ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 43

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
18 ta' Frar 2015


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva (UE) 2015/254 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2015 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel ( 1 )

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/255 tat-13 ta' Frar 2015 li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Marchfeldspargel (IĠP))

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/256 tat-13 ta' Frar 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Comté (DPO))

9

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/257 tat-13 ta' Frar 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca/Fasola z Doliny Dunajca (AOP))

10

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/258 tas-17 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

11

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/259 tas-17 ta' Frar 2015 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/260 tas-17 ta' Frar 2015 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

29

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DIRETTIVI

18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/1


DIRETTIVA (UE) 2015/254 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-11 ta' Frar 2015

li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fil-qafas tal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) il-Kummissjoni impenjat ruħha li tipprovdi qafas regolatorju sempliċi, ċar, stabbli u prevedibbli għan-negozji, għall-ħaddiema u għaċ-ċittadini.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE (3) għandha l-għan li tiżgura t-tmexxija bla intoppi tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel billi tippromwovi l-appoġġ xjentifiku lil dak il-Kumitat mingħand l-Istati Membri u torganizza l-koperazzjoni mal-korpi nazzjonali rilevanti dwar kwistjonijiet xjentifiċi fir-rigward tas-sikurezza tal-oġġetti tal-ikel.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), il-kompiti tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel imsemmija fid-Direttiva 93/5/KEE ġew trasferiti lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-EFSA), u dawk il-kompiti attwalment jipprevedihom ir-Regolament (KE) Nru 178/2002.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE (5) li stabbilixxiet il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel tħassret bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE (6).

(5)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 178/2002, l-EFSA saret ukoll il-korp kompetenti li jippromwovi l-koperazzjoni xjentifika mal-Istati Membri u mal-korpi nazzjonali rilevanti li jaħdmu fl-oqsma li jaqgħu fl-ambitu tal-missjoni tal-EFSA. B'mod partikolari, l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprovdi li l-EFSA għandha taġixxi f'koperazzjoni mill-qrib mal-korpi kompetenti tal-Istati Membri u li l-Istati Membri għandhom jikkoperaw mal-EFSA biex ikun żgurat li titwettaq il-missjoni tagħha.

(6)

Id-Direttiva 93/5/KEE għaldaqstant saret obsoleta u għandha titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 93/5/KEE hija b'dan imħassra.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sad-29 ta' Frar 2016. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Strasburgu, il-11 ta' Frar 2015.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

M. SCHULZ

Għall-Kunsill

Il-President

Z. KALNIŅA-LUKAŠEVICA


(1)  ĠU C 451, 16.12.2014, p. 157.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Diċembru 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2015.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/5/KEE tal-25 ta' Frar 1993 dwar assistenza lill-Kummissjoni u koperazzjoni mill-Istati Membri fl-eżami xjentifiku ta' kwistjonijiet dwar l-ikel (ĠU L 52, 4.3.1993, p. 18).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/579/KE tat-23 ta' Lulju 1997 li tistabbilixxi Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur u s-sikurezza tal-ikel (ĠU L 237, 28.8.1997, p. 18).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/210/KE tat-3 ta' Marzu 2004 li twaqqaf Kumitati Xjentifiċi fil-qasam tas-saħħa tal-konsumatur, is-saħħa pubblika u l-ambjent (ĠU L 66, 4.3.2004, p. 45).


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/255

tat-13 ta' Frar 2015

li japprova emenda minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Marchfeldspargel (IĠP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u partikolarment it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Awstrija għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Marchfeldspargel”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (2), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 564/2002 (3).

(2)

L-applikazzjoni għandha l-għan li timmodifika l-Ispeċifikazzjoni fir-rigward tal-bidla tal-organu ta' spezzjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġustifikata. Billi din hija emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni tista' tapprovaha mingħajr ma tirrikorri għall-proċedura mogħtija fl-Artikoli 50 sa 52 ta' dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Marchfeldspargel” hija b'dan emendata skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II ta' dan ir-Regolament jinkludi d-Dokument Uniku kkonsolidat li jistabbilixxi l-elementi ewlenin tal-Ispeċifikazzjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 tal-1 ta' Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 564/2002 tat-2 ta' April 2002 li jemenda l-ispeċifikazzjoni ta' żewġ ismijiet li jidhru fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet u d-denominazzjonijiet ġeografiċi ta' oriġini permezz tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet u d-denominazzjonijiet ġeografiċi ta' oriġini ta' prodotti u ta' ikel agrikolu, li jemenda l-ispeċifikazzjoni tal-isem li jidher fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar id-dħul ta' ċertu ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġgini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (Marchfeldspargel/Baena/Lammefjordsgulerod) (ĠU L 86, 3.4.2002, p. 7).


ANNESS I

Fl-Ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Marchfeldspargel”, ġew approvati l-emendi li ġejjin:

Fil-punt 5g tal-Ispeċifikazzjoni, l-organu ta' spezzjoni indikat, Landeshauptmann von Niederösterreich, huwa sostitwit mill-organu ta' spezzjoni privat li ġej:

SGS Austria Controll-Co.GesmbH

Diefenbachgasse 35

A-1150 Vienna

Tél. + 43-1-512 25 67-0

Fax + 43-1-512 25 67-9

E-Mail: sgs.austria@sgs.com

L-isem tal-entità li qed tapplika jinbidel għal li ġej:

“Verein Genuss Region Marchfeldspargel g.g.A.”


ANNESS II

DOKUMENT UNIKU KKONSOLIDAT

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (*)

“ARCHFELDSPARGEL”

Nru tal-KE: AT-PGI-0217-01213 — 11.03.2014

IĠP (X) DPO ( )

1.   Isem

“Marchfeldspargel”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

L-Awstrija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta' prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f'(1)

Iz-zkuk tal-ispraġ (nebbieta tal-ispraġ “Asparagus officinalis L.”) iridu jkunu sħaħ, b'saħħithom, mingħajr ħsara kkawżata minn ħasil mhux xieraq, nodfa, b'dehra u riħa friska, mingħajr parassiti u ħsarat ikkawżati minn rodituri jew insetti, u mingħajr difetti jew umdità esterna anormali u riħa u/jew togħma mhux tas-soltu. Il-qasma f'qiegħ l-ispraġ għandha tkun nadifa kemm jista' jkun. Barra dan, iz-zkuk ma għandhom ikunu la vojta minn ġewwa, la maqsuma u la mqaxxra. Huma awtorizzati qasmiet żgħar, fi kwantità limitata, li jkunu seħħew waqt il-ħsad. Il-“Marchfeldspargel” għandhom togħma mmarkata u delikata ta' spraġ, bi ftit li xejn imrar. It-togħma tagħhom ma tista' tkun la morra u lanqas fibruża.

L-ispraġ huwa mqassam f'erba' gruppi, skont lewnu:

spraġ abjad,

spraġ vjola: il-blanzun għandu lewn bejn roża u vjola, u parti min-nebbieta lewn abjad,

spraġ vjola/aħdar: parzjalment vjola u lewn ħadrani,

l-spraġ aħdar: il-blanzun u l-biċċa l-kbira tan-nebbieta għandu jkollhom lewn ħadrani.

It-tul massimu ammess għall-ispraġ abjad u vjola huwa ta' 22 cm u ta' 25 cm għall-ispraġ vjola/aħdar u l-ispraġ aħdar.

Varjetajiet:

Varjetajiet Ġermaniżi: Ruhm von Braunschweig, Schwetzinger Meisterschuss, Huchels Auslese, Lukullus, Vulkan, Presto, Merkur, Hermes, Eposs, Ravel, Ramos,

varjetajiet ta' spraġ aħdar (neqsin mill-antoċjani): Spaganiva, Schneewittchen, Schneekopf,

Varjetajiet Olandiżi: Venlim, Carlim, Gijnlim, Boonlim, Backlim, Thielim, Horlim, Prelim, Grolim,

Varjetajiet Franċiżi: Larac, Cito, Aneto, Desto, Selection “Darbonne no4”, Selection “Darbonne no3”, Jacq. Ma. 2001, Jacq. Ma. 2002, Andreas, Dariana, Cipres, Viola,

Varjetà Amerikana: Mary Washington.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-“Marchfeldspargel” jiġu ppakkjati f'faxxi marbutin sew, f'kaxxi jew f'pakketti żgħar. Id-daqs jiġi ddeterminat mid-dijametru, skont l-Ispeċifikazzjoni. Il-kontenut ta' kull pakkett jew faxx għandu jkun omoġeneu u jkun fih biss spraġ tal-istess oriġini, kwalità u lewn. L-ippakkjar isir biss b'materjali li jħarsu mill-umdità u mid-dawl, u li jippermettu li l-ippakkjar jiġi ssiġillat.

Sistema speċjali ta' trasportazzjoni tiggarantixxi li l-ispraġ ta' dak il-jum ikunu disponibbli fl-Awstrija kollha fi żmien 24 siegħa.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Logo komuni; id-denominazzjoni protetta “Marchfeldspargel”, kif ukoll l-isem, l-indirizz, it-tip ta' lewn, il-klassi, il-grad ta' kwalità, il-piż u l-għadd ta' pakketti.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Marchfeld: il-pjanura fertili qiegħda fil-lvant ta' Vjenna bejn id-Danubju u l-Morava (bil-Ġermaniż: March), delimitata fin-nofsinhar mid-Danubju, fuq il-lvant mill-Morava, fit-tramuntana mill-għoljiet ta' Weinviertler Hügelland, u fil-punent mill-konfini tal-belt ta' Vjenna.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Ir-reġjun ta' Marchfeld jintlaqat xi ftit mill-klima tal-isteppi tal-Pannonja u għandu tipi ta' ħamrija partikolari (ħamrija tax-xatt tax-xmara, ċernożemi, kolluvjonijiet u alluvjonijiet b'ammont kbir ta' ħumus kif ukoll ammonti varjabbli ta' tafal u loess). Flimkien max-xlokk tal-Istrija, għandu l-aktar jiem ta' xemx tal-Awstrija kollha u huwa wieħed mill-isħan reġunijiet tal-pajjiż kollu. Sa mis-seklu 19, ir-reġjun ta' Marchfeld kellu rwol importanti fil-kultivazzjoni tal-ispraġ (fi żmien il-monarkija Awstro-Ungarika, kien hemm produtturi individwali li kienu jfornu lill-qorti tal-imperatur fi Vjenna); Il-kultivaturi f'dan ir-reġjun għandhom għalhekk esprejenza kbira fit-tkabbir tal-ispraġ. Il-kundizzjonijiet favorevoli tal-produzzjoni fir-reġun ta' Marchefeld jippermettu li wieħed jaħdem tajjeb skont kriterji ekoloġiċi.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il- “Marchfeldspargel” huma kkaratterizzati minn aroma ta' spraġ partikolari ħafna; għandhom inqas sustanzi li jagħtu togħma morra minn prodotti simili, u huma mfittxa ħafna minħabba l-irtubija tagħhom.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Il-kundizzjonijiet klimatiċi, assoċjati ma' tipi partikolari ta' ħamrija, huma ideali għall-kutivazzjoni tal-ispraġ. It-temperatuiri medji għoljin flimkien ma' biżżejjed umdità jassiguraw kundizzjonijiet favorevoli ħafna għall-kultivazzjoni. L-ispraġ fil-forma salvaġġa tiegħu huwa għalhekk oriġinarju tar-reġjun ta' Marchefeld. L-esperjenza twila tal-kultivaturi tar-reġjun ta' Marchfeld tiggarantixxi li jiġu kkultivati biss il-varjetajiet l-aktar xierqa għall-kundizzjonijiet partikolari tal-produzzjoni. Billi l-varjetajiet tal-ispraġ ikkultivat huma partikolarment xierqa għall-kundizzjonijiet pedoloġiċi, il-“Marchfeldspargel” fihom ftit li xejn sustanzi morri. Barra minn hekk, iz-zkuk tal-“Marchfeldspargel” jinħasdu wisq aktar frekwentement minn prodotti simili, u dan għalhekk jippermetti li jkollhom tessut inqas aħrax.

