ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 68

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
13 ta' Marzu 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2015/412 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom ( 1 )

1

 

*

Direttiva (UE) 2015/413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq ( 1 )

9

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/414 tat-12 ta' Marzu 2015 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina użat fil-manifattura ta' supplimenti tal-ikel ( 1 )

26

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/415 tat-12 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi etefon u fenamifos ( 1 )

28

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/416 tat-12 ta' Marzu 2015 li japprova d-dinotefuran bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 ( 1 )

30

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/417 tat-12 ta' Marzu 2015 li japprova r-razza ABTS1743 tas-serotip H5a5b tal-batterju Bacillus sphaericus 2362 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 ( 1 )

33

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/418 tat-12 ta' Marzu 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat ( 1 )

36

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/419 tat-12 ta' Marzu 2015 li japprova t-tolilfluwanid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 ( 1 )

39

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/420 tat-12 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

43

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà

45

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/422 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/423 tas-6 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam fir-rigward tal-emendi fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali

48

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/424 tal-11 ta' Marzu 2015 dwar l-approvazzjoni tad-deċiżjoni ta' eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE dwar il-forniment ta' ċerti servizzi ta' groundhandling fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb (notifikata bid-dokument C(2015) 473)

50

 

*

Deċiżjoni (UE) 2015/425 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2014 li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/55)

54

 

 

LINJI GWIDA

 

*

Linja Gwida (UE) 2015/426 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2014/54)

69

 

 

REGOLI TA' PROĊEDURA

 

*

Emenda 1/2014 tal-15 ta' Diċembru 2014 għar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew

88

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal- 25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas- Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010 ( ĠU L 138, 26.5.2011 )

90

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas-Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur ( ĠU L 281, 28.10.2011 )

90

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2012 tat- 8 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f'qatgħat tal-brojlers, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 71, 9.3.2012 )

90

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1190/2012 tat- 12 ta' Diċembru 2012 dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium f'qatgħat tad-dundjani, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( ĠU L 340, 13.12.2012 )

91

 

*

Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 ( ĠU L 324, 10.12.2007 )

91

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/1


DIRETTIVA (UE) 2015/412 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Marzu 2015

li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxu qafas legali komprensiv għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM), li huwa applikabbli fl-intier tiegħu għall-OĠM li jintużaw għal skopijiet ta' kultivazzjoni madwar l-Unjoni kollha bħala żerrigħat jew materjal riproduttiv ieħor tal-pjanti (“OĠM għall-kultivazzjoni”).

(2)

Taħt dak il-qafas legali, l-OĠM għall-kultivazzjoni għandha ssirilhom valutazzjoni tar-riskju individwali qabel ma jiġu awtorizzati biex jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni f'konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2001/18/KE, filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-effetti diretti, indiretti, immedjati u mdewma, kif ukoll l-effetti kumulattivi fit-tul, fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent. Dik il-valutazzjoni tar-riskju tipprovdi parir xjentifiku li jgħin fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet u hija segwita b'deċiżjoni dwar il-ġestjoni tar-riskji. L-għan ta' dik il-proċedura ta' awtorizzazzjoni hu li jiżgura livell għoli ta' ħarsien tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, l-ambjent u l-interessi tal-konsumatur, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern. Għandu jinkiseb, u jinżamm fl-Unjoni kollha, livell għoli uniformi ta' protezzjoni tas-saħħa, tal-ambjent u tal-konsumaturi. Il-prinċipju ta' prekawzjoni għandu dejjem jitqies fil-qafas tad-Direttiva 2001/18/KE u l-implimentazzjoni sussegwenti tagħha.

(3)

Bi qbil mal-konklużjonijiet adottati mill-Kunsill fl-4 ta' Diċembru 2008 dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (“konklużjonijiet tal-Kunsill 2008”), trid tittejjeb l-implimentazzjoni tal-qafas legali għall-awtorizzazzjoni ta' OĠM. F'dan il-kuntest, ir-regoli dwar il-valutazzjoni tar-riskju għandhom, fejn meħtieġ, ikunu regolarment aġġornati biex iqisu l-iżviluppi kontinwi fl-għarfien xjentifiku u fil-proċeduri ta' analiżi, partikolarment dwar l-effetti ambjentali fuq terminu twil ta' wċuh tar-raba' ġenetikament modifikati kif ukoll tal-effetti potenzjali tagħhom fuq organiżmi mhux fil-mira, il-karatteristiċi tal-ambjenti riċeventi u ż-żoni ġeografiċi li fihom l-uċuħ tar-raba' ġenetikament modifikati jistgħu jiġu kkultivati, u l-kriterji u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-OĠM li jipproduċu pestiċidi u OĠM tolleranti għall-erbiċi. Għalhekk, l-Annessi tad-Direttiva 2001/18/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(4)

Minbarra l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħdu fis-suq, jeħtieġ ukoll li l-varjetajiet ġenetikament modifikati jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerrigħat u materjal riproduttiv tal-pjanti, kif stabbilit b'mod partikolari fid-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE (6), 66/402/KEE (7), 68/193/KEE (8), 98/56/KE (9), 1999/105/KE (10), 2002/53/KE (11), 2002/54/KE (12), 2002/55/KE (13), 2002/56/KE (14), 2002/57/KE (15) u 2008/90/KE (16). Fost dawk id-Direttivi, id-Direttivi 2002/53/KE u 2002/55/KE fihom dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Istati Membri jipprojbixxu, f'ċerti kondizzjonijiet iddefiniti tajjeb, l-użu ta' varjetà fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu jew li jistabbilixxu kondizzjonijiet adegwati għall-kultivazzjoni ta' varjetà.

(5)

Ladarba OĠM ikun awtorizzat għal skopijiet ta' kultivazzjoni f'konformità mal-qafas legali tal-Unjoni dwar l-OĠM u jikkonforma, fir-rigward tal-varjetà li għandha titqiegħed fis-suq, mar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerrigħat u materjal riproduttiv tal-pjanti, l-Istati Membri mhumiex awtorizzati biex jipprojbixxu, jirrestrinġu, jew jimpedixxu ċ-ċirkolazzjoni ħielsa fit-territorju tagħhom, ħlief f'kondizzjonijiet iddefiniti mil-liġi tal-Unjoni.

(6)

L-esperjenza wriet li l-kultivazzjoni ta' OĠM hija kwistjoni li tiġi indirizzata aktar fil-fond fil-livell tal-Istati Membri. Il-kwistjonijiet relatati mat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni tal-OĠM għandhom jibqgħu regolati fil-livell tal-Unjoni biex jiġi ppreservat is-suq intern. Madankollu, il-kultivazzjoni tista' teħtieġ aktar flessibbiltà f'ċerti sitwazzjonijiet billi hija kwistjoni b'dimensjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali b'saħħithom minħabba r-rabta tagħha mal-użu tal-art, l-istrutturi agrikoli lokali u l-protezzjoni jew iż-żamma tal-ħabitats, l-ekosistemi u l-pajsaġġi. Skont l-Artikolu 2(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Istati Membri huma intitolati li jkollhom il-possibilità li jadottaw atti legalment vinkolanti li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OĠM fit-territorju tagħhom wara li tali OĠM jkunu awtorizzati li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, il-proċedura ta' awtorizzazzjoni uniformi, b'mod partikolari l-proċess ta' valutazzjoni mwettaq primarjament mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), ma għandux jiġi affettwat ħażin minn tali flessibbiltà.

(7)

Fl-imgħoddi, biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni tal-OĠM, xi Stati Membri rrikorrew għall-klawżoli ta' salvagwardja u l-miżuri ta' emerġenza skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 bħala r-riżultat ta' informazzjoni ġdida jew addizzjonali, skont xi jkun il-każ, li saret disponibbli wara d-data tal-kunsens u li taffettwa l-valutazzjoni tar-riskju ambjentali jew il-valutazzjoni mill-ġdid ta' informazzjoni eżistenti. Stati Membri oħrajn użaw il-proċedura ta' notifika stabbilita fl-Artikolu 114(5) u (6) TFUE li titlob li jitressqu provi xjentifiċi ġodda relatati mal-protezzjoni tal-ambjent jew tal-ambjent tax-xogħol. Barra minn hekk, il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet kien partikolarment diffiċli fir-rigward tal-kultivazzjoni tal-OĠM, fid-dawl tal-espressjoni ta' tħassib nazzjonali li mhuwiex marbut biss mas-sikurezza tal-OĠM għas-saħħa jew l-ambjent.

(8)

F'dan il-kuntest, jidher xieraq li lill-Istati Membri tingħatalhom, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, aktar flessibbiltà li jiddeċiedu jekk jixtiqux jikkultivaw OĠM fit-territorju tagħhom jew le mingħajr ma jaffettwaw il-valutazzjoni tar-riskju pprovduta fis-sistema tal-awtorizzazzjonijiet ta' OĠM mill-Unjoni, kemm waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni kif ukoll wara, u independentement mill-miżuri li l-Istati Membri li jikkultivaw OĠM huma intitolati jew mitluba li jieħdu bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/18/KE biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta' OĠM fi prodotti oħra. L-għoti ta' dik il-possibbiltà lill-Istati Membri aktarx li ttejjeb il-proċess għal awtorizzazzjonijiet ta' OĠM u, fl-istess ħin, x'aktarx ukoll li tiżgura l-libertà tal-għażla għall-kosumaturi, il-bdiewa u l-operaturi filwaqt li tingħata aktar ċarezza lill-partijiet interessati affettwati dwar il-kultivazzjoni ta' OĠM fl-Unjoni Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tiffaċilita l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern.

(9)

Sabiex jiġi żgurat li l-kultivazzjoni tal-OĠM ma twassalx għall-preżenza mhux intenzjonata tagħhom fi prodotti oħrajn u filwaqt li jkun rispettat il-prinċipju ta' sussidjarjetà, għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-prevenzjoni tal-possibilità ta' kontaminazzjoni li tgħaddi minn Stat Membru fejn il-kultivazzjoni hi permessa għal Stat Membru tal-viċinat fejn hi projbita, sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma jaqbilx li kundizzjonijiet ġeografikċi partikolari jirrenduha mhix meħtieġa.

(10)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2010 (17) tipprovdi gwida lill-Istati Membri għall-iżvilupp ta' miżuri ta' koeżistenza, fosthom f'żoni tal-fruntieri. Ir-rakkomandazzjoni tinkoraġġixxi l-Istati Membri jikkooperaw bejniethom biex jimplimentaw miżuri xierqa fil-fruntieri bejn Stati Membri sabiex jevitaw konsegwenzi mhux intenzjonati ta' kontaminazzjoni transkonfinali.

(11)

Waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni ta' OĠM partikolari, għandha tiġi pprovduta l-possibbiltà li Stat Membru jitlob li l-ambitu ġeografiku ta' notifika/applikazzjoni ppreżentata f'konformità mal-Parti C tad-Direttiva 2001/18/KE jew f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jkun aġġustat bl-effett li t-territorju kollu ta' dak l-Istat Membru jew parti minnu jiġu esklużi mill-kultivazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-proċedura billi tippreżenta t-talba tal-Istat Membru lin-notifikatur/applikant mingħajr dewmien u n-notifikant/applikant għandu jwieġeb għal dik it-talba fi żmien skadenza stabbilita.

(12)

L-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni għandu jiġu aġġustat skont il-każ sakemm in-notifikatur/applikant ma jikkonfermax l-ambitu ġeografiku tal- notifika/applikazzjoni tiegħu fi żmien skadenza stabbilita mill-komunikazzjoni mill-Kummissjoni ta' dik it-talba. Tali konferma, madankollu, hija mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2001/18/KE jew l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, skont il-każ, li tagħmel dan l-aġġustament, fejn ikun il-każ, fid-dawl tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali li ssir mill-Awtorità.

(13)

Filwaqt li hu mistenni li ħafna restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet adottati f'konformità ma' din id-Direttiva se jkunu implimentati fl-istadju ta' kunsens/awtorizzazzjoni jew tiġdid tagħhom, għandu jkun hemm, barra minn hekk, ukoll il-possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw miżuri motivati li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni fit-territorju tagħhom kollu jew f'parti minnu ta' OĠM, jew ta' grupp ta' OĠM definiti minn wiċċ tar-raba' jew karatteristika, ladarba awtorizzati, abbażi ta' raġunijiet differenti u kumplimentari minn dawk ivvalutati skont is-sett armonizzat ta' regoli tal-Unjoni jiġifieri, id-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, li jinsabu f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jkunu relatati ma' objettivi tal-politika ambjentali jew agrikola, jew raġunijiet aċċettabbli oħra bħall-ippjanar tal-bliet u l-kampanja, l-użu tal-art, l-impatti soċjoekonomiċi, il-koeżistenża u l-ordni pubbliku. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jiġu invokati individwalment jew flimkien, skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru, ir-reġjun jew iż-żona li fiha dawk il-miżuri ser japplikaw.

(14)

Il-livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali u tal-ambjent magħżul fl-Unjoni jippermetti valutazzjoni xjentifika uniformi fl-Unjoni kollha u din id-Direttiva ma għandhiex tibdel dik is-sitwazzjoni. Għaldaqstant, sabiex tiġi evitata kull interferenza mal-kompetenzi mogħtija lill-valutaturi tar-riskju u lill-amministraturi tar-riskju taħt id-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, Stat Membru għandu juża biss raġunijiet fir-rgward tal-objettivi tal-politika ambjentali relatati mal-impatti li huma distinti mill-valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa u l-ambjent li huma vvalutati fil-kuntest tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni previsti fid-Direttiva 2001/18/KE u r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u kumplimentari għalihom, bħaż-żamma u l-iżvilupp ta' prattiki agrikoli li joffru potenzjal akbar li jirrikonċiljaw il-produzzjoni mas-sostenibbiltà tal-ekosistema, jew iż-żamma tal-bijodiversità lokali, inkluż ċerti ħabitats u ekosistemi, jew ċerti tipi ta' karatteristiċi naturali u tal-pajżaġġ, kif ukoll funzjonijiet u servizzi speċifiċi tal-ekosistema.

(15)

L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jibbażaw id-deċiżjonijiet li jadottaw skont id-Direttiva 2001/18/KE fuq il-bażi ta' raġunijiet li jikkonċernaw impatti soċjoekonomiċi li jistgħu jirriżultaw mill-kultivazzjoni ta' OĠM fuq it-territorju ta' Stat Membru kkonċernat. Filwaqt li ġew indirizzati miżuri ta' koeżistenza mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2010, għandu jkun hemm ukoll il-possibbiltà li Stat Membru jadotta miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM awtorizzati fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu taħt din id-Direttiva. Dawk ir-raġunijiet jistgħu jkunu relatati mal-ispiża għolja, mal-imprattikabbiltà jew l-impossibbiltà li jiġu implimentati miżuri ta' koeżistenza minħabba kondizzjonijiet ġeografiċi speċifiċi, bħal gżejjer żgħar jew żoni muntanjużi, jew il-ħtieġa li tiġi evitata l-preżenza ta' OĠM fi prodotti oħra bħal prodotti speċifiċi jew partikolari. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, kif ġiet mitluba fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2008, irrappurtat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implikazzjonijiet soċjoekonomiċi tal-kultivazzjoni tal-OĠM. L-eżitu ta' dak ir-rapport jista' jipprovdi informazzjoni ta' valur lill-Istati Membri li jikkunsidraw jieħdu deċiżjonijiet abbażi ta' din id-Direttiva. Ir-raġunijiet marbuta mal-objettivi dwar il-politika agrikola jistgħu jinkludu l-bżonn li tiġi protetta d-diversità tal-produzzjoni agrikola, jew il-ħtieġa li tiġi żgurata l-purezza taż-żerrigħat u l-materjal riproduttiv tal-pjanti. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu permessi jibbażaw tali miżuri fuq raġunijiet oħra li jistgħu jinkludu l-użu tal-art, l-ippjanar tal-bliet u tal-pajjiżi, jew fatturi leġittimi oħra inklużi dawk relatati ma' tradizzjonijiet kulturali.

(16)

Ir-restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva għandhom jirriferu għall-kultivazzjoni u mhux għaċ-ċirkolazzjoni u l-importazzjoni ħielsa ta' żerrigħat u materjal riproduttiv tal-pjanti ġenetikament modifikati, bħala prodotti jew ġo fihom, u l-prodotti tal-ħsad tagħhom u barra minn hekk għandhom ikunu f'konformità mat-Trattati, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni bejn prodotti nazzjonali u dawk mhux nazzjonali, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-Artikolu 34, l-Artikolu 36 u l-Artikolu 216(2) tat-TFUE.

(17)

Il-miżuri tal-Istati Membri adottati skont din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għal proċedura ta' skrutinju u informazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Fid-dawl tal-livell ta' skrutinju u informazzjoni mill-Unjoni, mhuwiex meħtieġ li jsir provvediment ukoll għall-applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fit-territorju kollu tagħhom jew f' parti minnu mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni u għal kemm idum il-kunsens/awtorizzazzjoni, kemm-il darba jkun skada perjodu ta' waqfien stabbilit li matulu l-Kummissjoni tkun ingħatat l-opportunità li tikkummenta dwar il-miżuri proposti. L-Istat Membru kkonċernat għandu għalhekk jikkomunika abbozz ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni mill-inqas 75 jum qabel l-adozzjoni tagħhom, biex il-Kummissjoni tingħata l-opportunità li tikkummenta dwaru, u għandu joqgħod lura milli jadotta u jimplimenta dawk il-miżuri matul dak il-perjodu. Meta jiskadi l-perjodu ta' waqfien stabbilit, l-Istat Membru għandu jkun jista' jadotta l-miżuri kif oriġinarjament proposti jew emendati biex jittieħed kont tal-kummenti tal-Kummissjoni.

(18)

Matul il-perjodu ta' waqfien stabbilit, l-applikant/detentur tal-awtorizzazzjoni li jkun affettwat minn miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM jew grupp ta' OĠM fi Stat Membru għandu joqgħod lura mill-attivitajiet kollha relatati mal-kultivazzjoni ta' dak l-OĠM f'dak l-Istat Membru.

(19)

Id-deċiżjonijiet li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM minn Stati Membri fit-territorju kollu tagħhom jew parti minnu m'għandhomx iwaqqfu milli ssir riċerka dwar il-bijoteknoloġija bil-kondizzjoni li, fit-twettiq ta' din ir-riċerka, jitħarsu l-miżuri kollha ta' sikurezza meħtieġa relatati mas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u mal-protezzjoni ambjentali u li l-attività ma timminax ir-rispett tar-raġunijiet li fuqhom ġiet introdotta r-restrizzjoni jew projbizzjoni. Barra minn hekk, l-Awtorità u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jistabbilixxu netwerk estensiv ta' organizzazzjonijiet xjentifiċi li jirrappre¿entaw id-dixxiplini kollha, fosthom dawk relatati mal-kwistjonijiet ekoloġiċi, u għandhom jikkooperaw biex jidentifikaw fi stadju bikri kull diverġenza potenzjali bejn l-opinjonijiet xjentifiċi bl-għan li jissolvew jew jiġu ċċarati l-kwistjonijiet xjentifiċi kontenzju¿i. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jaċċertaw li jiġu ¿gurati r-ri¿orsi meħtieġa għal riċerka indipendenti dwar ir-riskji potenzjali li jiġu minnn rilaxx intenzjonat jew tqegħid fis-suq tal-OĠM, u li r-riċerkaturi indipendenti għandhom jingħataw aċċess għall-materjal rilevanti kollu, filwaqt li jkunu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

(20)

Minħabba l-importanza tal-provi xjentifiċi fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-projbizzjoni jew l-approvazzjoni tal-OĠM, l-Awtorità għandha tiġbor u tanalizza r-riżultati ta' riċerka dwar ir-riskju jew il-periklu għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent tal-OĠM u tinforma lill-amministraturi tar-riskju dwar kwalunkwe riskju emerġenti. Tali informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku.

(21)

Stat Membru għandu jkun jista' jitlob lill-awtorità kompetenti jew lill-Kummissjoni biex jintegraw mill-ġdid it-territorju kollu tiegħu jew parti minnu fl-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni li minnu kien eskluż qabel. F'dak il-każ, m'għandu jkun hemm ebda ħtieġa li t-talba tintbagħat lid-detentur tal-kunsens/awtorizzazzjoni u li jintalab il-qbil tiegħu. L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-kunsens bil-miktub jew il-Kummissjoni taħt id-Direttiva 2001/18/KE jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rispettivament, għandhom jemendaw l-ambitu ġeografiku tal-kunsens jew tad-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni kif meħtieġ.

(22)

Il-kunsensi bil-miktub jew deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni maħruġa jew adottati b'ambitu ġeografiku limitat għal ċerti żoni jew miżuri adottati minn Stati Membri f'konformità ma' din id-Direttiva, li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM, m'għandhomx iwaqqfu jew jirrestrinġu l-użu ta' OĠM awtorizzati minn Stati Membri oħra. Barra minn hekk, din id-Direttiva u l-miżuri nazzjonali adottati f'konformità magħha għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-liġi tal-Unjoni dwar il-preżenza mhux intenzjonata jew aċċidentali ta' OĠM f'varjetajiet mhux ġenetikament modifikati ta' żrieragħ u materjal riproduttiv tal-pjanti, u m'għandhomx iwaqqfu l-kultivazzjoni ta' varjetajiet li jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti.

(23)

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jipprevedi li r-referenzi li saru fil-Partijiet A u D tad-Direttiva 2001/18/KE għal OĠM awtorizzati taħt il-Parti C ta' dik id-Direttiva għandhom jitqiesu li japplikaw b'mod ugwali għal OĠM awtorizzati taħt dak ir-Regolament. Għaldaqstant, il-miżuri adottati mill-Istati Membri f'konformità mad-Direttiva 2001/18/KE għandhom japplikaw ukoll għal OĠM awtorizzati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(24)

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-moviment ħieles ta' żrieragħ konvenzjonali, materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti u l-prodott tal-ħsad skont il-liġi rilevanti tal-Unjoni u f'konformità mat-TFUE.

(25)

Biex ikun garantit livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur,Stati Membri u l-operaturi għandhom ukoll jieħdu miżuri effettivi ta' tikkettar u ta' informazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u r-Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) biex jiggarantixxu trasparenza dwar il-preżenza ta' OĠM fi prodotti.

(26)

Sabiex l-għanijiet ta' din id-Direttiva jiġu rikonċiljati mal-interessi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi b'rabta mal-OĠM li jkunu ġew awtorizzati, jew li kienu fil-proċess li jiġu awtorizzati, qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu previsti miżuri tranżizzjonali xierqa. Miżuri tranżizzjonali huma ġġustifikati bil-ħtieġa li jiġi evitat il-ħolqien ta' tagħwiġ potenzjali tal-kompetizzjoni bit-trattament differenti ta' detenturi tal-awtorizzazzjoni eżistenti minn applikanti futuri għall-awtorizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċertezza legali, il-perijodu li matulu jistgħu jiġu adottati miżuri tranżizzjonali bħal dawn għandu jkun limitat għal dak li huwa strettament meħtieġ sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni tajba għas-sistema l-ġdida. Permezz ta' miżuri tranżizzjonali bħal dawn l-Istati Membri b'hekk ikunu jistgħu japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għal prodotti li jkunu ġew awtorizzati jew li kienu fil-proċess li jiġu awtorizzati qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, dejjem jekk ma jiġux affettwati varjetajiet ġenetikament modifikati u awtorizzati ta' żrieragħ u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti diġà legalment imħawla.

(27)

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 26b u 26c tad-Direttiva 2001/18/KE japplikaw mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 23 ta' dik id-Direttiva kif ukoll l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

(28)

Id-Direttiva 2001/18/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 2001/18/KE hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 26a, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a   Mit-3 ta' April 2017 l-Istati Membri li fihom jiġu kkultivati OĠM għandhom jieħdu miżuri xierqa f'żoni tal-fruntiera fit-territorju tagħhom bl-għan li jevitaw kontaminazzjoni transkonfinali possibbli fi Stati Membri ġirien li fihom hi projbita l-kultivazzjoni ta' OĠM, sakemm tali miżuri ma jkunux meħtieġa minħabba kondizzjonijiet ġeografiċi partikolari. Dawk il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni.”

(2)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 26b

Kultivazzjoni

1.   Waqt il-proċedura ta' awtorizzazzjoni ta' OĠM partikolari jew matul it-tiġdid ta' kunsens/awtorizzazzjoni Stat Membru jista' jitlob li l-ambitu ġeografiku tal-kunsens jew l-awtorizzazzjoni bil-miktub ikun aġġustat bl-effett li t-territorju kollu jew parti minnu ta' dak l-Istat Membru jiġi eskluż mill-kultivazzjoni. Dik it-talba għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn 45 jum mid-data taċ-ċirkolazzjoni tar-rapport ta' valutazzjoni taħt l-Artikolu 14(2) ta' din id-Direttiva jew minn meta tasal l-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel taħt l-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta t-talba tal-Istat Membru lin-notifikatur/applikant u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tagħmel listi disponibbli pubblikament b'mezzi elettroniċi.

2.   Fi żmien 30 jum mill-preżentazzjoni mill-Kummissjoni ta' dik it-talba, in-notifikatur/applikant jista' jaġġusta jew jikkonferma l-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni inizjali.

Fin-nuqqas ta' konferma, l-aġġustament tal-ambitu ġeografiku tan-notifika/l-applikazzjoni għandu jiġi implimentat fil-kunsens maħruġ skont din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni maħruġa b'konformità mal-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva kif ukull id-deċiżjoni tal-awtorizzazzjoni adottata skont l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Il-kunsens bil-miktub maħruġ taħt din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni maħruġa f'konformità mal-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva kif ukoll id-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni adottata skont l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għandhom jinħarġu abbażi tal-ambitu ġeografiku aġġustat tan-notifika/applikazzjoni.

Fejn talba skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun komunikata lill-Kummissjoni wara d-data taċ-ċirkolazzjoni tar-rapport ta' valutazzjoni skont l-Artikolu 14(2) ta' din id-Direttiva, jew wara li tkun waslet l-opinjoni tal-Awtorità skont l-Artikolu 6(6) u l-Artikolu 18(6) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-iskadenzi stabbiliti fl-Artikolu 15 ta' din id-Direttiva biex jinħareġ il-kunsens miktub jew, jekk ikun il-każ, fl-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li jitressaq quddiem il-Kumitat abbozz ta' deċiżjoni li għandha tittieħed, għandhom ikunu estiżi b'perijodu uniku ta' 15-il jum indipendentement mill-għadd ta' Stati Membri li jippreżentaw tali talbiet.

