|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/357
tal-5 ta' Marzu 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fil-kuntest tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014. |
|
(2) |
Fuq il-bażi ta' rieżami mill-Kunsill, l-entrati għal tmintax-il persuna għandhom jiġu emendati. |
|
(3) |
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
ANNESS
“ANNESS I
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Viktor Fedorovych Yanukovych (Віктор Федорович Янукович), Viktor Fedorovich Yanukovich (Виктор Фёдорович Янукович) |
imwieled fid-9 ta' Lulju 1950f'Yenakiieve (Donetsk oblast), eks President tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
2. |
Vitalii Yuriyovych Zakharchenko (Віталій Юрійович Захарченко), Vitaliy Yurievich Zakharchenko (Виталий Юрьевич Захарченко) |
imwieled fl-20 ta' Jannar 1963, f'Kostiantynivka (Donetsk oblast) eks Ministru għall-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
3. |
Viktor Pavlovych Pshonka (Віктор Павлович Пшонка) |
imwieled fis-6 ta' Frar 1954 f'Serhiyivka (Donetsk oblast), eks Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
4. |
Olena Leonidivna Lukash (Олена Леонідівна Лукаш), Elena Leonidovna Lukash (Елена Леонидовна Лукаш) |
imwielda fit-12 ta' Novembru 1976 f'Rîbnița (il-Moldova), eks Ministru għall-Ġustizzja |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukreni għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għaliha nnifisha jew għal terza parti u li b'hekk ikkawżat telf ta' fondi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
5. |
Andrii Petrovych Kliuiev (Андрій Петрович Клюєв), Andriy Petrovych Klyuyev |
imwieled fit-12 ta' Awwissu 1964 f'Donetsk, eks-Kap tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-uffiċċju minn uffiċjal b'kariga pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti, u b'hekk ikkawża telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
6. |
Viktor Ivanovych Ratushniak (Віктор Іванович Ратушняк) |
imwieled fis-16 ta' Ottubru 1959, eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan |
6.3.2014 |
|
7. |
Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Олександр Вікторович Янукович) |
imwieled fl-10 ta' Lulju 1973f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
8. |
Viktor Viktorovych Yanukovych (Віктор Вікторович Янукович) |
imwieled fis-16 ta' Lulju 1981f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, Membru tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. Persuna assoċjata ma' persuna identifikata (l-eks President tal-Ukrajna, Viktor Fedorovych Yanukovyich) soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
9. |
Artem Viktorovych Pshonka (Артем Вікторович Пшонка) |
imwieled fid-19 ta' Marzu 1976f'Kramatorsk (Donetsk oblast), iben l-eks Prosekutur Ġenerali, Viċi Kap tal-fazzjoni tal-Partit tar-Reġjuni fil-Verkhovna Rada tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan. |
6.3.2014 |
|
10. |
Serhii Petrovych Kliuiev (Сергій Петрович Клюєв), Serhiy Petrovych Klyuyev |
imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969 f'Donetsk, ħu s-Sur Andrii Kliuiev, negozjant |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u fl-abbuż tal-uffiċċju pubbliku bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. Persuna assoċjata ma' persuna identifikata (Andrii Petrovych Kliuiev) soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
6.3.2014 |
|
11. |
Mykola Yanovych Azarov (Микола Янович Азаров), Nikolai Yanovich Azarov (Николай Янович Азаров) |
imwieled fis-17 ta' Diċembru 1947 f' Kaluga (ir-Russja), Prim Ministru tal-Ukrajna sa Jannar 2014 |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
12. |
Serhiy Vitaliyovych Kurchenko (Сергій Віталійович Курченко) |
imwieled fil-21 ta' Settembru 1985 f' Kharkiv, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
13. |
Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk (Дмитро Володимирович Табачник) |
imwieled fit-28 ta' Novembru 1963 fi Kiev, eks Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
14. |
Raisa Vasylivna Bohatyriova (Раїса Василівна Богатирьова), Raisa Vasilievna Bogatyreva (Раиса Васильевна Богатырёва) |
imwielda fis-6 ta' Jannar 1953 f'Bakal (Chelyabinsk oblast, ir-Russja), eks Ministru għas-Saħħa |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
6.3.2014 |
|
15. |
Serhiy Hennadiyovych Arbuzov (Сергій Геннадійович Арбузов), Sergei Gennadievich Arbuzov (Сергей Геннадиевич Арбузов) |
imwieled fl-24 ta' Marzu 1976f'Donetsk, eks Prim Ministru tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
15.4.2014 |
|
16. |
Yuriy Volodymyrovych Ivanyushchenko (Юрій Володимирович Іванющенко) |
imwieled fil-21 ta' Frar 1959f'Yenakiieve (Donetsk oblast), Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
15.4.2014 |
|
17. |
Oleksandr Viktorovych Klymenko (Олександр Вікторович Клименко) |
imwieled fis-16 ta' Novembru 1980 f'Makiivka (Donetsk oblast), eks Ministru għad-Dħul u l-Ħlasijiet |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. |
15.4.2014 |
|
18. |
Edward Stavytskyi, Eduard Anatoliyovych Stavytsky (Едуард Анатолійович Ставицький) |
imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972 f' Lebedyn (Sumy oblast), eks Ministru għall-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukrajna Irrappurtat li hu residenti f'Iżrael. Madankollu, għadu fil-pussess taċ-ċittadinanza Ukrajna tiegħu |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
15.4.2014” |
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/5 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/358
tat-3 ta' Marzu 2015
li japprova modifika mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni reġistrata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Cereza del Jerte (DPO)]
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
B'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Spanja għall-approvazzjoni ta' modifika tal-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Cereza del Jerte”, reġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/2007 (2). |
|
(2) |
Peress li l-modifika mitluba mhix minuri fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat l-applikazzjoni tal-modifika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) skont l-Artikolu 50(2)(a) ta' dan ir-Regolament. |
|
(3) |
Ladarba l-Kummissjoni ma rċeviet ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-modifika tal-ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi approvata. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-modifika tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li tikkonċerna d-denominazzjoni “Cereza del Jerte” (DPO) hija b'dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1485/2007 tal-14 ta' Diċembru 2007 li jirreġistra ċerti denominazzjonijiet fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Carne de Bísaro Transmontano jew Carne de Porco Transmontano (DPO), Szegedi szalámi jew Szegedi téliszalámi (DPO), Pecorino di Filiano (DPO), Cereza del Jerte (DPO), Garbanzo de Fuentesaúco (IĠP), Lenteja Pardina de Tierra de Campos (IĠP), Λουκούμι Γεροσκήπου (Loukoumi Geroskipou) (IĠP), Skalický trdelník (IĠP)) (ĠU L 330, 15.12.2007, p. 13).