Il-“Marchfeldspargel” għalhekk igawdu minn fama eċċellenti. Wara li l-istaġun tal-ispraġ ta' Marchfeld jinfetaħ minn ċelebritajiet tad-dinja tal-politika, tan-negozju u tal-kultura, tiġi eletta r-reġina tal-ispraġ ta' Marchfeld.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7), tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

http://www.patentamt.at/Media/Marchfeldspargel.pdf


(*)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.


18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/9


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/256

tat-13 ta' Frar 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Comté (DPO))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-Ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta ta' oriġini “Comté”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (2) (KE) Nru 1107/96, kif emendat bir-Regolament (3) (KE) Nru 828/2003.

(2)

Ladarba l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (4), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Ladarba l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjonijiet għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-Ispeċifikazzjonijiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Comté” (DPO), hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tat-12 ta' Ġunju 1996 dwar ir-reġistrazzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 828/2003 tal-14 ta' Mejju 2003 li jemenda l-Ispeċifikazzjoni ta' sittax-il isem li jidhru fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' oriġini għal prodotti agrikoli u tal-ikel (Danablu, Monti Iblei, Lesbos, Beaufort, Salers, Reblochon jew Reblochon de Savoie, Laguiole, Mont d'Or jew Vacherin du Haut-Doubs, Comté, Roquefort, Epoisses de Bourgogne, Brocciu corse jew Brocciu, Sainte-Maure de Touraine, Ossau-Iraty, Dinde de Bresse, Huile essentielle de lavande de Haute-Provence) (ĠU L 120, 15.5.2003, p. 3).

(4)  ĠU C 356, 9.10.2014, p. 54.


18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/257

tat-13 ta' Frar 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-Ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca/Fasola z Doliny Dunajca (AOP))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tal-Polonja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“Fasola z Doliny Dunajca”, irreġistrata skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1073/2011 (2).

(2)

L-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; il-Kummissjoni għalhekk ppubblikat l-applikazzjoni għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Il-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012; l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha għalhekk tiġi approvata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca”/“Fasola z Doliny Dunajca” (DOP) hija approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Phil HOGAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1073/2011 tal-20 ta' Ottubru 2011 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Fasola Piękny Jaś z Doliny Dunajca/Fasola z Doliny Dunajca (DPO)] (ĠU L 278, 25.10.2011, p. 3).

(3)  ĠU C 352, 7.10.2014, p. 17.


18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/258

tas-17 ta' Frar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

116,3

IL

80,8

MA

86,6

TR

123,9

ZZ

101,9

0707 00 05

EG

191,6

TR

190,1

ZZ

190,9

0709 93 10

MA

195,0

TR

235,6

ZZ

215,3

0805 10 20

EG

53,2

IL

69,8

MA

45,8

TN

51,5

TR

68,7

ZZ

57,8

0805 20 10

IL

136,1

MA

100,7

ZZ

118,4

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

93,4

IL

146,9

JM

118,8

MA

114,4

TR

72,6

US

148,9

ZZ

115,8

0805 50 10

EG

41,3

TR

58,9

ZZ

50,1

0808 10 80

BR

67,1

CL

94,6

US

169,6

ZZ

110,4

0808 30 90

CL

133,1

CN

72,5

ZA

90,1

ZZ

98,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/14


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/259

tas-17 ta' Frar 2015

b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-12 ta' Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (minn hawn 'il quddiem l-“Istrateġija tal-UE”), li l-Kapitolu III tagħha fih lista ta' miżuri għall-ġlieda kontra tali proliferazzjoni.

(2)

l-Istrateġija tal-UE tissottolinja r-rwol kruċjali tal-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta' Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom (“CWC”) u tal-OPCW fil-ħolqien ta' dinja ħielsa minn armi kimiċi. Bħala parti mill-Istrateġija tal-UE, l-Unjoni impenjat ruħha li taħdem biex tikseb l-aderenza universali għal trattati u ftehimiet ewlenin dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni, inkluża s-CWC. L-objettivi tal-Istrateġija tal-UE huma komplementari għall-objettivi segwiti mill-OPCW, fil-kuntest tar-responsabbiltà ta' din tal-aħħar għall-implimentazzjoni tas-CWC.

(3)

Fit-22 ta' Novembru 2004, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/797/PESK dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW (1), li mal-iskadenza tagħha ġiet segwita mill-Azzjoni Konġunta 2005/913/PESK (2), li sussegwentement ġiet segwita mill-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK (3). L-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK ġiet segwita bid-Deċiżjoni 2009/569/PESK (4) u bid-Deċiżjoni 2012/166/PESK (5) li tiskadi fil-31 ta' Jannar 2015.

(4)

Il-kontinwazzjoni ta' tali assistenza intensiva u mmirata mill-Unjoni għall-OPCW hija meħtieġa fil-kuntest tal-implimentazzjoni attiva tal-Kapitolu III tal-Istrateġija tal-UE. Hemm ħtieġa għal aktar attivitajiet li jippromwovu l-implimentazzjoni sħiħa tas-CWC kif ukoll attivitajiet li jsaħħu l-istat ta' tħejjija tal-Istati Partijiet għas-CWC (minn hawn 'il quddiem l-“Istati Partijiet”) għal prevenzjoni ta' attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi tossiċi u r-rispons għalihom, kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-attivitajiet kimiċi, u l-abbiltà tal-OPCW li tadatta għall-iżviluppi fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija. Il-miżuri relatati mal-universalizzazzjoni tas-CWC għandhom ikomplu u jiġu adattati u mmirati għan-numru li qed jonqos ta' Stati mhux Partijiet għas-CWC.

(5)

Mit-8 sad-19 ta' April 2013, fl-Aja, il-Pajjiżi l-Baxxi, saret it-Tielet Sessjoni Speċjali tal-Konferenza tal-Istati Partijiet għar-Reviżjoni tal-Operat tas-CWC. L-Unjoni appoġġat ir-rapport finali tal-Konferenza, liema rapport indirizza l-aspetti kollha tas-CWC u għamel rakkomandazzjonijiet importanti dwar l-implimentazzjoni tagħha. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jinkludu wkoll objettivi prijoritarji għall-Unjoni msemmija fil-Premessa (4) u l-Istrateġija tal-UE. L-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet huwa kruċjali biex tiġi żgurata r-rilevanza kontinwa tas-CWC u biex jiġi impedit li jerġgħu jitfaċċaw l-armi kimiċi.

(6)

L-Unjoni pprovdiet appoġġ politiku, finanzjarju u in natura lill-operazzjonijiet konġunti bejn in-NU u l-OPCW fis-Sirja bil-għan tal-qerda totali tal-armi u aġenti kimiċi Sirjani. L-Unjoni hija determinata li tibni fuq it-tagħlimiet meħuda fis-Sirja,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Għall-fini li xi elementi tal-Istrateġija tal-UE jiġu applikati b'mod immedjat u prattiku, l-Unjoni għandha tappoġġa l-attivitajiet tal-OPCW, bl-objettivi li ġejjin:

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Istati Partijiet biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt is-CWC,

it-tisħiħ tal-istat ta' tħejjija tal-Istati Partijiet għall-prevenzjoni ta' attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi tossiċi u r-rispons għalihom,

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam ta' attivitajiet kimiċi,

l-appoġġ għall-abbiltà tal-OCPW li tadatta għall-iżviluppi fil-qasam tax-xjenza u t-teknoloġija,

il-promozzjoni tal-universalità billi Stati mhux Partijiet jiġu mħeġġa jingħaqdu mas-CWC.

2.   F'dan il-kuntest, l-attivitajiet appoġġati mill-Unjoni tal-proġetti tal-OPCW, li jikkonformaw mal-miżuri tal-Istrateġija tal-UE, għandhom ikunu dawn li ġejjin:

Proġett I: Implimentazzjoni Nazzjonali, Verifika u Universalità

Attivitajiet:

Kors ta' Taħriġ Reġjonali għall-Awtoritajiet Doganali tal-Istati Partijiet dwar l-Aspetti Tekniċi tar-Reġim ta' Trasferimenti tas-CWC

Aġġornament tal-għodod ta' tagħlim elettroniku għall-awtoritajiet nazzjonali/partijiet ikkonċernati assoċjati

Appoġġ għall-Iżvilupp ta' Pjani ta' “Appoġġ Attiv” għal sensibilizzazzjoni dwar l-implimentazzjoni nazzjonali tas-CWC

Valutazzjoni tal-Kapaċità tal-Implimentazzjoni Nazzjonali għall-Awtoritajiet Nazzjonali

Programm ta' Konsulenza (Mentorship)

Sessjoni ta' ħidma legali għall-Istati Partijiet tal-Karibew u tal-Amerika Ċentrali

Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Taħriġ għal spetturi u esperti tas-Segretarjat Tekniku tal-OPCW

Modernizzazzjoni ta' Sistemi ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni għad-Diviżjoni ta' Verifika tal-OPCW

Żjarat tar-Rappreżentanti tal-Kunsill Eżekuttiv u l-Osservaturi tal-Istati Partijiet b'ekonomiji li qed jiżviluppaw fil-faċilitajiet għall-qerda tal-armi kimiċi

Implimentazzjoni tat-tagħlimiet li jirriżultaw mill-missjoni tas-Sirja

Proġett II: Kooperazzjoni Internazzjonali

Attivitajiet:

Kors għall-Iżvilupp ta' kompetenzi analitiċi

Attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għall-Industrija

Sessjonijiet ta' ħidma dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza u s-Sigurtà Kimika

Proġett III: Xjenza u Teknoloġija

Attivitajiet:

lnformatika kimika għall-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni internazzjonali

Valutazzjoni tal-iżviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija

Użi multipli tal-kimika: konoxxenza tal-aspetti ta' sigurtà tal-iżviluppi teknoloġiċi

Appoġġ għal Gruppi ta' Ħidma Temporanji (TWGs) tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku (SAB) tal-OPCW

Lejn l-iżvilupp ta' metodi analitiċi standardizzati għall-analiżi ta' tossini bijoloġiċi

Proġett IV: Tħejjija tal-Istati Partijiet għall-prevenzjoni ta' attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi u r-rispons għalihom

Attivitajiet:

Taħriġ Reġjonali ta' Assistenza u Protezzjoni — Asja Ċentrali

Eżerċizzju ta' Koordinazzjoni Reġjonali dwar l-Għoti ta' Assistenza

Sessjonijiet ta' Ħidma Reġjonali dwar l-Assistenza u Protezzjoni

Eżerċizzji ta' Simulazzjoni

Proġett V: Universalità u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni

Traduzzjoni u disseminazzjoni ta' għodod u materjal edukattivi u ta' sensibilizzazzjoni

Produzzjoni ta' wirja tal-OPCW

Komunikazzjoni maż-żgħażagħ

Faċilitazzjoni tal-universalità biex Stati li mhumiex Partijiet jingħaqdu mas-CWC

Appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-NGOs f'attivitajiet tal-OPCW

Appoġġ għall-iżvilupp u l-promozzjoni tas-sensiela ta' dokumentarji b'filmati “Nirien”

Proġett VI: Programm tal-Afrika

Forum Reġjonali għall-Partijiet Ikkonċernati tal-Awtoritajiet Nazzjonali

Kors ta' Taħriġ Reġjonali għall-Awtoritajiet Doganali tal-Istati Partijiet dwar l-Aspetti Tekniċi tar-Reġim ta' Trasferimenti tas-CWC

Provvista ta' Materjal Akkademiku/Informattiv dwar is-CWC

Sinerġiji u Sħubija għal implimentazzjoni effettiva

Korsijiet għall-Iżvilupp ta' Kompetenzi Analitiċi

Attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għall-Industrija

Ġestjoni tas-Sikurezza u s-Sigurtà Kimika

Deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet appoġġati mill-Unjoni tal-OPCW imsemmija hawn fuq tinsab fl-Anness.

Artikolu 2

1.   Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ) għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-implimentazzjoni teknika tal-proġetti imsemmija fl-Artikolu 1(2) għandha ssir mis-Segretarjat Tekniku tal-OPCW (is-“Segretarjat Tekniku”). Huwa għandu jwettaq dan il-kompitu taħt ir-responsabbiltà u l-kontroll tar-RGħ. Għal dan il-fini, ir-RGħ għandu jidħol fl-arranġamenti meħtieġa mas-Segretarjat Tekniku.

