ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 30

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
6 ta' Frar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/174 tal-5 ta' Frar 2015 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel ( 1 )

2

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/175 tal-5 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni għall-gomma tal-gwar li toriġina mill-Indja jew li tintbagħat minn hemm, minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni mill-pentaklorofenol u mid-dijossini ( 1 )

10

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/176 tal-5 ta' Frar 2015 li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Prekmurska gibanica (STG))

16

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/177 tal-5 ta' Frar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

17

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/178 tas-27 ta' Jannar 2015 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju, is-Sottokumitat Doganali u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju, is-Sottokumitat Doganali u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi rigward ir-Regoli ta' Proċedura tagħhom

20

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/179 tal-4 ta' Frar 2015 li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerta dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika (notifikata bid-dokument C(2015) 445)

38

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

6.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/1


Informazzjoni dwar id-data tal-iffirmar tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

Fl-24 ta' Novembru 2014, ġie ffirmat il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet.

Il-Protokoll japplika proviżorjament mill-24 ta' Novembru 2014, data tal-iffirmat, f'konformità mal-Artikolu 18 tiegħu.


REGOLAMENTI

6.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/2


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/174

tal-5 ta' Frar 2015

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 10/2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b'mod partikolari l-punti (a), (c), (d) u (e) tal-Artikolu 5(1), l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(6) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 (2) jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta' sustanzi li jistgħu jintużaw fil-manifattura ta' materjali u oġġetti tal-plastik (“il-lista tal-Unjoni”).

(2)

L-aċidu tartariku (is-sustanza ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel (FCM) Nru 161) ġie valutat mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel fl-1991 (3). Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel (SCF) ta opinjoni favorevoli biss għall-materjal fil-forma naturali tal-aċidu tartariku (aċidu tartariku L-(+)-). Il-Kumitat eskluda, b'mod espliċitu, il-forma DL tal-aċidu tartariku. Mill-valutazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel jirriżulta li huwa biss l-aċidu tartariku L-(+)- li ma jipperikolax is-saħħa tal-bniedem, filwaqt li dan ma ġiex muri għall-forom l-oħra kollha ta' dik is-sustanza. Għalhekk, mill-isem tas-sustanza kif ġie inkluż fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, għandu jkun ċar li dan jirreferi biss għall-aċidu tartariku L-(+). Għalhekk, l-isem tas-sustanza FCM Nru 161 għandu jiġi emendat skont dan.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) adottat opinjoni ta' rievalwazzjoni tad-doża tollerabbli ta' kuljum (TDI) ta' fenol (4). Il-fenol (FCM Nru 241) huwa inkluż bħala sustanza ta' bidu fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. Il-Limitu ta' Migrazzjoni Speċifika (SML) ġeneriku ta' 60 mg/kg stipulat fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 japplika għal dik is-sustanza. Fir-rievalwazzjoni tal-fenol, l-Awtorità naqqset it-TDI ta' 1,5 mg/kg ta' piż tal-ġisem (“bw”)/jum għal 0,5 mg/kg bw/jum. L-Awtorità nnotat li l-esponiment mis-sorsi kollha kien 'il fuq mit-TDI, filwaqt li l-esponiment mill-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel x'aktarx li jkun fi ħdan il-medda tat-TDI. Minbarra t-TDI, għandu jintuża fattur ta' allokazzjoni ta' 10 % għall-esponiment mill-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, biex jinkiseb tnaqqis suffiċjenti tal-esponiment tal-fenol. Fl-iffissar tal-limiti ta' migrazzjoni titqies is-suppożizzjoni ta' esponiment konvenzjonali li persuna b'piż tal-ġisem ta' 60 kg tikkonsma 1 kg ta' ikel kuljum. Għalhekk, fuq il-bażi tat-TDI, tal-fattur ta' allokazzjoni u tas-suppożizzjoni tal-esponiment għandu jiġi stabbilit limitu ta' migrazzjoni speċifika ta' 3 mg/kg għall-fenol sabiex jiġi żgurat li l-fenol ma jkunx ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem.

(4)

Il-1,4-butandiolformal (FCM Nru 344) ġie ivvalutat mill-SCF fl-2000 (5). Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ikkonkluda li għal dik is-sustanza għandu jiġi ffissat Limitu ta' Migrazzjoni Speċifika (SML) ta' 0,05 mg/kg. Il-kolonna 8 tat-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 tiddikjara, b'mod żbaljat, li l-migrazzjoni tas-sustanza għandha tkun imperċettibbli, u għalhekk għandha tiġi kkoreġuta.