3.   Fejn ma tkunx saret talba skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew fejn in-notifikatur/applikant ikun ikkonferma l-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni inizjali tiegħu Stat Membru jista' jadotta miżuri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni fit-territorju kollu tiegħu jew f' parti minnu ta' OĠM, jew ta' grupp ta' OĠM definiti minn wiċċ tar-raba jew karatteristika, ladarba jkun awtorizzat skont il-Parti C ta' din id-Direttiva jew skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 dejjem jekk tali miżuri jkunu konformi mal-liġi tal-Unjoni u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni, ikunu raġunati, propozjonati u mhux diskriminatorji u, minbarra dan, ikunu bbażati fuq raġunijiet konvinċenti.bħal dawk b'rabta ma':

(a)

objettivi ta' politika ambjentali;

(b)

ippjanar tal-bliet u tal-kampanja;

(c)

użu tal-art;

(d)

impatti soċjoekonomiċi;

(e)

l-evitar tal-preżenza ta' OĠM fi prodotti oħra mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26a;

(f)

objettivi ta' politika agrikola;

(g)

l-ordni pubbliku.

Dawk ir-raġunijiet jistgħu jiġu invokati individwalment jew flimkien, bl-eċċezzjoni tar-raġuni msemmija fil-punt (g) li ma tistax tintuża individwalment, skont iċ-ċirkostanzi partikolari tal-Istat Membru, ir-reġjun jew iż-żona li fiha dawk il-miżuri ser japplikaw, iżda f'ebda każ m'għandha toħloq kunflitt mal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali li saret skont din id-Direttiva jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

4.   Stat Membru li jkun bi ħsiebu jadotta miżuri skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandu l-ewwel jikkomunika abbozz ta' dawk il-miżuri u r-raġunijiet korrispondenti invokati lill-Kummissjoni. Din il-komunikazzjoni tista' ssir qabel ma l-proċedura ta' awtorizzazzjoni ta' OĠM, taħt il-Parti C ta' din id-Direttiva jew taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tkun tlestiet. Matul perijodu ta' 75 jum li jibda mid-data ta' tali komunikazzjoni:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat għandu jżomm lura milli jadotta u jimplimenta dawk il-miżuri;

(b)

l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li l-operaturi jibqgħu lura milli jħawlu l-OĠM ikkonċernat jew l-OĠM ikkonċernati u

(c)

il-Kummissjoni tista' tagħmel kull kumment li tqis xieraq.

Malli jiskadi l-perijodu ta' 75 jum imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat jista', għal kemm idum il-kunsens/awtorizzazzjoni u mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-awtorizzazzjoni tal-Unjoni, jadotta l-miżuri fil-forma oriġinarjament proposta, jew kif emendati biex iqisu kull kumment mhux vinkolanti li jasal mill-Kummissjoni. Dawk il-miżuri għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri l-oħra u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli kwalunkwe miżura ta' dan it-tip għall-operaturi kollha kkonċernati, inkluż min jikkultiva.

5.   Fejn Stat Membru jkun jixtieq li t-territorju kollu tiegħu u parti minnu jerġa' jiġi integrat fl-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni li minnu jkun ġie eskluż qabel skont il-paragrafu 2, dan jista' jagħmel talba għal dan lill-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-kunsens bil-miktub taħt din id-Direttiva jew lill-Kummissjoni jekk l-OĠM ikun ġie awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003. L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-kunsens bil-miktub jew il-Kummissjoni, skont il-każ, għandha temenda l-ambitu ġeografiku tal-kunsens jew tad-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni kif meħtieġ.

6.   Għall-finijiet ta' aġġustament tal-ambitu ġeografiku tal-kunsens/awtorizzazzjoni ta' OĠM taħt il-paragrafu 5:

(a)

għal OĠM li ġie awtorizzat taħt din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti li tkun ħarġet il-kunsens bil-miktub għandha temenda l-ambitu ġeografiku tal-kunsens kif meħtieġ u tgħarraf lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni ladarba dan ikun tlesta;

(b)

għal OĠM li jkun ġie awtorizzat taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummissjoni għandha temenda d-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni kif meħtieġ, mingħajr ma tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 35(2) ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni kif meħtieġ.

7.   Fejn Stat Membru jkun irrevoka l-miżuri meħuda skont il-paragrafi 3 u 4, dan għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien.

8.   Il-miżuri adottati taħt dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' OĠM awtorizzati bħala, jew fi, prodotti.

Artikolu 26c

Miżuri tranżizzjonali

1.   Mit-2 ta' April 2015 sat-3 ta' Ottubru 2015, Stat Membru jista' jitlob li l-ambitu ġeografiku ta' notifika/applikazzjoni li tkun saret, jew ta' awtorizzazzjoni mogħtija, taħt din id-Direttiva jew ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 qabel it-2 ta' April 2015 jiġi aġġustat. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta t-talba tal-Istat Membru lin-notifikatur/applikant u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien.

2.   Fejn in-notifika/applikazzjoni tkun pendenti u n-notifikatur/applikant ma jkunx ikkonferma l-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni inizjali tiegħu, fi żmien 30 jum minn meta tiġi kkomunikata t-talba msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-ambitu ġeografiku tan-notifika/applikazzjoni għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ. Il-kunsens bil-miktub maħruġ taħt din id-Direttiva u, fejn applikabbli, id-deċiżjoni maħruġa f'konformità mal-Artikolu 19 ta' din id-Direttiva kif ukoll id-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni adottata skont l-Artikoli 7 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għandhom imbagħad jinħarġu abbażi tal-ambitu ġeografiku aġġustat tan-notifika/applikazzjoni.

3.   Fejn l-awtorizzazzjoni tkun diġà ngħatat u d-detentur tal-awtorizzazzjoni ma jkunx ikkonferma l-ambitu ġeografiku tal-awtorizzazzjoni fi żmien 30 jum mill-komunikazzjoni tat-talba msemmija fil-paragrafu (1) ta' dan l-Artikolu, l-awtorizzazzjoni għandha tkun modifikata kif meħtieġ. Għal kunsens bil-miktub taħt din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti għandha temenda l-ambitu ġeografiku tal-kunsens kif meħtieġ u għandha tgħarraf lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni ladarba dan ikun tlesta. Għal awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, il-Kummissjoni għandha temenda d-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni kif meħtieġ, mingħajr ma tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 35(2) ta' dak ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri u lid-detentur tal-awtorizzazzjoni kif meħtieġ.

4.   Fejn ma ssir ebda talba skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew fejn notifikant/applikant jew, skont il-każ, detentur ta' awtorizzazzjoni ma jikkonfermax l-ambitu ġeografiku tal-applikazzjoni inizjali jew, skont il-każ, awtorizzazzjoni, il-paragrafi 3 sa 8 tal-Artikolu 26b għandhom japplikaw mutatis mutandis.

5.   Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-kultivazzjoni ta' kwalunkwe żrieragħ ta' OĠM u materjal ta' propagazzjoni tal-pjanti awtorizzati li tħawlu legalment qabel ma l-kultivazzjoni tal-OĠM tiġi ristretta jew ipprojbita fl-Istat Membru.

6.   Il-miżuri adottati taħt dan l-Artikolu ma għandhomx jaffettwaw iċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' OĠM awtorizzati bħala, jew fi, prodotti.”

.

Artikolu 2

Mhux aktar tard mit-3 ta' April 2019, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-użu li jkunu għamlu l-Istati Membri minn din id-Direttiva, fost l-oħrajn l-effettività tad-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' OĠM fit-territorju kollu tagħhom jew f'parti minnu u l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Dak ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn kwalunkwe proposta leġislattiva li l-Kummissjoni tqis xierqa.

Sal-istess data, kif imsemmija fl-ewwel paragrafu, il-Kummissjoni għandha wkoll tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rimedjar attwali tal-ħsarat ambjentali li jistgħu jseħħu minħabba l-kultivazzjoni ta' OĠM, fuq il-bażi ta' informazzjoni li tkun disponibbli għall-Kummissjoni skont l-Artikoli 20 u 31 tad-Direttiva 2001/18/KE u l-Artikoli 9 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.

Artikolu 3

Mhux aktar tard mit-3 ta' April 2017, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Annessi tad-Direttiva 2001/18/KE f'konformità mal-Artikolu 27 ta' dik id-Direttiva fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju ambjentali, bl-għan li tinkorpora u tibni fuq il-gwida msaħħa tal-2010 tal-Awtorità dwar il-valutazzjoni tar-riskju ambjentali tal-pjanti ġenetikament modifikati.

Artikolu 4

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Marzu 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 51.

(2)  ĠU C 102, 2.4.2011, p. 62.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 (ĠU C 33 E, 5.2.2013, p. 350) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tat-23 ta' Lulju 2014 (ĠU C 349, 3.10.2014, p. 1). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Jannar 2015 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Marzu 2015.

(4)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(5)  Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1).

(6)  Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298).

(7)  Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309).

(8)  Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15).

(9)  Direttiva tal-Kunsill 98/56/KE tal-20 ta' Lulju 1998 dwar il-marketing tal-materjali tal-propagazzjoni tal-pjanti ornamentali (ĠU L 226, 13.8.1998, p. 16).

(10)  Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta' Diċembru 1999 dwar il-marketing ta' materjali riproduttivi tal-foresti (ĠU L 11, 15.1.2000, p. 17).

(11)  Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).

(12)  Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12).

(13)  Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żerrigħat tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).

(14)  Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60).

(15)  Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 fuq il-marketing taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).

(16)  Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta' Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8).

(17)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Lulju 2010 dwar linji gwida għall-iżvilupp ta' miżuri ta' koeżistenza nazzjonali biex tiġi evitata l-preżenza mhux intenzjonata ta' OĠM f'uċuħ tar-raba' konvenzjonali u organiċi (ĠU C 200, 22.7.2010, p. 1).

(18)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).

(19)  Regolament (KE) Nru 1830/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar it-traċċabilità u l-ittikkettjar ta' organiżmi modifikati ġenetikament u t-traċċabilità ta' prodotti tal-ikel u għalf manifatturati minn organiżmi modifikati ġenetikament u li jemenda d-Direttiva 2001/18/KE (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 24).


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/9


DIRETTIVA (UE) 2015/413 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Marzu 2015

li tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 91(1)(c) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

It-titjib tas-sikurezza fit-toroq huwa objettiv primarju tal-politika tat-trasport tal-Unjoni. L-Unjoni qed issegwi politika għat-titjib tas-sikurezza fit-toroq, bl-objettiv li jitnaqqsu l-imwiet, il-korrimenti u l-ħsarat materjali. Element importanti ta' dik il-politika huwa l-infurzar konsistenti tas-sanzjonijiet għal dawk ir-reati tat-traffiku magħmulin fl-Unjoni li jipperikolaw b'mod konsiderevoli s-sikurezza fit-toroq.

(2)

Madankollu, minħabba nuqqas ta' proċeduri adegwati u minkejja l-possibbiltajiet eżistenti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI (3) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI (4) (id-“Deċiżjonijiet Prüm”), is-sanzjonijiet fl-għamla ta' pieni finanzjarji għal ċerti reati tat-traffiku spiss mhumiex infurzati jekk dawk ir-reati jsiru b'vettura li tkun irreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat. Din id-Direttiva għandha l-għan li anki f'dawn il-każijiet, għandha tiġi żgurata l-effettività tal-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Lulju 2010 intitolata “Lejn Żona Ewropea ta' sikurezza tat-triq: orjentazzjonijiet ta' politika dwar is-sikurezza tat-triq 2011-2020”, il-Kummissjoni enfasizzat li l-infurzar tar-regoli dwar it-traffiku fit-toroq jibqa' fattur ewlieni fil-ħolqien tal-kondizzjonijiet għal tnaqqis konsiderevoli fl-għadd ta' mwiet u korrimenti. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2010 dwar is-sikurezza fit-toroq, il-Kunsill talab li titqies il-ħtieġa li l-Istati Membri jsaħħu aktar l-infurzar tar-regoli tat-traffiku fit-toroq u, fejn xieraq, fil-livell tal-Unjoni. Huwa stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibbiltajiet ta' armonizzazzjoni tar-regoli tat-traffiku fil-livell tal-Unjoni, fejn xieraq, u tal-adozzjoni ta' miżuri oħra dwar il-faċilitazzjoni tal-infurzar transkonfinali fir-rigward tar-reati tat-traffiku fit-triq, b'mod partikolari dawk marbutin ma' inċidenti serji tat-traffiku.

(4)

Fid-19 ta' Marzu 2008, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tiffaċilita l-infurzar transkonfinali fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq abbażi tal-Artikolu 71(1)(c) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (issal-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)). Id-Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) madankollu ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 87(2) TFUE. Is-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tas-6 ta' Mejju 2014 fil-kawża C-43/12 (6) annullat id-Direttiva 2011/82/UE għar-raġuni li din ma setgħetx tiġi validament adottata abbażi tal-Artikolu 87(2) TFUE. Is-sentenza żammet l-effetti tad-Direttiva 2011/82/UE sad-dħul fis-seħħ fi żmien perijodu ta' żmien raġonevoli — li ma għandux jaqbeż tnax-il xahar mid-data li fiha tingħata s-sentenza — ta' Direttiva ġdida bbażata fuq l-Artikolu 91(1)(c) TFUE. Għaldaqstant għandha tiġi adottata Direttiva ġdida abbażi ta' dak l-Artikolu.

(5)

Għandha tiġi mħeġġa aktar konverġenza bejn il-miżuri ta' kontroll tal-Istati Membri, u l-Kummissjoni għandha teżamina, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni għal tagħmir ta' kontroll awtomatiku għall-kontrolli tas-sikurezza fit-toroq.

(6)

Għandha tinħoloq kuxjenza fost iċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli tat-traffiku għas-sikurezza fit-toroq fis-seħħ fi Stati Membri differenti u fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari permezz ta' miżuri adegwati li jiggarantixxu l-għoti ta' biżżejjed informazzjoni dwar il-konsegwenzi f'każ li ma jiġux rispettati r-regoli tat-traffiku għas-sikurezza fit-toroq waqt l-ivvjaġġar fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(7)

Sabiex ikun hemm aktar sikurezza fit-toroq kullimkien fl-Unjoni Ewropea u biex jiġi żgurat it-trattament indaqs tas-sewwieqa, jiġifieri ta' residenti u non-residenti li jagħmlu reat, l-infurzar għandu jiġi ffaċilitat irrispettivament mill-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tal-vettura. Għal dan il-għan, għandha tintuża sistema għall-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni għal ċerti reati tat-traffiku għas-sikurezza fit-toroq, irrispettivament min-natura amministrattiva jew kriminali tagħhom skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat, li tagħti aċċess lill-Istat Membru fejn isir ir-reat għad-data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD) tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

(8)

Skambju transkonfinali aktar effiċjenti tal-VRD, li għandu jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' persuni suspettati li għamlu reat tat-traffiku marbut mas-sikurezza fit-toroq, jista' jżid l-effett dissważiv u jħajjar imġiba aktar kawta mis-sewwieq ta' vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn isir ir-reat, u b'hekk jiġu evitati diżgrazzji minħabba inċidenti tat-traffiku fit-triq.

(9)

Ir-reati tat-traffiku marbutin mas-sikurezza fit-toroq koperti b'din id-Direttiva mhumiex soġġetti għal trattament omoġenu fl-Istati Membri. Xi Stati Membri jikkwalifikaw tali reati bħala reati “amministrattivi” skont il-liġi nazzjonali filwaqt li oħrajn jikkwalifikawhom bħala reati “kriminali”. Din id-Direttiva għandha tapplika irrispettivament minn kif dawk ir-reati jiġu klassifikati skont il-liġi nazzjonali.

(10)

L-Istati Membri għandhom jagħtu lil xulxin id-dritt tal-aċċess għall-VRD tagħhom sabiex itejbu l-iskambju tal-informazzjoni u jħaffu l-proċeduri fis-seħħ. Għal dan il-għan, id-dispożizzjonijiet dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u d-disponibbiltà tal-iskambju awtomatizzat tad-data stabbiliti fid-Deċiżjonijiet ta' Prüm għandhom, sa fejn hu possibbli, jiġu inklużi f'din id-Direttiva.

(11)

Id-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI tispeċifika l-karatteristiċi ta' sigurtà għal applikazzjonijiet tas-software eżistenti u r-rekwiżiti tekniċi relatati għall-iskambju ta' data dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi. Mingħajr preġudizzju għall-applikabbiltà ġenerali ta' dik id-Deċiżjoni, dawk il-karatteristiċi ta' sigurtà u rekwiżiti tekniċi għandhom, għal raġunijiet ta' effiċjenza regolatorja u prattika, jintużaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

(12)

L-applikazzjonijiet tas-software eżistenti għandhom ikunu l-bażi għall-iskambju tad-data skont din id-Direttiva u fl-istess ħin għandhom jiffaċilitaw ir-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni. Tali applikazzjonijiet għandhom jipprevedu l-iskambju mingħajr dewmien, sikur u konfidenzjali ta' VRD speċifika bejn l-Istati Membri. Għandu jittieħed vantaġġ mill-applikazzjoni tas-software tas-Sistema ta' Informazzjoni Ewropea tal-Liċenzji tal-Vetturi u tas-Sewqan (Eucaris), li hija mandatorja għall-Istati Membri skont id-Deċiżjonijiet ta' Prüm fir-rigward tal-VRD. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta u tirrapporta dwar il-funzjonament tal-applikazzjonijiet tas-software li ntużaw għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

(13)

L-ambitu ta' applikazzjoni ta' dawk l-applikazzjonijiet tas-software msemmija hawn fuq għandu jkun limitat għall-proċessi li jintużaw fl-iskambju ta' informazzjoni bejn il-punti ta' kuntatt nazzjonali fl-Istati Membri. Il-proċeduri u l-proċessi awtomatizzati li fihom tkun ser tintuża l-informazzjoni ma jaqgħux taħt l-ambitu ta' applikazzjoni ta' dawn l-applikazzjonijiet.

(14)

L-Istrateġija għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni għas-sigurtà interna tal-UE għandha l-għan li jinstabu s-soluzzjonijiet għall-iskambju tad-data li huma l-aktar sempliċi, faċilment traċċabbli u kosteffettivi.

(15)

L-Istati Membri għandhom ikunu f'pożizzjoni li jikkuntattjaw lis-sid, lid-detentur tal-vettura jew lill-persuna identifikata b'mod ieħor li tkun issuspettata li għamlet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq sabiex il-persuna kkonċernata tinżamm informata dwar il-proċeduri applikabbli u l-konsegwenzi legali skont il-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li l-informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq tintbagħat bil-lingwa tad-dokumenti ta' reġistrazzjoni jew bil-lingwa bl-akbar probabbiltà li tinftiehem mill-persuna kkonċernata, biex ikun żgurat li dik il-persuna tifhem b'mod ċar l-informazzjoni li tkun qed tiġi kondiviża mal-persuna kkonċernata. L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċeduri adegwati biex ikun żgurat li tkun biss il-persuna kkonċernata li tiġi infurmata u mhux terza persuna. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jużaw arranġamenti dettaljati simili għal dawk adottati sabiex dawn ir-reati jingħataw segwitu, inklużi mezzi bħall-kunsinna reġistrata, fejn ikun adatt. Dan jippermetti li dik il-persuna twieġeb għall-ittra ta' informazzjoni b'mod adegwat, partikolarment billi titlob aktar informazzjoni, billi tħallas il-multa jew billi teżerċita d-drittijiet tagħha ta' difiża, speċjalment f'każ ta' identità żbaljata. Proċedimenti oħrajn huma koperti bl-istrument legali applikabbli, inklużi strumenti dwar l-assistenza reċiproka u dwar għarfien reċiproku, pereżempju d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI (7).

(16)

L-Istati Membri għandhom jipprovdu traduzzjoni ekwivalenti fir-rigward tal-ittra ta' informazzjoni mibgħuta mill-Istat Membru fejn isir ir-reat, kif previst fid-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(17)

Bl-iskop li tiġi segwita politika ta' sikurezza fit-toroq li timmira li tipprovdi livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti tat-toroq kollha fl-Unjoni u filwaqt li jitqiesu d-differenzi kbar bejn iċ-ċirkostanzi rilevanti fl-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jaġixxu, mingħajr preġudizzju għal linji politiċi u liġijiet aktar restrittivi, sabiex tiġi żgurata aktar konverġenza bejn ir-regoli tat-traffiku fit-toroq u l-infurzar tagħhom fost l-Istati Membri. Fil-qafas tar-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni sabiex jiġu stabbiliti metodi, prattiċi u standards minimi komparabbli fil-livell tal-Unjoni b'kont meħud tal-koperazzjoni internazzjonali u l-ftehimiet eżistenti fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq, b'mod partikolari l-Konvenzjoni ta' Vjenna dwar it-Traffiku fit-Toroq tat-8 ta' Novembru 1968.

(18)

Fir-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha teżamina l-ħtieġa għal kriterji komuni dwar proċeduri ta' segwitu mill-Istati Membri f'każ li l-piena finanzjarja ma titħallasx, f'konformità mal-liġijiet u l-proċeduri tal-Istati Membri. F'dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tindirizza kwistjonijiet bħall-proċeduri bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għat-trasmissjoni tad-deċiżjoni finali sabiex tiġi imposta sanzjoni u/jew piena finanzjarja kif ukoll għar-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjoni finali.

(19)

Fit-tħejjija tar-reviżjoni ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, bħall-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti responsabbli għas-sikurezza fit-toroq u dawk tal-infurzar tal-liġi, l-assoċjazzjonijiet tal-vittmi u organizzazzjonijiet mhux governattivi oħra li jkunu attivi fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq.

(20)

Kooperazzjoni aktar mill-qrib fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għandha timxi id f'id mar-rispett għad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt ta' rispett għall-privatezza u għall-protezzjoni ta' data personali, iggarantita minn arranġamenti speċjali għall-protezzjoni tad-data. Dawk l-arranġamenti għandhom jieħdu kont, b'mod partikolari, tan-natura speċifika tal-aċċess online transkonfinali għall-bażijiet tad-data. Jeħtieġ li l-applikazzjonijiet tas-software li ser jiġu stabbiliti jippermettu li l-iskambju ta' informazzjoni jsir f'kondizzjonijiet sikuri u li jiżguraw il-kunfidenzjalità tad-data mibgħuta. Id-data miġbura skont din id-Direttiva m'għandhiex tintuża għal skopijiet differenti minn dawk ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-obbligi dwar il-kondizzjonijiet tal-użu u tal-ħażna temporanja tad-data.

(21)

L-ipproċessar ta' data personali provdut taħt din id-Direttiva huwa adatt biex jinkisbu l-għanijiet leġittimi segwiti minn din id-Direttiva fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq, b'mod partikolari sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni billi jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni dwar reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u għaldaqstant l-infurzar ta' sanzjonijiet, u ma jeċċedix dak li huwa xieraq u meħtieġ biex jinkisbu dawk l-objettivi.

(22)

Id-data relatata mal-identifikazzjoni tat-trasgressur hija data personali. Id--Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) għandha tkun applikabbli għall-attivitajiet ta' proċessar li jsiru meta tiġi applikata din id-Direttiva. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti proċedurali għall-appell u l-mekkaniżmi ta' rimedju tal-Istat Membru kkonċernat, is-suġġett tad-data kkonċernat għandu jiġi infurmat skont il-każ meta jirċievi notifika tar-reat, dwar id-dritt ta' aċċess, id-dritt għar-rettifika u t-tħassir ta' data personali kif ukoll dwar il-perijodu legali massimu ta' ħażna tad-data. F'dan il-kuntest, is-suġġett tad-data għandu jkollu wkoll id-dritt li jikseb il-korrezzjoni ta' kull data personali impreċiża jew it-tħassir immedjat ta' kull data li tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali.

(23)

Fil-qafas tad-Deċiżjonijiet ta' Prüm, l-ipproċessar ta' VRD li tinkludi data personali hu soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal tali data personali li tiġi pproċessata wkoll għall-finijiet ta' din id-Direttiva sakemm huma jiżguraw li l-ipproċessar ta' tali data skont din id-Direttiva jikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

(24)

Għandu jkun possibbli li pajjiżi terzi jipparteċipaw fl-iskambju ta' VRD kemm-il darba jkunu kkonkludew ftehim mal-Unjoni għal dan il-għan. Ikun meħtieġ li tali ftehim jinkludi dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-protezzjoni tad-data.

(25)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal proċess ġust, il-preżunzjoni ta' innoċenza u d-dritt tad-difiża.

(26)

Sabiex jinkiseb l-objettiv tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' mezzi interoperabbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex jittieħed kont ta' bidliet rilevanti fid-Deċiżjonijiet Prüm jew meta dan ikun meħtieġ minn atti legali tal-Unjoni direttament rilevanti għall-aġġornament tal-Anness I. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u li jkollha konsultazzjonijiet adegwati matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Meta tkun qiegħda tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, f'waqtha u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(27)

Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva bil-ħsieb li tidentifika miżuri effiċjenti u effikaċi oħrajn li jtejbu s-sikurezza fit-toroq. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit għandhom ukoll jikkooperaw mal-Kummissjoni f'dan ix-xogħol, fejn ikun il-każ, biex ikun żgurat rappurtar f'waqtu u sħiħ dwar din il-materja.

(28)

Ladarba l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni billi jiġi ffaċilitat l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq meta dawn ir-reati jsiru b'vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn sar ir-reat, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv.

(29)

Ladarba d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit ma kinux soġġetti għad-Direttiva 2011/82/UE u allura ma ttrasponewhiex, huwa xieraq li jingħata lil dawk l-Istati Membri żmien addizzjonali suffiċjenti biex jagħmlu dan.

