ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 66

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
11 ta' Marzu 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/394 tal-10 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, fir-rigward tas-sustanza tulatromiċina ( 1 )

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/395 tal-10 ta' Marzu 2015 li jniedi investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli ta' miżuri antidumping imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 fuq importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bl-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu kemxejn modifikati, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

4

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/396 tal-10 ta' Marzu 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

10

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/397 tal-5 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward ta' proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 3, 7, 13, 19, 23, 37, 38, 41, 43, 45, 48, 50, 51, 53, 55, 59, 75, 78, 86, 98, 99, 106, 107, 110, 112, 113, 117, 119, 123, 128, 129, dwar l-Emenda 2 tal-GTR Nru 3 tan-NU fir-rigward tal-ibbrejkjar tal-muturi, u dwar l-Emenda 3 tal-GTR Nru 4 tan-NU fir-rigward tal-proċedura taċ-Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty

12

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/398 tat-13 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE dwar l-inklużjoni tal-Ungerija fil-lista tal-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky (notifikata bid-dokument C(2015) 718)  ( 1 )

16

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE tat-2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata ( ĠU L 135, 8.5.2014 )

20

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 477/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina ( ĠU L 137, 12.5.2014 )

20

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/265/PESK tat-12 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina ( ĠU L 137, 12.5.2014 )

21

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 810/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdagħjfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina ( ĠU L 221, 25.7.2014 )

21

 

*

Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/499/PESK tal-25 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina ( ĠU L 221, 25.7.2014 )

22

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/394

tal-10 ta' Marzu 2015

li jemenda l-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, fir-rigward tas-sustanza “tulatromiċina”

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 470/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi l-proċeduri Komunitarji għall-istabbiliment ta' limiti ta' residwi ta' sustanzi farmakoloġikament attivi fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 u li jemenda d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 flimkien mal-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fformulata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju,

Billi:

(1)

Il-limitu massimu ta' residwi (“LMR”) għas-sustanzi farmakoloġikament attivi maħsuba għall-użu fl-Unjoni fil-prodotti mediċinali veterinarji għall-annimali li jipproduċu l-ikel, jew fil-prodotti bijoċidali użati fit-trobbija tal-annimali, għandu jkun stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 470/2009.

(2)

Is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-LMR fl-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali huma stabbiliti fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 (2).

(3)

Bħalissa t-tulatromiċina hi inkluża fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 bħala sustanza approvata, għall-ispeċijiet tal-bovini, tal-porċini, tal-ovini u tal-kaprini, applikabbli għall-muskoli, għax-xaħam (ġilda u xaħam għall-ispeċijiet tal-porċini), għall-fwied u għall-kliewi minbarra l-annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem. L-LMR proviżorji għal dik is-sustanza stabbiliti għall-ispeċijiet tal-bovini u tal-porċini se jiskadu fl-1 ta' Jannar 2015.

(4)

Ingħatat dejta addizzjonali u din ġiet evalwata mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju li rrakkomanda li l-LRM proviżżorji għat-tulatromiċina fl-ispeċijiet tal-bovini u tal-porċini għandhom jiġu stabbiliti bħala definittivi.

(5)

Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 470/2009, l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandha tikkunsidra li tuża l-LMR stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva f'oġġett tal-ikel partikolari għal oġġett tal-ikel ieħor li joriġina mill-istess speċi, jew l-LMR stabbiliti għal sustanza farmakoloġikament attiva fi speċi waħda jew aktar, għal speċijiet oħra. Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju wasal għall-konklużjoni li l-estrapolazzjoni għal speċijiet oħra li jipproduċu l-ikel ma tistax tiġi appoġġjata għal din is-sustanza.

(6)

Għaldaqstant, l-annotazzjoni għat-tulatromiċina fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f'din id-Drettiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Mediċinali Veterinarji,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010 qed jiġi emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 152, 16.6.2009, p. 11.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 37/2010 tat-22 ta' Diċembru 2009 dwar is-sustanzi farmakoloġikament attivi u l-klassifikazzjoni tagħhom fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi fl-oġġetti tal-ikel li ġejjin mill-annimali (ĠU L 15, 20.1.2010, p. 1).


ANNESS

Fit-Tabella 1 tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 37/2010, l-entrata għas-sustanza tulatromiċina tinbidel b'dan li ġej:

Sustanza farmakoloġikament attiva

Residwu markatur

Speċijiet tal-Annimali

MRL

Tessuti fil-Mira

Dispożizzjonijiet Oħrajn (skont l-Artikolu 14(7) tar-Regolament (KE) Nru 470/2009)

Klassifikazzjoni terapewtika

“Tulatromiċina

(2R,3S,4R,5R,8R,10R,11R,12S, 13S,14R)-2-etil-3,4,10,13-tetra-idrossi-3,5,8,10,12,14-eżametil-11-[[3,4,6-trideossi-3-(dimetil-amino)-ß-D-ksilo-eżopiranosil]ossi]-1-oksa-6-azaċiklopent-dekan-15-on espress bħala ekwivalenti ta' tulatromiċina

Ovini, kaprini

450 μg/kg

Muskolu

Mhux għall-użu f'annimali li jipproduċu l-ħalib għall-konsum mill-bniedem

Aġenti kontra l-infezzjonijiet/Antibijotiċi”

