ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 41

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
17 ta' Frar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/242 tad-9 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja ( 1 )

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/244 tas-16 ta' Frar 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Isfar tal-Kinolina bħala addittiv fl-għalf ta' annimali li ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel ( 1 )

8

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/245 tas-16 ta' Frar 2015 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2016 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar l-aċċess għas-servizzi ( 1 )

11

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/246 tas-16 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

21

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2015/247 tal-10 ta' Frar 2015 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (EUPOL AFGHANISTAN/1/2015)

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/248 tal-15 ta' Ottubru 2014 dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP) (notifikata bid-dokument C(2014)7277)  ( 1 )

25

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/249 tal-10 ta' Frar 2015 li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters (notifikata bid-dokument C(2015) 603)  ( 1 )

41

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/250 tat-13 ta' Frar 2015 li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali tas-Sassonja, tas-Sassonja-Anħalt, ta' Brandenburg, ta' Berlin u ta' Mecklenburg-Vorpommern fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2015) 706)  ( 1 )

43

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/251 tat-13 ta' Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2015) 710)  ( 1 )

46

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/252 tat-13 ta' Frar 2015 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati f'dak li għandu x'jaqsam mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (notifikata bid-dokument C(2015) 714)  ( 1 )

52

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/253 tas-16 ta' Frar 2015 li tistipula r-regoli rigward il-kampjunar u r-rappurtar skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontentut tal-kubrit tal-fjuwils marittimi

55

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/1


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/242

tad-9 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi skont il-Politika Komuni tas-Sajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 45(4) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, jipprevedi t-twaqqif ta' Kunsilli Konsultattivi li għandhom jippromwovu rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati kollha fil-qasam tas-sajd u tal-akkwakultura, u jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd.

(2)

Il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu jressqu r-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati dwar kwistjonijiet marbutin mal-ġestjoni taż-żoni tas-sajd u mal-aspetti soċjoekonomiċi u ta' konservazzjoni tas-sajd u l-akkwakultura. Huma jistgħu javżaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri bil-problemi marbutin mal-ġestjoni u mal-aspetti soċjoekonomiċi u ta' konservazzjoni tas-sajd u tal-akkwakultura fiż-żona ġeografika tagħhom jew fil-qasam ta' kompetenza tagħhom, u jikkontribwixxu, b'kooperazzjoni mill-qrib max-xjenzati, għall-ġbir, il-forniment u l-analiżi tad-dejta meħtieġa għall-iżvilupp ta' miżuri ta' konservazzjoni.

(3)

Filwaqt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (2) twaqqaf seba' Kunsilli Konsultattivi Reġjonali, l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fih ukoll l-erba' Kunsilli Konsultattivi l-ġodda stabbiliti b'dak ir-Regolament.

(4)

Billi r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jwaqqaf il-Kunsilli Konsultattivi l-ġodda, jeħtieġ li tiġi ddefinita l-proċedura biex dawn jibdew jiffunzjonaw.

(5)

Fid-dawl tar-rwol importanti li mistenni jkollhom il-Kunsilli Konsultattivi fil-Politika Komuni tas-Sajd reġjonalizzata, u bi qbil mal-prinċipji ta' governanza tajba stabbiliti fl-Artikolu 3(b) u (f) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jeħtieġ ukoll li jkun żgurat bi qbil mal-Artikolu 43(1) ta' dak ir-Regolament, li l-istruttura tagħhom tkun tiggarantixxi rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati leġittmi kollha fil-qasam tas-sajd, inklużi flotot żgħar u, fejn hu rilevanti, fil-qasam tal-akkwakultura.

(6)

Il-flotot tas-sajd iż-żgħar għandhom rwol soċjali, ekonomiku, ambjentali u kulturali importanti f'bosta komunitajiet kostali madwar l-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva fil-ħidma tal-Kunsilli Konsultattivi, li tinkludi l-kontribuzzjoni lejn l-ispejjeż u t-telf ta' introjtu li din il-parteċipazzjoni tista' tiswielhom.

(7)

Biex ikunu żgurati l-funzjonament effikaċi u l-kollaborazzjoni ma' partijiet ikkonċernati minn pajjiżi terzi, il-Kunsilli Konsultattivi se jkunu jistgħu jaddattaw il-modi kif jaħdmu u jirrimburżaw l-ispejjeż każ b'każ,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli dettaljati dwar il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“Stat Membru kkonċernat” tfisser Stat Membru li jkollu interess ta' ġestjoni diretta fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(22) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fil-qasam tal-kompetenza ta' Kunsill Konsultattiv kif iddefinit fl-Artikolu 1 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Għall-Kunsilll Konsultattiv għall-akkwakultura u l-Kunsill Konsultattiv għas-swieq, “Stat Membru kkonċernat” se tkun tfisser l-Istati Membri kollha tal-Unjoni.

2.

“Organizzazzjonijiet tas-settur” tfisser organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sajjieda u, fil-każ tal-Kunsill Konsultattiv dwar l-akkwakultura, operaturi fil-qasam tal-akkwakultura u rappreżentanti tas-setturi tal-ipproċessar u tal-kummerċ;

3.

“Gruppi ta' interess oħrajn” tfisser rappreżentanti ta' gruppi affettwati mill-Politika Komuni tas-Sajd li mhumiex organizzazzjonijiet tas-settur, b'mod partikolari organizzazzjonijiet ambjentali u gruppi tal-konsumaturi.

Artikolu 3

Il-bidu tal-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi l-ġodda

1.   Organizzazzjonijiet tas-settur u gruppi ta' interess oħrajn b'interess f'wieħed mill-Kunsilli Konsultattivi msemmijin fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom iressqu applikazzjoni konġunta lill-Kummissjoni dwar il-bidu tal-funzjonament tal-Kunsill Konsultattiv rispettiv. L-applikazzjoni konġunta għandha tkun kompatibbli mal-għanijiet u l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b'mod partikolari fl-Artikolu 43(1) u fl-Anness III, u għandha tinkludi:

(a)

dikjarazzjoni tal-għanijiet;

(b)

il-prinċipji tal-operazzjoni;

(c)

ir-regoli tal-proċedura;

(d)

lista tal-organizzazzjonijiet tas-settur u ta' gruppi ta' interess oħrajn.

2.   Wara li tivverifika li l-applikazzjoni konġunta tkun kumpatibbli mar-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b'mod partikolari mal-Anness III u mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tibgħatha lill-Istati Membri kkonċernati fi żmien xahrejn wara li tkun waslet. Il-Kummissjoni tista' tipproponi l-emendi għall-applikazzjoni konġunta biex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti kollha msemmijin f'dan l-Artikolu.

3.   L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni hijiex iffirmata minn organizzazzjonijiet tas-settur rappreżentanti u minn gruppi ta' interess oħrajn u jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-qbil tagħhom fi żmien xahar mill-wasla tal-applikazzjoni konġunta. Skont l-osservazzjonijiet ta' dawk l-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' titlob aktar emendi jew kjarifiki.

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni dwar il-bidu tal-funzjonament ta' kull Kunsill Konsultattiv ġdid fis-sensiela C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Hija ma għandhiex tippubblika din l-informazzjoni qabel ma jkunu sodisfatti r-rekwiżiti kollha msemmijin fil-paragrafu 1 ta' hawn fuq. Il-Kunsill Konsultattiv jibda jiffunzjona fid-data indikata fil-komunikazzjoni, li ma jistax ikun qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni.

Artikolu 4

L-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi

1.   Barra mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 43(1), tal-Artikolu 45(1) sa (3) u tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-istruttura u l-organizzazzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu.

2.   L-assemblea ġenerali ta' Kunsill Konsultattiv għandha:

(a)

tadotta r-regoli tal-proċedura tal-Kunsill Konsultattiv;

(b)

tiltaqgħa mill-inqas darba fis-sena biex tapprova r-rapport annwali, il-pjan strateġiku annwali u l-baġit annwali tal-Kunsill Konsultattiv.

3.   L-assemblea ġenerali għandha taħtar kumitat eżekuttiv ta' mhux iżjed minn 25 membru. Wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, l-assemblea ġenerali tista' tiddeċiedi li taħtar kumitat eżekuttiv ta' mhux iżjed minn 30 membru biex tiżgura rappreżentanza xierqa tal-flotot iż-żgħar.

4.   L-assemblea ġenerali għandha tiżgura rappreżentanza bbilanċjata u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha billi tqis il-kapaċità finanzjarja ta' dawn u tiffissa miżati tas-sħubija ekwi.

5.   Il-Kumitat Eżekuttiv għandu:

(a)

jiggwida u jimmaniġġa l-kompiti tal-Kunsill Konsultattiv bi qbil mal-Artikolu 44(2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

(b)

iħejji r-rapport annwali, il-pjan strateġiku annwali u l-baġit annwali;

(c)

jadotta r-rakkomandazzjonijiet u s-suġġerimenti msemmijin fl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

6.   L-assemblea ġenerali u l-Kumitat Konsultattiv għandhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata u wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'enfasi fuq il-flotot iż-żgħar, fejn rilevanti. L-għadd ta' rappreżentanti tal-flotot iż-żgħar għandu jirrifletti l-proporzjon tal-flotot iż-żgħar fis-settur tas-sajd tal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 5

Metodi ta' ħidma

Meta jkun qed jiddeċiedi dwar il-metodi ta' ħidma tiegħu, kull Kunsill Konsultattiv għandu jipprova jiżgura l-effiċjenza u l-parteċipazzjoni sħiħa tal-membri kollha billi juża mezzi ta' komunikazzjoni tal-informatika moderni u jipprovdi servizzi ta' interpretazzjoni u traduzzjoni.

Artikolu 6

Il-kontribut finanzjarju tal-Kunsilli Konsultattivi

1.   Kull Kunsill Konsultattiv għandu joffri kumpens addizzjonali lis-sajjied li jirrappreżentaw l-organizzazzjonijiet tal-flotot iż-żgħar għall-parteċipazzjoni effiċjenti tagħhom fil-ħidma tiegħu, minbarra li jirrimborżalhom l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni. Dan il-kumpens għandu jkun iġġustifikat kif xieraq f'kull każ.

2.   Meta jistiednu lil xi osservaturi minn pajjiżi terzi, kif imsemmi fil-punt (k) tal-paragrafu 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-Kunsilli Konsultattivi jistgħu jikkontribwixxu lejn l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tal-osservaturi bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-membri tagħhom.

Artikolu 7

L-appoġġ tal-Istati Membri

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-appoġġ tekniku, loġistiku u finanzjarju xieraq biex jiffaċilitaw il-funzjonament tal-Kunsilli Konsultattivi.

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17).


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/243

tat-13 ta' Frar 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta' tajr u bajd tat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar iċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu impurtati biss fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, it-territorji, iż-żoni jew il-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (highly pathogenic avian influenza — HPAI).

(3)

L-Istati Uniti huma elenkati fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għat-territorju kollu tiegħu għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (4) jipprovdi għal rikonoxximent reċiproku rapidu tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tfaqqigħ ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

(5)

Fid-19 ta' Diċembru 2014, l-Istati Uniti kkonfermaw il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N8 fi stabbiliment tat-tjur fil-Kontea ta' Douglas fl-Istat ta' Oregon u fit-3 ta' Jannar 2015 kkonfermaw il-preżenza tal-HPAI tas-sottotip H5N2 fi stabbiliment tat-tjur fl-Istat ta' Washington. Għaldaqstant, it-territorju kollu ta' dak il-pajjiż terz ma jistax jibqa' jitqies bħala ħieles mill-HPAI. L-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew minnufih il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji mit-territorju sħiħ tagħhom għall-konsenji ta' prodotti tat-tjur maħsuba għall-importazzjoni fl-Unjoni jew għat-tranżitu minnha. L-Istati Uniti implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

(6)

L-Istati Uniti ppreżentaw informazzjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u dwar il-miżuri meħuda għall-prevenzjoni ta' aktar tixrid tal-HPAI li issa ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li wieħed jikkonkludi li l-limitazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti għaż-żona milquta mill-HPAI fl-Istat ta' Oregon u għall-Istat ta' Washington kollu kemm hu, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħa attwali, għandha tkun biżżejjed biex tkopri r-riskji assoċjati mal-introduzzjoni tal-prodotti fl-Unjoni. L-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha għalhekk tiġi emendata biex tikkunsidra r-reġjonalizzazzjoni ta' dan il-pajjiż terz minħabba t-tifqigħat attwali ta' HPAI.

(7)

Għalhekk, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hija emendata skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji li jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tal-Amerika qed tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, territorju, żona jew kompartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza tat-tjur

Status tat-tilqim tal-influwenza tat-tjur

Status tal-kontroll tas-salmonella (7)

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data ta' għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

 

US-1

Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US- 2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

 

N

 

 

A

 

S3, ST1”

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

US-2

Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi mal-Kontea ta' Douglas fl-Istat ta' Oregon u t-territorju kollu tal-Istat ta' Washington

WGM

VIII

P2

19.12.2014

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/244

tas-16 ta' Frar 2015

dwar l-awtorizzazzjoni tal-Isfar tal-Kinolina bħala addittiv fl-għalf ta' annimali li ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

L-Isfar tal-Kinolina kien awtorizzat mingħajr skadenza taż-żmien skont id-Direttiva 70/524/KEE, bħala parti mill-grupp ta' “Koloranti”, bħala addittiv tal-għalf ma' għadd ta' oġġetti tal-għalf għall-annimali li ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel. Sossegwentement dan il-prodott iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf, stabbilit fl-Artikolu 17 tar-Regolament KE Nru 1831/2003, bħala prodott eżistenti, bi qbil mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

B'konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, u bi qbil ma' dan l-Artikolu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-Isfar tal-Kinola bħala addittiv fl-għalf għall-annimali li ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel, u bi qbil mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, l-applikant talab li dan l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-“addittivi sensorji”. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u bid-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-10 ta' Lulju 2013, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-Isfar tal-Kinolina ma jħallix effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali u tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li meta titqies l-evidenza mressqa mill-applikant, ma tistax tiġi evalwata l-effikaċja tal-Isfar tal-Kinolina fejn għandhom x'jaqsmu d-doża u t-tip ta' oġġetti tal-għalf u kif dawn għandhom ikunu pproċessati. Iżda l-Awtorità qalet ukoll li fil-każ ta' dan l-addittiv, li huwa awtorizzat li jintuża fl-ikel, fejn il-funzjoni tiegħu fl-għalf hija l-istess bħal dik fl-ikel, jista' jkun li ma hemmx bżonn iżjed provi tal-effikaċja tiegħu. Billi l-livell massimu rakkomandat ta' dan l-addittiv propost mill-Awtorità huwa simili għal-livelli li huma awtorizzati għall-ikel f'tipi differenti ta' prodotti, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li hemm biżżejjed provi tal-effikaċja ta' din is-sustanza. L-Awtorità mhijiex tal-fehma li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-Isfar tal-Kinolina turi li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif jistipula l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, l-użu ta' din is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Billi mhijiex meħtieġa minnufih l-applikazzjoni ta' tibdiliet fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni minħabba raġunijiet ta' sikurezza, jixraq li jingħata perjodu tranżitorju biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(7)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Is-sustanza speċifikatat fl-Anness, tal-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u tal-grupp funzjonali “koloranti: sustanzi li jżidu jew ireġġgħu l-kulur fl-oġġetti tal-għalf”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Is-sustanza speċifikata fl-Anness u l-għalf li jkun fih dik is-sustanza, li jiġu magħmula u tikkettati qabel id-9 ta' Marzu 2017 skont ir-regoli applikabbli qabel id-9 ta' Marzu 2015 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).


ANNESS

In-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg ta' sustanza attiva/kg ta' għalf sħiħ b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

Kategorija ta' addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Koloranti. (i) sustanzi li jżidu jew jagħtu lura l-kulur fil-prodotti tal-ikel;

2a104

Isfar tal-Kinolina

Kompożizzjoni tal-addittiv

Isfar tal-Kinolina

L-Isfar tal-Kinolina huwa deskritt bħala melħ tas-sodju (il-komponent ewlieni)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Il-perċentwali tal-komponenti tal-Isfar tal-Kinolina huma:

2-(2-kinolil) indan-1,3-dione-disulfonati: ≥ 80 %;

2-(2-kinolil) indan-1,3-dione-monosulfonati: ≤ 11 %;

2-(2-kinolil) indan-1,3-dione-trisulfonati: ≤ 7 %.

Formula kimika: C18H9N Na2O8S2 (melħ tas-sodju)

Nru CAS: 8004-92-0 (komponent ewlieni)

Isfar tal-Kinolina f'forma solida, magħmul b'sinteżi kimika

Kriterji ta' purità:

 

Sustanza li tagħti l-kulur li ≥ 70 % minnha huma espressi bħala melħ tas-sodju

 

Imluħa tal-kalċju u tal-potassju ≤ 30 %

Metodi analitiċi  (1)

Għall-kwantifikazzjoni tat-total tal-kontenut tas-sustanzi koloranti tal-Isfar tal-Kinolina fl-addittiv tal-għalf u fl-għalf: spettrofotometrija fi 411 nm (il-monografiji FAO JECFA Nru. 1, Vol. 4).

Annimali li ma jintużawx fil-produzzjoni tal-ikel

25

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

2.

Għas-sikurezza: waqt l-użu għandhom jintlibsu l-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti tas-sikurezza.

Id-9 ta' Marzu 2025


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/245

tas-16 ta' Frar 2015

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2016 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar l-aċċess għas-servizzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Ġunju 2003 li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(f) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 stabbilixxa qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika Ewropea dwar id-dħul u l-kondizzjonijiet tal-għixien. L-iskop tiegħu huwa li jassigura, li fil-livell nazzjonali u Ewropew tkun disponibbli dejta, kemm trasversali kif ukoll lonġitudinali, dwar id-dħul u dwar il-livell u l-kompożizzjoni tal-faqar u l-esklużjoni soċjali, li tkun komparabbli u aġġornata.

(2)

Skont l-Artikolu 15(2)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1177/2003, kull sena għandhom jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni biex jispeċifikaw l-oqsma sekondarji fil-mira u l-fatturi varjabbli li għandhom jiġu inklużi f'dik is-sena fil-komponent trasversali tal-UE-SILC. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni li jispeċifikaw il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi tagħhom għall-modulu tal-2016 dwar l-aċċess għas-servizzi.

(3)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira u l-identifikaturi għall-modulu tal-2016 dwar l-aċċess għas-servizzi, parti mill-komponent trasversali tal-EU-SILC, għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 165, 3.7.2003, p. 1.


ANNESS

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw l-unitajiet, il-metodi tal-ġbir tad-dejta u l-perjodi ta' referenza li ġejjin:

1.   Unità

Il-fatturi varjabbli fil-mira għandhom x'jaqsmu ma' tipi differenti ta' unitajiet:

 

Il-varjabbli li għandhom x'jaqsmu mal-affordabbiltà tas-servizzi tal-indukrar tat-tfal, il-bżonnijiet mhux issodisfati għal dawn is-servizzi u r-raġunijiet għaliex ma jsirx użu minn dawn is-servizzi, l-affordabbiltà tal-edukazzjoni formali, il-kura tas-saħħa, il-preżenza ta' persuni fi bżonn ta' kura fid-dar u l-fatturi varjabbli kollha relatati mal-kura pprovduta fid-dar, japplikaw fil-livell tal-unità domestika u jirreferu għall-unità domestika kollha kemm hi.

 

L-informazzjoni dwar il-ħtiġijiet mhux issodisfati għal edukazzjoni formali, ir-raġuni ewlenija għal nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-edukazzjoni formali, it-tagħlim tul il-ħajja, il-kura pprovduta fid-dar u sigħat fil-ġimgħa ta' kura pprovduta fid-dar, għandha tingħata għal kull membru attwali li jgħix fl-unità domestika, jew, jekk applikabbli, għal dawk kollha li għandhom 16-il sena jew aktar u ntgħażlu biex iwieġbu.

 

L-informazzjoni dwar il-ħlas għall-kura tat-tfal, il-proporzjon tal-ispejjeż imħallsa u min iħallas/jikkontribwixxi għalihom għandha tingħata minn dak li qed iwieġeb għall-unita domestika għal kull wild bl-età bejn 0-12.

 

L-informazzjoni dwar il-ħlas ta' miżati għat-tagħlim għal edukazzjoni formali, il-proporzjon imħallas u min iħallas/jikkontribwixxi għalih, għandha tingħata minn dak li qed iwieġeb għall-unità domestika għal kull membru tal-unità domestika.

2.   Il-metodu tal-ġbir tad-dejta

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell tal-unità domestika jew il-fatturi varjabbli relatati ma' kull membru tal-unità domestika (inklużi l-fatturi varjabbli relatati mat-tfal) fejn l-informazzjoni tingħata fil-livell tal-unità domestika, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membru tal-unità domestika li qed iwieġeb.

Għall-fatturi varjabbli li japplikaw fil-livell individwali, il-metodu tal-ġbir tad-dejta huwa intervista personali mal-membri attwali kollha tal-unità domestika li għandhom 16-il sena u aktar jew, jekk applikabbli, ma' kull persuna magħżula biex twieġeb.

L-età tirreferi għall-età fi tmiem il-perjodu ta' referenza tal-introjtu.

