiki jsiru iktar malajr u jitnaqqas ir-riskju ta' konsegwenzi negattivi possibbli għall-kompetittività tas-settur ferrovjarju, is-sidien tal-vaguni u l-impriżi ferrovjarji għandhom jitħeġġu biex jisfruttaw il-possibbiltajiet ta' finanzjament pubbliku Ewropew għall-modifiki previsti fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Għall-istess għan, l-Istati Membri li jiddeċiedu li l-maniġers tal-infrastruttura japplikaw l-iskema għandhom ikunu mħeġġa jpoġġu fondi nazzjonali rilevanti għad-dispożizzjoni. |
|
(17) |
Sabiex jiżguraw kundizzjonijiet mhux diskriminatorji lill-impriżi ferrovjarji kollha, u jilqgħu milli jsir ħlas ta' bonusijiet għall-użu ta' vaguni li mhumiex intitolati li jibbenefikaw minnhom, il-maniġers tal-infrastruttura għandhom jirċievu dejta rigward il-karatteristiċi tal-istorbju rilevanti ta' vaguni. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, għal dan l-għan u fejn disponibbli, għandhom jintużaw reġistri eżistenti u għodod oħra. |
|
(18) |
Il-maniġers tal-infrastruttura li jkunu applikaw l-iskema għandhom jikkooperaw biex jissimplifikaw u jarmonizzaw il-proċeduri relatati mal-operazzjoni tal-iskema bl-għan li jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u finanzjarji għall-impriżi ferrovjarji. |
|
(19) |
Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2012/34/UE rigward il-finanzjament tal-infrastruttura, il-bilanċ ta' dħul u nfiq tal-maniġer tal-infrastruttura u l-aċċess għall-infrastruttura ġust, mhux diskriminatorju u trasparenti. |
|
(20) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 62(3) tad-Direttiva 2012/34/UE, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-modalitajiet li għandhom jiġu segwiti mill-maniġer tal-infrastruttura għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju kkawżati minn vetturi ferrovjarji merkantili.
Dan għandu japplika meta Stat Membru, fi ħdan il-qafas tal-imposti kif stipulat fl-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2012/34/UE, ikun iddeċieda li jintroduċi modifika tal-imposti infrastrutturali skont l-Artikolu 31(5), l-ewwel subparagrafu ta' dik id-Direttiva.
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-vaguni li jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
vaguni li għandhom deroga mit-TSI dwar l-Istorbju skont l-Artikolu 9 tad- Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5); |
|
(b) |
vaguni li għalihom ma hemm l-ebda blokka tal-brejkijiet komposta disponibbli li tkun konformi mat-TSI dwar il-Vaguni u li tista' titwaħħal direttament fil-vagun mingħajr modifiki ulterjuri fis-sistema tal-brejkijiet jew mingħajr verifiki apposta; |
|
(c) |
vaguni li jiġu minn pajjiżi terzi u li jimxu fuq netwerk b'distanza ta' 1 520 jew 1 524 mm bejn il-linji tal-binarji u li jingħataw każ speċifiku fit-TSI dwar l-Istorbju jew li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. |
3. Bil-bonus u l-malus li jirriżultaw mid-differenzjar tal-imposti tal-aċċess għall-binarji għandu jkun żgurat aċċess għall-infrastruttura trasparenti u mhux diskriminatorju.