(30)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) u ta opinjoni fit-3 ta' Ottubru 2014,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Objettiv

Din id-Direttiva għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-utenti kollha tat-toroq fl-Unjoni billi tiffaċilita l-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, u b'hekk tiffaċilita l-infurzar ta' sanzjonijiet, fejn dawk ir-reati jsiru b'vettura rreġistrata fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru fejn ikun sar ir-reat.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għar-reati tat-traffiku li ġejjin, relatati mas-sikurezza fit-toroq:

(a)

sewqan b'veloċità eċċessiva;

(b)

meta ma jintlibisx iċ-ċinturin tas-sikurezza;

(c)

meta jinqabeż id-dawl aħmar tat-traffiku;

(d)

sewqan taħt l-influwenza tax-xorb;

(e)

sewqan taħt l-influwenza tad-drogi;

(f)

meta ma jintlibisx elmu protettiv;

(g)

użu ta' karreġġata pprojbita;

(h)

użu illegali ta' telefon ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“vettura” tfisser kull vettura bil-magna, inklużi ċikletti bil-mutur, li normalment tintuża għat-trasport ta' persuni jew oġġetti bit-triq;

(b)

“Stat Membru fejn isir ir-reat” tfisser l-Istat Membru fejn sar ir-reat;

(c)

“Stat Membru tar-reġistrazzjoni” tfisser l-Istat Membru fejn tkun ġiet irreġistrata l-vettura li biha sar ir-reat;

(d)

“sewqan b'veloċità eċċessiva” tfisser il-qbiż tal-limiti fis-seħħ ta' veloċità fl-Istat Membru fejn isir ir-reat għat-triq ikkonċernata jew għat-tip ta' vettura kkonċernat;

(e)

“ma jintlibisx iċ-ċinturin tas-sikurezza” tfisser in-nonkonformità mar-rekwiżit li jintlibes iċ-ċinturin tas-sikurezza jew li tintuża sistema ta' sikurezza għat-tfal f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE (11) u l-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(f)

“jinqabeż id-dawl l-aħmar tat-traffiku” tfisser sewqan fuq dawl tat-traffiku aħmar jew kwalunkwe sinjal ta' waqfien ieħor rilevanti, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(g)

“sewqan taħt l-influwenza tax-xorb” tfisser sewqan waqt li s-sewwieq ma jkunx kompletament f'sensih minħabba l-alkoħol, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(h)

“sewqan taħt l-influwenza tad-drogi” tfisser sewqan waqt li s-sewwieq ma jkunx kompletament f'sensih minħabba drogi jew sustanzi oħra li għandhom effett simili, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(i)

“ma jintlibisx elmu protettiv” tfisser li ma jintlibisx elmu protettiv, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(j)

“użu ta' karreġġata pprojbita” tfisser l-użu illegali ta' parti mit-triq, bħal karreġġata ta' emerġenza, karreġġata għat-trasport pubbliku jew karreġġata magħluqa temporanjament għal raġunijiet ta' konġestjoni jew xogħlijiet fit-triq, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(k)

“użu illegali ta' telefon ċellulari jew ta' kwalunkwe tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan” tfisser l-użu illegali ta' telefon ċellulari jew kwalunkwe mezz ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru fejn isir ir-reat;

(l)

“punt ta' kuntatt nazzjonali” tfisser l-awtorità kompetenti maħtura għall-iskambju ta' data dwar ir-reġistrazzjoni ta' vetturi (VRD);

(m)

“tiftix awtomatizzat” tfisser proċedura ta' aċċess online għal konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data ta' Stat Membru wieħed, ta' diversi Stati Membri jew kollha kemm huma jew tal-pajjiżi parteċipanti;

(n)

“detentur tal-vettura” tfisser il-persuna li f'isimha tkun irreġistrata l-vettura, kif definit fil-liġi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 4

Proċedura għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri

1.   Għall-investigazzjoni tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq imsemmija fl-Artikolu 2, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-punti ta' kuntatt nazzjonali ta' Stati Membri oħrajn, kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, aċċess għall-VRD nazzjonali segwenti, bis-setgħa li jagħmlu tiftix awtomatizzat fir-rigward ta':

(a)

data relatata ma' vetturi; u

(b)

data relatata mas-sidien jew mad-detenturi tal-vettura.

L-elementi tad-data msemmija fil-punti (a) u (b) u li huma meħtieġa biex isir tiftix għandhom ikunu konformi mal-Anness I.

2.   Għall-finijiet tal-iskambju ta' data msemmi fil-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta' kuntatt nazzjonali. Is-setgħat tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu rregolati bil-liġi applikabbli tal-Istat Membru kkonċernat.

3.   Meta jsir tiftix fl-għamla ta' talba maħruġa, il-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu juża numru sħiħ ta' reġistrazzjoni.

Dak it-tiftix għandu jsir f'konformità mal-proċeduri kif deskritti fil-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, minbarra l-punt 1 tal-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI, li għalih għandu japplika l-Anness I ta' din id-Direttiva.

L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu, taħt din id-Direttiva, juża d-data miksuba sabiex jiġi stabbilit min hu personalment responsabbli għar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva.

4.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex ikun żgurat li l-iskambju ta' informazzjoni jsir permezz ta' mezzi elettroniċi interoperattivi mingħajr skambju ta' data li jinvolvi bażijiet tad-data oħra li ma jintużawx għall-finijiet ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-iskambju ta' informazzjoni jsir b'mod effettiv meta mqabbel man-nefqa u b'mod sikur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw is-sigurtà u l-protezzjoni tad-data trasmessa, sa fejn possibbli bl-użu ta' applikazzjonijiet ta' software eżistenti bħal dik imsemmija fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI u l-verżjonijiet emendati ta' dawk l-applikazzjonijiet tas-software, f'konformità mal-Anness I ta' din id-Direttiva u mal-punti 2 u 3 tal-Kapitolu 3 tal-Anness tad-Deċiżjoni 2008/616/ĠAI. Il-verżjonijiet emendati tal-applikazzjonijiet tas-software għandhom jipprevedu kemm skambju online f'ħin reali kif ukoll mod ta' skambju bil-lott, li permezz tiegħu jista' jkun hemm skambju ta' diversi talbiet jew tweġibiet f'messaġġ wieħed.

5.   Kull Stat Membru għandu jħallas l-ispejjeż tiegħu stess li jirriżultaw mill-amministrazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni tal-applikazzjonijiet tas-software imsemmija fil-paragrafu 4.

Artikolu 5

Ittra ta' informazzjoni dwar ir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq

1.   L-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu jiddeċiedi jekk għandux jibda proċedimenti ta' segwitu jew le fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2.

F'każ li l-Istat Membru fejn isir ir-reat jiddeċiedi li jibda tali proċedimenti, f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, dak l-Istat Membru għandu jinforma lis-sid, lid-detentur tal-vettura jew alternattivament lill-persuna identifikata ssuspettata li għamlet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq.

Din l-informazzjoni għandha, skont kif ikun applikabbli taħt il-liġi nazzjonali, tinkludi l-konsegwenzi legali tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru fejn isir ir-reat skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

2.   Meta tintbagħat l-ittra ta' informazzjoni lis-sid, lid-detentur tal-vettura jew alternattivament lill-persuna identifikata ssuspettata li għamlet ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, l-Istat Membru fejn isir ir-reat għandu, skont il-liġi tiegħu, jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti, partikolarment dwar in-natura ta' dan ir-reat tat-traffiku relatat mas-sikurezza fit-toroq, il-post, id-data u l-ħin tar-reat, it-titolu tat-testi tal-liġi nazzjonali li tagħhom ikun sar ksur u s-sanzjoni u, fejn xieraq, id-data li tikkonċerna t-tagħmir li ntuża fl-osservazzjoni tar-reat. Għal dak il-għan, l-Istat Membru fejn isir ir-reat jista' juża l-mudell stabbilit fl-Anness II.

3.   F'każ li l-Istat Membru fejn isir ir-reat jiddeċiedi li jibda proċedimenti ta' segwitu fir-rigward tar-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq elenkati fl-Artikolu 2, bil-għan li jiġi żgurat li d-drittijiet fundamentali jiġu rispettati, l-Istat Membru fejn isir ir-reat jibgħat l-ittra ta' informazzjoni bil-lingwa tad-dokument ta' reġistrazzjoni tal-vettura, fejn disponibbli, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.

Artikolu 6

Rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni

Kull Stat Membru għandu jibgħat rapport komprensiv lill-Kummissjoni sas-6 ta' Mejju 2016 u wara din id-data, kull sentejn.

Ir-rapport komprensiv għandu jindika n-numru ta' tiftixiet awtomatizzati li jkunu saru mill-Istat Membru fejn isir ir-reat indirizzat lill-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni, wara li jsiru reati fit-territorju tiegħu, flimkien mat-tip ta' reati li għalihom ġew indirizzati talbiet u n-numru ta' talbiet li ma rnexxewx.

Ir-rapport komprensiv għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tas-sitwazzjoni fil-livell nazzjonali b'rabta mas-segwitu mogħti lir-reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, abbażi tal-proporzjon ta' tali reati li ngħataw segwitu b'ittri ta' informazzjoni.

Artikolu 7

Protezzjoni tad-data

1.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE għandhom ikunu applikabbli għad-data personali pproċessata taħt din id-Direttiva.

2.   B'mod partikolari, kull Stat Membru għandu jiżgura li d-data personali pproċessata taħt din id-Direttiva għandha tiġi rettifikata jekk ma tkunx eżatta, jew inkella titħassar jew tiġi imblokkata meta ma tibqax meħtieġa fi żmien perijodu ta' żmien xieraq, skont l-Artikoli 6 u 12 tad-Direttiva 95/46/KE, u li tiġi stabbilita skadenza għall-ħażna tad-data f'konformità mal-Artikolu 6 ta' dik id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-data personali kollha pproċessata taħt din id-Direttiva tintuża biss għall-objettiv stipulat fl-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva, u li l-persuni li jkunu s-suġġetti ta' tali data jkollhom l-istess dritt għall-informazzjoni, għall-aċċess, għar-rettifika, għat-tħassir u għall-imblokkar, għall-kumpens u għar-rimedju ġudizzjarju bħal dawk adottati skont il-liġi nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 95/46/KE.

3.   Kull persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tikseb informazzjoni dwar liema data personali rreġistrata fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun ġiet trasmessa lill-Istat Membru fejn isir ir-reat, inkluża d-data tat-talba u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn isir ir-reat.

Artikolu 8

Informazzjoni għal min juża t-toroq fl-Unjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni, fis-sit elettroniku tagħha, sommarju bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tar-regoli fis-seħħ fl-Istati Membri fil-qasam kopert b'din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar dawn ir-regoli lill-Kummissjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-utenti tat-toroq it-tagħrif meħtieġ dwar ir-regoli applikabbli fit-territorju tagħhom u l-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva f'assoċjazzjoni ma', fost organizzazzjonijiet oħra, korpi tas-sikurezza fit-toroq, organizzazzjonijiet mhux governattivi attivi fil-qasam tas-sikurezza fit-toroq u l-klabbs awtomobilistiċi.

Artikolu 9

Atti delegati

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 10, li jaġġornaw l-Anness I fid-dawl tal-progress tekniku, biex jittieħed kont tal-bidliet rilevanti fid-Deċiżjonijiet Prüm jew fejn dan ikun meħtieġ mill-atti legali tal-Unjoni li jkunu direttament rilevanti għall-aġġornament tal-Anness I.

Artikolu 10

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 9 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mit-13 ta' Marzu 2015. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi identiċi fit-tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux dik l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel ma jintemm kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9 tista' tiġi revokata f'kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni ssegwi l-prattika li normalment issegwi u li jkollha konsultazzjonijiet ma' esperti, inklużi esperti mill-Istati Membri, qabel ma tadotta dawk l-atti delegati. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 9 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressal-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 11

Reviżjoni tad-Direttiva

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha, sas-7 ta' Novembru 2016, tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tiffoka b'mod partikolari fuq l-aspetti li ġejjin u għandha, kif xieraq, tagħmel proposti biex tkopri dawk l-aspetti:

valutazzjoni dwar jekk għandhomx jiżdiedu reati oħra tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva,

valutazzjoni ta' kemm hi effettiva din id-Direttiva fit-tnaqqis tal-għadd ta' mwiet fit-toroq tal-Unjoni,

valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni għal tagħmir ta' kontroll awtomatiku u għall-proċeduri. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni hija mistiedna tiżviluppa linji gwida dwar is-sikurezza fit-toroq fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tal-politika komuni tat-trasport bil-għan li tiġi żgurata konverġenza akbar tal-infurzar tar-regoli marbutin mat-traffiku fit-toroq mill-Istati Membri permezz ta' metodi u prattiċi komparabbli. Dawn il-linji gwida jistgħu jkopru mill-anqas ir-reati elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 2,

valutazzjoni tal-ħtieġa li jissaħħaħ l-infurzar ta' sanzjonijiet fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq u li jiġu proposti kriterji komuni rigward il-proċeduri ta' segwitu fil-każ li ma jsirx ħlas ta' piena finanzjarja, fil-qafas tal-politika rilevanti kollha tal-UE, inkluża l-politika komuni tat-trasport,

il-possibbiltajiet ta' armonizzazzjoni tar-regoli tat-traffiku fejn ikun xieraq,

valutazzjoni tal-applikazzjonijiet tas-software kif imsemmi fl-Artikolu 4(4), bil-ħsieb li tiġi żgurata implimentazzjoni korretta ta' din id-Direttiva kif ukoll li jiġi ggarantit skambju effettiv, f'waqtu, sikur u kunfidenzjali ta' VRD speċifika.

Artikolu 12

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikun hemm konformità ma' din id-Direttiva sas-6 ta' Mejju 2015. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod kif għandha ssir din ir-referenza.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, ir-Renju tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit tal-Gran Brittannja u l-Irlanda ta' Fuq jistgħu jipposponu d-data ta' skadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu sas-6 ta' Mejju 2017.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin fl-erbat jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 14

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Marzu 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 12, 15.1.2015, p. 115.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Frar 2015 (għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta' Marzu 2015.

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/616/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 12).

(5)  Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta' informazzjoni fir-rigward ta' reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, (ĠU L 288, 5.11.2011, p. 1).

(6)  Is-sentenza fil-kawża Il-Kummissjoni Ewropea vs il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, C-43/12, UE:C:2014:298.

(7)  Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2005/214/ĠAI tal-24 ta' Frar 2005 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' rikonoxximent reċiproku ta' penali finanzjarji (ĠU L 76, 22.3.2005, p. 16).

(8)  Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

(9)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(10)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(11)  Direttiva tal-Kunsill 91/671/KEE tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-użu obbligatorju taċ-ċinturini tas-sigurtà u s-sistemi ta' sikurezza għat-tfal fil-vetturi (ĠU L 373, 31.12.1991, p. 26).


ANNESS I

Elementi tad-data meħtieġa biex isir it-tiftix imsemmi fl-Artikolu 4(1)

Entrata

M/F (1)

Rimarki

Data relatata mal-vettura

M

 

Stat Membru tar-reġistrazzjoni

M

 

Numru tar-Reġistrazzjoni

M

(A (2))

Data relatata mar-reat

M

 

Stat Membru fejn isir ir-reat

M

 

Data ta' referenza tar-reat

M

 

Ħin ta' referenza tar-reat

M

 

Għan tat-tiftix

M

Kodiċi li jindika t-tip ta' reat kif elenkat fl-Artikolu 2

1.

=

Sewqan b'veloċità eċċessiva

2.

=

Sewqan taħt l-influwenza tax-xorb

3.

=

Ma jintlibisx iċ-ċinturin tas-sikurezza

4.

=

Jinqabeż id-dawl l-aħmar tat-traffiku

5.

=

Użu ta' karreġġata pprojbita

10.

=

Sewqan taħt l-influwenza tad-drogi

11.

=

Ma jintlibisx l-elmu protettiv

12.

=

Użu illegali ta' telefon ċellulari jew ta' kull tagħmir ieħor ta' komunikazzjoni waqt is-sewqan

Elementi tad-data pprovduti bħala riżultat tat-tiftix magħmul skont l-Artikolu 4(1)

Parti I.   Data relatata ma' vetturi

Entrata

M/F (3)

Rimarki

Numru tar-Reġistrazzjoni

M

 

Numru tax-xażi/VIN

M

 

Stat Membru tar-reġistrazzjoni

M

 

Għamla

M

(D.1 (4)) eż. Ford, Opel, Renault

Deskrizzjoni kummerċjali tal-vettura

M

(D.3) eż. Focus, Astra, Megane

Kodiċi tal-Kategorija tal-UE

M

(J) eż. motorini, muturi, karozzi

Parti II.   Data relatata mas-sidien jew detenturi tal-vetturi

Entrata

M/F (5)

Rimarki

Data relatata mad-detenturi tal-vettura

 

(C.1 (6))

Id-data tirreferi għad-detentur taċ-ċertifikat speċifiku tar-reġistrazzjoni.

Isem id-detenturi tar-reġistrazzjoni (kumpannija)

M

(C.1.1)

Għandhom jintużaw taqsimiet separati għall-kunjom, l-infissi, it-titli, eċċ., u għandu jiġi komunikat l-isem f'format li jista' jiġi stampat.

Isem

M

(C.1.2)

Għandhom jintużaw taqsimiet separati għall-ewwel isem (ismijiet) u l-inizjali, u għandu jiġi komunikat l-isem f'format li jista' jiġi stampat.

Indirizz

M

(C.1.3)

Għandhom jintużaw taqsimiet separati għat-Triq, in-Numru tad-dar u l-Anness, il-Kodiċi postali, il-Post ta' residenza, il-Pajjiż ta' residenza, eċċ., u għandu jiġi komunikat l-indirizz f'format li jista' jiġi stampat.

Sess

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Individwu, assoċjazzjoni, kumpannija, ditta, eċċ.

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-karta tal-identità

F

Identifikatur li jidentifika b'mod uniku lill-persuna jew lill-kumpannija.

Data relatata mas-sidien tal-vettura

 

(C.2) Id-data tirreferi għas-sid tal-vettura.

L-isem tas-sid (kumpannija)

M

(C.2.1)

Isem

M

(C.2.2)

Indirizz

M

(C.2.3)

Sess

F

Raġel, mara

Data tat-twelid

M

 

Entità legali

M

Individwu, assoċjazzjoni, kumpannija, ditta, eċċ.

Post tat-twelid

F

 

Numru tal-karta tal-identità

F

Identifikatur li jidentifika b'mod uniku lill-persuna jew lill-kumpannija.

 

 

Fil-każ ta' vetturi għall-iskrapp, vetturi jew pjanċi tan-numru tal-karozza misruqin, jew numru tar-reġistrazzjoni tal-karozza skadut, ma għandu jiġi pprovdut l-ebda tagħrif dwar is-sid jew id-detentur. Minflok, għandu jintbagħat lura l-messaġġ “Tagħrif mhux żvelat”.


(1)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, F = fakultattiv.

(2)  Kodiċi armonizzat, ara d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

(3)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, F = fakultattiv.

(4)  Kodiċi armonizzat, ara d-Direttiva 1999/37/KE.

(5)  M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, F = fakultattiv.

(6)  Kodiċi armonizzat, ara d-Direttiva 1999/37/KE.


ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/26


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/414

tat-12 ta' Marzu 2015

li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina użat fil-manifattura ta' supplimenti tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(5) tagħha,

Billi:

(1)

L-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE jistabbilixxi l-lista ta' vitamini u minerali, u għal kull wieħed minnhom il-forom, li jistgħu jintużaw fil-manifattura tas-supplimenti tal-ikel. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 (2) issostitwixxa l-Annessi I u II tad-Direttiva 2002/46/KE.

(2)

Skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2002/46/KE, dispożizzjonijiet dwar vitamini u sustanzi minerali fis-supplimenti tal-ikel li jista' jkollhom effett fuq is-saħħa pubblika għandhom jiġu adottati wara konsultazzjoni mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”).

(3)

Wara talba biex jiżdied l-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, bħala sors ta' folat mal-lista stabbilita fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE, fil-11 ta' Settembru 2013 l-Awtorità adottat Opinjoni Xjentifika dwar aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, bħala sors ta' folat miżjud għal skopijiet ta' nutrizzjoni ma' supplimenti tal-ikel u d-disponibbiltà bijoloġika tal-folat minn dan is-sors (3).

(4)

Mill-opinjoni tal-Awtorità joħroġ li l-użu ta' aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina bħala sors ta' folat f'supplimenti tal-ikel ma joħloqx tħassib dwar is-sikurezza.

(5)

Skont l-opinjoni favorevoli tal-Awtorità, aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina għandu jiżdied mal-lista stabbilita fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE.

(6)

L-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, huwa ingredjent tal-ikel ġdid li ġie awtorizzat biex ikun kummerċjalizzat mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/154/UE (4).

(7)

Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati permezz tal-Grupp Konsultattiv dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u tal-Pjanti, u l-kummenti li tressqu ġew ikkunsidrati.

(8)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2002/46/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Anness II tad-Direttiva 2002/46/KE, il-punt (c) li ġej jiżdied fl-Intestatura 10 (FOLAT) tat-Taqsima A:

“(c)

aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1170/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jemenda d-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-listi ta' vitamini u minerali u l-forom tagħhom li jkunu jistgħu jiġu miżjuda mal-ikel, inklużi supplimenti tal-ikel (ĠU L 314, 1.12.2009, p. 36).

(3)  EFSA Journal 2013;11(10): 3358.

(4)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/154/UE tad-19 ta' Marzu 2014 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-aċidu (6S)-5-metiltetraidrofoliku, melħ tal-glukosammina, bħala ingredjent tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 85, 21.3.2014, p. 10).


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/28


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/415

tat-12 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi etefon u fenamifos

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi meqjusin li ġew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

L-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi etefon u fenamifos se jiskadu fil-31 ta' Lulju 2017. Għalhekk, ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għat-tiġdid tal-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi. Billi r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (3) japplikaw għal dawk is-sustanzi attivi, huwa meħtieġ li l-applikanti jingħataw żmien biżżejjed biex ilestu l-proċedura tat-tiġdid skont dak ir-Regolament. Għaldaqstant, l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi x'aktarx li se jiskadu qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom. Huwa għalhekk meħtieġ li l-perjodi tal-approvazzjoni tagħhom jiġu estiżi.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn l-ebda dossier supplimentari skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 844/2012 ma jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 30 xahar qabel id-data tal-iskadenza rispettiva stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tistabilixxi d-data tal-iskadenza fl-istess data bħal dik ta' qabel dan ir-Regolament jew fl-eqreb data minn hemm 'il quddiem.

(5)

Fid-dawl tal-għan tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, fir-rigward ta' każijiet fejn il-Kummissjoni se tadotta Regolament li jistipula li l-approvazzjoni ta' sustanza attiva msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament ma tiġġeddidx minħabba li l-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex issodisfati, il-Kummissjoni se tistabbilixxi d-data tal-iskadenza fl-istess data bħal ta' qabel dan ir-Regolament jew fid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament sakemm ma tiġġeddidx l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, skont liema data tkun l-aktar tard.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 141, fenamifos, id-data tal-“31 ta' Lulju 2017” tinbidel bid-data tal-“31 ta' Lulju 2018”;

(2)

Fis-sitt kolonna, l-iskadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 142, etefon, id-data tal-“31 ta' Lulju 2017” tinbidel bid-data tal-“31 ta' Lulju 2018”.


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/30


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/416

tat-12 ta' Marzu 2015

li japprova d-dinotefuran bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 90(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Marzu 2012, ir-Renju Unit irċieva applikazzjoni, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), għall-inklużjoni tas-sustanza attiva dinotefuran fl-Anness I tagħha għall-użu fi prodotti tat-tip 18, insettiċidi, akariċidi u prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħra, kif definit fl-Anness V ta' dik id-Direttiva.

(2)

Fl-14 ta' Mejju 2000, id-dinotefuran ma kienx fis-suq bħala sustanza attiva ta' prodott bijoċidali.

(3)

Fil-15 ta' Ottubru 2013, b'konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ir-Renju Unit ressaq rapport ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, lill-Aġenżija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

(4)

L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fis-17 ta' Ġunju 2014 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, prodotti bijoċidali użati għal prodotti tat-tip 18 u li fihom id-dinotefuran jistgħu jiġu mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 19(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet relatati mal-użu tiegħu.

(6)

Minn dik l-opinjoni jidher ukoll li l-karatteristiki tad-dinotefuran jagħmluh persistenti ħafna (vP) u tossiku (T) b'konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness XIII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Għalhekk, id-dinotefuran għandu jitqies bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-għan tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti b'konformità mal-Artikolu 23 ta' dak ir-Regolament.

(7)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-użu tad-dinotefuran fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 jiġi approvat soġġett għall-konformità ma' ċertu speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(8)

Billi l-valutazzjonijiet ma jindirizzawx in-nanomaterjali, l-approvazzjonijiet ma għandhomx ikopru tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(9)

Minħabba li l-kundizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huma ssodisfati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament. Id-dinotefuran għandu jiġi approvat għal perjodu li ma jaqbiżx is-7 snin, b'konformità mal-Artikolu 10(4) ta' dak ir-Regolament.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Id-dinotefuran għandu jiġi approvat bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodott tat-tip 18, soġġett għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

Dinotefuran

Isem tal-IUPAC:

(RS)-1-metil-2-nitro-3-(tetraidro-3-furilmetil)gwanidina

Nru tal-KE: Mhux disponibbli

Nru tal-CAS: 165252-70-0

991 gm/kg

l-1 ta' Ġunju 2015

il-31 ta' Mejju 2022

18

Id-dinotefuran huwa meqjus bħala kandidat għas-sostituzzjoni skont l-Artikolu 10(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

Għall-prodotti bijoċidali, l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għal din il-kundizzjoni:

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Fejn l-esponiment ma jkunx jista' jiġi mnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw flimkien ma' tagħmir personali protettiv xieraq.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użat għall-valutazzjoni li saret b'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva li saritilha l-valutazzjoni.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti ta' valutazzjoni jinsabu fuq is-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/environment/chemicals/biocides/index_en.htm.


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/33


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/417

tat-12 ta' Marzu 2015

li japprova r-razza ABTS1743 tas-serotip H5a5b tal-batterju Bacillus sphaericus 2362 bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikulari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fil-prodotti bijoċidali jew għall-inklużjoni fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Dik il-lista tinkludi l-batterju Bacillus sphaericus.

(2)

Il-batterju Bacillus sphaericus ġie evalwat f'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18, jiġifieri l-insettiċidi, l-akariċidi u l-prodotti għall-kontroll ta' artropodi oħrajn, kif iddefinit fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Id-dejta mressqa għall-finijiet tal-evalwazzjoni ippermettiet li jinsiltu konklużjonijiet dwar forma partikulari tal-batterju Bacillus sphaericus biss, jiġifieri dwar ir-razza ABTS1743 tas-serotip H5a5b tal-batterju Bacillus sphaericus 2362. L-evalwazzjoni ma ppermettietx li jinsiltu konklużjonijiet dwar sustanzi oħrajn li jaqgħu taħt id-definizzjoni tal-batterju Bacillus sphaericus fil-lista ta' sustanzi attivi msemmija hawn fuq mogħtija fir-Regolament ta' Delega (UE) Nru 1062/2014. Għalhekk, din l-approvazzjoni għandha tkopri biss ir-razza ABTS1743 tas-serotip H5a5b tal-batterju Bacillus sphaericus 2362.