250 μg/kg

Xaħam

5 400 μg/kg

Fwied

1 800 μg/kg

Kliewi

Bovini

300 μg/kg

Muskolu

200 μg/kg

Xaħam

4 500  μg/kg

Fwied

3 000  μg/kg

Kliewi

Porċini

800 μg/kg

Muskolu

300 μg/kg

Ġilda u xaħam fi proporzjonijiet naturali

4 000  μg/kg

Fwied

8 000  μg/kg

Kliewi


11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/4


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/395

tal-10 ta' Marzu 2015

li jniedi investigazzjoni dwar l-evażjoni possibbli ta' miżuri antidumping imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 fuq importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bl-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu kemxejn modifikati, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (ir-“Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3) u 14(5) tiegħu,

Wara li infurmat lill-Istati Membri,

Billi:

A.   TALBA

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba skont l-Artikolu 13(3) u 14(5) tar-Regolament Bażiku biex tinvestiga l-possibbiltà li kien hemm evażjoni tal-miżuri antidumping imposti fuq ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina bl-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu kemxejn modifikati, mibdula fil-piż jew fid-dijametru, bid-daqs trażversali tagħhom jaqbeż 4,0 mm iżda ma jaqbiżx 11,0-il mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni.

(2)

It-talba ġiet ippreżentata fis-26 ta' Jannar 2015 minn Plansee SE, produttur tal-Unjoni ta' ċerti wajers tal-molibdenu.

B.   PRODOTT

(3)

Il-prodott ikkonċernat mill-possibbiltà ta' evażjoni huwa wajer tal-molibdenu, li mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti minn molibdenu, b'daqs trażversali massimu li jaqbeż 1,35 mm imma ma jaqbiżx 4,0 mm, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, bħalissa kklassifikat bil-kodiċi NM ex 8102 96 00 (il-kodiċi TARIC 8102960011 u 8102960019) (“il-prodott ikkonċernat”). Dan huwa l-prodott li għalih il-miżuri fis-seħħ bħalissa japplikaw.

(4)

Il-prodott investigat għal possibbiltà evażjoni għandu l-istess karatteristiċi bħall-prodott ikkonċernat definit fil-premessa preċedenti, iżda huwa madankollu ippreżentat waqt l-importazzjoni b'daqs trażversali massimu li jaqbeż 4,0 mm imma ma jaqbiżx 11,0-il mm u li attwalment jaqa' taħt l-istess kodiċi NM bħall-prodott ikkonċernat iżda taħt kodiċi TARIC differenti (jiġifieri 8102960099 sad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament). Dan il-prodott joriġina wkoll mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. L-investigazzjoni ta' evażjoni possibbli tinkludi wkoll wajer tal-molibdenu li fih mill-inqas 97 % tal-piż jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta' molibdenu, b'daqs trażversali massimu li jaqbeż 4,0 mm imma ma jaqbiżx 11,0-il mm, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

Ċ.   MIŻURI EŻISTENTI

(5)

Il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa u possibiliment qed ikun hemm evażjoni tagħhom huma miżuri antidumping imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (2) (“il-miżuri eżistenti”). Wara investigazzjoni kontra l-evażjoni, fl-2012 dawn il-miżuri ġew estiżi għal importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu kkonsenjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Malasja kif ukoll jekk le (3). Wara investigazzjoni oħra kontra l-evażjoni, fl-2013 dawn il-miżuri ġew estiżi għal importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, li fih mill-inqas 97 % tal-piż jew aktar iżda inqas minn 99,95 % ta' molibdenu, b'daqs trażversali massimu li jaqbeż 1,35 mm imma ma jaqbiżx 4,0 mm, li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (4).

D.   RAĠUNIJIET

(6)

It-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima face li l-miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina qed ikun hemm evażjoni tagħhom permezz ta' importazzjonijiet tal-prodott investigat, u li jistgħu jibqgħu jiġu evitati b'modifikazzjoni żgħar oħra fil-piż u d-dijametru.

(7)

Iktar speċifikament, it-talba turi li seħħet bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ li jinvolvi esportazzjonijiet mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina lejn l-Unjoni wara l-impożizzjoni tad-dazju definittiv antidumping fuq il-prodott ikkonċernat impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010, mingħajr raġuni biżżejjed jew ġustifikazzjoni ekonomika għal bdil bħal dan għajr l-impożizzjoni tad-dazju.

(8)

It-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li din il-bidla ġejja mill-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat kemxejn modifikat, jiġifieri b'daqs trażversali massimu li jaqbeż 4,0 mm imma ma jaqbiżx 11,0-il mm, li mbagħad jinbidel fl-Unjoni fil-prodott ikkonċernat, jiġifieri d-daqs trażversali massimu jaqbeż 1,35 mm imma ma jaqbiżx 4,0 mm, bit-tfassil mill-ġdid tal-wajer għal daqs trażversali ta' 4,0 mm jew inqas. L-evidenza prima facie turi li ma hemm l-ebda raġuni adegwata jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-impożizzjoni tad-dazju għal tali prattika, proċess jew xogħol.

(9)

It-talba tinkludi wkoll biżżejjed evidenza prima facie li l-prodott investigat għandu l-istess karatteristiċi essenzjali u użi bħall-prodott ikkonċernat.