4. Id-differenzjar tal-imposti tal-aċċess għall-binarji skont dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għan ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“Skema” tfisser dispożizzjonijiet li jistabbilixxu tariffi differenzjati skont l-istorbju għall-aċċess tal-binarji li għandha tiġi adottata u applikata mill-maniġers tal-infrastruttura; |
|
2. |
“Vaguni modifikati” tfisser vaguni eżistenti modifikati bi blokok tal-brejkijiet komposti skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-TSI dwar l-Istorbju; |
|
3. |
“Vaguni silenzjużi” tfisser vaguni ġodda jew eżistenti li jirrispettaw il-valuri ta' limitu tal-istorbju rilevanti stabbiliti fit-TSI dwar l-Istorbju; |
|
4. |
“Vaguni storbjużi” tfisser vaguni li ma jirrispettawx il-valuri ta' limitu tal-istorbju rilevanti stabbiliti fit-TSI dwar l-Istorbju; |
|
5. |
“Ferrovija storbjuża” tfisser ferrovija magħmula minn aktar minn 10 % ta' vaguni storbjużi; |
|
6. |
“Ferrovija silenzjuża” tfisser ferrovija magħmula minn tal-anqas 90 % ta' vaguni silenzjużi; |
|
7. |
“Vaguni u lokomottivi silenzjużi ħafna” tfisser vaguni u lokomottivi b'emissjonijiet tal-istorbju ta' mill-inqas 3 dB taħt il-valuri rilevanti stipulati fit-TSI dwar l-Istorbju; |
|
8. |
“Bonus għal vaguni modifikati” tfisser skont obbligatorju fuq l-imposti għall-aċċess tal-infrastruttura għal impriżi ferrovjarji li jħaddmu vaguni modifikati; |
|
9. |
“Bonus għall-ferroviji” tfisser skont fakultattiv għal impriżi ferrovjarji għal kull “ferrovija silenzjuża”; |
|
10. |
“Bonus għal vaguni jew lokomittivi silenzjużi ħafna” tfisser skont fakultattiv għal impriżi ferrovjarji għal kull vagun u lokomottiva silenzjużi ħafna; |
|
11. |
“Malus” tfisser sopraimposta fakultattiva fuq l-imposti tal-aċċess għall-infrastruttura li trid titħallas mill-impriżi ferrovjarji għal kull ferrovija storbjuża. |
Artikolu 3
Skema
1. Abbażi tal-modalitajiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jadotta skema li tiddistingwi l-imposti tal-infrastruttura skont il-livell ta' storbju prodott u li tapplika għall-impriżi ferrovjarji kollha kkonċernati. L-applikazzjoni ta' din l-iskema ma għandhiex tirriżulta fid-distorsjoni mhux xierqa tal-kompetizzjoni bejn l-impriżi ferrovjarji jew taffettwa b'mod negattiv il-kompetittività ġenerali tas-settur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija.
2. L-iskema għandha tapplika sal-31 ta' Diċembru 2021.
Artikolu 4
Bonus għal vaguni modifikati
1. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jintroduċu bonus għall-impriżi ferrovjarji li jħaddmu vaguni modifikati. Il-livell ta' bonus għandu jkun l-istess fuq in-netwerk kollu tal-maniġer tal-infrastruttura u għandu jkun applikabbli għal kull vagun modifikat.
2. Il-bażi għall-kalkolu tal-livell ta' bonus għandu jkun in-numru ta' fusien ta' vagun u l-ammont ta' kilometri li saru f'perjodu determinat mill-maniġer tal-infrastruttura.
3. Il-livell minimu ta' bonus għandu jiġi stabbilit għal EUR 0,0035 għal kull fus/km.
4. Filwaqt li jiffissal-livell tal-bonus, il-maniġer tal-infrastruttura jista' jikkunsidra l-inflazzjoni, l-għadd ta' mili li saru mill-vaguni u l-ispejjeż operattivi marbuta mal-użu ta' vaguni modfikati.
5. Il-livell ta' bonus ikkalkulat skont il-paragrafu 3 u, fejn rilevanti l-paragrafu 4, għandu jiġi stabbilit għal tal-inqas sena.
6. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jiddeċiedu li jikkanċellaw jew inaqqsu l-livell tal-bonus skont il-valur tal-ispejjeż tal-modfiki għal dawk il-vaguni li jkunu diġà rċevew pagamenti ta' bonus li jippermettulhom li jirrimborżaw l-ispejjeż tal-modifiki.
Artikolu 5
Bonus għall-ferroviji
1. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jintroduċu bonus għall-impriżi ferrovjarji li jħaddmu ferroviji silenzjużi.
2. Għandu jiġi applikat bonus għal kull ferrovija silenzjuża.
3. L-ammont tal-bonus għal ferroviji silenzjużi għandu jkun ta' massimu ta' 50 % tal-valur totali tal-bonusijiet applikabbli għal vaguni modifikati li jiffurmaw dik il-ferrovija u kkalkulat skont l-Artikolu 4.
4. Il-bonus għal ferroviji silenzjużi għandu jakkumula mal-bonusijiet imsemmija fl-Artikoli 4 u 6.
Artikolu 6
Bonus għall-vaguni u l-lokomittivi silenzjużi ħafna
1. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jintroduċu bonus għal impriżi ferrovjarji li jħaddmu lokomottivi u vaguni silenzjużi ħafna.