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/359
tal-4 ta' Marzu 2015
li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1) u l-Anness II il-punt (d), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
|
(2) |
Miżuri ta' implimentazzjoni jiddeterminaw id-dejta u l-metadejta li għandha tingħata dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa u l-perjodi ta' referenza, l-intervalli u l-limiti ta' żmien għall-forniment tad-dejta. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, twettqet analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji, li tqis il-benefiċċji tad-disponibbiltà tad-dejta dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa fir-rigward tal-ispiża tal-ġbir tad-dejta, li l-Istati Membri ilhom iwettqu fuq bażi volontarja mill-2005 skont il-prinċipji stabbiliti mis-Sistema tal-Kontijiet tas-Saħħa, u l-piż fuq l-Istati Membri. Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, fl-2013 u fl-2014, il-Kummissjoni bdiet studji pilota li tlestew fuq bażi volontarja mill-Istati Membri. Il-Kummissjoni ddiskutiet il-ħtiġijiet tal-utenti mal-Istati Membri f'diversi laqgħat. Id-disponibbiltà ta' dejta madwar l-UE x'aktarx li se tkun ta' benefiċċju kbir għal deċiżjonijiet dwar is-saħħa u l-politika soċjali. |
|
(4) |
Sabiex tiġi żgurata r-rilevanza u l-komparabbiltà tad-dejta, il-manwal tas-Sistema ta' Kontijiet tas-Saħħa 2011 (2), li ġie prodott b'mod konġunt mill-Kummissjoni (Eurostat), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku (OECD) u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) u li jistabbilixxi l-kunċetti, id-definizzjonijiet u l-metodi għall-ipproċessar tad-dejta dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa, għandu jifforma l-bażi għall-kwestjonarju dettaljat u l-linji gwida li jakkumpanjawha użati f'eżerċizzju ta' ġbir ta' dejta annwali konġunt imwettaq minn dawn it-tliet korpi. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika Ewropea fil-qasam tal-infiq u l-finanzjament għall-kura tas-saħħa, wieħed mis-suġġetti għall-istatistika dwar il-kura tas-saħħa fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008.
Artikolu 2
Id-definizzjonijiet li għandhom jintużaw fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta fuq l-oqsma speċifikati fl-Anness II.
Artikolu 4
(1) L-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta meħtieġa u l-metadejta ta' referenza standard assoċjata fuq bażi annwali. Il-perjodu ta' referenza gћandu jkun is-sena kalendarja.
(2) Id-dejta u l-metadejta ta' referenza għas-sena ta' referenza N għandhom jintbagħtu sat-30 ta' April N+2.
(3) Id-dejta u l-metadejta ta' referenza għandhom jiġu pprovduti lill-Kummissjoni (Eurostat) bis-servizzi tal-punt tad-dħul uniku jew għandhom ikunu disponibbli għall-irkupru mill-Kummissjoni (Eurostat) b'mezzi elettroniċi fuq bażi annwali.
(4) L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun l-2014.
(5) L-aħħar sena ta' referenza għandha tkun l-2020.
(6) B'deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu d-dejta u l-metadejta ta' referenza għas-sena ta' referenza 2014 sal-31 ta' Mejju 2016.
Artikolu 5
(1) L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta fil-livell ta' aggregazzjoni speċifikat fl-Anness II.
(2) L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-metadejta ta' referenza meħtieġa, b'mod partikolari dwar is-sorsi tad-dejta, il-kopertura tagħhom u l-metodi ta' kompilazzjoni użati, informazzjoni dwar karatteristiċi ta' infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa nazzjonali speċifiċi għall-Istati Membri li jiddevjaw minn definizzjonijiet provduti fl-Anness I, ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali fejn din tifforma l-bażi għal infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa, kif ukoll informazzjoni dwar kwalunkwe tibdil fil-kunċetti statistiċi msemmija hawnhekk.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.
(2) OECD, Eurostat, WHO (2011), Sistema ta' Kontijiet tas-Saħħa, Pubblikazzjoni tal-OECD, doi: 10.1787/9789264116016-en
ANNESS I
Definizzjonijiet
|
1. |
“Kura tas-saħħa” tfisser l-attivitajiet kollha bl-għan ewlieni li jitejjeb u jinżamm l-istat tas-saħħa ta' persuni u li jiġi pprevenut id-deterjorament tiegħu u li jittaffew il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' saħħa permezz tal-applikazzjoni ta' għarfien tas-saħħa kkwalifikat; |
|
2. |
“Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa” tfisser in-nefqa tal-konsum aħħari ta' unitajiet residenti fuq prodotti u servizzi għall-kura tas-saħħa, inklużi l-prodotti u s-servizzi għall-kura tas-saħħa pprovduti direttament lil persuni individwali kif ukoll is-servizzi tal-kura tas-saħħa kollettivi; |
|
3. |
“Funzjonijiet tal-kura tas-saħħa” tirrigwarda t-tip ta' bżonn li n-nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa għandha l-għan li tissodisfa jew it-tip ta' għan segwit; |
|
4. |
“Kura kurattiva” tfisser servizzi tal-kura tas-saħħa li matulhom l-intenzjoni prinċipali hija li jittaffew is-sintomi jew li titnaqqas il-gravità ta' marda jew korriment, jew bħala ħarsien kontra l-aggravar tagħha jew kumplikazzjoni li tista' tkun ta' periklu għall-ħajja jew funzjoni normali; |
|
5. |
“Kura riabilitattiva” tfisser is-servizzi li jistabbilizzaw, itejbu jew jirkupraw funzjonijiet u strutturi tal-ġisem indeboliti, jikkumpensaw għan-nuqqas jew it-telf ta' funzjonijiet u strutturi tal-ġisem, itejbu l-parteċipazzjoni u l-attivitajiet u jipprevjenu indebolimenti, riskji u kumplikazzjonijiet mediċi; |
|
6. |
“Kura għal pazjenti fl-isptar” tfisser it-trattament u/jew il-kura pprovduta f'faċilità għall-kura tas-saħħa lil pazjenti formalment ammessi u li jeħtieġu soġġorn ta' lejl; |
|
7. |
“Kura għal pazjenti ta' barra” tfisser is-servizzi mediċi u anċillari mogħtija f'faċilità għall-kura tas-saħħa lil pazjent li mhux formalment ammess u li ma jeħtieġx soġġorn ta' lejl; |
|
8. |
“Kura matul il-jum” tfisser is-servizzi mediċi u paramediċi ppjanati mogħtija f'faċilità għall-kura tas-saħħa lil pazjenti li jkunu ġew formalment ammessi għal dijanjożi, trattament jew tipi oħra ta' kura tas-saħħa u li jintbagħtu d-dar fl-istess jum; |
|
9. |
“Il-kura tas-saħħa fit-tul” tfisser firxa ta' servizzi mediċi u tal-kura personali li huma kkunsmati bil-għan ewlieni li jtaffu l-uġigħ u t-tbatija u jnaqqsu jew jiġġestixxu deterjorament fl-istat tas-saħħa f'pazjenti bi grad ta' dipendenza fit-tul; |
|
10. |
“Kura fid-djar” tfisser is-servizzi ta' kura, anċillari u mediċi li huma kkunsmati minn pazjenti fid-dar tagħhom u jinvolvu l-preżenza fiżika tal-fornituri; |