Artikolu 3

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2) għandu jkun ta' EUR 2 528 069.

2.   L-infiq iffinanzjat mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun amministrat skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

3.   Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-amministrazzjoni korretta tal-infiq imsemmi fil-paragrafu 1. Għal dan il-fini, hija għandha tikkonkludi ftehim ta' finanzjament mas-Segretarjat Tekniku. Il-ftehim għandu jistipula li s-Segretarjat Tekniku għandu jiżgura l-viżibbiltà tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, skont id-daqs tagħha u jispeċifika miżuri li jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' sinerġiji u li jevitaw id-duplikazzjoni tal-attivitajiet.

4.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tikkonkludi l-ftehim ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3 malajr kemm jista' jkun wara is-17 ta' Frar 2015. Hija għandha tinforma lill-Kunsill bi kwalunkwe diffikultà f'dak il-proċess u bid-data tal-konklużjoni tal-ftehim.

Artikolu 4

Ir-RGħ għandu jirrapporta lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni abbażi ta' rapporti regolari mħejjijin mis-Segretarjat Tekniku. Ir-rapporti tar-RGħ għandhom jifformaw il-bażi għall-evalwazzjoni mwettqa mill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-aspetti finanzjarji tal-proġetti msemmijin fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 5

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi 36 xahar wara d-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3). Madankollu, hija għandha tiskadi sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ tagħha jekk dak il-ftehim ta' finanzjament ma jkunx ġie konkluż sa dakinhar.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/797/PESK tat-22 ta' Novembru 2004 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 63).

(2)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/913/PESK tat-12 ta' Diċembru 2005 dwar appoġġ għall-attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda tal-Massa (ĠU L 331, 17.12.2005, p. 34).

(3)  Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2007/185/PESK tad-19 ta' Marzu 2007 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija ta' l-UE kontra l-Proliferazzjoni tal-Armi ta' Distruzzjoni Massiva (ĠU L 85, 27.3.2007, p. 10).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/569/PESK tas-27 ta' Lulju 2009 dwar appoġġ għal attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 197, 29.7.2009, p. 96).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/166/PESK tat-23 ta' Marzu 2012 b'appoġġ għall-attivitajiet tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta' Armi Kimiċi (OPCW) fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva (ĠU L 87, 24.3.2012, p. 49).


ANNESS

Appoġġ tal-Unjoni għall-attivitajiet tal-OPCW fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta' Armi ta' Qerda Massiva

Proġett I — lmplimentazzjoni nazzjonali u Verifika

Objettivi:

Jissaħħu l-kapaċitajiet tal-Istati Partijiet biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont is-CWC;

Jingħata appoġġ għan-nonproliferazzjoni ta' armi kimiċi, permezz tal-applikazzjoni tal-miżuri ta' verifika u ta' implimentazzjoni previsti fis-CWC;

Tingħata spinta u tkun żgurata l-eliminazzjoni tal-ħażniet ta' armi kimiċi u l-faċilitajiet ta' produzzjoni soġġett għall-miżuri ta' verifika previsti is-CWC.

Finijiet:

Fini 1 (Implimentazzjoni nazzjonali)

Tiġi msaħħa l-kapaċità tal-Istati Partijiet għal implimetazzjoni nazzjonali effettiva;

Numru akbar ta' Stati Partijiet ikunu jistgħu iwettqu implimentazzjoni nazzjonali effettiva fil-livell kwantitattiv u kwalitattiv;

L-Awtoritajiet Nazzjonali (NAs) isiru jifhmu aktar u u jkunu aktar sensibilizzati dwar kwistjonijiet relatati mas-CWC għal kooperazzjoni u appoġġ tajbin;

Numru akbar ta' Stati Partijiet isiru kapaċi jipproċessaw u jabbozzaw leġislazzjoni għal approvazzjoni sussegwenti.

Issir effettiva l-funzjoni tal-awtoritajiet doganali fil-kontroll u l-monitoraġġ tal-kummerċ tas-sustanzi kimiċi;

Fini 2 (Verifika)

Tiżdied l-effikaċja u jiżdied kemm jista' jkun il-valur tal-korsijiet ta' taħriġ mogħtija lill-spetturi u l-esperti tal-OPCW;

Isir titjib fil-proċessi ta' negozju u kwalità ta' informazzjoni tas-Sistema ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni tad-Diviżjoni ta' Verifika tal-OPCW, u l-abbiltà li jintużaw tekniki kontemporanji miksuba ta' analiżi tal-informazzjoni;

L-Istati Partijiet ikunu jistgħu jissorveljaw il-progress li jsir fil-kisba tal-qerda kompleta tal-ħażniet ta' armi kimiċi u jkunu jistgħu jidentifikaw u jindirizzaw problemi biex il-qerda tinkiseb fi stadju bikri, u jkunu aktar fiduċjużi li d-detenturi tagħhom ikunu qed jieħdu passi tanġibbli u konkreti għall-qerda kompleta tal-ħażniet ta' armi kimiċi;

Titjieb l-adattabbiltà tal-OPCW fil-konfront ta' sitwazzjonijiet simili għall-missjoni tas-Sirja fil-futur, isir titjib fir-reġim u fl-attivitajiet ta' verifika, isir titjib fir-relazzjonijiet ma' organizzazzjonijiet internazzjonali sħab.

Riżultati:

Riżultati 1 (Implimentazzjoni nazzjonali)

L-Uffiċjali Doganali isiru jifhmu aktar il-kapaċità tagħhom għall-ġestjoni effettiva tad-dmirijiet rigward l-importazzjoni/l-esportazzjoni ta' sustanzi kimiċi skedati u l-koordinazzjoni mal-Awtoritajiet Nazzjonali;

Il-persunal tal-Awtoritajiet Nazzjonali u l-partijiet ikkonċernati assoċjati jkollhom disponibbli informazzjoni korretta u aġġornata f'format elettroniku għal tagħlim effettiv;

L-Awtoritajiet Nazzjonali għandhom l-għodod tal-ippjanar sistematiku għal implimentazzjoni effettiva tal-isforzi nazzjonali disponibbli;

Tissaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Partijiet mogħtija konsulenza (mentoring) fl-implimentazzjoni nazzjonali u biex jaħdmu f'koordinazzjoni mal-Istat Parti li jagħti l-konsulenza;

L-Istati Partijiet isiru jifhmu aktar u tiżdied il-konoxxenza tagħhom dwar proċessi korretti dwar il-leġislazzjoni nazzjonali biex jintlaħqu l-obbligi nazzjonali skont is-CWC.

Riżultati 2 (Verifika)

Il-livell ta' ħila esperta u għarfien tal-ispetturi u l-esperti tal-OPCW dwar l-ġestjoni tas-sustanzi kimiċi tal-iskeda 1 jinżamm fi standards korretti;

Jinkisbu kapaċitajiet kontemporanji ta-Sistema ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni tad-Diviżjoni ta' Verifika tal-OPCW u s-sistemi ta' legat mhux konnessi jiġu diżattivati;

L-Istati Partijiet isiru jifhmu aktar il-problemi u d-diffikultajiet tekniċi relatati mal-qerda ta' armi kimiċi, u tiżdied il-fiduċja tagħhom li jkunu qed jittieħdu passi tanġibbli u konkreti għall-qerda kompleta tal-ħażniet ta' armi kimiċi;

L-OPCW tkun saret tifhem aktar il-missjoni fis-Sirja, ivvalutat l-implikazzjonijiet għar-reġim tas-CWC u inkorporat it-tagħlimiet miksuba fi proċeduri u prattiki operattivi interni.

Attivitajiet

1.   Kors ta' Taħriġ Reġjonali għall-Awtoritajiet Doganali tal-Istati Partijiet dwar l-Aspetti Tekniċi tar-Reġim ta' Trasferimenti tas-CWC

Ġie pprovdut appoġġ għall-uffiċjali doganali taħt l-Azzjoni Konġunta 2005/913/PESK, l-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK, id-Deċiżjoni 2009/569/PESK, u d-Deċiżjoni 2012/166/PESK. Abbażi ta' esperjenza miksuba, ser isiru attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni ma' uffiċjali doganali permezz ta' korsijiet ta' taħriġ bil-ħsieb li jittejbu l-ġbir u t-trasmissjoni ta' data dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' sustanzi kimiċi skedati lill-awtoritajiet nazzjonali. It-taħriġ li jsir ser joffri wirjiet u eżerċizzji b'involviment dirett u prattiku, u ser jinkorpora element li jkopri “t-taħriġ ta' min iħarreġ”. It-taħriġ ser isir mill-Fergħa ta' Appoġġ għall-Implimentazzjoni tas-Segretarjat Tekniku f'kooperazzjoni ma' esperti tekniċi mill-Fergħa tad-Dikjarazzjonijiet fir-reġjun fl-Amerika Latina u r-reġjun tal-Karibew.

2.   Aġġornament tal-għodod ta' tagħlim elettroniku għall-awtoritajiet nazzjonali/partijiet ikkonċernati assoċjati

Ġie pprovdut appoġġ, taħt id-Deċiżjoni 2012/166/PESK, għall-iżvilupp ta' għodda ta' tagħlim elettroniku għall-awtoritajiet nazzjonali/partijiet ikkonċernati assoċjati. L-Istati Partijiet ilhom jistgħu jaċċessaw u jagħmlu użu mill-moduli ta' tagħlim elettroniku mill-2013. Sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni u l-materjal jibqgħu rilevanti u utli, ser issir valutazzjoni tar-reazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-utenti, u l-konklużjonijiet ser jintużaw għall-aġġornament u t-titjib tal-għodda. Huwa mistenni li t-tagħlim elettroniku ser jintuża b'mod aktar mifrux mill-Istati Partijiet. Is-Segretarjat Tekniku qed jikkunsidra jekk it-tagħlim elettroniku għandux isir obbligatorju għal xi taħriġ ipprovdut mill-OPCW.

3.   Appoġġ għall-iżvilupp ta' pjani ta' “appoġġ attiv”

Diversi Awtoritajiet Nazzjonali infurmaw li kien diffiċli li jintlaħaq il-livell korrett ta' kooperazzjoni u appoġġ minn xi istituzzjonijiet ikkonċernati. Dan huwa prinċipalment minħabba n-nuqqas ta' konoxxenza u għarfien dwar is-CWC, l-obbligi u l-impenji tagħha imposti fuq l-Istati Partijiet. Dan in-nuqqas ta' ħiliet, konoxxenza u esperjenzi fl-“appoġġ attiv” ifisser li meta dan isir, spiss ma jkunx effettiv. Jeħtieġ li l-pjani eżistenti ta' appoġġ attiv jiġu żviluppati/imtejba biex isiru aktar prattiċi u utli. Il-pjani ta' appoġġ attiv ser jinkludu: attivitajiet edukattivi u ta' sensibilizzazzjoni, il-produzzjoni ta' materjal ta' reklamar, kits ta' informazzjoni kif ukoll abbozz ta' pjani ta' azzjoni. Ser jiġu abbozzati linji gwida u strateġiji għal edukazzjoni u komunikazzjoni effettivi fil-livell nazzjonali u reġjonali u l-Istati pilota ser jużawhom bħala referenza fl-abbozzar ta' pjani ta' promozzjoni fl-Istati rispettivi tagħhom. Ser jiġu żviluppati proġetti pilota fir-reġjuni kollha: L-Asja, l-Amerika Latina u l-Karibew, l-Afrika u l-Ewropa tal-Lvant.