2. Il-bonus imsemmi fil-paragrafu 1 gġandu jkun applikabbli għal kull vagun u lokomottiva silenzjużi ħafna.
3. L-ammont tal-bonus għal kull vagun u lokomottiva silenzjużi ħafna għandu jikkorrispondi b'mod proporzjonat mat-tnaqqis tal-livell tal-istorbju taħt dawn il-valuri limitu u għandu jkun ta' massimu ta' 50 % tal-valur ta' bonus applikabbli għal vagun modifikat kif ikkalkulat skont l-Artikolu 4.
4. Il-bonus għal lokomottivi u vaguni silenzjużi ħafna għandu jakkumula mal-bonusijiet imsemmija fl-Artikoli 4 u 5.
Artikolu 7
Malus
1. Il-maniġers tal-infrastruttura jistgħu jintroduċu malus għall-impriżi ferrovjarji li jħaddmu ferroviji storbjużi.
2. Għandu jiġi applikat malus għal kull ferrovija storbjuża.
3. Is-somma totali ta' malus mħallsa matul il-perjodu tal-iskema ma għandhiex tkun ogħla mill-ammont ta' bonusijiet imsemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6.
4. Il-maniġers tal-infrastruttura għandu jkollhom il-possibbiltà li ma japplikawx il-paragrafu 3 jekk tkun applikata imposta simili tal-ispiża tal-istorbju għat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont il-liġi tal-Unjoni fl-Istat Membru kkonċernat.
5. B'deroga mill-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jkomplu japplikaw jew jintroduċu malus wara li jintemm it-tul taż-żmien tal-iskema skont il-kundizzjoni li miżura simili hija applikata fis-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq, skont il-liġi tal-Unjoni.
6. Filwaqt li jiddeċiedi li jintroduċi malus u fl-istabbiliment tal-livell tiegħu, il-maniġer tal-infrastruttura jista', kif ikun xieraq u wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, jikkunsidra s-sensittività taż-żona affettwata mit-traffiku ferrovjarju tal-merkanzija, b'mod partikolari d-daqs tal-popolazzjoni affettwata u l-esponiment tagħha għall-istorbju ferrovjarju tul il-linja tal-ferrovija.
Artikolu 8
Arranġamenti amministrattivi
1. Il-maniġers tal-infrastruttura għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni tal-iskema, inkluż iż-żamma tal-kontijiet għal flussi ma' impriżi finanzjarji. Fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huma għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni d-dejta dwar dawn il-flussi finanzjarji matul il-perjodu ta' applikazzjoni tal-iskema u fl-għaxar snin ta' wara l-iskadenza tal-iskema.
2. Il-maniġer tal-infrastruttura għandu juża reġistri eżistenti u għodod oħra disponibbli sabiex tinġabar evidenza li turi l-istatus tal-vaguni jew tal-lokomottivi (modifikati kif jixraq, silenzjużi, storbjużi, jew silenzjużi ħafna).
3. Jekk id-dejta prevista fil-paragrafu 2 ma tistax tinġabar minn reġistri jew għodod, il-maniġer tal-infrastruttura għandu jitlob lill-intrapriżi ferrovjarji biex juru l-istatus tal-vaguni u l-lokomottivi li bi ħsiebhom jużaw.
Fil-każ ta' vagun modifikat, l-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi evidenza teknika jew finanzjarja rilevanti li turi li l-modifika saret.
Fil-każ ta' vaguni silenzjużi, l-impriża ferrovjarja għandha tagħti awtorizzazzjoni ta' dħul fis-servizz jew evidenza ekwivalenti oħra.
Fil-każ ta' vaguni silenzjużi ħafna u lokomottivi, l-impriża ferrovjarja għandha tipprovdi evidenza li turi l-livell aktar baxx ta' storbju, inklużi fejn ikun xieraq, id-dettalji tal-modifiki tat-tnaqqis addizzjonali tal-istorbju mwettqa.
4. Miżuri amministrattivi żviluppati fil-livell nazzjonali għall-ġestjoni tal-iskemi eżistenti jistgħu jkomplu japplikaw sakemm dawn ikunu konformi ma' dan ir-Regolament.
5. L-ispejjeż amministrattivi tal-iskema ma għandhomx jitqiesu fid-determinazzjoni tal-livell ta' bonus u malus.
6. Il-maniġers tal-infrastruttura tal-Istati Membri li japplikaw l-iskema għandhom jikkooperaw, b'mod partikolari fir-rigward tas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-applikazzjoni tal-imposti għall-ispejjeż tal-effetti tal-istorbju kkawżati minn vetturi ferrovjarji merkantili kif previst f'dan ir-Regolament, inkluż dwar il-format tal-evidenza msemmija fil-paragrafu 3.