Minħabba t-tip ta' informazzjoni li trid tinġabar, huma permessi biss intervisti personali (bl-użu ta' intervisti bi prokura bħala eċċezzjoni għal persuni li jkunu temporanjament assenti jew inabilitati).

3.   Perjodu ta' referenza

Il-fatturi varjabbli fil-mira huma marbuta ma' żewġ tipi ta' perjodi ta' referenza:

 

L-aħħar 12-il xahar: għall-fatturi varjabbli relatati ma' ħtiġijiet mhux issodisfati għal edukazzjoni formali u r-raġuni ewlenija għan-nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-edukazzjoni formali, t-tagħlim tul il-ħajja, u l-użu tas-servizzi tal-kura tas-saħħa u l-ħlas għalih.

 

Tas-soltu: għall-fatturi varjabbli l-oħra kollha.

4.   Trażmissjoni tad-dejta

Il-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni (l-Eurostat) fil-Fajl tad-Dejta dwar l-Unità Domestika (il-fajl H), fil-Fajl tad-Dejta Rreġistrata (il-fajl R) u fil-Fajl tad-Dejta Personali (il-fajl P) wara l-fatturi varjabbli primarji fil-mira.

IL-MODULU TAL-2016 DWAR L-AĊĊESS GĦAS-SERVIZZI LISTA TA' FATTURI VARJABBLI FIL-MIRA

Identifikatur tal-fattur varjabbli

Valuri

Fattur varjabbli fil-mira

Indukrar tat-tfal

RC010

 

Ħlas għall-ispejjeż ta' servizzi formali tal-indukrar tat-tfal

 

1

Iva

 

2

Le

RC 010_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 4

L-ebda indukrar formali għal dan il-wild

 

– 5

M'hemmx tfal bl-etajiet bejn 0-12 fl-unità domestika

RC020

 

Il-proporzjon tal-ispiża mħallsa għas-servizzi formali ta' indukrar tat-tfal

 

1

Il-prezz sħiħ (l-ispiża kollha)

 

2

Prezz imnaqqas (issussidjat mill-gvern, minn min iħaddem, minn persuna privata, eċċ.)

 

9

Ma nafx

RC020_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (RC010 = 2)

 

– 4

L-ebda indukrar formali għal dan il-wild

 

– 5

M'hemmx tfal bl-etajiet bejn 0-12 fl-unità domestika

RC030

 

Min iħallas/jikkontribwixxi għall-ispejjeż ta' servizzi formali tal-indukrar tat-tfal

 

1

Il-Gvern jew l-awtoritajiet lokali

 

2

Min iħaddem

 

3

Istituzzjonijiet oħra (eż. il-Knisja, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ)

 

4

Persuni privati li mhumiex membri tal-unità domestika

 

5

Oħrajn

 

9

Ma nafx

RC030_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (RC020 = 1)

 

– 4

L-ebda indukrar formali għal dan il-wild

 

– 5

M'hemmx tfal bl-etajiet bejn 0-12 fl-unità domestika

HC040

 

L-affordabbiltà tas-servizzi tal-indukrar tat-tfal

 

1

B'diffikultà kbira

 

2

B'diffikultà

 

3

B'xi diffikultà

 

4

Pjuttost faċilment

 

5

Faċilment

 

6

Faċilment ħafna

HC040_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 4

L-ebda spejjeż għall-indukrar tat-tfal fl-unita domestika

 

– 5

M'hemmx tfal bl-etajiet bejn 0-12 fl-unità domestika

HC050

 

Ħtiġijiet mhux issodisfati għal servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

 

1

Iva

 

2

Le

HC050_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 5

M'hemmx tfal bl-etajiet bejn 0-12 fl-unità domestika

HC060

 

Raġuni ewlenija għaliex ma jsirx (aktar) użu mis-servizzi tal-indukrar formali tat-tfal

 

1

Mhumiex affordabbli

 

2

M'hemmx postijiet disponibbli

 

3

Postijiet disponibbli iżda mhux fil-qrib

 

4

Postijiet disponibbli iżda l-ħinijiet tal-ftuħ mhumiex adattati

 

5

Postijiet disponibbli iżda l-kwalità tas-servizzi disponibbli mhix sodisfaċenti

 

6

Raġunijiet oħra

HC060_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (HC050 = 2)

 

– 5

M'hemmx tfal bl-etajiet bejn 0-12 fl-unità domestika

Edukazzjoni u taħriġ formali

RC070

 

Ħlas ta' miżati għat-tagħlim

 

1

Iva

 

2

Le

RC070_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 4

Il-persuna ma tiħux edukazzjoni formali

RC080

 

Parti mill-miżati għat-tagħlim hija mħallsa

 

1

Il-prezz sħiħ (l-ispiża kollha)

 

2

Prezz imnaqqas (issussidjat mill-gvern, minn min iħaddem, minn persuna privata, eċċ.)

 

9

Ma nafx

RC080_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (RC070 = 2)

 

– 4

Il-persuna ma tiħux edukazzjoni formali

RC090

 

Min iħallas/jikkontribwixxi għall-ispiża ta' miżati għat-tagħlim

 

1

Il-Gvern jew l-awtoritajiet lokali

 

2

Min iħaddem

 

3

Istituzzjonijiet oħra (eż. il-Knisja, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ)

 

4

Persuni privati li mhumiex membri tal-unità domestika

 

5

Oħrajn

 

9

Ma nafx

RC090_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (RC080 = 1)

 

– 4

Il-persuna ma tiħux edukazzjoni formali

HC100

 

L-affordabbiltà tal-edukazzjoni formali

 

1

B'diffikultà kbira

 

2

B'diffikultà

 

3

B'xi diffikultà

 

4

Pjuttost faċilment

 

5

Faċilment

 

6

Faċilment ħafna

HC100_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 4

L-ebda spejjeż għall-edukazzjoni formali fl-unità domestika

 

– 5

Ħadd fl-unità domestika ma jieħu edukazzjoni formali

PC110

 

Ħtiġijiet mhux issodisfati għal edukazzjoni formali

 

1

Iva

 

2

Le

PC110_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

 

– 4

Il-persuna attwalment fl-edukazzjoni formali

PC120

 

Ir-raġuni ewlenija għal nuqqas ta' parteċipazzjoni fl-edukazzjoni formali

 

1

Mhijiex affordabbli

 

2

Mhix ammessa għall-kors jew programm

 

3

Restrizzjoni ta' żmien (skeda, responsabbiltajiet familjari, eċċ.)

 

4

Ebda kors jew programm adattat ma huwa disponibbli

 

5

Raġunijiet oħra

PC120_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (PC110 = 2)

 

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

 

– 4

Il-persuna attwalment fl-edukazzjoni formali

Tagħlim tul il-ħajja

PC130

 

Parteċipazzjoni f'taħriġ relatat ma' passatempi

 

1

Iva

 

2

Le

PC130_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PC140

 

Parteċipazzjoni f'taħriġ relatat ma' attività professjonali

 

1

Iva

 

2

Le

PC140_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PC150

 

Ir-raġuni ewlenija għal nuqqas ta' parteċipazzjoni f'taħriġ relatat ma' attività professjonali

 

1

Mhuwiex affordabbli

 

2

Mhux interessat

 

3

Restrizzjoni ta' żmien (skeda, responsabbiltajiet familjari, eċċ.)

 

4

Ebda kors jew programm adattat ma huwa disponibbli

 

5

Mhux ipprovdut minn min iħaddem

 

6

Raġunijiet oħra

PC150_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (PC140 = 1)

 

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

Kura tas-saħħa

HC160

 

L-użu ta' servizzi ta' kura tas-saħħa

 

1

Iva

 

2

Le

HC160_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

HC170

 

Ħlas għal servizzi tal-kura tas-saħħa

 

1

Iva

 

2

Le

HC170_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (HC160 = 2)

HC180

 

L-affordabbiltà tas-servizzi tal-kura tas-saħħa

 

1

B'diffikultà kbira

 

2

B'diffikultà

 

3

B'xi diffikultà

 

4

Pjuttost faċilment

 

5

Faċilment

 

6

Faċilment ħafna

HC180_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 4

L-ebda spejjeż għas-servizzi tal-kura tas-saħħa fl-unità domestika

Kura fid-djar

HC190

 

Il-preżenza fl-unità domestika ta' nies li jeħtieġu għajnuna minħabba problemi fiżiċi jew mentali ta' saħħa fit-tul, infermità jew minħabba x-xjuħija

 

1

Iva

 

2

Le

HC190_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

HC200

 

Kura professjonali pprovduta fid-dar

 

1

Iva

 

2

Le

HC200_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (HC190 = 2)

HC210

 

Numru ta' sigħat fil-ġimgħa ta' kura professjonali pprovduta fid-dar

 

1

Anqas minn 10 sigħat fil-ġimgħa

 

2

Tal-anqas 10 sigħat iżda anqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa

 

3

20 siegħa fil-ġimgħa jew aktar

HC210_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (HC200 = 2)

HC220

 

Ħlas għal kura professjonali fid-dar

 

1

Iva

 

2

Le

HC220_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (HC200 = 2)

HC230

 

L-affordabbiltà ta' servizzi professjonali ta' kura fid-dar

 

1

B'diffikultà kbira

 

2

B'diffikultà

 

3

B'xi diffikultà

 

4

Pjuttost faċilment

 

5

Faċilment

 

6

Faċilment ħafna

HC230_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (HC220 = 2)

HC240

 

Ħtiġijiet mhux issodisfati għal kura professjonali fid-dar

 

1

Iva

 

2

Le

HC240_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (HC190 = 2)

HC250

 

Raġuni ewlenija għaliex ma tirċevix (iktar) servizzi ta' kura professjonali fid-dar

 

1

Mhijiex affordabbli

 

2

Miċħuda mill-persuna li teħtieġ servizzi bħal dawn

 

3

Servizzi bħal dawn mhumiex disponibbli

 

4

Il-kwalità tas-servizzi disponibbli mhix sodisfaċenti

 

5

Raġunijiet oħra

HC250_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (HC240 = 2)

PC260

 

Kura jew għajnuna pprovduta

 

1

Iva — għal membri tal-unità domestika biss

 

2

Iva — għal persuni li mhumiex membri tal-unità domestika biss

 

3

Iva — għal membri tal-unità domestika u għal persuni li mhumiex membri tal-unità domestika

 

4

Le

PC260_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb

PC270

 

Numru ta' sigħat fil-ġimgħa ta' kura jew għajnuna pprovduta

 

1

Anqas minn 10 sigħat fil-ġimgħa

 

2

Tal-anqas 10 sigħat iżda anqas minn 20 siegħa fil-ġimgħa

 

3

20 siegħa fil-ġimgħa jew aktar

PC270_F

1

Mimlija

 

– 1

Nieqsa

 

– 2

Mhux applikabbli (PC260 = 4)

 

– 3

Persuna differenti minn dik magħżula biex twieġeb


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/21


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/246

tas-16 ta' Frar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

116,3

IL

91,3

MA

80,6

TR

115,4

ZZ

100,9

0707 00 05

EG

191,6

TR

192,8

ZZ

192,2

0709 91 00

EG

57,5

ZZ

57,5

0709 93 10

MA

209,2

TR

237,0

ZZ

223,1

0805 10 20

EG

46,6

IL

70,1

MA

45,5

TN

56,7

TR

67,4

ZZ

57,3

0805 20 10

IL

132,6

MA

109,8

ZZ

121,2

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

EG

93,4

IL

144,6

JM

116,6

MA

119,3

TR

79,0

ZZ

110,6

0805 50 10

TR

61,5

ZZ

61,5

0808 10 80

BR

68,8

CL

94,6

CN

119,5

MK

22,6

US

191,8

ZZ

99,5

0808 30 90

CL

184,9

ZA

115,2

ZZ

150,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2015/247

tal-10 ta' Frar 2015

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni tal-Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (EUPOL AFGHANISTAN/1/2015)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/279/PESK tat-18 ta' Mejju 2010 dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/279/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, f'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u tat-tmexxija strateġika tal-missjoni EUPOL AFGHANISTAN, inkluża d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-17 ta' Diċembru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/922/PESK (2) li testendi d-durata ta' EUPOL AFGHANISTAN sal-31 ta' Diċembru 2016.

(3)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà pproponiet il-ħatra tas-Sinjura Pia STJERNVALL bħala Kap tal-Missjoni ta' EUPOL AFGHANISTAN mis-16 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sinjura Pia STJERNVALL hija b'dan maħtura bħala Kap tal-Missjoni ta' EUPOL AFGHANISTAN mis-16 ta' Frar 2015 sal-31 ta' Diċembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2015.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

W. STEVENS


(1)  ĠU L 123, 19.5.2010, p. 4

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/922/PESK tas-17 ta' Diċembru 2014 li temenda u testendi d-Deċiżjoni 2010/279/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL AFGHANISTAN) (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 152).


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/248

tal-15 ta' Ottubru 2014

dwar il-miżuri SA.23008 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentati mir-Repubblika Slovakka għal Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u Všeobecná zdravotná poisťovňa, a. s. (VZP)

(notifikata bid-dokument C(2014)7277)

(It-test Slovakk biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawnhekk 'il quddiem: “TFUE”), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet iċċitati hawn fuq (1),

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-2 ta' April 2007, il-Kummissjoni rċeviet ilment mill-assiguratur tas-saħħa privat Dôvera zdravotná poisťovňa, a.s (“Dôvera” jew “l-ilmentatur”) dwar allegata miżura ta' għajnuna mill-Istat lill-assiguratur tas-saħħa tal-Istat, Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (“SZP”), fil-forma ta' żieda ta' SKK 450 miljun (madwar EUR 15-il miljun) fis-26 ta' Jannar 2006 fil-kapital irreġistrat tiegħu.

(2)

Il-Kummissjoni bagħtet talba għall-informazzjoni lir-Repubblika Slovakka fil-21 ta' Awwissu 2009. Wara estensjoni tal-iskadenza sabiex iwieġbu, l-awtoritajiet Slovakki pprovdew l-informazzjoni mitluba permezz tas-sottomissjoni tagħhom datata 24 ta' Settembru 2009.

(3)

B'ittra tas-26 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni talbet lir-Repubblika Slovakka sabiex tipprovdi aktar informazzjoni dwar din l-injezzjoni ta' kapital u talbet kjarifiki rigward l-Iskema ta' Ugwalizzazzjoni tar-Riskju (RES) Slovakka, miżura oħra li tista' possibbilment tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat. B'ittra tal-25 ta' Marzu 2010, l-awtoritajiet Slovakki talbu estensjoni tal-iskadenza sabiex iwieġbu għal din it-talba, li kienet aċċettata mill-Kummissjoni b'ittra tal-31 ta' Marzu 2010. Wara li fis-16 ta' Ġunju 2010 l-Kummissjoni kienet fakkret lir-Repubblika Slovakka sabiex tissottometti l-informazzjoni, l-awtoritajiet Slovakki wieġbu għal din it-talba b'ittra tad-9 ta' Lulju 2010. Kif mitlub mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-4 ta' Novembru 2010, ir-Repubblika Slovakka ssottomettiet verżjoni mhux kunfidenzjali ta' dik it-tweġiba fit-3 ta' Diċembru 2010.

(4)

Fl-1 ta' Jannar 2010, SZP kienet amalgamata mal-assiguratur tas-saħħa tal-Istat Slovakk l-ieħor, Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s (“VZP”). Mill-1998 sa mill-anqas l-2005, dawn iż-żewġ kumpanniji tal-Istat b'ishma konġunti kienu jirċievu l-portafolji tal-assigurazzjoni ta' kumpanniji oħra tal-assigurazzjoni tas-saħħa.

(5)

F'żewġ laqgħat bejn il-Kummissjoni u Dôvera li saru fl-10 ta' Ottubru 2010 u l-15 ta' Marzu 2011, kienu diskussi s-suġġett tal-ilment u l-funzjonament tas-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa fis-Slovakkja. Fis-sottomissjoni tagħha tal-15 ta' Lulju 2011, Dôvera tat informazzjoni addizzjonali dwar in-natura tas-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa fis-Slovakkja u wessgħet il-kamp ta' applikazzjoni tal-ilment tagħha billi inkludiet tliet miżuri ġodda allegatament mogħtija favur SZP u VZP: (i) il-ħelsien mid-dejn ta' SZP mill-kumpannija tal-Istat Veritel' a.s. fl-2004-2005 permezz ta' żewġ pagamenti ta' EUR 52,7 miljun u EUR 28 miljun; (ii) sussidju ta' EUR 7,6 miljun mogħti fl-2006 lil SZP mill-Ministeru tas-Saħħa u (iii) żieda kapitali ffinanzjata mill-Istat li tammonta għal EUR 65,1 miljun li ngħatat lil VZP fl-1 ta' Jannar 2010. Għalhekk, il-Kummissjoni stiednet lill-awtoritajiet Slovakki sabiex jikkummentaw dwar l-ilment estiż bl-allegazzjonijiet ġodda tiegħu. Wara estensjoni tal-iskadenza sabiex iwieġbu, l-awtoritajiet Slovakki pprovdew il-kummenti tagħhom permezz ta' ittra tal-11 ta' Novembru 2011.

(6)

Wara laqgħa mas-servizzi tal-Kummissjoni fil-15 ta' Diċembru 2011, Dôvera tat aktar informazzjoni dwar in-natura tas-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa b'ittra tas-16 ta' Jannar 2012.

(7)

B'ittra tat-2 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Slovakka li hija kienet iddeċidiet li tibda l-proċedura ta' investigazzjoni formali stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat (id-“deċiżjoni ta' ftuħ”). Id-deċiżjoni ta' ftuħ kienet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2), fejn din talbet lill-partijiet interessati sabiex jissottomettu kummenti.

(8)

B'ittra tal-24 ta' Lulju 2013, l-awtoritajiet Slovakki talbu estensjoni tad-data ta' skadenza sabiex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ, li kienet aċċettata mill-Kummissjoni b'ittra tat-30 ta' Lulju 2013. B'ittra tas-27 ta' Awwissu 2013, ir-Repubblika Slovakka ssottomettiet l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ.

(9)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ mingħand ħames partijiet terzi: mill-Istitut għar-riformi Ekonomiċi u Soċjali (INEKO) permezz ta' ittra tal-15 ta' Ottubru 2013; mill-Unjin zdravotná poisťovňa, a.s. (“Union Health Insurance”) permezz ta' ittra tal-25 ta' Ottubru 2013; mill-Istitut għall-Politika tas-Saħħa (“HPI”) permezz ta' ittra tat-28 ta' Ottubru 2013; minn Združenie zdravotných poisťovní SR (“ZZP”, l-Assoċjazzjoni tal-Kumpanniji tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa fis-Slovakkja) permezz ta' ittra tat-28 ta' Ottubru 2013 u minn Dôvera permezz ta' ittra tal-11 ta' Novembru 2013.

(10)

Dawn il-kummenti ntbagħtu lill-awtoritajiet Slovakki permezz ta' ittri tal-20 ta' Novembru u l-20 ta' Diċembru 2013. Fl-20 ta' Diċembru 2013, l-awtoritajiet Slovakki talbu estensjoni għall-iskadenza sabiex jirrispondu għal dawn il-kummenti sal-31 ta' Jannar 2014, li kienet aċċettata mill-Kummissjoni fl-istess jum. Permezz ta' ittra tad-29 ta' Jannar 2014, is-Slovakkja wieġbet għall-kummenti ppreżentati minn partijiet terzi dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ.

(11)

Fit-2 ta' April 2014, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-awtoritajiet Slovakki.

(12)

Fil-11 ta' April 2014 u l-25 ta' Awwissu 2014, il-Kummissjoni bagħtet talbiet addizzjonali għall-informazzjoni li s-Slovakkja wieġbet għalihom, rispettivament, b'ittra tal-15 ta' Mejju 2014 u tas-27 ta' Awwissu 2014.

2.   SFOND

2.1.   L-EVOLUZZJONI TAS-SISTEMA TAL-ASSIGURAZZJONI TAS-SAĦĦA OBBLIGATORJA FIS-SLOVAKKJA

(13)

Fl-1994, is-Slovakkja qalbet minn kumpannija unika tal-assigurazzjoni mmexxija mill-Istat għal mudell pluralistiku fejn jistgħu joperaw entitajiet kemm pubbliċi kif ukoll privati. Riforma komprensiva li tinkludi l-Atti Nru 581/2004 u 580/2004, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2005 (ir-“riforma tal-2005”), biddlet ir-regoli għar-ridistribuzzjoni tal-kontribuzzjonijiet miġbura tal-assigurazzjoni tas-saħħa u biddlet il-forma ġuridika tal-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni (kemm tal-Istat kif ukoll privati) minn entitajiet legali sui generis għal kumpanniji b'responsabbiltà limitata inkorporata (jiġifieri kumpanniji b'ishma konġunti bi skop ta' qligħ, skont il-liġi privata). Kienet stabbilita awtorità regolatorja indipendenti, l-Awtorità Slovakka għas-Sorveljanza tas-Saħħa (“HSA”), sabiex toħroġ liċenzji operattivi u biex tissorvelja l-konformità tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni mar-regolamenti applikabbli. Bażikament, dawn ir-riformi tfasslu sabiex jikkontribwixxu għal effiċjenza akbar fl-użu tar-riżorsi disponibbli u sabiex iżidu l-kwalità tal-provvediment tal-kura tas-saħħa. (3)

(14)

Fis-Slovakkja, il-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa, pubbliċi u privati, jipprovdu assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja għar-residenti Slovakki. (4) Il-possibbiltà fl-Att Nru 580/2004 li tiġi pprovduta wkoll assigurazzjoni tas-saħħa individwali bħala żieda mal-pakkett bażiku ta' benefiċċji bl-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja baqgħet marġinali, minħabba l-benefiċċji komprensivi ta' kura tas-saħħa koperti bis-sistema obbligatorja. (5) Barra minn hekk, fl-2005, att leġislattiv introduċa l-possibbiltà li l-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa jipprovdu assigurazzjoni tas-saħħa volontarja għal dawk li huma esklużi mill-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja (6).