(5)

Il-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel ippropona li jiġi determinat il-kontenut residwu tas-sustanza 1,4-butandiolformal (FCM Nru 344) fil-materjal minflok tiġi vverifikata l-konformità mqabbla mal-limitu ta' migrazzjoni speċifika (SML), minħabba li ma kien hemm disponibbli l-ebda metodu xieraq biex is-sustanza tiġi determinata f'ikel jew f'simulant. Illum huma disponibbli metodi xierqa biex is-sustanza tiġi determinata f'ikel jew f'simulant. Għalhekk, il-verifika tal-konformità permezz tad-determinazzjoni tar-residwu għandha tiġi sostitwita bl-ittestjar tal-migrazzjoni. Il-1,4-butandiolformal jista' jidrolizza f'kuntatt ma' ikel jew ma' simulanti biex jifforma 1,4-butandiol (FCM Nru 254) u formaldeid (FCM Nru 98). Għalhekk, il-limiti ta' migrazzjoni speċifika totali stabbiliti għal dawn is-sustanzi ma għandhomx jinqabżu. Bħala riżultat 1,4-butandiolformal għandu jiġi miżjud mar-restrizzjoni tal-grupp 15 u 30. Billi l-idroliżi sseħħ biss f'ċerti każijiet, ir-regoli li jindikaw meta tkun meħtieġa l-verifika ta' konformità ma' dawn ir-restrizzjonijiet għandhom jiġu miżjuda mat-Tabella 3.

(6)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (6) dwar il-possibilità ta' estensjoni tal-użu tas-sustanza ta' bidu 1,4: 3,6-dianidrosorbitol (FCM Nru 364) għall-użu bħala komonomeru għall-produzzjoni ta' poliesteri, jekk tintuża f'livelli ta' mhux aktar minn 40 mol % tal-komponent ta' diol flimkien mal-etilen glikol u/jew 1,4-bis (idrossimetil) ċikloeżan, u jekk il-poliesteri magħmulin bl-użu ta' 1,4: 3,6-dianidrosorbitol flimkien ma' 1,4-bis (idrossimetil) ċikloeżan ma jintużawx f'kuntatt ma' ikel b'kontenut ta' aktar minn 15 % ta' alkoħol. L-estensjoni tal-użu tas-sustanza għall-ispeċifikazzjoni l-ġdida ma tkunx ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem jekk dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tas-sustanza FCM Nru 364 għandha tiġi emendata biex tinkludi l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali.

(7)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (7) dwar il-possibilità ta' estensjoni tal-użu tasdian-sustanza “kaolin” (FCM Nru 410) biex jiġu inklużi partikoli f'nanoforma bi ħxuna ta' inqas minn 100 nm u inkorporati sa 12 % f'kopolimeru tal-etilen-vinil-alkoħol (EVOH). L-estensjoni tal-użu tas-sustanza għall-ispeċifikazzjoni l-ġdida ma tkunx ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem jekk dawk il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tas-sustanza FCM Nru 410 għandha tiġi emendata biex tinkludi speċifikazzjoni u restrizzjoni fuq id-daqs tal-partikoli.

(8)

Il-lista tal-Unjoni tinkludi sustanza identifikata bħala “faħam, attivat” (FCM Nru 713, Nru CAS 64365-11-3). Sustanza oħra tintuża wkoll fis-suq, u din hija identifikata bħala “karbonju attivat” (Nru CAS 7440-44-0). Fil-prattika, iż-żewġ sustanzi huma l-istess, u l-ismijiet tagħhom huma sinonimi u jintużaw b'mod alternanti. Għalhekk, għandu jiġi ċċarat li s-sustanza FCM Nru 713 tkopri s-sustanza taħt l-isem “faħam, attivat”, u li din tapplika għaż-żewġ numri CAS. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tas-sustanza FCM Nru 713 għandha tiġi emendata billi jiġi miżjud in-Nru CAS għall-karbonju attivat.

(9)

Fuq il-bażi ta' dejta tossikoloġika ġdida, l-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (8) li tippermetti li l-limitu ta' migrazzjoni għall-addittiv 1,3,5-tris (2,2- dimetilpropanammido)benżen (FCM Nru 784) jiġi miżjud għal 5 mg/kg ta' ikel. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tas-sustanza FCM Nru 784 għandha tiġi emendata skont dan.

(10)

Ir-restrizzjoni li hija definita għal eteri tal-polietilenglikol (EO = 1-50) ta' alkoħols primarji lineari u branched (C8-C22) (FCM Nru 799) tirreferi għall-kriterji tal-purità għall-ossidu tal-etilen stipulati fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE (9). Dik id-Direttiva ġiet irrevokata bir- Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (10) li jispeċifika l-kriterji tal-purità għal ċerti addittivi tal-ikel billi jiffissal-kontenut massimu ta' ossidu tal-etilen għal dawk l-addittivi. Dak il-livell massimu għandu japplika wkoll għal sustanzi bl-FCM Nru 799.

(11)

Il-grupp ta' sustanzi “aċidi, grassi (C8-C22), esters b'pentaerythritol” (FCM Nru 880) huwa elenkat fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 bin-Nru CAS 85116-93-4. Dan in-numru CAS jirreferi biss għal sottogrupp tal-FCM Nru 880, u għalhekk mhuwiex xieraq. Ma ġie ddefinit l-ebda numru CAS għall-grupp bl-FCM Nru 880. Għalhekk, l-entrata għas-sustanza FCM Nru 880 fit-Tabella 1 tal-Anness I għandha tiġi emendata billi jitħassar in-numru CAS.