4.   Valutazzjoni tal-Kapaċità tal-Implimentazzjoni Nazzjonali

L-Awtoritajiet Nazzjonali għandhom ikunu jistgħu jimplimentaw is-CWC b'mod effettiv. Xi Awtoritajiet Nazzjonali jeħtieġu għajnuna biex jiġi żgurat li dawn ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom b'mod effettiv. Hemm diversi fatturi li jistgħu jaffettwaw il-prestazzjoni tagħhom. Sabiex is-Segretarjat Tekniku jipprovdi appoġġ f'waqtu u effikaċi, huwa essenzjali li tiġi vvalutata l-kapaċità nazzjonali tagħhom biex jifhmu aħjar il-ħtiġijiet tagħhom. Ser jiġu implimentati programmi ta' valutazzjoni fir-reġjuni kollha. B'mod speċifiku, il-valutazzjoni tal-kapaċità ser issir b'mod konġunt mis-Segretarjat Tekniku u l-Awtorità Nazzjonali rispettiva. Ser issir analiżi dokumentarja dwar is-sitwazzjoni ta' Stat rigward l-implimentazzjoni tas-CWC minn Diviżjonijiet rilevanti tas-Segretarjat Tekniku qabel ma ssir żjara fl-Istat għall-valutazzjoni proprja. Matul iż-żjara, it-tim ser jorganizza laqgħat u konsultazzjonijiet ma' aġenziji rilevanti. Kull żjara ser tirriżulta f'rapport, li jiddeskrivi l-iżviluppi fundamentali u pjan ta' azzjoni għas-segwitu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet.

5.   Programm ta' Konsulenza (Mentorship)

Il-Programm ta' Konsulenza tal-Awtorità Nazzjonali huwa mfassal biex tinħoloq sħubija bejn Awtorità Nazzjonali li kellha aktar suċċess u kienet aktar effiċjenti fl-implimentazzjoni tal-obbligi tagħha taħt is-CWC u Awtorità Nazzjonali oħra f'livell aktar baxx ta' implimentazzjoni. Dan isaħħaħ il-funzjonament ta' din tal-aħħar. Il-programm ġie implimentat mill-OPCW għal numru ta' snin u wera li kien utli ħafna. Ser jiġu implimentati programmi ta' konsulenza fl-Afrika, l-Asja u l-Karibew u l-Amerika Latina.

6.   Sessjoni ta' ħidma legali għall-Istati Partijiet tal-Karibew u tal-Amerika Ċentrali

Dawn is-sessjonijiet ta' ħidma jiffurmaw parti mill-isforzi tas-Segretarjat Tekniku għall-promozzjoni ta' adozzjoni aktar rapida tal-leġislazzjoni implimentattiva nazzjonali mill-Istati Partijiet fil-Karibew u fl-Amerika Ċentrali. L-għan ewlieni hu li tiġi provduta għajnuna prattika lill-Istati Partijiet parteċipanti dwar kwistjonijiet legali rigward l-implimentazzjoni nazzjonali tas-CWC. Dawn is-sessjonijiet ta' ħidma għandhom ukoll l-għan li jappoġġaw lill-Istati Partijiet li jkunu qegħdin jiffinalizzaw l-abbozzi rispettivi tagħhom, u jipprovdu opportunità biex l-Istati Partijiet mistiedna jikkonsultaw direttament ma' rappreżentanti tal-Fergħa ta' Appoġġ għall-Implimentazzjoni tal-OPCW fir-rigward tal-abbozzar tal-leġislazzjoni implimentattiva nazzjonali kif ukoll l-għoti ta' kwalunkwe assistenza legali oħra, bħall-iżvilupp ta' regolamenti u regoli sussidjarji.

7.   Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Taħriġ għal spetturi u esperti tas-Segretarjat Tekniku

Il-korsijiet ta' taħriġ li jinvolvu l-ġestjoni ta' sustanzi kimiċi tal-iskeda 1 jirrappreżentaw wieħed mill-elementi kruċjali tal-isforz biex jinżamm il-livelli ta' ħila esperta u konoxxenza akkumulati tal-OPCW. L-osservanza ta' standards tekniċi stretti hija kruċjali għall-effiċjenza u s-servizzi ta' valur sħiħ tal-korsijiet ta' taħriġ għal spetturi u esperti tas-Segretarjat Tekniku. Fl-istess waqt din ser iżżid is-sikurezza kimika u bijoloġika u ser issaħħaħ l-istat ta' tħejjija għall-prevenzjoni u r-rispons għal attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi tossiċi. L-attività ser tinkludi l-akkwist ta' tagħmir, apparat domestiku u materjal meħtieġa, li jirriżultaw f'titjib fil-prestazzjoni tal-laboratorji involuti.

8.   Modernizzazzjoni ta' Sistemi ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni għad-Diviżjoni ta' Verifika tal-OPCW

Id-Diviżjoni ta' Verifika tal-OPCW attwalment tuża diversi sistemi ta' informazzjoni ta' legat, li wħud minnhom huma ferm personalizzati. Dawn jimpedixxu l-ipproċessar effiċjenti u effettiv tal-informazzjoni.

Dawn jinkludu:

Sistemi mhux konnessi

Sistemi ta' legat li m'għandhomx kapaċitajiet kontemporanji

Personalizzazzjoni qawwija tas-sistemi u nuqqas ta' kapaċità li jsir titjib f'waqtu u b'mod effiċjenti fl-użu tar-riżorsi

Nuqqas ta' disponibbiltà ta' funzjonalità kontemporanja bħal kapaċitajiet ta' tiftix fit-test kollu u l-ipproċessar diġitali

L-ebda possibbiltà ta' ġestjoni tal-proċess tal-fluss ta' xogħol stimulat mill-utenti

Din l-attività għandha l-għan li timmodernizza s-sistemi tal-ġestjoni tal-informazzjoni tad-Diviżjoni ta' Verifika tal-OPCW billi tissostitwixxi dawn is-sistemi personalizzati b'soluzzjoni ta' ġestjoni ta' dokumenti tal-intrapriża b'kapaċitajiet kontemporanji. Il-benefiċċji mistennija ser ikunu aktar effiċjenza fl-ipproċessar tal-informazzjoni, tnaqqis fl-isforz ta' xogħol manwali, titjib fil-kwalità tad-data u kapaċitajiet analitiċi estiżi.

9.   Żjarat tar-rappreżentanti tal-Kunsill Eżekuttiv u l-Osservaturi ta' Stati Partijiet b'ekonomiji li qed jiżviluppaw fil-faċilitajiet għall-qerda tal-armi kimiċi

Sal-lum, saru tmien żjarat — erbgħa fl-Istati Uniti tal-Amerika, tlieta fil-Federazzjoni Russa u waħda fiċ-Ċina (Faċilitajiet għall-Qerda ta' Armi Kimiċi Abbandunati), b'finanzjament ipprovdut taħt l-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK, id-Deċiżjoni 2009/569/PESK, u d-Deċiżjoni 2012/166/PESK. Iż-żjarat li saru s'issa wrew li kienu siewja bħala mezz biex jiġu indirizzati mistoqsijiet jew tħassib dwar il-programm ta' Stat Parti detentur fir-rigward tal-kisba tal-obbligi tiegħu b'rabta mal-qerda tal-armi kimiċi tiegħu. L-Istati Partijiet kollha ser jibbenefikaw minn dawn iż-żjarat li ser jgħinu fit-tisħiħ tat-trasparenza u l-bini ta' fiduċja rigward il-fatt li qed isir progress lejn il-qerda kompleta tal-armi kimiċi li fadal f'konformità mad-dispożizzjonijiet tas-CWC u skont il-verifika tas-Segretarjat Tekniku. Il-proġett għandu jinkoraġġixxi parteċipazzjoni usa' f'tali żjarat minn Stati Partijiet filwaqt li jittieħed kont tal-kriterji finanzjarji adatti u jittieħdu passi biex tiġi żgurata r-rotazzjoni adegwata tal-parteċipanti.

10.   Implimentazzjoni tat-tagħlimiet li jirriżultaw mill-missjoni tas-Sirja

Ma' tmiem il-programm antiċipat biex jiġi eliminat il-programm tal-armi kimiċi tas-Sirja, l-OPCW ser tagħmel analiżi tal-involviment tagħha f'din l-operazzjoni bla preċedent. Barra minn hekk, l-OPCW diġà qed tipparteċipa fl-eżerċizzju ibbażat fuq it-tagħlimiet meħudin li qed isir mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti (UN) għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA) fil-qafas tal-investigazzjoni dwar l-użu tal-armi kimiċi fis-Sirja fl-2013. Għalhekk, ħafna mit-tagħlimiet li jirriżultaw mill-investigazzjoni tan-NU u l-missjoni għall-qerda tal-armi kimiċi Sirjani għandhom jiġu identifikati matul l- 2014.

Ser ikun meħtieġ li t-tagħlimiet identifikati jiġu implimentati u inkorporati fi proċeduri u attivitajiet tal-OPCW. Sabiex dan isir bl-aktar mod effettiv, qed jiġi propost li jiġu organizzati sessjonijiet ta' ħidma biex jiġu analizzati t-tagħlimiet identifikati u l-implikazzjonijiet għall-OPCW tal-attivitajiet rispettivi fis-Sirja fl-2013 u l-2014. Ir-riżultati ta' dawn is-sessjonijiet ta' ħidma ser jiġu inkorporati fi proċeduri riveduti tal-OPCW u fi programmi futuri ta' taħriġ.

Proġett II — Kooperazzjoni Internazzjonali

Objettivi

Jissaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u teknoloġiku permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-kimika għal attivitajiet li l-finijiet tagħhom mhumiex projbiti taħt is-CWC;

Issir promozzjoni tal-missjoni tal-OPCW u l-objettivi tas-CWC permezz ta' impenn aktar b'saħħtu tal-Istati Partijiet f'inizjattivi ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-użu paċifiku tal-kimika.

Finijiet

Tissaħħaħ il-kapaċità tal-laboratorji ffinanzjati pubblikament fi Stati Partijiet b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew ekonomiji fi transizzjoni biex jimplimentaw is-CWC fil-qasam tal-użu paċifiku tal-kimika;

Tingħata għajnuna lill-Istati Partijiet b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew li qegħdin fi transizzjoni biex isaħħu l-approċċi għall-ġestjoni tas-sikurezza u s-sigurtà kimika f'intrapriżi żgħar u ta' daqs medju tal-industrija kimika.

Riżultati

Jogħla l-livell ta' kompetenza teknika f'laboratorji ffinanzjati pubblikament fi Stati Partijiet b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew li qegħdin fi transizzjoni biex jiġu analizzati sustanzi kimiċi relatati mal-implimentazzjoni nazzjonali tas-CWC u fl-applikazzjoni paċifika tal-kimikapermezz tal-użu ta' metodi analitiċi moderni speċjalment il-kromatografija tal-gass (GC) u l-kromatografija tal-gass/spettrometrija ta' massa (GC-MS).

Żieda fil-livelli ta' kompetenza u konoxxenza tal-persunal ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, rappreżentanti ta' assoċjazzjonijiet industrijali u l-awtoritajiet nazzjonali/istituzzjonijiet governattivi ta' Stati Partijiet b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew li qegħdin fi transizzjoni rigward prattiki ta' ġestjoni tas-sikurezza u s-sigurtà tal-proċessi.

Attivitajiet:

1.   Korsijiet għall-iżvilupp ta' ħiliet analitiċi

Dawn il-korsijiet isiru fuq perijodu ta' ġimagħtejn, li matulhom il-parteċipanti jirċievu taħriġ teoretiku u esperjenza b'involviment dirett fil-GC u GC-MS. Is-suġġetti koperti jinkludu: hardware; validazzjoni u ottimizzazzjoni tas-sistemi; trouble-shooting; tħejjija ta' kampjuni ambjentali; u analiżi GC/GC-MS ta' tali kampjuni għal sustanzi kimiċi relatati mas-CWC. Il-parteċipanti ser jirċievu wkoll taħriġ intensiv b'involviment dirett fit-tħejjija ta' matriċijiet ta' kampjuni differenti li għandhom jiġu analizzati bil-GC b'detetturi selettivi skont l-element u b'GC-MS bil-modalità tal-jonizzazjoni kimika u l-jonizzazjoni b'impatt elettroniku. Fl-aħħar nett, il-parteċipanti ser issirilhom introduzzjoni għal firxa ta' proċeduri ta' estrazzjoni, tindif u derivatizzazzjoni. Il-korsijiet ser jiġu implimentati bl-appoġġ ta' VERIFIN, istituzzjoni ta' fama magħżula permezz ta' proċess trasparenti ta' akkwist ibbażat fuq sejħa għall-offerti, li magħha l-OPCW ikkonkludiet ftehim ta' ħames snin.