(4)

L-Italja nħatret bħala l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u fid-9 ta' Jannar 2009 ressqet ir-rapport tal-valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14(4) u (6) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (3).

(5)

L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ifformulaha l-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali fid-19 ta' Ġunju 2014, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(6)

Skont dik l-opinjoni, wieħed jista' jistenna li l-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 18 li fihom ir-razza ABTS1743 tas-serotip H5a5b tal-batterju Bacillus sphaericus 2362 jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), dejjem jekk jitħarsu ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet marbutin mal-użu tagħhom.

(7)

Għaldaqstant huwa xieraq li r-razza ABTS1743 tas-serotip H5a5b tal-batterju Bacillus sphaericus 2362 tiġi approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18, dejjem jekk jitħarsu ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(8)

Billi l-evalwazzjonijiet ma ttrattawx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni m'għandhiex tkopri t-tali materjali, skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu taż-żmien raġonevoli qabel ma tkun approvata sustanza attiva, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri ta' tħejjija meħtieġa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-razza ABTS1743 tas-serotip H5a5b tal-batterju Bacillus sphaericus 2362 għandha tiġi approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18, dejjem jekk jitħarsu l-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet mogħtija fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-evalwazzjoni sistematika tas-sustanzi attivi bijoċidali kollha li jeżistu fil-prodotti bijoċidali msemmijin fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(4)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-identifikazzjoni

Grad minimu ta' purezza tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data ta' skadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

Ir-razza ABTS1743 tas-serotip H5a5b tal-batterju Bacillus sphaericus 2362

Mhux applikabbli

L-ebda impurità rilevanti

L-1 ta' Lulju 2016

It-30 ta' Ġunju 2026

18

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tiffoka b'mod speċjali fuq l-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbutin ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda li ma jkunx ġie indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju tas-sustanza attiva li tkun saret fil-livell tal-Unjoni.

Għall-prodotti bijoċidali, l-awtorizzazzjonijiet huma suġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-professjonisti. Fejn l-esponiment ma jkunx jista' jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw flimkien ma' tagħmir personali protettiv xieraq.

(2)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għar-residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi tar-residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi tar-residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' taffija tar-riskju sabiex jiġi żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.


(1)  Il-purezza mogħtija f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purezza tas-sustanza attiva li ntuża għall-evalwazzjoni li saret skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purezza jew purezza differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-valutazzjoni jinsabu fis-sit tal-Kummissjoni li ġej: http://ec.europa.eu/environment/chemicals/biocides/index_en.htm.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/36


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/418

tat-12 ta' Marzu 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 dwar il-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(2)(c) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat kienet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (2) bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE (3) skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24b tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 (4). Mindu d-Direttiva Nru 91/414/KEE nbidlet bir-Regolament (KE) Nru 1107/2009, din is-sustanza qed titqies li ġiet approvata skont dak ir-Regolament u hija elenkata fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5).

(2)

Skont l-Artikolu 25a tar-Regolament (KE) Nru 2229/2004, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Awtorità”, fit-18 ta' Diċembru 2013 ippreżentat lill-Kummissjoni l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni għas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat (6). L-Awtorità wasslet l-opinjoni tagħha lin-notifikatur dwar is-sustanza Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat.

(3)

Il-Kummissjoni stiednet lin-notifikatur biex iressaq il-kummenti tiegħu dwar l-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat. L-abbozz tar-rapport ta' reviżjoni u l-opinjoni tal-Awtorità ġew analizzati mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, u ġew iffinalizzati fit-12 ta' Diċembru 2014 fil-format ta' rapport ta' reviżjoni tal-Kummissjoni għas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat.

(4)

Ġie kkonfermat li s-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat għandha titqies approvata skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(5)

Skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, kif ukoll fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, huwa meħtieġ li jiġu emendati l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta' Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat. B'mod partikolari, jixraq li tintalab iktar informazzjoni ta' konferma.

(6)

Għalhekk, l-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011

Il-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1).

(3)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/127/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni ta' bosta sustanzi attivi (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 89).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2229/2004 tat-3 ta' Diċembru 2004 li jistabbilixxi aktar regoli fid-dettall għall-implimentazzjoni tar-raba' stadju tal-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 379, 24.12.2004, p. 13).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-lista ta' sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(6)  Il-konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju għall-pestiċidi tas-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il-aċetat. EFSA Journal (2014); 12(12):3526. Disponibbli onlajn fuq: www.efsa.europa.eu/efsajournal.htm.


ANNESS

Fil-Parti A tal-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, ir-ringiela 258 dwar is-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat għandha tinbidel b'dan li ġej:

Numru

Isem Komuni, Numri ta' Identifikazzjoni

Isem tal-IUPAC

Purità

Data tal-approvazzjoni

Skadenza tal-approvazzjoni

Dispożizzjonijiet speċifiċi

“258

Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat

Nru tal-CAS 78617-58-0

CIPAC: 974

Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat

≥ 75 %

fl-1 ta' Settembru 2009.

fil-31 ta' Awwissu 2019.

PARTI A

L-użijiet bħala attirant biss jistgħu jkunu awtorizzati.

PARTI B

Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi kif imsemmija fl-Artikolu 29(6) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta' reviżjoni dwar is-sustanza attiva Z-13-eżadeken-11-in-1-il aċetat (SANCO/2649/2008) u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzati fil-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf.

Il-kundizzjonijiet għall-użu għandhom jinkludu, meta xieraq, miżuri għall-mitigazzjoni tar-riskju.

In-notifikatur għandu jressaq informazzjoni ta' konferma dwar:

(1)

l-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment inkluża l-informazzjoni dwar kull impurità rilevanti;

(2)

il-valutazzjoni tar-riskju tal-esponiment għall-operaturi, il-ħaddiema u l-persuni fil-qrib;

(3)

id-destin u l-imġiba tal-ambjent tas-sustanza;

(4)

il-valutazzjoni tar-riskju tal-esponiment għall-organiżmi mhux fil-mira.

In-notifikatur għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-Awtorità l-informazzjoni stabbilita fil-punt (1) sat-30 ta' Ġunju 2015 u l-informazzjoni stabbilita fil-punti (2), (3) u (4) tal-31 ta' Diċembru 2016.”


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/39


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/419

tat-12 ta' Marzu 2015

li japprova t-tolilfluwanid bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 89(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 (2) jistabbilixxi lista ta' sustanzi attivi li għandhom jiġu evalwati bil-ħsieb li possibbilment jiġu approvati għall-użu fi prodotti bijoċidali jew inklużi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Dik il-lista tinkludi t-tolilfluwanid.

(2)

It-tolilfluwanid ġiet evalwata b'konformità mal-Artikolu 90(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għall-użu fi prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21, prodotti għall-kontra l-iżvilupp tal-ħaxix tal-ilma (antifouling), kif definiti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(3)

Il-Finlandja ntgħażlet bħala awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni u ppreżentat rapport ta' valutazzjoni, flimkien mar-rakkomandazzjonijiet tagħha, lill-Kummissjoni fit-18 ta' Settembru 2012 b'konformità mal-paragrafi 4 u 6 tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 (3).

(4)

L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ġiet ifformulata fis-17 ta' Ġunju 2014 mill-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni.

(5)

Skont dik l-opinjoni, il-prodotti bijoċidali użati għall-prodotti tat-tip 21 u li fihom it-tolilfluwanid huma mistennija li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) bil-kundizzjoni li jiġu ssodisfati ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet marbuta mal-użu tagħhom.

(6)

Madankollu, l-aċċettabbiltà tar-riskji marbuta mal-użu ta' prodotti antifouling, kif ukoll l-adegwatezza tal-miżuri proposti għall-mitigazzjoni tar-riskji, trid tkompli tiġi kkonfermata. Sabiex jiġu ffaċilitati, fi żmien it-tiġdid tal-approvazzjonijiet tas-sustanzi attivi antifouling eżistenti, l-analiżi u t-tqabbil tar-riskji u l-benefiċċji ta' dawn is-sustanzi kif ukoll tal-miżuri ta' mitigazzjoni tar-riskji applikati, id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni ta' dawn is-sustanzi għandha tkun l-istess.

(7)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-użu tat-tolilfluwanid fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 jiġi approvat, soġġett għall-konformità ma' ċerti speċifikazzjonijiet u kundizzjonijiet.

(8)

Billi l-valutazzjonijiet ma indirizzawx in-nanomaterjali, l-approvazzjoni ma għandhiex tkopri tali materjali skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

(9)

Għandu jitħalla jgħaddi perjodu ta' żmien raġonevoli qabel sustanza attiva tkun approvata, sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jieħdu l-miżuri preparatorji biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tolilfluwanid għandha tiġi approvata bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21, soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1062/2014 tal-4 ta' Awwissu 2014 dwar il-programm ta' ħidma għall-eżami sistematiku tas-sustanzi attivi eżistenti kollha li jinsabu fil-prodotti bijoċidali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 294, 10.10.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta' Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta' ħidma ta' 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta' prodotti bijoċidali (ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3).

(4)  Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegћid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1).


ANNESS

Isem Komuni

Isem tal-IUPAC

Numri tal-Identifikazzjoni

Grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva (1)

Data tal-approvazzjoni

Data tal-iskadenza tal-approvazzjoni

Tip ta' prodott

Kundizzjonijiet speċifiċi (2)

Tolilfluwanid

Isem tal-IUPAC:

N-(Diklorofluworometiltijo)-N′,N′-dimetil-N-p-tolilsulfammid

Nru tal-KE: 211-986-9

Nru tal-CAS: 731-27-1

960 g/kg

l-1 ta' Lulju 2016

il-31 ta' Diċembru 2025

21

Il-valutazzjoni tal-prodott għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-esponimenti, ir-riskji u l-effikaċja marbuta ma' kwalunkwe użu kopert minn applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni, iżda mhux indirizzat fil-valutazzjoni tar-riskju fil-livell tal-Unjoni tas-sustanza attiva.

F'każ li l-prodotti li fihom it-tolifluwanid jiġu sussegwentement awtorizzati għall-użu f'utenti mhux professjonali, il-persuni li jagħmlu prodotti li fihom it-tolifluwanid disponibbli fis-suq għal utenti mhux professjonali, għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom magħhom ingwanti adattati.

Għall-prodott bijoċidali, l-awtorizzazzjonijiet huma soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Il-prodotti li fihom it-tolifluwanid ma għandhomx jiġu awtorizzati jew użati sabiex jiġu kkontrollati t-tkabbir u l-kolonizzazzjoni ta' organiżmi li jniġġsu fuq bastimenti tal-ilma ħelu.

(2)

Għandhom jiġu stabbiliti proċeduri operattivi sikuri u miżuri organizzativi adegwati għall-utenti industrijali jew professjonali. Fejn l-esponiment ma jistax jitnaqqas għal livell aċċettabbli b'mezzi oħra, il-prodotti għandhom jintużaw b'tagħmir personali protettiv xieraq.

(3)

It-tikketti u, fejn disponibbli, l-istruzzjonijiet għall-użu għandhom jindikaw li t-tfal għandhom jinżammu 'l bogħod sakemm jinxfu s-superfiċji li ġew ittrattati.

(4)

It-tikketti u, fejn disponibbli, il-fuljetti tad-dejta dwar is-sikurezza tal-prodotti awtorizzati għandhom jindikaw li l-applikazzjoni, il-manutenzjoni u l-attivitajiet tat-tiswija għandhom iseħħu f'żona iżolata, fuq bażi iebsa u impermeabbli jew imdawra b'ħitan ta' protezzjoni jew fuq ħamrija mgħottija b'materjal impermeabbli biex ma jkunx hemm rilaxxi u biex jiġu minimizzati l-emissjonijet fl-ambjent, u li kwalunkwe rilaxx jew skart li jkun fih it-tolifluwanid għandu jinġabar għall-użu mill-ġdid jew għar-rimi.

(5)

Għall-prodotti li jistgħu jwasslu għal residwi fl-ikel jew fl-għalf, għandha tiġi vverifikata l-ħtieġa li jiġu ddefiniti livelli massimi tar-residwi (MRLs) ġodda jew li jiġu emendati l-livelli massimi tar-residwi eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u għandha tittieħed kull miżura xierqa ta' mitigazzjoni biex ikun żgurat li l-MRLs applikabbli ma jinqabżux.

Għal oġġetti ttrattati, tapplika l-kundizzjoni li ġejja:

Meta oġġett trattat ikun ġie trattat bi, jew intenzjonalment jinkorpora prodott bijoċidali wieħed jew aktar li jkun fih it-tolifluwanid, u meta jkun hemm bżonn minħabba l-possibbiltà ta' kuntatt mal-ġilda kif ukoll tar-rilaxx tat-tolifluwanid f'kundizzjonijiet normali tal-użu tal-oġġett, il-persuna responsabbli għat-tqegħid tal-oġġett trattat fis-suq għandha tiżgura li t-tikketta tagħti informazzjoni dwar ir-riskju ta' sensitizzazzjoni tal-ġilda, kif ukoll l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 58(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.


(1)  Il-purità indikata f'din il-kolonna kienet il-grad minimu ta' purità tas-sustanza attiva użat għall-evalwazzjoni li saret b'konformità mal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Is-sustanza attiva fil-prodott imqiegħed fis-suq jista' jkollha l-istess purità jew purità differenti jekk ikun ġie ppruvat li hija teknikament ekwivalenti għas-sustanza attiva evalwata.

(2)  Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji komuni tal-Anness VI tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-kontenut u l-konklużjonijiet tar-rapporti tal-valutazzjoni jinsabu fuq is-sit tal-Kummissjoni: http://ec.europa.eu/environment/chemicals/biocides/index_en.htm

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/43


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/420

tat-12 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

65,8

MA

84,3

TR

85,0

ZZ

78,4

0707 00 05

JO

229,9

MA

182,1

TR

189,5

ZZ

200,5

0709 93 10

MA

117,6

TR

190,3

ZZ

154,0

0805 10 20

EG

50,8

IL

75,3

MA

67,6

TN

66,9

TR

59,7

ZZ

64,1

0805 50 10

TR

61,6

ZZ

61,6

0808 10 80

BR

68,9

CA

81,0

CL

102,6

MK

28,7

US

213,3

ZZ

98,9

0808 30 90

AR

109,7

CL

139,6

CN

90,9

US

124,8

ZA

107,3

ZZ

114,5


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/45


DEĊIŻJONI (UE) 2015/421 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi,

(1)

L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (2) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fil-limitu annwali ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) biex ikun hemm il-finanzjament ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda oħra jew aktar.

(2)

Wara li eżaminaw il-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt is-subintestatura 1b, jidher li hemm bżonn tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, lil hinn mil-limitu massimu tas-subintestatura 1b, b'EUR 83 285 595 favur il-finanzjament tal-programmi ta' Fondi Strutturali Ċiprijotti biex tingħata allokazzjoni addizzjonali mill-Fondi Strutturali lil Ċipru għas-sena 2015 b'ammont totali ta' EUR 100 000 000.

(3)

Għas-sena finanzjarja 2014, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill diġà mmobilizzaw l-Istrument tal-Flessibbiltà b'Deċiżjoni tal-20 ta' Novembru 2013 għall-finanzjament ta' programmi ta' fondi strutturali Ċiprijotti għal ammont ta' EUR 89 330 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn biss.

(4)

Filwaqt li titqies in-natura supplimentari tal-istrument ta' flessibbiltà, huwa meħtieġ li jiġu pprovduti approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali sabiex ikunu koperti l-approprjazzjonijiet għall-impenji addizzjonali għal Ċipru għal sentejn finanzjarji 2014 u 2015 abbażi l-profil tal-pagamenti mistenni, stmat għal EUR 11,3 miljun fl-2015, EUR 45,7 miljun fl-2016, EUR 75,4 miljun fl-2017 u EUR 40,2 miljun fl-2018. L-ammonti annwali għal kull sena tal-perjodu 2015-2018, ikollhom jiġu kkonfermati minn kull abbozz tal-baġit ippreżentat mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jintuża biex jipprovdi s-somma ta' EUR 83 285 595 f'approprjazzjonijiet ta' impenn fis-subintestatura 1b.

Dak l-ammont għandu jintuża sabiex jikkomplementa l-finanzjament tal-programmi Ċiprijotti tal-Fondi Strutturali taħt is-subintestatura 1b.

Pagamenti assoċjati mal-finanzjament tal-fondi strutturali Ċiprijotti permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2014 u l-2015 ikunu EUR 172 600 000 għall-perjodu 2015-2018. L-ammont eżatt annwali jiġi definit fl-Abbozz ta' Baġit tas-sena kif ippreżentata mill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

B. DELLA VEDOVA


(1)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/47


DEĊIŻJONI (UE) 2015/422 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4a(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-“Fond”) sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta' reġjuni milquta minn diżastri.

(2)

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (3) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond fil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun (prezzijiet tal-2011).

(3)

L-Artikolu 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jipprevedi li l-Fond jista' jiġi mobilizzat f'ammont sa massimu ta' EUR 50 000 000 għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem, u l-approprjazzjonijiet korrispondenti mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 50 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament għall-ħlas ta' pagamenti bil-quddiem.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

B. DELLA VEDOVA


(1)  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzajrju pluriennali għas-snin 2014–2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/423

tas-6 ta' Marzu 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Rotterdam fir-rigward tal-emendi fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 192 u 207, flimkien mal-Artikolu 218(9), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Unjoni rratifikat il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (il-“Konvenzjoni ta' Rotterdam”) bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE (1).

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jimplimenta l-Konvenzjoni ta' Rotterdam fl-Unjoni.

(3)

Sabiex ikun żgurat li l-pajjiżi li jimportaw ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-ħarsien offrut mill-Konvenzjoni ta' Rotterdam, huwa meħtieġ u xieraq li tiġi appoġġata r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għar-Reviżjoni tal-Kimika dwar l-inklużjoni fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam tal-asbestos krisotilu, metammidofos, triklorfon, fentijon (il-formolazzjonijiet b'Volum Ultra Baxx (VUB) b'640 g jew aktar ta' ingredjent attiv/L) u formolazzjonijiet likwidi (konċentrat emulsjonabbli jew konċentrat solubbli) li fihom diklorur tal-parakkwat fil-livell ta' 276 g/L jew aktar, li jikkorrispondu għall-jon tal-parakkwat fil-livell ta' 200 g/L jew aktar. Dawn is-sustanzi diġà huma pprojbiti jew ristretti ħafna fl-Unjoni, u għaldaqstant huma suġġetti għal rekwiżiti tal-esportazzjoni li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ taħt il-Konvenzjoni ta' Rotterdam.

(4)

Is-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam hija mistennija tieħu deċiżjonijiet dwar l-emendi proposti għall-Anness III. L-Unjoni għandha tappoġġa dawk l-emendi,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fis-seba' laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam hija li l-Unjoni tappoġġa l-adozzjoni tal-emendi fl-Anness III tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (3) fir-rigward tal-inklużjoni tal-asbestos krisotilu, metammidofos, triklorfon, fentijon (il-formolazzjonijiet b'Volum Ultra Baxx (VUB) b'640 g jew aktar ta' ingredjent attiv/L) u formolazzjonijiet likwidi (konċentrat emulsjonabbli jew konċentrat solubbli) li fihom diklorur tal-parakkwat fil-livell ta' 276 g/L jew aktar, li jikkorrispondu għall-jon tal-parakkwat fil-livell ta' 200 g/L jew aktar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

K. GERHARDS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/730/KE tal-25 ta' Settembru 2006 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem għal ċerti kimiċi u pestiċidi perikolużi fil-kummerċ internazzjonali (ĠU L 299, 28.10.2006, p. 23).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

(3)  ĠU L 63, 6.3.2003, p. 29.


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/50


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/424

tal-11 ta' Marzu 2015

dwar l-approvazzjoni tad-deċiżjoni ta' eżenzjoni skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE dwar il-forniment ta' ċerti servizzi ta' groundhandling fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb

(notifikata bid-dokument C(2015) 473)

(It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(5) tagħha,

Billi:

1.   ID-DEĊIŻJONI TA' EŻENZJONI NOTIFIKATA

(1)

Bl-ittra tat-13 ta' Awwissu 2014, li waslet għand il-Kummissjoni fl-1 ta' Settembru 2014, l-awtoritajiet Kroati nnotifikaw, skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 96/67/KE (minn hawn 'il quddiem: “id-Direttiva”), id-deċiżjoni ta' eżenzjoni tal-gvern tar-Repubblika tal-Kroazja, meħuda abbażi tal-Artikolu 9(1)(b) u (d) tad-Direttiva, fir-rigward tal-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb. Bl-ittra bid-data tal-1 ta' Diċembru 2014, l-awtoritajiet Kroati ressqu informazzjoni addizzjonali li waslet għand il-Kummissjoni fis-17 ta' Diċembru 2014, biex in-notifika tkun kompluta.

(2)

Id-deċiżjoni notifikata tipprovdi għal żewġ eżenzjonijiet. L-ewwel nett, din tirriżerva s-servizzi ta' groundhandling tal-kategoriji elenkati taħt il-punti 3, 4 u 5, bl-eċċezzjoni tal-punt 5.1, tal-Anness tad-Direttiva, għal fornitur wieħed, dan ifisser l-immaniġġjar tal-bagalji, l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta fir-rigward tal-immaniġġjar fiżiku ta' merkanzija u posta, sew dawk deħlin, ħerġin jew li qegħdin jiġu ttrasferiti, bejn it-terminal tal-ajru u l-inġenju tal-ajru, u l-immaniġġjar tar-rampa, ħlief l-għoti ta' sinjali standard ta' gwida lil inġenju tal-ajru fuq l-art. Imbagħad tipprojbixxi l-immaniġjar mill-utenti nfushom għal dawk it-tliet kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling, ħlief l-għoti ta' sinjali standard ta' gwida lil inġenju tal-ajru fuq l-art. Iż-żewġ eżenzjonijiet japplikaw għal perjodu ta' sentejn, mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2016.

2.   IS-SITWAZZJONI ATTWALI FL-AJRUPORT INTERNAZZJONALI TA' ŻAGREB

(3)

L-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb huwa operat minn Zagreb International Airport Jsc. Fl-2013, għaddew 2,3 miljun passiġġier minn dan l-ajruport.

(4)

Bħalissa, l-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb għandu terminal wieħed tal-passiġġieri u għaddej il-proċess biex jinbena terminal ġdid għall-passiġġieri flimkien mal-infrastruttura assoċjata (rampa, toroq ta' aċċess u parkeġġi). It-terminal il-ġdid se jkun lest u operattiv sa mhux aktar tard minn tmiem l-2016. Dan se jkollu kapaċità ta' 5 miljun passiġġier. It-terminal eżistenti se jingħalaq, ħlief għall-użu tal-avjazzjoni ġenerali u attivitajiet oħra varji (kiri ta' uffiċċji eċċ.).

(5)

Skont l-awtoritajiet Kroati, il-limitazzjonijiet tat-terminal attwali, kemm fl-infrastruttura u kemm fl-aspetti operattivi, mhux se tippermetti introduzzjoni effettiva ekonomika ta' fornituri tas-servizzi ta' groundhandling addizzjonali fil-perjodu li fih jinbena t-terminal il-ġdid. Meta jitlestew il-bini tat-terminal il-ġdid għall-passiġġieri u tar-rampa l-ġdida u l-operazzjonijiet tagħhom jibdew, il-problemi ta' spazju u ta' kapaċità assoċjati mal-infrastruttura eżistenti se jkunu solvuti.

(6)

Skont l-awtoritajiet Kroati, l-aċċess għas-suq għall-provvista tal-immaniġġjar tal-bagalji, l-immaniġġjar tar-rampa u l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta bħalissa huwa miftuħ. Madankollu, sa issal-ebda fornitur terz ta' servizzi ta' groundhandling ma ppreżenta applikazzjoni biex jinħarġulu approvazzjoni u liċenzja għall-provvista ta' dawn is-servizzi ta' groundhandling fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb. Dawn is-servizzi bħalissa qegħdin jiġu pprovduti għall-utenti tal-ajruport minn Zagreb International Airport Jsc. permezz ta' sussidjarja kollha kemm hi proprjetà tagħhom.

(7)

Fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb teżisti wkoll il-libertà ta' mmaniġjar mill-utenti nfushom. Madankollu, bħalissa kumpanija tal-ajru waħda biss timmaniġja hija stess is-servizzi tal-groundhandling ta' subkategorija waħda tas-servizzi tal-immaniġġjar tar-rampa (it-tagħbija u l-ħatt tal-ikel u tax-xorb). L-ebda trasportatur tal-ajru ieħor ma esprima interess fis-servizzi ta' mmaniġjar tas-servizzi tal-groundhandling minnu nnifsu.

(8)

L-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb għandu faċilità ta' tqassim ta' bagalji waħda għall-bagalji li jiġu reġistrati lokalment u l-bagalji kollha ta' trasferiment. L-erja tas-superfiċje tal-faċilità ta' tqassim hija ta' 515 m2. Iż-żona tat-tqassim hija sitwata f'livell sotterran tal-parti ċentrali tat-terminal.

(9)

L-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb għandu terminal tal-merkanzija wieħed b'erja totali ta' 2 160 m2 u l-proċess kollu tal-immaniġjar tal-merkanzija jseħħ f'dan il-maħżen. Minħabba limitazzjonijiet ta' spazju sinifikanti, dan il-proċess kollu jsir manwalment bl-użu ta' għodda tal-id u forklifts. Fl-uqigħ tal-art tal-maħżen doganali hemm pjattaforma operazzjonali tal-kunsinna u l-ġbir tal-merkaanzija b'rampa unika għad-dħul u l-ħruġ.

(10)

It-terminal tal-merkanzija fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb jimmaniġja bejn 8 000 u 8 500 tunnellata ta' merkanzija u posta fis-sena li minnhom il-posta tammonta għal bejn 1 000 u 1 500 tunnellata fis-sena.

(11)

L-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb għandu rampa tal-avjazzjoni kummerċjali waħda b'erja tas-superfiċje totali ta' 140 000 m2 u 22 pożizzjoni, u rampa tal-avjazzjoni ġenerali b'erja tas-superfiċje totali ta' 28 000 m2 u l-kapaċità ta' 20 inġenju tal-ajru.

3.   KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI

(12)

Skont l-Artikolu 9(3) tad-Direttiva, il-Kummissjoni ppubblikat sommarju tad-deċiżjoni ta' eżenzjoni notifikata mill-awtoritajiet Kroati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti.