(15)

Fl-2007, l-Att Nru 530/2007 emenda l-Att Nru 581/2004 u pprojbixxa lill-kumpanniji tal-assigurazzjoni attivi fis-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja milli jħallsu profitti fil-forma ta' dividendi b'effett mill-1 ta' Jannar 2008, u b'hekk impona obbligu ta' riinvestiment tal-bilanċi pożittivi ġġenerati fis-sistema tas-saħħa Slovakka. B'riżultat ta' dan, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa ma kienu permessi li jqassmu l-ebda profitti minn Jannar 2008. Madankollu, fis-26 ta' Jannar 2011, il-Qorti Kostituzzjonali Slovakka ddikjarat il-projbizzjoni fuq id-distribuzzjoni tal-profitti bħala mhux kompatibbli ma' diversi dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Slovakka. B'referenza għal din is-Sentenza, f'Lulju 2011, l-awtoritajiet Slovakki emendaw l-Att Nru 530/2007 bl-Att Nru 250/2011 biex jippermettu lill-assiguraturi tas-saħħa jerġgħu jqassmu (lill-azzjonisti tagħhom) l-profitti miksuba mill-attività tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet (7). B'riżultat ta' dawn il-bidliet leġislattivi, proċedura ta' ksur fir-rigward tar-restrizzjoni fuq il-ħlas tal-profitt ġiet magħluqa mill-Kummissjoni f'Diċembru 2011. (8)

(16)

Fil-31 ta' Ottubru 2012, l-awtoritajiet Slovakki approvaw pjan ta' proġett għall-istabbiliment ta' sistema mhux għall-profitt unitarja tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fir-Repubblika Slovakka, li se tiddaħħal jew permezz ta' akkwiżizzjonijiet volontarji (sal-1 ta' Jannar 2014) tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa privati jew permezz tal-esproprjazzjoni tagħhom (sal-1 ta' Lulju 2014) u li għandu jistabbilixxi kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa unika (tal-Istat) (9). Madankollu, fil-ħin li kienet adottata din id-deċiżjoni, kien għadu ma ġie implimentat l-ebda pass tal-pjan tal-proġett hawn fuq imsemmi (10).

2.2.   L-ASSIGURATURI TAS-SAĦĦA FIS-SLOVAKKJA

(17)

Skont il-leġislazzjoni Slovakka, kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa hija definita bħala kumpannija pubblika limitata li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fir-Repubblika Slovakka, stabbilita sabiex tipprovdi assigurazzjoni tas-saħħa pubblika obbligatorja soġġett għal awtorizzazzjoni mogħtija mill-HSA.

(18)

Ir-residenti Slovakki għandhom għażla li jagħmlu kuntratt ma' kwalunkwe wieħed mit-tliet assiguraturi li ġejjin biex jiksbu pakkett ta' assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja:

(a)

il-kumpannija pubblika limitata tal-Istat Slovakka VZP, li kienet stabbilita fl-1 ta' Lulju 2005; Din kienet iffurmata bit-trasformazzjoni tal-intrapriża pubblika VšZP, li kienet stabbilita skont l-Att Nru 273/1994 fl-1 ta' Novembru 1994 bħala s-suċċessur għall-Kumpannija tal-Assigurazzjoni Nazzjonali (Národná poisťovňa) tal-Amministrazzjoni tal-Fond tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa; VZP ġiet amalgamata mal-kumpannija tal-Istat SZP fl-1 ta' Jannar 2010 skont l-Att Nru 533/2009 (għalhekk, fejn ikun xieraq, l-entità konġunta minn hawn 'il quddiem se tissejjaħ “SZP/VZP”); Ir-Repubblika Slovakka hija l-unika azzjonista ta' VZP;

(b)

il-kumpannija pubblika limitata privata Dôvera (l-azzjonist prinċipali tagħha huwa l-grupp finanzjarju mill-Ewropa Ċentrali PENTA); Dôvera kienet stabbilita fl-1 ta' Ottubru 2005 u ġiet amalgamata ma' kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa privata Slovakka oħra, Apollo, fil-31 ta' Diċembru 2009. Fl-2010, l-entità amalgamata kienet l-akbar kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa privata fis-Slovakkja;

(c)

il-kumpannija pubblika limitata privata Union Health Insurance, stabbilita fid-9 ta' Marzu 2006 u membru tal-grupp Achmea bbażat fil-Pajjiżi l-Baxxi, li qabel kien Eureko.

(19)

It-Tabella ta' hawn taħt turi l-evoluzzjoni tal-ishma mis-suq tal-kumpanniji differenti li pprovdew assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fir-Repubblika Slovakka matul is-snin 2008-2013 (11):

Sena

2008

2009

2010

2011

2012

2013 (12)

Kumpanniji

Numru ta' persuni assigurati (%)

VZP

55,4

55,0

66,74

65,79

64,4

64,09

SZP

13,6

12,0

2010: SZP ġiet amalgamata ma' VZP

 

 

 

Apollo

8,4

10,0

2010: Apollo ġiet amalgamata ma' Dôvera

 

 

 

Dôvera

16,2

16,0

26,37

26,8

27,75

27,49

Union

6,4

7,0

6,89

7,41

7,85

8,42

(20)

Il-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa huma kumpanniji b'ishma konġunti, filwaqt li r-regolament dwar is-sjieda jippermetti lis-setturi kemm pubbliċi kif ukoll privati li jkunu azzjonisti. Il-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa huma obbligati jilħqu ċerti kriterji ta' solvenza. Billi huma taħt restrizzjonijiet baġitarji stretti, huma kompletament responsabbli għan-nuqqasijiet finanzjarji. Bħala kumpanniji b'ishma konġunti privati stabbiliti skont id-dritt soċjetarju ġenerali, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa jidhru li jimmaniġġjaw b'mod awtonomu l-operazzjonijiet u l-kostijiet tal-kura tas-saħħa tagħhom.

(21)

Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa jistgħu u fil-fatt jagħmlu profitti. (13) Id-dħul tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni fis-Slovakkja jinkiseb mill-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni, il-baġit tal-Istat (kontribuzzjonijiet f'isem il-persuni ekonomikament inattivi u sussidju sabiex ikopri ż-żidiet fil-kostijiet tas-servizzi tas-saħħa), introjtu minn proprjetà, rigali u introjtu ieħor. Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa jistgħu jagħmlu profitti pereżempju billi jtejbu s-sistemi ta' ġestjoni tagħhom u permezz tan-negozjati tagħhom meta jagħmlu kuntratti mal-fornituri tal-kura tas-saħħa.

2.3.   KARATTERISTIĊI PRINĊIPALI TAS-SETTUR TAL-ASSIGURAZZJONI TAS-SAĦĦA OBBLIGATORJA SLOVAKK

2.3.1.   Għan soċjali u interess pubbliku

(22)

L-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka għandha għan soċjali, jiġifieri li taħseb għall-forniment tal-kura tas-saħħa u ż-żamma ta' sistema ta' assigurazzjoni tas-saħħa vijabbli. Iċ-ċittadini għandhom id-dritt għal assigurazzjoni tas-saħħa u r-residenti Slovakki għandhom l-obbligu li jkunu assigurati. (14) Id-dritt għal kura tas-saħħa b'xejn ibbażata fuq l-assigurazzjoni tas-saħħa huwa obbligu kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka. (15) Skont l-awtoritajiet Slovakki, billi jipprovdu assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fir-Repubblika Slovakka, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa huma meqjusa li qegħdin jissodisfaw obbligu kostituzzjonali f'isem l-Istat, jiġifieri l-forniment ta' assigurazzjoni tas-saħħa lir-residenti Slovakki billi jimmaniġġjaw l-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fis-Slovakkja. Ir-Repubblika Slovakka hija responsabbli bil-liġi għall-finanzjament tas-sistema tal-kura tas-saħħa u biex tkopri t-telf fis-settur tal-kura tas-saħħa. (16) Skont is-Sezzjoni 2 tal-Att Nru 580/2004 dwar l-assigurazzjoni tas-saħħa, il-forniment ta' assigurazzjoni tas-saħħa pubblika obbligatorja hija attività fl-interess pubbliku, li fit-tħaddim tagħha jiġu mmaniġġjati fondi pubbliċi.

2.3.2.   Sħubija obbligatorja, reġistrazzjoni miftuħa u klassifikazzjoni tal-komunità

(23)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att Nru 580/2004 u l-Att Nru 581/2004, il-parteċipazzjoni fil-programm tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika Slovakk hija obbligatorja għall-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni fir-Repubblika Slovakka. (17) L-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fis-Slovakkja tkopri wkoll il-persuni assigurati skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 (18), sat-30 ta' April 2010, u, mill-1 ta' Mejju 2010, skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (19)

(24)

Il-persuni assigurati għandhom id-dritt li jagħżlu kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-għażla tagħhom u li jibdlu l-kumpannija tal-assigurazzjoni darba fis-sena. Skont l-obbligu tar-reġistrazzjoni miftuħa u l-prinċipju tal-klassifikazzjoni tal-komunità, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa fis-Slovakkja għandhom obbligu legali li jdaħħlu fl-iskema tal-assigurazzjoni tagħhom lil kull resident Slovakk li jitlob dan, bil-kundizzjoni li huwa/hija jissodisfaw ir-rekwiżiti legali għall-assigurazzjoni tas-saħħa fis-Slovakkja. B'mod partikolari, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa ma jistgħux jirrifjutaw li jassiguraw persuna abbażi tal-età, l-istat tas-saħħa jew ir-riskji ta' mard (20) u jridu joffru assigurazzjoni bażika tas-saħħa bl-istess prezz lill-persuni kollha irrispettivament minn dawn il-fatturi.

(25)

Is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa Slovakka għalhekk tinkludi wkoll arkitettura legali għall-kondiviżjoni ekwa tar-riskji fost il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa permezz ta' skema ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju (RES). Bir-RES (21), il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jassiguraw persuni assoċjati ma' riskju ogħla jirċievu fondi mingħand kumpanniji tal-assigurazzjoni li l-portafoll tagħhom huwa assoċjat ma' riskju aktar baxx, jiġifieri permezz ta' riallokazzjoni kull xahar jew annwali tal-kontribuzzjonijiet u l-amministrazzjoni tat-trasferimenti. (22)

2.3.3.   Benefiċċji u kontribuzzjonijiet relatati mal-introjtu

(26)

L-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka hija bbażata fuq sistema ta' kontribuzzjonijiet obbligatorji. Ir-rati tal-kontribuzzjoni huma definiti bil-liġi u huma proporzjonali mal-introjtu tal-persuna assigurata (simili għat-taxxa li titħallas fuq l-introjtu), pjuttost milli huma bbażati fuq ir-riskju assigurat (bħall-età tal-persuna assigurata jew l-istat tas-saħħa). Dawk il-kontribuzzjonijiet, li l-awtoritajiet Slovakki jqisu li huma parti mill-fondi pubbliċi, jiġu miġbura minn: (1) l-impjegati u l-impjegaturi; (2) il-persuni li jaħdmu għal rashom; (3) il-persuni qiegħda b'mod volontarju; (4) l-Istat (għall-“persuni assigurati mill-Istat”, jiġifieri l-grupp ta' persuni li huma l-aktar ekonomikament inattivi) u (5) il-kontribwenti ta' dividendi.

(27)

Il-persuni assigurati kollha huma ggarantiti l-istess livell bażiku ta' benefiċċji (“il-pakkett bażiku ta' benefiċċji”). Ma hemm l-ebda rabta diretta bejn l-ammont ta' kontribuzzjonijiet imħallsa u l-benefiċċji (23) riċevuti. Is-servizzi mediċi koperti mill-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja huma pprovduti irrispettivament mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna assigurata.

(28)

Il-pakkett bażiku ta' benefiċċji tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja jkopri kważi l-proċeduri kollha tal-kura tas-saħħa li jiġu pprovduti fir-Repubblika Slovakka, li jfisser li tista' tgħid il-kura tas-saħħa sħiħa tiġi pprovduta permezz ta' dak il-pakkett. Attwalment, il-pakkett bażiku ta' benefiċċji jintitola 'l kulħadd għal kura tas-saħħa b'xejn bl-eċċezzjoni biss ta' ftit trattamenti (eż. kirurġija kożmetika), u pagamenti parzjali għall-farmaċewtiċi u t-trattamenti fl-ispas u servizzi magħżula relatati mal-kura tas-saħħa (eż. żjarat fid-dipartiment tal-emerġenza). Il-pakkett bażiku ta' benefiċċji jista' jitnaqqas jew jitwessa' b'digriet tal-gvern (mingħajr negozjati parlamentari). Billi l-Kostituzzjoni Slovakka tiggarantixxi lil kull ċittadin kura tas-saħħa bis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja skont il-kundizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni ma għandhom l-ebda influwenza fuq il-pakkett tal-benefiċċji, il-livell ta' kopertura jew il-primjums tal-pakkett bażiku ta' benefiċċji, billi dawn huma ffissati bil-liġi.

(29)

Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa Slovakki jistgħu u fil-fatt iżidu mal-pakkett bażiku ta' benefiċċji diversi intitolamenti (benefiċċji) addizzjonali tal-għażla tagħhom, li jkopru servizzi mhux inklużi fihom, iżda li jiġu offruti bla ħlas mill-assiguraturi lill-klijenti tagħhom, bħala parti mill-istess pakkett ta' kura tas-saħħa taħt l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja. Pereżempju, skont l-informazzjoni disponibbli jidher li l-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa jistgħu jiddeċiedu li joffru kopertura addizzjonali ta' ċerti trattamenti kumplimentari u preventivi taħt l-istess pakkett ta' assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja. Dawn il-benefiċċji addizzjonali huma distinti mis-servizzi ta' assigurazzjoni tas-saħħa individwali li jistgħu jiġu offruti bi ħlas.

2.3.4.   Għażla tal-fornituri u s-servizzi tal-kura tas-saħħa

(30)

Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa huma permessi li jagħżlu l-fornituri tal-kura tas-saħħa u li jinnegozjaw kuntratti ma' tobba u sptarijiet individwali. Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa għalhekk jagħmlu kuntratti ma' fornituri tal-kura tas-saħħa individwali; dawk il-kuntratti jiġu konklużi indipendentement minn xulxin u fornitur ta' kura tas-saħħa individwali jista' jagħmel kuntratt mal-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa jew ma' xi wħud biss minnhom u viċi versa. Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa jirrimborżaw is-servizzi mogħtija minn fornituri tal-kura tas-saħħa kemm tal-Istat kif ukoll privati.

(31)

Sabiex tiġi assigurata l-aċċessibbiltà ġeografika tas-servizzi tas-saħħa, il-gvern stabbilixxa rekwiżit ta' netwerk minimu sabiex jinfluwenza l-ippjanar tal-kapaċità. Fil-forniment ta' assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa huma meħtieġa bil-liġi li jagħmlu kuntratt ma' netwerk minimu ta' sptarijiet. Kull kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa toħloq in-netwerk proprju tagħha u ttejjeb in-netwerk minimu permezz ta' kuntrattar selettiv ma' sptarijiet addizzjonali u fornituri oħra ta' servizzi ta' kura tas-saħħa. Is-servizzi ta' kura tas-saħħa mogħtija minn dawk l-isptarijiet u/jew fornituri oħra ta' servizzi ta' kura tas-saħħa u li huma inklużi fil-kopertura tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja għalhekk huma koperti mill-assiguratur tal-kura tas-saħħa favur il-persuni assigurati. Il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa għandhom ċertu marġinu ta' diskrezzjoni meta jinnegozjaw mal-isptarijiet dwar il-prezz u l-kwalità tas-servizzi ta' kura tas-saħħa mogħtija lill-persuni assigurati.

2.3.5.   Qafas regolatorju

(32)

L-iskema ta' assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fir-Repubblika Slovakka hija regolata b'regolamenti speċjali. (24) Il-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jipprovdu assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja għandhom, bil-liġi, status, drittijiet u obbligi identiċi. Kull kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa trid tiġi stabbilita bil-għan li twettaq assigurazzjoni tas-saħħa pubblika u ma tridx twettaq attivitajiet għajr dawk elenkati fis-Sezzjoni 6 tal-Att Nru 581/2004. L-attivitajiet tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jimmaniġġjaw l-iskema ta' assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja huma soġġetti għall-kontroll ġenerali tal-Istat, eżerċitat b'mod partikolari permezz tal-awtorità regolatorja — l-HSA, li għandha rwol ta' monitoraġġ u superviżorju fis-sistema tas-saħħa. L-HSA tissorvelja jekk il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa u l-fornituri jimxux ma' dan il-qafas leġislattiv u tintervjeni meta jseħħ xi ksur.

3.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI KKONTESTATI

(33)

Id-deċiżjoni preżenti teżamina s-sitt miżuri li ġejjin (kollettivament imsejħa “il-miżuri kkontestati”): (25)

3.1.   IŻ-ŻIEDA KAPITALI TAL-2006 FL-SZP

(34)

Bl-ittra datata 2 ta' April 2007, il-kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa privata Dôvera ppreżentat ilment lill-Kummissjoni kontra injezzjoni ta' kapital mir-Repubblika Slovakka fil-kumpannija tal-Istat SZP li tammonta għal SKK 450 miljun (madwar EUR 15-il miljun) magħmula fi tliet segmenti bejn it-28 ta' Novembru 2005 u t-18 ta' Jannar 2006.

(35)

Dik iż-żieda ta' kapital kienet assoċjata mar-riforma tas-settur tal-kura tas-saħħa u r-riforma tal-2004-2005 tas-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa fir-Repubblika Slovakka. Fil-fatt, fiż-żmien tal-istabbiliment tagħha bħala kumpannija b'ishma konġunti fl-2005, SZP, bħala s-suċċessur legali ta' istituzzjoni pubblika (26), kienet meħtieġa bil-liġi li tieħu mhux biss l-assi tal-kumpannija tal-assigurazzjoni oriġinali, iżda wkoll l-obbligazzjonijiet tagħha, imġarrba qabel l-2005, li l-ammont tagħhom ikkawża livell inadegwat ta' solvenza, kif stabbilit skont ir-rekwiżiti tas-Sezzjoni 14(1) tal-Att dwar il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa (l-Att 581/2004). Dawk l-obbligazzjonijiet fil-31 ta' Diċembru 2005 kienu jammontaw għal SKK 467,765 miljun (madwar EUR 15,5-il miljun).

3.2.   IL-ĦELSIEN TAD-DJUN TA' SZP MINN VERITEĽ

(36)

Veriteľ kienet stabbilita bħala aġenzija ġdida tal-Istat għall-konsolidament tad-djun tal-kura tas-saħħa fl-2003 (27) u kienet inkarigata mill-Gvern Slovakk għall-implimentazzjoni ta' proġett sabiex il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u l-kumpanniji tal-assigurazzjoni jinħelsu mid-djun tagħhom qabel ir-riorganizzazzjoni tal-fondi eżistenti kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa bħala kumpanniji b'ishma konġunti sat-30 ta' Settembru 2005. Il-proċess ta' ħelsien mid-dejn twettaq skont riżoluzzjonijiet tal-Gvern Slovakk.

(37)

Fil-perjodu mill-2003 sal-2005, Veriteľ issaldat dejn fis-settur tas-saħħa li kien jaqbeż EUR 1 100 miljun f'valur kontabilistiku bil-prezz ta' EUR 644 miljun fi flus kontanti. Billi l-Ministeru tas-Saħħa ħabbar li dan kien l-aħħar salvataġġ tas-sistema tal-kura tas-saħħa, l-aġenzija Veriteľ kienet abolita fl-2006. (28)

(38)

L-ilmentatur isostni li l-ħelsien ta' EUR 52,7 miljun ta' dejn ta' SZP minn Veriteľ, billi huwa ogħla minn dak li l-ilmentatur innifsu kien irċieva (29), jissuġġerixxi trattament diskriminatorju fil-proċess ta' ħelsien mid-dejn. Madankollu, it-tħassib ewlieni tal-ilmentatur huwa li, barra minn hekk, fit-30 ta' Novembru 2005 (għalhekk wara t-trasformazzjoni), Veriteľ ħelset ukoll madwar EUR 28 miljun ta' dejn ieħor li SZP kellha mal-kont speċjali ta' ridistribuzzjoni tal-primjums. Dan sar permezz taċ-ċessjoni minn SZP lil Veritel tal-pretensjonijiet u l-imgħax tal-primjums. SZP assenjat lil Veritel madwar SKK 929 miljun fi pretensjonijiet ta' primjums u mgħax (minn dawn madwar SKK 343 miljun f'imgħax). Min-naħa tagħha, Veritel ipprovdiet konsiderazzjoni ta' SKK 840 miljun (madwar EUR 28 miljun) lil SZP billi paċiet id-dejn tagħha fil-kont speċjali ta' ridistribuzzjoni tal-primjums. (30)

3.3.   IS-SUSSIDJU TAL-2006 LIL SZP

(39)

Fit-tieni nofs tal-2006, ingħata sussidju ieħor lil SZP mill-Ministeru tas-Saħħa billi ntużat parti mill-bilanċ tal-likwidazzjoni ta' Veriteľ, li kienet xolta f'Lulju 2006. Skont l-ilmentatur, l-ammont tas-sussidju kien ta' madwar EUR 7,6 miljun.