2.   Attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għall-Industrija — Sessjonijiet ta' Ħidma dwar il-Ġestjoni tas-Sikurezza u s-Sigurtà Kimika

Dawn is-sessjonijiet ta' ħidma jsiru matul jumejn u nofs. Huma jkopru, fost l-oħrajn, kwistjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà fl-industrija kimika, l-istrateġiji ta' ġestjoni kimika, il-ġestjoni tas-sikurezza tal-proċess kimiku, l-aħjar prattiki fl-industrija, u introduzzjoni għal Responsible Care®.

Fis-sessjoni tal-ftuħ tiġi ppreżentata wkoll ħarsa ġenerali lejn is-CWC u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali. Għandhom jiġi żgurati l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni ma' atturi oħra b'esperjenza f'dan il-qasam, kif adatt.

Waħda mis-sessjonijiet ta' ħidma ser tiġi indirizzata lis-sottoreġjuni tal-Afrika ta' Fuq, tal-Lvant Nofsani u tal-Golfu u ser issir bl-Għarbi.

Proġett III — Xjenza u Teknoloġija

Objettivi:

Biex id-Direttur Ġenerali tal-OPCW (“Direttur Ġenerali”) jkun jista' jagħti pariri u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Istati Partijiet, lill-Kunsill Eżekuttiv tal-OPCW u l-Istati Partijiet dwar oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija li huma rilevanti għas-CWC.

Finijiet:

L-istabbiliment tad-direzzjoni għal attivitajiet marbutin max-xjenza u t-teknoloġija fl-OPCW fil-perijodu interim bejn ir-Raba' u l-Ħames Konferenzi ta' Reviżjoni.

Biex id-Direttur-Ġenerali jkun jista' jagħti pariri speċjali lill-organi li jfasslu l-politika tal-OPCW u lill-Istati Partijiet fl-oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija rilevanti għas-CWC;

L-użu ta' grupp akbar ta' esperti xjentifiċi disponibbli għall-OPCW, u mekkaniżmi mtejba biex wieħed jibqa' konxju mill-iżviluppi fit-teknoloġiji ta' monitoraġġ kimiku u fl-għodod tal-informatika għall-analiżi ta' settijiet kumplessi ta' data li fihom informazzjoni kimika;

Il-bini u ż-żamma ta' netwerk ta' partijiet ikkonċernati mhux tekniċi li jistgħu jikkomplementaw lill-esperti xjentifiċi disponibbli għall-OPCW fil-valutazzjoni tal-aspetti kollha tat-teknoloġija u x-xjenza ġdida biex jipprovdu pariri aktar sħaħ dwar ix-xjenza u t-teknoloġija u l-impatt tagħhom;

Biex għadd ta' laboratorji li mhux qegħdin fil-post ikunu jistgħu janalizzaw it-tossini b'appoġġ għas-CWC.

Riżultati

L-espansjoni ta' netwerk ta' esperti xjentifiċi disponibbli għall-OPCW li ser isaħħaħ l-isforzi li qed isiru ta' monitoraġġ tax-xjenza u t-teknoloġija u jżid il-preżenza u l-viżibbiltà tas-CWC fil-komunità xjentifika;

Jinbnew u jinżammu relazzjonijiet ma' esperti xjentifiċi involuti fi żviluppi ġodda fix-xjenza u t-teknoloġija rilevanti għas-CWC;

Il-ħolqien ta' opportunitajiet biex partijiet ikkonċernati mhux tekniċi jiġu involuti f'diskussjonijiet produttivi dwar żviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija ma' esperti tekniċi għall-valutazzjoni tal-impatt u r-riskju fuq is-sigurtà;

Pariri u rakkomandazzjonijiet dwar oqsma tax-xjenza u t-teknoloġija rilevanti għas-CWC mogħtija mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku (SAB) tal-OPCW u riċevuti mill-Istati Partijiet;

Jiżdied l-għarfien dwar il-ħtieġa għall-analiżi ta' tossini rilevanti għas-CWC.

Attivitajiet:

1.   Informatika kimika għall-iffaċilitar tal-kollaborazzjoni internazzjonali

Din l-attività għandha l-għan li toħloq grupp ta' ħidma ta' xjentisti biex b'mod kollaborattiv isibu, jiġbru u janalizzaw data b'firem kimiċi uniċi. Din tipprova tgħaqqad data miġbura minn firxa wiesgħa ta' attivitajiet ta' monitoraġġ kimiċi normali li fihom firem kimiċi (eż. data miġbura minn monitoraġġ atmosferiku, ġbir ta' kampjuni ambjentali, ittestjar ta' ilma, u aktar). Il-ħsieb huwa li jitlaqqgħu x-xjentisti kimiċi u tal-informatika minn reġjuni differenti tad-dinja biex jinħoloq ċentru li fih l-informazzjoni tkun tista' tinxtered mal-kollaboraturi għal viżwalizzazzjoni u analiżi informattiva ta' kimika globali u reġjonali. Dan ix-xogħol huwa maħsub biex jiffaċilita l-involviment tas-Segretarjat Tekniku mal-komunità xjentifika. Ir-riżultat ewlieni ser ikun ċentru ta' ġbir tad-data li jservi bħala ċentru għall-ġbir tad-data u biex din tinbidel f'forom kompatibbli mal-għodod analitiċi użati mir-riċerkaturi li jkunu qed jikkollaboraw. Iċ-ċentru, li jkun jinsab f'wieħed mill-universitajiet li jieħdu sehem, ser jappoġġa n-netwerk ta'xjentisti li qed jikkollaboraw u jibni l-kapaċità tiegħu li jespandi lil hinn mill-perijodu ta' implimentazzjoni.

2.   Valutazzjoni tal-iżviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija

Sensiela ta' sessjonijiet ta' ħidma fost l-esperti — li jinvolvu membri tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku tal-OPCW, esperti assoċjati mal-Unjoni Internazzjonali tal-Kimika Pura u Applikata, u esperti oħrajn — biex jivvalutaw l-impatt ta' żviluppi attwali u futuri potenzjali fix-xjenza u t-teknoloġija fuq l-implimentazzjoni tas-CWC.

Din il-ħidma ser tappoġġa s-SAB fl-iżvilupp tar-rapport tagħhom dwar l-iżviluppi fix-xjenza u t-teknoloġija għar-Raba' Konferenza ta' Reviżjoni tas-CWC.

Ser jiġu esplorati sħubijiet possibbli ma' Organizzazzjonijiet Internazzjonali oħrajn biex din l-attività tiġi implimentata.

3.   Użi multipli tal-kimika: konoxxenza tal-aspetti ta' sigurtà tal-iżviluppi teknoloġiċi

Sensiela ta' sessjonijiet ta' ħidma għal ċentri ta' eċċellenza reġjonali u dipartimenti universitarji li huma involuti fi kwistjonijiet ta' sigurtà marbutin mal-AQM. L-iskop huwa li dawk li huma mħassba dwar l-implikazzjonijiet tal-iżviluppi tat-teknoloġija jiġu megħjuna jifhmu l-proċess li bih it-teknoloġiji jiġu konċepiti, żviluppati, adattati, u jingħataw ħajja.

Dawk li jattendu s-sessjonijiet ta' ħidma ser jiksbu ħiliet u għarfien marbutin ma':

Il-konverġenza tad-dixxiplini xjentifiċi (speċjalment, iżda mhux limitata għall-konverġenza bejn il-kimika u l-bijoloġija), li huma forza b'saħħitha li tippermetti li jkun hemm teknoloġiji ġodda u li jistgħu jixprunaw applikazzjonijiet u approċċi fl-iżvilupp ġenerali tat-teknoloġija,

l-aħjar prattiki għall-monitoraġġ tat-teknoloġiji,

kif jiġu vvalutati aħjar ir-riskji ta' teknoloġiji ġodda u dawk li qed jinbidlu, u

kif wieħed jirrikonoxxi kif l-adattament ta' teknoloġiji ġodda huwa aspett kritiku ta' ġestjoni effettiva tas-sigurtà.

Din il-ħidma ser toħloq aktar għarfien dwar kif ix-xjenza u t-teknoloġija jappoġġaw l-implimentazzjoni effettiva ta' trattati multilaterali dwar is-sigurtà u l-AQM — billi s-CWC tintuża bħala eżempju.

4.   Gruppi ta' Ħidma Temporanji (TWGs) tas-SAB

Appoġġ għal-laqgħat tal-Gruppi ta' Ħidma Temporanji, li ser jippermetti lis-SAB jagħti pariri tekniċi speċjalizzati lid-Direttur Ġenerali dwar l-implimentazzjoni tas-CWC. Dan imbagħad ser jippermetti lid-Direttur Ġenerali jagħti pariri lill-Organi li Jfasslu l-Politika u lill-Istati Partijiet dwar kwistjonijiet ta' politika, appoġġati minn pariri xjentifiċi tajbin.

5.   Lejn l-iżvilupp ta' metodi analitiċi standardizzati għall-analiżi ta' tossini bijoloġiċi

It-tossini bijoloġiċi huma regolati mill-Konvenzjoni dwar l-Armi Bijoloġiċi (BWC). Żewġ tossini bijoloġiċi (ir-riċina u s-sassitossina) huma wkoll elenkati fis-CWC bħala armi kimiċi u huma strettament regolati. Tossini bijoloġiċi oħrajn ukoll jistgħu jaqgħu taħt il-kriterji ġenerali tas-CWC kontra l-użu ta' aġenti tossiċi fil-ġlied fil-gwerer.

Fil-BWC m'hemmx is-sistema robusta ta' verifika tas-CWC. Taħt is-CWC, l-ispetturi għandhom is-setgħa li jieħdu kampjuni u jwettqu analiżi fuq il-post (jekk possibbli; ta' spiss dan ma jkunx possibbli għal tossini bijoloġiċi) jew jibagħtuhom f'laboratorji lil hinn mill-post. Analiżi f'laboratorji lil hinn mis-sit teħtieġ tagħmir analitiku sofistikat kif ukoll metodi u jew materjal ta' referenza jew data.

Għal dan il-proġett, il-Laboratorju tal-OPCW u l-laboratorji sħab ser:

Iħejju/jakkwistaw materjal ta' referenza

Jagħmlu eżerċizzji ċirkolari (“round-robin”)

Jiktbu u jivvalidaw proċeduri operattivi rrakkomandati (ROPs) għall-analiżi ta' tossini bijoloġiċi

Jiġbru data ta' referenza minn laboratorji sħab

Jikkondividu l-proċeduri operattivi rrakkomandati u d-data ta' referenza mal-laboratorji sħab u l-komunità xjentifika

Jevalwaw proċeduri analitiċi/settijiet ta' għodod għas-sejbien li jistgħu jintużaw fuq il-post biex jiggwidaw deċiżjonijiet dwar l-analiżijiet li ma jsirux fil-post u bħala komponent protettiv għall-ispetturi fuq il-post.

Proġett IV — Tħejjija tal-Istati Partijiet għall-prevenzjoni ta' attakki li jinvolvu sustanzi kimiċi u r-rispons għalihom

Objettivi:

Kontribut għall-iżvilupp tal-kapaċità tal-Istati Partijiet fil-prevenzjoni ta' attakki terroristiċi bl-użu ta' armi kimiċi, it-tħejjija u r-rispons għalihom u għat-titjib tar-rispons tagħhom għal talbiet għall-assistenza fil-każ li jintużaw jew li jkun hemm theddida li jintużaw sustanzi kimiċi.