(12)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (11) dwar l-estensjoni possibbli tal-użu tas-sustanza 2,2,4,4-tetrametilċiklobutan-1,3-diol (FCM Nru 881) għal applikazzjonijiet ta' użu uniku. L-opinjoni kkonkludiet li għall-applikazzjonijiet ta' użu uniku, is-sustanza ma tqajjem l-ebda tħassib għas-sikurezza jekk tintuża bħala komonomeru fil-produzzjoni ta' poliesteri f'livelli ta' użu ta' sa 35 mol % tal-komponent ta' diol, f'kuntatt mat-tipi kollha ta' ikel għajr xorb spirituż u ikel li fih ħafna grass li jiġu simulati b'simulant tal-ikel D2 (żejt veġetali) għal ħażna fit-tul f'temperatura tal-kamra jew inqas u permezz tal-proċess “hot fill”. Fl-evalwazzjoni tagħha, l-Awtorità kkunsidrat biss testijiet tal-migrazzjoni b'10 % etanol u bi 3 % aċidu aċetiku bħala bażi għal evalwazzjoni sħiħa. Għalhekk, l-estensjoni tal-użu ma għandhiex tinkludi ikel b'kontenut ta' alkoħol ta' iktar minn 10 %. Għalhekk, jekk l-użu permess ta' din is-sustanza jiġi estiż skont dan u jinkludi l-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda, l-użu ta' din is-sustanza ma jkunx ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni tal-FCM Nru 881 għandu jiġi emendat skont dan.

(13)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika (12) dwar l-użu ta' tliet sustanzi ġodda f'nanoforma, (butadien, etil akrilat, metil metakrilat, stiren) kopolimeru retikolat mad-divinilbenżen (FCM Nru 859), (butadien, etil akrilat, metil metakrilat, stiren) kopolimeru mhux retikolat (FCM Nru 998) u (butadien, etil akrilat, metil metakrilat, stiren) kopolimeru retikolat ma' 1,3-butandiol dimetakrilat (FCM Nru 1043). L-Awtorità ma għandha l-ebda tħassib relatat mas-sikurezza f'każ li dawn is-sustanzi jintużaw f'perċentwali ta' piż massimu kkombinat ta' 10 % w/w (skont il-piż) f'klorat tal-polivinil mhux plastiċizzat mhux f'kuntatt mat-tipi kollha tal-ikel f'temperatura ambjentali jew inqas, inkluż il-ħażna fit-tul, u meta jintużaw individwalment jew f'taħlita bħala addittivi, u meta d-dijametru tal-partikoli jkun akbar minn 20 nm, u għal mill-inqas 95 % tan-numru d-dijametru jkun akbar minn 40 nm. Għalhekk, l-użu ta' dawn is-sustanzi mhuwiex ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem meta dawn jintużaw f'konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet, u dawn is-sustanzi għandhom jiddaħħlu skont dan fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011.

(14)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (13) dwar l-użu ta' aġent ġdid li jgħin il-produzzjoni tal-polimeri 2H-perfluworo-[(5,8,11,14-tetrametil)-tetraetilenglikol propil etere etiliku] (FCM Nru 903). Din is-sustanza għandha tintuża biss bħala aġent li jgħin il-produzzjoni ta' polimerizzazzjoni fil-proċess tal-polimerizzazzjoni ta' fluworopolimeri. Matul dak il-proċess, għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet tas-sinterizzazzjoni jew tal-ipproċessar stabbiliti fl-opinjoni. L-użu ta' din is-sustanza mhuwiex ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem meta tintuża f'konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet, u din is-sustanza għandha tiddaħħal fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011.

(15)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (14) dwar l-użu tal-addittiv ġdid xama' tal-kopolimeru tal-etilen u tal-aċetat tal-vinil (FCM Nru 969), sakemm is-sustanza tintuża bħala addittiv sa 2 % w/w (skont il-piż) f'materjali u oġġetti tal-poliolefin biss u sakemm il-migrazzjoni ta' frazzjoni oligomerika ta' piż molekulari baxx taħt l-1 000 Da ma taqbiżx il-5 mg/kg ta' ikel. L-użu ta' din is-sustanza mhuwiex ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem meta din tintuża f'konformità ma' dawk l-ispeċifikazzjonijiet, u din is-sustanza għandha tiddaħħal fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011.