(40)

L-ilmentatur jallega li dan is-sussidju ngħata sabiex jiġu saldati obbligazzjonijiet ta' SZP mal-fornituri tal-kura tas-saħħa li jmorru lura għal qabel l-2005, għalkemm ma kienx ċar jekk dawk id-djun kinux għadhom hemm fiż-żmien tal-għotja.

(41)

Madankollu, skont l-awtoritajiet Slovakki, ir-riżorsi finanzjarji mill-bilanċ tal-likwidazzjoni ta' Veriteľ ma ngħatawx lil SZP iżda lil faċilitajiet mediċi, li dak iż-żmien kienu tal-Istat, sabiex iħallsu l-obbligazzjonijiet tagħhom (jiġifieri l-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa għall-impjegati tagħhom) lil SZP. Għalhekk, skont l-awtoritajiet Slovakki, ma kien involut l-ebda sussidju, iżda pjuttost il-pagament normali ta' obbligazzjonijiet eżistenti mhux disputati mill-Istat — il-primjums mhux imħallsa għall-assigurazzjoni tas-saħħa.

3.4.   IŻ-ŻIEDA KAPITALI TAL-2010 F'VZP

(42)

Ir-Repubblika Slovakka, permezz tal-Ministeru tas-Servizzi tas-Saħħa, żiedet il-kapital azzjonarju rreġistrat tagħha f'VZP fl-1 ta' Jannar 2010. Iż-żieda fil-kapital azzjonarju ammontat għal madwar EUR 65,1 miljun.

(43)

Skont l-ilmentatur, billi VZP kienet qrib l-insolvenza, jidher li l-Istat aġixxa b'dan il-mod biex inaqqas id-defiċit fid-dħul ta' VZP. L-ilmentatur isostni wkoll li l-Istat ma għandu assolutament l-ebda tama li jirċievi redditu fuq l-investiment tiegħu f'qafas ta' żmien raġonevoli, b'mod partikolari minħabba li s-Slovakkja kienet għadha kemm daħħlet liġi li timpedixxi lill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa milli jqassmu l-profitti tagħhom.

(44)

Skont l-awtoritajiet Slovakki, din iż-żieda kapitali tal-2010 f'VZP saret sabiex telimina l-impatti tal-kriżi finanzjarja u biex issostni lil VZP sabiex tirreżisti għall-pressjoni li żżid il-livell ta' dejn bid-domanda dejjem tiżdied għall-kura tas-saħħa.

3.5.   L-ISKEMA TA' UGWALIZZAZZJONI TAR-RISKJU (RES)

(45)

Waqt il-valutazzjoni preliminari tagħha, il-Kummissjoni skopriet ukoll li l-finanzjament tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa fir-Repubblika Slovakka jinkludi mekkaniżmu ta' ppuljar u aġġustament tar-riskju — Skema ta' Ugwalizzazzjoni tar-Riskju (RES).

(46)

Ir-RES (31) tapplika b'mod sħiħ għall-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jipprovdu assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fir-Repubblika Slovakka. Filwaqt li l-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja jinġabru direttament mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa mingħand l-impjegaturi, il-persuni li jaħdmu għal rashom, l-awtokontribwenti (persuni qiegħda b'mod volontarju), l-Istat u l-kontribwenti ta' dividendi, id-distribuzzjoni tad-dħul u l-infiq fost il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa mhijiex ugwali minħabba l-istruttura differenti tal-popolazzjonijiet assigurati tagħhom. Sabiex jittaffa l-piż finanzjarju fuq il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa b'portafoll ta' riskju ogħla u biex jitnaqqas il-potenzjal ta' għażla tar-riskju, il-kontribuzzjonijiet jerġgħu jiġu distribwiti bejn il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa bl-użu tar-RES, permezz ta' kalkolu magħżul mill-HSA. (32) Il-parametri applikati fir-RES huma l-età, is-sess u, mill-2010, l-istatus tal-attività ekonomika tal-persuna assigurata.

(47)

L-awtoritajiet Slovakki ma jqisux ir-RES bħala forma ta' għajnuna mill-Istat iżda pjuttost bħala kwistjoni ta' ugwalizzazzjoni tal-fondi skont il-kriterji applikabbli tar-RES għall-persuni assigurati, jiġifieri hija każ ta' solidarjetà bejn il-persuni assigurati u għalhekk mhux għajnuna mill-Istat.

3.6.   IT-TRASFERIMENTI TA' PORTAFOLJI LIL SZP U VZP

(48)

Miżura oħra li ġiet għall-attenzjoni tal-Kummissjoni waqt il-valutazzjoni preliminari tagħha hija l-eżistenza ta' diversi trasferimenti diretti, bl-intervent tal-Istat, lil SZP u VZP, ta' portafolji ta' kumpanniji oħra tal-assigurazzjoni tas-saħħa (b'mod partikolari tal-kumpannija Družstevná zdravotná poisťovňa lil VZP, u tal-kumpannija Európská zdravotná poisťovňa lil SZP) li kienu likwidati maż-żmien.

(49)

Skont id-Dôvera, il-portafoll ta' EZP ġie trasferit direttament lil SZP minkejja li kien hemm operaturi interessati oħra fis-suq, filwaqt li l-limiti u l-kundizzjonijiet tat-trasferiment ma kinux ċari.

(50)

Ir-Repubblika Slovakka targumenta li d-deċiżjoni tal-HSA li tittrasferixxi l-portafoll ta' EZP lil SZP mingħajr l-ebda konsiderazzjoni hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Att Nru 581/2004 filwaqt li tirrispetta d-dritt tal-persuni assigurati li jagħżlu kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa. Huma jsostnu li kumpanniji oħra tal-assigurazzjoni esprimew interess f'dan il-portafoll, iżda b'kundizzjonijiet li kienu jtawlu b'mod sproporzjonat il-proċess tal-likwidazzjoni. Barra minn hekk, skont l-awtoritajiet Slovakki, billi t-trasferiment tal-portafolji kien jirrigwarda l-pretensjonijiet u l-obbligazzjonijiet kollha tal-kumpanniji likwidati, ma ngħata l-ebda vantaġġ lill-benefiċjarji VZP u SZP.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(51)

Fid-deċiżjoni ta' ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar l-istabbiliment tan-natura ekonomika jew mhux ekonomika tal-attività kkonċernata u indikat li, fid-dawl tal-partikularitajiet tal-każ, SZP/VZP u l-kumpanniji l-oħra li joffru assigurazzjoni tas-saħħa fis-sistema obbligataorja fir-Repubblika Slovakka setgħu kienu involuti f'attività ekonomika mill-1 ta' Jannar 2005. Hija qieset li t-taħlita ta' elementi ekonomiċi u mhux ekonomiċi tas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka kienet tagħmilha neċessarja li titwettaq analiżi dettaljata tal-elementi differenti tagħha u tal-importanza rispettiva tagħhom fi ħdan l-iskema sabiex jiġi determinat jekk l-attività tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, bil-mod kif inhija organizzata u mwettqa fis-Slovakkja, għandhiex titqies bħala ta' natura ekonomika (mill-1 ta' Jannar 2005) jew mhux ekonomika.

(52)

Il-Kummissjoni indikat ukoll li — jekk ikun meħtieġ li l-attività titqies bħala ta' natura ekonomika — hija ma kellhiex biżżejjed informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha sabiex tistabbilixxi jekk il-miżuri taħt skrutinju jagħtux vantaġġ selettiv lil SZP/VZP.

(53)

Wara li kkonkludiet li hija għalhekk ma setgħetx teskludi l-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat f'dak l-istadju, fin-nuqqas ta' argumenti speċifiċi jew indikazzjonijiet ċari dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk dawk il-miżuri jistgħux jitqiesu bħala kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) jew l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, f'każ li hija tikkonkludi li dawk il-miżuri jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat.

(54)

F'dak il-kuntest, il-Kummissjoni nnotat li l-konklużjoni finali dwar jekk l-attività tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fir-Repubblika Slovakka hijiex fil-fatt ta' natura ekonomika jew mhux ekonomika, jekk il-miżuri tal-Istat jissodisfawx il-kundizzjonijiet l-oħra sabiex jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u, jekk iva, jekk humiex kompatibbli mas-suq intern, tista' tinstilet biss f'deċiżjoni finali li għandha tiġi adottata wara li titlesta l-investigazzjoni formali, meta tkun inġabret l-informazzjoni kollha disponibbli (fosthom aktar kummenti tal-Istat Membru u partijiet terzi) u tkun saret valutazzjoni komprensiva tal-informazzjoni kollha.

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(55)

Il-Kummissjoni rċeviet il-kummenti li ġejjin mingħand il-partijiet interessati, kif miġbura fil-qosor hawn taħt:

5.1.   DÔVERA

(56)

Bi tweġiba għad-deċiżjoni ta' ftuħ, Dôvera, l-ilmentatur, ipprovdiet informazzjoni addizzjonali dwar is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa u argumentazzjoni addizzjonali b'mod partikolari sabiex tissostanzja l-opinjoni tagħha li SZP/VZP huma impriżi soġġetti għad-dritt tal-kompetizzjoni u bbenefikaw minn għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli.

(57)

Dôvera tirrimarka li SZP/VZP jikkompetu ma' kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa privati li joffru l-istess servizz waqt li jfittxu profitt, billi tirreferi għas-sottomissjonijiet preċedenti tagħha dwar in-natura ekonomika tal-attività u l-każistika riċenti tal-Qorti. (33) F'dan il-kuntest, Dôvera ssostni li d-diversi elementi ppreżentati mir-Repubblika Slovakka elenkati fid-deċiżjoni ta' ftuħ bħala li jippuntaw lejn in-natura mhux ekonomika tal-attivitajiet ta' VZP/SZP ma jgħaddux minn skrutinju. Skont Dôvera, ir-riforma tal-2004-2005 kienet maħsuba biex toħloq suq kompetittiv, li kien rikonoxxut u kkonfermat mill-ġudikatura Slovakka (jiġifieri l-Qorti Kostituzzjonali Slovakka) kif ukoll mill-awtoritajiet Slovakki nfushom. F'dan il-kuntest, Dôvera tirrimarka wkoll li l-assiguraturi jikkompetu għall-fornituri tal-kura tas-saħħa permezz ta' kuntrattar selettiv u negozjati dwar il-prezz u l-kwalità tas-servizzi, u ssemmi wkoll il-kampanji promozzjonali mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa sabiex iżommu u jattiraw il-klijenti. Dovera tiċħad ukoll in-natura esklussivament soċjali tas-sistema, fejn tirreferi għall-possibbiltà li l-assiguraturi tas-saħħa jagħmlu u jqassmu l-profitti u r-rieda tal-investituri privati li jinvestu f'operaturi attivi fis-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakk.

(58)

B'referenza għas-sottomissjonijiet preċedenti tagħha lill-Kummissjoni qabel id-deċiżjoni ta' ftuħ, Dôvera tissottometti wkoll li l-miżuri kollha identifikati f'dik id-deċiżjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala għajnuna illegali billi kienu ssodisfati l-elementi l-oħra kollha tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fl-opinjoni tagħha, ir-Repubblika Slovakka ma tistax titqies li aġixxiet bħala investitur f'ekonomija tas-suq meta żiedet il-kapital ta' SZP fl-2006 u l-kapital ta' VZP fl-2010. Dôvera targumenta wkoll li r-Repubblika Slovakka ddiskriminat bejn SZP/VZP u l-kumpanniji tal-assigurazzjoni privati permezz ta' trattament iżjed favorevoli ta' SZP fil-proċess ta' ħelsien mid-dejn tal-2003-2005 kif ukoll bl-introduzzjoni ta' żewġ parametri ġodda fir-RES fl-2009 u l-2012. Rigward it-trasferiment tal-portafolji, il-kummenti ta' Dôvera jiffukaw fuq it-trasferiment tal-portafoll tal-assigurazzjoni ta' EZP, billi m'għandha l-ebda informazzjoni dwar trasferiment preċedenti ta' portafolji lil VZP. F'dan ir-rigward, hija ssostni li l-Kummissjoni setgħet ġiet miżinformata mill-awtoritajiet Slovakki dwar il-qafas legali applikabbli għal dak it-trasferiment ta' portafolji.

(59)

Dôvera fl-aħħar nett targumenta li l-awtoritajiet Slovakki naqsu milli juru li l-forniment ta' assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja huwa servizz ta' interess ġenerali u b'hekk tqajjem dubji dwar l-istess bażi ta' analiżi skont il-każistika ta' Altmark  (34) u l-pakkett ta' SGEI tal-Kummissjoni.

5.2.   UNION HEALTH INSURANCE

(60)

L-osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ ippreżentati mill-Union Health Insurance, il-kompetitur privat l-ieħor ta' SZP/VZP, huma ġeneralment konsistenti mal-kummenti pprovduti minn Dovera, fejn din argumentat li SZP u VZP huma impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Union Health Insurance ssostni li ħamsa mis-sitt miżuri deskritti fis-sezzjoni 3 ta' din id-Deċiżjoni jikkwalifikaw bħala għajnuna mill-Istat u mhumiex kompatibbli mas-suq intern. Rigward is-sitt miżura, ir-RES, Union Health Insurance ssostni li din tista' potenzjalment tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-każistika ta' Altmark għal kumpens tas-servizz pubbliku jew tista' tkun kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, u b'hekk teħtieġ aktar investigazzjoni dwar l-approċċ diskriminatorju potenzjali tiegħu favur il-benefiċjarju nett tar-RES, jiġifieri SZP/VZP.

5.3.   HPI, INEKO U ZZP

(61)

L-osservazzjonijiet dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ ippreżentati mit-tliet partijiet terzi l-oħra, jiġifieri HPI, INEKO u ZZP b'mod ġenerali jappoġġaw il-pożizzjoni tal-ilmentatur Dôvera u Union Health Insurance li l-attività hija ta' natura ekonomika u l-miżuri jinvolvu għajnuna mill-Istat billi jagħtu vantaġġ selettiv lil SZP/VZP, billi juru l-konvinzjoni tagħhom li l-assiguraturi tas-saħħa qegħdin joperaw f'ambjent kompetittiv (billi jużaw modi differenti biex jattiraw il-klijenti) u jsostnu li l-Istat ta trattament preferenzjali lill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Istat.

6.   KUMMENTI DWAR ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ U SOTTOMISSJONIJIET ADDIZZJONALI TAR-REPUBBLIKA SLOVAKKA

(62)

Ir-Repubblika Slovakka ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar id-deċiżjoni ta' ftuħ u pprovdiet kummenti dwar l-osservazzjonijiet ta' partijiet terzi.

(63)

Fis-sottomissjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet Slovakki pprovdew kjarifiki u argumentazzjoni addizzjonali sabiex isaħħu l-pożizzjoni tagħhom li s-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja mhijiex soġġetta għar-regoli tal-kompetizzjoni billi ma tinvolvix attività ekonomika. Huma jallegaw li l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka ma tistax tiġi kwalifikata bħala ekonomika skont il-każistika stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (35) b'mod partikolari għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

Is-sistema għandha għan soċjali.

(b)

Is-sistema hija bbażata fuq is-solidarjetà, b'mod partikolari minħabba dan li ġej:

i.

reġistrazzjoni obbligatorja għar-residenti Slovakki;

ii.

il-persuni assigurati kollha huma ggarantiti l-istess livell minimu ta' benefiċċji;

iii.

il-kontribuzzjonijiet mhumiex relatati mal-benefiċċji fuq livell individwali, billi l-kontribuzzjonijiet huma stabbiliti bil-liġi (l-ebda kompetizzjoni fuq il-prezzijiet);

iv.

hemm solidarjetà fir-riskju bejn l-assiguraturi: RES u klassifikazzjoni tal-komunità.

(c)

Hemm qafas regolatorju dettaljat, soġġett għal superviżjoni mill-Istat: l-istatus, id-drittijiet u l-obbligi tal-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa huma stabbiliti bil-liġi.

(64)

Ir-Repubblika Slovakka tirribatti s-suppożizzjoni li, b'riżultat tal-bidliet leġislattivi tal-2005, is-sistema tas-saħħa Slovakka nbidlet f'sistema kummerċjali u ssostni li s-sistema qatt ma tilfet in-natura mhux kummerċjali pubblika tagħha. Huma jiġbdu l-attenzjoni wkoll għall-fatt li s-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa Slovakka hija parti mis-sistema tas-sigurtà soċjali u jirreferu għall-kompetenzi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 168(7) tat-Trattat għall-organizzazzjoni u t-twassil tas-servizzi tal-kura tas-saħħa.

(65)

L-awtoritajiet Slovakki jsostnu wkoll li r-riforma tal-assigurazzjoni tas-saħħa ma ssostitwietx l-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika b'assigurazzjoni tas-saħħa privata u ma fetħet il-kopertura tal-ebda riskju li jirrigwarda s-sigurtà soċjali statutorja għall-assiguraturi privati. Skont is-Slovakkja, l-għan primarju tar-riforma fis-settur tas-saħħa kien li tistabbilixxi regoli preċiżi sabiex jiġu trattati r-riżorsi finanzjarji allokati lis-saħħa u li r-riorganizzazzjoni, sat-30 ta' Settembru 2005, tal-fondi eżistenti kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa bħala kumpanniji b'ishma konġunti b'regoli kontabilistiċi definiti b'mod ċar dehret bħala mod xieraq ta' kif jiġu stabbiliti dawk ir-regoli. L-awtoritajiet Slovakki jqisu li l-assiguraturi tas-saħħa kollha fis-Slovakkja huma involuti fl-immaniġġjar tal-fondi pubbliċi fdati lilhom fi ħdan is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika.

(66)

Skont l-awtoritajiet Slovakki, il-fatt li s-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka tippermetti grad limitat ta' kompetizzjoni dwar il-kwalità jista' jitqies bħala element li jinkoraġġixxi lill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa li joperaw b'mod ekonomiku skont il-prinċipji ta' ġestjoni tajba, fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-sistema, iżda mhux bħala element li jista' jinfluwenza n-natura mhux ekonomika tas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa kollha kemm hi.

(67)

L-awtoritajiet Slovakki jispjegaw ukoll li l-fondi akkumulati u ridistribwiti fi ħdan l-istruttura tas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika Slovakka permezz tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa huma t-total tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika li huma obbligatorji skont il-liġi, u għalhekk huma parti mill-finanzi pubbliċi tas-Slovakkja. Il-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa għalhekk huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi pubbliċi miġbura mill-pubbliku skont ir-regolamenti legali rilevanti sabiex jintużaw fil-kopertura tal-kura tas-saħħa.

(68)

Sabiex jappoġġaw ulterjorment l-affermazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet Slovakki jfakkru wkoll il-fatt li anki wara li l-projbizzjoni fuq id-distribuzzjoni tal-profitti kienet abolita fl-2011, l-Att emendatorju Nru 250/2011 ippermetta lill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jagħmlu profitt biss f'kundizzjonijiet definiti b'mod preċiż, jiġifieri:

(a)

l-introduzzjoni ta' taxxa fuq il-profitti tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa;

(b)

l-użu obbligatorju tal-profitti sabiex jinħoloq fond ta' riżerva sa 20 % tal-kapital irreġistrat imħallas tal-kumpannija tal-assigurazzjoni (il-fond ta' riżerva jista' jintuża biss biex ikopri t-telf ta' dik il-kumpannija tal-assigurazzjoni);

(c)

il-ħolqien obbligatorju ta' dispożizzjonijiet tekniċi sabiex ikopru l-kura tas-saħħa ppjanata ta' persuni assigurati li jkunu fuq listi ta' stennija (għalhekk, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa ma jistgħux jagħmlu profitt għad-dannu tal-klijenti tagħhom billi jpoġġuhom fuq listi ta' stennija minflok ma jkopru mill-ewwel il-kura tas-saħħa tagħhom; dan huwa essenzjali għall-konformità mal-istandards ta' kontabbiltà ġeneralment aċċettati fl-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika).

(69)

F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Slovakki spjegaw li, meta VZP irrappurtat bilanċ pożittiv, hija ħolqot fond għall-kura tas-saħħa biex tkopri l-użu tal-kura tas-saħħa u biex tiffinanzja kura tas-saħħa partikolarment għalja koperta mill-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika. Barra minn hekk, fis-snin li fihom irrappurtaw bilanċ pożittiv, parti mill-profitti ta' VZP kienu allokati wkoll għall-fond ta' riżerva statutorju li sussegwentement kien jintuża biex inaqqas it-telf akkumulat. Għalhekk, skont l-awtoritajiet Slovakki, l-ebda profitt magħmul mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa tal-Istat qatt ma ġie mħallas lill-azzjonisti.