Artikolu 9
Notifika
1. L-iskemi għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni qabel ma jiġu applikati.
2. Sal-1 ta' Mejju 2016 u sal-1 ta' Mejju ta' kull sena ta' wara, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni, għas-sena kalendarja ta' qabel tal-inqas id-dejta li ġejja:
|
(a) |
l-għadd ta' vaguni li kienu soġġetti għall-bonus imsemmi fl-Artikolu 4; |
|
(b) |
fejn applikabbli, l-għadd ta' vaguni u lokomottivi soġġetti għall-bonus imsemmi fl-Artikolu 6; |
|
(c) |
fejn applikabbli, l-għadd ta' ferroviji soġġetti għall-bonus imsemmi fl-Artikolu 5; |
|
(d) |
fejn applikabbli, l-għadd ta' ferroviji li kienu soġġetti għal malus; |
|
(e) |
l-għadd ta' mili li mxew il-vaguni modifikati fl-Istat Membru kkonċernat; |
|
(f) |
stima tal-għadd ta' mili li mxew il-ferroviji silenzjużi u dawk storbjużi fl-Istat Membru kkonċernat. |
3. Fuq talba tal-Kummissjoni, għandha tingħata dejta addizzjonali meta tkun disponibbli. Din id-dejta tista' tinkludi:
|
(a) |
l-ammont totali ta' bonusijiet mogħtija għal vaguni, ferroviji silenzjużi u vaguni u lokomottivi silenzjużi ħafna; |
|
(b) |
l-ammont totali ta' malusijiet miġbura; |
|
(c) |
l-ammont medju ta' bonus u malus għal kull fus/km. |
Artikolu 10
Revizjoni
1. Sal-31 ta' Diċembru 2018, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tal-iskemi, b'mod partikpolari fir-rigward tal-progress tal-modifiki tal-vaguni u l-bilanċ bejn bonus imnaqqas u malus diġà mħallas. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatt tal-iskemi fis-seħħ skont dan ir-Regolament u l-kompetittività ġenerali tas-settur tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u l-għotja tal-inċentivi li jiddaħħlu bl-iskema mill-impriżi ferrovjarji lis-sidien tal-vaguni.
2. Filwaqt li tikkunsidra r-riżultati tal-evalwazzjoni, jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista' temenda dan ir-Regolament b'mod partikolari fir-rigward tal-livell minimu ta' bonus.
Artikolu 11
Skemi eżistenti
1. L-iskemi eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, inklużi l-kuntratti bbażati fuq dawn l-iskemi, jistgħu jkomplu japplikaw sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2016. L-iskema prevista b'dan ir-Regolament tista' tapplika biss wara li jkunu ntemmu l-iskemi eżistenti. It-tmiem tal-iskemi eżistenti ma għandux ikun meħtieġ jekk l-iskema eżistenti u l-kuntratti bbażati fuqha jkunu saru konformi ma' dan ir-Regolament mill-maniġer tal-infrastruttura sal-11 ta' Diċembru 2016.
2. Il-maniġers tal-infrastruttura minn Stati Membri fejn kien hemm skemi msemmija fil-paragrafu 1 fis-seħħ jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 3(2) diment li t-tul ta' żmien totali tal-iskemi tagħhom huwa tal-inqas ta' 6 snin.
Artikolu 12
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-16 ta' Ġunju 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.
(2) COM/(2011)144
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2014 tas-26 ta' Novembru 2014 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà relatata mas-subsistema ta' “vetturi ferrovjarji — storbju” li temenda d-Deċiżjoni 2008/232/KE u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/229/UE (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 421)
(4) Ir- Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).