|
11. |
“Servizzi anċillari” (mhux speċifikati skont il-funzjoni) tfisser is-servizzi relatati ma' kura tas-saħħa u kura fit-tul li mhumiex speċifikati permezz ta' funzjoni u permezz tal-mezz ta' forniment, li l-pazjent jikkonsma direttament, b'mod partikolari matul kuntatt indipendenti tas-sistema tas-saħħa u li mhumiex parti integrali minn pakkett ta' servizzi tal-kura, bħal servizzi ta' immaġni jew ta' laboratorju jew ta' trasportazzjoni ta' pazjenti u salvataġġ ta' emerġenza; |
|
12. |
“Prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi oħra li ma jdumux iservu” (mhux speċifikati skont il-funzjoni) tfisser prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi maħsuba għall-użu fid-dijanjożi, il-kura, il-mitigazzjoni u t-trattament ta' mard, inklużi mediċini preskritti u drogi mingħajr riċetta, fejn il-funzjoni u l-mod ta' dispożizzjoni mhumiex speċifikati; |
|
13. |
“Apparat terapewtiku u prodotti mediċi oħra” (mhux speċifikati skont il-funzjoni) tfisser prodotti li jdumu jservu inkluż apparat ortotiku li jappoġġa jew jirranġa deformitajiet u/jew anormalitajiet tal-ġisem tal-bniedem, apparat ortopediku, prosteżi jew estensjonijiet li jieħdu post parti tal-ġisem nieqsa u apparat prostetiku ieħor, inklużi l-impjanti li jibdlu jew jissupplimentaw il-funzjonalità ta' struttura bijoloġika nieqsa u l-apparat medikotekniku, fejn il-funzjoni u l-mod ta' proviżjoni mhumiex speċifikati; |
|
14. |
“Kura preventiva” tfisser kwalunkwe miżura li għandha l-għan li tevita jew tnaqqas in-numru jew is-severità tal-korrimenti u l-mard, l-eżitu u l-kumplikazzjonijiet tagħhom; |
|
15. |
“Governanza u l-amministrazzjoni tas-sistema tas-saħħa u tal-finanzjament” tfisser servizzi li jiffukaw fuq is-sistema tas-saħħa aktar milli fuq il-funzjonament tas-sistema tas-saħħa ta' appoġġ u diretta, u l-kura tas-saħħa diretta, u huma kkunsidrati bħala kollettivi, peress li mhumiex allokati għal individwi speċifiċi iżda huma ta' benefiċċju għall-utenti kollha tas-sistema tas-saħħa; |
|
16. |
“Skemi ta' finanzjament tal-kura tas-saħħa” tfisser tipi ta' arranġamenti ta' finanzjament li permezz tagħhom persuni jiksbu servizzi tas-saħħa, inkluż kemm pagamenti diretti minn unitajiet domestiċi għal servizzi u prodotti u kemm arranġamenti ta' finanzjament ma' partijiet terzi; |
|
17. |
“Skemi tal-gvern” tfisser skemi ta' finanzjament tal-kura tas-saħħa li l-karatteristiċi tagħhom huma ddeterminati mil-liġi jew mill-gvern u fejn baġit separat huwa stabbilit għall-programm u unità tal-gvern li jkollha responsabbiltà ġenerali għalih; |
|
18. |
“Skema tal-assigurazzjoni tas-saħħa kontributorja obbligatorja” tfisser arranġament ta' finanzjament biex jiġi żgurat aċċess għall-kura tas-saħħa għal gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni permezz tal-parteċipazzjoni obbligatorja determinata mil-liġi jew mill-gvern u l-eliġibbiltà bbażata fuq il-ħlas ta' kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tas-saħħa minn jew f'isem l-individwi kkonċernati; |
|
19. |
“Kontijiet ta' tfaddil mediku obbligatorji (MSA)” tfisser kontijiet ta' tfaddil li huma legalment obbligatorji, fejn il-metodu bażiku għall-ġbir ta' fondi u xi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-użu tal-kont biex jiġu mħallsa servizzi tas-saħħa huma rregolati mill-gvern, u meta ma jkunx hemm akkomunament bejn individwi, ħlief għal membri tal-familja; |
|
20. |
“Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa volontarja” tfisser skemi bbażati fuq ix-xiri ta' polza tal-assigurazzjoni tas-saħħa, li ma jsirx mandatorju mill-gvern u fejn il-primjums tal-assigurazzjoni jistgħu jiġu ssussidjati b'mod dirett jew indirett mill-gvern; |
|
21. |
“Skemi ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ” tfisser arranġamenti u programmi ta' finanzjament mhux obbligatorji b'intitolament ta' benefiċċju mhux kontributorju, ibbażati fuq donazzjonijiet mingħand il-pubbliku, il-gvern jew korporazzjonijiet; |
|
22. |
“Skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi” primarjament tfisser arranġamenti fejn l-intrapriżi jipprovdu jew jiffinanzjaw direttament servizzi tas-saħħa għall-impjegati tagħhom mingħajr l-involviment ta' xi skema ta' tip ta' assigurazzjoni; |
|
23. |
“Ħlas mill-but tal-unitajiet domestiċi” tfisser ħlas dirett għal prodotti u servizzi għall-kura tas-saħħa mill-introjtu jew it-tfaddil primarju tal-unitajiet domestiċi, meta jsir il-ħlas mill-utent fil-mument tax-xiri ta' prodotti jew l-użu tas-servizzi; |
|
24. |
“Skemi ta' finanzjament tal-bqija tad-dinja” tfisser arranġamenti finanzjarji li jinvolvu jew li huma ġestiti minn unitajiet istituzzjonali li huma residenti barra mill-pajjiż, iżda li jiġbru, li jiġbru flimkien ir-riżorsi u jixtru prodotti u servizzi tal-kura tas-saħħa f'isem ir-residenti, mingħajr tranżitu tal-fondi tagħhom permezz ta' skema tar-residenti; |
|
25. |
“Fornituri tal-kura tas-saħħa” tfisser l-organizzazzjonijiet u l-atturi li jikkunsinnjaw il-prodotti u s-servizzi tal-kura tas-saħħa bħala l-attività primarja tagħhom, kif ukoll dawk li għalihom il-provvediment tal-kura tas-saħħa huwa biss wieħed fost numru ta' attivitajiet; |
|
26. |
“Sptarijiet” tfisser stabbilimenti liċenzjati li huma primarjament involuti fil-provvediment ta' servizzi mediċi, dijanjostiċi u ta' trattament li jinkludu servizzi ta' tobba, infermiera u servizzi oħra tas-saħħa għall-pazjenti fl-isptar u s-servizzi ta' akkomodazzjoni speċjalizzati meħtieġa mill-pazjenti fl-isptar u li jistgħu wkoll jipprovdu servizzi tal-kura tas-saħħa d-dar, għal pazjenti ta' barra u matul il-jum; |
|
27. |
“Faċilitajiet tal-kura fit-tul residenzjali” tfisser stabbilimenti li huma primarjament involuti fil-provvediment tal-kura fit-tul residenzjali li jikkombinaw kura mill-infermiera, superviżorja jew tipi oħra ta' kura kif meħtieġ mir-residenti, fejn parti sinifikanti tal-proċess ta' produzzjoni u l-kura pprovduta hija taħlita ta' servizzi soċjali u servizzi tas-saħħa bis-servizzi tas-saħħa jkunu fil-biċċa l-kbira fil-livell tal-kura mill-infermiera flimkien ma' servizzi ta' kura personali; |
|
28. |
“Fornituri ta' kura tas-saħħa ambulatorja” tfisser stabbilimenti li huma primarjament involuti fil-provvediment ta' servizzi tal-kura tas-saħħa direttament lil pazjenti ta' barra li ma jkunux jeħtieġu servizzi fl-isptar, inklużi kemm l-uffiċċji ta' tobba ġenerali u speċjalisti mediċi u stabbilimenti li jispeċjalizzaw fit-trattament ta' każijiet ta' matul il-jum u fl-għoti ta' servizzi tal-kura fid-djar; |
