ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 58 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
* |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
16.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/238
tal-10 ta' Frar 2015
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Majott, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fil-11 ta' Lulju 2012, il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni 2012/419/UE (1) li temenda, b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea. Minn dik id-data, il-Majott waqfet milli jkollha l-istatus ta' pajjiż u territorju extra-Ewropew u saret ikollha l-istatus ta' reġjun ultraperifiku tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(2) |
Il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja, f'isem l-Unjoni, ftehim mar-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess, għal bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika tas-Seychelles, għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Unjoni fiż-żona ekonomika esklussiva 'l barra mill-kosta tal-Majott. |
(3) |
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Majott, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea (“il-Ftehim”) ġie ffirmat skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/331/UE (2) u huwa applikat b'mod provviżorju mill-20 ta' Mejju 2014. |
(4) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt responsabbli mis-sorveljanza tal-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, skont il-Ftehim, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għal dan il-Ftehim. Bl-iskop li jiġu implimentati dawn il-modifiki, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex tapprovahom skont proċedura ssimplifikata. |
(5) |
Sabiex l-awtoritajiet fil-Majott jimplimentaw ir-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) mid-data li fiha l-Majott issir reġjun ultraperifiku, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti qafas amministrattiv xieraq, attivitajiet ta' kontroll u l-infrastruttura fiżika, u li jsir provvediment għat-tiswir ta' kapaċità adegwata. Dan se jassisti fir-rigward tar-rekwiżit ta' konformità ma' obbligi ta' rappurtar internazzjonali tal-Unjoni. |
(6) |
Għandhom jiġu provduti lill-awtoritajiet tas-sajd tal-Majott il-mezzi finanzjarji neċessarji permezz tat-tariffi li jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti direttament lill-Majott. Tali soluzzjoni hija aktar xierqa billi żviluppat relazzjoni qawwija bejn il-flotta tas-Seychelles u l-Komunità lokali fir-reġjun ultraperifiku ta' Franza tal-Majott. Il-flotta tas-sajd li ttajjar il-bandiera tas-Seychelles operat fl-ilmijiet tal-Majott għal diversi snin permezz ta' arranġament bejn il-Majott u s-sidien tal-bastimenti, fejn is-sidien tal-bastimenti ħallsu tariffa tal-liċenzja lill-Majott biex jistadu f'ilmijietha. Biex tinżamm din il-kontinwità tal-operazzjonijiet tas-sajd u l-benefiċċji sussegwenti għall-Majott, huwa xieraq li l-ħlasijiet kollha relatati ma' awtorizzazzjonijiet u qabdiet taħt dan il-Ftehim jibbenefikaw direttament lill-komunità lokali fil-Majott. |
(7) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Majott, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni (3).
Artikolu 2
1. Franza hija b'dan awtorizzata li tiġbor, għall-kont tar-reġjun ultraperifiku tagħha, il-Majott, il-pagamenti relatati mal-awtorizzazzjonijiet u l-qabdiet u tariffi oħra dovuti minn operaturi ta' bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles b'konsiderazzjoni tal-għoti ta' aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fl-ilmijiet tal-Unjoni 'l barra mill-kosta tal-Majott skont id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III, Taqsima 1, paragrafi 8 u 9 u t-Taqsima 2 tal-Anness tal-Ftehim. Dawk l-introjti għandhom jintużaw minn Franza għall-istabbiliment ta' qafas amministrattiv adegwat, attivitajiet ta' kontroll, infrastruttura fiżika u l-provvediment ta' tiswir ta' kapaċità adegwata sabiex l-amministrazzjoni fil-Majott tissodisfa r-rekwiżiti tas-PKS.
2. Franza għandha tipprovdi d-dettalji ta' dak il-kont bankarju lill-Kummissjoni.
3. Fl-aħħar ta' kull sena ta' implimentazzjoni tal-Ftehim, Franza għandha tibgħat lill-Kummissjoni rapport dettaljat dwar il-pagamenti li jsiru mill-bastimenti awtorizzati li jistadu u dwar l-utilizzazzjoni ta' dawk il-pagamenti.
Artikolu 3
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 19 tal-Ftehim (4).