(13)

Il-Kummissjoni rċeviet kumment wieħed minn fornitur ta' servizzi ta' groundhandling, li fih talab informazzjoni dwar jekk hiex se tiġi organizzata proċedura ta' sejħa għall-offerti waqt il-perjodu ta' eżenzjoni sabiex il-groundhandler magħżul ikun jista' jibda l-operazzjonijiet ladarba l-eżenzjoni tkun skadiet. Ma wasal l-ebda kumment ieħor mingħand partijiet interessati.

4.   EVALWAZZJONI TAD-DEĊIŻJONI TA' EŻENZJONI FID-DAWL TAD-DIRETTIVA

(14)

L-awtoritajiet Kroati bbażaw id-deċiżjoni ta' eżenzjoni tagħhom fuq l-Artikolu 9(1)(b) u (d) tad-Direttiva, li f'każ ta' restrizzjonijiet speċifiċi ta' spazju disponibbli jew ta' kapaċità, jippermetti r-riżerva għal fornitur uniku ta' kategorija waħda jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 6(2) u l-projbizzjoni tal-immaniġġar tal-groundhandling mill-utenti stess tal-ajruport għall-kategoriji msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva.

(15)

Skont l-Artikolu 9(2)(a) tad-Direttiva, l-awtoritajiet Kroati speċifikaw li ż-żewġ eżenzjonijiet japplikaw għall-kategoriji ta' servizzi ta' groundhandling elenkati taħt il-punti 3, 4 u 5, bl-eċċezzjoni tal-punt 5.1, tal-Anness tad-Direttiva, jiġifieri l-immaniġġjar tal-bagalji, l-immaniġġjar tal-merkanzija u tal-posta u l-immaniġġjar tar-rampa ħlief l-għoti ta' sinjali standard ta' gwida lil inġenju tal-ajru fuq l-art.

(16)

Rigward l-immaniġġjar tal-bagalji, il-Kummissjoni tqis li, permezz tal-informazzjoni sottomessa, l-awtoritajiet Kroati wrew li mhux possibbli li tiġi akkomodata parti terza oħra bħala handlers minbarra d-dipartiment tas-servizzi ta' groundhandling tal-ajruport u lanqas li kwalunkwe utent tal-ajruport jimmaniġġja s-servizzi huwa stess.

(17)

L-ispazju operazzjonali huwa limitat u ristrett u l-karru tal-bagalji jiġi mmaniġjat b'diffikultà. It-tqassim tal-bagalji matul il-perjodi l-aktar intensivi meta ż-żewġ taqsimiet tar-reġistrazzjoni jkunu qed joperaw huwa partikolarment problematiku. Għalhekk m'hemmx biżżejjed spazju biex ikun jista' jkun hemm aktar minn operatur wieħed li jopera b'mod effettiv.

(18)

Mhuwiex possibbli li din il-problema ta' spazju tissolva fil-post attwali, billi l-lokalità tal-faċilità tat-tqassim tal-bagalji ma tippermettix li l-faċilità tespandi għal oqsma oħra. L-użu ta' livell sotterran ma jkunx soluzzjoni fattibbli minħabba l-livell tal-ilma ta' taħt l-art u r-riskju assoċjat ta' għargħar. Lokalità esterna għall-bini ta' estensjoni tal-faċilità tat-tqassim tkun teħtieġ ukoll rikostruzzjonijiet sinifikanti li jaffettwaw ħafna proċessi tat-traffiku eżistenti u tiġġenera spejjeż kbar, filwaqt li l-effiċjenza ta' installazzjoni ta' dan it-tip tkun dubjuża.

(19)

Rigward l-immaniġġjar tal-merkanzija u l-posta, il-Kummissjoni tqis li, permezz tal-informazzjoni sottomessa, l-awtoritajiet Kroati wrew li mhux possibbli li tiġi akkomodata parti terza oħra bħala handler minbarra d-dipartiment tas-servizzi ta' groundhandling tal-ajruport u lanqas li kwalunkwe utent tal-ajruport jimmaniġġja s-servizzi huwa stess.

(20)

It-terminal tal-merkanzija huwa ta' daqs limitat. Il-pjattaforma tal-konsenja u l-ġbir tal-merkanzija għandha biss rampa unika ta' dħul u ħruġ li tnaqqas b'mod sinifikanti l-funzjonijiet operazzjonali tal-pjattaforma meta diversi trakkijiet krejn ikunu pparkjati fl-ispazju magħluq waqt l-istennija jew waqt li jitwettqu l-kompiti tat-tagħbija u l-ħatt. Għalhekk ma hemm l-ebda spazju biex jakkomodaw operatur addizzjonali.

(21)

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-volum ta' merkanzija u posta huwa ta' madwar 8 000 u 8 500 tunnellata ta' merkanzija u posta fis-sena, li huwa ferm taħt il-limitu ta' 50 000 tunnellata ta' merkanzija fid-Direttiva, għall-obbligu biex tiftaħ il-groundhandling lil partijiet terzi u biex tippermetti l-immaniġjar tal-groundhandling mill-utenti tal-ajruport infushom.

(22)

Rigward l-immaniġġjar tar-rampa, bl-eċċezzjoni għall-għoti ta' sinjali standard ta' gwida lil inġenju tal-ajru fuq l-art, il-Kummissjoni tqis li, permezz tal-informazzjoni sottomessa, l-awtoritajiet Kroati wrew li mhux possibbli li tiġi akkomodata parti terza oħra bħala handler minbarra s-sussidjarju tas-servizzi ta' groundhandling tal-ajruport u lanqas li kwalunkwe utent tal-ajruport jimmaniġġja s-servizzi huwa stess.

(23)

L-iskeda tat-titjiriet fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb hija kkaratterizzata minn tliet perjodi qosra ta' livell intensiv, jiġifieri livell intensiv ta' filgħodu, livell intensiv waranofsinhar, u livell intensiv filgħaxija. Matul dawn il-perjodi ta' livell intensiv, bosta unitajiet differenti ta' tagħmir iridu jiġu operati matul perjodi relattivament qosra ta' ħin biex jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-immaniġġjar f'waqtu tal-inġenju tal-ajru.

(24)

Spazju għall-parkeġġ għal għadd kbir ta' unitajiet ta' apparat bħal dan jippreżentaw problema. Filwaqt li titqies l-erja okkupata minn bini u żviluppi oħra, ma hemm l-ebda spazju disponibbli fil-qrib tal-pożizzjoni ta' pparkjar tal-inġenji tal-ajru biex takkomoda parkeġġ għal unitajiet ġodda addizzjonali ta' tagħmir. Spazju għall-parkeġġ meħtieġ għat-tagħmir eżistenti diġà jippreżenta problema għall-ġestjoni tal-ajruport. Id-diffikultà tkun saħansitra akbar matul l-istaġun tax-xitwa, meta l-vetturi tas-servizz ta' tneħħija u ta' rimi tal-borra jkunu pparkjati wkoll fl-ispazju ta' parkeġġ limitat. Għalhekk, minħabba dan in-nuqqas ta' spazju ta' parkeġġ mhuwiex possibbli li jkun akkomodat operatur ieħor.

(25)

Madankollu, ir-restrizzjonijiet imsemmija hawn fuq minħabba n-nuqqas ta' spazju ta' parkeġġ ma japplikawx għall-għoti ta' sinjali standard ta' gwida lil inġenji tal-ajru fuq l-art, billi mhux meħtieġ tagħmir voluminuż għal dawk is-servizzi. Dawn is-servizzi mhumiex koperti minn deċiżjoni ta' eżenzjoni notifikata mill-awtoritajiet Kroati u għalhekk mhu se jkun hemm l-ebda limitazzjoni fl-għadd ta' fornituri għall-għoti ta' sinjali standard ta' gwida lil inġenji tal-ajru fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb.

(26)

Mill-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jidher ukoll li l-kostruzzjoni ta' terminal ġdid fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb bdiet f'Diċembru 2013. L-ewwel fażi tal-kostruzzjoni ta' terminal ġdid mistennija li tiġi ffinalizzata fl-2016 u sal-aħħar tal-2016, it-terminal huwa mistenni li jibda jopera. It-terminal il-ġdid se jkollu kapaċità ta' 5 miljun passiġġier fis-sena u se jkun hemm sistema ġdida u integrata għalkollox tal-bagalji, rampa ġdida kif ukoll taxiways ġodda u toroq ta' servizz. L-awtoritajiet Kroati spjegaw li l-kostruzzjoni u l-operat tat-terminal il-ġdid se jsolvi l-limitazzjonijiet eżistenti ta' spazju u ta' kapaċità. Għalhekk, il-kostruzzjoni u l-operat tat-terminal il-ġdid jistgħu jitqiesu bħala miżura xierqa biex jingħelbu dawn ir-restrizzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 9(2)(b).

(27)

L-eżenzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni ta' eċċezzjoni nnotifikata mill-awtoritajiet Kroati huma limitati fiż-żmien, jiġifieri għal perjodu ta' sentejn. Għalhekk dawn jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(6) tad-Direttiva.

(28)

Fl-aħħar nett, fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, u b'mod partikolari s-sitwazzjoni preżenti fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb, il-limitazzjonijiet ta' dawk l-eżenzjonijiet f'termini tal-materjal u tal-kamp ta' applikazzjoni temporali tal-miżuri meħuda biex jingħelbu dawn l-ostakli, il-Kummissjoni tqis li l-eżenzjonijiet ma għandhomx jippreġudikaw indebitament l-għanijiet ta' din id-Direttiva, ma jagħtux lok għal distorsjonijiet fil-kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' groundhandling u/jew l-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess, u ma għandhomx jestendu aktar milli meħtieġ, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tad-Direttiva.

(29)

F'dan ir-rigward, ġew ikkunsidrati wkoll il-fatti li l-limitazzjonijiet previsti mill-eżenzjonijiet japplikaw b'mod mhux diskriminatorju għal kull fornitur (potenzjali) ta' servizzi ta' groundhandling, minbarra d-dipartiment tas-servizzi ta' groundhandling tal-ajruport, u għall-utenti tal-ajruport li jimmaniġġjaw is-servizzi huma stess, li sal-lum l-ebda fornitur ta' servizzi ta' groundhandling jew utent tal-ajruport ma għamel talba sabiex ikollu dritt li jwettaq attivitajiet ta' groundhandling fl-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb, għalkemm bħalissa ma hemm l-ebda limitazzjoni tal-aċċess għal fornituri terzi jew limitazzjoni fuq id-dritt li utent tal-ajruport jimmaniġja l-groundhandling huwa stess, u li l-ebda parti interessata ma ressqet oġġezzjonijiet kontra d-deċiżjoni ta' eżenzjoni. Rigward il-kumment li wasal dwar il-possibbiltà ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti, il-Kummissjoni tfakkar l-obbligu li l-awtoritajiet Kroati jikkonformaw, b'mod f'waqtu, mar-regoli rilevanti kollha tal-liġi tal-Unjoni f'dan ir-rigward, inkluż l-Artikolu 11 tad-Direttiva.

(30)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jipprojbixxi kull abbuż minn impriża waħda jew iktar minn pożizzjoni dominanti fi ħdan is-suq intern jew f'parti sostanzjali bħala inkompatibbli mas-suq intern sa fejn tista' taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

5.   KONKLUŻJONI

(31)

Għalhekk, fid-dawl tar-riżultat tal-eżami mwettaq mill-Kummissjoni u wara li ġiet ikkonsultata r-Repubblika tal-Kroazja, id-deċiżjoni ta' eżenzjoni meħuda minn dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 9(1)(b) u (d) tad-Direttiva li tirrigwarda l-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb u li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fl-1 ta' Settembru 2014 u fis-17 ta' Diċembru 2014, għandha tiġi approvata.

(32)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 10 tad-Direttiva,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-deċiżjoni ta' eżenzjoni meħuda mir-Repubblika tal-Kroazja skont l-Artikolu 9(1)(b) u (d) tad-Direttiva 96/67/KE li tirrigwarda l-Ajruport Internazzjonali ta' Żagreb u li ġiet innotifikata lill-Kummissjoni fl-1 ta' Settembru 2014 u fis-17 ta' Diċembru 2014, hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Violeta BULC

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 272, 25.10.1996, p. 36.


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/54


DEĊIŻJONI (UE) 2015/425 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2014

li temenda d-Deċìżjoni BĊE/2010/21 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2014/55)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 26.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 (1) tistabbilixxi r-regoli għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).

(2)

Hemm bżonn li jiġi kkjarifikat iktar l-approċċ ta' valutazzjoni tat-titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja.

(3)

Jeħtieġ li l-kjarifiki tekniċi jiġu inkorporati fid-Deċiżjoni BĊE/2010/21 wara d-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2014/45 (3).

(4)

Huma meħtieġa wkoll ċerti bidliet tekniċi oħra fid-Deċiżjoni BĊE/2010/21.

(5)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni BĊE/2010/21 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emenda

Id-Deċizjoni BĊE/2010/21 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 8 huwa mibdul b'dan li gej:

“Artikolu 8

Regoli għall-valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ

1.   Ir-rati u l-prezzijiet kurrenti tas-suq għandhom jintużaw għall-finijiet ta' valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness I.

2.   Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta' valuta barranija, titoli (minbarra titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità u titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati), kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm dawk li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk barra l-karta tal-bilanċ, għandha titwettaq fi tmiem is-sena bir-rati u l-prezzijiet medji tas-suq.

3.   Ebda distinzjoni m'għandha ssir bejn id-differenzi fil-prezz u r-rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, iżda għandha tiġi kontabilizzata d-differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f'euro għal kull unità definita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Għall-kambju barrani, inklużi t-tranżazzjonijiet li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ u dawk barra l-karta tal-bilanċ, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' valuta b'valuta. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, investimenti fSDRs, inklużi investimenti individwali f'kambju barrani indikat bħala bażi għall-basket SDR, għandhom jiġu ttrattati bħala investiment wieħed. Għal titoli, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kodiċi b'kodiċi, jiġiferi l-istess numru/tip ISIN, filwaqt li kull għażla inkorporata ma tiġix isseparata għal finijiet ta' valutazzjoni. Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja jew inklużi fil-partiti ‘Assi finanzjarji oħrajn’ jew ‘Varji’ għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati.

4.   Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati, jiġu vvalutati bi spejjeż ammortizzati u jkunu soġġetti għall-indeboliment. Għandu japplika l-istess trattament għal titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati. Titoli klassifikati bħala miżmumin sal-maturità jistgħu jinbiegħu qabel il-maturità tagħhom f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk il-kwantità mibjugħa titqies li mhijiex sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta' titoli miżmumin sal-maturità;

(b)

jekk it-titoli jinbiegħu matul ix-xahar ta' qabel id-data tal-maturità;

(c)

f'ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju d-deterjorament sinifikanti tal-affidabbiltà kreditizzja tal-emittent.”

;

2.

L-Anness I huwa ssostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Deċizjoni BĊE/2010/21 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-kontijiet annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 1).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).

(3)  Deċiżjoni BĊE/2014/45 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).


ANNESS

“ANNESS I

KOMPOŻIZZJONI U REGOLI TAL-VALUTAZZJONI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ

ASSI

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u klejms biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) transazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

2

Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f'valuta barranija

Klejms kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona euro inklużi instituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona euro ddenominati f'valuta barranija

 

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f'euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f'euro għal spejjeż amministrattivi) jista' jiġi inkluż taħt dan l-element jew taħt l-element ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona euro denominati f'euro’

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

SDRs

Investimenti f'SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Klejms oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta' self, self taħt arranġamenti speċjali ta' teħid ta' self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(c)

Klejms oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

2.2

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b'lura

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u rata tas-suq tal-kambju barrani

(c)

Self barrani (depożiti) lil residenti barra ż-żona tal-euro minbarra dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

3

Klejms kontra residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

(a)

Investimenti f'titoli fiż-żona euro minbarra dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħra’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona euro

(a)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

(b)

Klejms oħrajn kontra residenti taż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo b'lura, self varju

(b)

Klejms oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

4   Klejms kontra residenti minn barra ż-żona euro denominati f'euro

4.1

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, flus minn jum għal jum, transazzjonijiet repo b'lura marbutin mal-ġestjoni ta' titoli ddenominati f'euro

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Strumenti ta' ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

(c)

Self lil residenti minn barra ż-żona euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(c)

Self barra ż-żona tal-euro

Depożiti skont il-valur nominali

(d)

Titoli maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk taħt l-element tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

4.2

Klejms li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

5

Self lil istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja ddenominati f'euro

Elementi 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti ta' politika monetarja rispettivi deskritti fl-Anness I għal Linja ta' Gwida BĊE/2000/14 (1)

 

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet b'lura regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

5.2

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet b'lura regolari li jipprovdu likwidità ta' kull xahar u li normalment għandhom maturità ta' tliet xhur

Valur nominali jew kost repo

5.3

Operazzjonijiet ta' rfinar b'lura

Tranżazzjonijiet b'lura, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar

Valur nominali jew kost repo

5.4

Operazzjonijiet strutturali b'lura

Transazzjonijiet b'lura li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

5.6

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost

6

Klejms oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu ddenominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo b'lura b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-attiv 7 ‘Titoli ta' residenti taż-żona euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona euro u klejms oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Klejms u operazzjonijiet oħrajn mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema.

Valur nominali jew kost

7   Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro ddenominati f'euro

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

Titoli maħruġin fiż-żona tal-euro u miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja. Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta' rfinar

(a)

Titoli negozjabbli

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Kost zuġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt l-element tal-passiv 13(b) ‘Provvedimenti’)

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt l-element tal-attiv 7.1 ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità

(a)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(b)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(c)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(d)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

Klejms fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

9   Klejms intra-Eurosistema

9.1

Klejms marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Klejms intra-Eurosistema fil-konfront ta' BĊNi li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

9.2

Klejms marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus tal-euro fi ħdan l-Eurosistema

Krediti marbutin mal-ħruġ ta' karti tal-flus mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29 (2)

Valur nominali

9.3

Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin:

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv. Ara ukoll l-element tal-passiv 10.2 ‘Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

10

Elementi fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (klejms), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

11   Assi oħrajn

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti Euro

Valur nominali

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Id-deprezzament huwa l-allokazzjoni sistematika tal-ammont deprezzabbli ta' assi fuq il-perijodu ta' utilità tiegħu. Il-perijodu ta' utilità huwa l-perijodu li matulu assi fissi huma mistennija li jkunu jistgħu jintużaw mill-entità. Il-perijodi ta' utilità ta' assi fissi materjali individwali jistgħu jiġu reveduti fuq bażi sistematika, jekk l-aspettattivi jkunu differenti mill-istimi preċedenti. L-assi ewlenin jistgħu jinkludu komponenti b'perijodi ta' utilità differenti. Il-perijodi ta' utilità ta' dawn il-komponenti għandhom ikunu vvalutati individwalment.

Il-kost tal-assi intanġibbli jinkludi l-kost għall-akkwist tal-assi mhux tanġibbli. Spejjeż oħrajn diretti jew indiretti għandhom jiġu nklużi

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT; mingħajr kapitalizzazzjoni)

11.3

Assi finanzjarji ohrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f'sussidjarji, ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/politiċi

Titoli inklużi ekwitajiet, u strumenti finanzjarji u bilanċi oħrajn inklużi d-depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti miżmumin bħala portafoll immarkat

Transazzjonjiet repo b'lura ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mal-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt dan l-element

(a)

Strumenti ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

(b)

Interessi parteċipanti u ishma ta' ekwità mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta' ekwità oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

(c)

Investiment f'sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Primjums/skontijiet huma ammortizzati

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

(g)

Bilanċi ma' banek u self

Valur nominali, maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani jekk il-bilanċi/id-depożiti huma ddenominati f'valuti barranin

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, tpartit ta' valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f'titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tal-ħlas

Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Prezz mħallsa minn qabel u imgħax akkumulat imħallas, jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

11.6

Varji

(a)

Ħlasijiet bil-quddiem, self u elementi minuri oħrajn Self mogħti fuq bażi ta' fiduċja

(a)

Valur nominali jew kost

(b)

Investimenti relatati ma' depożiti ta' deheb tal-klijent

(b)

Valur tas-suq

(c)

Assi ta' pensjonijiet netti

(c)

Skont l-Artikolu 24(2)

(d)

Krediti pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

(d)

Valur nominali/li jista' jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

(e)

Attiv jew krediti (fil-konfront ta' terzi) negozjati jew miksuba fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

(e)

Spiża (kkonvertita bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma denominati f'valuti barranin)

12

Telf ghas-sena

 

Valur nominali

PASSIV

Partita tal-karta tal-bilanċ

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-elementi tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

1

Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni

Karti tal-flus euro maħruġin mill-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

2

Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Elementi 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14

 

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Dan l-element jinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

2.2

Faċilità ta' depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

2.3

Depożiti għal terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni

Valur nominali

2.4

Operazzjonijiet ta' rfinar b'lura

Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Valur nominali jew kost repo

2.5

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali

3

Passivi għal residenti oħra taż-żona tal-euro ddenominati f'euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo b'lura simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-assi 7 'Titoli ta' residenti fiż-żona euro denominati f'euro'. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema Ebda kontijiet kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost repo

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin mill-BĊE

Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fl-Anness I mal-Linja ta' Gwida BĊE/2011/14. Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

5   Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona euro denominati f'euro

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (Ara l-element tal-passiv 2.1); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

6

Passivi għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inklużi l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b'lura għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro. Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

7

Passivi għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8   Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona euro denominati f'valuta barranija

8.1

Depoziti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

8.2

Passivi mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

9

Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

Element denominat bħala SDR li juri l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinalment allokati lil kull pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fi tmiem is-sena

10   Passiv intra-Eurosistema

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin

Element fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE, denominat f'euro

Valur nominali

10.2

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)

Pożizzjoni nett tas-subelementi li ġejjin:

 

(a)

klejms netti li jirriżultaw mil-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-klejms u l-passiv. Ara ukoll l-element tal-assiv 9.3 'Klejms oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)'

(a)

Valur nominali

(b)

klejms oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni proviżorja tad-dħul tal-BĊE lilll-BĊNi

(b)

Valur nominali

11

Elementi fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro

Valur nominali

12   Passiv ieħor

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, tpartit ta' valuta barranija, tpartit tar-rata tal-imgħax, ftehim bil-quddiem tar-rata, tranżazzjonijiet bil-quddiem f'titoli, tranżazzjonijiet immedjati tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn bil-quddiem u immedjat, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perijodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rappurtar. Dħul riċevut fil-perijodu rrappurtat imma marbut ma' perijodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

12.3

Varji

(a)

Kontijiet sospiżi għat-taxxa Kreditu f'valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji b'lura għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt l-element tal-attiv 11.3 ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta' riżerva. Elementi minuri oħra. Passiv fuq bażi ta' fiduċja

(a)

Valur nominali jew kost (repo)

(b)

Depożiti tad-deheb tal-klijent.

(b)

Valur tas-suq

(ċ)

Passiv tal-pensjonijiet netti

(c)

Skont l-Artikolu 24(2)

13

Provvedimenti

(a)

Għar-rata tal-kambju barrani, rata ta' imgħax, riskji fil-kreditu u fil-prezz tad-deheb, u għal finijiet oħra, eż. spejjeż mistennija fil-futur u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ għal dak li jirrigwarda banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati.

(a)

Kost/valur nominali

(b)

Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja

(b)

Valur nominali (ibbażat fuq valutazzjoni fi tmiem is-sena mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE)

14

Kontijiet ta' rivalutazzjoni

(a)

Kontijiet ta' rivalutazzjoni relatati ma' ċaqlieq fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta' titoli ddenominati f'euro, għal kull tip ta' titoli ddenominati f'munita barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq relatati ma' derivati tar-riskju tar-rata ta' imgħax; kontijiet ta' rivalutazzjoni relatati ma' ċaqlieq fil-kambju barrani għal kull pożizzjoni tal-munita nett miżmuma, inkluż swaps/forwards ta' kambju barrani u SDRs

Kontijiet ta' rivalutazzjoni speċjali li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew irrevokati. Ara l-Artikolu 13(2)

(a)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

(b)

Ir-riżultati tal-kejl mill-ġdid tal-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (attiv) fir-rigward ta' benefiċċji ta' wara l-impjieg, li huma l-pożizzjoni nett tas-subpartiti li ġejjin:

(i)

Qligħ u telf attwarjali fil-valur preżenti ta-obbligu tal-benefiċċju ddefinit

(ii)

Ir-redditu fuq l-assi tal-pjan, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (attiv)

(iii)

Kull tibdil fl-effett tal-massimu tal-attiv, esklużi l-ammonti inklużi fl-imgħax nett fuq l-obbligazzjoni ta' benefiċċju definit nett (attiv)

(b)

Skont l-Artikolu 24(2)

15   Kapital u riżervi

15.1

Kapital

Kapital imħallas

Valur nominali

15.2

Riżervi

Riżervi legali, skont l-Artikolu 33 tal-Istatut tas-SEBĊ u kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ fir-rigward ta' banek ċentrali ta' Stati Membri li d-derogi tagħhom ġew abrogati

Valur nominali

16

Profitt ghas-sena

 

Valur nominali”


(1)  Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti ta' politika monetarja u l-proċeduri tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

(2)  Linja Gwida BĊE/2010/29 tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar il-ħruġ ta' karti tal-flus euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 26).


LINJI GWIDA

13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/69


LINJA GWIDA (UE) 2015/426 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-15 ta' Diċembru 2014

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2010/20 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2014/54)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 12.1, 14.3 u 26.4 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-kontribut tal-Kunsill Ġenerali tal-Bank Ċentrali Ewropew skont it-tieni u t-tielet inċiżi tal-Artikolu 46.2 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 (1) tistabbilixxi r-regoli għall-istandardizzar tal-kontabilità u r-rapportar finanzjarju ta' operazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali nazzjonali.

(2)

Hemm bżonn li jiġi kkjarifikat iktar l-approċċ ta' valutazzjoni tat-titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja.

(3)

Jeħtieġ li l-kjarifiki tekniċi jiġu inkorporati fid-Deċiżjoni BĊE/2010/20 skont id-Deċiżjoni BĊE/2014/40 (2) u d-Deċiżjoni BĊE/2014/45 (3).

(4)

Huma meħtieġa wkoll ċerti bidliet tekniċi oħra fid-Deċiżjoni BĊE/2010/20.