(70)

F'dan il-kuntest, ir-Repubblika Slovakka tirreferi wkoll għal restrizzjoni oħra fuq il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jistgħu jissellfu fondi biss skont l-Att 523/2004 dwar ir-regoli baġitarji tal-amministrazzjoni pubblika, soġġett għall-approvazzjoni minn qabel mill-HSA.

(71)

Sabiex jappoġġaw ulterjorment l-affermazzjoni tagħhom li l-attività tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja ma taqax taħt ir-regoli tal-kompetizzjoni, l-awtoritajiet jiġbdu l-attenzjoni wkoll għal investigazzjoni tal-2009 mill-Uffiċċju Slovakk ta' Kontra l-Monopolji li żvelat li l-attivitajiet mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa jitwettqu fi ħdan sistema kkaratterizzata minn livell għoli ta' solidarjetà fejn il-kura tas-saħħa tiġi pprovduta bla ħlas u l-elementi essenzjali ta' dawn l-attivitajiet huma regolati mill-Istat u li, għalhekk, l-attivitajiet imwettqa mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa fil-forniment ta' assigurazzjoni tas-saħħa pubblika ma jistgħux jitqiesu bħala attività ekonomika minn impriżi li tillimita l-kompetizzjoni. Għalhekk, skont l-Uffiċċju ta' Kontra l-Monopolji, l-Att Slovakk dwar il-Kompetizzjoni ma japplikax għall-attivitajiet tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni li jitwettqu fil-forniment ta' assigurazzjoni tas-saħħa pubblika. (36)

(72)

L-awtoritajiet Slovakki jispjegaw ukoll li fl-2011, il-Qorti Kostituzzjonali ddikjarat il-projbizzjoni fuq id-distribuzzjoni tal-profitti mill-2007 bħala mhux kostituzzjonali billi kienet tikser id-drittijiet kostituzzjonali Slovakki tas-sjieda, iżda li hija ma kinitx tal-istess fehma li l-Att dwar il-Kumpanniji tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa kien jillimita l-prinċipji ta' ekonomija tas-suq. Huma jsemmu wkoll il-fatt li l-Qorti Kostituzzjonali osservat, f'dan ir-rigward, li leġislazzjoni dwar l-assigurazzjoni tas-saħħa li teskludi jew li tillimita b'mod sinifikanti l-impatt ta' strumenti ta' ekonomija tas-suq u b'hekk tillimita l-kompetizzjoni hija kostituzzjonalment aċċettabbli.

(73)

Minbarra l-asserzjoni tagħhom li l-attività tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fis-Slovakka ma taqax fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, l-awtoritajiet Slovakki jsostnu li l-miżuri ma jissodisfawx l-elementi l-oħra ta' għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. F'dan il-kuntest, huma jsostnu li l-injezzjonijiet ta' kapital tal-2006 u tal-2009 ma kinux għajnuna billi rrispettaw il-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq. Huma jiċħdu wkoll li kien hemm trattament diskriminatorju mhux ġustifikat fil-proċess ta' ħelsien mid-dejn minn Veriteľ u jsostnu li ma ngħata l-ebda sussidju lil VZP fl-2006, iżda pjuttost li din l-operazzjoni kienet tinvolvi pagament normali ta' obbligazzjonijiet eżistenti mhux disputati mill-Istat. L-awtoritajiet Slovakki jipprovdu aktar dettalji dwar it-trasferimenti ta' portafolji minn DZP għal VZP u ta' EZP għal SZP u jsostnu li anki dawk it-trasferimenti ma tawx lil SZP/VZP vantaġġ selettiv skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fl-aħħar nett, huma jipprovdu wkoll aktar informazzjoni dwar ir-RES, b'mod partikolari billi jikkjarifikaw kif il-kontribuzzjonijiet kienu ridistribwiti (kull xahar u kull sena) fis-snin 2006 sal-2012, u jargumentaw li din il-miżura ma tikkwalifikax lanqas bħala għajnuna mill-Istat, billi tugwalizza r-riskji inklużi fis-sistema minħabba l-eżistenza ta' rati ta' kontribuzzjoni uniformi għall-gruppi kollha ta' persuni assigurati bi gradi differenti ta' riskju.

(74)

L-awtoritajiet Slovakki ddedikaw il-kummenti tagħhom għad-deċiżjoni ta' ftuħ biex jiddefendu il-pożizzjoni tagħhom li SZP/VZP, minħabba n-nuqqas ta' attività ekonomika, mhumiex impriżi u li l-miżuri huma konformi mal-prinċipju ta' investitur f'ekonomija tas-suq u ma jagħtux vantaġġ lil SZP/VZP u, għaldaqstant, ma jinvolvux għajnuna. Għalhekk, huma ma ħassew il-ħtieġa li jippreżentaw l-ebda argument dwar il-kompatibbiltà tal-allegati miżuri ta' għajnuna.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

(75)

L-Artikolu 107, paragrafu 1 tat-TFUE jipprovdi li “[…] kull għajnuna, ta' kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta' distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.”

(76)

Fuq il-bażi ta' dik id-dispożizzjoni, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss meta l-benefiċjarju tal-miżura jkun “impriża”. Il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“QtĠ-UE”) tiddefinixxi impriża għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat bħala kwalunkwe entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha jew il-mod kif tkun iffinanzjata. (37) Il-klassifikazzjoni ta' entità partikolari bħala impriża għalhekk tiddependi kompletament fuq in-natura ekonomika jew mhux ekonomika tal-attivitajiet tagħha.

(77)

Kif spjegat fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-mistoqsija dwar jekk il-miżuri mogħtija favur SZP/VZP jikkostitwux għajnuna mill-Istat għalhekk tiddependi fl-ewwel istanza fuq jekk u safejn SZP/VZP, meta joperaw fi ħdan is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka, jaġixxux bħala impriżi minħabba li jistgħu jitqiesu li huma involuti f'attività ekonomika kif definita mill-każistika.

(78)

Skont il-QtĠ-UE, attività ekonomika hija kwalunkwe attività li tikkonsisti fl-offerta ta' prodotti u/jew servizzi f'suq partikolari. (38) F'dan il-kuntest, il-kwistjoni dwar jekk jeżistix suq għal ċerti servizzi tista' tiddependi fuq il-mod speċifiku kif dawk is-servizzi jkunu organizzati u mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat. (39) Ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat japplikaw biss meta ċerta attività tiġi pprovduta f'ambjent tas-suq. In-natura ekonomika tal-istess tip ta' servizzi għalhekk tista' tvarja minn Stat Membru għall-ieħor. Barra minn hekk, minħabba għażliet politiċi jew żviluppi ekonomiċi, il-klassifikazzjoni ta' servizz partikolari tista' tinbidel maż-żmien. Dak li mhuwiex attività tas-suq illum jista' jsir hekk fil-ġejjieni, u viċi versa. (40)

(79)

Fir-rigward tal-forniment tal-kura tas-saħħa, il-kwalifika ta' skemi ta' kura tas-saħħa bħala li jinvolvu attività ekonomika tiddependi fuq l-ispeċifiċitajiet politiċi u ekonomiċi tagħhom u l-mod partikolari kif tali skemi jkunu stabbiliti u strutturati fl-Istat Membru kkonċernat. Bażikament, il-każistika tal-QtĠ-UE tiddistingwi bejn skemi bbażati fuq il-prinċipju tas-solidarjetà u skemi ekonomiċi. (41)

(80)

Il-każistika tal-QtĠ-UE tuża firxa ta' kriterji sabiex jiġi stabbilit jekk skema tas-sigurtà soċjali hijiex ibbażata fuq is-solidarjetà u għalhekk ma tinvolvix attività ekonomika. F'dan ir-rigward jistgħu jkunu rilevanti numru ta' fatturi: (i) jekk l-affiljazzjoni fl-iskema hijiex obbligatorja (42); (ii) jekk l-iskema għandhiex għan esklussivament soċjali (43); (iii) jekk l-iskema hijiex mingħajr skop ta' qligħ (44); (iv) jekk il-benefiċċji humiex indipendenti mill-kontribuzzjonijiet magħmula (45); (v) jekk l-ammont tal-benefiċċji mħallsa mhuwiex neċessarjament proporzjonat mal-qligħ tal-persuni assigurati (46); u (vi) jekk l-iskema hijiex sorveljata mill-Istat. (47)

(81)

B'kuntrast mal-iskemi bbażati fuq is-solidarjetà, l-iskemi ekonomiċi huma kkaratterizzati b'mod regolari minn: (i) sħubija fakultattiva (48); (ii) il-prinċipju tal-kapitalizzazzjoni — jiġifieri d-dipendenza tal-intitolamenti fuq il-kontribuzzjonijiet imħallsa u r-riżultati finanzjarji tal-iskema (49); (iii) in-natura tagħhom għal skop ta' profitt (50) u (iv) il-forniment ta' intitolamenti li huma supplimentari għal dawk taħt skema bażika. (51)

(82)

Ċerti skemi jgħaqqdu flimkien elementi taż-żewġ kategoriji (skemi bbażati fuq is-solidarjetà u skemi ekonomiċi) (52), biex hekk, sabiex tistabbilixxi jekk skema partikolari hijiex ta' natura ekonomika jew mhux ekonomika, il-Kummissjoni trid tivverifika l-preżenza u tiżen l-importanza rispettiva ta' kull wieħed mill-elementi differenti elenkati fiż-żewġ premessi għall-iskema ttrattata. (53)

(83)

Id-deċiżjoni finali dwar jekk il-forniment ta' servizzi tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fir-Repubblika Slovakka huwiex attività mhux ekonomika jew attività ekonomika għalhekk se tiddependi fuq analiżi dettaljata tal-mod speċifiku ta' kif dik l-attività tkun organizzata u mwettqa f'dak l-Istat Membru u għalhekk se tkun speċifika għas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja f'dak l-Istat Membru. Huwa fid-dawl ta' dawn l-osservazzjonijiet ġenerali li l-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-miżuri kkontestati li allegatament ġew mogħtija lil SZP/VZP jikkostitwux għajnuna mill-Istat bħala miżuri mogħtija lil “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(84)

Numru ta' indikaturi jippuntaw lejn in-natura mhux ekonomika tas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa Slovakka, b'mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi soċjali u l-għanijiet tagħha, li jispikkaw b'mod predominanti fit-tħaddim ta' dik is-sistema, u li s-sistema hija bbażata ċentralment fuq il-prinċipju tas-solidarjetà.

(85)

L-ewwel nett, il-parteċipazzjoni fil-programm tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika hija obbligatorja bil-liġi għall-biċċa l-kbira tal-popolazzjoni fir-Repubblika Slovakka u s-servizzi mediċi koperti bl-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja jiġu pprovduti irrispettivament mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuna assigurata. Persuna assigurata hija libera li tagħżel kwalunkwe kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa u, bl-obbligu tar-reġistrazzjoni miftuħa, il-kumpannija tal-assigurazzjoni tas-saħħa magħżula ma tistax tirrifjuta l-assigurazzjoni lil dik il-persuna minħabba l-età, l-istat tas-saħħa jew ir-riskji ta' mard tiegħu. (54)

(86)

It-tieni, l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka hija bbażata fuq kontribuzzjonijiet li huma stabbiliti bil-liġi b'mod proporzjonali mal-introjtu tal-persuna assigurata, pjuttost milli fuq ir-riskju assigurat (l-età, l-istatus tas-saħħa, ir-riskji ta' mard tal-persuna assigurata). Barra minn hekk, ma hemm l-ebda rabta diretta bejn l-ammont ta' kontribuzzjonijiet imħallsa mill-individwu fl-iskema u l-valur tal-benefiċċji riċevuti minn dak l-istess individwu mill-iskema. B'riżultat ta' dan, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni ma għandhom l-ebda possibbiltà li jinfluwenzaw l-ammont tal-kontribuzzjonijiet jew il-livell minimu ta' kopertura li għalih ikunu intitolati l-persuni assigurati billi dan kollu huwa stabbilit mil-leġislazzjoni nazzjonali.

(87)

It-tielet, il-persuni assigurati kollha huma ggarantiti bil-liġi li jirċievu l-istess livell bażiku ta' benefiċċji, li fil-fatt huwa għoli ħafna billi jkopri kważi l-proċeduri kollha tal-kura tas-saħħa pprovduti fir-Repubblika Slovakka, li jfisser li tista' tgħid il-kura tas-saħħa sħiħa hija pprovduta permezz tal-iskema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja. (55) L-iskema ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju (RES) Slovakka tassigura li r-riskji tal-assigurazzjoni jiġu maqsuma u għalhekk issaħħaħ aktar is-solidarjetà. Barra minn hekk, is-sistema Slovakka timponi l-prinċipju tal-klassifikazzjoni tal-komunità, jiġifieri, l-assiguraturi mhumiex permessi li jiddifferenzjaw il-primjums skont ir-riskju tal-assigurazzjoni, filwaqt li l-ugwalizzazzjoni tar-riskju tikkumpensa parzjalment lill-assiguraturi li jkollhom profil demografiku aktar riskjuż fil-portafoll tagħhom permezz ta' ridistribuzzjoni tal-flus minn dawk l-assiguraturi li jħallsu benefiċċji anqas mill-medja għal dawk li jħallsu benefiċċji ogħla mill-medja lill-persuni assigurati tagħhom. (56)

(88)

Fl-aħħar nett, minbarra l-karatteristiċi soċjali u ta' solidarjetà kollha li ssemmew hawn fuq, il-Kummissjoni tfakkar li l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka hija organizzata u titwettaq taħt qafas regolatorju b'saħħtu: l-istatus, id-drittijiet u l-obbligi tal-kumpanniji kollha tal-assigurazzjoni tas-saħħa huma stabbiliti b'liġijiet li jistabbilixxu kundizzjonijiet dettaljati u huma joperaw soġġetti għal superviżjoni stretta mill-Istat. (57)

(89)

Fuq il-bażi ta' dawn il-karatteristiċi, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa Slovakka mhijiex ta' natura ekonomika, u għalhekk SZP/VZP ma jistgħux jitqiesu li jikkwalifikaw bħala “impriża” fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. (58)

(90)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li ċerti elementi tas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka jistgħu jippuntaw lejn in-natura ekonomika tal-attivitajiet involuti f'dik is-sistema: (i) il-preżenza ta' diversi operaturi tal-assigurazzjoni (pubbliċi u privati) fis-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakk, (ii) xi grad ta' kompetizzjoni bejn dawk l-assiguraturi tas-saħħa, li huma (iii) involuti f'attività għall-profitt, u (iv) il-fatt li l-attività tqieset li hija miftuħa għall-kompetizzjoni mill-Qorti Kostituzzjonali Slovakka. Madankollu, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-preżenza ta' dawk l-elementi ma tqajjimx dubji dwar il-konklużjoni tagħha li l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fis-Slovakkja hija attività mhux ekonomika.

(91)

L-ewwel, il-Kummissjoni tinnota li l-fatt li hemm diversi operaturi (pubbliċi u privati) attivi fis-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fih innifsu ma jagħtix natura ekonomika lill-attivitajiet tagħhom f'sistema fejn, kif spjegat fil-premessi (85) sa (87), il-karatteristiċi u l-għanijiet soċjali tas-sistema huma predominanti, il-prinċipju tas-solidarjetà huwa ċentrali għall-operazzjoni ta' dik is-sistema u s-superviżjoni mill-Istat hija stretta. Interpretazzjoni bħal din tagħti piż mhux xieraq lill-arranġamenti organizzattivi magħżula minn Stat Membru fit-tħaddim ta' parti mis-sistema tas-sigurtà soċjali tiegħu, pjuttost milli lis-sustanza tas-sistema inkwistjoni. (59)

(92)

It-tieni, mill-każistika tal-QtĠ-UE joħroġ li anki l-preżenza ta' possibbiltà ta' kompetizzjoni fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa u l-kompetizzjoni li fil-fatt isseħħ, anki jekk intiża mil-leġislatur u kkonfermata mill-ġudikatura, mhux neċessarjament tagħti natura ekonomika lill-attività inkwistjoni. Il-QtĠ-UE għamlitha ċara li sabiex tikkonkludi dwar in-natura ekonomika jew mhux ekonomika tal-attivitajiet f'sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa statutorja li, bħas-sistema Slovakka, tagħti xi spazju għall-kompetizzjoni, in-natura u l-grad ta' din il-kompetizzjoni, iċ-ċirkustanzi li fihom isseħħ u l-preżenza u l-piż tal-fatturi rilevanti l-oħra huma deċiżivi. (60) F'dan il-każ, it-tip ta' kompetizzjoni li hija l-aktar interessanti għall-konsumaturi — il-kompetizzjoni fil-prezzijiet fir-rigward tal-livell tal-kontribuzzjonijiet — hija eskluża billi l-assiguraturi tas-saħħa Slovakki ma jistgħux jimmodifikaw il-livell tal-kontribuzzjonijiet tal-persuni assigurati, li huma stabbiliti bil-liġi. Barra minn hekk, il-possibbiltà ta' kompetizzjoni dwar il-kwalità hija pjuttost limitata billi s-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka tipprevedi firxa wiesgħa ħafna ta' benefiċċji statutorji li huma ndaqs għall-persuni assigurati kollha, li ftit iħalli lok għall-assiguraturi biex jikkompetu għall-klijenti billi joffru intitolamenti (gratwiti) addizzjonali. L-assiguraturi tas-saħħa għalhekk ma għandhom l-ebda possibbiltà li jinfluwenzaw dawk il-benefiċċji statutorji u għalhekk mhumiex f'kompetizzjoni ma' xulxin jew fir-rigward tal-għoti tal-benefiċċji statutorji obbligatorji tal-kura tas-saħħa li tikkostitwixxi l-funzjoni prinċipali tagħhom.

(93)

It-tielet, il-Kummissjoni tqis li n-natura mhux ekonomika tal-attività tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja mhijiex affettwata mill-fatt li l-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa jinvolvu ruħhom f'kompetizzjoni għall-kwalità u kompetizzjoni għall-effiċjenza tal-akkwist billi jixtru l-kura tas-saħħa u servizzi relatati ta' kwalità tajba mingħand il-fornituri bi prezzijiet kompetittivi. B'dan il-mod, il-kumpanniji tal-assigurazzjoni, permezz ta' attività li tista' tiġi separata mill-kuntratti tagħhom mal-persuni assigurati fi ħdan l-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja, jiksbu l-inputs neċessarji biex jaqdu r-rwol tagħhom fi ħdan dik is-sistema. Mill-każistika tal-QtĠ-UE joħroġ li jekk is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja hija dovuta għall-karatteristiċi inerenti tagħha ta' natura mhux ekonomika, f'dak il-każ l-attività tal-akkwist tal-inputs neċessarji sabiex titħaddem din is-sistema hija wkoll ta' natura mhux ekonomika. (61)

(94)

Ir-raba', il-fatt li r-regolamentazzjoni tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja fis-Slovakkja tippermetti lill-assiguraturi tas-saħħa li jagħmlu l-profitti u jqassmu parti mill-profitti lill-azzjonisti tagħhom ma jbiddilx in-natura mhux ekonomika tal-attivitajiet tagħhom billi dawn jitwettqu f'sistema li għandha preżenza b'saħħitha tal-karatteristiċi kollha hawn fuq imsemmija li jindikaw in-natura mhux ekonomika. Is-sempliċi fatt li l-assiguraturi tas-saħħa huma permessi li jagħmlu l-profitti u jqassmu parti mill-profitti ma jistax fih innifsu jdawwar il-predominanza tal-karatteristiċi u l-għanijiet soċjali tas-sistema, ir-rwol ċentrali tal-prinċipju tas-solidarjetà fiha u l-grad strett ta' regolamentazzjoni u sorveljanza mill-Istat li fih topera. Rigward ir-regolamentazzjoni mill-Istat, il-Kummissjoni tfakkar li l-possibbiltà li jsiru, jintużaw u jitqassmu l-profitti hija inkwadrata u limitata mill-obbligi legali imposti mill-Istat fuq il-kumpanniji tal-assigurazzjoni Slovakki, li huma maħsuba sabiex jassiguraw il-vijabbiltà u l-kontinwità tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja bl-għanijiet soċjali u ta' solidarjetà predominanti kollha tagħha. (62) Il-libertà li jsiru, jintużaw u jitqassmu l-profitti għalhekk hija konsiderevolment aktar limitata fis-settur tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka milli fis-setturi kummerċjali normali u hija soġġetta għall-kisba ta' għanijiet soċjali u ta' solidarjetà.