(5) Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/43 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/430
tat-13 ta' Marzu 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
EG |
65,8 |
|
MA |
85,1 |
|
|
TR |
84,9 |
|
|
ZZ |
78,6 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
229,9 |
|
MA |
176,1 |
|
|
TR |
186,3 |
|
|
ZZ |
197,4 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
117,1 |
|
TR |
188,5 |
|
|
ZZ |
152,8 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
47,5 |
|
IL |
71,4 |
|
|
MA |
45,4 |
|
|
TN |
59,1 |
|
|
TR |
65,4 |
|
|
ZZ |
57,8 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
49,2 |
|
ZZ |
49,2 |
|
|
0808 10 80 |
BR |
68,9 |
|
CA |
81,0 |
|
|
CL |
103,0 |
|
|
CN |
91,1 |
|
|
MK |
28,7 |
|
|
US |
167,6 |
|
|
ZZ |
90,1 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
108,8 |
|
CL |
99,5 |
|
|
CN |
90,9 |
|
|
US |
124,8 |
|
|
ZA |
109,7 |
|
|
ZZ |
106,7 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/431
tal-10 ta' Marzu 2015
li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27.1. tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2014/58 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas (1),
Billi:
|
(1) |
Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema għandhom jiġu awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE (2), il-Litwanja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro, u d-deroga favur il-Litwanja msemmija fl-Artikolu 4 tal-Att ta' Adeżjoni tal-2003 (3) hija abrogata b'effett mill-1 ta' Jannar 2015. |
|
(3) |
Il-Kunsill Governattiv tal-BĊE rrakkomanda li UAB PricewaterhouseCoopers jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017. |
|
(4) |
Huwa adatt li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE u li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tiġi emendata (4) skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej jiżdied mal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/70/KE:
“19. UAB PricewaterhouseCoopers huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas għas-snin finanzjarji 2015 sa 2017”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Bank Ċentrali Ewropew.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. REIRS
(1) ĠU C 465, 24.12.2014, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29).
(3) ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33.
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/70/KE tal-25 ta' Jannar 1999 dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69).
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/432
tat-13 ta' Marzu 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1). |
|
(2) |
Fit-8 ta' Settembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/658/PESK (2), li permezz tagħha ġedded dawk il-miżuri għal sitt xhur oħra. |
|
(3) |
Fid-29 ta' Jannar 2015, il-Kunsill Affarijiet Barranin qabel li l-miżuri għandhom jiġġeddu. Il-Kunsill irriveda d-deżinjazzjonijiet individwali. L-entrati għal ħamsin persuna għandhom jiġu emendati u għandha titħassar l-entrata għal persuna li mietet. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta' Settembru 2015.” |
|
(2) |
L-Anness huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
A. MATĪSS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
ANNESS
|
1. |
L-entrati li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar il-persuni elenkati hawn taħt jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
2. |
L-entrati li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar il-persuni elenkati hawn taħt jinbidlu bl-entrati li ġejjin:
|
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/58 |
DEĊIŻJONI (UE) 2015/433 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tas-17 ta' Diċembru 2014
dwar l-istabbiliment ta' Kumitat għall-Etika u r-Regoli tal-Proċedura tiegħu (BĊE/2014/59)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b'mod partikoli l-Artikolu 9a tagħha,
Billi:
|
(1) |
Permezz tal-istabbiliment ta' Kumitat għall-Etika tal-Bank Ċentrali Ewropew (iktar 'il quddiem il-“Kumitat għall-Etika”), il-Kunsill Governattiv jimmira li jsaħħaħ ir-regoli dwar l-etika fis-seħħ u jkompli jsaħħaħ il-governanza korporattiva tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ), tal-Eurosistema u tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU). |
|
(2) |
Il-kuxjenza pubblika dwar kwistjonijiet ta' governanza korporattiva u regoli dwar l-etika żdiedet matul dawn l-aħħar snin. Wara l-istabbiliment tal-MSU, il-kwistjonijiet ta' governanza saru ta' sinifikanza akbar għall-BĊE. Il-livell ogħla ta' kuxjenza pubblika u skrutinju jeħtieġ li l-BĊE jkollu fis-seħħ, u jimxi b'mod strett ma', regoli dwar l-etika mill-aktar avvanzati sabiex jissalvagwardja l-integrità tal-BĊE u jevita riskji għar-reputazzjoni tiegħu. |
|
(3) |
Ir-regoli dwar l-etika għall-membri tal-korpi involuti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-BĊE (iktar 'il quddiem id-“destinatarji”) għandhom ikunu bbażati fuq l-istess prinċipji li japplikaw għal membri tal-persunal tal-BĊE u għandhom ikunu proporzjonati mar-responsabbiltajiet rispettivi tad-destinatarji. Għalhekk, id-diversi regoli li jikkostitwixxu l-qafas ta' etika tal-BĊE, jiġifieri l-Kodiċi ta' Kondotta għal-membri tal-Kunsill Governattiv (2), il-Kriterji Supplimentari tal-Kodiċi tal-Etika għall-membri tal-Bord Eżekuttiv (3), il-Kodiċi tal-Kondotta għall-membri tal-Bord Superviżorju u r-Regoli għall-Persunal tal-BĊE, għandhom jiġu interpretati b'mod koerenti. |
|
(4) |
Jeħtieġ li r-regoli dwar l-etika jkunu appoġġati minn mekkaniżmi u proċeduri ta' monitoraġġ u rapportar li jaħdmu sew, sabiex tinkiseb implimentazzjoni adegwata u konsistenti fejn il-Kumitat għall-Etika jkollu rwol ewlieni. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata interoperazzjoni effettiva bejn dawk l-aspetti tar-regoli dwar l-etika li prinċipalment huma relatati mal-implimentazzjoni operazzjonali u dawk li huma relatati prinċipalment ma' kwistjonijiet istituzzjonali u relatati mal-qafas, ta' mill-inqas wieħed mill-membri tal-Kumitat ta' Verifika tal-BĊE (iktar 'il quddiem “il-Kumitat ta' Verifika”) għandu jkun ukoll membru tal-Kumitat għall-Etika. |
|
(6) |
Il-Kumitat għall-Etika għandu jinkludi membru estern tal-Kumitat ta' Verifika. Il-membri esterni tal-Kumitat ta' Verifika jintgħażlu minn fost uffiċjali ta' grad għoli b'esperjenza fis-settur tal-banek ċentrali. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Stabbiliment u kompożizzjoni