(5)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2010/20 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi

Il-Linja Gwida BĊE/2010/20 hija emendata kif ġej:

1.

L-Artikolu 7 huwa mibdul b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Regoli għall-valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ

1.   Ir-rati u l-prezzijiet attwali tas-suq għandhom jintużaw għal finijiet ta' valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ sakemm mhux speċifikat mod ieħor fl-Anness IV.

2.   Ir-rivalutazzjoni tad-deheb, strumenti ta' valuta barranija, titoli (minbarra titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità, titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati), kif ukoll strumenti finanzjarji, kemm dawk li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ kif ukoll dawk barra l-karta tal-bilanċ, għandha titwettaq skont id-data tar-rivalutazzjoni trimestrali bir-rati u l-prezzijiet medji tas-suq. Dan m'għandux jipprekludi lil entitajiet li jirrapportaw milli jirrivalutaw il-portafolli tagħhom b'mod aktar frekwenti għal finijiet interni, sakemm huma jirrappurtaw partiti fil-karti tal-bilanċ tagħhom biss skont il-valur tat-tranżazzjoni matul it-trimestru.

3.   Ebda distinzjoni m'għandha ssir bejn id-differenzi fil-prezz u r-rivalutazzjoni tal-valuta għad-deheb, iżda għandha tiġi kontabilizzata d-differenza fir-rivalutazzjoni tad-deheb, ibbażata fuq il-prezz f'euro għal kull unità ddefinita tal-piż tad-deheb li jirriżulta mir-rata tal-kambju euro/dollaru Amerikan fid-data tar-rivalutazzjoni trimestrali. Għall-kambju barrani, inklużi t-tranżazzjonijiet li jidhru fuq il-karta tal-bilanċ u dawk barra l-karta tal-bilanċ, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' valuta b'valuta. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, investimenti fSDRs, inklużi investimenti individwali f'kambju barrani indikat bħala bażi għall-basket SDR, għandhom jiġu ttrattati bħala investiment wieħed. Għal titoli, ir-rivalutazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta' kodiċi b'kodiċi, jiġiferi l-istess numru/tip ISIN, filwaqt li kull għażla inkorporata ma tiġix isseparata għal finijiet ta' valutazzjoni. Titoli miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja jew inklużi fil-partiti ‘Assi finanzjarji oħrajn’ jew ‘Varji’ għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati.

4.   Reġistrazzjonijiet ta' rivalutazzjoni għandhom jitreġġgħu lura fi tmiem it-trimestru li jmiss, ħlief għal telf mhux realizzat meħud fil-kont tal-qligħ u t-telf fi tmiem is-sena; kull tranżazzjoni matul it-trimestru għandha tiġi rrappurtata skont il-prezzijiet u r-rati tat-tranżazzjoni.

5.   Titoli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità għandhom jiġu ttrattati bħala investimenti separati, jiġu vvalutati bi spejjeż ammortizzati u jkunu soġġetti għal indeboliment. Għandu japplika l-istess trattament għal titoli mhux negozjabbli u titoli miżmumin għal finijiet tal-politika monetarja li jiġu kontabilizzati bi spejjeż ammortizzati. Titoli klassifikati bħala miżmumin sal-maturità jistgħu jinbiegħu qabel il-maturità tagħhom f'kull waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

jekk il-kwantità mibjugħa titqies li mhijiex sinifikanti meta mqabbla mal-ammont totali tal-portafoll ta' titoli miżmumin sal-maturità;

(b)

jekk it-titoli jinbiegħu matul ix-xahar ta' qabel id-data tal-maturità;

(c)

f'ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal pereżempju d-deterjorament sinifikanti tal-affidabbiltà kreditizzja tal-emittent.”

;

2.

fl-Artiklu 13, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'dan li ġej:

“2.   Primjums jew skontijiet li jirriżultaw minn titoli maħruġin u mixtrija għandhom ikunu kkalkulati u ppreżentati bħala parti mid-dħul tal-imgħax u għandhom ikunu ammortizzati matul il-kumplament tal-ħajja kuntrattwali tat-titoli, jew skont il-metodu straight-line jew skont il-metodu tar-rata interna tad-dħul (IRR). Il-metodu IRR għandu, madankollu, jkun mandatorju għal titoli bi skont li jkun għad fadlilhom aktar minn sena biex jimmaturaw fil-mument tal-akkwist.”

3.

fl-Artikolu 15, il-paragrafu 2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.   Għandu jingħata rendikont tal-iswaps tar-rata ta' imgħax, xiri fil-futur, ta' ftehim tar-rata forward, ta' strumenti tar-rata ta' imgħax oħrajn u opzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-opzjonijiet inkorporati f'titoli, u huma għandhom ikunu rrivalutati abbażi ta' partita b'partita. Dawn l-istrumenti għandhom ikunu ttrattati separatament minn partiti fil-karta tal-bilanċ.”

4.

L-Artikolu 19 huwa emendat kif gej:

(a)

il-paragrafu 3 huwa mibdul b'dan li ġej:

“3.   It-tariffi għandhom jittieħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf.”

(b)

il-paragrafu 4 huwa mibdul b'dan li ġej:

“4.   Swaps tar-rati ta' imgħax li mhumiex ikklerjati permezz ta' kontroparti ċentrali għandu jkun irrivalutat individwalment u, jekk meħtieġ, maqlub f'euro skont ir-rata spot tal-valuta. Huwa rrakkomandat li telf mhux realizzat meħud fil-kont tal-qligħ u t-telf fi tmiem is-sena għandu jkun ammortizzat fi snin sussegwenti, u li f'każ ta' swaps tar-rata ta' imgħax forward l-ammortizzament għandu jibda mid-data tal-valur tat-tranżazzjoni u li l-ammortizzament ikun lineari. Qligħ mhux realizzat ta' rivalutazzjoni għandu jkun ikkreditat f'kont ta' rivalutazzjoni.”

;

(c)

il-paragrafu 5 li ġej huwa miżjud:

“5.   Għall-iswaps tar-rati ta' imgħax li jiġu kklerjati permezz ta' kontroparti tal-ikklerjar ċentrali:

(a)

il-marġni inizjali għandu jkun irreġistrat bħala assi separat jekk iddepożitat fi flus kontanti. Jekk iddepożitat fil-forma ta' titoli dan għandu jibqa' mhux mibdul fil-karta tal-bilanċ;

(b)

bidliet ta' kuljum fil-marġni ta' varjazzjoni għandhom jittieħdu fil-kont tal-qligħ u t-telf u għandhom jaffettwaw il-pożizzjoni tal-valuta;

(c)

il-komponent tal-imgħax dovut għandu jkun separat mir-riżultat irrealizzat u rreġistrat fuq bażi grossa fil-kont tal-profitt u tat-telf.”

;

5.

fl-Artikolu 22, il-paragrafu 6 huwa ssostitwit b'li ġej:

“6.   Bl-eċċezzjoni tal-opzjonijiet inkorporati f'titoli, kull kuntratt ta' opzjoni għandu jkun irrivalutat individwalment. Telf mhux realizzat meħud fil-kont tal-qligħ u t-telf m'għandux jitreġġa' lura fi snin sussegwenti kontra qligħ mhux realizzat. Qligħ mhux realizzat ta' rivalutazzjoni għandu jkun ikkreditat f'kont ta' rivalutazzjoni. M'għandu jkun hemm l-ebda nnettjar ta' telf mhux realizzat fi kwalunkwe opzjoni kontra qligħ mhux realizzat fi kwalunkwe opzjoni oħra.”

;

6.

fl-Anness II, qed tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

“—    Kontraparti ċentrali tal-ikklerjar (CCP) : persuna ġuridika li tpoġġi lilha nnifisha bejn il-kontrapartijiet għal kuntratti nnegozjati f'wieħed jew iktar mis-swieq finanzjarji, u ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ ghal kull xerrej.”

;

7.

fl-Anness III, il-punt 2.2 huwa mibdul b'li ġej:

“2.2.

Dovuti tal-kupun u amortizzazzjoni ta' premium jew skont huma kkalkulati u mdaħħla mid-data tal-ħlas tat-titoli sad-data tal-ħlas tal-bejgħ, jew sad-data tal-maturità kuntrattwali.”

;

8.

L-Anness IV huwa mibdul bit-test stabbilit fl-Anness ma' din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali tal-Eurosistema għandhom jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida mill-31 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali kollha tal-Eurosistema.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 15 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2010/20 tal-11 ta' Novembru 2010 dwar il-qafas legali għall-kontabilità u r-rappurtar finanzjarju fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentral (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 31).

(2)  Deċiżjoni BĊE/2014/40 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar l-implimentazzjoni tat-tielet programm ta' xiri ta' bonds iggarantiti (ĠU L 335, 22.11.2014, p. 22).

(3)  Deċiżjoni (UE) 2015/5 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2014 dwar l-implimentazzjoni ta' programm ta' xiri ta' titoli ggarantiti minn assi (BĊE/2014/45) (ĠU L 1, 6.1.2015, p. 4).


ANNESS

“ANNESS IV

REGOLI TA' KOMPOŻIZZJONI U REGOLI GĦALL-KARTA TAL-BILANĊ  (1)

ASSI

Partita tal-karta tal-bilanċ (2)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Skop tal-applikazzjoni (3)

1

1

Deheb u ammonti riċevibbli f'deheb

Deheb fiżiku, jiġifieri ingotti, muniti, platti, biċċiet tad-deheb maħżunin jew ‘under way’. Deheb mhux fiżiku, bħal ma huma bilanċi f'gold sight accounts (kontijiet mhux allokati), depożiti b'terminu u pretensjonijiet biex jiġi rċevut deheb li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet li ġejjin: (a) tranżazzjonijiet ta' titjib jew tnaqqis fil-grad; u (b) lokazzjoni tad-deheb jew swaps tal-purità fejn ikun hemm differenza ta' aktar minn jum ta' negozju wieħed bejn ir-rilaxx u r-riċevuta

Valur tas-suq

Obbligatorju

2

2

Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

Pretensjonijiet kontra kontropartijiet residenti barra ż-żona tal-euro inklużi istituzzjonijiet internazzjonali u sovranazzjonali u banek ċentrali barra ż-żona tal-euro ddenominati f'valuta barranija

 

 

2.1

2.1

Ammonti riċevibbli mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF)

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (nett)

Kwota nazzjonali bil-bilanċi f'euro mnaqqsin għad-dispożizzjoni tal-IMF. Il-kont Nru 2 tal-IMF (kont f'euro għal spejjeż amministrattivi) jista' jiġi inkluż taħt din il-partita jew taħt il-partita ‘Passiv għar-residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'euro’

(a)

Drittijiet ta' kreditu fi ħdan il-porzjon tar-riżerva (netti)

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

SDRs

Investimenti f'SDRs (gross)

(b)

SDRs

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(ċ)

Pretensjonijiet oħrajn

Arranġamenti ġenerali għat-teħid ta' self, self taħt arranġamenti speċjali ta' teħid ta' self, depożiti li jsiru fi trusts taħt il-ġestjoni tal-IMF

(ċ)

Pretensjonijiet oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

2.2

2.2

Bilanci ma' banek u investimenti f'titoli, self barrani u assi esterni oħrajn

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull primjum jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(ċ)

Self barrani (depożiti) barra ż-żona tal-euro li mhuwiex dak li jaqa' taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(ċ)

Self barrani

Depożiti skont il-valur nominali maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju ta' flus barranin

Obbligatorju

(d)

Assi barranin oħrajn

Karti tal-flus u muniti mhux taż-żona tal-euro

(d)

Assi barranin oħrajn

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

3

3

Pretensjonijiet kontra residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'munita barranija

(a)

Investimenti f'titoli fiż-żona tal-euro minbarra dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħra’

Noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, strumenti ta' ekwità miżmumin bħala parti mir-riżervi barranin, kollha maħruġin minn residenti taż-żona tal-euro

(a)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Il-kost suġġett għal indeboliment u għar-rata tas-suq tal-kambju barrani

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq u r-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

(b)

Pretensjonijiet oħrajn kontra residenti taż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Self, depożiti, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub, self varju

(b)

Pretensjonijiet oħrajn

Depożiti u self ieħor skont il-valur nominali, maqlubin bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

4

4

Pretensjonijiet kontra residenti minn barra ż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

 

4.1

4.1

Bilanċi ma' banek, investimenti f'titoli u self

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum. Tranżazzjonijiet repo bil-maqlub ta' assi konnessi mal-amministrazzjoni tat-titoli denominati f'euro

(a)

Bilanċi ma' banek barra ż-żona tal-euro

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

Investimenti f'titoli barra ż-żona tal-euro li mhumiex dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

Strumenti ta' ekwità, noti u bonds, kambjali, bonds żero, titoli tas-suq tal-flus, kollha maħruġin minn residenti minn barra ż-żona tal-euro

(b)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iv)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorju

(ċ)

Self barra ż-żona tal-euro li mhuwiex dak li jaqa' taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’

(ċ)

Self barra ż-żona tal-euro

Depożiti skont il-valur nominali

Obbligatorju

(d)

Titoli minbarra dawk li jaqgħu taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’, maħruġin minn entitajiet barra ż-żona tal-euro

Titoli maħruġin minn organizzazzjonijiet sovranazzjonali jew internazzjonali, eż. il-Bank Ewropew tal-Investiment, irrispettivament mill-pożizzjoni ġeografika tagħhom

(d)

(i)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(ii)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(iii)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

4.2

4.2

Pretensjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali

Obbligatorju

5

5

Self lill-istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti 5.1 sa 5.5: tranżazzjonijiet skont l-instrumenti rispettivi ta' politika monetarja deskritti fl-Anness I għal Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-Bank Ċentrali Ewropew (4)

 

 

5.1

5.1

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament ewlenin

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu l-likwidità ta' kull ġimgħa u li normalment għandhom maturità ta' ġimgħa

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.2

5.2

Operazzjonijiet ta' rifinanzjament fuq żmien itwal

Tranżazzjonijiet bil-maqlub regolari li jipprovdu likwidità ta' kull xahar u li normalment għandhom maturità ta' tliet xhur

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.3

5.3

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub, eżegwiti bħala tranżazzjonijiet ad hoc għal finijiet ta' rfinar

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.4

5.4

Operazzjonijiet strutturali bil-maqlub

Tranżazzjonijiet bil-maqlub li jaġġustaw il-pożizzjoni strutturali tal-Eurosistema fil-konfront tas-settur finanzjarju

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.5

5.5

Faċilità ta' self marġinali

Faċilità ta' likwidità mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax fuq assi eliġibbli speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

5.6

5.6

Krediti relatati ma' sejħiet marġinali

Kreditu addizzjonali lill-istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżulta minn żidiet fil-valur tal-assi sottostanti fir-rigward ta' kreditu ieħor lil dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali jew kost

Obbligatorju

6

6

Pretensjonijiet oħra kontra istituzzjonijiet ta' kreditu denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal perijodu fiss, flus minn jum għal jum, tranżazzjonijiet repo bil-maqlub b'rabta mal-amministrazzjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-attiv ‘Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro’, inklużi tranżazzjonijiet li jirriżultaw mit-trasformazzjoni tar-riżervi ta' qabel ta' valuta barranija taż-żona tal-euro u pretensjonijiet oħrajn. Kontijiet korrispondenti ma' istituzzjonijiet ta' kreditu mhux domestiċi fiż-żona tal-euro. Pretensjonijiet oħrajn u operazzjonijiet mhux relatati ma' operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Pretensjonijiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta' politika monetarja mibdijin minn BĊN qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost

Obbligatorju

7

7

Titoli ta' residenti taż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

 

7.1

7.1

Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja

Titoli maħruġin fiż-żona tal-euro u miżmumin għall-finijiet tal-politika monetarja. Ċertifikati ta' dejn tal-BĊE mixtrijin għal finijiet ta' rfinar

(a)

Titoli negozjabbli

Kontabilizzati skont konsiderazzjonijiet tal-politika monetarja:

(i)

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

(ii)

Kost suġġett għall-indeboliment (kost meta l-indeboliment huwa kopert minn provvediment taħt il-partita nru. 13(b) tal-passiv ‘Provvedimenti’)

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(b)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

7.2

7.2

Titoli oħra

Titoli minbarra dawk taħt il-partita nru. 7.1 tal-attiv ‘Titoli miżmumin għal finijiet ta' politika monetarja’ u taħt il-partita nru. 11.3 tal-attiv ‘Assi finanzjarji oħrajn’; karti tal-flus u bonds, kambjali, bonds żero, strumenti tas-suq tal-flus miżmumin għal kollox, inklużi titoli tal-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM, iddenominati f'euro. Strumenti ta' ekwità

(a)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(b)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(c)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Obbligatorju

(d)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Obbligatorju

8

8

Dejn tal-gvern ġenerali ddenominat f'euro

Pretensjonijiet fuq il-gvern li jirriżultaw minn qabel l-UEM (titoli mhux negozjabbli, self)

Depożiti/self bil-valur nominali, titoli mhux negozjabbli skont il-kost

Obbligatorju

9

Pretensjonijiet intra-Eurosistema+)

 

 

 

9.1

Interess parteċipanti fil-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Is-sehem ta' kull BĊN fil-kapital tal-BĊE skont it-Trattat u l-iskema kapitali u l-kontribuzzjonijiet rispettivi skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ

Kost

Obbligatorju

9.2

Pretensjonijiet ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Pretensjonijiet denominati f'euro kontra l-BĊE fir-rigward ta' trasferimenti inizjali u addizzjonali ta' riżervi barranin taħt l-Artikolu 30 tal-Istatut tas-SEBĊ

Valur nominali

Obbligatorju

9.3

Pretensjonijiet marbutin mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss

Pretensjonijiet intra-Eurosistema fil-konfront ta' BĊNi, li jirriżultaw mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorju

9.4

Pretensjonijiet nett marbutin mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+),  (*)

Għall-BĊNi: kreditu nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus i.e. inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kompensatorju u l-entrata tal-bilanċ tal-kontabilità kif iddefinita mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23 (5)

Għall-BĊE: pretensjonijiet relatati mal-ħruġ tal-karti tal-flus tal-BĊE, skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/29

Valur nominali

Obbligatorju

9.5

Pretensjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (nett)+)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

 

 

(a)

pretensjonijiet netti li jirriżultaw mill-bilanċi tal-kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti tal-BĊNi, jiġifieri ċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-passiv — ara wkoll il-partita nru. 10.4 tal-passiv ‘Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (nett)’

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

pretensjoni li tirriżulta minħabba differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi aggregat u dak li jrid jitqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn ir-reġistrazzjoni tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri fi tmiem is-sena, u l-pagament tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f'Jannar ta' kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

(ċ)

pretensjonijiet oħrajn intra-Eurosistema denominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni provviżorja tad-dħul tal-BĊE (*)

(ċ)

Valur nominali

Obbligatorju

9

10

Partiti fil-proċess tas-saldu

Bilanċi fil-kont tas-saldu (pretensjonijiet), inkluż iċ-ċaqliq taċ-ċekkijiet li qed jinġabru

Valur nominali

Obbligatorju

9

11

Assi oħrajn

 

 

 

9

11.1

Muniti taż-żona tal-euro

Muniti euro jekk BĊN ma jkunx l-emittent legali

Valur nominali

Obbligatorju

9

11.2

Assi fissi tanġibbli u intanġibbli

Art u bini, għamara u tagħmir inkluż tagħmir tal-kompjuter, software

Kost wara d-deprezzament

Irrakkomandat

 

Rati ta' deprezzament:

kompjuters u hardware/software relatati, u vetturi bil-mutur: 4 snin

apparat, għamara u impjanti fil-bini 10 snin

nefqa f'bini u f'rinovazzjoni ewlenija kkapitalizzata. 25 sena

Kapitalizzazzjoni tan-nefqa: ibbażata fuq il-limitu (taħt EUR 10 000 eskluża l-VAT: mingħajr kapitalizzazzjoni)

 

9

11.3

Assi finanzjarji oħrajn

Interessi parteċipanti u investimenti f'sussidjarji; ishma azzjonarji miżmumin għal raġunijiet strateġiċi/ta' politika

Titoli, inklużi ishma azzjonarji, u strumenti u bilanċi finanzjarji oħra (eż. depożiti għal terminu fiss u kontijiet kurrenti), miżmumin bħala portafoll immarkat

Tranżazzjonjiet repo bil-maqlub ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mal-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt din il-partita

(a)

Strumenti ta' ekwità negozjabbli

Prezz tas-suq

Irrakkomandat

(b)

Interessi parteċipanti u ishma ta' ekwità mhux likwidi, u kwalunkwe strumenti ta' ekwità oħrajn miżmuma bħala investimenti permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Irrakkomandat

(c)

Investiment f'sussidjarji jew interessi sinifikanti

Valur tal-assi nett

Irrakkomandat

(d)

Titoli negozjabbli minbarra dawk miżmumin sal-maturità

Prezz tas-suq

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(e)

Titoli negozjabbli kklassifikati bħala miżmumin sal-maturità jew miżmumin bħala investiment permanenti

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(f)

Titoli mhux negozjabbli

Kost suġġett għal indeboliment

Kull premium jew skont jiġi ammortizzat

Irrakkomandat

(g)

Bilanċi ma' banek u self

Valur nominali, mibdul bir-rata tas-suq tal-valuta barranija jekk il-bilanċi jew id-depożiti huma denominati f'valuti barranin

Irrakkomandat

9

11.4

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

9

11.5

Dovuti u spejjeż imħallsin minn qabel

Dħul mhux dovut, imma assenjabbli fil-perijodu rrappurtat. Spejjeż u imgħax akkumulat imħallsin minn qabel (jiġifieri imgħax akkumulat mixtri b'titolu)

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

Obbligatorju

9

11.6

Varji

Avvanzi, self u partiti minuri oħra.

Kontijiet ta' sospiża tar-rivalutazzjoni (l-unika partita tal-karta tal-bilanċ matul is-sena: telf mhux realizzat fid-dati ta' rivalutazzjoni matul is-sena, li mhumiex koperti mill-kontijiet ta' rivalutazzjoni rispettivi taħt il-partita tal-passiv ‘Kontijiet ta' rivalutazzjoni’). Self mogħti fuq bażi fiduċjarja Investimenti marbutin ma' depożiti ta' deheb tal-klijent Muniti denominati f'unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro. Spiża kurrenti (telf akkumulat nett), telf tas-sena ta' qabel il-kopertura Assi nett tal-pensjoni

Valur nominali jew kost

Irrakkomandat

Kontijiet sospiżi ta' rivalutazzjoni

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorju

Investimenti marbutin ma' depożiti ta' deheb tal-klijent

Valur tas-suq

Obbligatorju

Pretensjonijiet pendenti li jirriżultaw mill-inadempjenza tal-kontropartijiet tal-Eurosistema fil-kuntest tal-operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

Pretensjonijiet pendenti (minn inadempjenzi)

Valur nominali/li jista' jiġi rkuprat (qabel/wara s-saldu tat-telf)

Obbligatorju

Assi jew pretensjonijiet (fil-konfront ta' terzi) negozjati u/jew miksubin fil-kuntest tar-realizzazzjoni tal-garanzija ppreżentata mill-kontropartijiet tal-Eurosistema li huma inadempjenti

Assi jew talbiet (minn inadempjenzi)

Kost (maqlub bir-rata tas-suq tal-kambju barrani fil-ħin tal-akkwist jekk l-assi finanzjarji huma ddenominati f'valuti barranin)

Obbligatorju

12

Telf ghas-sena

 

Valur nominali

Obbligatorju


PASSIV

Partita tal-karta tal-bilanċ (6)

Kategorizzazzjoni tal-kontenut tal-partiti tal-karta tal-bilanċ

Prinċipju tal-valutazzjoni

Skop tal-applikazzjoni (7)

1

1

Karti tal-flus f'ċirkolazzjoni  (**)

(a)

Karti tal-flus euro, b'żieda/tnaqqis tal-aġġustamenti relatati mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus skont id-Deċiżjoni BĊE/2010/23 u d-Deċiżjoni BĊE/2010/29

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

Karti tal-flus denominati f'unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona tal-euro matul is-sena li nbidlu l-flus

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

2

2

Passiv lejn istituzzjonijiet ta' kreditu fiż-żona tal-euro marbutin mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f'euro

Partiti nru. 2.1, 2.2, 2.3 u 2.5: depożiti f'euro kif deskritti fl-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2011/14

 

 

2.1

2.1

Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta' riżervi minimi)

Kontijiet denominati f'euro ta' istituzzjonijiet ta' kreditu li huma inklużi fil-lista ta' istituzzjonijiet finanzjarji soġġetti għar-riżervi minimi skont l-Istatut tas-SEBĊ. Din il-partita tinkludi primarjament kontijiet użati sabiex jinżammu riżervi minimi

Valur nominali

Obbligatorju

2.2

2.2

Faċilità ta' depożitu

Depożiti mil-lejl għan-nhar b'rata ta' imgħax speċifikata minn qabel (faċilità permanenti)

Valur nominali

Obbligatorju

2.3

2.3

Depożiti għal terminu fiss

Ġbir għall-finijiet ta' assorbiment tal-likwidità minħabba operazzjonijiet ta' kalibrazzjoni

Valur nominali

Obbligatorju

2.4

2.4

Operazzjonijiet ta' rfinar bil-maqlub

Tranżazzjonijiet b'rabta mal-politika monetarja bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

2.5

2.5

Depożiti relatati ma' sejħiet marġinali

Depożiti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, li jirriżultaw minn tnaqqis fil-valur ta' assi sottostanti fil-konfront ta' krediti lejn dawn l-istituzzjonijiet ta' kreditu

Valur nominali

Obbligatorju

3

3

Passiv ieħor għal residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f'euro

Tranżazzjonijiet repo konnessi ma' tranżazzjonijiet repo bil-maqlub simultanji għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 7 tal-assi ‘Titoli ta' residenti fiż-żona tal-euro denominati f'euro’. Operazzjonijiet oħrajn mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Ebda kont kurrenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. Kull passiv/depożitu li jirriżulta minn operazzjonijiet ta' politika monetarja mibdijin minn bank ċentrali qabel ma ssieħeb fl-Eurosistema

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

4

4

Ċertifikati ta' dejn maħruġin

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss — għall-BĊNi partita tranżitorja tal-karta tal-bilanċ.