(10)

Barra minn hekk, it-talba fiha biżżejjed evidenza prima facie li l-effetti ta' rimedju tal-miżuri antidumping eżistenti fuq il-prodott ikkonċernat qed jiġu mminati kemm fil-kwantità kif ukoll fil-prezz. Volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet tal-prodott investigat jidher li ħadu post l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, hemm biżżejjed evidenza prima facie li l-importazzjonijiet tal-prodott investigat qed isiru bi prezzijiet aktar baxxi mill-prezz mhux dannuż stabbilit fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri eżistenti.

(11)

Finalment, it-talba tinkludi biżżejjed evidenza prima facie li l-prezzijiet tal-prodott investigat qegħdin ikunu oġġett ta' dumping fir-rigward tal-valur normali stabbilit qabel.

(12)

Jekk il-prattiki ta' evażjoni li huma koperti bl-Artikolu 13 tar-Regolament bażiku, għajr dawk imsemmija hawn fuq, jiġu identifikati fl-andament tal-investigazzjoni, l-investigazzjoni tista' tkopri dawn il-prattiki wkoll.

E.   PROĊEDURA

(13)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li teżisti biżżejjed evidenza biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku u li tagħmel l-importazzjonijiet tal-prodott investigat soġġetti għal reġistrazzjoni, b'konformità mal-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

(a)   Kwestjonarji

(14)

Sabiex tikseb tagħrif li tqis meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarji lill-esportaturi/produtturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa tal-esportaturi/produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta' importaturi fl-Unjoni u lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Kif xieraq, l-informazzjoni tista' tintalab ukoll mingħand l-industrija tal-Unjoni.

(15)

F'kull eventwalità, il-partijiet interessati kollha għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni minnufih, u mhux iktar tard mil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u jitolbu kwestjonarju fil-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament, sakemm il-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu 3(2) ta' dan ir-Regolament japplika għall-partijiet interessati kollha.

(16)

L-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina se jiġu nnotifikati bil-bidu tal-investigazzjoni.

(b)   Ġbir ta' informazzjoni u seduti ta' smigħ

(17)

Il-partijiet kollha interessati huma mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jipprovdu evidenza ta' sostenn. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, iżda biss jekk jagħmlu talba bil-miktub u juru li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

(c)   Eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri

(18)

B'konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, importazzjonijiet tal-prodott investigat jistgħu jiġu eżentati mir-reġistrazzjoni jew mill-miżuri jekk l-importazzjoni ma tkunx tikkostitwixxi evażjoni.

(19)

Filwaqt li l-limitu sa fejn l-evażjoni possibbli qiegħda ssir ġewwa u/jew barra mill-Unjoni hemm bżonn jiġi investigat, eżenzjonijiet jistgħu jingħataw, skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament bażiku, lil importaturi u/jew esportaturi/produtturi tal-prodott investigat li jistgħu juru li ma huma relatati (5) mal-ebda produttur soġġett għall-miżuri (6) u li jinstabu li mhumiex involuti fi prattiki ta' evażjoni kif iddefiniti fl-Artikoli 13(1) u 13(2) tar-Regolament bażiku. Importaturi u esportaturi/produtturi li jixtiequ jiksbu eżenżjoni għandhom iressqu talba b'sostenn xieraq ta' evidenza fil-limitu ta' żmien indikat fl-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

F.   REĠISTRAZZJONI

(20)

Skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, l-importazzjonijiet tal-prodott investigat ikunu soġġetti għal reġistrazzjoni sabiex ikun żgurat li, jekk l-investigazzjoni tikkonkludi li hemm evażjoni, ikun jista' jiġi impost ammont xieraq ta' dazji antidumping mid-data li fiha tkun ġiet imposta r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet bħal dawn.

G.   LIMITI TAŻ-ŻMIEN

(21)

Fl-interess ta' amministrazzjoni soda, għandhom jiġu ddikjarati limiti taż-żmien li matulhom:

partijiet interessati jistgħu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni, jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u jissottomettu r-risposti għall-kwestjonarju jew kull informazzjoni oħra li għandha tittieħed inkonsiderazzjoni matul l-investigazzjoni,

l-importaturi fl-Unjoni u l-esportaturi/produtturi jistgħu jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri,

partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni.

(22)

Tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju ta' ħafna mid-drittijiet proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku jiddependu mill-fatt li l-parti tippreżenta ruħha fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament.

H.   NUQQAS TA' KOOPERAZZJONI

(23)

F'każijiet li xi parti interessata tiċħad l-aċċess jew ma tagħtix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti taż-żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jintlaħqu konklużjonijiet, pożittivi jew negattivi, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, abbażi tal-fatti disponibbli.

(24)

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni ma tiġix meqjusa u jista' jsir użu mill-fatti disponibbli.

(25)

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss parzjalment, u r-riżultati jkunu għalhekk ibbażati fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista' jkun anqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

(26)

Nuqqas li tingħata risposta kompjuterizzata ma titqiesx li tikkostitwixxi nuqqas ta' kooperazzjoni, sakemm il-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tar-risposta kif mitlub tirriżulta f'piż żejjed mhux raġonevoli jew spiża addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tagħmel kuntatt mal-Kummissjoni immedjatament.

I.   ISKEDA TAL-INVESTIGAZZJONI

(27)

L-investigazzjoni tintemm, skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku, fi żmien disa' xhur mid-data li fiha jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament.