Artikolu 4
Soġġett għad-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbliti fl-Anness, il-Kummissjoni Ewropea hija b'dan mogħtija s-setgħa biex tapprova, f'isem l-Unjoni, il-modifiki magħmulin fil-Ftehim fil-Kumitat Konġunt.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/331/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tas-Seychelles għall-ilmijiet u r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar tal-Majott, taħt il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 167, 6.6.2014, p. 1).
(3) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 167, 6.6.2014, p. 4 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(4) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
1. |
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika tas-Seychelles u tiftiehem, fejn ikun xieraq u sakemm tkun konformi mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, taqbel mal-modifiki tal-Ftehim fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Fil-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 8 tal-Ftehim, il-Kummissjoni għandha:
|
3. |
Meta deċiżjoni dwar il-modifiki għall-Ftehim imsemmija fil-paragrafu 1 hija prevista li tiġi adottata waqt Laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni, tieħu kont tal-informazzjoni l-aktar reċenti dwar l-istatistika, dik bijoloġika u informazzjoni rilevanti oħra mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea. Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument preparatorju li jistabbilixxi d-dettalji tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti qabel il-Laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni. Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tieħu kont ta' elementi ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi rreferuta lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-passi meħtieġa, fi żmien debitu, bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn adegwat, tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tippreżenta kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-deċiżjoni. |
16.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/239
tal-10 ta' Frar 2015
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 flimkien mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fit-23 ta' Lulju 2007, il-Kunsill approva l-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim ta' Sħubija”) billi adotta r-Regolament (KE) Nru 894/2007 (1). |
(2) |
L-applikazzjoni tal-aħħar Protokoll (2) li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija skadiet fit-12 ta' Mejju 2014. |
(3) |
L-Unjoni nnegozjat Protokoll ġdid mar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe, għal perjodu ta' erba' snin, li jagħti lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet ta' sajd fl-ilmijiet li fuqhom ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe għandha s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd. |
(4) |
Dan il-Protokoll ġdid ġie ffirmat f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/334/UE (3) u għandu jiġi applikat provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu. |
(5) |
Il-Protokoll il-ġdid għandu jiġi approvat. |
(6) |
Il-Ftehim ta' Sħubija jistabbilixxi Kumitat Konġunt inkarigat li jissorvelja l-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Barra minn hekk, f'konformità mal-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċerti modifiki għall-Protokoll. Bl-iskop tal-faċilitazzjoni tal-approvazzjoni ta' dawn il-modifiki, huwa xieraq li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa, taħt kondizzjonijiet speċifiċi, biex tapprovahom skont proċedura simplifikata, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-“Protokoll”) huwa approvat f'isem l-Unjoni (4).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 15 tal-Protokoll (5).
Artikolu 3
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stipulati fl-Anness, il-Kummissjoni hija b'dan mogħtija s-setgħa li tapprova, f'isem l-Unjoni, il-modifiki li jsiru lill-Protokoll fil-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Frar 2015.
Mill-Kunsill
Il-President
E. RINKĒVIČS
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 894/2007 tat-23 ta' Lulju 2007 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn ir-Repubblika Demokratika ta' São Tomé e Príncipe u l-Komunità Ewropea (ĠU L 205, 7.8.2007, p. 35).
(2) Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (ĠU L 136, 24.5.2011, p. 5).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/334/UE tad-19 ta' Mejju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti bil-Ftehim ta' Sħubija fis-Settur tas-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Príncipe (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 1).