Ċertifikati ta' dejn kif deskritt fl-Anness I mal-Linja ta' Gwida BĊE/2011/14. Karta ta' skont, maħruġa bil-għan li jkun hemm assorbiment ta' likwidità

Kost

Kull skont huwa ammortizzat

Obbligatorju

5

5

Passiv fil-konfront ta' residenti ohra taż-żona tal-euro denominati f'euro

 

 

 

5.1

5.1

Gvern ġenerali

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba

Valur nominali

Obbligatorju

5.2

5.2

Passiv ieħor

Kontijiet kurrenti tal-persunal, ta' kumpaniji u ta' klijenti inklużi istituzzjonijiet finanzjarji elenkati bħala eżenti mill-obbligu li jżommu riżervi minimi (ara l-partita nru. 2.1 tal-passiv ‘Kontijiet kurrenti’); depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli fuq talba

Valur nominali

Obbligatorju

6

6

Passiv għal residenti mhux taż-żona tal-euro denominati f'euro

Kontijiet kurrenti, depożiti għal terminu fiss, depożiti ripagabbli mat-talba inklużi kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ħlas u kontijiet miżmumin għal finijiet ta' ġestjoni tar-riżervi: ta' banek oħra, banek ċentrali, istituzzjonijiet internazzjonali/sovranazzjonali inkluża l-Kummissjoni Ewropea; kontijiet kurrenti ta' depożitanti oħra. Tranżazzjonijiet repo b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' titoli denominati f'euro.

Bilanċi ta' kontijiet TARGET2 tal-banek ċentrali ta' Stati Membri li l-valuta tagħhom mhijiex l-euro

Valur nominali jew kost repo

Obbligatorju

7

7

Passiv għal residenti taż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

Kontijiet kurrenti, passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

8

8

Passiv fil-konfront ta' residenti barra ż-żona tal-euro denominati f'valuta barranija

 

 

 

8.1

8.1

Depożiti, bilanċi u passiv ieħor

Kontijiet kurrenti Passiv taħt tranżazzjonijiet repo; normalment tranżazzjonijiet ta' investiment permezz ta' assi f'valuta barranija jew deheb

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

8.2

8.2

Obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-faċilità ta' kreditu taħt ERM II

Self skont il-kundizzjonijiet tal-ERM II

Valur nominali, qlib bir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

9

9

Il-kontroparti ta' drittijiet speċjali ta' kreditu allokati mill-IMF

Partita denominata bħala SDR li turi l-ammont ta' SDRs li kienu oriġinarjament allokati lill-pajjiż/BĊN rispettiv

Valur nominali, qlib bir-rata tal-kambju tas-suq

Obbligatorju

10

Passiv intra-Eurosistema+)

 

 

 

10.1

Passiv ekwivalenti għat-trasferiment ta' riżervi barranin+)

Partita fil-karta tal-bilanċ tal-BĊE biss denominat f'euro

Valur nominali

Obbligatorju

10.2

Passiv relatat mal-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE+)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Passiv intra-Eurosistema fil-konfront tal-BĊE li jirriżulta mill-ħruġ ta' ċertifikati ta' dejn mill-BĊE

Kost

Obbligatorju

10.3

Obbligazzjonijiet netti marbuta mal-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema+),  (**)

Partita tal-karta tal-bilanċ tal-BĊN biss

Għall-BĊNi: passiv nett relatat mal-applikazzjoni tal-iskema tal-allokazzjoni tal-karti tal-flus jiġifieri inklużi l-bilanċi intra-Eurosistema relatati mal-ħruġ ta' karti tal-flus tal-BĊE, l-ammont kumpensatorju u l-entrata tiegħu fil-kont ta' bilanċ, kif definiti mid-Deċiżjoni BĊE/2010/23

Valur nominali

Obbligatorju

10.4

Passiv ieħor fi ħdan l-Eurosistema (netti)+)

Pożizzjoni nett tas-sub-partiti li ġejjin:

 

 

(a)

obbligazzjonijiet netti li jirriżultaw minn bilanċi ta' kontijiet TARGET2 u kontijiet korrispondenti ta' BĊNi i.e. iċ-ċifra netta tal-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet — ara wkoll il-partita nru. 9.5 tal-assi ‘Pretensjonijiet oħrajn fi ħdan l-Eurosistema (netti)’

(a)

Valur nominali

Obbligatorju

(b)

obbligazzjoni li tirriżulta minħabba differenza bejn id-dħul monetarju li jrid jiġi aggregat u dak li jrid jitqassam mill-ġdid. Rilevanti biss għall-perijodu bejn l-entrata tad-dħul monetarju bħala parti mill-proċeduri ta' tmiem is-sena, u l-ħlas tiegħu fl-aħħar jum tax-xogħol f'Jannar ta' kull sena

(b)

Valur nominali

Obbligatorju

(ċ)

obbligazzjonijiet oħrajn intra-Eurosistema ddenominati f'euro li jistgħu jirriżultaw, inkluża d-distribuzzjoni provviżorja tad-dħul tal-BĊE (**)

(ċ)

Valur nominali

Obbligatorju

10

11

Partiti fil-proċess li jiġu saldati

Bilanċi fil-kont tas-saldu (passiv), inkluż iċ-ċaqliq ta' trasferimenti giro

Valur nominali

Obbligatorju

10

12

Passiv ieħor

 

 

 

10

12.1

Differenzi fir-rivalutazzjoni ta' strumenti barra l-karta tal-bilanċ

Riżultati tal-valutazzjoni ta' forwards ta' valuta barranija, swaps ta' valuta barranija, swaps tar-rata tal-imgħax (sakemm ma tapplikax il-marġni ta' varjazzjoni ta' kuljum), ftehim forward tar-rata, tranżazzjonijiet forward f'titoli, tranżazzjonijiet spot tal-kambju mid-data tan-negozju sad-data tas-saldu

Il-pożizzjoni netta bejn forward u spot, skont ir-rata tas-suq tal-kambju barrani

Obbligatorju

10

12.2

Dovuti u dħul miġbur bil-quddiem

Nefqa li ssir dovuta f'perjodu fil-futur imma marbuta mal-perijodu ta' rapportar. Dħul riċevut fil-perjodu rrapportat imma marbut ma' perjodu futur

Valur nominali, valuta barranija maqluba skont ir-rata tas-suq

Obbligatorju

10

12.3

Varji

Kontijiet provviżorji għat-taxxa. Kreditu f'valuta barranija jew kontijiet li jkopru l-garanzija. Tranżazzjonijiet repo ma' istituzzjonijiet ta' kreditu b'rabta mat-tranżazzjonijiet repo simultanji bil-maqlub għall-ġestjoni ta' portafolli ta' titoli taħt il-partita nru. 11.3 tal-assi ‘Assi finanzjarji oħrajn’. Depożiti obbligatorji li mhumiex depożiti ta' riżerva. Partiti minuri oħra. Dħul kurrenti (profitt akkumulat nett), profitt tas-sena preċedenti qabel id-distribuzzjoni. Obbligazzjonijiet fuq bażi fiduċjarja. Depożiti tad-deheb tal-klijent. Muniti f'ċirkolazzjoni fil-każ li xi BĊN ikun l-emittent legali. Karti tal-flus f'ċirkolazzjoni denominati f'unitajiet tal-valuti nazzjonali taż-żona tal-euro li m'għadhomx valuta legali iżda li għadhom f'ċirkolazzjoni wara s-sena tal-bidla għall-euro, jekk mhux murijin taħt il-partita tal-obbligazzjonijiet ‘Provvedimenti’. Obbligazzjonijiet tal-pensjoni netti

Valur nominali jew kost (repo)

Irrakkomandat

Depożiti f'deheb tal-konsumatur

Valur tas-suq

Depożiti f'deheb tal-konsumatur: obbligatorju

10

13

Provvedimenti

(a)

Għal pensjonijiet, għar-rata tal-kambju, għar-riskji tar-rata tal-imgħax u tal-prezz tad-deheb, u għal skopijiet oħra eż. spejjeż futuri mistennija, provvedimenti għal unitajiet tal-valuta nazzjonali taż-żona tal-euro li jkunu spiċċaw bħala valuta legali imma li jkunu għadhom f'ċirkolazzjoni wara s-sena tat-tibdil tal-flus kontanti jekk dawn il-karti tal-flus ma jidhrux taħt il-partita nru. 12.3 tal-obbligazzjonijiet ‘Obbligazzjonijiet oħrajn/Varji’

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita nru. 9.1 tal-attiv ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

(a)

Kost/valur nominali

Irrakkomandat

(b)

Għal riskji tal-kontroparti jew tal-kreditu li jirriżultaw minn operazzjonijiet tal-politika monetarja

(b)

Valur nominali (fi proporzjon mal-iskema ta' kapital sottoskritt tal-BĊE; ibbażat fuq valutazzjoni fi tmiem is-sena mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE)

Obbligatorju

11

14

Kontijiet ta' rivalutazzjoni

Kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' movimenti fil-prezz tad-deheb, għal kull tip ta' titoli denominati f'euro, għal kull tip ta' titoli denominati f'valuta barranija, għal opzjonijiet; differenzi fil-valutazzjoni tas-suq marbutin ma' derivattivi tar-rata ta' imgħax; kontijiet ta' rivalutazzjoni marbutin ma' caqliq fir-rata tal-kambju għal kull pożizzjoni netta ta' valuta barranija, inklużi swaps/forwards ta' kambju barrani u SDRs

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita tal-assi nru. 9.1 ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

Differenza fir-rivalutazzjoni bejn il-kost medju u l-valur tas-suq, bil-kambju barrani maqlub bir-rata tas-suq

Obbligatorju

12

15

Kapital u riżervi

 

 

 

12

15.1

Kapital

Kapital imħallas — il-kapital tal-BĊE huwa kkonsolidat bl-ishma kapitali tal-BĊNi

Valur nominali

Obbligatorju

12

15.2

Riżervi

Riżervi legali u riżervi oħra. Qligħ miżmum

Il-kontribuzzjonijiet mill-BĊNi lill-BĊE skont l-Artikolu 48.2 tal-Istatut tas-SEBĊ huma kkonsolidati bl-ammonti rispettivi żvelati taħt il-partita nru. 9.1 tal-assi ‘Interess parteċipanti fil-BĊE’+)

Valur nominali

Obbligatorju

10

16

Profitt għas-sena

 

Valur nominali

Obbligatorju


(*)  Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta' din il-Linja Gwida

(1)  L-iżvelar b'rabta mal-karti tal-flus euro f'ċirkolazzjoni, ir-remunerazzjoni tal-pretensjonijiet/passiv nett intra-Eurosistema li jirriżultaw mill-allokazzjoni ta' karti tal-flus euro fi ħdan l-Eurosistema, u d-dħul monetarju għandhom ikunu armonizzati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali ppubblikati mill-BĊNi. Il-partiti li jridu jiġu armonizzati huma indikati b'asterisk fl-Annessi IV, VIII u IX.

(2)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta' bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b ‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(3)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' valutazzjoni elenkati f'dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.

(4)  Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).

(5)  Deċiżjoni BĊE/2010/23 tal-25 ta' Novembru 2010 dwar l-allokazzjoni tad-dħul monetarju tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-valuta tagħhom hija l-euro (ĠU L 35, 9.2.2011, p. 17).

(**)  Partiti li jridu jiġu armonizzati. Ara l-premessa 5 ta' din il-Linja Gwida

(6)  In-numerazzjoni fl-ewwel kolonna hija relatata mal-formati tal-karta tal-bilanċ mogħtija fl-Annessi V, VI u VII (rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa u karta tal-bilanċ annwali kkonsolidata tal-Eurosistema). In-numerazzjoni fit-tieni kolonna hija relatata mal-format tal-karta tal-bilanċ mogħti fl-Anness VIII (karta tal-bilanċ annwali ta' bank ċentrali). Il-partiti mmarkati b ‘+)’ huma kkonsolidati fir-rendikonti finanzjarji ta' kull ġimgħa tal-Eurosistema.

(7)  Il-kompożizzjoni u r-regoli ta' valutazzjoni elenkati f'dan l-Anness jitqiesu bħala obbligatorji għall-kontijiet tal-BĊE u għall-attiv u l-passiv materjali kollha fil-kontijiet tal-BĊNi għall-iskopijiet tal-Eurosistema, jiġifieri relevanti għall-operat tal-Eurosistema.”


REGOLI TA' PROĊEDURA

13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/88


EMENDA 1/2014 TAL-15 TA' DIĊEMBRU 2014GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA TAL-BORD SUPERVIŻORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

Il-BORD SUPERVIŻORJU TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26(12) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BĊE/2004/2 tad-19 ta' Frar 2004 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 13d tagħha,

Billi:

(1)

Ir-raba' sentenza tal-Artikolu 11.3 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (3) (iktar 'il quddiem ir-“Regoli tal-Proċedura”) tipprovdi għal reviżjoni tal-allokazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-erba' gruppi stabbiliti sabiex tiġi ddefinita r-rappreżentanza fil-Kumitat ta' Tmexxija tal-Bord Superviżorju, kif stipulat fl-Anness għar-Regoli tal-Proċedura, meta Stat Membru jadotta l-euro.

(2)

L-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (4), li ser tirriżulta fil-parteċipazzjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti Litwena fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, tfisser li l-awtorità nazzjonali kompetenti Litwena għandha tiġi inkluża f'wieħed mill-erba' gruppi msemmija fil-premessa 1, skont ir-regoli stipulati fit-tieni u l-ħames sentenzi tal-Artikolu 11.3 tar-Regoli tal-Proċedura.

(3)

Għalhekk, ir-Regoli tal- Proċedura għandhom jiġu emendati kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-EMENDA GĦAR-REGOLI TAL-PROĊEDURA:

Artikolu 1

Emenda

L-Anness għar-Regoli tal-Proċedura huwa ssostitwit bl-Anness għal dan.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din l-emenda għar-Regoli ta' Proċedura għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-15 ta' Diċembru 2014.

Il-President tal-Bord Superviżorju

Danièle NOUY


(1)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.

(2)  ĠU L 80, 18.3.2004, p. 33.

(3)  ĠU L 182, 21.6.2014, p. 59.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/509/UE tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-adozzjoni tal-euro mil-Litwanja fl-1 ta' Jannar 2015 (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 29).


ANNESS

“ANNESS

SISTEMA TA' ROTAZZJONI

Għall-finijiet tal-Artikolu 11.3, is-sistema ta' rotazzjoni li ġejja għandha tapplika, fuq il-bażi tad-dejta sal-31 ta' Diċembru 2014:

Grupp

Stat Membru parteċipanti

Numru ta' siġġijiet fil-Kumitat ta' Tmexxija

1

DE

1

FR

2

ES

1

IT

NL

3

BE

2

IE

EL

LU

AT

PT

FI

4

EE

1”

CY

LV

LT

MT

SI

SK


Rettifika

13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/90


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 517/2011 tal- 25 ta' Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-prevalenza ta' ċerti serotipi tas- Salmonella fit-tiġieġ għall-bajd tat-tip Gallus gallus u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2160/2003 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2010

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 138 tas-26 ta' Mejju 2011 )

F'paġna 46, fil-premessi 8 u 9, u f'paġna 47, fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(1)(b), fl-Artikolu 3 “Emenda għar-Regolament (KE) Nru 2160/2003” u fl-Artikolu 4 “Emenda għar-Regolament (UE) Nru 200/2010”:

minflok:

“1,4,[5],12:i:-”,

aqra:

1,4,[5],12:i:-”.


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/90


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas-Salmonella fil-laħam frisk tat-tjur

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 281 tat-28 ta' Ottubru 2011 )

F'paġna 8, il-premessa 13 u f'paġna 10,f l-Anness, il-punt (1), in-nota tal-qiegħ 21 tat-tabella:

minflok:

“1,4,[5],12:i:-”,

aqra:

1,4,[5],12:i:-”.


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/90


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 200/2012 tat- 8 ta' Marzu 2012 li jikkonċerna mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella enteritidis u s-Salmonella typhimurium f'qatgħat tal-brojlers, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 71 tad-9 ta' Marzu 2012 )

F'paġna 32, fil-premessa 8 (darbtejn) u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(1), u f'paġna 35, fl-Anness, il-punt 4.2, l-ewwel subparagrafu, il-punt (c):

minflok:

“1,4,[5],12:i:-”,

aqra:

1,4,[5],12:i:-”.


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/91


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1190/2012 tat- 12 ta' Diċembru 2012 dwar mira tal-Unjoni għat-tnaqqis tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium f'qatgħat tad-dundjani, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 340 tat-13 ta' Diċembru 2012 )

F'paġna 30, il-premess 8 u l-Artikolu 1(1), it-tielet subparagrafu; f'paġna 33, fl-Anness, il-punt 3.3, it-tielet paragrafu u l-punt 4.1, l-ewwel paragrafu; f'paġna 34, il-punt 4.2.1(c) u l-punt 4.2.3, it-tielet paragrafu:

minflok:

“1,4,[5],12:i:-”,

aqra:

1,4,[5],12:i:-”.


13.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 68/91


Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 324 tal-10 ta' Diċembru 2007 )

F'paġna 79, ir-Regolament (KE) Nru 1393/2007 għandu jaqra kif ġej:

Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (notifika ta' dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 61(c) u l-Artikolu 67(5), it-tieni inċiż tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea assumiet l-impenn biex iżżomm u tiżviluppa l-Unjoni bħala żona ta' libertà, sigurtà, u ġustizzja, li fiha l-moviment liberu tal-persuni huwa assigurat. Biex tistabbilixxi żona bħal din, il-Komunità għandha tadotta, fost oħrajn, il-miżuri relatati mal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili li huma meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(2)

Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jimplika l-ħtieġa ta' titjib u tħaffif fit-trasmissjoni tad-dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet civili jew kummerċjali għan-notifika bejn l-Istati Membri.

(3)

Il-Kunsill, permezz ta' Att datat is-26 ta' Mejju 1997 (3), fassal Konvenzjoni dwar in-notifika fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali u rrakkomanda lill-Istati Membri biex jadottawha skont ir-regoli kostituzzjonali rispettivi tagħhom. Din il-Konvenzjoni ma daħlitx fis-seħħ. Il-kontinwità fir-riżultati tan-negozjati għall-konklużjoni tal-Konvenzjoni għandha tkun żgurata.

(4)

Fid-29 ta' Mejju 2000 il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1348/2000 dwar in-notifika fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (4). Il-kontenut prinċipali ta' dak ir-Regolament huwa bbażat fuq il-Konvenzjoni.

(5)

Fl-1 ta' Ottubru 2004 il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000. Ir-rapport jikkonkludi li l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000 tejbet u ħaffet b'mod ġenerali t-trasmissjoni u n-notifika ta' dokumenti bejn l-Istati Membri mid-dħul fis-seħħ tiegħu fl-2001, iżda madankollu l-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet mhix sodisfaċenti għal kollox.

(6)

L-effiċjenza u l-ħeffa fi proċeduri ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jeħtieġu li d-dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji jiġu trasmessi b'mod dirett u mħaffef bejn il-korpi lokali maħtura mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-intenzjoni tagħom biex jaħtru biss aġenzija waħda li tittrasmetti jew tirċievi jew aġenzija waħda li twettaq iż-żewġ funzjonijiet għal perijodu ta' ħames snin. Madankollu din il-ħatra tista' tiġġedded kull ħames snin.

(7)

Il-ħeffa fit-trasmissjoni tiġġustifika l-użu ta' kull mezz xieraq, sakemm jiġu osservati ċerti kondizzjonijiet dwar il-leġibilità u l-affidabilità tad-dokumenti li jaslu. Is-sigurtà fit-trasmissjoni teħtieġ li d-dokument li jkun ser jiġi trasmess ikun akkumpanjat minn formola standard li trid timtela' bil-lingwa jew waħda mill-lingwi uffiċjali tad-destinazzjoni fejn in-notifika jkollha titwettaq, jew b'lingwa oħra aċċettata mill-Istat Membru konċernat.

(8)

Dan ir-Regolament m'għandux japplika għal notifika ta' dokument lir-rappreżentant awtorizzat tal-parti fl-Istat Membru fejn qed jitwettqu l-proċedimenti, indipendentement mill-post ta' residenza ta' dik il-parti.

(9)

In-notifika ta' dokument għandha titwettaq malajr kemm jista' jkun, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jkun wasal id-dokument għand l-aġenzija riċeventi.

(10)

Sabiex tkun żgurata l-effettività ta' dan ir-Regolament, il-possibbiltà tar-rifjut ta' notifika ta' dokumenti għandha tiġi limitata għal sitwazzjonijiet eċċezzjonali.

(11)

Sabiex ikunu ffaċilitati t-trasmissjoni u n-notifika ta' dokumenti bejn l-Istati Membri, għandhom jintużaw il-formoli standard li jidhru fl-Annessi għal dan ir-Regolament.

(12)

L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju bil-miktub permezz tal-formola standard li hu jew hi jistgħu jirrifjutaw li jaċċettaw id-dokument meta jkun innotifikat jew billi jirritornawh lill-aġenzija riċeventi fi żmien ġimgħa jekk kemm-il darba d-dokument ma jkunx miktub b'lingwa li jifhem id-destinatarju jew inkella bil-lingwa jew waħda mill-lingwi uffiċjali tal-post tan-notifika. Din ir-regola għandha tapplika wkoll għan-notifika sussegwenti ladarba d-destinararju jkun eżerċita d-dritt tiegħu li jirrifjuta. Dawn ir-regoli dwar ir-rifjut għandhom japplikaw ukoll għal notifika minn aġenti diplomatiċi jew konsulari, notifika permezz ta' servizzi postali, u notifika diretta. Għandu jkun stabbilit li n-notifika tad-dokument irrifjutat tista' tkun rrimedjata permezz tan-notifika lid-destinatarju ta' traduzzjoni tad-dokument.

(13)

Il-ħeffa fit-trasmissjoni tiggarantixxi li d-dokumenti jkunu nnotifikati wara ftit tal-jiem mill-wasla tagħhom. Madankollu, jekk in-notifika ma tkunx twettqet wara li jkun għadda xahar, l-aġenzija riċeventi għandha tinforma lill-aġenzija li tkun bagħtet id-dokumenti. L-iskadenza ta' dan il-perijodu m'għandux jimplika li t-talba tintbagħat lura lill-aġenzija mittenti meta jkun jidher ċar li n-notifika hija fattibbli fi żmien raġonevoli.

(14)

L-aġenzija riċeventi għandha tkompli tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tinnotifika d-dokument anke f'każi fejn ma kienx possibbli li twettaq in-notifika fi żmien xahar, per eżempju, għaliex il-konvenut ikun bil-vaganzi u allura ma jkunx id-dar, jew ikun fuq xogħol barra mill-uffiċċju. Madankollu, sabiex tevita li l-aġenzija riċeventi jkollha obbligu perpetwu li tieħu passi biex tinnotifika d-dokument, l-aġenzija mittenti għandha tkun f'pożizzjoni li tispeċifika terminu ta' żmien fil-formola standard li jekk tinqabeż in-notifika ma tkunx aktar meħtieġa.

(15)

Minħabba d-differenzi bejn l-Istati Membri fejn jidħlu r-regoli ta' proċedura tagħhom, id-data ta' referenza għall-għanijiet tan-notifika tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Filwaqt li jqis dawn is-sitwazzjonijiet u d-diffikultajiet li jistgħu jinqalgħu, dan ir-Regolament għandu jipprovdi għal sistema li fiha hija l-liġi tal-Istat Membru indirizzat li tiddetermina d-data tan-notifika. Madankollu, fejn, skont il-liġi ta' Stat Membru, dokument għandu jkun innotifikat f'perijodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun dik stabbilita mil-liġi ta' dak l-Istat Membru. Din is-sistema ta' data doppja teżisti biss f'għadd limitat ta' Stati Membri biss. Dawk l-Istati Membri li japplikaw din is-sistema għandhom jikkomunikaw dan lill-Kummissjoni li, min-naħa tagħha, għandha tippubblika din l-informazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tagħmilha disponibbli permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għal Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE (5).

(16)

Sabiex ikun iffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja, l-ispejjeż meħtieġa għall-użu ta' uffiċjal ġudizzjarju jew persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat għandhom jikkorrispondu ma' ħlas fiss uniku stabbilit minn dak l-Istat Membru bil-quddiem li jkun jirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-non-diskriminazzjoni. Il-ħtieġa ta' ħlas fiss uniku m'għandhiex tipprekludi l-possibbiltà li Stati Membri jiffissaw ħlasijiet differenti għal tipi differenti ta' notifika sakemm jibqgħu jirrispettaw dawn il-prinċipji.

(17)

Kull Stat Membru għandu jkun ħieles li jwettaq notifika tad-dokumenti direttament bis-servizzi postali lill-persuni li joqogħdu fi Stat Membru ieħor permezz ta' ittra rreġistrata bl-avviż tal-wasla tal-ittra għand id-destinatarju jew l-ekwivalenti.

(18)

Għandu jkun possibbli għal kwalunkwe persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju biex twettaq notifika tad-dokumenti permezz ta' uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat, fejn notifika diretta bħal din hija permessa taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

(19)

Il-Kummissjoni għandha tfassal manwal li jkun fih informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni adatta ta' dan ir-Regolament, li għandu jkun disponibbli permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għal Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jiżguraw li din l-informazzjoni tkun aġġornata u kompluta speċjalment fejn jidħlu d-dettalji dwar il-kuntatti mal-aġenziji riċeventi u mittenti.

(20)

Għall-ikkalkular tal-perijodi u l-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, għandu japplika r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistipula r-regoli applikabbli għall-perijodi, id-dati u l-limiti taż-żmien (6).

(21)

Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (7).

(22)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex taġġorna jew tagħmel emendi tekniċi fil-formoli standard stabbiliti fl-Annessi. Billi dawk il-miżuri huma ta' kamp ta' applikazzjoni ġenerali u huma mfassla biex jemendaw/iħassru l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.

(23)

Dan ir-Regolament jipprevali fuq id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali li għandom l-istess kamp ta' applikazzjoni, konklużi mill-Istati Membri, u b'mod partikolari l-Protokoll anness għall-Konvenzjoni ta' Brussel tas-27 ta' Settembru 1968 (8) u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 (9) fir-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri li huma parti għalihom. Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jżommu jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti biex jgħaġġlu jew jissimplifikaw it-trasmissjoni tad-dokumenti, sakemm dawn ikunu kompatibbli ma' dan ir-Regolament.

(24)

L-informazzjoni trasmessa skont dan ir-Regolament għandha tgawdi minn protezzjoni xierqa. Din il-kwistjoni taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' din id-data (10) [10], u tad-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-ħarsien tal-privatezza fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) (11).

(25)

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2011 u mbagħad wara kull ħames snin minn din id-data, u tipproponi emendi li jkunu jidhru meħtieġa.