J.   PROĊESSAR TAD-DEJTA PERSONALI

(28)

Huwa nnutat li kull dejta personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

K.   UFFIĊJAL TAS-SEDUTA

(29)

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta fi proċedimenti kummerċjali. L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta' medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrevedi talbiet għall-aċċess tal-fajl, tilwim dwar il-kunfidenzjalità ta' dokumenti, talbiet għall-estensjoni tal-limiti taż-żmien u talbiet minn partijiet terzi għal smigħ. L-Uffiċjal tas-Seduta jista' jorganizza seduta ta' smigħ ma' parti interessata individwali u jagħmilha ta' medjatur sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament.

(30)

It-talba għal seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet tat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta se jagħti wkoll opportunitajiet biex isir smigħ li jinvolvi l-partijiet u li jippermetti li jitressqu fehmiet differenti u argumenti kuntrarji.

(31)

Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni tal-internet tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tnediet investigazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, sabiex jiġi determinat jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' wajer tal-molibdenu, li mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, b'daqs trażversali massimu li jaqbeż 4,0 mm imma ma jaqbiżx 11,0-il mm u li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 8102 96 00 (il-kodiċi TARIC 8102960020) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u jekk l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' wajer tal-molibdenu, li mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jew aktar iżda inqas minn 99.95 % jikkonsisti f'molibdenu, b'daqs trażversali massimu li jaqbeż 4,0 mm imma ma jaqbiżx 11,0-il mm u li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 8102 96 00 (il-kodiċi TARIC 8102960040) li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, humiex qed jevitaw il-miżuri imposti mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010.

Artikolu 2

L-awtoritajiet Doganali, skont l-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, se jieħdu l-passi xierqa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet fl-Unjoni identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament.

Ir-reġistrazzjoni tiskadi disa' xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni tista', permezz ta' regolament, titlob lill-awtoritajiet Doganali jwaqqfu r-reġistrazzjoni ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' prodotti manifatturati minn esportaturi/produtturi li jkunu applikaw għal eżenzjoni mir-reġistrazzjoni u li jkun instab li jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata eżenzjoni.

Artikolu 3

1.   Il-kwestjonarji jridu jintalbu mill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.   Biex ir-rappreżentazzjonijiet tagħhom jiġu kkunsidrati waqt l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jridu jippreżentaw ruħhom billi jikkuntattjaw lill-Kummissjoni, jippreżentaw il-fehmiet tagħhom bil-miktub u jressqu t-tweġibiet għall-kwestjonarju jew kwalunkwe informazzjoni oħra fi żmien 37 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, sakemm mhux speċifikat mod ieħor.

3.   L-importaturi tal-Unjoni u l-esportaturi/produtturi li qed jitolbu eżenzjoni mir-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet jew mill-miżuri, iridu iressqu talba sostnuta b'evidenza xierqa fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

4.   Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw sabiex jinstemgħu mill-Kummissjoni fl-istess limitu taż-żmien ta' 37 jum.

5.   L-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni għall-fini tal-investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ hija ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jissottomettu lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew dejta li hija soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta' terzi persuni, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet li jippermetti b'mod espliċitu a) li l-Kummissjoni tuża l-informazzjoni u d-dejta għall-iskop ta' dan il-proċediment ta' difiża ta' kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-dejta lill-partijiet interessati għal din l-investigazzjoni f'forma li tippermettilhom li jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom.

6.   Is-sottomissjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f'dan ir-Regolament, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom ikun intalab trattament kunfidenzjali jiġu mmarkati “Ristrett” (8).

7.   Partijiet interessati li jagħtu tagħrif “Ristrett” huma mitluba jipprovdu taqsiriet mhux kunfidenzjali tiegħu skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”. Dawn it-taqsiriet għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b'mod kunfidenzjali. Jekk parti interessata li tippreżenta informazzjoni kunfidenzjali ma tipprovdix taqsira mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u l-kwalità mitluba, din l-informazzjoni tista' tiġi injorata.

8.   Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu s-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha permezz tal-posta elettronika inklużi dokumenti ta' prokuri u ta' ċertifikazzjoni skennjati, bl-eċċezzjoni ta' tweġibiet voluminużi li jiġu ppreżentati fuq CD-ROM jew DVD bl-idejn jew permezz ta' ittra rreġistrata. Meta jużaw il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f'każijiet relatati mad-difiża tal-kumerċ) ippubblikat fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u jiżguraw li l-indirizz elettroniku pprovdut ikun indirizz elettroniku tax-xogħol uffiċjali li jiffunzjona u li jiġi kkonsultat kuljum. Ladarba d-dettalji ta' kuntatt ikunu stabbiliti, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz tal-posta elettronika biss, sakemm ma jkunx hemm talba speċifika li d-dokumenti kollha mill-Kummissjoni jintbagħtu b' mezz ieħor ta' komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li għandu jintbagħat ma jkunx jeħtieġ l-użu ta' posta rreġistrata. Għal aktar regoli u informazzjoni dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni inklużi l-prinċipji li japplikaw għas-sottomissjonijiet bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta' komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate General for Trade

Directorate H

Office: CHAR 04/039

1040 Brussels

BELGIUM

Posta Elettronika: TRADE-MOWI-R613-CIRCUMVENTION@ec.europa.eu

Artikolu 4

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 511/2010 tal-14 ta' Ġunju 2010 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti wajers tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 17).