(16)

L-Awtorità adottat opinjoni xjentifika favorevoli (15) dwar l-użu tal-addittiv ġdid poligliċerol (FCM Nru 1017). L-opinjoni kkonkludiet li s-sustanza ma tqajjimx tħassib dwar is-sikurezza jekk din tintuża bħala plastiċizzant f'livell massimu ta' użu ta' 6,5 % w/w (skont il-piż) f'taħlitiet ta' polimeri ta' poliesteri alifatiċi-aromatiċi. Billi l-opinjoni tiddikjara li s-sustanza hija prodott tal-idroliżi li jseħħ b'mod naturali ta' addittiv awtorizzat tal-ikel (E 475) b'livelli ta' użu awtorizzat sa 10 g/kg ta' ikel, jista' jiġi konkluż illi s-sustanza ma toħloq l-ebda tħassib dwar is-sikurezza meta l-migrazzjoni hija ogħla mil-limitu ġeneriku ta' migrazzjoni speċifika msemmi fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 10/2011. L-Awtorità waslet għall-konklużjoni wkoll fuq il-bażi li s-sustanza ma tkunx suġġetta għad-dekompożizzjoni waqt l-ipproċessar tagħha f'materjal tal-plastik. Għalhekk l-użu tas-sustanza ma jkunx ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem jekk il-limitu ġeneriku ta' migrazzjoni speċifika jiġi rispettat u jekk tiġi evitata d-dekompożizzjoni tas-sustanza waqt l-ipproċessar. Għalhekk dan l-addittiv għandu jiġi miżjud fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, bi speċifikazzjoni addizzjonali rigward il-prevenzjoni tad-dekompożizzjoni tiegħu waqt l-ipproċessar.

(17)

It-taħlita “polyethyleneglycol (EO = 2-6) monoalkyl (C16-C18) ether” (FCM Nru 725) hija sottogrupp tat-taħlita “polyethyleneglycol (EO = 1-50) ethers ta' alkoħols primarju lineari u branched (C8-C22)” (FCM Nru 799.) Il-Limitu ta' Migrazzjoni Speċifika (SML) u restrizzjonijiet oħrajn għall-FCM Nru 799 huma bbażati fuq evalwazzjoni xjentifika aktar reċenti (16). L-entrata għall-FCM Nru 725 hija koperta bl-entrata għall-FCM Nru 799, u għalhekk għandha titneħħa mit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011.

(18)

Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv fuq l-operaturi tan-negozju, il-materjali u l-oġġetti tal-plastik li jkunu tqiegħdu b'mod legali fis-suq abbażi tar-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 10/2011 qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu jistgħu jitqegħdu fis-suq sas-26 ta' Frar 2016. Dawn għandhom ikunu jistgħu jibqgħu fis-suq sa ma jispiċċaw l-istokkijiet tagħhom.

(19)

Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għandu għalhekk jigi emendat skont dan.

(20)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Materjali u oġġetti tal-plastik li huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 kif applikabbli qabel is-26 ta' Frar 2015 jistgħu jitqiegħdu fis-suq sas-26 ta' Frar 2016. Dawk il-materjali u l-oġġetti tal-plastik jistgħu jibqgħu fis-suq wara dik id-data sa ma jispiċċaw l-istokkijiet tagħhom.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta' Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f'kuntatt mal-ikel (ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1).

(3)  Ir-Rapport tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, il-25 serje, EUR 13416, 1991.

(4)  EFSA Journal 2013; 11(4):3189.

(5)  Opinjoni tal-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel dwar il-11-il lista addizzjonali ta' monomeri u addittivi għall-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ikel, SCF/CS/PM/GEN/M8313, Novembru 2000.

(6)  EFSA Journal 2013; 11(6):3244.

(7)  EFSA Journal 2014; 12(4):3637.

(8)  EFSA Journal 2013; 11(7):3306.

(9)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/84/KE tas-27 ta' Awwissu 2008 li tispeċifika l-kriterji tal-purità rigward l-addittivi tal-ikel apparti mill-kuluri u s-sustanzi li jagħtu l-ħlewwa (ĠU L 253, 20.9.2008, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1)

(11)  EFSA Journal 2013; 11(10):3388.

(12)  EFSA Journal 2014; 12(4):3635.

(13)  EFSA Journal 2012; 10(12):2978.

(14)  EFSA Journal 2014; 12(2):3555.

(15)  EFSA Journal 2013; 11(10):3389.

(16)  L-FCM Nru 725 ġie evalwat mill-Kumitat Xjentifiku dwar l-Ikel, http://europa.eu.int/comm/food/fs/sc/scf/out20_en.pdf. L-FCM Nru 799 ġie evalwat mill-EFSA, EFSA Journal (2008) 698-699.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-Tabella 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw is-sustanzi bin-numri FCM 161, 241, 344, 364, 410, 713, 784, 799, 880 u 881 jinbidlu b'dan li ġej:

“161

92160

000087-69-4

Aċidu tartariku L-(+)-

iva

le

le

 

 

 

 

241

22960

0000108-95-2

fenol

le

iva

le

3

 

 

 

344

13810

0000505-65-7

1,4-butandiolformal

le

iva

le

0,05

15

30

 

(21)

21821

364

15404

0000652-67-5

1,4:3,6-dianidrosorbitol

le

iva

le

5

 

Użu biss bħala:

(a)

komonomeru f'poli(etilen-ko-isosorbid tereftalat);

(b)

komonomeru f'livelli ta' mhux aktar minn 40 mole % ta' komponent ta' diol ikkombinat ma' etilen glikol u/jew 1,4-bis(idrossimetil)ċikloeżan, għall-produzzjoni ta' poliesteri.