(26)

Billi l-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, għal raġuni ta' skala jew effetti tal-azzjoni, jinkisbu aħjar fuq livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(27)

Sabiex id-dispożizzjonijiet isiru aktar aċċessibbli u jinqraw aktar faċilment, ir-Regolament (KE) Nru 1348/2000 għandu jitħassar u jiġi sostitwit b'dan ir-Regolament.

(28)

Bi qbil mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(29)

Bi qbil mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk m'hijiex marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Kamp ta applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali fejn dokument ġudizzjarju jew extra-ġudizzjarju jrid ikun trasmess minn Stat Membru għal ieħor għal notifika hemmhekk. Dan m'għandux jinkludi, b'mod partikolari, kwistjonijiet fiskali, doganali jew amministrattivi jew ir-responsabbiltà tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet fl-eżerċiżżju tal-awtorità tal-Istat (‘acta iure imperii’).

2.   Dan ir-Regolament m'għandux japplika meta l-indirizz tal-persuna li lilha jrid ikun innotifikat jew ikkomunikat l-att ma jkunx magħruf.

3.   F'dan ir-Regolament, il-kliem ‘Stat Membru’ għandhom ifissru l-Istati Membri bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Artikolu 2

Aġenziji mittenti u riċeventi

1.   Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-uffiċjali pubbliċi, l-awtoritajiet jew lil persuni oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘aġenżiji mittenti’, kompetenti biex jittrasmettu dokumenti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji li jridu jkunu nnotifikati fi Stat Membru ieħor.

2.   Kull Stat Membru għandu jaħtar lill-uffiċjali pubbliċi, l-awtoritajiet jew lil persuni oħra, minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘aġenżiji riċeventi’, kompetenti biex jirċievu dokumenti ġudizzjarji jew extra-ġudizzjarji minn Stat Membru ieħor.

3.   L-Istat Membru jista' jaħtar aġenzija waħda mittenti u aġenzija waħda riċeventi jew aġenzija waħda li twettaq iż-żewġ funzjonijiet. Stat federali, Stat li fih japplikaw diversi sistemi legali jew Stat b'unitajiet territorjali awtonomi għandhom ikunu ħielsa li jaħtru aktar minn aġenzija waħda ta' din ix-xorta. Il-ħatra għandha tkun għal perijodu ta' ħames snin u tista' tiġġedded f'intervalli ta' ħames snin.

4.   Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-ismijiet u l-indirizzi tal-aġenziji riċeventi msemmija fil-paragrafi 2 u 3;

(b)

iż-żoni ġeografiċi fejn għandhom ġurisdizzjoni;

(ċ)

il-mezzi disponibbli għalihom biex jirċievu d-dokumenti; u

(d)

il-lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard li tinsab fl-Anness I.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull tibdil sussegwenti li jsir f'din l-informazzjoni.

Artikolu 3

Korp ċentrali

Kull Stat Membru għandu jaħtar korp ċentrali li jkun responsabbli għal:

(a)

il-forniment ta' informazzjoni lill-aġenziji mittenti;

(b)

it-tiftix ta' soluzzjonijiet għal kwalunkwe diffikultà li tista' tinqala' waqt it-trasmissjoni tad-dokumenti li jridu jkunu nnotifikati;

(ċ)

it-trasmissjoni, f'każijiet eċċezzjonali, fuq talba tal-aġenzija mittenti, ta' rikjesta għal notifika lill-aġenzija riċeventi kompetenti.

Stat federali, Stat li fih japplikaw diversi sistemi legali jew Stat b'unitajiet territorjali awtonomi għandhom ikunu ħielsa li jaħtru aktar minn korp ċentrali wieħed.

KAPITOLU II

DOKUMENTI ĠUDIZZJARJI

Taqsima 1

Trasmissjoni u notifika ta' dokumenti ġudizzjarji

Artikolu 4

Trasmissjoni tad-dokumenti

1.   Id-dokumenti ġudizzjarji għandhom ikunu trasmessi direttament u kemm jista' jkun malajr bejn l-aġenziji maħtura skont l-Artikolu 2.

2.   It-trasmissjoni ta' dokumenti, talbiet, konfermi, rċevuti, ċertifikati u kull dokument ieħor li jgħaddi bejn l-aġenziji mittenti u l-aġenziji riċeventi tista' ssir bi kwalunkwe mezz xieraq, sakemm il-kontenut tad-dokument riċevut ikun fidil u konformi ma' dak tad-dokument mibgħut u sakemm l-informazzjoni kollha ta' ġo fih tkun tista' tinqara faċilment.

3.   Id-dokument li għandu jiġi trasmess għandu jkun akkumpanjat minn talba mfassla bl-użu ta' formola standard li tinsab fl-Anness I. Il-formola għandha timtela bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ikollha titwettaq in-notifika, jew b'lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun indika bħala aċċettabbli għalih. Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonjiet tal-Unjoni Ewropea minbarra dik tiegħu li huwa jista' jaċċetta għall-ikkompletar tal-formola.

4.   Id-dokumenti u l-karti kollha mibgħuta għandhom ikunu eżentati mil-leġislazzjoni jew kwalunkwe formalità ekwivalenti.

5.   Meta l-aġenzija mittenti tkun tixtieq li tintbagħtilha lura kopja tad-dokument flimkien maċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu 10, għandha tibgħat żewġ kopji tad-dokument.

Artikolu 5

Traduzzjoni ta' dokumenti

1.   L-aġenzija mittenti għandha tavża lill-applikant li jkun għaddielha d-dokument għat-trasmissjoni li d-destinatarju jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument jekk dan ma jkunx miktub b'waħda mil-lingwi previsti fl-Artikolu 8.

2.   L-applikant għandu jħallas l-ispejjeż kollha tat-traduzzjoni qabel ma jintbagħat id-dokument, bla ħsara għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti possibbli mill-qorti jew minn awtorità kompetenti dwar ir-responsabbiltà għal dawn l-ispejjeż.

Artikolu 6

Il-wasla tad-dokumenti għand l-aġenzija riċeventi

1.   Hekk kif tirċievi dokument, l-aġenzija riċeventi għandha, mill-aktar fis possibbli, u jkun xi jkun il-każ, fi żmien sebat ijiem minn meta jaslilha d-dokument, tibgħat irċevuta lill-aġenzija mittenti permezz tal-mezzi ta' trasmissjoni l-iżjed mgħaġġla u bl-użu tal-formola standard li tinsab fl-Anness I.

2.   Meta t-talba għan-notifika ma tkunx tista' tiġi sodisfatta fuq il-bażi tal-informazzjoni jew id-dokumenti mibgħuta, l-aġenzija riċeventi għandha tikkuntattja lill-aġenzija mittenti permezz tal-mezzi l-iżjed mgħaġġla sabiex tikseb l-informazzjoni jew id-dokumenti nieqsa.

3.   Jekk it-talba għan-notifika tkun għal kollox 'il barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jew jekk in-nuqqas ta' konformità mal-kondizzjonijiet formali mitluba jagħmel in-notifika impossibbli, it-talba u d-dokumenti mibgħuta għandhom jintbagħtu lura malli jkunu waslu lill-aġenzija mittenti, flimkien ma' avviż ta' restituzzjoni permezz tal-formola standard li tinsab fl-Anness I.

4.   Aġenzija riċeventi li jaslilha dokument għal notifika iżda li ma jkollhiex ġurisdizzjoni territorjali biex tinnotifikah għandha tgħaddih flimkien mat-talba lill-aġenzija riċeventi li jkollha ġurisdizzjoni territorjali fl-istess Stat Membru jekk it-talba tkun konformi mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(3) u għandha tinforma lill-aġenzija mittenti dwar dan, billi tuża l-formola standard li tinsab fl-Anness I. Dik l-aġenzija riċeventi għandha tinforma lill-aġenzija mittenti meta tirċievi d-dokument, fil-mod previst fil-paragrafu 1.

Artikolu 7

Notifika ta' dokumenti

1.   L-aġenzija riċeventi għandha tinnotifika d-dokument hi stess jew tqabbad lil min jinnotifikah skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat jew permezz ta' metodu partikolari mitluba mill-aġenzija mittenti, ħlief jekkdak il-metodu ma jkunx kompatibbli mal-liġi ta' dak l-Istat Membru.

2.   L-aġenzija riċeventi għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex twettaq in-notifika tad-dokument malajr kemm jista' jkun, u jkun xi jkun il-każ, fi żmien xahar minn mindu jkun wasal għandha. Jekk ma jkunx possibbli li n-notifika titwettaq fi żmien xahar mill-wasla tad-dokument, l-aġenzija riċeventi għandha:

(a)

immedjatament tinforma lill-aġenzija mittenti permezz taċ-ċertifikat fil-formola standard li tinsab fl-Anness I, li għandha titfassal taħt il-kondizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 10(2); u

(b)

tkompli tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tinnotifika d-dokument, sakemm ma jkunx indikat mod ieħor mill-aġenzija mittenti, meta jkun jidher li mhux se jkun possibbli li titwettaq in-notifika f'perijodu ta' żmien raġonevoli.

Artikolu 8

Meta d-destinatarju jirrifjuta li jaċċetta dokument

1.   L-aġenzija riċeventi għandha tinforma lid-destinatarju, bl-użu tal-formola standard li tinsab fl-Anness II li jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument maħsub għan-notifika, jew fl-istess mument meta dan ikun innotifikat inkella billi jirritorna d-dokument lill-aġenzija riċeventi fi żmien ġimgħa jekk id-dokument ma jkunx miktub b'waħda minn dawn il-lingwi li ġejjin, jew jekk ma jkollux miegħu traduzzjoni f'waħda minnhom:

(a)

lingwa li jifhimha d-destinatarju;

jew

(b)

il-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru indirizzat jew, jekk dak l-Istat Membru jkollu diversi lingwi uffiċjali, il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post fejn ikollha ssir in-notifika.

2.   Meta l-aġenzija riċeventi tkun infurmata li d-destinatarju qed jirrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafu 1, għandha tavża immedjatament lill-aġenzija mittenti permezz taċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 10 u tibgħat lura t-talba u d-dokumenti li tagħhom tintalab traduzzjoni.

3.   Jekk id-destinatarju jkun irrifjuta li jaċċetta d-dokument skont il-paragrafu 1, in-notifika tad-dokument tista' tkun rimedjata permezz ta' notifika lid-destinatarju skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tad-dokument li miegħu jkollu traduzzjoni f'lingwa prevista fil-paragrafu 1. F'dak il-każ, id-data tan-notifika tad-dokument għandha tkun id-data li fiha d-dokument flimkien mat-traduzzjoni jkunu notifikati skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat. Madankollu, fejn, skont il-liġi ta' Stat Membru, dokument għandu jkun innotifikat f'perijodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun id-data tan-notifika tad-dokument oriġinali ffissata skont l-Artikolu 9(2).

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-mezzi ta' trasmissjoni u n-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji kif imsemmi fis-Sezzjoni 2.

5.   Għall-għanijiet tal-paragrafu (1), l-aġenti diplomatiċi jew konsulari, meta n-notifika issir skont l-Artikolu 13, jew l-awtorità jew il-persuna, meta n-notifika issir skont l-Artikolu 14, għandhom jinfurmaw lid-destinatarju li jista' jirrifjuta li jaċċetta d-dokument u li kull dokument irrifjutat irid jintbagħat lura lil dawk l-aġenziji jew lil dik l-awtorità jew persuna rispettivament.

Artikolu 9

Id-data tan-notifika

1.   Bla ħsara għall-Artikolu 8, id-data tan-notifika ta' dokument skont l-Artikolu 7 għandha tkun id-data li fiha l-att jiġi nnotifikat skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat.

2.   Madankollu, fejn, skont il-liġi ta' Stat Membru, dokument għandu jkun innotifikat f'perijodu partikolari, id-data li trid titqies fir-rigward tal-applikant għandha tkun dik iffissata mil-liġi ta' dak l-Istat Membru.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw ukoll għall-mezzi ta' trasmissjoni u n-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji kif imsemmi fis-Sezzjoni 2.

Artikolu 10

Ċertifikat tan-notifika u kopja tad-dokument innotifikat

1.   Meta l-formalitajiet dwar in-notifika tad-dokument ikunu tlestew, għandu jinħareġ ċertifikat ta' tlestija ta' dawk il-formalitajiet fil-formola standard li tinsab fl-Anness I u jiġi indirizzat lill-aġenzija mittenti, flimkien ma', fejn japplika l-Artikolu 4(5), kopja tad-dokument innotifikat.

2.   Iċ-ċertifikat għandu jsir bil-lingwa uffiċjali jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-oriġini jew b'lingwa oħra li l-Istat Membru tal-oriġini jkun indika bħala aċċettabbli għalih. Kull Stat Membru għandu jindika l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea minbarra dik tiegħu li huwa jista' jaċċetta għall-ikkompletar tal-formola.

Artikolu 11

Spejjeż tan-notifika

1.   In-notifika ta' dokumenti ġudizzjarji ġejjin minn Stat Membru m'għandha tagħti lok għal ebda pagament jew rimborż ta' taxxi jew spejjeż għas-servizzi mogħtija mill-Istat Membru indirizzat.

2.   Madankollu, l-applikant għandu jħallas jew irodd lura l-ispejjeż għal:

(a)

l-użu ta' uffiċjal ġudizzjarju jew ta' persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat;

(b)

l-użu ta' metodu partikolari ta' notifika.

L-ispejjeż għall-użu ta' uffiċjal ġudizzjarju jew ta' persuna kompetenti skont il-liġi tal-Istat Membru indirizzat għandhom jikkorrispondu ma' ħlas fiss uniku stabbilit minn dak l-Istat Membru bil-quddiem, li jkun jirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità u n-non-diskriminazzjoni. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dawn ir-rati fissi lill-Kummissjoni.

Taqsima 2

Mezzi oħra ta' trasmissjoni u notifika ta' dokumenti ġudizzjarji

Artikolu 12

Trasmissjoni b'mezzi konsulari jew diplomatiċi

Kull Stat Membru għandu jkun ħieles, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, li juża mezzi konsulari jew diplomatiċi biex jibgħat id-dokumenti ġudizzjarji, bil-għan li jinnotifikahom, lil dawk l-aġenziji ta' Stat Membru ieħor li jkunu maħtura skont l-Artikoli 2 jew 3.

Artikolu 13

Notifika minn aġenti diplomatiċi jew konsulari

1.   Kull Stat Membru għandu jkun ħieles li jwettaq in-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji lil persuni li joqogħdu fi Stat Membru ieħor, mingħajr l-applikazzjoni ta' ebda forza, direttament permezz tal-aġenti diplomatiċi jew konsulari tiegħu.

2.   Kull Stat Membru jista' jikkomunika, skont l-Artikolu 23(1), li hu jopponi tali notifika fit-territorju tiegħu, sakemm id-dokumenti ma jkunux innotifikati lil ċittadini tal-Istat Membru li fih ikunu oriġinaw id-dokumenti.

Artikolu 14

Notifika bis-servizzi postali

Kull Stat Membru għandu jkun ħieles li jwettaq in-notifika tad-dokumenti ġudizzjarji direttament bis-servizzi postali lill-persuni li joqogħdu fi Stat Membru ieħor permezz ta' ittra rreġistrata bl-avviż tal-wasla tal-ittra għand id-destinatarju jew l-ekwivalenti.

Artikolu 15

Notifika diretta

Kwalunkwe persuna interessata fi proċediment ġudizzjarju tista' twettaq notifika ta' dokumenti ġudizzjarji direttament permezz tal-uffiċjali ġudizzjarji, uffiċjali jew persuni kompetenti oħra tal-Istat Membru indirizzat, fejn tali notifika diretta tkun permessa taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru.

KAPITOLU III

DOKUMENTI EXTRA-ĠUDIZZJARJI

Artikolu 16

Trasmissjoni

Id-dokumenti extra-ġudizzjarji jistgħu jkunu mibgħuta għal notifika fi Stat Membru ieħor skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 17

Regoli ta' implimentazzjoni

Il-miżuri mfassla biex jemendaw elementi non-essenzjali ta' dan ir-Regolament dwar l-aġġornar jew it-twettiq ta' emendi tekniċi tal-formoli standard, li jidhru fl-Annessi I u II, għandhom ikunu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).

Artikolu 18

Il-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

Artikolu 19

Meta l-konvenut ma jidhirx għall-proċeduri

1.   Meta ċitazzjoni jew dokument ekwivalenti kellhom ikunu trasmessi lil Stat Membru ieħor bil-għan ta' notifika, skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u l-konvenut ma jkunx deher, is-sentenza ma tinqatax qabel ma jkun stabbilit li:

(a)

id-dokument kien innotifikat permezz ta' metodu preskritt mil-liġi interna tal-Istat Membru indirizzat għan-notifika ta' dokumenti f'azzjonijiet domestiċi għal persuni li jinsabu fit-territorju tiegħu; jew

(b)

id-dokument kien fil-fatt twassal lill-konvenut jew lir-residenza tiegħu b'mezz ieħor previst minn dan ir-Regolament;

u li, f'kull wieħed minn dawn iż-żewġ każi, in-notifika jew il-wasla kienet saret kmieni biżżejjed biex kien possibbli għall-konvenut jiddefendi ruħu.

2.   Kull Stat Membru jista' jgħarraf, skont l-Artikolu 23(1), li l-imħallef, minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, jista' jaqta' s-sentenza anki jekk ma jkun wasal l-ebda ċertifikat ta' notifika jew wasla, jekk il-kondizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

id-dokument ikun trasmess permezz ta' wieħed mill-metodi previsti f'dan ir-Regolament;

(b)

ikun għadda perijodu ta' żmien ta' mhux anqas minn sitt xhur, kif ikkunsidrat xieraq mill-imħallef fil-każ partikolari, mid-data tat-trasmissjoni tad-dokument;

(ċ)

ma jkun wasal l-ebda tip ta' ċertifikat, għalkemm ikun sar kull sforz raġonevoli biex dan jinkiseb permezz tal-awtoritajiet kompetenti jew il-korpi tal-Istat Membru indirizzat.

3.   Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-imħallef jista' jordna, f'każ ta' emerġenza, kwalunkwe miżura proviżorja jew protettiva.

4.   Meta ċitazzjoni jew dokument ekwivalenti kellhom ikunu trasmessi lil Stat Membru ieħor bil-għan ta' notifika skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u sentenza tkun inqatgħet kontra konvenut li ma jkunx deher għall-proċedimenti, l-imħallef għandu jkollu s-setgħa li jeħles lill-konvenut mill-effetti tal-għeluq taż-żmien għall-appell mis-sentenza jekk il-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:

(a)

il-konvenut, mingħajr ma jkollu ħtija, ma jkunx jaf bid-dokument fi żmien biżżejjed biex jiddefendi ruħu, jew ma jkunx jaf bis-sentenza fi żmien biżżejjed biex jappella; u

(b)

il-konvenut juri li għandu eċċezzjonijiet prima facie xi jressaq kontra l-meritu tal-azzjoni.

It-talba għall-ħelsien mill-effetti tal-għeluq taż-żmien għall-appell tista' titressaq fi żmien raġonevoli wara li l-konvenut ikun sar jaf bis-sentenza.

Kull Stat Membru jista' jikkomunika, skont l-Artikolu 23(1), li din it-talba ma tistax tkun ikkunsidrata jekk titressaq wara li jagħlaq żmien li għandu jiġi stipulat minnu f'dik il-komunikazzjoni, imma li fl-ebda każ m'għandu jkun anqas minn sena wara d-data tas-sentenza.

5.   Il-paragrafu 4 m'għandux japplika għal sentenzi dwar l-istatus jew il-kapaċità ta' persuni.

Artikolu 20

Relazzjoni ma' ftehimiet jew arranġamenti li minnhom l-Istati Membri jagħmlu parti

1.   Dan ir-Regolament għandu, fir-rigward ta' materji li japplika għalihom, jipprevali fuq dispożizzjonijiet oħra misjuba fil-ftehimiet jew l-arranġamenti bilaterali jew multilaterali konklużi mill-Istati Membri, u b'mod partikolari l-Artikolu IV tal-Protokoll tal-Konvenzjoni ta' Brussel tal-1968 u l-Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965.

2.   Dan ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri individwali milli jkollhom jew jikkonkludu ftehimiet jew arranġamenti biex jgħaġġlu aktar jew jissimplifikaw it-trasmissjoni tad-dokumenti, sakemm dawn ikunu kompatibbli ma' dan ir-Regolament.

3.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni:

(a)

kopja tal-ftehimiet jew l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2 konklużi bejn l-Istati Membri kif ukoll abbozzi ta' dawk il-ftehimiet jew arranġamenti li bi ħsiebhom jadottaw;

u

(b)

kull denunzja ta', jew emendi għal, dawn il-ftehimiet jew arranġamenti.

Artikolu 21

Għajnuna legali

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tal-Konvenzjoni dwar il-proċedura ċivili tas-17 ta' Lulju 1905, l-Artikolu 24 tal-Konvenzjoni dwar il-proċedura ċivili tal-1 ta' Marzu 1954 jew l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess internazzjonali għall-ġustizzja tal-25 ta' Ottubru 1980 bejn l-Istati Membri li huma parti għal dawk il-Konvenzjonijiet.

Artikolu 22

Protezzjoni tal-informazzjoni trasmessa

1.   L-informazzjoni, inkluża b'mod speċjali d-data personali, trasmessa taħt dan ir-Regolament għandha tintuża mill-aġenzija riċeventi biss għall-għan li għalih tkun intbagħtet.

2.   L-aġenziji riċeventi għandhom jiżguraw il-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni, skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx jaffettwaw il-liġijiet nazzjonali li jippermettu li s-suġġetti tad-data jkunu mgħarrfa dwar l-użu li jkun sar mill-informazzjoni trasmessa taħt dan ir-Regolament.

4.   Dan ir-Regolament għandu jkun bla preġudizzju għad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE.

Artikolu 23

Komunikazzjoni u pubblikazzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 2, 3, 4, 10, 11, 13, 15 u 19. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni jekk, skont il-liġi tagħhom, dokument għandux ikun notifikat f'perijodu ta' żmien partikolari kif imsemmi fl-Artikoli 8(3) u 9(2).

2.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafu 1 tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tal-indirizzi u dettalji oħra ta' kuntatt tal-aġenziji u tal-korpi ċentrali u ż-żoni ġeografiċi li fuqhom dawn għandhom ġurisdizzjoni.

3.   Il-Kummissjoni għandha tfassal u taġġorna fuq bażi regolari manwal li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, u li għandu jkun disponibbli elettronikament, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew għal Kwistjonijiet Ċivili u Kummerċjali.

Artikolu 24

Reviżjoni

Mhux aktar tard mill-1 ta' Ġunju 2011, u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, waqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-effikaċja ta' aġenziji maħturin skont l-Artikolu 2 u għall-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 3 (ċ) u l-Artikolu 9. Ir-rapport għandu jiġi akkompanjat, jekk hemm ħtieġa, bi proposti għal adattamenti ta' dan ir-Regolament skont l-evoluzzjoni tas-sistemi ta' notifika.

Artikolu 25

Tħassir

1.   Ir-Regolament (KE) Nru 1348/2000 għandu jitħassar mid-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

2.   Referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni tal-Anness III.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mit-13 ta' Novembru 2008 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 23 li għandu japplika mit-13 ta' Awwissu 2008.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, 13 ta' Novembru 2007.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

H.-G. PÖTTERING

Għall-Kunsill

Il-President

M. LOBO ANTUNES

ANNESS I

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

Regolament (KE) Nru 1348/2000

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1) l-ewwel sentenza

Artikolu 1(1) it-tieni sentenza

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(3)

Artikolu 2

Artikolu 2

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 6

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(1)

Artikolu 7(2) l-ewwel sentenza

Artikolu 7(2) l-ewwel sentenza

Artikolu 7(2) it-tieni sentenza

Artikolu 7(2) it-tieni frażi (il-kliem tal-bidu) u Artikolu 7(2)(a)

Artikolu 7(2)(b)

Artikolu 7(2) it-tielet sentenza

Artikolu 8(1) il-frażi tal-bidu

Artikolu 8(1) il-frażi tal-bidu

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 8(1)(b)

Artikolu 8(1)(b)

Artikolu 8(1)(a)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(2)

Artikolu 8(3) sa (5)

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 9(1) u (2)

Artikolu 9(3)

Artikolu 9(3)

Artikolu 10

Artikolu 10

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(2) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 12

Artikolu 12

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14(1)

Artikolu 14

Artikolu 14(2)

Artikolu 15(1)

Artikolu 15

Artikolu 15(2)

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17, frażi tal-bidu

Artikolu 17

Artikolu 17(a) sa (ċ)

Artikolu 18(1) u (2)

Artikolu 18(1) u (2)

Artikolu 18 (3)

Artikolu 19

Artikolu 19

Artikolu 20

Artikolu 20

Artikolu 21

Artikolu 21

Artikolu 22

Artikolu 22

Artikolu 23(1)

Artikolu 23(1) l-ewwel sentenza

Artikolu 23(1) it-tieni sentenza

Artikolu 23(2)

Artikolu 23(2)

Artiklu 23(3)

Artikolu 24

Artikolu 24

Artikolu 25

Artikolu 25

Artikolu 26

Anness

Anness I

Anness II

Anness III


(1)  ĠU C 88, 11.4.2006, p. 7.

(2)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Lulju 2006 (ĠU C 303 E, 13.12.2006, p. 69), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2007. (ĠU C 193 E, 21.8.2007, p. 13) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2007.

(3)  ĠU C 261, 27.8.1997, p. 1. Fl-istess jum meta tfasslet il-Konvenzjoni, il-Kunsill ħa nota tar-rapport ta' spjegazzjoni dwar il-Konvenzjoni li jinsab fil-paġna 26 tal-imsemmi Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37.

(5)  ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25.

(6)  ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1.

(7)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).

(8)  Il-Konvenzjoni ta' Brussell tas-27 ta' Settembru 1968 dwar il-Ġurisdizzjoni u l-Infurzar tas-Sentenzi f'Materji Ċivili u Kummerċjali (ĠU L 299, 31.12.1972, p. 32; verżjoni konsolidata, ĠU C 27, 26.1.1998, p. 1).

(9)  Konvenzjoni tal-Aja tal-15 ta' Novembru 1965 dwar in-Notifika barra l-Pajjiż ta' Dokumenti Ġudizzjarji u Extra-Ġudizzjarji fi Kwistjonijiet Ċivili jew Kummerċjali.

(10)  ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31. Direttiva kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

(11)  ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37. Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2006/24/KE (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 54).