(3)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 14/2012 tad-9 ta' Jannar 2012 li jestendi dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti fili tal-molibdenu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għall-importazzjonijiet ta' ċerti fili tal-molibdenu kkonsenjati mill-Malasja, sew jekk iddikjarati li joriġinaw fil-Malasja u l-Isvizzera u sew jekk le u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet konsenjati mill-Isvizzera (ĠU L 8, 12.1.2012, p. 22).

(4)  Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 871/2013 tat-2 ta' Settembru 2013 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 511/2010 fuq importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, b'mill-inqas 99,95 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, b'dimensjoni trażversali massima li taqbeż 1,35 mm iżda ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għal importazzjonijiet ta' wajer tal-molibdenu, b'mill-inqas 97 % tal-piż tiegħu jikkonsisti f'molibdenu, b'dimensjoni trasversali massima li taqbeż 1,35 mm iżda ma taqbiżx 4,0 mm, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 243, 12.9.2013, p. 2).

(5)  B'konformità mal-Artikolu 143 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1.), il-persuni jitqiesu relatati biss jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozji ta' xulxin; (b) ikunu legalment rikonoxxuti bħala sħab fin-negozju; (c) ikunu impjegatur u impjegat; (d) kull persuna li direttament jew indirettament tippossjedi, tikkontrolla jew ikollha 5 % jew aktar tal-ishma jew ta' kwoti ta' ishma li jivvutaw jew tat-tnejn; (e) wieħed minnhom, direttament jew indirettament jikkontrolla lill-ieħor; (f) it-tnejn li huma huma direttament jew indirettament ikkontrollati minn terza persuna; (g) flimkien huma direttament jew indirettament jikkontrollaw terza persuna; jew (h) huma membri tal-istess familja. Persuni jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja fil-każ biss li jkollhom waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk tal-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nanniet u neputijiet, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenituri u ulied tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F'dan il-kuntest “persuna” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika.

(6)  Madankollu, anki jekk il-produtturi huma relatati skont kif imsemmi hawn fuq ma' kumpaniji soġġetti għall-miżuri stabbiliti fuq l-importazzjonijiet li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (il-miżuri antidumping oriġinali), xorta waħda tista' tingħata eżenzjoni jekk ma jkunx hemm evidenza li r-relazzjoni mal-kumpaniji soġġetti għall-miżuri oriġinali kienet stabbilita jew użata biex ikun hemm evażjoni tal-miżuri oriġinali.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(8)  Dokument “Ristrett” huwa dokument meqjus kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim Antidumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/396

tal-10 ta' Marzu 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Marzu 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

65,4

MA

85,7

TR

90,1

ZZ

80,4

0707 00 05

JO

229,9

MA

182,1

TR

172,8

ZZ

194,9

0709 93 10

MA

120,3

TR

190,2

ZZ

155,3

0805 10 20

EG

50,1

IL

73,1

MA

55,3

TN

54,4

TR

69,7

ZZ

60,5

0805 50 10

TR

56,5

ZZ

56,5

0808 10 80

BR

69,4

CA

85,3

CL

95,0

MK

23,6

US

177,9

ZZ

90,2

0808 30 90

AR

117,8

CL

133,3

CN

90,9

ZA

111,1

ZZ

113,3


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/12


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/397

tal-5 ta' Marzu 2015

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati relevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward ta' proposti għal emendi għar-Regolamenti tan-NU Nri 3, 7, 13, 19, 23, 37, 38, 41, 43, 45, 48, 50, 51, 53, 55, 59, 75, 78, 86, 98, 99, 106, 107, 110, 112, 113, 117, 119, 123, 128, 129, dwar l-Emenda 2 tal-GTR Nru 3 tan-NU fir-rigward tal-ibbrejkjar tal-muturi, u dwar l-Emenda 3 tal-GTR Nru 4 tan-NU fir-rigward tal-proċedura taċ-Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE (1), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE (2), l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”).

(3)

Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) issostitwixxiet is-sistemi ta' approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta' approvazzjoni tal-Unjoni, li tistabbilixxi qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn mindu ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU qegħdin jieħdu post il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dejjem aktar fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)

Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti permezz tar-Regolamenti tan-NU Nri 3, 7, 13, 19, 23, 37, 38, 41, 43, 45, 48, 50, 51, 53, 55, 59, 75, 78, 86, 98, 99, 106, 107, 110, 112, 113, 117, 119, 123, 128, 129, permezz tal-GTR Nru 3 tan-NU fir-rigward tal-ibbrejkjar tal-muturi, u permezz tal-GTR Nru 4 tan-NU fir-rigward tal-proċedura taċ-Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty, jeħtieġu li jiġu adattati.

(5)

Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel dwar l-adozzjoni ta' dawk l-atti tan-NU,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel fl-10 sat-13 ta' Marzu 2015 għandha tkun li tivvota favur l-atti tan-NU elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

D. REIZNIECE-OZOLA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 bil-għan ta' adeżjoni tal-Komunità Ewropea għall-Ftehima tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, għal tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu fuq u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għal rikonoxximent reċiproku ta' approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet (“Il-Ftehim tal-1958 Rivedut”) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

(3)  Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).


ANNESS

Proposta għas-Suppliment 16 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 3 (Apparati ta' retroriflessjoni).

ECE/TRANS/WP.29/2015/14

Proposta għas-Suppliment 24 tas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 7 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien u x-xifer aħħari).