(95)

B'riżultat ta' dan, minħabba n-natura limitata tal-kompetizzjoni li kienet introdotta fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka (jiġifieri kompetizzjoni limitata biss għall-kwalità u l-ebda kompetizzjoni fil-prezzijiet) kif ukoll ir-restrizzjonijiet fuq il-mod kif jistgħu jsiru u jintużaw il-profitti, l-elementi tal-kompetizzjoni u l-orjentament lejn il-profitti li huma preżenti fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka ma jqajmux dubji dwar il-karatteristiċi soċjali, ta' solidarjetà u regolatorji predominanti li jindikaw in-natura mhux ekonomika tal-attivitajiet imwettqa mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa f'dik is-sistema. Pjuttost, l-elementi ta' kompetizzjoni u l-orjentament lejn il-profitti li hemm preżenti fis-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka għandhom jitqiesu li jsegwu l-għan primarju li jinkoraġġixxu lill-kumpanniji tal-assigurazzjoni sabiex joperaw skont il-prinċipji ta' ġestjoni tajba fl-interess tal-funzjonament tajjeb ta' dik is-sistema tas-sigurtà soċjali, u b'hekk jikkontribwixxu sabiex jassiguraw li l-għanijiet soċjali u ta' solidarjetà ta' dik is-sistema jiġu milħuqa. (63)

(96)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tħoss li l-fatt li l-Qorti Kostituzzjonali Slovakka (fil-valutazzjoni ta' ksur possibbli tad-dritt ta' intrapriża skont il-Kostituzzjoni Slovakka) qieset is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa Slovakka “inkluża fl-isfera tal-kompetizzjoni” ma jfissirx li din is-sistema tinvolvi attivitajiet ta' natura ekonomika skont it-tifsira tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Fil-fatt, f'dak il-każ il-Qorti Kostituzzjonali Slovakka kienet mitluba teżamina jekk il-projbizzjoni leġislattiva tal-2007 fuq id-distribuzzjoni tal-profitti mill-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa kinitx kompatibbli mal-Kostituzzjoni Slovakka (ksur tad-dritt tas-sjieda, protezzjoni tal-proprjetà u d-dritt ta' intrapriża) u kompatibbli mal-Artikoli 18, 49, 54, 63 tat-Trattat. Il-Qorti Kostituzzjonali Slovakka ddeċidiet li din il-projbizzjoni kienet tikser il-Kostituzzjoni Slovakka, u li għalhekk ma kien hemm l-ebda raġuni biex tiddiskuti l-elementi sostantivi tar-regoli tas-suq intern tal-UE jew li tiddeċiedi dwar il-ksur tagħhom.

(97)

F'dan l-isfond, meta jitqiesu l-partikolaritajiet tal-każ kurrenti u l-preżenza u l-ponderazzjoni tal-indikaturi rilevanti, l-attività tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja kif organizzata u mwettqa fis-Slovakkja ma tistax titqies bħala attività ekonomika.

(98)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li SZP/VZP, bħala l-benefiċjarji tal-miżuri kkontestati, ma jistgħux jitqiesu bħala li jikkostitwixxu impriżi fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u għalhekk dawk il-miżuri ma jwasslux għal għajnuna mill-Istat fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni.

(99)

Għalhekk, m'hemmx bżonn li jiġu eżaminati l-kundizzjonijiet l-oħra għall-eżistenza ta' għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u lanqas li tiġi valutata l-kompatibbiltà tal-miżuri kkontestati.

8.   KONKLUŻJONI

(100)

Fid-dawl tal-konsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri kkontestati ma jikkostitwux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżuri segwenti mogħtija mir-Repubblika Slovakka lil Spoločná zdravotná poisťovňa, a.s (SZP) u/jew Všeobecná zdravotná poisťovňa, a.s (VZP) ma jikkostitwux għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat:

(a)

iż-żieda kapitali ta' SKK 450 miljun li saret f'SZP bejn it-28 ta' Novembru 2005 u t-18 ta' Jannar 2006;

(b)

il-ħelsien mid-djun ta' SZP permezz ta' Veritel' a.s. mill-2003 sal-2006;

(c)

is-sussidju mogħti lil SZP mill-Ministeru tas-Saħħa fl-2006;

(d)

iż-żieda kapitali ta' EUR 65,1 miljun f'VZP fl-1 ta' Jannar 2010;

(e)

l-Iskema ta' Ugwalizzazzjoni tar-Riskju stabbilita bil-Parti 3 tal-Att Nru 580/2004; u

(f)

it-trasferiment tal-portafolji tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa likwidati, b'mod partikolari tal-kumpannija Družstevná zdravotná poisťovňa lil VZP u tal-kumpannija Európská zdravotná poisťovňa lil SZP.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 278, 26.9.2013, p. 28.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  Ara wkoll ir-Rapport tal-2004, Hlavačka S, Wágner R, Riesberg A. “Health care systems in transition: Slovakia” (Vol. 6 No. 10 2004), p. 36 ff., maħruġ mill-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa (disponibbli mis-sit http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0007/95938/E85396.pdf), b'mod partikolari p. 99.

(4)  Skont is-Sezzjoni 3 tal-Att Nru 580/2004, persuna fiżika residenti b'mod permanenti fir-Repubblika Slovakka trid tkun assigurata taħt is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika. Il-liġi tipprovdi għal eċċezzjonijiet, iżda għal dawk biss li jkollhom assigurazzjoni tas-saħħa f'pajjiż ieħor. Dik is-Sezzjoni 3 tiddefinixxi wkoll liema persuni jridu jkunu assigurati taħt is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika anki jekk ma jkunux residenti b'mod permanenti fir-Repubblika Slovakka. F'din id-Deċiżjoni, it-terminu “resident Slovakk” jirreferi, kif ikun xieraq, għall-kategoriji kollha ta' persuni li jridu jkunu assigurati taħt is-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika.

(5)  Ara wkoll ir-Rapport tal-2011, Szalay T, Pažitný P, Szalayová A, Frisová S, Morvay K, Petrovič M u van Ginneken E., “Slovakia: Health system review. Health Systems in Transition” (Vol. 13 No. 2 2011), maħruġ mill-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa (disponibbli mis-sit http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0004/140593/e94972.pdf), p. 78.

(6)  L-Att Nru 352/2005, jiġifieri għal persuni mingħajr residenza permanenti u mhux impjegati fis-Slovakkja, u dawk b'residenza permanenti fis-Slovakkja iżda b'assigurazzjoni tas-saħħa f'pajjiż ieħor. Skont it-tweġiba mill-awtoritajiet Slovakki għad-deċiżjoni ta' ftuħ, din il-possibilità ta' assigurazzjoni volontarja kienet abolita b'effett mill-1 ta' Mejju 2010 bl-Att Nru 121/2010.

(7)  Dawn il-kundizzjonijiet huma: (1) l-użu obbligatorju tal-profitt għall-ħolqien ta' riżerva sal-livell ta' 20 % tal-kapital irreġistrat imħallas (i) il-fond ta' riżerva jista' jintuża biss sabiex ikopri t-telf) u (2) il-formazzjoni obbligatorja ta' riżervi tekniċi għall-pagament ta' kura tas-saħħa ppjanata għal persuni assigurati li jkunu fuq listi ta' stennija.

(8)  Il-Ksur Nru 2008/4268 li fih il-Kummissjoni Ewropea bagħtet lill-gvern Slovakk ittra ta' avviż formali skont ir-regoli tas-suq intern, li fiha osservat li l-projbizzjoni fuq il-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa li jiddisponu liberament minn kwalunkwe profitt li jirriżulta mill-forniment ta' assigurazzjoni tas-saħħa pubblika fis-Slovakkja skont is-sezzjoni 15(6) tal-Att Nru 581/2004 tikkostitwixxi restrizzjoni mhux ġustifikata fuq il-libertà ta' movimenti ta' kapital kif iggarantita mill-Artikolu 63 tat-Trattat.

(9)  Il-Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ riċentement ċaħdet il-ġurisdizzjoni fuq il-pretensjonijiet mill-kumpannija Olandiża Achmea (is-sid ta' Union Health Insurance) kontra dawn il-pjanijiet, ara Achmea v ir-Repubblika Slovakka, PCA Kawża Nru 2013-12, deċiżjoni tal-24 ta' Mejju 2014, disponibbli mis-sit: http://news.achmea.nl/achmea-discloses-awards-of-arbitration-tribunals/.

(10)  Ara http://spectator.sme.sk/articles/view/54162/3/achmea_loses_against_slovakia.html.

(11)  Iċ-ċifri tul il-perjodu 2011-2013 kienu pprovduti mill-ilmentatur fil-kummenti tiegħu għad-deċiżjoni ta' ftuħ.

(12)  Ara wkoll il-paragrafu 37 tad-deċiżjoni tal-Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ tal-24 ta' Mejju 2014 fil-Kawża tal-PCA Nru 2013-12, Achmea v ir-Repubblika Slovakka (ara n-nota f'qiegħ il-paġna 9 aktar 'il fuq).

(13)  Id-deċiżjoni ta' ftuħ, premessi 23 u 24.

(14)  L-obbligu ta' assigurazzjoni huwa speċifikat bil-liġi għall-persuni definiti kollha (Sezzjoni 3 tal-Att Nru 580/2004). Iċ-ċittadini kollha speċifikati bil-liġi huma legalment meħtieġa li jħallsu kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni tas-saħħa pubblika (Sezzjoni 11 tal-Att Nru 580/2004). In-nuqqas ta' pagament tal-kontribuzzjonijiet huwa kklassifikat bħala reat kriminali.

(15)  L-Artikolu 40 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka, fost id-“drittijiet u l-libertajiet fundamentali” iggarantiti mill-kostituzzjoni, jistipula: “Kull persuna għandha d-dritt għall-protezzjoni tas-saħħa tagħha. Abbażi ta' assigurazzjoni tas-saħħa, iċ-ċittadini għandhom id-dritt għal kura tas-saħħa b'xejn u għal provvisti mediċi taħt kundizzjonijiet definiti mil-liġi.”

(16)  B'mod speċifiku, flimkien mal-bidliet leġislattivi adottati fl-2004, ir-Repubblika Slovakka ħelset djun ta' kważi EUR 1 biljun, li kienu saru qabel mis-settur tas-saħħa, inklużi d-djun ta' kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa privati (skont l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Slovakki lill-Kummissjoni fid-9 ta' Lulju 2010).

(17)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 4.

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta' Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, 5.7.1971, p. 2).

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

(20)  Ara wkoll is-Sezzjoni 6(9) tal-Att Nru 580/2004.

(21)  Il-Parti 3 tal-Att Nru 580/2004

(22)  Ara l-premessi 45 sa 47 aktar 'l isfel.

(23)  Ara l-Att Nru 577/2004.

(24)  Eż. ir-relazzjoni bejn il-persuna assigurata u l-assiguratur tas-saħħa hija ffurmata mhux bil-kuntratt iżda bil-liġi (ara s-sezzjoni 4 tal-Att Nru 580/2004). Is-superviżjoni tal-kumpanniji tal-assigurazzjoni tas-saħħa u f-forniment tal-kura tas-saħħa huma regolati wkoll bil-liġi.

(25)  Il-miżuri huma deskritti f'aktar dettall fid-deċiżjoni ta' ftuħ, il-premessi (44) sa (72).

(26)  Bħala istituzzjoni pubblika qabel l-1 ta' Mejju 2005, SZP iffunzjonat bħala kumpannija tal-assigurazzjoni b'portafoll speċifiku u relattivament ristrett ta' assigurazzjoni, filwaqt li, meta mqabbla ma' assiguraturi oħra tas-saħħa, hija kienet obbligata wkoll mad-detenturi ta' polza tagħha li tkopri kura tas-saħħa preventiva u speċifika u kura tas-saħħa speċifika mogħtija b'rabta ma' korrimenti relatati max-xogħol u mard okkupazzjonali.

(27)  Veriteľ, a.s. kienet stabbilita bir-Riżoluzzjoni tal-Gvern Slovakk Nru 262 tat-2 ta' April 2003.

(28)  Ara r-Rapport tal-2011, Szalay T, Pažitný P, Szalayová A, Frisová S, Morvay K, Petrovič M u van Ginneken E., “Slovakia: Health system review. Health Systems in Transition” (Vol. 13 Nru. 2 2011), maħruġ mill-Osservatorju Ewropew dwar is-Sistemi u l-Politiki tas-Saħħa (disponibbli mis-sit http://www.euro.who.int/__data/assets/pdf_file/0004/140593/e94972.pdf), p. 142.

(29)  Skont l-ilmentatur, il-predeċessuri ta' Dôvera, b'kuntrast, għalkemm flimkien kienu akbar fid-daqs minn SZP, raw id-djun tagħhom jinħelsu b'ammont ta' EUR 27,25 miljun biss.

(30)  Skont l-ilmentatur, li kien qiegħed jikkwota mir-Rapport tal-Inkjesta dwar l-Attivitajiet ta' Veriteľ, a.s. Matul l-Eżistenza sħiħa tagħha, Ministeru tal-Finanzi Slovakk, Settembru 2007.

(31)  Il-Parti 3 tal-Att Nru 580/2004

(32)  Ara l-premessi 60 sa 67 tad-deċiżjoni ta' ftuħ għal aktar dettalji dwar ir-RES.

(33)  Kawża T-347/09, Ġermanja v. il-Kummissjoni, 12 ta' Settembru 2013, għadha ma ġietx ippubblikata.

(34)  Kawża C-280/00 Altmark [2003] ECR I-7747.

(35)  B'mod partikolari l-Kawżi Konġunti C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre; il-Kawża C-218/00 Cisal u INAIL; il-Kawżi Konġunti C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01 AOK Bundesverband.

(36)  Investigazzjoni mwettqa mill-Uffiċċju ta' Kontra l-Monopolji b'rabta mal-fużjoni proposta bejn SZP u VZP, li tlestiet fit-3 ta' Diċembru 2009; ara wkoll ir-rapport annwali tal-2009 tal-Uffiċċju Kontra l-Monopolji, disponibbli mis-sit http://www.antimon.gov.sk/data/att/958.pdf.

(37)  Ara pereżempju l-Kawżi Konġunti C-180/98 sa C-184/98 Pavlov u Oħrajn [2000] ECR I-6451, paragrafu 74.

(38)  Il-Kawża 118/85 Kummissjoni v l-Italja [1987] ECR 2599, paragrafu 7; il-Kawża C-35/96 Kummissjoni v l-Italja [1998] ECR I-3851, paragrafu 36; il-Kawżi Konġunti C-180/98 sa C-184/98 Pavlov u Oħrajn, paragrafu 75.

(39)  Il-Kawżi Konġunti C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre [1993] ECR I-637.

(40)  Ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (“Komunikazzjoni tal-2012 dwar is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali”), (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 5), punt 12.

(41)  Il-Kummissjoni ġabret fil-qosor il-każistika rilevanti tal-QtĠ-UE fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli għall-finanzjament tal-iskemi tas-sigurtà soċjali u l-kura tas-saħħa fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2012 dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (“Komunikazzjoni tal-2012 dwar is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali”).

(42)  Il-Kawżi Konġunti C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre [1993] ECR I-637, paragrafu 13.

(43)  Il-Kawża C-218/00 Cisal u INAIL [2002] ECR I-691, paragrafu 45.

(44)  Il-Kawżi Konġunti C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01 AOK Bundesverband [2004] ECR I-2493, paragrafi 47 sa 55.

(45)  Il-Kawżi Konġunti C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre (ċitati aktar 'il fuq), paragrafi 15 sa 18.

(46)  Il-Kawża C-218/00 Cisal u INAIL (ċitata aktar 'il fuq), paragrafu 40.

(47)  Il-Kawżi Konġunti C-159/91 u C-160/91 Poucet u Pistre (ċitati aktar 'il fuq), paragrafu 14; il-Kawża C-218/00 Cisal u INAIL (ċitata aktar 'il fuq), paragrafi 43-48; il-Kawżi Konġunti C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01 AOK Bundesverband (ċitati aktar 'il fuq), paragrafi 51-55.

(48)  Il-Kawża C-67/96 Albany [1999] ECR I-5751, paragrafi 80-87.

(49)  Il-Kawża C-244/94 FFSA u Oħrajn (ċitata aktar 'il fuq), paragrafi 9 u 17 sa 20; il-Kawża C-67/96 Albany (ċitata aktar 'il fuq), paragrafi 81 sa 85; ara wkoll il-Kawżi Konġunti C 115/97 sa C 117/97 Brentjens [1999] ECR I 6025, paragrafi 81 sa 85, il-Kawża C 219/97 Drijvende Bokken [1999] ECR I 6121, paragrafi 71 sa 75, u l-Kawżi Konġunti C-180/98 sa C-184/98 Pavlov (ċitata aktar il fuq), paragrafi 114 u 115.

(50)  Il-Kawżi Konġunti C 115/97 sa C 117/97 Brentjens (ċitata aktar 'il fuq).

(51)  Il-Kawżi Konġunti C-180/98 sa C-184/98 Pavlov u Oħrajn (ċitati aktar 'il fuq).

(52)  Ara pereżempju l-eżerċizzju ta' ponderazzjoni mwettaq mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-350/07 Kattner Stahlbau [2009] ECR I-1513, b'mod partikolari l-paragrafi 33-68.

(53)  F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat ukoll li s-Sentenza riċenti (T-347/09, Ġermanja v. il-Kummissjoni, Sentenza tat-12 ta' Settembru 2013, għadha ma ġietx ippubblikata) imsemmija mill-ilmentatur Dôvera fil-kummenti tagħha għad-deċiżjoni ta' ftuħ sempliċement tikkonferma l-fatt li l-organizzazzjonijiet mhux bi skop ta' profitt jistgħu joffru prodotti u servizzi f'suq ukoll (ara wkoll il-Komunikazzjoni tal-2012 dwar is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, paragrafu 9 b'referenza għall-każistika). Madankollu, dan ma jbiddilx il-fatt li l-konklużjoni dwar in-natura ekonomika jew mhux ekonomika tal-attività f'każ partikolari trid tkun ibbażata fuq il-preżenza u l-ponderazzjoni tal-importanza rispettiva ta' kull wieħed mill-elementi differenti.

(54)  Ara l-premessi 23 sa 25.

(55)  Ara l-premessi 26 sa 29.

(56)  Ara l-premessi 23 sa 25.

(57)  Ara l-premessa 32.

(58)  Il-karatteristiċi tas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa obbligatorja Slovakka huma simili għas-sistema tal-assigurazzjoni tas-saħħa statutorja Ġermaniża valutati mill-QtĠ-UE fil-Kawżi Konġunti C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01 AOK Bundesverband. Il-QtĠ-UE qieset is-sistema Ġermaniża bħala li hija ta' natura mhux ekonomika u b'mod partikolari nnotat li l-fondi tal-mard Ġermaniżi kienu sfurzati bil-liġi biex joffru lill-membri tagħhom benefiċċji obbligatorji essenzjalment identiċi stabbiliti mill-Istat li ma kinux jiddependu fuq l-ammont tal-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-persuni assigurati, għalhekk ma kinux f'kompetizzjoni ma' xulxin fir-rigward tal-għoti tal-benefiċċji statutorji obbligatorji u kienu involuti f'sistema ta' ugwalizzazzjoni tar-riskju (ara l-paragrafi 52 sa 54 ta' dik id-deċiżjoni).

(59)  Ara wkoll il-Kawża C-350/07 Kattner Stahlbau (ċitata aktar 'il fuq), paragrafu 53, u b'mod partikolari l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Mazak f'dak il-każ (paragrafu 59).

(60)  F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-fatt li l-fondi tal-mard Ġermaniżi fil-kawża ta' AOK (il-Kawżi Konġunti C-264/01, C-306/01, C-354/01 u C-355/01 AOK Bundesverband) kienu saħansitra involuti f'xi kompetizzjoni dwar il-prezzijiet permezz ta' ċerta possibbiltà li jvarjaw ir-rati tal-kontribuzzjoni tal-affiljati, ma qajjimx dubji dwar is-sejba tal-Qorti li huma ma kinux involuti f'attività ekonomika. Skont il-QtĠ-UE, l-introduzzjoni ta' element ta' kompetizzjoni fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet sabiex il-fondi tal-mard ikunu inkoraġġiti joperaw skont il-prinċipji ta' ġestjoni tajba, jiġifieri bl-aktar mod effettiv u l-anqas għali possibbli, kien fl-interess tas-sistema tas-sigurtà soċjali Ġermaniża. Skont il-QtĠ-UE, l-insegwiment ta' dak l-objettiv bl-ebda mod ma jbiddel in-natura tal-attività tal-fondi tal-mard (ara l-paragrafu 56 ta' dik is-sentenza).

(61)  Ara l-Kawża T-319/99 FENIN [2003] ECR II-357 (b'mod partikolari l-paragrafu 37).

(62)  Il-premessi 84 sa 88.

(63)  Fid-dawl ukoll tal-objettiv prinċipali tal-(effiċjenza) tar-riforma msemmi fil-premessa 13.


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/41


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/249

tal-10 ta' Frar 2015

li testendi l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE li tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu dawk biss reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters

(notifikata bid-dokument C(2015) 603)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar il-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/502/KE (2) tirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri sabiex jiżguraw li l-lajters li jitqiegħdu fis-suq ikunu biss dawk reżistenti għat-tfal u li jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tal-lajters magħrufa bħala novelty lighters.

(2)

Id-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni sa perjodu mhux itwal minn sena, iżda tippermetti li dan jiġi estiż għal perjodi addizzjonali, li l-ebda wieħed minnhom ma jkun itwal minn sena.

(3)

Il-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE ġiet estiża b'perjodi ta' sena, l-ewwel bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/231/KE (3) sal-11 ta' Mejju 2008, it-tieni bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/322/KE (4) sal-11 ta' Mejju 2009, it-tielet bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/298/KE (5) sal-11 ta' Mejju 2010, ir-raba' bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/157/UE (6) sal-11 ta' Mejju 2011, il-ħames bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/176/UE (7) sal-11 ta' Mejju 2012, is-sitt bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/53/UE (8) sal-11 ta' Mejju 2013, is-seba' bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/113/UE (9) sal-11 ta' Mejju 2014, u t-tmien bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/61/UE (10) sal-11 ta' Mejju 2015.