|
29. |
“Fornituri ta' servizzi anċillari” tfisser stabbilimenti li jipprovdu tip ta' servizzi anċillari speċifiċi direttament lil pazjenti ta' barra taħt is-superviżjoni ta' professjonisti tas-saħħa u li mhumiex koperti f'każ ta' trattament minn sptarijiet, faċilitajiet tal-kura mill-infermiera, fornituri ta' kura ambulatorja jew fornituri oħrajn; |
|
30. |
“Bejjiegħa bl-imnut u fornituri oħra ta' prodotti mediċi” tfisser stabbilimenti li l-attività ewlenija tagħhom hija l-bejgħ bl-imnut ta' prodotti mediċi lill-pubbliku ġenerali għal użu jew konsum individwali jew tal-unità domestika, inkluż l-istallazzjoni u t-tiswija magħmula flimkien mal-bejgħ; |
|
31. |
“Fornituri ta' kura preventiva” tfisser organizzazzjonijiet li primarjament jipprovdu programmi u kampanji preventivi kollettivi/programmi tas-saħħa pubblika għal gruppi speċifiċi ta' individwi jew il-popolazzjoni inġenerali, bħall-promozzjoni tas-saħħa u l-aġenziji tal-protezzjoni jew istituti tas-saħħa pubblika kif ukoll stabbilimenti speċjalizzati li jipprovdu kura preventiva primarja bħala l-attività prinċipali tagħhom; |
|
32. |
“Fornituri tal-amministrazzjoni u l-finanzjament tas-sistema tal-kura tas-saħħa” tfisser stabbilimenti li huma primarjament involuti fir-regolazzjoni tal-attivitajiet ta' aġenziji li jipprovdu kura tas-saħħa u fl-amministrazzjoni ġenerali tas-settur tal-kura tas-saħħa, inkluż l-amministrazzjoni tal-finanzjament tas-saħħa; |
|
33. |
“Il-bqija tal-ekonomija” tfisser fornituri tal-kura tas-saħħa residenti oħra li mhumiex ikklassifikati xi mkien ieħor, inklużi unitajiet domestiċi bħala fornituri ta' servizzi tas-saħħa fid-dar personali għall-membri tal-familja, f'każijiet fejn jikkorrispondu għal pagamenti ta' trasferiment soċjali mogħtija għal dan il-għan kif ukoll l-industriji l-oħra kollha li joffru l-kura tas-saħħa bħala attività sekondarja; |
|
34. |
“Il-fornituri tal-bqija tad-dinja” tfisser l-unitajiet mhux residenti kollha li jfornu prodotti u servizzi tal-kura tas-saħħa kif ukoll dawk involuti f'attivitajiet relatati mas-saħħa. |
ANNESS II
Suġġetti li għandhom jiġu koperti u l-karatteristiċi tagħhom, paragun u analiżi tad-dejta
1. Paragun tan-nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa fuq funzjonijiet tal-kura tas-saħħa (HC) u skemi ta' finanzjament (HF) (*1)
|
|
Skemi ta' finanzjament |
HF.1.1 |
HF.1.2; HF.1.3 |
HF.2.1 |
HF.2.2 |
HF2.3 |
HF.3 |
HF.4 |
|
|
Funzjonijiet tal-kura tas-saħħa |
|
Skemi tal-gvern |
Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa kontributorji obbligatorji kif ukoll Kontijiet ta' tfaddil mediku obbligatorji (*2) |
Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa volontarja |
Skemi ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ |
Skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi |
Ħlas mill-but tal-unitajiet domestiċi |
Skemi ta' finanzjament tal-bqija tad-dinja |
Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa HF.1-HF.4 |
|
HC.1.1; HC.2.1 |
Kura riabilitattiva u kurattiva għal pazjenti fl-isptar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.1.2; HC.2.2 |
Kura riabilitattiva u kurattiva matul il-jum |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.1.3; HC.2.3 |
Kura riabilitattiva u kurattiva għal pazjenti ta' barra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.1.4; HC.2.4 |
Kura riabilitattiva u kurattiva fid-djar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.3.1 |
Kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti fl-isptar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.3.2 |
Kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.3.3 |
Kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti ta' barra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.3.4 |
Kura tas-saħħa fit-tul fid-djar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.4 |
Servizzi anċillari (mhux speċifikati skont il-funzjoni) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.5.1 |
Prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi oħra li ma jdumux iservu (mhux speċifikati skont il-funzjoni) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.5.2 |
Apparat terapewtiku u prodotti mediċi oħra (mhux speċifikati skont il-funzjoni) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.6 |
Kura preventive (*3) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.7 |
Governanza u l-amministrazzjoni tas-sistema tas-saħħa u tal-finanzjament |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.9 |
Servizzi tal-kura tas-saħħa oħra mhux ikklassifikati xi mkien ieħor (n.e.c.). |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa HC.1-HC.9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
2. Il-krossklassifikazzjoni tan-nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa b'funzjonijiet tal-kura tas-saħħa (HC) u l-fornituri tal-kura tas-saħħa HP) (*4)
|
|
Il-fornituri tal-kura tas-saħħa |
HP.1 |
HP.2 |
HP.3 |
HP.4 |
HP.5 |
HP.6 |
HP.7 |
HP.8 |
HP.9 |
|
|
Funzjonijiet tal-kura tas-saħħa |
|
Sptarijiet |
Faċilitajiet tal-kura fit-tul residenzjali |
Fornituri ta' kura tas-saħħa ambulatorja |
Fornituri ta' servizzi anċillari |
Bejjiegħa bl-imnut u fornituri oħra ta' prodotti mediċi |
Fornituri ta' kura preventiva |
Fornituri tal-amministrazzjoni u tal-finanzjament tas-sistema tal-kura tas-saħħa |
Il-bqija tal-ekonomija |
Il-bqija tad-dinja |
Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa HP.1-HP.9 |
|
HC.1.1; HC.2.1 |
Kura riabilitattiva u kurattiva għal pazjenti fl-isptar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.1.2; HC.2.2 |
Każijiet ta' matul il-jum ta' kura riabilitattiva u kurattiva |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.1.3; HC.2.3 |
Kura riabilitattiva u kurattiva għal pazjenti ta' barra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.1.4; HC.2.4 |
Kura riabilitattiva u kurattiva fid-djar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.3.1 |
Kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti fl-isptar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.3.2 |
Kura tas-saħħa fit-tul matul il-jum |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.3.3 |
Kura tas-saħħa fit-tul għal pazjenti ta' barra |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.3.4 |
Kura tas-saħħa fit-tul fid-djar |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.4 |
Servizzi anċillari (mhux speċifikati skont il-funzjoni) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.5.1 |