1. Bil-preżenti qiegħed jiġi stabbilit Kumitat għall-Etika.
2. Il-Kumitat għall-Etika għandu jkun kompost minn tliet membri esterni, li ta' mill-inqas wieħed minnhom għandu jkun membru estern tal-Kumitat ta' Verifika.
3. Il-membri tal-Kumitat għall-Etika għandhom ikunu individwi ta' reputazzjoni eċċellenti mill-Istati Membri, li l-indipendenza tagħhom tkun lil hinn minn ebda dubju u li jkunu jifhmu sew il-governanza tal-BĊE, tas-SEBĊ, tal-Eurosistema u tal-MSU. Huma m'għandhomx ikunu membri attwali ta' korpi involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BĊE, tal-banek ċentrali nazzjonali jew tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali kif iddefinit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (4).
Artikolu 2
Ħatra tal-membri
1. Il-Kunsill Governattiv għandu jaħtar il-membri tal-Kumitat għall-Etika.
2. Il-Kumitat għall-Etika għandu jaħtar lill-President tiegħu.
3. Il-mandat tal-membri tal-Kumitat għall-Etika għandu jkun ta' tliet snin, u jista' jiġġedded darba. Il-mandati tal-membri tal-Kumitat għall-Etika li jkunu wkoll membri tal-Kumitat tal-Verifika għandhom jiskadu jekk ma jibqgħux membri tal-Kumitat tal-Verifika.
4. Il-membri tal-Kumitat għall-Etika għandhom josservaw l-ogħla standard ta' kondotta etika. Huma mistennija li jaġixxu onestament, indipendentement, imparzjalment, b'diskrezzjoni u mingħajr ma jikkunsidraw l-interessi tagħhom stess, u li jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista' twassal għal kunflitt ta' interess personali. Huma mistennija li jżommu f'moħħhom l-importanza tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom. Il-membri tal-Kumitat għall-Etika għandhom jastjenu minn kwalunkwe deliberazzjoni f'każijiet ta' kunflitt ta' interess ipperċepit jew potenzjali. Huma għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti tas-segretezza professjonali stipulati fl-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anki wara li d-dmirijiet tagħhom ikunu ntemmu.
5. Il-membri tal-Kumitat għall-Etika għandhom ikunu intitolati li jirċievu ammont fiss annwali flimkien ma' ħlas għax-xogħol attwali mwettaq fuq il-bażi ta' rata fis-siegħa. L-ammont ta' dik ir-remunerazzjoni għandu jiġi ffissat mill-Kunsill Governattiv.
Artikolu 3
Funzjonament
1. Il-Kumitat għall-Etika għandu jiddeċiedi dwar id-dati tal-laqgħat tiegħu fuq proposta mill-President. Il-President jista' wkoll isejjaħ laqgħat tal-Kumitat għall-Etika kull meta huwa jidhirlu li dan ikun meħtieġ.
2. Fuq talba ta' kwalunkwe wieħed mill-membri tiegħu, u bi ftehim mal-President, il-laqgħat jistgħu jsiru wkoll permezz ta' telekonferenza u d-deliberazzjonijiet jistgħu jsiru permezz ta' proċedura bil-miktub.