Poliesteri magħmula bl-użu ta' dianidrosorbitol flimkien ma' 1,4-bis(idrossimetil)ċikloeżan ma għandhomx jintużaw f'kuntatt ma' ikel li fih aktar minn 15 % alkoħol.

 

410

62720

0001332-58-7

kaolin

iva

le

le

 

 

Il-partikuli jistgħu jkunu irqaq minn 100 nm biss jekk ikunu inkorporati fi kwantità ta' anqas minn 12 % w/w f'kopolimeri ta' etilen-vinil-alkoħol (EVOH) bħala kisja ta' ġewwa ta' struttura b'diversi saffi, fejn is-saff li jiġi f'kuntatt dirett mal-ikel jipprovdi ostakolu funzjonali li jippreveni l-migrazzjoni ta' partikuli fl-ikel.

 

713

43480

0064365-11-3

faħam, attivat

iva

le

le

 

 

Għall-użu biss f'PET f'mhux aktar minn 10 mg/kg ta' polimeru.

L-istess rekwiżiti ta' purità bħal dawk għall-Karbonju Veġetali (E 153) stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 231/2012 (*) bl-eċċezzjoni tal-kontenut ta' rmied li jista' jkun sa 10 % (w/w).

 

0007440-44-0

784

95420

0745070-61-5

1,3,5-tris (2,2-di-metilpropanammid) benżen

iva

le

le

5

 

 

 

799

77708

 

polietilenglikol (EO = 1-50) eteri ta' alkoħols primarji (C8-C22) lineari u ramifikati

iva

le

le

1,8

 

Konformi mal-livelli massimi tal-kontenut ta' etilen ossidu kif stabbilit fil-kriterji tal-purità għall-additivi tal-ikel fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012.

 

880

31348

 

aċidi, (C8-C22) grassi, esteri b'pentaeritritol

iva

le

le

 

 

 

 

881

25187

0003010-96-6

2,2,4,4-tetrametilċiklobutan-1,3-diol

le

iva

le

5

 

Biss għal:

(a)

oġġetti ta' użu ripetut għal ħżin fit-tul f'temperatura ambjentali jew iktar baxxa u hotfill;

(b)

materjali u oġġetti b'użu ta' darba bħala komonomeru f'livell massimu ta' użu ta' 35 mole% tal-komponent ta' diol ta' poliesteri, u jekk dawn il-materjali u l-oġġetti huma għal ħżin fit-tul f'temperatura ambjentali jew iktar baxxa ta' tipi ta' ikel li għandhom kontenut ta' alkoħol sa 10 % u li għalihom it-Tabella 2 tal-Anness III ma tassenjax is-simulant D2. Il-kundizzjonijiet għall-hotfill huma permessi għal materjali u oġġetti b'użu ta' darba bħal dawn.

 

(b)

l-annotazzjonijiet li ġejjin jiddaħħlu f'ordni numerika tan-numri FCM tas-sustanzi:

“859

 

 

(butadien, etil akrilat, metil metakrilat, stiren) kopolimeru retikolat ma' divinilbenżen, f'nanoforma

iva

le

le

 

 

Għandu jintuża biss bħala partikuli f'PVC mhux plastiċizzat sa 10 % w/w f'kuntatt mat-tipi kollha tal-ikel f'temperatura ambjentali jew iktar baxxa, inkluż il-ħżin fit-tul.

Meta jintuża flimkien mas-sustanza bin-Nru FCM 998 u/jew is-sustanza bin-Nru FCM 1043, ir-restrizzjoni ta' 10 % w/w tapplika għas-somma ta' dawk is-sustanzi.

Id-dijametru ta' partikuli għandu jkun > 20 nm, u għal tal-anqas 95 % skont in-numru għandu jkun > 40 nm.

 

903

 

37486-69-4

2H-perfluworo-[(5,8,11,14-tetrametil)-tetraetilenglikol etil propil etere]

iva

le

le

 

 

Għandu jintuża' biss bħala għajnuna għall-produzzjoni ta' polimeri fil-polimerizzazzjoni tal-fluworopolimeri maħsuba għal:

(a)

materjali u oġġetti b'użu ta' darba u b'użu ripetut meta sinterizzati jew ipproċessati (mhux sinterizzati) f'temperaturi ta' 360 °C jew aktar għal mill-anqas 10 minuti jew inkella f'temperatura ogħla għal ħinijiet ekwivalenti iqsar;

(b)

materjali u oġġetti b'użu ripetut meta pproċessati (mhux sinterizzati) f'temperaturi bejn 300 °C u 360 °C għal mill-anqas 10 minuti.