(4)

Il-lajters li mhumiex reżistenti għat-tfal għadhom qed jitqiegħdu fis-suq. Madankollu, il-preżenza tagħhom għandha tkompli tonqos permezz ta' attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq aktar b'saħħithom, minn teħid ta' kampjuni mmirat sa miżuri restrittivi effettivi.

(5)

Minħabba li ma jeżistux miżuri sodisfaċenti oħra li jindirizzaw is-sikurezza tat-tfal fil-lajters, jeħtieġ li l-validità tad-Deċiżjoni 2006/502/KE tiġi estiża għal 12-il xahar ieħor.

(6)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2006/502/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bid-Direttiva 2001/95/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2006/502/KE, il-paragrafu 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni tapplika sal-11 ta' Mejju 2016.”

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-11 ta' Mejju 2015, u għandhom jippubblikaw dawk l-istess miżuri. Dawn għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Věra JOUROVÁ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 198, 20.7.2006, p. 41.

(3)  ĠU L 99, 14.4.2007, p. 16.

(4)  ĠU L 109, 19.4.2008, p. 40.

(5)  ĠU L 81, 27.3.2009, p. 23.

(6)  ĠU L 67, 17.3.2010, p. 9.

(7)  ĠU L 76, 22.3.2011, p. 99.

(8)  ĠU L 27, 31.1.2012, p. 24.

(9)  ĠU L 61, 5.3.2013, p. 11.

(10)  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 43.


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/43


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/250

tat-13 ta' Frar 2015

li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE rigward l-istat ħieles mir-rinotrakeite bovina infettiva tal-Istati Federali tas-Sassonja, tas-Sassonja-Anħalt, ta' Brandenburg, ta' Berlin u ta' Mecklenburg-Vorpommern fil-Ġermanja

(notifikata bid-dokument C(2015) 706)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta' annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 64/432/KEE tistipula r-regoli għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini. L-Artikolu 9 tagħha jipprevedi li Stat Membru li għandu programm ta' kontroll nazzjonali obbligatorju għal marda waħda mill-mardiet li jittieħdu malajr ħafna elenkati fl-Anness E(II) tagħha, jista' jressaq il-programm tiegħu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni. Din il-lista tinkludi r-rinotrakeite bovina infettiva. Ir-rinotrakeite bovina infettiva hija d-deskrizzjoni tal-aktar sinjali kliniċi prominenti tal-infezzjoni bil-herpesvirus bovin tat-tip 1 (BHV1). L-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE jistipula wkoll id-definizzjoni ta' garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu fil-kummerċ fl-Unjoni.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE jipprevedi li meta Stat Membru jkun tal-fehma li t-territorju tiegħu jew parti minnu jkun ħieles minn waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness E(II) ta' din id-Direttiva, dan għandu jippreżenta d-dokumentazzjoni ta' prova rilevanti lill-Kummissjoni. Dan l-Artikolu jipprevedi wkoll id-definizzjoni ta' garanziji addizzjonali li jistgħu jintalbu għall-kummerċ fl-Unjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE (2) tapprova l-programmi għall-kontroll u l-qerda tal-BHV1 imressqa mill-Istati Membri elenkati fl-Anness I tagħha għar-reġjuni elenkati f'dak l-Anness u li għalihom japplikaw garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(4)

Barra minn hekk, l-Anness II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE jelenka r-reġjuni tal-Istati Membri li jitqiesu li huma ħielsa mill-BHV1 u li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE.

(5)

Ir-reġjuni kollha tal-Ġermanja, bl-eċċezzjoni tal-Istati Federali tal-Bavarja u ta' Thüringen, attwalment huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE. L-Istati Federali tal-Bavarja u ta' Thüringen tqiesu li huma ħielsa mill-BHV1, u għalhekk qegħdin elenkati fl-Anness II ta' dik id-Deċiżjoni.

(6)

Il-Ġermanja issa ressqet id-dokumenti li jiġġustifikaw it-talba ta' garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE biex l-Istati Federali tas-Sassonja, is-Sassonja-Anħalt, Brandenburg, Berlin u Mecklenburg-Vorpommern jitqiesu li huma ħielsa mill-BHV1.

(7)

Wara evalwazzjoni tad-dokumenti ta' appoġġ imressqa minn dak l-Istat Membru, l-Istati Federali tas-Sassonja, tas-Sassonja-Anħalt, ta' Brandenburg, ta' Berlin u ta' Mecklenburg-Vorpommern ma għandhomx jibqgħu elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/558/KE, iżda minflok għandhom jiġu elenkati fl-Anness II tal-istess Deċiżjoni u l-applikazzjoni tal-garanziji addizzjonali skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE għandha tiġi estiża biex tinkludihom. Għalhekk, l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE għandhom jiġu emendati skont dan.

(8)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/558/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2004/558/KE qed jiġu mibdula bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/558/KE tal-15 ta' Lulju 2004 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE li tirrigwarda garanziji addizzjonali għan-negozju intra-Komunitarju ta' annimali bovini relatati mar-rinotrakeite bovina infettiva u l-approvazzjoni tal-programmi ta' qerda ppreżentati minn ċerti Stati Membri (ĠU L 249, 23.7.2004, p. 20).


ANNESS

ANNESS I

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 64/432/KEE

Il-Belġju

Ir-reġjuni kollha

Ir-Repubblika Ċeka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

Ir-reġjuni kollha minbarra l-Istati Federali tal-Bavarja, ta' Thüringen, tas-Sassonja, tas-Sassonja-Anħalt, ta' Brandenburg, ta' Berlin u ta' Mecklenburg-Vorpommern

L-Italja

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia

Ir-Reġjun tal-Valle d'Aosta

Il-Provinċja Awtonoma ta' Trento

ANNESS II

Stati Membri

Ir-reġjuni tal-Istati Membri li għalihom japplikaw il-garanziji addizzjonali għar-rinotrakeite bovina infettiva skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 64/432/KEE

Id-Danimarka

Ir-reġjuni kollha

Il-Ġermanja

L-Istati Federali tal-Bavarja, ta' Thüringen, tas-Sassonja, tas-Sassonja-Anħalt, ta' Brandenburg, ta' Berlin u ta' Mecklenburg-Vorpommern

L-Italja

Il-Provinċja Awtonoma ta' Bolzano

L-Awstrija

Ir-reġjuni kollha

Il-Finlandja

Ir-reġjuni kollha

L-Isvezja

Ir-reġjuni kollha


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/46


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/251

tat-13 ta' Frar 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2015) 710)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u partikolarment l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (3), u b' mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (4) dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri. L-Anness għal dik id-Deċiżjoni jiddemarka u jelenka ċerti żoni ta' dawk l-Istati Membri differenzjati skont il-livell ta' riskju abbażi tas-sitwazzjoni epidemjoloġika. Dik il-lista tinkludi ċerti żoni tal-Estonja, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja u l-Polonja.

(2)

L-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 2014/709/UE, li jistipula projbizzjoni fuq id-dispaċċ lejn Stati Membri oħra u pajjiżi terzi ta' laħam tal-majjal frisk u ta' ċerti preparazzjonijiet tal-majjal u prodotti tal-majjal minn żoni elenkati fl-Anness, għandu jiġi rivedut biex titjieb il-konsistenza tiegħu fir-rigward ta' derogi applikabbli għal esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi.

(3)

Minn Ottubru tal-2014, kienu rrappurtati ftit każijiet ta' deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħalluġ fil-fruntiera bejn l-Estonja u l-Latvja, fiż-żewġ Stati Membri f'żona inkluża f'Parti I tal-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE. Ġew irrappurtati żewġ każi fil-Litwanja, f'Kaunas u f'Kupiškis.

(4)

L-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali għandha titqies fil-valutazzjoni tar-riskju rappreżentat mis-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimali fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja. Sabiex tiffoka l-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali u biex ikun evitat it-tixrid tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, kif ukoll biex jiġi evitat kwalunkwe xkiel mhux meħtieġ għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ minn pajjiżi terzi, il-lista tal-Unjoni ta' żoni soġġetti għall-miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha tiġi emendata u titqies is-sitwazzjoni attwali tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dik il-marda fl-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.

(5)

Għaldaqstant, huwa meħtieġ li l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE jiġi implimentat biex jinkludi, fil-Parti II ta' dak l-Anness, iż-żoni rilevanti tal-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja.

(6)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE, hija emendata kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 11, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw id-dispaċċ tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jkunu nżammu minn twelidhom fi rziezet li jkunu jinsabu 'l barra miż-żoni mniżżlin fil-Parti II, fil-Parti III u fil-Parti IV tal-Anness, u l-laħam frisk tal-majjal, il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u l-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġew prodotti, maħżuna u pproċessati fi stabbilimenti approvati skont l-Artikolu 12.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri kkonċernati li għandhom żoni mniżżlin fil-Parti II tal-Anness, jistgħu jawtorizzaw it-tqassim tal-laħam frisk tal-majjal imsemmi fil-paragrafu 1 u tal-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u tal-prodotti tal-laħam tal-majjal li jkun fihom jew li jkunu jikkonsistu minn dan il-laħam tal-majjal lejn Stati Membri u pajjiżi terzi oħra, sakemm dawk il-preparazzjonijiet tal-laħam tal-majjal u dawk il-prodotti tal-laħam tal-majjal ikunu ġejjin minn ħnieżer li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 u l-paragrafu 2 jew il-paragrafu 3 tal-Artikolu 3.”

(2)

L-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(4)  Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE huwa emendat kif ġej:

(1)

Il-Parti I hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Estonja tinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond ta' Põlvamaa,

il-vald ta' Häädemeeste,

il-vald ta' Kambja,

il-vald ta' Kasepää,

il-vald ta' Kolga-Jaani,

il-vald ta' Konguta,

il-vald ta' Kõo,

il-vald ta' Kõpu,

il-vald ta' Laekvere,

il-vald ta' Lasva,

il-vald ta' Meremäe,

il-vald ta' Nõo,

il-vald ta' Paikuse,

il-vald ta' Pärsti,

il-vald ta' Puhja,

il-vald ta' Rägavere,

il-vald ta' Rannu,

il-vald ta' Rõngu,

il-vald ta' Saarde,

il-vald ta' Saare,

il-vald ta' Saarepeedi,

il-vald ta' Sõmeru,

il-vald ta' Surju,

il-vald ta' Suure-Jaani,

il-vald ta' Tahkuranna,

il-vald ta' Torma,

il-vald ta' Vastseliina,

il-vald ta' Viiratsi,

il-vald ta' Vinni,

il-vald ta' Viru-Nigula,

il-vald ta' Võru,

il-linn ta' Võru,

il-linn ta' Kunda,

il-linn ta' Viljandi.”

(b)

l-entrata għal-Latvja tinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads ta' Aizkraukles,

in-novads ta' Alojas,

fin-novads ta' Alūksnes, il-pagasti ta' Ilzenes, Zeltiņu, Kalncempju, Annas, Malienas, Jaunannas, Mālupes u Liepnas,

in-novads ta' Amatas,

fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Virešu,

in-novads ta' Baltinavas,

in-novads ta' Balvu,

in-novads ta' Cēsu,

in-novads ta' Gulbenes,

in-novads ta' Ikšķiles,

in-novads ta' Inčukalna,

in-novads ta' Jaunjelgavas,

in-novads ta' Jaunpiepalgas,

in-novads ta' Ķeguma,

in-novads ta' Kocēnu,

in-novads ta' Krimuldas,

in-novads ta' Lielvārdes,

in-novads ta' Līgatnes,

in-novads ta' Limbažu,

in-novads ta' Mālpils,

in-novads ta' Mazsalacas,

in-novads ta' Neretas,

in-novads ta' Ogres,

in-novads ta' Pārgaujas,

in-novads ta' Priekuļu,

in-novads ta' Raunas,

in-novads ta' Ropažu,

in-novads ta' Rugāju,

in-novads ta' Salacgrīvas,

in-novads ta' Salas,

in-novads ta' Sējas,

in-novads ta' Siguldas,

in-novads ta' Skrīveru,

in-novads ta' Smiltenes,

in-novads ta' Vecpiebalgas,

in-novads ta' Vecumnieku,

in-novads ta' Viesītes,

in-novads ta' Viļakas,

ir-republikas pilsēta ta' Valmiera.”

(c)

l-entrata għal-Litwanja tinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai, is-seniūnija ta' Josvainių, Pernaravos, Krakių, Kėdainių miesto, Dotnuvos, Gudžiūnų u Surviliškio,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevežys, is-seniūnija ta' Krekenavos, Upytės, Velžio, Miežiškių, Karsakiškio, Naujamiesčio, Paįstrio, Panevėžio u Smilgių,

fir-rajono svaivaldybė ta' Radviliškis is-seniūnija ta' Skėmių u Sidabravo,

il-miesto savivaldybė ta' Kaunas,

il-miesto savivaldybė ta' Panevežys,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaišiadorys,

ir-rajono savivaldybė ta' Kaunas,

ir-rajono savivaldybė ta' Pasvalys,

ir-rajono savivaldybė ta' Prienai,

is-savivaldybė ta' Birštonas,

is-savivaldybė ta' Kalvarija,

is-savivaldybė ta' Kazlu Ruda,

is-savivaldybė ta' Marijampole.”

(2)

Il-Parti II hija emendata kif ġej:

(a)

l-entrata għall-Estonja tinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Estonja

Dawn iż-żoni fl-Estonja:

il-maakond ta' Ida-Virumaa

il-maakond ta' Valgamaa,

il-vald ta' Abja,

il-vald ta' Halliste,

il-vald ta' Karksi,

il-vald ta' Paistu,

il-vald ta' Tarvastu,

il-vald ta' Antsla,

il-vald ta' Mõniste,

il-vald ta' Varstu,

il-vald ta' Rõuge,

il-vald ta' Sõmerpalu,

il-vald ta' Haanja,

il-vald ta' Misso,

il-vald ta' Urvaste.”

(b)

l-entrata għal-Latvja tinbidel b'dan li ġej:

“2.   Il-Latvja

Dawn iż-żoni fil-Latvja:

in-novads ta' Aknīstes,

fin-novads ta' Alūksnes, il-pagasti ta' Veclaicenes, Jaunlaicenes, Ziemeru, Alsviķu, Mārkalnes, Jaunalūksnes u Pededzes,

fin-novads ta' Apes, il-pagasts ta' Gaujienas, Trapenes u Apes,

in-novads ta' Cesvaines,

in-novads ta' Ērgļu,

in-novads ta' Ilūkstes,

ir-republikas pilsēta ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Jēkabpils,

in-novads ta' Kokneses,

in-novads ta' Krustpils,

in-novads ta' Līvānu,

in-novads ta' Lubānas,

in-novads ta' Madonas,

in-novads ta' Pļaviņu,

in-novads ta' Varakļānu.”

(c)

l-entrata għal-Litwanja tinbidel b'dan li ġej:

“3.   Il-Litwanja

Dawn iż-żoni fil-Litwanja:

fir-rajono savivaldybė ta' Anykščiai, is-seniūnija ta' Andrioniškis, Anykščiai, Debeikiai, Kavarskas, Kurkliai, Skiemonys, Traupis, Troškūnai, Viešintos u l-parti ta' Svėdasai li tinsba fin-nofsinhar tat-triq Nru 118,

fir-rajono savivaldybė ta' Kėdainiai is-seniūnija ta' Pelėdnagių, Vilainių, Truskavos u Šėtos,

fir-rajono savivaldybė ta' Kupiškis, is-seniūnija ta' Alizava, Kupiškis, Noriūnai u Subačius,

fir-rajono savivaldybė ta' Panevėžys is-seniūnija ta' Ramygalos, Vadoklių u Raguvos,

l-apskritis ta' Alytus;

il-miesto savivaldybė ta' Vilnius,

ir-rajono savivaldybė ta' Biržai,

ir-rajono savivaldybė ta' Jonava,

ir-rajono savivaldybė ta' Šalcininkai,

ir-rajono savivaldybė ta' Širvintos,

ir-rajono savivaldybė ta' Trakai,

ir-rajono savivaldybė ta' Ukmerge,

ir-rajono savivaldybė ta' Vilnius,

is-savivaldybė ta' Elektrenai.”


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/52


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/252

tat-13 ta' Frar 2015

li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE f'dak li għandu x'jaqsam mal-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet tagħhom, li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati f'dak li għandu x'jaqsam mal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja

(notifikata bid-dokument C(2015) 714)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi ta' introduzzjoni tal-Artikolu 8 tagħha, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tagħha, l-Artikolu 8(4) tagħha u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minn ġol-Unjoni u l-ħażna fiha ta' kunsinni ta' prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (“il-prodotti”).

(2)

Il-Parti 1 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tiddeskrivi ż-żoni tal-pajjiżi terzi li minnhom huwa ristrett id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti minħabba raġunijiet tas-saħħa tal-annimali, u li għalihom tiġi applikata r-reġjonalizzazzjoni. Il-Parti 2 ta' dak l-Anness tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew ta' partijiet tagħhom li minnhom huwa awtorizzat id-dħul fl-Unjoni tal-prodotti, jekk kemm-il darba l-prodotti jkun sarilhom it-trattament rilevanti, kif stipulat fil-Parti 4 ta' dak l-Anness.

(3)

L-Istati Uniti huma elenkati fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż awtorizzat, fost l-oħrajn, biex idaħħal fl-Unjoni prodotti miksuba mit-tjur, mit-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet (għajr l-għasafar li ma jtirux), mill-għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u l-għasafar tal-kaċċa slavaġ, li jkun sarilhom trattament mhux speċifiku kif stipulat fil-Parti 4 ta' dak l-Anness (“it-trattament A”), bil-kundizzjoni li l-laħam li minnu l-prodotti jkunu ġew immanifatturati jkun konformi mar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għal-laħam frisk inkluż l-oriġini tiegħu minn pajjiż terz jew minn partijiet minnu li huma ħielsa mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI), kif previst fil-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika stabbilit fl-Anness III tad-Deċiżjoni 2007/777/KE.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (3) jipprevedi li jkun hemm rikonoxximent reċiproku ta' malajr tal-miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ li jfaqqa' ċertu mard fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

(5)

Fl-Istati Uniti ġiet ikkonfermata tifqigħa tas-sottotip H5N8 tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI) fi stabbiliment tat-tjur fil-kontea ta' Douglas fl-Istat ta' Oregon u tifqigħa tas-sottotip H5N2 tal-HPAI fl-Istat ta' Washington.

(6)

It-trattament A mhuwiex biżżejjed biex jelimina r-riskji għas-saħħa tal-annimali marbuta mad-dħul fl-Unjoni ta' prodotti miksuba minn tjur, tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet (għajr l-għasafar li ma jtirux), għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u għasafar tal-kaċċa slavaġ li jkunu ġejjin mill-kontea ta' Douglas fl-Istat ta' Oregon u mill-Istat kollu ta' Washington, minħabba l-qagħda epidemjoloġika attwali għall-HPAI fl-Istati Uniti. Dawk il-prodotti għandu jsirilhom tal-inqas it-“trattament D”, kif stipulat fil-Parti 4 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE (“it-trattament D”), sabiex jiġi evitati li jiddaħħal il-vajrus tal-HPAI fl-Unjoni.

(7)

L-Istati Uniti bagħtu informazzjoni, li ġiet evalwata mill-Kummissjoni, dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tagħhom u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li l-vajrus tal-HPAI jkompli jixtered. Fuq il-bażi ta' din l-evalwazzjoni, kif ukoll tal-impenji stabbiliti fil-Ftehim u l-garanziji pprovduti mill-Istati Uniti, huwa xieraq li jiġi konkluż li r-rekwiżit li jsir it-trattament D għandu jkun biżżejjed biex ikopri r-riskji assoċjati mad-dħul fl-Unjoni tal-prodotti miksuba mil-laħam tat-tjur, mit-tjur tal-kaċċa mrobbija fl-irziezet (għajr l-għasafar li ma jtirux), mill-għasafar li ma jtirux imrobbija fl-irziezet u mill-għasafar tal-kaċċa slavaġ li jkunu ġejjin mill-kontea ta' Douglas fl-Istat ta' Oregon u mill-Istat kollu ta' Washington, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tfaqqigħ attwali tal-HPAI. Għalhekk, il-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandhom jiġu emendati sabiex titqies dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(8)

Għaldaqstant, id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandu jiġi emendat skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).