(4) Il-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 168, 7.6.2014, p. 3 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(5) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
ANNESS
L-ambitu tas-setgħat mogħtija u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
1. |
Il-Kummissjoni hija awtorizzata li tinnegozja mar-Repubblika Demokratika ta' São Tomé u Principe u, meta jixraq u suġġett għall-konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, tapprova l-modifiki għall-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim tas-Sħubija fis-Settur tas-Sajd, l-Unjoni għandha:
|
3. |
Meta deċiżjoni dwar il-modifiki għall-Protokoll msemmija fil-paragrafu 1 hija prevista li tiġi adottata waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni tieħu kont tal-informazzjoni l-aktar reċenti dwar l-istatistika, dik bijoloġika u informazzjoni rilevanti oħra mibgħuta lill-Kummissjoni. Għal dan il-għan u abbażi ta' dik l-informazzjoni, dokument preparatorju li jistabbilixxi d-dettalji tal-pożizzjoni prevista tal-Unjoni għandu jintbagħat mis-servizzi tal-Kummissjoni, fi żmien suffiċjenti qabel il-laqgħa rilevanti tal-Kumitat Konġunt, lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu għall-kunsiderazzjoni u l-approvazzjoni. Il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni fid-dokument preparatorju għandha titqies li ntlaħaq qbil dwarha, sakemm numru ta' Stati Membri ekwivalenti għal minoranza li timblokka ma joġġezzjonax waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien 20 ġurnata minn meta jkun wasal id-dokument preparatorju, skont liema data tinżerta l-ewwel. Fil-każ ta' oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill. Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ikun impossibbli li jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tieħu kont ta' elementi ġodda, il-kwistjoni għandha tiġi rreferuta lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-passi meħtieġa, fi żmien debitu, bħala segwitu għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż li, fejn ikun il-każ, tippubblika d-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tippreżenta kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dik id-deċiżjoni. |
REGOLAMENTI
16.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/7 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/240
tad-9 ta' Frar 2015
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità kontinwata tas-sitwazzjoni fuq il-post fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif stipulat fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 269/2014. |
(3) |
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-16 ta' Frar 2015.
Għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Lista ta ' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
I. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
133. |
Pavel DREMOV magħruf ukoll bħala Batya Павел ДРЁМОВ |
Imwieled fl-1976, Stakhanov |
Kmandant tal- “First Cossack Regiment”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina. F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina |
16.2.2015 |
134. |
Alexey MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serb Алексей МИЛЬЧАКОВ |
Imwieled fl-1991, San Pietruburgu |
Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina. F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
135. |
Arseny PAVLOV magħruf ukoll bħala Motorola Арсéний Сергéевич ПÁВЛОВ (magħruf ukoll bħala Моторóла) |
Imwieled fit-2.2.1983, Ukhta, Komi |
Kmandant tal-“Sparta Battalion”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
136. |
Mikhail TOLSTYKH magħruf ukoll bħala Givi Михаил Толстых |
Imwieled fl-1980, Ilovaisk |
Kmandant tal-battaljun “Somali”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina |
16.2.2015 |
137. |
Eduard BASURIN
|
|
Hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
138. |
Alexandr SHUBIN Александр Васильевич ШУБИН |
|
Hekk imsejjaħ “Ministru tal-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” illegali. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż. |
16.2.2015 |
139. |
Sergey LITVIN Сергей Анатольевич ЛИТВИН |
|
Hekk imsejjaħ “Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
140. |
Sergey IGNATOV Сергей Юрьевич ИГНАТОВ |
|
Hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja Popolari tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk.”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż. |
16.2.2015 |
141. |
Ekaterina FILIPPOVA Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА |
Imwielda fl-20.11.1988 f' Krasnoarmëisk |
Hekk imsejħa “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Peress li assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
142. |
Aleksandr TIMOFEEV Александр ТИМОФЕЕВ |
Imwieled fis-27.1.1974 |
Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż. |
16.2.2015 |
143. |
Evgeny MANUILOV Евгений Владимирович МАНУЙЛОВ |
|
Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
144. |
Viktor YATSENKO Виктор ЯЦЕНКО |
Imwieled fit-22.4.1985 f'Kherson |
Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Kommunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
145. |
Olga BESEDINA Ольга Игорева БЕСЕДИНА |
|
Hekk imsejħa “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Peress li assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
146. |
Zaur ISMAILOV Заур Исмаилов |
Imwieled fl-1975, Krasny Luch, Voroshilovgrad Luhansk |
Hekk imsejjaħ “Aġent Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
147. |
Anatoly Ivanovich ANTONOV Анатолий Иванович Антонов |
Imwieled fil-15.5.1955 f' Omsk |
Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukraina. Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
148. |
Arkady Viktorovich BAKHIN Аркадий Викторович Бахин |
Imwieled fit- 8.5.1956 f' Kaunas, il-Litwanja |
L-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukraina. Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
149. |
Andrei Valeryevich KARTAPOLOV Андрей Валерьевич Картaполов |
Imwieled fid- 9.11.1963 fid-DDR |
Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Fiż-żewġ kapaċitajiet huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukraina. Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
150. |
Iosif (Joseph) Davydovich KOBZON Иосиф Дaвыдович Кобзон |
Imwieled fil- 11.9.1937 f' Tchassov Yar, l-Ukraina |
Membru tad-Duma tal-Istat. Huwa żar l-hekk imsejħa Repubblika Popolari ta' Donetsk u matul iż-żjara tiegħu għamel dikjarazzjonijiet li jappoġġaw lis-separatisti. Huwa ġie maħtur ukoll Konslu Onorarju tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk” fil-Federazzjoni Russa. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
16.2.2015 |
151. |
Valery Fedorovich RASHKIN Валерий Фёдорович Рашкин |
Imwieled fl- 14.3.1955 fil-Kaliningrad Oblast, l-Unjoni Sovjetika. |
L-Ewwel Viċi President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat dwar kwistjonijiet Etniċi. Huwa l-fondatur tal-moviment ċiviku “Krassnaya Moskva — Red Moscow Patriotic Front Aid” li organizza dimostrazzjonijiet pubbliċi li jappoġġaw is-separatisti, u b'hekk appoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Fl-20 ta' Marzu 2014 huwa vvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali “dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar- Repubblika tal-Krimea u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta' suġġetti federali ġodda — ir-Repubblika tal-Krimea u l-Belt ta' Status Federali Sevastopol”. |
16.2.2015 |
II. Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
29. |
Gwardja Nazzjonali tal-Cossack Казачья Национальная Гвардия |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Nikolay KOZITSYN |
16.2.2015 |
30. |
Battaljun Sparta Батальон “Спарта” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Arseny PAVLOV. |
16.2.2015 |
31. |
Battaljun Somali Батальон “Сомали” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Mikhail TOLSTYKH magħruf ukoll bħala Givi. |
16.2.2015 |
32. |
Battaljun Zarya Батальон “Заря” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
33. |
Brigata Prizrak Бригада “Призрак” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. Immexxi minn u għaldaqstant assoċjat ma' persuna elenkata Oleksiy MOZGOVY |
16.2.2015 |
34. |
Battaljun Oplot Батальон “Оплот” |
Media soċjali: http://vk.com/oplot_info |
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
35. |
Battaljun Kalmius Батальон “Кальмиус” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
36. |
Battaljun tal-Mewt Батальон “Смерть” |
|
Grupp separatist armat li appoġġa b'mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
37. |
Moviment Pubbliku “NOVOROSSIYA” Движение Новороссия |
|
Il-Moviment Pubbliku “Novorossiya”/“New Russia” ġie stabbilit f'Novembru 2014 fir-Russja u mmexxi mill-uffiċjal Russu Igor Strelkov (identifikat bħala membru tal-persunal tal-Main Intelligence Directorate tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GRU)). Skont l-objettivi ddikjarati tiegħu, huwa għandu l-għan li jipprovdi assistenza effettiva komprensiva lin-“Novorossiya”, inkluż billi jgħin lill-milizzja li qed tiġġieled fil-Lvant tal-Ukraina, u b'hekk jappoġġa politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. Assoċjat ma' persuna elenkata li dgħajfet l-integrità territorjali tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
DEĊIŻJONIJIET
16.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 40/14 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/241
tad-9 ta' Frar 2015
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(2) |
Fid-dawl tal-gravità kontinwata tas-sitwazzjoni fuq il-post fl-Ukraina, il-Kunsill iqis li għandhom jiżdiedu persuni u entitajiet addizzjonali mal-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi, kif stipulat fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. |
(3) |
L-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għandu jiġi emendat kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-16 ta' Frar 2015.
Għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Frar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
(1) ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16.