 

969

 

24937-78-8

xama' tal-kopolimeru tal-etilen u tal-aċetat tal-vinil

iva

le

le

 

 

Għandu jintuża biss bħala addittiv polimeriku sa 2 % w/w f'poljolefini.

Il-migrazzjoni ta' frazzjoni oligomerika ta' piż molekulari baxx taħt l-1 000 Da ma għandhiex taqbeż il-5 mg/kg ta' ikel.

 

998

 

 

(butadien, etil akrilat, metil metakrilat, stiren) kopolimeru mhux retikolat, f'nanoforma

iva

le

le

 

 

Għandu jintuża biss bħala partikuli f'PVC mhux plastiċizzat sa 10 % w/w f'kuntatt mat-tipi kollha tal-ikel f'temperatura ambjentali jew iktar baxxa, inkluż il-ħżin fit-tul.

Meta jintuża flimkien mas-sustanza bin-Nru FCM 859 u/jew is-sustanza bin-Nru FCM 1043, ir-restrizzjoni ta' 10 % w/w tapplika għas-somma ta' dawk is-sustanzi.

Id-dijametru ta' partikuli għandu jkun > 20 nm, u għal tal-anqas 95 % skont in-numru għandu jkun > 40 nm.

 

1017

 

25618-55-7

poligliċerol

iva

le

le

 

 

Għandu jiġi pproċessat f'kundizzjonijiet li jipprevenu d-dekompożizzjoni tas-sustanza u sa temperatura massima ta' 275 °C.

 

1043

 

 

(butadien, etil akrilat, metil metakrilat, stiren) kopolimeru retikolat ma' 1,3-butandiol dimetakrilat, f'nanoforma

iva

le

le

 

 

Għandu jintuża biss bħala partikuli f'PVC mhux plastiċizzat sa 10 % w/w f'kuntatt mat-tipi kollha tal-ikel f'temperatura ambjentali jew iktar baxxa, inkluż il-ħżin fit-tul.

Meta jintuża flimkien mas-sustanza bin-Nru FCM 859 u/jew is-sustanza bin-Nru FCM 998, ir-restrizzjoni ta' 10 % w/w tapplika għas-somma ta' dawk is-sustanzi.

Id-dijametru ta' partikuli għandu jkun > 20 nm, u għal tal-anqas 95 % skont in-numru għandu jkun > 40 nm.”

 

(c)

L-annotazzjoni dwar is-sustanza Nru FCM 725 titħassar.

(2)

Fit-Tabella 2, l-annotazzjonijiet li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet Nru 15 u 30 jinbidlu b'dan li ġej:

“15

98

196

344

15

espress bħala formaldeid

30

254

344

672

5

espress bħala 1,4-butandiol”

(3)

Fit-Tabella 3, tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

“(21)

F'każ ta' reazzjoni għall-ikel jew għas-simulanti, il-verifika tal-konformità għandha tinkludi verifika li l-limiti tal-migrazzjoni tal-prodotti tal-idroliżi, formaldeid u 1,4-butandiol, ma jinqabżux.”


(*)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).”


6.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/175

tal-5 ta' Frar 2015

li jistabbilixxi kundizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni għall-gomma tal-gwar li toriġina mill-Indja jew li tintbagħat minn hemm, minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni mill-pentaklorofenol u mid-dijossini

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 53(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel u l-għalf importati minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent, meta r-riskju ma jistax jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jittieħdu mill-Istati Membri individwali.

(2)

F'Lulju tal-2007, instabu livelli għolja ta' pentaklorofenol (PCP) u ta' diossini fl-UE f'xi lottijiet ta' gomma tal-gwar li oriġinaw mill-Indja jew li ntbagħtu minn hemm. Kontaminazzjoni ta' dan it-tip tikkostitwixxi theddida lis-saħħa pubblika fl-Unjoni Ewropea jekk ma jittieħdux passi biex tiġi evitata l-preżenza tal-pentaklorofenol (PCP) u tad-diossini fil-gomma tal-gwar.

(3)

Għaldaqstant ġew stabbiliti kundizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni tal-gomma tal-gwar li toriġina mill-Indja jew li tintbagħat minn hemm, bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/352/KE (2), li wara ġiet issuperata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2010 (3), minħabba r-riskju ta' kontaminazzjoni mill-pentaklorofenol u mid-dijossini.

(4)

B'segwitu tal-verifiki tal-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju tal-Kummissjoni Ewropea (FVO) li saru fl-2007 u fl-2009, saret verifika oħra f'Ottubru tal-2011 biex ġew evalwati s-sistemi fis-seħħ għall-kontroll tal-kontaminazzjoni bil-PCP u bid-diossini fil-gomma tal-gwar li toriġina mill-Indja jew li tintbagħat minn hemm u li tkun maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(5)

Waqt l-awditu ta' Ottubru tal-2011, l-FVO osserva li l-awtorità kompetenti Indjana stabbilixxiet proċedura biex tiżgura li jsir kampjunar minn wieħed miż-żewġ entitajiet tal-kampjunar maħturin, b'konformità mad-dispożizzjonijiet dwar il-kampjunar tal-Unjoni previsti fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (4) u li l-lottijiet kollha esportati għandu jkollhom magħhom ċertifikat u rapport analitiku ta' laboratorju akkreditat bi qbil mal-EN ISO/IEC 17025 għall-analiżi ta' PCP fl-ikel u fl-għalf. L-FVO nnota li bis-saħħa ta' din il-proċedura ma jiġux esportati lejn l-Unjoni lottijiet ikkontaminati.