Finijiet

Titjib tal-għarfien tal-Istati Partijiet dwar l-importanza li jippreżentaw dikjarazzjonijiet fil-ħin u kompleti dwar programmi nazzjonali relatati ma' finijiet protettivi;

Kontribut ikbar tal-Istati Partijiet għat-tħejjija tal-OPCW biex tagħti rispons għat-talbiet għall-assistenza;

Inkoraġġiment tal-Istati Partijiet biex irawmu l-ħolqien ta' netwerks reġjonali fir-reġjuni jew subreġjuni biex itejbu r-rispons koordinat tagħhom għal attakk b'armi kimiċi;

Inkoraġġiment tal-Istati Partijiet biex jistabbilixxu koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn is-subreġjuni fir-rispons għall-emerġenzi kimiċi;

Il-bini tal-kapaċità tal-Istati Partijiet biex ikomplu jxerrdu l-għarfien u l-ħiliet miksuba matul il-korsijiet ta' taħriġ;

Eżerċizzju u evalwazzjoni tal-prevenzjoni nazzjonali ta' inċidenti kimiċi, it-tħejjija u r-rispons għalihom u biex jiżdied l-għarfien dwar il-passi ulterjuri li għandhom jittieħdu biex jissaħħaħ il-livell ta' tħejjija;

Eżerċizzju u evalwazzjoni tal-koordinazzjoni tal-komunità internazzjonali fil-prevenzjoni u r-rispons għal inċidenti kimiċi;

Riżultati

Ħolqien ta' prekondizzjonijiet biex jiġi ffurmat netwerk reġjonali ta' persunal ta' rispons għall-emerġenzi;

L-Istati Partijiet ikunu konxji mill-importanza li jippreżentaw dikjarazzjonijiet fil-ħin u kompleti dwar programmi nazzjonali relatati ma' finijiet protettivi;

L-Istati Partijiet ikunu f'pożizzjoni aħjar biex joffru assistenza lill-OPCW fir-rispons għal talba għall-assistenza;

Għarfien akbar tal-Istati Partijiet rigward il-ħtieġa li tiġi promossa l-kooperazzjoni fir-rigward tal-emerġenzi ta' armi kimiċi fil-każ ta' attakk;

Grupp ta' istrutturi mill-Istati Partijiet tal-Asja Ċentrali li jkunu jistgħu jappoġġaw il-pjan ta' rispons għal emerġenza kimika permezz ta' taħriġ għal dawk li jagħtu l-ewwel rispons;

Pjanijiet aħjar ta' rispons għall-emerġenzi għat-trattament ta' inċidenti li jinvolvu sustanzi kimiċi tossiċi tal-Istati Partijiet implikati permezz tal-inkorporazzjoni tat-trasferiment tal-għarfien u l-prattiki.

Attivitajiet:

1.   Taħriġ ta' Assistenza u Protezzjoni Reġjonali

Pakkett ta' taħriġ ta' ċiklu sħiħ għall-Istati Partijiet mill-Asja Ċentrali biex jiġu inklużi korsijiet ta' taħriġ ta' livell Bażiku u Avvanzat fl-Assistenza u l-Protezzjoni. Il-korsijiet ikunu segwiti minn eżerċizzju ta' konferma fejn il-parteċipanti jużaw l-għarfien miksub f'xenarju prattiku ta' taħriġ fil-post. Dan iċ-ċiklu ta' taħriġ ser jirriżulta f'aktar reżiljenza kontra l-użu ħażin ta' sustanzi kimiċ tossiċi u kapaċità mtejba fuq livell nazzjonali u reġjonali biex twieġeb għal dan. Il-persuni li jagħtu l-ewwel rispons mir-reġjun li ser jibbenefikaw minn dan it-taħriġ ser jiġu sussegwentement ikkunsidrati għal korsijiet ta' taħriġ għal min iħarreġ iffinanzjati mill-OPCW biex jiġu megħjuna biex l-għarfien u l-ħiliet li jiksbu jinxterdu aktar.

2.   Eżerċizzju ta' Koordinazzjoni Reġjonali dwar l-Għoti ta' Assistenza

F'konformità mal-paragrafu 7 tal-Artikolu X tas-CWC, l-eżerċizzju propost huwa segwitu għas-sessjoni ta' ħidma dwar il-Koordinazzjoni tal-Assistenza li saret fl-Arġentina f'Ottubru 2013 u ser ikollu l-għan li jittestja l-mekkaniżmi ta' għoti ta' assistenza bejn żewġ jew tliet Stati Partijiet mir-reġjun tal-Amerika Latina li jikkondividu l-istess fruntiera, u ser jinkludi s-sehem, b'kompiti diversi, tal-bqija tal-Istati Partijiet mir-reġjun.

3.   Sessjonijiet ta' ħidma dwar l-Assistenza u Protezzjoni Reġjonali

L-appoġġ għal din l-attività ġie pprovdut taħt id-Deċiżjoni 2009/569/PESK u d-Deċiżjoni 2012/166/PESK. Din l-attività hija mfassla bħala forum għall-amministraturi u l-persuni responsabbli mill-ippjanar li huma involuti fil-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili tagħhom kontra l-armi kimiċi, jew li jkunu responsabbli għall-provvista ta' assistenza ta' emerġenza skont l-Artikolu X tas-CWC. Is-sessjonijiet ta' ħidma jagħtu tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu X, il-proġetti nazzjonali u internazzjonali li qed isiru mill-OPCW, l-approċċi reġjonali għall-assistenza u l-protezzjoni, u sfidi u opportunitajiet ġodda fil-qasam tal-assistenza u l-protezzjoni kontra l-armi kimiċi u sustanzi kimiċi tossiċi oħrajn. Barra minn hekk, huma maħsubin biex irawmu diskussjoni u analiżi ta' diversi kwistjonijiet marbutin mal-assistenza u l-protezzjoni, b'attenzjoni speċjali fuq oqsma bħad-drittijiet u l-obbligi ta' Stati Partijiet taħt l-Artikolu X tas-CWC, il-preżentazzjonijiet ta' dikjarazzjonijiet ta' programmi protettivi, u l-analiżi ta' dgħufijiet u oqsma problematiċi. Huma jipprovdu wkoll ħarsa ġenerali lejn l-attivitajiet ta' assistenza u protezzjoni fir-reġjun ikkonċernat. Il-parteċipanti jagħtu preżentazzjonijiet sabiex jaqsmu l-esperjenzi, it-tagħlimiet meħuda, u ideat fil-qasam tal-assistenza u l-protezzjoni u r-rispons ta' emerġenza kontra theddid marbut mal-użu ħażin ta' sustanzi kimiċi tossiċi. Ir-reġjuni mmirati ser ikunu l-Amerika Latina u l-Asja.

4.   Eżerċizzji ta' Simulazzjoni

L-appoġġ għal din l-attività ġie pprovdut taħt id-Deċiżjoni 2009/569/PESK u d-Deċiżjoni 2012/166/PESK. Il-proġett Eżerċizzji ta' Simulazzjoni huwa segwitu għal u jibni fuq it-tagħlimiet meħuda mill-Eżerċizzju ta' Simulazzjoni (TTX) li sar f'Awwissu 2013 fl-Indoneżja (iffinanzjat taħt id-Deċiżjoni 2012/166/PESK). Wieħed mir-riżultati tal-eżerċizzju kien l-iżvilupp tal-modulu ta' eżerċizzju ta' simulazzjoni li jista' jintuża għal attivitajiet ta' bini ta' kapaċità f'reġjuni oħrajn. L-eżerċizzji ser jeżaminaw it-teħid ta' deċiżjonijiet intergovernattivi, u jippromwovu skambju ta' informazzjoni u għoti ta' assistenza bejn organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali rilevanti sabiex jittaffew ir-riskji u l-impatt ta' attakk b'sustanzi kimiċi tossiċi. Il-proġett jikkomplementa programmi oħrajn tal-OPCW, partikolarment dawk li jirrigwardaw l-assistenza u l-protezzjoni li jagħti mandat għalihom l-Artikolu X tas-CWC kif ukoll l-isforzi tal-OPCW biex tappoġġa l-Istati Partijiet fl-adozzjoni ta' miżuri ta' implimentazzjoni nazzjonali u l-proġett dwar “l-OPCW bħala pjattaforma għat-tisħiħ tas-sigurtà fl-impjanti kimiċi” (iffinanzjata taħt id-Deċiżjoni 2012/166/PESK). Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu X, l-Istati Partijiet jistgħu jirċievu pariri u assistenza esperti mill-OPCW dwar l-iżvilupp u t-titjib tal-kapaċità protettiva tagħhom kontra l-armi kimiċi.

Proġett V — Universalità u attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni

Objettivi:

L-Istati mhux Partijiet għas-CWC jiġu inkoraġġiti jifhmu aħjar il-benefiċċji mill-adeżjoni mas-CWC u minn aktar involviment fl-attivitajiet tal-OPCW.

Titqajjem aktar kuxjenza dwar l-OPCW u s-CWC, b'mod partikolari fost udjenza pubblika wiesgħa u ċerti gruppi mmirati fis-settur edukattiv, bħal studenti u għalliema tal-kimika u tal-inġinerija kimika fil-livell sekondarju u f'dak terzjarju.

Finijiet

Titqajjem kuxjenza u jiżdied l-għarfien tal-OPCW u tas-CWC fost l-istudenti u l-għalliema u gruppi oħra kif xieraq;

Tiżdied il-viżibbiltà tal-OPCW u l-attivitajiet tagħha jiġu spjegati lil udjenza pubblika wiesgħa;

Titjib tal-mezzi biex tintlaħaq l-akbar udjenza possibbli, speċjalment fost dawk li mhumiex tekniċi jew dawk li mhumiex speċjalisti;

Titqajjem aktar kuxjenza dwar is-CWC u l-OPCW fost udjenza żagħżugħa fi Stati jew reġjuni magħżula;

Stati mhux Partijiet isiru aktar involuti f'attivitajiet tal-OPCW u jsiru jifhmu aktar il-Konvenzjoni u l-benefiċċji tagħha;

Żieda fl-involviment ma' partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet sostantivi li tiffaċċja l-OPCW matul perijodu ta' transizzjoni istituzzjonali;

Riżultati

Id-disseminazzjoni ta' materjal edukattiv prodott minn assoċjazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u internazzjonali u l-użu tal-materjal edukattiv fl-iskejjel u l-universitajiet;

Ikun hemm involviment ikbar tal-pubbliku mal-OPCW u s-CWC permezz tal-użu tal-wirja f'diversi avvenimenti madwar id-dinja;

Issir aktar interazzjoni mal-OPCW minn udjenzi żgħażagħ fi Stati jew reġjuni magħżulin u jsir żvilupp tal-għodod tal-mezzi ta' komunikazzjoni soċjali u tal-użu tagħhom mis-sħab tal-OPCW;

Jirriżulta numru akbar ta' Stati Partijiet ġodda;

Jingħata kontribut akbar mis-soċjetà ċivili għall-proċess ta' tfassil ta' politika tal-OPCW, li jinkludi l-opportunità li l-membri tas-soċjetà jippreżentaw il-fehmiet tagħhom dwar kwistjonijiet sostantivi direttament quddiem delegati f'sessjonijiet plenarji speċjali tal-Konferenza tal-Istati Partijiet;

Isir disponibbli materjal dokumentarju, inklużi filmati korporattivi tal-OPCW għal kull skop, għad-disseminazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-udjenza ġenerali.

Attivitajiet

1.   Traduzzjoni u disseminazzjoni ta' għodod u materjal edukattivi u ta' sensibilizzazzjoni

Matul l-2013 u l-2014, is-Segretarjat Tekniku (appoġġat parzjalment mid-Deċiżjoni 2012/166/PESK) ipproduċa diversi għodod ta' edukazzjoni u sensibilizzazzjoni bl-Ingliż. Sabiex dan il-materjal jintuża kemm jista' jkun minn firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati u fl-akbar numru possibbli ta' Stati Partijiet, il-materjal jeħtieġ li jiġi tradott għall-ħames lingwi uffiċjali l-oħra tal-OPCW u għal lingwi oħrajn mitkellma minn ħafna nies. Ser ikun meħtieġ ukoll li l-materjal tradott jinxtered b'mod wiesa'.