3. Il-membri tal-Kumitat għall-Etika huma mistennija li jattendu kull laqgħa personalment. L-attendenza għal-laqgħat għandha tkun ristretta għall-membri u s-segretarju tiegħu. Madankollu, il-Kumitat għall-Etika jista' jistieden persuni oħrajn biex jattendu l-laqgħat tiegħu jekk jidhirlu li dan ikun xieraq.
4. Il-Bord Eżekuttiv għandu jafda lil membru tal-persunal biex iwettaq il-funzjoni segretarjali tal-Kumitat għall-Etika.
5. Il-Kumitat għall-Etika għandu jkollu aċċess għal membri tal-maniġment u l-persunal kif ukoll għal dokumenti u informazzjoni li jeħtieġ sabiex iwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu.
Artikolu 4
Responsabbiltajiet
1. Meta jkun ipprovdut espliċitament f'atti legali adottati mill-BĊE jew f'regoli dwar l-etika adottati mill-korpi involuti fil-proċessi tiegħu għat-teħid ta' deċiżjonijiet, il-Kumitat għall-Etika għandu jipprovdi pariri dwar kwistjonijiet ta' etika fuq il-bażi ta' talbiet individwali.
2. Il-Kumitat għall-Etika għandu jassumi r-responsabbiltajiet assenjati lill-Konsulent għall-Etika maħtur taħt il-Kodiċi tal-Kondotta għall-membri tal-Kunsill Governattiv u r-responsabbiltajiet assenjati lill-Uffiċjal għall-Etika tal-BĊE taħt il-Kriterji Supplimentari tal-Kodiċi tal-Etika għall-membri tal-Bord Eżekuttiv.
3. Sabiex jassisti lill-Kumitat tal-Verifika biex iwettaq il-valutazzjoni tiegħu tal-adegwatezza ġenerali tal-qafas ta' konformità tal-BĊE, tas-SEBĊ, tal-Eurosistema u tal-MSU, u tal-effettività tal-proċessi għall-monitoraġġ tal-konformità, il-Kumitat għall-Etika għandu jirrapporta lill-Kumitat tal-Verifika fuq il-parir li jkun ipprovda u l-grad safejn dak il-parir ikun ġie implimentat.
4. Il-Kumitat għall-Etika għandu jirrapporta annwalment lill-Kunsill Governattiv dwar il-ħidma li tkun saret. Barra minn hekk, il-Kumitat għall-Etika għandu jirrapporta lill-Kunsill Governattiv kull meta jidhirlu li dan ikun xieraq u/jew ikun meħtieġ li jwettaq ir-responsabbiltajiet tiegħu.
5. Minbarra r-responsabbiltajiet stipulati f'dan l-Artikolu, il-Kumitat għall-Etika jista' jwettaq attivitajiet oħrajn relatati ma' dan il-mandat, jekk jintalab jagħmel hekk mill-Kunsill Governattiv.
Artikolu 5
Informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-parir
Id-destinatarji tal-parir tal-Kumitat għall-Etika għandhom jinfurmaw lill-Kumitat għall-Etika dwar l-implimentazzjoni tal-parir tal-Kumitat għall-Etika.
Artikolu 6
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Frankfurt am Main, is-17 ta' Diċembru 2014.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.
(2) ĠU C 123, 24.5.2002, p. 9.
(3) ĠU C 104, 23.4.2010, p. 8.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
Rettifika
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/61 |
Verbal ta' rettifika tat-tieni protokoll addizzjonali għall-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, sabiex jittieħed kont ta' l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, iffirmat fi Brussell fl-24 ta' Lulju 2007
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 251 tas-26 ta' Settembru 2007 )
Din ir-rettifika saret permezz ta' Procès verbal ta' Rettifika li ġie ffirmat fi Brussell, fit-18 ta' Diċembru 2014, bil-Kunsill bħala depożitarju.