(6)

Il-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni għad-diossini u l-PCBs fl-Għalf u fl-Ikel wettaq studju dwar ir-rabta bejn il-PCP u d-diossini fil-gomma tal-gwar mill-Indja, li tkun ikkontaminata. Minn dan l-istudju wieħed jista' jikkonkludi li l-gomma tal-gwar li jkun fiha livell ta' PCP taħt il-Limitu Massimu tar-Residwi (MRL) ta' 0,01 mg/kg ma jkunx fiha livelli inaċċettabbli ta' diossini. Għaldaqstant, meta jkun hemm konformità mal-MRL tal-PCP din tiżgura li anki f'dan il-każ speċifiku jkun hemm livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fejn jikkonċerna d-diossini.

(7)

Il-laboratorju għadu jsib livelli għoljin ta' PCP fit-trab tal-gomma tal-gwam li jkun maħsub għall-esportazzjoni biex jintuża fl-ikel. Billi l-istat legali tal-PCP maħsub għall-użu industrijali għadu mhuwiex ċar fl-Indja, u billi ma hemmx provi dwar x'inhu s-sors tal-kontaminazzjoni, u mhumiex isiru investigazzjonijiet tal-lottijiet li mhumiex konformi, tibqa' l-possibbiltà li jkun hemm lottijiet ikkontaminati.

(8)

Dawk is-sejbiet jindikaw li l-kontaminazzjoni tal-guar gum bil-PCP ma jistgħux jitqiesu bħala inċident iżolat u li kienet biss l-analiżi fil-laboratorju privat approvat li żgurat li l-prodott ikkontaminat ma jibqax jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea.

(9)

Billi s-sors tal-kontaminazzjoni għadu ma ġiex eliminat, jixraq li jinżammu kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjoni. Iżda jixraq li l-miżuri ta' kontroll fuq l-importazzjoni jridu jiġu konformi mal-miżuri ta' kontroll fuq l-importazzjoni li huma applikabbli għal ċertu ikel u għalf li mhuwiex ta' oriġini mill-annimali. Minħabba li din il-konformità tkun teħtieġ ħafna bidliet, jixraq li jitħassar ir-Regolament (UE) Nru 258/2010 u jiġi sostitwit minn Regolament ta' Implimentazzjoni ġdid.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Kamp ta' Applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-konsenji ta' gomma tal-gwar li qegħdin fil-kodiċi tan-NM ex 1302 32 90, fis-sottotaqsimiet 10 u 19 tat-TARIC, li joriġinaw jew jintbagħtu mill-Indja u li huma maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal konsenji tal-ikel kompost u għall-ikel li fih il-gomma tal-gwar imsemmija fil-paragrafu 1, fi kwantità ta' aktar minn 20 %.

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-konsenji tal-ikel imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 li jintbagħtu lil persuna privata għall-konsum u l-użu personali biss. F'każ ta' dubju dwar id-destinazzjoni tal-konsenja, il-piż tal-prova huwa fuq min jirċievi l-konsenja.

4.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (5).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 882/2004 (6) u fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (7).

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, konsenja tikkorrispondi għal lott kif imsemmi fid-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE.

Artikolu 3

L-importazzjoni fl-Unjoni

1.   Il-konsenji msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

2.   Il-konsenji msemmijin fl-Artikolu 1(1) u (2) jistgħu jiddaħħlu fl-Unjoni biss minn Punt tad-Dħul Magħżul (PDM) kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Artikolu 4

Rapport analitiku

1.   Il-konsenji msemmijin fl-Artikolu 1(1) u (2) għandhom ikunu akkumpanjati minn rapport analitiku maħruġ mil-laboratorju approvat skont l-EN ISO/IEC 17025 għall-analiżi tal-PCP fl-ikel u fl-għalf, li jkun jiċċertifika li l-prodott importat ma fihx aktar minn 0,01 mg/kg ta' pentaklorofenol (PCP).

2.   Ir-rapport analitiku għandu juri:

(a)

ir-riżultati tat-teħid ta' kampjuni u tal-analiżi għall-preżenza tal-PCP, li jkunu twettqu mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-pajjiż minn fejn ġejja l-konsenja jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini;

(b)

l-inċertezza tal-kejl tar-riżultat analitiku;

(c)

il-limitu tad-detezzjoni (LOD) tal-metodu analitiku, u

(d)

il-limitu tal-kwantifikazzjoni (LOQ) tal-metodu analitiku.