ECE/TRANS/WP.29/2015/15

Proposta għas-Suppliment 13 tas-serje 11 ta' emendi tar-Regolament Nru 13 (Ibbrejkjar ta' vetturi tqal)

ECE/TRANS/WP.29/2015/6

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 19 (Fanali ta' quddiem ta' kontra ċ-ċpar)

ECE/TRANS/WP.29/2015/16

Proposta għas-Suppliment 20 tar-Regolament Nru 23 (Fanali tar-rivers)

ECE/TRANS/WP.29/2015/17

Proposta għas-Suppliment 44 tas-serje 03ta' emendi tar-Regolament Nru 37 (Fanali bil-filament)

ECE/TRANS/WP.29/2015/18

Proposta għas-Suppliment 17 tar-Regolament Nru 38 (Fanali taċ-ċpar ta' wara)

ECE/TRANS/WP.29/2015/19

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 41 (Emissjonijiet ta' ħsejjes tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2015/2

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 43 (Ħġieġ tas-sikurezza).

ECE/TRANS/WP.29/2015/11

Corrigendum 5 tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 43 (Ħġieġ tas-sikurezza)

ECE/TRANS/WP.29/2015/34

Proposta għas-Suppliment 9 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 45 (Naddafa tal-fanali ta' quddiem)

ECE/TRANS/WP.29/2015/20

Proposta għas-Suppliment 6 tas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2015/21

ECE/TRANS/WP.29/2015/21/Corr.1

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2015/22

ECE/TRANS/WP.29/2015/22/Corr.1

Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje 04 ta' emendi tar-Regolament Nru 48 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl)

ECE/TRANS/WP.29/2015/23

ECE/TRANS/WP.29/2015/23/Corr.1

Proposta għas-Suppliment 17 għar-Regolament Nru 50 (Fanali tal-pożizzjoni, tal-waqfien, li jindikaw id-direzzjoni għal ċiklomuturi u muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2015/24

Proposta għas-serje 03 ta' emendi tar-Regolament Nru 51 (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N)

ECE/TRANS/WP.29/2015/3

Proposta għas-Suppliment 15 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 53 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal vetturi L3)

ECE/TRANS/WP.29/2015/25

ECE/TRANS/WP.29/2015/25/Corr.1

ECE/TRANS/WP.29/2015/25/Corr.2

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 55 (Perni mekkaniċi)

ECE/TRANS/WP.29/2015/7

Proposta għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 59 (Sistemi ta' silenzjament għall-bidla)

ECE/TRANS/WP.29/2015/4

Proposta għas-Suppliment 15 tar-Regolament Nru 75 (It-tajers għall-muturi/il-mopeds)

ECE/TRANS/WP.29/2015/8

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament Nru 78 (Ibbrejkjar ta' vetturi tal-kategorija L)

ECE/TRANS/WP.29/2015/9

Proposta għas-Suppliment 6 tar-Regolament Nru 86 (Installazzjoni ta' apparati ta' tidwil u ta' sinjalazzjoni bid-dawl għal tratturi agrikoli)

ECE/TRANS/WP.29/2015/26

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 98 (Fanali ta' quddiem b'sorsi ta' dawl li jarmu l-gass)

ECE/TRANS/WP.29/2015/27

Proposta għas-Suppliment 10 tar-Regolament Nru 99 (Sorsi tad-dawl li jarmu l-gass)

ECE/TRANS/WP.29/2015/28

Proposta għas-Suppliment 12 tal-emendi tar-Regolament Nru 106 (Tajers għall-vetturi għall-agrikoltura)

ECE/TRANS/WP.29/2015/10

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (vetturi M2 u M3).

ECE/TRANS/WP.29/2014/77

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 05 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (vetturi M2 u M3).

ECE/TRANS/WP.29/2015/12

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 06 ta' emendi tar-Regolament Nru 107 (vetturi M2 u M3).

ECE/TRANS/WP.29/2015/44

Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 110 (Vetturi tas-CNG/LNG),

ECE/TRANS/WP.29/2015/13

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 112 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ għaddieni assimetriku)

ECE/TRANS/WP.29/2015/29

Proposta għas-Suppliment 5 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 113 (Fanali ta' quddiem li jitfgħu raġġ tal-passaġġ simmetriku)

ECE/TRANS/WP.29/2015/30

Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 02 ta' emendi tar-Regolament Nru 117 (Tajers — reżistenza għad-dawrien u l-ħsejjes fid-dawrien, l-irbit fiż-żliq)

ECE/TRANS/WP.29/2015/5

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta' emendi tar-Regolament Nru 119 (Fanali għall-kantunieri)

ECE/TRANS/WP.29/2015/31

Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 123 (Sistemi Adattivi tad-dawl ta' Quddiem (AFS))

ECE/TRANS/WP.29/2015/32

Proposta għas-Suppliment 4 tar-Regolament Nru 128 (Sorsi tad-dawl LED)

ECE/TRANS/WP.29/2015/33

ECE/TRANS/WP.29/2015/33/Corr.1

Proposta għas-Suppliment 4 tar-Regolament Nru 129 (Sistema Msaħħa ta' Trażżin tat-Tfal)

ECE/TRANS/WP.29/2015/43


Emenda 2 għar-Regolament tekniku globali Nru 3 (Ibbrejkjar tal-muturi)