|
1. a) |
Paġna 12, Anness III, Tabella “I. Obbligi Orizzontali”, intestatura |
flok:
|
“I. OBBLIGI ORIZZONTALI |
|||
|
IS-SETTURI KOLLHA INKLUŻI F'DIN L-ISKEDA” |
|
|
|
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali |
||||||||
|
I. OBBLIGI ORIZZONTALI |
|||||||||||
|
IS-SETTURI KOLLHA INKLUŻI F'DIN L-ISKEDA” |
|
|
|
||||||||
|
b) |
Paġni 13-25, Anness III, Tabella “I. Obbligi Orizzontali”, intestatura |
flok:
[ebda test] (*1)
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali” |
||||||||
|
2. a) |
Paġna 26, Anness III, Tabella “II. Obbligi speċifiċi għas-settur”, intestatura |
flok:
|
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali |
||||||||
|
|||||||||||
|
b) |
Paġni 27-111, Anness III, Tabella “II. Obbligi speċifiċi għas-settur”, intestatura |
flok:
[ebda test] (*2)
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali” |
||||||||
|
3. a) |
Paġna 115, Anness IV, Tabella “I. Obbligi Orizzontali”, intestatura |
flok:
|
“I. OBBLIGI ORIZZONTALI |
|||
|
IS-SETTURI KOLLHA INKLUŻI F'DIN L-ISKEDA” |
|
|
|
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali |
||||||||
|
I. OBBLIGI ORIZZONTALI |
|||||||||||
|
IS-SETTURI KOLLHA INKLUŻI F'DIN L-ISKEDA” |
|
|
|
||||||||
|
b) |
Paġni 116-125, Anness IV, Tabella “I. Obbligi Orizzontali”, intestatura |
flok:
[ebda test] (*3)
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali” |
||||||||
|
4. a) |
Paġna 126, Anness IV, Tabella “II.1. Obbligi speċifiċi fis-settur tas-servizzi finanzjarji (l-ewwel parti) (1)”, intestatura |
flok:
|
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali |
||||||||
|
|||||||||||
|
b) |
Paġni 127-142, Anness IV, Tabella “II.1. Obbligi speċifiċi fis-settur tas-servizzi finanzjarji (l-ewwel parti)”, intestatura |
flok:
[ebda test] (*4)
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali” |
||||||||
|
5. a) |
Paġna 143, Anness IV, Tabella “II.2. Obbligi speċifiċi fis-settur tas-servizzi finanzjarji (it-tieni parti)”, intestatura |
flok:
|
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali |
||||||||
|
|||||||||||
|
b) |
Paġni 144-155, Anness IV, Tabella “II.2. Obbligi speċifiċi fis-settur tas-servizzi finanzjarji (it-tieni parti)”, intestatura |
flok:
[ebda test] (*5)
aqra:
|
“Modi ta' provvista:
|
|||||||||||
|
Settur jew subsettur |
Limitazzjonijiet fuq l-aċċess għas-suq |
Limitazzjonijiet għat-trattament nazzjonali |
Impenji addizzjonali” |
||||||||
(*1) L-intestatura ma tidhirx fit-Tieni Protokoll Addizzjonali ffirmat, iżda biex ikun hemm konformità mal-istil tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni, din tidher bil-verżjoni ppubblikat (ĠU L 251, 26.9.2007, p. 13-25).
(*2) L-intestatura ma tidhirx fit-Tieni Protokoll Addizzjonali ffirmat, iżda biex ikun hemm konformità mal-istil tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni, din tidher bil-verżjoni ppubblikat (ĠU L 251, 26.9.2007, p. 27-111).
(*3) L-intestatura ma tidhirx fit-Tieni Protokoll Addizzjonali ffirmat, iżda biex ikun hemm konformità mal-istil tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni, din tidher bil-verżjoni ppubblikat (ĠU L 251, 26.9.2007, p. 116-125).
(*4) L-intestatura ma tidhirx fit-Tieni Protokoll Addizzjonali ffirmat, iżda biex ikun hemm konformità mal-istil tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni, din tidher bil-verżjoni ppubblikat ().
(*5) L-intestatura ma tidhirx fit-Tieni Protokoll Addizzjonali ffirmat, iżda biex ikun hemm konformità mal-istil tal-Uffiċċju tal-PubblikazĠU L 251, 26.9.2007, p. 127-142zjoni, din tidher bil-verżjoni ppubblikat (ĠU L 251, 26.9.2007, p. 144-155).
|
14.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/65 |
Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/183/UE tas-16 ta' Marzu 2010 li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta' żmien
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 83 tat-30 ta' Marzu 2010 )
Il-Werrej, it-Titolu:
minflok:
“2010/183/UE:
Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Marzu 2010 li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta' żmien ”
aqra:
“2010/183/UE:
Deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta' żmien ”
f'paġna 19, it-Titolu:
minflok:
“ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tas-16 ta' Marzu 2010 li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta' żmien (2010/183/UE)”
aqra:
“ DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL tas-16 ta' Frar 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta' żmien (2010/183/UE)”
f'paġna 19, il-Formula tal-għeluq:
minflok:
“Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Marzu 2010.”
aqra:
“Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2010.”