2.   Produzzjoni ta' wirja tal-OPCW

Produzzjoni ta' wirja professjonali dwar l-OPCW u s-CWC biex tintuża f'laqgħat, konferenzi eċċ. rilevanti, f'kollaborazzjoni ma' mużewijiet tax-xjenza u tal-paċi. Diġà sar xi xogħol mill-OPCW flimkien maċ-Ċentru Nobel tal-Paċi, MUSEON fl-Aja u oħrajn iżda, taħt dan il-proġett, ser tiġi prodotta wirja maħsuba b'mod professjonali, biex tibqa' tintuża mill-OPCW kif meħtieġ.

3.   Komunikazzjoni maż-żgħażagħ

Sessjonijiet ta' ħidma għal sensibilizzazzjoni mmirati lejn udjenzi zgħażagħ (ta' età bejn 15 u 25 sena) kemm biex iqajmu kuxjenza dwar l-OPCW u s-CWC kif ukoll biex jinvolvu ż-żgħażagħ fl-esplorazzjoni ta' opportunitajiet għal karrieri futuri f'oqsma u setturi fil-livell internazzjonali. Dan ser jinvolvi sessjonijiet ta' ħidma wiċċ imb'wiċċ u l-iżvilupp ta' għodod ta' mezzi ta' komunikazzjoni soċjali li jistgħu jintużaw minn sħab u universitajiet reġjonali.

4.   Faċilitazzjoni tal-universalità biex Stati li mhumiex Partijiet jingħaqdu mas-CWC

Il-pjan ta' ħidma għall-universalità jinkludi: kunċett: approċċ imfassal skont il-każ, format flessibbli, speċifiku għall-Istat ikkonċernat (tat-tip 1.5 sa 2.0 (diplomazija mħallta, uffiċjali u informali, sa diplomazija informali)), li jistieden u jikkomunika, b'diversi sħubijiet; għajnuna finanzjarja għal attivitajiet tal-OPCW, fil-kwartieri ġenerali tal-OPCW jew xi mkien ieħor; seminars speċifiċi għall-Istati kkonċernati; approċċ reġjonali; avvenimenti tat-tip 2.0 (diplomazija informali); bażi ta' data għall-kuntatt mal-Istat ikkonċernat u żvilupp għall-koordinazzjoni.

5.   Appoġġ għall-parteċipazzjoni tal-NGOs f'attivitajiet tal-OPCW

L-għadd ta' NGOs li rreġistraw għal u attendew konferenzi tal-OPCW kiber b'rata kontinwa u b'mod sinifikanti mill-2008, u laħaq il-milja tiegħu bit-Tielet Konferenza ta' Reviżjoni f'April 2013 meta ġie approvat li jattendu 70 NGO li jirrappreżentaw ir-reġjuni kollha. Barra minn hekk, għall-ewwel darba, l-NGOs ħadu sehem attiv f'konferenzi tal-OPCW billi indirizzaw lid-delegati f'sessjonijiet plenarji speċjali tat-Tielet Konferenza ta' Reviżjoni u t-18-il Konferenza tal-Istati Parti. Din il-proposta ser tipprovdi appoġġ bażiku għall-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni biex rappreżentanti ta' NGOs minn Stati b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew ekonomiji fi transizzjoni jattendu kull waħda mill-Konferenzi tal-Istati Parti fl-2015 u l-2016.

6.   Appoġġ għall-iżvilupp u l-promozzjoni tas-sensiela ta' dokumentarji b'filmati “Nirien”

Il-proġett Nirien ġie żviluppat mill-fergħa tal-Mezzi ta' Komunikazzjoni u Affarijiet Pubbliċi tal-OPCW. Huma pproduċew 4 episodji li jdumu minn 5 sa 20 minuta kull wieħed, inkluż l-episodju oriġinali Missjoni ta' Għalliem li ġie approvat b'mod qawwi mill-Grupp ta' Ħidma Temporanju tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku dwar l-Edukazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-OPCW bħala għodda effettiva ta' tagħlim. L-aktar episodju reċenti, Ich liebe Dich, iġġenera saħansitra aktar entużjażmu fost il-partijiet ikkonċernati għall-proġett, b'turija ta' appoġġ materjali u kollaborazzjoni fil-produzzjoni ta' episodji futuri minn diversi Stati Partijiet. Il-finanzjament mill-Unjoni ser jiżgura l-produzzjoni ta' tal-anqas 3 episodji oħrajn.

Proġett VI — Programm tal-Afrika

Objettiv:

It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Partijiet Afrikani li jħarsu l-obbligi tagħhom taħt is-CWC.

Finijiet:

Fini 1 (Implimentazzjoni nazzjonali):

L-Istati Partijiet Afrikani isiru aktar kapaċi għal implimentazzjoni nazzjonali effettiva;

Għadd akbar ta' Stati Partijiet Afrikani jkunu jistgħu iwettqu implimentazzjoni nazzjonali effettiva fil-livell kwantitattiv u kwalitattiv;

L-Awtoritajiet Nazzjonali tal-Istati Partijiet Afrikani jifhmu aħjar u jkunu aktar konxji mill-kwistjonijiet marbutin mas-CWC għal kooperazzjoni u appoġġ tajbin;

L-awtoritajiet doganali jaħdmu b'mod effettiv fil-kontroll u l-monitoraġġ tal-kummerċ tas-sustanzi kimiċi;

Tissaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn l-aġenziji b'appoġġ għal implimentazzjoni nazzjonali effettiva tas-CWC taħt it-tmexxija tal-Awtorità Nazzjonali.

Fini 2 (Użu paċifiku tal-kimika):

Tisħiħ tal-kapaċità tal-laboratorji li huma ffinanzjati pubblikament fl-Istati Partijiet Afrikani b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew qegħdin fi transizzjoni biex jimplimentaw is-CWC fil-qasam tal-użu paċifiku tal-kimika.

Tisħiħ tal-approċċi għall-ġestjoni tas-sikurezza kimika fl-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju tal-industrija kimika fl-Istati Partijiet Afrikani b'ekonomiji li qed jiżviluppaw jew ekonomiji fi transizzjoni

Riżultati:

Riżultati 1 (Implimentazzjoni nazzjonali)

Il-partijiet ikkonċernati rilevanti jifhmu aħjar u jkunu aktar konxji mis-CWC u jsaħħu r-rwol u l-involviment tagħhom fl-isforzi nazzjonali ta' implimentazzjoni;

Uffiċjali tad-dwana minn Stati Partijiet Afrikani jtejbu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom fir-rigward tal-qadi effettiv tad-dmirijiet li jirrigwardaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tas-sustanzi kimiċi skedati u l-koordinazzjoni mal-Awtoritajiet Nazzjonali;

Il-partijiet ikkonċernati rilevanti jkollhom disponibbli informazzjoni korretta u aġġornata għal tagħlim effettiv;

Aġenziji/korpi ikkonċernati potenzjali fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tas-CWC jaqblu dwar aġenda fuq perijodu qasir biex joħolqu sinerġiji fosthom.

Riżultati 2 (Użu paċifiku tal-kimika):

Il-laboratorji ffinanzjati pubblikament fi Stati Partijiet Afrikani jkollhom livell ogħla ta' kompetenza teknika biex jiġu analizzati sustanzi kimiċi relatati mal-implimentazzjoni tas-CWC u fl-applikazzjoni paċifika ta' kimika li tuża metodi analitiċi moderni speċjalment GC u GC-MS;

Il-persunal tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, ir-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet tal-industrija u l-awtoritajiet nazzjonali/l-istituzzjonijiet governattivi tal-Istati Partijiet Afrikani jtejbu l-livelli ta' kompetenza u konoxxenza fir-rigward tal-prattiki għall-ġestjoni tas-sikurezza tal-proċessi.

Attivitajiet:

1.   Forum Reġjonali għall-Partijiet Ikkonċernati tal-Awtoritajiet Nazzjonali

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom rwoli u responsabbiltajiet speċifiċi u importanti għall-implimentazzjoni effettiva. Huma għandhom jiżviluppaw u jżommu kooperazzjoni ferm mill-qrib u tajba ma' partijiet ikkonċernati oħrajn fil-livell tal-Istat ikkonċernat. Il-kooperazzjoni mhijiex dejjem effettiva minħabba li għad hemm lakuni u nuqqas ta' ftehim veru fosthom. Il-Forum tal-Partijiet Ikkonċernati Reġjonali propost għandu l-għan li jlaqqa' lill-partijiet ikkonċernati ewlenin u r-rappreżentanti tal-Awtoritajiet Nazzjonali biex jaraw, isiru jafu u jifhmu lil xulxin aħjar. Ser jipprovdi wkoll opportunità tajba biex jiġu kondiviżi esperjenzi u skambjati fehmiet u tħassib dwar kooperazzjoni effettiva. Dan huwa propost bħala proġett pilota għar-reġjun Afrikan.

2.   Kors ta' Taħriġ Reġjonali għall-Awtoritajiet Doganali tal-Istati Partijiet dwar l-Aspetti Tekniċi tar-Reġim ta' Trasferimenti tas-CWC

Ġie pprovdut appoġġ għall-uffiċjali doganali taħt l-Azzjoni Konġunta 2005/913/PESK, l-Azzjoni Konġunta 2007/185/PESK, id-Deċiżjoni 2009/569/PESK, u d-Deċiżjoni 2012/166/PESK. Abbażi ta' esperjenza miksuba, ser issir komunikazzjoni ma' uffiċjali tad-dwana permezz ta' korsijiet ta' taħriġ bil-ħsieb li jittejbu l-ġbir u t-trasmissjoni ta' data dwar l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta' sustanzi kimiċi skedati lill-awtoritajiet nazzjonali. It-taħriġ li ser isir ser joffri dimostrazzjonijiet u eżerċizzji b'involviment dirett u ser jinkorpora element li jkopri ta' taħriġ għal min iħarreġ. It-taħriġ ser isir mill-Fergħa ta' Appoġġ għall-Implimentazzjoni tas-Segretarjat Tekniku bil-ħila esperta teknika mill-Fergħa tad-Dikjarazzjonijiet fir-reġjun Afrikan.

3.   Provvista ta' Materjal Akkademiku/Informattiv dwar is-CWC

It-trawwim ta' għarfien u kuxjenza dwar is-CWC fi Stati Parti Afrikani, ser jitħejja materjal informattiv u dan ser jiġi pprovdut lil-librerija tad-dipartimenti tal-kimika tal-universitajiet permezz tal-Awtoritajiet Nazzjonali rilevanti. Fl-ewwel fażi tagħha, l-attività ser ikollha l-għan li tagħti tagħrif, iżda t-tieni fażi ser twassal għall-introduzzjoni tas-CWC fil-kurrikulu tat-taħriġ/tagħlim tal-universitajiet. Dan huwa propost bħala proġett pilota fir-reġjun Afrikan.

4.   Sinerġiji u Sħubija għal implimentazzjoni effettiva

L-attività għandha l-għan li tippromwovi l-involviment ta' aġenziji/korpi ikkonċernati potenzjali fl-appoġġ tal-implimentazzjoni tas-CWC. Dawn huma istituzzjonijiet ta' taħriġ reġjonali/subreġjonali għal istituzzjonijiet ta' taħriġ militari u doganali, laboratorji rilevanti, istituzzjonijiet akkademiċi, NGOs u organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità. Wara li jiġi identifikat l-Istat Parti li jippjana l-proġett, tiġi żviluppata u implimentata azzjoni kollaborattiva. Qed jiġi propost, bħala proġett pilota għar-reġjun Afrikan, avveniment nazzjonali multisettorjali organizzat mill-Awtorità Nazzjonali li tkun qed twettaq il-proġett pilota għall-aġenziji/korpi/istituzzjonijiet ewlenin kollha kkonċernati, li permezz tal-mandati nazzjonali tagħhom għandhom rwol x'jaqdu fl-implimentazzjoni nazzjonali tas-CWC.