Prodotti farmaċewtiċi u prodotti mediċi oħra li ma jdumux iservu (mhux speċifikati skont il-funzjoni) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.5.2 |
Apparat terapewtiku u prodotti mediċi oħra (mhux speċifikati skont il-funzjoni) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.6 |
Kura preventiva (*5) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.7 |
Governanza u l-amministrazzjoni tas-sistema tas-saħħa u tal-finanzjament |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HC.9 |
Servizzi tal-kura tas-saħħa oħra mhux ikklassifikati xi mkien ieħor (n.e.c.) |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa HC.1-HC.9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3. Il-krossklassifikazzjoni tan-nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa b'funzjonijiet tal-kura tas-saħħa (HC) u l-fornituri tal-kura tas-saħħa HP) (*6)
|
|
Skemi ta' finanzjament |
HF.1.1 |
HF.1.2; HF.1.3 |
HF.2.1 |
HF.2.2 |
HF.2.3 |
HF.3 |
HF.4 |
|
|
Fornituri tal-kura tas-saħħa |
|
Skemi tal-gvern |
Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa kontributorji obbligatorji kif ukoll Kontijiet ta' tfaddil mediku obbligatorji (*7) |
Skemi tal-assigurazzjoni tas-saħħa volontarja |
Skemi ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ |
Skemi ta' finanzjament tal-intrapriżi |
Ħlas mill-but tal-unitajiet domestiċi |
Skemi ta' finanzjament tal-bqija tad-dinja (mhux residenti) |
Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa HF.1-HF.4 |
|
HP.1 |
Sptarijiet |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HP.2 |
Faċilitajiet tal-kura fit-tul residenzjali |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HP.3 |
Fornituri ta' kura tas-saħħa ambulatorja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HP.4 |
Fornituri ta' servizzi anċillari |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HP.5 |
Bejjiegħa bl-imnut u fornituri oħra ta' prodotti mediċi |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HP.6 |
Fornituri ta' kura preventiva |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HP.7 |
Fornituri tal-amministrazzjoni u tal-finanzjament tas-sistema tal-kura tas-saħħa |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HP.8 |
Il-bqija tal-ekonomija |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
HP.9 |
Il-bqija tad-dinja |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Nefqa kurrenti għall-kura tas-saħħa HP.1-HP.9 |
|
|
|
|
|
|
|
|
(*1) Id-dejta għandha tintbagħat f'miljuni tal-munita nazzjonali.
(*2) In-nefqa fuq HF.1.3 għandha tiġi rrappurata fil-metadejta.
(*3) Il-kura preventiva hija bbażata fuq strateġija ta' promozzjoni tas-saħħa li tinvolvi proċess biex in-nies ikunu jistgħu jtejbu saħħithom permezz tal-kontroll fuq xi fatturi determinanti immedjati tagħha. L-interventi huma inklużi meta l-għan ewlieni tagħhom huwa l-promozzjoni tas-saħħa u jekk iseħħu qabel tkun saret dijanjożi. Il-kura preventiva tinkludi interventi kemm għall-konsum individwali u kemm għall-konsum kollettiv.
(*4) Id-dejta għandha tintbagħat f'miljuni tal-munita nazzjonali
(*5) Il-kura preventiva hija bbażata fuq strateġija ta' promozzjoni tas-saħħa li tinvolvi proċess biex in-nies ikunu jistgħu jtejbu saħħithom permezz tal-kontroll fuq xi fatturi determinanti immedjati tagħha. L-interventi huma inklużi meta l-għan ewlieni tagħhom huwa l-promozzjoni tas-saħħa u jekk iseħħu qabel tkun saret dijanjożi. Il-kura preventiva tinkludi interventi kemm għall-konsum individwali u kemm għall-konsum kollettiv.
(*6) Id-dejta għandha tintbagħat f'miljuni tal-munita nazzjonali.
(*7) In-nefqa fuq HF.1.3 għandha tiġi rrappurata fil-metadejta.
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/16 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/360
tal-5 ta' Marzu 2015
li jiftaħ il-ħażna privata għal-laħam tal-majjal u li jiffissa bil-quddiem l-ammont ta' għajnuna
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 18(2), l-Artikolu 20(c), (k), (l), (m) u (n), u l-Artikolu 223(3)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-punt (h) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi l-possibbiltà li tingħata għajnuna għall-ħażna privata tal-laħam tal-majjal. |
|
(2) |
Il-prezzijiet medji tas-suq tal-Unjoni rreġistrati kienu taħt il-limitu ta' referenza kif stipulat fil-punt (f) tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għal aktar minn 18-il ġimgħa konsekuttiva u għandhom impatt negattiv sinifikanti fuq il-marġini fis-settur tal-majjali. Is-sitwazzjoni diffiċli persistenti fis-suq tikkomprometti l-istabbiltà finanzjarja ta' ħafna azjendi agrikoli. It-tneħħija temporanja tal-laħam tal-majjal mis-suq tidher meħtieġa sabiex il-bilanċ tas-suq jistabbilixxi ruħu mill-ġdid u jgħolew il-prezzijiet. Għaldaqstant, huwa xieraq li tingħata għajnuna għal ħżin privat tal-laħam tal-majjal u li jiġi ffissat bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 (3) stabbilixxa regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-iskemi ta' għajnuna għall-ħżin privat. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008, se tingħata għajnuna ffissata minn qabel skont ir-regoli u l-kundizzjonijiet dettaljati kif ipprovduti fil-Kapitolu III ta' dak ir-Regolament. |
|
(5) |
Sabiex teħfief il-ġestjoni tal-miżura, il-prodotti tal-majjal għandhom jiġu kklassifikati f'kategoriji skont kriterji ta' xebh fir-rigward tal-livell tal-ispejjeż għall-ħżin. |
|
(6) |
Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol amministrattiv u ta' kontroll f'dak li għandu x'jaqsam mal-konklużjoni ta' kuntratti, għandhom ikunu ffissati l-kwantitajiet minimi ta' prodotti li għandhom jiġu koperti minn kull applikazzjoni. |
|
(7) |
Għandha tiġi ffissata garanzija sabiex jiġi żgurat li l-operaturi jaqdu d-dmirijiet kuntrattwali tagħhom u li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fuq is-suq. |
|
(8) |
L-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 jistipula t-tagħrif li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti xi regoli speċifiċi dwar il-frekwenza tan-notifiki rigward il-kwantitajiet li ssir applikazzjoni għalihom fil-qafas ta' dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli ma tax opinjoni fil-limiti taż-żmien iffissati mill-Presidenza tiegħu, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jipprevedi l-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tal-majjal kif imsemmija fil-punt (h) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Il-lista tal-kategoriji tal-prodotti eliġibbli għall-għajnuna u l-ammonti korrispondenti jingħataw fl-Anness għal dan ir-Regolament.
3. Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu japplika, għajr meta previst xorta oħra f'dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
1. Mid-9 ta' Marzu 2015 'l quddiem, jintlaqgħu l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħażna privata għall-kategoriji tal-prodotti tal-laħam tal-majjal eliġibbli għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1.
2. L-applikazzjonijiet għandhom ikopru perjodu ta' ħżin ta' 90, 120 jew 150 jum.
3. Kull applikazzjoni għandha tirreferi għal kategorija waħda biss mill-kategoriji ta' prodotti elenkati fl-Anness, waqt li tindika l-kodiċi tan-NM rilevanti fi ħdan dik il-kategorija.
4. Kull applikazzjoni għandha tkopri kwantità minima ta' 10 tunnellati għall-prodotti mingħajr għadam, u ta' 15-il tunnellata għal prodotti oħra.
Artikolu 3
Garanziji
L-ammont tal-garanzija, skont it-tunnellaġġ tal-prodott, li għandha tingħata skont l-Artikolu 16(2)(i) tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jkun ta' 20 % tal-ammonti tal-għajnuna ffissati fil-kolonni 3, 4 u 5 tat-tabella fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Frekwenza tan-notifiki tal-kwantitajiet li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni darbtejn fil-ġimgħa l-kwantitajiet li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet għall-konklużjoni tal-kuntratti, kif ġej:
|
(a) |
kull nhar ta' Tnejn sa 12:00 (ħin ta' Brussell) il-kwantitajiet li għalihom għalihom intbagħtu applikazzjonijiet il-Ħamis u l-Ġimgħa tal-ġimgħa ta' qabel; |
|
(b) |
kull nhar ta' Ħamis sa 12:00 (ħin ta' Brussell) il-kwantitajiet li għalihom intbagħtu applikazzjonijiet it-Tnejn, it-Tlieta u l-Erbgħa tal-istess ġimgħa. |
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).
ANNESS
|
Kategoriji ta' prodotti |
Prodotti li tingħatalhom l-għajnuna |
Ammont tal-għajnuna għal perjodu ta' ħżin ta' (EUR/tunnellata) |
||
|
90 jum |
120 jum |
150 jum |
||
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
|
Kategorija 1 |
|
230 |
243 |
257 |
|
ex 0203 11 10 |
Nofs karkassi, mingħajr is-sieq ta' quddiem, id-denb, il-kliewi, il-falda l-irqiqa u s-sinsla tad-dahar (1) |
|
|
|
|
Kategorija 2 |
|
254 |
266 |
278 |
|
ex 0203 12 11 |
Prieżet |
|
|
|
|
ex 0203 12 19 |
Spallejn |
|
|
|
|
ex 0203 19 11 |
Trufijiet ta' quddiem |
|
|
|
|
ex 0203 19 13 |
Ġenbejn, bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew it-truf tal-għonq separatament, il-ġenbejn bil-koxxa jew mingħajrha (2) (3) |
|
|
|
|
Kategorija 3 |
|
281 |
293 |
305 |
|
ex 0203 19 55 |
Riġlejn, spallejn, truf ta' quddiem, ġenbejn bit-tarf tal-għonq jew mingħajru, jew truf tal-għonq separati, ġenbejn biċ-chump jew mingħajrha, bil-għadam imneħħi (2) (3) |
|
|
|
|
Kategorija 4 |
|
210 |
221 |
233 |
|
ex 0203 19 15 |
Żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari |
|
|
|
|
Kategorija 5 |
|
226 |
238 |
254 |
|
ex 0203 19 55 |
Żquq, sħaħ jew bix-xtur imneħħija b'qatgħa rettangolari, mingħajr il-ġilda ta' barra u l-kustilji |
|
|
|
|
Kategorija 6 |
|
228 |
241 |
254 |
|
ex 0203 19 55 |
Qatgħat li jikkorrispondu għan-“nofsijiet”, bil-ġilda ta' barra jew bix-xaħam jew mingħajrhom, bl-għadam imneħħi (4) |
|
|
|
(1) L-għajnuna tista' tingħata wkoll għan-nofs karkassi ppreżentati bħala Wiltshire sides, jiġifieri mingħajr ir-ras, il-ħadd, ix-xedaq, is-saqajn, id-denb, il-grass tas-simna, il-kliewi, il-flett, l-għadma tal-ispalla, l-isternu, is-sinsla, l-għadma pelvika u d-dijaframma.
(2) Il-ġenbejn u t-truf tal-għonq jistgħu jkunu bil-ġilda ta' barra jew mingħajrha, imma s-saff tax-xaħam ta' magħha ma għandux jaqbeż fond ta' 25 mm.
(3) Il-kwantità kkuntrattata tista' tkopri kull kombinazzjoni tal-prodotti msemmija.
(4) L-istess preżentazzjoni bħall-prodotti koperti bil-kodiċi tan-NM 0210 19 20 .
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/20 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/361
tal-5 ta' Marzu 2015
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
EG |
104,1 |
|
MA |
84,2 |
|
|
TR |
98,5 |
|
|
ZZ |
95,6 |
|
|
0707 00 05 |
JO |
253,9 |
|
TR |
186,5 |
|
|
ZZ |
220,2 |
|
|
0709 93 10 |
MA |
93,4 |
|
TR |
189,9 |
|
|
ZZ |
141,7 |
|
|
0805 10 20 |
EG |
47,6 |
|
IL |
75,4 |
|
|
MA |
70,9 |
|
|
TN |
64,3 |
|
|
TR |
70,7 |
|
|
ZZ |
65,8 |
|
|
0805 50 10 |
TR |
61,6 |
|
ZZ |
61,6 |
|
|
0808 10 80 |
BR |
69,1 |
|
CA |
85,3 |
|
|
CL |
94,8 |
|
|
MK |
24,7 |
|
|
US |
170,6 |
|
|
ZZ |
88,9 |
|
|
0808 30 90 |
AR |
117,6 |
|
CL |
135,4 |
|
|
CN |
79,8 |
|
|
US |
122,7 |
|
|
ZA |
110,5 |
|
|
ZZ |
113,2 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/362
tat-2 ta' Marzu 2015
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-talba tal-Istati Uniti għal eżenzjoni tad-WTO biex jiġi estiż l-kamp ta' applikazzjoni tad-WTO u jippermetti l-espansjoni tal-Att għal Irkupru Ekonomiku tal-Baċir tal-Karibew tal-Istati Uniti (CBERA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-paragrafi 3 u 4 tal-Artikolu IX tal-Ftehim ta' Marrakesh li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“il-Ftehim WTO”) jistabbilixxu l-proċeduri għall-eżenzjonijiet rigward il-Ftehimiet Multilaterali dwar il-Kummerċ fl-Anness 1 A jew 1B jew 1C tal-Ftehim WTO u l-annessi tagħhom. |
|
(2) |
