|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 54 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
REGOLAMENTI
|
25.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 54/1 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/281
tas-26 ta' Novembru 2014
li jissostitwixxi l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 77 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jistipula dwar iċ-ċirkolazzjoni tas-sentenzi, l-istrument awtentiċi u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji fl-Unjoni. Dan se jibda japplika mill-10 ta' Jannar 2015. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 jistabbilixxi, fl-Annessi I u II, formola taċ-ċertifikat li tikkonċerna sentenza fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali u formola taċ-ċertifikat li tikkonċerna strument awtentiku/tranżazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. |
|
(3) |
Mill-1 ta' Jannar 2014 il-Latvja adottat l-euro. Għalhekk, ir-referenzi kollha għall-munita l-antika tal-Latvja għandhom jitħassru mill-formoli. Mill-1 ta' Jannar 2015 il-Litwanja se tadotta l-euro. Għalhekk, ir-referenzi kollha għall-munita tal-Litwanja għandhom jitħassru mill-formoli. |
|
(4) |
Mill-1 ta' Lulju 2013 il-Kroazja daħlet fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk, għandhom jiġu inklużi r-referenzi għall-Kroazja u l-munita tagħha. |
|
(5) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma ħaditx sehem fl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(6) |
Madankollu, skont l-Artikolu 3(2) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka, id-Danimarka, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2012 għarrfet (2) lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li timplimenta l-kontenuti tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012. Għalhekk, għandhom jiġu inklużi r-referenzi għad-Danimarka u l-munita tagħha fil-formoli. |
|
(7) |
Għal raġunijiet ta' ċarezza huwa xieraq li l-Annessi I u II jiġu sostitwiti. |
|
(8) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 huma sostitwiti bit-test li jinsab fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.
Magħmula fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
ANNESS