ANNESS
Il-lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1
I. Persuni
|
Isem |
Informazzjoni għall-identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-raġunijiet |
Data tal-elenkar |
133. |
Pavel DREMOV magħruf ukoll bħala Batya Павел ДРЁМОВ |
Imwieled fl-1976, Stakhanov |
Kmandant tal- “First Cossack Regiment”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina. F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina |
16.2.2015 |
134. |
Alexey MILCHAKOV magħruf ukoll bħala Fritz, Serb Алексей МИЛЬЧАКОВ |
Imwieled fl-1991, San Pietruburgu |
Kmandant tal-unità “Rusich”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina. F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
135. |
Arseny PAVLOV magħruf ukoll bħala Motorola Арсéний Сергéевич ПÁВЛОВ (magħruf ukoll bħala Моторóла) |
Imwieled fit-2.2.1983, Ukhta, Komi |
Kmandant tal-“Sparta Battalion”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
136. |
Mikhail TOLSTYKH magħruf ukoll bħala Givi Михаил Толстых |
Imwieled fl-1980, Ilovaisk |
Kmandant tal-battaljun “Somali”, grupp separatist armat involut fil-ġlied fil-Lvant tal-Ukraina F'din il-kapaċità huwa appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina |
16.2.2015 |
137. |
Eduard BASURIN
|
|
Hekk imsejjaħ “Viċi Kmandant” tal-Ministeru għad-Difiża tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
138. |
Alexandr SHUBIN Александр Васильевич ШУБИН |
|
Hekk imsejjaħ “Ministru tal-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” illegali. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż. |
16.2.2015 |
139. |
Sergey LITVIN Сергей Анатольевич ЛИТВИН |
|
Hekk imsejjaħ “Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk” . Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
140. |
Sergey IGNATOV Сергей Юрьевич ИГНАТОВ |
|
Hekk imsejjaħ Kap Kmandant tal-Milizzja Popolari tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk.”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż. |
16.2.2015 |
141. |
Ekaterina FILIPPOVA Екатерина Владимировна ФИЛИППОВА |
Imwielda fl-20.11.1988 f' Krasnoarmëisk |
Hekk imsejħa “Ministru għall-Ġustizzja” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Peress li assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
142. |
Aleksandr TIMOFEEV Александр ТИМОФЕЕВ |
Imwieled fis- 27.1.1974 |
Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-pajjiż. |
16.2.2015 |
143. |
Evgeny MANUILOV Евгений Владимирович МАНУЙЛОВ |
|
Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Baġit” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
144. |
Viktor YATSENKO Виктор ЯЦЕНКО |
Imwieled fit-22.4.1985 f'Kherson |
Hekk imsejjaħ “Ministru għall-Kommunikazzjoni” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Donetsk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
145. |
Olga BESEDINA Ольга Игорева БЕСЕДИНА |
|
Hekk imsejħa “Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u l-Kummerċ” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Peress li assumiet u aġixxiet f'din il-kapaċità, hija għaldaqstant appoġġat b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
146. |
Zaur ISMAILOV Заур Исмаилов |
Imwieled fl-1975, Krasny Luch, Voroshilovgrad Luhansk |
Hekk imsejjaħ “Aġent Prosekutur Ġenerali” tal-hekk imsejħa “Repubblika Popolari ta' Luhansk”. Peress li assuma u aġixxa f'din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b'mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, u d-distabbilizzazzjoni ulterjuri tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
147. |
Anatoly Ivanovich ANTONOV Анатолий Иванович Антонов |
Imwieled fil-15.5.1955 f' Omsk |
Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukraina. Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
148. |
Arkady Viktorovich BAKHIN Аркадий Викторович Бахин |
Imwieled fit-8.5.1956 f' Kaunas, il-Litwanja |
L-Ewwel Viċi Ministru għad-Difiża, u f'dik il-kapaċità, involut fl-appoġġ tal-iskjerament ta' truppi Russi fl-Ukraina. Skont l-istruttura attwali tal-Ministeru għad-Difiża Russu, f'dik il-kapaċità, huwa jipparteċipa fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu. Dawn il-politiki jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
149. |
Andrei Valeryevich KARTAPOLOV Андрей Валерьевич Картaполов |
Imwieled fid-9.11.1963 fid-DDR |
Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Fiż-żewġ kapaċitajiet huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukraina. Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa involut b'mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina. |
16.2.2015 |
150. |
Iosif (Joseph) Davydovich KOBZON Иосиф Дaвыдович Кобзон |
Imwieled fil-11.9.1937 f' Tchassov Yar, l-Ukraina |