ECE/TRANS/WP.29/2015/38

ECE/TRANS/WP.29/2015/39

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/37

Emenda 3 għar-Regolament tekniku globali Nru 4 (proċedura ta' Ċertifikazzjoni Mondjali għall-Vetturi Heavy-Duty (WHDC))

ECE/TRANS/WP.29/2014/84

ECE/TRANS/WP.29/2014/85

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/29

ECE/TRANS/WP.29/AC.3/38


11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/16


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/398

tat-13 ta' Frar 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2008/185/KE dwar l-inklużjoni tal-Ungerija fil-lista tal-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky

(notifikata bid-dokument C(2015) 718)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964, dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula r-regoli applikabbli għall-kummerċ ta' annimali bovini u suwini fl-Unjoni. L-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva jistipula l-kriterji għall-approvazzjoni ta' programmi nazzjonali ta' kontroll obbligatorji għal ċertu mard li jittieħed malajr ħafna, fosthom il-marda ta' Aujeszky. Barra minn hekk, l-Artikolu 10 ta' dik id-Direttiva jipprevedi li fejn Stat Membru iqis li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn tali mard, inkluża l-marda ta' Aujeszky, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' prova rilevanti lill-Kummissjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE (2) tistabbilixxi l-garanziji addizzjonali għall-moviment ta' qżieqeż bejn Stat Membru u ieħor. Dawk il-garanziji huma marbuta mal-klassifikazzjoni tal-Istati Membri skont l-istatus tal-marda ta' Aujeszky fihom.

(3)

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2008/185/KE jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u fejn it-tilqim huwa pprojbit. L-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni jelenka l-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom fejn jinsabu fis-seħħ programmi nazzjonali ta' kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky.

(4)

Attwalment l-Ungerija qiegħda elenkata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, bħala Stat Membru jew reġjun ta' Stat Membru li fih ġew implimentati programmi nazzjonali ta' kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky.

(5)

L-Ungerija issa ressqet id-dokumentazzjoni ġustifikattiva li ssostni l-applikazzjoni tagħha biex tiddikjara li l-Ungerija hija ħielsa mill-marda ta' Aujeszky.

(6)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni ġustifikattiva mressqa mill-Ungerija, jixraq li l-Ungerija ma tibqax elenkata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE, iżda minflok tiġi elenkata fl-Anness I tagħha.

(7)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2008/185/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2008/185/KE huma sostitwiti bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/185/KE tal-21 ta' Frar 2008 dwar garanziji addizzjonali f'kummerċ intra-Komunitarju tal-majjal rigward il-marda ta' Aujeszky, u kriterji sabiex jipprovdu informazzjoni dwar din il-marda (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19).


ANNESS

ANNESS I

L-Istati Membri jew ir-reġjuni tagħhom li huma ħielsa mill-marda ta' Aujeszky u fejn huwa pprojbit it-tilqim

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

BE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

DK

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

DE

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha

IE

L-Irlanda

Ir-reġjuni kollha

FR

Franza

Id-dipartimenti ta' Ain, Aisne, Allier, Alpes-de-Haute-Provence, Alpes-Maritimes, Ardèche, Ardennes, Ariège, Aube, Aude, Aveyron, Bas-Rhin, Bouches-du-Rhône, Calvados, Cantal, Charente, Charente-Maritime, Cher, Corrèze, Côte-d'Or, Côtes-d'Armor, Creuse, Deux-Sèvres, Dordogne, Doubs, Drôme, Essonne, Eure, Eure-et-Loir, Finistère, Gard, Gers, Gironde, Hautes-Alpes, Hauts-de-Seine, Haute Garonne, Haute-Loire, Haute-Marne, Hautes-Pyrénées, Haut-Rhin, Haute-Saône, Haute-Savoie, Haute-Vienne, Hérault, Ille-et-Vilaine, Indre, Indre-et-Loire, Isère, Jura, Landes, Loire, Loire-Atlantique, Loir-et-Cher, Loiret, Lot, Lot-et-Garonne, Lozère, Maine-et-Loire, Manche, Marne, Mayenne, Meurthe-et-Moselle, Meuse, Morbihan, Moselle, Nièvre, Nord, Oise, Orne, Paris, Pas de Calais, Pyrénées-Atlantiques, Pyrénées-Orientales, Puy-de-Dôme, Réunion, Rhône, Sarthe, Saône-et-Loire, Savoie, Seine-et-Marne, Seine-Maritime, Seine-Saint-Denis, Somme, Tarn, Tarn-et-Garonne, Territoire de Belfort, Val-de-Marne, Val-d'Oise, Var, Vaucluse, Vendée, Vienne, Vosges, Yonne, Yvelines

IT

L-Italja

Il-provinċja ta' Bolzano

CY

Ċipru

Ir-reġjuni kollha

LU

Il-Lussemburgu

Ir-reġjuni kollha

HU

L-Ungerija

Ir-reġjuni kollha

NL

In-Netherlands

Ir-reġjuni kollha

AT

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

SI

Is-Slovenja

Ir-reġjuni kollha

SK

Is-Slovakkja

Ir-reġjuni kollha

FI

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

SE

L-Iżvezja

Ir-reġjuni kollha

UK

Ir-Renju Unit

Ir-reġjuni kollha

ANNESS II

L-Istati Membri jew reġjuni tagħhom fejn hemm fis-seħħ programmi nazzjonali ta' kontroll approvati għall-qerda tal-marda ta' Aujeszky