L-Istati Uniti kienu mogħtija eżenzjoni mill-obbligi skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“GATT 1994”) fil-15 ta' Frar 1985 għall-perijodu mill-1 ta' Jannar 1984 sat-30 ta' Settembru 1995. Fil-15 ta' Novembru 1995 l-Istati Uniti ngħataw tiġdid ta' dik l-eżenzjoni sat-30 ta' Settembru 2005 u, għal darb'oħra, fid-29 ta' Mejju 2009 sal-31 ta' Diċembru 2014, sa fejn neċessarju biex l-Istati Uniti jitħallew jipprovdu trattament mingħajr dazju għall-importazzjonijiet ta' prodotti eliġibbli li joriġinaw fil-pajjiżi u t-territorji benefiċjarji tal-Amerika Ċentrali u tal-Karibew (“pajjiżi benefiċjarji”) magħżula skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Irkupru Ekonomiku tal-Baċir tal-Karibew tal-1983 kif emendat permezz tal-Att għal Irkupru Ekonomiku tal-Baċir tal-Karibew tal-1990 u l-Att ta' Sħubija Kummerċjali tal-Baċir tal-Istati Uniti-Karibew, l-Opportunità Emisferika tal-Haiti permezz tal-Att dwar is-Sħubija ta' Inkoraġġiment tal-2006, l-Opportunità Emisferika tal-Ħaiti permezz tal-Att dwar l-Isħubija ta' Inkoraġġiment tal-2008 (“eżenzjoni eżistenti”). |
|
(3) |
Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu IX tal-Ftehim WTO, l-Istati Uniti bagħtu talba għat-tiġdid tal-eżenzjoni eżistenti sal-31 ta' Diċembru 2019 u biex jiġi estiż l-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjoni eżistenti mill-obbligi skont il-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal- GATT 1994, sa fejn hu neċessarju li jkun permissibbli li l-Istati Uniti jipprovdu trattament mingħajr dazju għal prodotti eliġibbli li joriġinaw mill-pajjiżi benefiċjarji magħżula skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Irkupru Ekonomiku tal-Baċir tal-Karibew tal-1983 kif emendat permezz tal-Att ta' Espansjoni dwar l-Irkupru Ekonomiku tal-Baċir tal-Karibew tal-1990 u permezz tal-Att ta' Sħubija Kummerċjali tal-Baċir bejn l-Istati Uniti u l-Karibew, l-Opportunità Emisferika tal-Haiti permezz tal-Att dwar is-Sħubija ta' Inkoraġġiment tal-2006, l-Opportunità Emisferika tal-Ħaiti permezz tal-Att dwar is-Sħubija ta' Inkoraġġiment tal-2008, u l-Att tal-Programm għal Titjib Ekonomiku ta' Ħaiti tal-2010. |
|
(4) |
L-għoti skont it-talba tal-Istati Uniti ta' eżenzjoni tad-WTO ma għandhiex taffettwa negattivament la l-ekonomija tal-Unjoni u lanqas ir-relazzjonijiet kummerċjali mal-benefiċjarji tal-eżenzjoni. Barra minn hekk, l-Unjoni tappoġġa b'mod ġenerali l-azzjonijiet għall-ġlieda kontra l-faqar u tippromwovi stabbiltà f'pajjiżi tal-benefiċjarji. |
|
(5) |
Għaldaqstant, huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tad-WTO biex tkun appoġġjata t-talba għal eżenzjoni mill-Istati Uniti, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li trid tittieħed f'isem l-Unjoni fil-Kunsill Ġenerali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ għandha tkun li tappoġġa t-talba tal-Istati Uniti biex ikunu eżentati mill-obbligi taħt il-paragrafu 1 tal-Artikolu I tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 mill-1 ta' Jannar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2019 skont it-termini tat-talba għal eżenzjoni mill-Istati Uniti.
Din il-pożizzjoni għandha tiġi espressa mill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/363
tal-5 ta' Marzu 2015
dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta' Jannar 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/71/PESK dwar l-ilqugħ temporanju ta' ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (1), li pprovdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul, u s-soġġorn, fit-territorju tal-Istati Membri msemmija fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar. |
|
(2) |
Fuq il-bażi ta' evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta' dawk il-permessi tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta' permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija f'konformità mal-Artikolu 3 ta' dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 24 xahar li jibda mill-31 ta' Jannar 2014.
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/71/PESK tal-31 ta' Jannar 2013 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani ĠU L 32, 1.2.2013, p. 19).
(2) Pożizzjoni komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK tal-21 ta' Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani (ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33).
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/364
tal-5 ta' Marzu 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK (1), |
|
(2) |
Fid-29 ta' Jannar 2015, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143 (2) iċċarat il-kriterji ta' deżinjazzjoni għall-iffriżar ta' fondi mmirati lejn persuni responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna. |
|
(3) |
Il-miżuri restrittivi stipulati fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK japplikaw sas-6 ta' Marzu 2015. Abbażi ta' reviżjoni ta' dik id-Deċiżjoni, l-applikazzjoni ta' dawk il-miżuri restrittivi għandha tiġi estiża sas-6 ta' Marzu 2016 fir-rigward ta' erbatax-il persuna, u sas-6 ta' Ġunju 2015 għal erba' persuni. L-entrati għal 18-il persuna għandhom jiġu emendati. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej: “Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-6 ta' Marzu 2016. Il-miżuri fl-Artikolu 1 għandhom japplikaw fir-rigward tal-entrati Nru 4, 8, 10 u 13 fl-Anness sas-6 ta' Ġunju 2015. Din id-Deċiżjoni għandha tinżamm taħt reviżjoni kostanti. Għandha tiġi mġedda, jew emendata skont kif ikun xieraq, jekk il-Kunsill iqis li dawk l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.” |
|
(2) |
L-Anness huwa sostitwit bit-test li jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143 tad-29 ta' Jannar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 24, 30.1.2015, p. 16).