(3)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar miżuri sanitarji biex jipproteġu s-saħħa pubblika u dik tal-annimali fin-negozju ta' annimali ħajjin u prodotti tal-annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


ANNESS

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fil-Parti 1, l-entrata li ġejja għall-Istati Uniti għandha tiddaħħal bejn l-entrata għar-Russja u l-entrata għall-Afrika t'Isfel:

“L-Istati Uniti

US

01/2014

Il-pajjiż kollu

US-1

01/2014

Iż-żona kollha tal-Istati Uniti minbarra t-territorju US-2

US-2

01/2014

Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għall-kontea ta' Douglas fl-Istat ta' Oregon u għat-territorju kollu tal-Istat ta' Washington”

(2)

Fil-Parti 2, l- entrata għall-Istati Uniti għandha tinbidel b'dan li ġej:

“US

L-Istati Uniti US

A

A

A

A

XXX

XXX

A

A

A

XXX

A

XXX

XXX

L-Istati Uniti US-1

A

A

A

A

A

A

A

A

A

XXX

A

A

XXX

L-Istati Uniti US-2

A

A

A

A

D

D

A

A

A

XXX

A

D

XXX”


17.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 41/55


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/253

tas-16 ta' Frar 2015

li tistipula r-regoli rigward il-kampjunar u r-rappurtar skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontentut tal-kubrit tal-fjuwils marittimi

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE tas-26 ta' April 1999 dwar it-tnaqqis tal-kontenut tal-kubrit f'ċerti karburanti likwidi u li temenda d-Direttiva 93/12/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1b) u l-Artikolu 7(1a) tagħha,

Billi:

(1)

L-implimentazzjoni u l-infurzar kosteffiċjenti u koerenti tad-Direttiva 1999/32/KE huwa ta' prijorità kbira biex jinkisbu l-benefiċċji ambjentali u tas-saħħa projettati tagħha li jirriżultaw minn tnaqqis fl-emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit użat fit-tbaħħir, u b'hekk tiġi promossa kompetizzjoni ġusta u żieda fis-sostenibbiltà tat-trasport marittimu.

(2)

Sabiex jiġu implimentati l-Artikoli 3a, 4a, u 4b tad-Direttiva 1999/32/KE b'mod effettiv, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw kampjunar preċiż u frekwenti b'mod suffiċjenti ta' fjuwils marittimi ikkunsinjati lill-basimenti jew użati abbord il-bastimenti, inkluż spezzjonijiet tal-ġurnal ta' abbord tal-bastimenti u n-noti tal-kunsinna tal-bunker.

(3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 1999/32/KE jitlob lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jivverifikaw billi jikkampjunaw il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwil marittimu li jkun qed jintuża għall-kombustjoni abbord f'żoni tal-baħar u portijiet rilevanti. F'dan il-kuntest, il-kampjunar b'mod ġenerali għandu jiġi interpretat li jkopri l-metodi kollha ta' verifika tal-konformità stabbiliti fl-Artikolu 6(1a)(a), (b) u (c) ta' dik id-Direttiva.

(4)

Il-kampjunar fiżiku tal-fjuwil marittimu li jintuża bil-għan li tiġi vverifikata l-konformità għandu jitwettaq jew billi jittieħed u jiġi analizzat kampjun fuq il-post tal-fjuwil mis-sistema tas-servizz tal-fjuwil tal-bastiment, jew billi jiġu analizzati l-kampjuni tal-bunker issiġillati u rilevanti abbord il-bastiment.

(5)

Il-frekwenza tal-kampjunar għandha tiġi ddeterminata abbażi tan-numru ta' bastimenti individwali li jkunu deħlin fi Stat Membru, il-verifika tad-dokumentazzjoni tal-bastiment, l-użu ta' teknoloġiji tal-immirar alternattivi biex jiġi żgurat sehem ġust mill-piż fost l-Istati Membri u kosteffiċjenza kif ukoll twissijiet speċifiċi dwar bastimenti individwali.

(6)

Il-kampjunar tal-fjuwils marittimi waqt li jkunu qed jingħataw lill-bastimenti għandu jkun immirat għall-fornituri tal-fjuwils marittimi li b'mod ripetut instab li ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjoni ddikjarata fuq in-nota ta' kunsinna tal-bunker, waqt li jitqies il-volum tal-fjuwils marittimi kkummerċjalizzati mill-fornitur.

(7)

Sabiex jimplimentaw id-Direttiva 1999/32/KE b'mod kosteffiċjenti, l-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jikkonformaw mal-frekwenza ta' kampjunar minn bastimenti magħżula għall-verifika tal-konformità tal-fjuwil skont il-mekkaniżmi nazzjonali tal-immirar abbażi tar-riskju jew l-użu ta' teknoloġiji ta' verifika tal-konformità innovattivi, u li jaqsmu l-informazzjoni miġbura ma' Stati Membri oħra.

(8)

Sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni ddedikata, żviluppata u fdata f'idejn l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, disponibbli għall-Istati Membri mill-1 ta' Jannar 2015, għandha sservi ta' pjattaforma għar-reġistrar u l-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-riżultati tal-verifiki ta' konformità individwali skont id-Direttiva 1999/32/KE. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jużaw is-sistema, li tista' tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għar-razzjonalizzazzjoni u l-ottimizzar tal-valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dik id-Direttiva.

(9)

Sabiex ma jiġix impost piż amministrattiv sproporzjonat fuq l-Istati Membri mingħajr kosta, fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom jew fuq il-fornituri tal-fjuwil marittimu tagħhom, ċerti dispożizzjonijiet ma għandhomx japplikaw għal dawk l-Istati Membri.

(10)

Ir-rappurtar ma għandux iqis l-aħjar użu tat-teknoloġiji kollha disponibbli u tal-ogħla livell sabiex il-piż amministrattiv jinżamm baxx kemm jista' jkun, filwaqt li l-flessibbiltà titħalla għal dawk l-Istati Membri li jaf jippreferu jirrappurtaw b'mod aktar tradizzjonali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jużaw is-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni biex jissodisfaw l-obbligi tar-rappurtar annwali rilevanti skont id-Direttiva 1999/32/KE.

(11)

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-mekkaniżmu tal-immirar abbażi tar-riskju integrat fis-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni, mhux aktar kmieni mill-1 ta' Jannar 2016, u skont id-disponibbiltà tad-dejta komuni kondiviża rigward il-verifiki tal-konformità u l-kampjunar tal-kubrit, biex jipprijoritizzaw il-verifika tal-fjuwil tal-bastimenti b'mod kosteffiċjenti.

(12)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 1999/32/KE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tistipula r-regoli rigward il-metodi tal-kampjunar u l-frekwenza tagħhom skont id-Direttiva 1999/32/KE fir-rigward tal-kontentut tal-kubrit tal-fjuwils marittimi.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Tank tal-fjuwil” tfisser tank li minnu jittieħed il-fjuwil biex iħaddem il-makkinarju tal-kombustjoni downstream bil-fjuwil-żejt;

(2)

“Sistema tas-servizz tal-fjuwil” tfisser is-sistema li tappoġġa d-distribuzzjoni, il-filtrazzjoni, il-purifikazzjoni u l-provvista tal-fjuwil mit-tankijiet tal-fjuwil għall-makkinarju tal-kombustjoni bil-fjuwil-żejt;

(3)

“Rappreżentant tal-bastiment” tfisser il-kaptan jew uffiċjal tal-bastiment responsabbli mill-fjuwils marittimi li jkunu qed jintużaw u mid-dokumentazzjoni, u li hu mistenni wkoll jaqbel dwar l-għażla tal-punt tal-kampjunar tal-fjuwil alternattiv;

(4)

“Spettur tal-kubrit” tfisser persuna awtorizzata kif suppost mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru biex tivverifika l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/32/KE;

(5)

“Sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni” tfisser sistema li tuża dejta ta' waqfa f'port ta' bastimenti individwali f'SafeSeaNet, is-sistema tal-ġestjoni tal-informazzjoni stabbilita bl-Artikolu 22a tad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (“SafeSeaNet”), biex tirreġistra u tiskambja informazzjoni dwar ir-riżultati ta' verifiki ta' konformità individwali skont id-Direttiva 1999/32/KE, u mħaddma mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima. Mekkaniżmu tal-immirar abbażi tar-riskju tal-Unjoni jiġi żviluppat abbażi ta' dawk ir-riżultati ta' verifiki ta' konformità individwali u s-sejbiet assoċjati skont id-Direttiva 1999/32/KE.

Artikolu 3

Frekwenza tal-kampjunar tal-fjuwils marittimi li jintużaw abbord il-bastimenti

1.   L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjonijiet tal-ġurnali ta' abbord il-bastimenti u n-noti tal-kunsinna tal-bunker ta' mill-anqas 10 % tan-numru totali ta' bastimenti individwali li jagħmlu waqfa fl-Istat Membru rilevanti kull sena.

In-numru totali ta' bastimenti individwali li jagħmlu waqfa fl-Istat Membru għandu jikkorrispondi mal-medja tan-numru ta' bastimenti tat-tliet snin preċedenti kif irrappurtat permezz ta' SafeSeaNet.

2.   Mill-1 ta' Jannar 2016, il-kontenut tal-kubrit tal-fjuwil marittimu li jintuża abbord għandu jiġi vverifikat permezz ta' kampjunar jew analiżi, jew it-tnejn li huma, għal mill-anqas il-perċentwal li ġej tal-bastimenti spezzjonati msemmija fil-paragrafu 1:

(a)

40 % fi Stati Membri li jmissu kompletament ma' Żoni tal-Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidi tal-Kubrit (SECAs);

(b)

30 % fi Stati Membri li jmissu parzjalment ma' Żoni tal-Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidi tal-Kubrit;

(c)

20 % fi Stati Membri li ma jmissux ma' Żoni tal-Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidi tal-Kubrit.

Mill-1 ta' Jannar 2020, fl-Istati Membri li ma jmissux maż-Żoni tal-Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidi tal-Kubrit, il-kontenut ta' kubrit tal-fjuwil marittimu li jintuża abbord għandu jiġi vverifikat permezz ta' kampjunar jew analiżi, jew it-tnejn li huma, ta' 30 % tal-bastimenti spezzjonati msemmija fil-paragrafu 1.

L-Istati Membri jistgħu jikkonformaw mal-frekwenzi speċifikati f'dan il-paragrafu billi jagħżlu bastimenti skont il-mekkaniżmi tal-immirar abbażi tar-riskju nazzjonali u abbażi ta' bastimenti individwali rrappurtati fis-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni.

3.   L-għadd ta' bastimenti individwali kkalkulat skont il-paragrafu 2 li għandu jiġi vverifikat permezz tal-kampjunar jew l-analiżi jew it-tnejn li huma jista' jiġi aġġustat, iżda mhux imnaqqas b'aktar minn 50 %:

(a)

billi jitnaqqas l-għadd ta' bastimenti individwali li għalihom in-nuqqas ta' konformità huwa vverifikat bl-użu ta' teknoloġiji ta' telerilevament jew metodi ta' analiżi ta' skenjar rapidu; jew

(b)

billi jiġi stabbilit numru xieraq meta l-verifiki tad-dokument skont il-paragrafu 1 jiwettqu abbord mill-anqas 40 % tal-bastimenti individwali li jagħmlu waqfa fl-Istat Membru rilevanti kull sena.

L-aġġustament imsemmi fil-punti (a) u (b) għandu jiġi rrappurtat fis-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni.

4.   Mill-1 ta' Jannar 2016, minflok jikkonforma mal-frekwenza annwali stipulata fil-paragrafi 1, 2 u 3, Stat Membru jista' japplika frekwenza annwali ta' kkampjunar fuq il-bażi tal-mekkaniżmu tal-immirar abbażi tar-riskju tal-Unjoni.

5.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għar-Repubblika Ċeka, għal-Lussemburgu, għall-Ungerija, għall-Awstrija u għas-Slovakkja.

Artikolu 4

Frekwenza tal-kampjunar tal-fjuwils marittimi waqt li jkunu qed jiġu kkunsinjati lill-bastimenti

1.   Skont l-Artikolu 6(1a)(b) tad-Direttiva 1999/32/KE u waqt li jqisu l-volum tal-fjuwils marittimi kkunsinjati, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-kampjunar u l-analiżi tal-fjuwils marittimi waqt li dawn ikunu qed jiġu kkunsinjati lill-bastimenti minn dawk il-fornituri ta' fjuwils marittimi rreġistrati f'dawk l-Istati Membri li nstab li mill-anqas tliet darbiet fi kwalunkwe sena jkunu kkunsinjaw fjuwil li ma jikkonformax mal-ispeċifikazzjoni ddikjarata fuq in-nota ta' kunsinna tal-bunker abbażi tar-rappurtar fis-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni jew fir-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 7.

2.   Dan l-Artikolu ma għandux japplika għar-Repubblika Ċeka, għal-Lussemburgu, għall-Ungerija, għall-Awstrija u għas-Slovakkja.

Artikolu 5

Metodi ta' kampjunar għall-verifika għall-kontenut tal-kubrit fil-fjuwil marittimu li jkun qed jintuża abbord

1.   Skont l-Artikolu 3, meta l-kontenut tal-kubrit fil-fjuwils marittimi li jkunu qed jintużaw abbord jiġi vverifikat, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-approċċ fi stadji li ġej għall-verifika tal-kampjunar u l-konformità tal-istandards tal-kubrit:

(a)

l-ispezzjoni tar-reġistri li jinżammu abbord il-vapuri u n-noti ta' kunsinna tal-bunker;

(b)

wieħed mill-mezzi ta' kampjunar jew analiżi li ġejjin, jew it-tnejn li huma, kif xieraq:

(i)

analiżi tal-kampjuni tal-bunker issiġillati abbord bastimenti li jakkumpanjaw in-nota ta' kunsinna tal-bunker li jkunu ttieħdu skont ir-Regolament 18(8.1) u (8.2) tal-Anness VI għal MARPOL;

(ii)

kampjunar fuq il-post abbord tal-fjuwils marittimi għal kombustjoni abbord skont l-Artikolu 6 segwit minn analiżi.

2.   Fl-aħħar tal-verifika u l-analiżi tal-kontenut tal-kubrit, l-ispettur tal-kubrit għandu jirreġistra d-dettalji tal-ispezzjoni u s-sejbiet speċifiċi għall-fjuwil f'konformità mat-tip ta' informazzjoni mitluba msemmija fl-Artikolu 7(a).

Artikolu 6

Kampjunar fuq il-post abbord

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-kampjun fuq il-post abbord ta' fjuwil marittimu permezz ta' kampjun fuq il-post uniku jew multiplu fuq il-post fejn ikun imwaħħal il-valv bil-għan li jittieħed kampjun fis-sistema tas-servizz tal-fjuwil, kif indikat fuq is-sistema tal-pajpijiet tal-fjuwil tal-bastiment jew il-pjan ta' arranġament u kif approvat mill-Amministrazzjoni tal-Bandiera jew l-Organizzazzjoni Rikonoxxuta li taġixxi f'isimha.

2.   Fin-nuqqas tal-post imsemmi fil-paragrafu 1, il-punt ta' kampjunar tal-fjuwil għandu jkun il-post fejn hu mwaħħal il-valv bil-għan li jittieħed kampjun, u għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ikun aċċessibbli faċilment u b'mod sigur;

(b)

iqis il-gradi tal-fjuwil differenti li jkunu qed jintużaw għall-parti tal-makkinarju tal-kombustjoni fjuwil-żejt;

(c)

ikun downstream mill-fjuwil li jkun qed jintuża mit-tank tal-fjuwil;

(d)

ikun l-eqreb l-aktar fattibbli u possibbli għad-daħla tal-fjuwil tal-parti tal-makkinarju ta' kombusjtoni fjuwil-żejt, waqt li jqis it-tipi ta' fjuwil, ir-rata tal-fluss, it-temperatura, u l-pressjoni wara l-punt ta' kampjunar magħżul;

(e)

jiġi propost mir-rappreżentant tal-bastiment u aċċettat mill-ispettur tal-kubrit.

3.   L-Istati Membri jistgħu jieħdu kampjun fuq il-post f'aktar minn post wieħed fis-sistema tas-servizz tal-fjuwil biex jiddeterminaw jekk hemmx kontaminazzjoni kroċjata tal-fjuwil possibbli fin-nuqqas ta' sistemi tas-servizz tal-fjuwil segregati kompletament, jew fil-każ ta' ftehimiet multipli tat-tankijiet tas-servizz.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjun fuq il-post jinġabar f'kontenitur tal-kampjunar li minnu jistgħu jimtlew tal-anqas tlitt ifliexken tal-kampjuni li huma rappreżentattivi tal-fjuwil marittimu li jkun qed jintuża.

5.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li:

(a)

l-fliexken tal-kampjuni jkunu ssiġillati mill-ispettur tal-kubrit b'mezz ta' identifikazzjoni uniku installat fil-preżenza tar-rappreżentant tal-bastiment;

(b)

li żewġt ifliexken tal-kampjuni jittieħdu fuq l-art għall-analiżi;

(c)

li r-rappreżentant tal-bastiment iżomm flixkun tal-kampjuni għal perjodu ta' mhux anqas minn 12-il xahar mid-data tal-ġbir.

Artikolu 7

Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali

Ir-rapport annwali li għandu jitressaq mill-Istati Membri lill-Kummissjoni rigward il-konformità mal-istandards tal-kubrit għall-fjuwils marittimi għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

in-numru totali annwali u t-tip ta' nuqqas ta' konformità tal-kontenut tal-kubrit imkejjel fil-fjuwil eżaminat, inkluż il-limitu tan-nuqqas ta' konformità tal-kontenut tal-kubrit individwali u l-kontenut medju tal-kubrit iddeterminat wara l-kampjunar u l-analiżi;

(b)

in-numru totali annwali tal-verifiki tad-dokumenti, inkluż in-noti ta' kunsinna tal-bunker, il-post tal-bunkering tal-fjuwil, il-kotba fejn jinżammu r-rekords taż-żejt, il-ġurnali ta' abbord, il-proċeduri tal-punt ta' bidla tal-fjwuil, u r-rekords;

(c)

talbiet ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' fjuwils marittimi kif imsemmi fl-Artikolu 4a (5b) tad-Direttiva 1999/32/KE, inkluż id-dettalji tal-bastiment, il-port tal-bunkering u l-Istat Membru fejn kien hemm in-nuqqas ta' disponibbiltà, l-għadd ta' talbiet li saru mill-istess bastiment, u t-tip ta' bunker mhux disponibbli.

(d)

notifiki u ittri ta' protesta kontra l-fornituri tal-fjuwils marittimi fit-territorju tagħhom fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-fjuwils;

(e)

lista li tinkludi l-isem u l-indirizz tal-fornituri tal-fjuwil marittimu kollha fl-Istat Membru rilevanti;

(f)

id-deskrizzjoni tal-użu tal-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet alternattivi inkluż il-provi li saru u monitoraġġ kontinwu tal-emissjonijiet, jew fjuwils alternattivi u verifiki tal-konformità tal-ksib kontinwu tat-tnaqqis ta' ossidi tal-kubrit skont l-Annessi I u II tad-Direttiva 1999/32/KE ta' bastimenti li jtajru l-bandiera tal-Istat Membru;

(g)

fejn applikabbli, deskrizzjoni tal-mekkaniżmi tal-immirar abbażi tar-riskju nazzjonali, inkluż twissijiet speċifiċi, u l-użu u l-eżitu tat-telerilevament u teknoloġiji oħra disponibbli għall-ipprijoritizzar ta' bastimenti individwali għall-verifika tal-konformità;

(h)

numru totali u tip ta' proċeduri ta' ksur mibdija jew penali, jew it-tnejn li huma, l-ammont ta' multi imposti mill-awtorità kompetenti kemm fuq l-operaturi tal-bastimenti u l-fornituri tal-fjuwils marittimi;

(i)

għal kull bastiment individwali, wara l-ispezzjoni tal-ġurnali ta' abbord u n-noti ta' kunsinna tal-bunker jew il-kampjunar jew it-tnejn li huma:

(i)

dettalji tal-bastiment, inkluż in-numru IMO, it-tip, kemm għandu żmien u tunnaġġ il-bastiment;

(ii)

rapporti dwar il-kampjunar u l-analiżi, inkluż in-numru u t-tip ta' kampjuni, il-metodi ta' kampjunar użati, u l-postijiet ta' kampjunar, għall-verifika tal-konformità tat-tip ta' bastiment;

(iii)

l-informazzjoni rilevanti dwar in-noti ta' kunsinna tal-bunker, il-post tal-bunkering tal-fjuwil, il-kotba fejn jinżammu r-rekords taż-żejt, il-ġurnali ta' abbord, il-proċeduri tal-punt ta' bidla, u r-rekords;

(iv)

azzjoni ta' infurzar u proċeduri legali mibdija fil-livell nazzjonali, jew penali, jew it-tnejn li huma, kontra dak il-bastiment individwali.

Artikolu 8

Format tar-rapport

1.   L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni biex jirreġistraw direttament fis-sistema wara l-verifika d-dettalji u s-sejbiet rilevanti kollha speċifiċi għall-fjuwil, inkluż informazzjoni relatata mal-kampjunar.

2.   Stat Membru li juża s-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni biex jirreġistra, jiskambja u jaqsam dejta dwar il-verifika tal-konformità jista' juża l-kompilazzjoni aggregata annwali tal-isforzi ta' infurzar ipprovduti mis-sistema ta' informazzjoni tal-Unjoni biex jissodisfa l-obbligi ta' rappurtar tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 1999/32/KE.

3.   Stati Membri li ma jkunux qed jużaw is-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni jistgħu jew jiffaċilitaw il-konnessjoni bejn is-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni u s-sistema nazzjonali tagħhom li tista' tal-anqas tirreġistra, fejn applikabbli, l-istess oqsma bħal dawk fis-sistema tal-informazzjoni tal-Unjoni, jew jirrappurtaw b'mod elettroniku rigward l-oġġetti kollha msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 121, 11.5.1999, p. 13.

(2)  Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).