Kodiċi ISO

Stat Membru

Reġjuni

ES

Spanja

Ir-reġjuni kollha

PL

Il-Polonja

Ir-reġjuni kollha


Rettifika

11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/20


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/256/UE tat-2 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE għal prodotti tal-karta ttrasformata

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 135 tat-8 ta' Mejju 2014 )

F'paġna 45, il-Kriterju 4:

minflok:

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati tat-testijiet tar-riċiklabbiltà għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma, kif ukoll tal-kapaċità li jitneħħew l-adeżivi. Il-metodi ta' ttestjar ta' referenza huma l-metodu PTS-RH 021/97 (għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma), il-Metodu INGEDE 12 (għat-tneħħija tal-adeżivi mhux solubbli), jew metodi ta' ttestjar ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodotti tal-karta ttrasformata miksija u laminati huma konformi mal-punt 3(c). Fejn parti minn prodott tal-karta ttrasformata tkun tista' titneħħa faċilment (ngħidu aħna, l-iżbarra tal-metall ġo suspension file jew għata tal-plastik jew għata li tista' terġa tintuża ta' pitazz), it-test tar-riċiklabbiltà jista' jsir mingħajr dan il-komponent. Il-kapaċità li jitneħħew faċilment il-komponenti mhux tal-karta għandha tkun provata b'dikjarazzjoni mill-impriża tal-ġbir tal-karta, mill-impriża tar-riċiklaġġ jew minn organizzazzjoni ekwivalenti. Jistgħu jintużaw ukoll metodi ta' ttestjar li juru riżultati ekwivalenti, imwettqa minn parti terza kompetenti u indipendenti.”

aqra:

Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi r-riżultati tat-testijiet tar-riċiklabbiltà għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma, kif ukoll tal-kapaċità li jitneħħew l-adeżivi. Il-metodi ta' ttestjar ta' referenza huma l-metodu PTS-RH 021/97 (għall-aġenti tar-reżistenza għall-ilma), il-Metodu INGEDE 12 (għat-tneħħija tal-adeżivi mhux solubbli), jew metodi ta' ttestjar ekwivalenti. L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li l-prodotti tal-karta ttrasformata miksija u laminati huma konformi mal-punt 4(c). Fejn parti minn prodott tal-karta ttrasformata tkun tista' titneħħa faċilment (ngħidu aħna, l-iżbarra tal-metall ġo suspension file jew għata tal-plastik jew għata li tista' terġa tintuża ta' pitazz), it-test tar-riċiklabbiltà jista' jsir mingħajr dan il-komponent. Il-kapaċità li jitneħħew faċilment il-komponenti mhux tal-karta għandha tkun provata b'dikjarazzjoni mill-impriża tal-ġbir tal-karta, mill-impriża tar-riċiklaġġ jew minn organizzazzjoni ekwivalenti. Jistgħu jintużaw ukoll metodi ta' ttestjar li juru riżultati ekwivalenti, imwettqa minn parti terza kompetenti u indipendenti.”


11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/20


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 477/2014 tat-12 ta' Mejju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 137 tat-12 ta' Mejju 2014 )

F'paġna 3, Artikolu 1:

minflok:

“Artikolu 1

Il-persuni u entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.”

aqra:

“Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal l-intestatura ‘Persuni’ wara l-intestatura eżistenti ‘Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikolu 2’;

(b)

wara l-lista eżistenti ta' persuni, tiddaħħal l-intestatura ta' Taqsima ġdida msejħa ‘Entitajiet’;

(c)

il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mat-Taqsima relevanti tal-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.”


11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/21


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/265/PESK tat-12 ta' Mejju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 137 tat-12 ta' Mejju 2014 )

F'paġna 10, l-Artikolu 2:

minflok:

“Artikolu 2

Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.”

aqra:

“Artikolu 2

L-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK huwa emendat kif ġej:

(a)

tiddaħħal l-intestatura ‘Persuni’ wara l-intestatura eżistenti ‘Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmijin fl-Artikoli 1 u 2’;

(b)

wara l-lista eżistenti ta' persuni, tiddaħħal l-intestatura ta' Taqsima ġdida msejħa ‘Entitajiet’;

(c)

il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mat-Taqsima relevanti tal-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.”


11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/21


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 810/2014 tal-25 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdagħjfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 221 tal-25 ta' Lulju 2014 )

F'paġna 5, Taqsima II tal-Anness:

minflok:

“II.

Entitajiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina”

aqra:

“II.

Entitajiet”

F'paġna 8, Taqsima III tal-Anness:

l-intestatura tat-Taqsima: “III. Entitajiet li s-sjieda tagħhom ġiet trasferita kontrarjament għal-liġi Ukraina” hija mħassra;

l-entitajiet fit-Taqsima III huma remunerati billi jibdew min-numru 10.


11.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 66/22


Rettifika għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/499/PESK tal-25 ta' Lulju 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 221 tal-25 ta' Lulju 2014 )

F'paġna 20, Taqsima II tal-Anness:

minflok:

“II.

Entitajiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina”

aqra:

“II.

Entitajiet”

F'paġna 23, Taqsima III tal-Anness:

l-intestatura tat-Taqsima: “III. Entitajiet li s-sjieda tagħhom ġiet trasferita kontrarjament għal-liġi Ukraina” hija mħassra;

l-entitajiet fit-Taqsima III huma renumerati billi jibdew min-numru 10.