ANNESS
“ANNESS
Lista ta' persuni, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 1
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Viktor Fedorovych Yanukovych (Віктор Федорович Янукович), Viktor Fedorovich Yanukovich (Виктор Фёдорович Янукович) |
imwieled fid-9 ta' Lulju 1950 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), eks President tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
2. |
Vitalii Yuriyovych Zakharchenko (Віталій Юрійович Захарченко), Vitaliy Yurievich Zakharchenko (Виталий Юрьевич Захарченко) |
imwieled fl-20 ta' Jannar 1963, f'Kostiantynivka (Donetsk oblast) eks Ministru għall-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
3. |
Viktor Pavlovych Pshonka (Віктор Павлович Пшонка) |
imwieled fis-6 ta' Frar 1954 f'Serhiyivka (Donetsk oblast), eks Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
4. |
Olena Leonidivna Lukash (Олена Леонідівна Лукаш), Elena Leonidovna Lukash (Елена Леонидовна Лукаш) |
imwielda fit-12 ta' Novembru 1976 f'Rîbnița (il-Moldova), eks Ministru għall-Ġustizzja |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukreni għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex takkwista vantaġġ mhux ġustifikat għaliha nnifisha jew għal terza parti u li b'hekk ikkawżat telf ta' fondi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
5. |
Andrii Petrovych Kliuiev (Андрій Петрович Клюєв), Andriy Petrovych Klyuyev |
imwieled fit-12 ta' Awwissu 1964 f'Donetsk, eks-Kap tal-Amministrazzjoni tal-President tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u b'rabta mal-abbuż tal-uffiċċju minn uffiċjal b'kariga pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti, u b'hekk ikkawża telf għall-baġit jew l-assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
6. |
Viktor Ivanovych Ratushniak (Віктор Іванович Ратушняк) |
imwieled fis-16 ta' Ottubru 1959, eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan |
6.3.2014 |
|
7. |
Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Олександр Вікторович Янукович) |
imwieled fl-10 ta' Lulju 1973 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
8. |
Viktor Viktorovych Yanukovych (Віктор Вікторович Янукович) |
imwieled fis-16 ta' Lulju 1981 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), iben l-eks President, Membru tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal investigazzjonijiet mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. Persuna assoċjata ma' persuna identifikata (l-eks President tal-Ukrajna, Viktor Fedorovych Yanukovyich) soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
9. |
Artem Viktorovych Pshonka (Артем Вікторович Пшонка) |
imwieled fid-19 ta' Marzu 1976 f'Kramatorsk (Donetsk oblast), iben l-eks Prosekutur Ġenerali, Viċi Kap tal-fazzjoni tal-Partit tar-Reġjuni fil-Verkhovna Rada tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għal kompliċità b'rabta ma' dan. |
6.3.2014 |
|
10. |
Serhii Petrovych Kliuiev (Сергій Петрович Клюєв), Serhiy Petrovych Klyuyev |
imwieled fid-19 ta' Awwissu 1969 f'Donetsk, ħu s-Sur Andrii Kliuiev, negozjant |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għal involviment fil-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u fl-abbuż tal-uffiċċju pubbliku bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. Persuna assoċjata ma' persuna identifikata (Andrii Petrovych Kliuiev) soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
6.3.2014 |
|
11. |
Mykola Yanovych Azarov (Микола Янович Азаров), Nikolai Yanovich Azarov (Николай Янович Азаров) |
imwieled fis-17 ta' Diċembru 1947 f' Kaluga (ir-Russja), Prim Ministru tal-Ukrajna sa Jannar 2014 |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
12. |
Serhiy Vitaliyovych Kurchenko (Сергій Віталійович Курченко) |
imwieled fil-21 ta' Settembru 1985 f' Kharkiv, negozjant |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
6.3.2014 |
|
13. |
Dmytro Volodymyrovych Tabachnyk (Дмитро Володимирович Табачник) |
imwieled fit-28 ta' Novembru 1963 fi Kiev, eks Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza |
Persuna soġġetta għal investigazzjoni mill-awtoritajiet Ukreni għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. |
6.3.2014 |
|
14. |
Raisa Vasylivna Bohatyriova (Раїса Василівна Богатирьова), Raisa Vasilievna Bogatyreva (Раиса Васильевна Богатырёва) |
imwielda fis-6 ta' Jannar 1953 f'Bakal (Chelyabinsk oblast, ir-Russja), eks Ministru għas-Saħħa |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
6.3.2014 |
|
15. |
Serhiy Hennadiyovych Arbuzov (Сергій Геннадійович Арбузов), Sergei Gennadievich Arbuzov (Сергей Геннадиевич Арбузов) |
imwieled fl-24 ta' Marzu 1976 f'Donetsk, eks Prim Ministru tal-Ukrajna |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
15.4.2014 |
|
16. |
Yuriy Volodymyrovych Ivanyushchenko (Юрій Володимирович Іванющенко) |
imwieled fil-21 ta' Frar 1959 f'Yenakiieve (Donetsk oblast), Membru Parlamentari tal-Partit tar-Reġjuni |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi |
15.4.2014 |
|
17. |
Oleksandr Viktorovych Klymenko (Олександр Вікторович Клименко) |
imwieled fis-16 ta' Novembru 1980 f'Makiivka (Donetsk oblast), eks Ministru għad-Dħul u l-Ħlasijiet |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi u għall-abbuż tal-uffiċċju bħala persuna b'kariga pubblika sabiex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih innifsu jew għal terza parti u li b'hekk ikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi Ukreni. |
15.4.2014 |
|
18. |
Edward Stavytskyi, Eduard Anatoliyovych Stavytsky (Едуард Анатолійович Ставицький) |
imwieled fl-4 ta' Ottubru 1972 f' Lebedyn (Sumy oblast), eks Ministru għall-Karburanti u l-Enerġija tal-Ukrajna Irrappurtat li hu residenti f'Iżrael. Madankollu, għadu fil-pussess taċ-ċittadinanza Ukrajna tiegħu |
Persuna soġġetta għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet Ukreni għall-miżapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi. |
15.4.2014” |
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/29 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/365
tal-4 ta' Marzu 2015
li tagħti derogi lil ċerti Stati Membri fir-rigward tat-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, rigward l-istatistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa
(notifikata bid-dokument C(2015) 1377)
(It-testi bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Olandiż u bir-Rumen u biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 jirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu statistika dwar infiq u finanzjament għall-kura tas-saħħa kif definit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, fejn meħtieġ, id-derogi u l-perjodi ta' tranżizzjoni jistgħu jiġu adottati għall-Istati Membri, diment li dawn ikunu bbażati fuq raġunijiet oġġettivi. |
|
(4) |
Ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Rumanija u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq talbu derogi minħabba l-ħtieġa għal adattamenti ewlenin fis-sistemi tal-istatistika nazzjonali tagħhom sabiex jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 1338/2008. |
|
(5) |
Id-derogi li ntalbu mill-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu konċessi. |
|
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-derogi stabbiliti fl-Anness għandhom jingħataw lir-Renju ta' Spanja, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Rumanija u lir-Renju Unit.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju ta' Spanja, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Rumanija u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2015.
Għall-Kummissjoni
Marianne THYSSEN
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
DEROGI MIR-REGOLAMENT (KE) NRU 1338/2008 RIGWARD L-ISTATISTIKA DWAR INFIQ U FINANZJAMENT GĦALL-KURA TAS-SAĦĦA
Ir-Renju ta' Spanja, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Rumanija u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq ma għandhomx jippreżentaw il-varjabbli speċifikati fit-tabella li ġejja:
|
Stat Membru |
Kwantitajiet varjabbli u analiżi |
Tmiem id-deroga |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Spanja |
|
Awwissu 2016 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Awwissu 2017 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Awwissu 2018 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
In-Netherlands |
|
Marzu 2018 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Rumanija |
|
Marzu 2017 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Marzu 2017 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-Renju Unit |
|
Marzu 2018 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Marzu 2018 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Marzu 2018 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Marzu 2018 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Marzu 2018 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Marzu 2019 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Marzu 2019 |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Marzu 2019 |
Rettifika
|
6.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/35 |
Rettifika għad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/738/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emissjonijiet industrijali, għar-raffinar taż-żejt minerali u l-gass (notifikata bid-dokument C(2014) 7155)
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 307 tat-28 ta' Ottubru 2014 )
Fit-taqsimiet 1.20.6, 1.20.7, 1.21.1 u 1.21.2 tal-Anness, ir-ringiela tat-titolu li ġejja tiżdied mat-tabelli rispettivi:
|
“Teknika |
Deskrizzjoni” |