5.   Korsijiet għall-iżvilupp ta' kompetenzi analitiċi

Dawn il-korsijiet isiru fuq perijodu ta' ġimagħtejn, li matulhom il-parteċipanti ser jirċievu taħriġ teoretiku u esperjenza b'involviment dirett fil-GC u GC-MS. Is-suġġetti koperti jinkludu: hardware; validazzjoni u ottimizzazzjoni tas-sistemi; trouble-shooting; tħejjija ta' kampjuni ambjentali; u l-analiżi GC /GC-MS ta' tali kampjuni għas-sustanzi kimiċi relatati mas-CWC. Il-parteċipanti jirċievu wkoll taħriġ intensiv b'involviment dirett fit-tħejjija ta' matriċijiet ta' kampjuni differenti li għandhom jiġu analizzati bil-GC b'detetturi selettivi skont l-element u b'GC-MS bil-modalità tal-jonizzazjoni kimika u l-jonizzazjoni b'impatt elettroniku. Finalment, il-parteċipanti ssirilhom introduzzjoni għal firxa ta' proċeduri ta' estrazzjoni, tindif u derivatizzazzjoni. Il-korsijiet jiġu implimentati bl-appoġġ ta' VERIFIN, istituzzjoni magħrufa li ġiet magħżula permezz ta' proċess trasparenti ta' akkwist ibbażat fuq sejħa għall-offerti, u li magħha l-OPCW ikkonkludiet ftehim ta' 5 snin.

6.   Attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni għall-Industrija — Workshop dwar is-CWC u s-Sikurezza tal-Proċess Kimiku

Dawn is-sessjonijiet ta' ħidma isiru fuq jumejn u nofs. Dawn ikopru, fost l-oħrajn, kwistjonijiet ta' sigurtà u sikurezza fl-industrija kimika; strateġiji ta' ġestjoni kimika; il-ġestjoni tas-sikurezza tal-proċess kimiku; l-aħjar prattiki fl-industrija; u l-introduzzjoni għal Responsible Care®.

Fil-laqgħħa tal-bidu tiġi ppreżentata wkoll ħarsa ġenerali lejn is-CWC u l-programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali.


18.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/260

tas-17 ta' Frar 2015

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 33 u l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta' Ġunju 2012, il-Kunsill adotta il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija.

(2)

Fil-25 ta' Lulju 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/440/PESK (1) li taħtar lis-Sur Stavros LAMBRINIDIS bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-mandat tar-RSUE ġie estiż permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/385/PESK (2) u ser jiskadi fit-28 ta' Frar 2015.

(3)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż għal perijodu ieħor ta' 24 xahar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Stavros LAMBRINIDIS bħala r-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem huwa estiż sat-28 ta' Frar 2017. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li l-mandat tar-RSUE jintemm qabel, abbażi ta' valutazzjoni mill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) u proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ).

Artikolu 2

Objettivi ta' politika

Il-mandat tar-RSUE għandu jkun ibbażat fuq l-objettivi ta' politika tal-Unjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem kif stipulat fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija:

(a)

tisħiħ tal-effikaċja, il-preżenza u l-viżibbiltà tal-Unjoni fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja, b'mod partikolari b'żieda fil-kooperazzjoni u d-djalogu politiku tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi, is-sħab rilevanti, in-negozju, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali; u permezz ta' azzjoni f'fora internazzjonali rilevanti;

(b)

tisħiħ tal-kontribut tal-Unjoni għat-tisħiħ tad-demokrazija u l-bini ta' istituzzjonijiet, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-libertajiet fundamentali madwar id-dinja;

(c)

titjib fil-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Artikolu 3

Mandat

Sabiex jinkisbu l-objettivi ta' politika, il-mandat tar-RSUE għandu jkun li:

(a)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, anke bil-formulazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet f'dan ir-rigward;

(b)

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Linji Gwida tal-Unjoni, l-għodod u l-pjanijiet ta' azzjoni għad-drittijiet tal-bniedem u l-liġi umanitarja internazzjonali;

(c)

isaħħaħ id-djalogu mal-gvernijiet f'pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll ma' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi oħrajn rilevanti sabiex ikunu żgurati l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem;

(d)

jikkontribwixxi għal aktar koerenza u konsistenza tal-politika u l-azzjonijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari billi jikkontribwixxi għall-formulazzjoni ta' politiki rilevanti tal-Unjoni.

Artikolu 4

Implimentazzjoni tal-mandat

1.   Ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-mandat waqt li jaġixxi taħt l-awtorità tar-RGħ.

2.   Il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) għandu jżomm kollegament privileġġat mar-RSUE u għandu jkun il-punt ta' kuntatt primarju tar-RSUE mal-Kunsill. Il-KPS għandu jipprovdi lir-RSUE gwida strateġika u direzzjoni politika fil-qafas tal-mandat, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tar-RGħ.

3.   Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni sħiħa mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u d-dipartimenti kompetenti tiegħu sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza fil-ħidma rispettiva tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem.

Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta' referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE fil-perijodu mill-1 ta' Marzu 2015 sad-29 ta' Frar 2016 għandu jkun ta' EUR 788 000.

2.   L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-perijodu sussegwenti għar-RSUE għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

3.   In-nefqa għandha tiġi ġestita f'konformità mal-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.   Il-ġestjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għal kull nefqa.

Artikolu 6

Formazzjoni u kompożizzjoni tal-grupp

1.   Fil-limiti tal-mandat u l-mezzi finanzjarji korrispondenti li jsiru disponibbli, ir-RSUE għandu jkun responsabbli għall-formazzjoni tal-grupp. Il-grupp għandu jinkludi l-għarfien espert dwar kwistjonijiet speċifiċi ta' politika kif jirrikjedi l-mandat. Ir-RSUE għandu regolarment u minnufih jinforma lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar il-kompożizzjoni tal-grupp.

2.   L-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni u s-SEAE jistgħu jipproponu s-sekondar ta' persunal biex jaħdem mar-RSUE. Is-salarju ta' tali persunal sekondat għandu jkun kopert mill-Istat Membru, l-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea konċernata jew is-SEAE, rispettivament. Esperti ssekondati mill-Istati Membri għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mas-SEAE jistgħu wkoll jiġu assenjati lir-RSUE. Il-persunal internazzjonali b'kuntratt għandu jkollu ċ-ċittadinanza ta' Stat Membru.

3.   Il-persunal issekondat kollu għandu jibqa' taħt l-awtorità amministrattiva tal-Istat Membru mittenti, l-istituzzjoni tal-Unjoni jew is-SEAE, u għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-mandat tar-RSUE.

4.   Il-persunal tar-RSUE għandu jiġi kkolokat fid-dipartimenti rilevanti tas-SEAE jew tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata l-koerenza u l-konsistenza tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.

Artikolu 7

Sigurtà ta' informazzjoni klassifikata tal-UE

Ir-RSUE u l-membri tal-iskwadra tiegħu għandhom jirrispettaw il-prinċipji u l-istandards minimi ta' sigurtà stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE (3).

Artikolu 8

Aċċess għal informazzjoni u appoġġ loġistiku

1.   L-Istati Membri, il-Kummissjoni, is-SEAE u s-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jiżguraw li jingħata aċċess lir-RSUE għal kwalunkwe informazzjoni rilevanti

2.   Id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u r-rappreżentanzi diplomatiċi tal-Istati Membri, kif xieraq, għandhom jipprovdu appoġġ loġistiku lir-RSUE.

Artikolu 9

Sigurtà

F'konformità mal-politika tal-Unjoni dwar is-sigurtà ta' persunal skjerat barra l-Unjoni f'kapaċità operattiva taħt it-Titolu V tat-Trattat, ir-RSUE għandu jieħu l-miżuri kollha raġonevolment prattikabbli, f'konformità mal-mandat u abbażi tas-sitwazzjoni ta' sigurtà fil-pajjiż rilevanti, għas-sigurtà tal-persunal kollu taħt l-awtorità diretta tar-RSUE, b'mod partikolari billi:

(a)

jistabbilixxi pjan ta' sigurtà speċifiku għall-missjoni bbażat fuq gwida mis-SEAE, li jinkludi miżuri ta' sigurtà fiżiċi, organizzattivi u proċedurali speċifiċi għall-missjoni, li jirregola l-ġestjoni taċ-ċaqliq mingħajr periklu tal-persunal lejn, u ġewwa, iż-żona tal-missjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta' inċidenti ta' sigurtà u pjan ta' kontinġenza u evakwazzjoni tal-missjoni;

(b)

jiżgura li l-persunal kollu skjerat barra mill-Unjoni jkun kopert b'assigurazzjoni ta' riskju għoli kif meħtieġ mill-kondizzjonijiet fiż-żona ġeografika;

(c)

jiżgura li l-membri kollha tal-iskwadra tar-RSUE li jkunu ser jiġu skjerati barra l-Unjoni, inkluż persunal ikkuntrattat lokalment, ikunu rċevew taħriġ adatt fir-rigward tas-sigurtà qabel jaslu fiż-żona ġeografika jew kif jaslu, abbażi tal-klassifikazzjonijiet tar-riskju assenjati lil dik iż-żona;

(d)

jiżgura li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet kollha maqbula magħmula wara valutazzjonijiet regolari ta' sigurtà, u jipprovdi rapporti bil-miktub lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tagħhom u dwar kwistjonijiet oħra ta' sigurtà fil-qafas tar-rapporti ta' implimentazzjoni dwar il-progress u l-mandat.

Artikolu 10

Rapportar

Ir-RSUE għandu regolarment jipprovdi rapporti lir-RGħ u lill-KPS. Ir-RSUE għandu jirrapporta wkoll lill-gruppi ta' ħidma tal-Kunsill, b'mod partikolari lill-Grupp ta' Ħidma dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, skont il-ħtieġa. Għandhom jiġu ċirkolati rapporti regolari permezz tan-netwerk COREU. Ir-RSUE jista' jipprovdi rapporti lill-Kunsill Affarijiet Barranin. F'konformità mal-Artikolu 36 tat-Trattat, ir-RSUE jista' jkun involut fl-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 11

Koordinazzjoni

1.   Ir-RSUE għandu jikkontribwixxi għall-unità, il-konsistenza u l-effikaċja tal-azzjoni tal-Unjoni u għandu jgħin biex jiġi żgurat li l-istrumenti kollha tal-Unjoni u l-azzjonijiet kollha tal-Istati Membri jkunu impenjati b'mod konsistenti biex jinkisbu l-objettivi ta' politika tal-Unjoni. Ir-RSUE għandu jaħdem f'koordinazzjoni mal-Istati Membri u mal-Kummissjoni, kif ukoll ma' Rappreżentanti Speċjali oħra tal-Unjoni Ewropea, skont il-każ. Ir-RSUE għandu jipprovdi informazzjoni regolari lill-missjonijiet tal-Istati Membri u lid-delegazzjonijiet tal-Unjoni.

2.   Fuq il-post, għandu jinżamm kollegament mill-qrib mal-Kapijiet tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-Kapijiet ta' Missjoni tal-Istati Membri, kif ukoll ma' Kapijiet jew Kmandanti tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-Politika ta' Sigurtà u Difiża Komuni u Rappreżentanti Speċjali oħra tal-Unjoni Ewropea kif adatt, li għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi sabiex jassistu lir-RSUE fl-implimentazzjoni tal-mandat.

3.   Ir-RSUE għandu wkoll iżomm kollegament u jfittex komplementarjetà u sinerġiji ma' atturi internazzjonali u reġjonali oħrajn fil-livell ta' Kwartieri Ġenerali u fuq il-post. Ir-RSUE għandu jfittex kuntatti regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kemm fil-Kwartieri Ġenerali kif ukoll fuq il-post.

Artikolu 12

Analiżi

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u l-konsistenza tagħha ma' kontributi oħra mill-Unjoni għar-reġjun għandhom jiġu rieżaminati regolarment. Ir-RSUE għandu jippreżenta lir-RGħ, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni b'rapporti regolari dwar il-progress u rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-mandat sal-aħħar ta' Novembru 2016.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta' Marzu 2015.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/440/PESK tal-25 ta' Lulju 2012 li taħtar ir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĠU L 200, 27.7.2012, p. 21).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/385/PESK tat-23 ta' Ġunju 2014 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ĠU L 183, 24.6.2014, p. 66).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta' Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta' informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, p. 1).