3.   It-teħid tal-kampjuni msemmi fil-paragrafu 2 irid isir skont id-Direttiva 2002/63/KE.

4.   L-estrazzjoni ta' qabel l-analiżi għandha ssir permezz ta' solvent aċidifikat. L-analiżi għandha ssir skont verżjoni tal-metodu tal-QuEChERS immodifikata, kif imniżżel fil-websajt tal-Laboratorji ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea għar-Residwi tal-Pestiċidi (8) jew skont metodu daqstant ieħor ta' min wieħed joqgħod fuqu.

Artikolu 5

Ċertifikat tas-saħħa

1.   Il-konsenji msemmijin fl-Artikolu 1(1) u (2) għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa li jaqbel mal-mudell stabbilit fl-Anness.

2.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jimtela, u jiġi ffirmat u vverifikat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż tal-oriġini, mill-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Indja, jew tal-pajjiż minn fejn tkun ġejja l-konsenja jekk dak il-pajjiż ikun differenti mill-pajjiż tal-oriġini.

3.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-punt tad-dħul magħżul. Madankollu, Stat Membru jista' jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.

4.   Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun validu għal erba' xhur mid-data tal-ħruġ.

Artikolu 6

Identifikazzjoni

Kull konsenja msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) għandu jkollha kodiċi tal-identifikazzjoni. Dan il-kodiċi għandu jkun identiku bħall-kodiċi ta' identifikazzjoni li jidher fir-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 4 u fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5.

Kull borża jew pakkett individwali tal-konsenja għandhom ikunu identifikati b'dan il-kodiċi.

Artikolu 7

Notifika bil-quddiem tal-wasla tal-konsenji

1.   Dawk li jħaddmu negozju tal-ikel jew tal-għalf għandhom jinnotifikaw minn qabel lill-awtoritajiet kompetenti tal-PDM dwar:

(a)

id-data u l-ħin stmati għall-wasla reali tal-konsenja, u

(b)

it-tip ta' konsenja li tkun.

2.   Biex jibagħtu n-notifika minn qabel, l-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel iridu jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (CED) stipulat fir-Regolament (KE) Nru 669/2009. Dawn iridu jibagħtu d-dokument lill-awtorità kompetenti fil-Punt tad-Dħul Magħżul mill-inqas jum wieħed tax-xogħol qabel ma tasal il-konsenja.

3.   Biex jimlew id-DKD, l-operaturi tan-negozji tal-ikel u tal-għalf għandhom jirreferu għan-noti ta' gwida stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.

Artikolu 8

Kontrolli uffiċjali

1.   L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tagħmel il-verifiki fuq id-dokumenti ta' kull konsenja imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) biex taċċerta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.

2.   Il-verifiki fiżiċi u tal-identità fuq il-konsenji imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u (2) ta' dan ir-Regolament għandhom jitwettqu b'konformità mal-Artikoli 8, 9, u 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 bil-frekwenza ta' 5 %.

3.   Wara li jitlestew l-ispezzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jimlew l-annotazzjonijiet rilevanti tal-Parti II tad-DKD;

(b)

jhemżu r-riżultati tal-ispezzjonijiet li jkunu saru skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(c)

jipprovdu u jimlew in-numru ta' referenza tad-DKD fuq id-DKD;

(d)

jittimbraw u jiffirmaw id-DKD oriġinali;

(e)

jagħmlu u jżommu kopja tad-DKD iffirmata u ttimbrata.

4.   L-oriġinali tad-DKD, taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5, u tar-rapport analitiku msemmi fl-Artikolu 4 għandhom jakkumpanjaw il-konsenja matul it-trasportazzjoni, sa ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Jekk ikun hemm awtorizzazzjoni tat-trasportazzjoni ta' konsenja li r-riżultati tal-ispezzjoni fiżika tagħha ma jkunux għadhom ħarġu, kif stipulat fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, il-konsenja trid tkun akkumpanjata minn kopja awtentikata tad-DKD minflok l-oriġinal.

Artikolu 9

Il-qsim ta' konsenja

1.   Il-konsenji ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew l-ispezzjonijiet uffiċjali kollha, u jkun imtela kompletament id-DKD mill-awtoritajiet kompetenti kif stipulat fl-Artikolu 8.

2.   Fil-każ li wara dan, il-konsenja tinqasam, trid tintbagħat kopja awtentikata tad-DKD ma' kull parti tal-konsenja tul it-trasportazzjoni sakemm dawn jiġu rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera.

Artikolu 10

Rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera

1.   Ladarba jkunu saru l-ispezzjonijiet uffiċjali kollha, ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tal-konsenji għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni lill-awtoritajiet tad-dwana ta' DKD mimli mill-awtorità kompetenti, mill-operaturi tan-negozji tal-ikel u tal-għalf. Id-DKD jista' jingħata f'għamla fiżika jew elettronika.

2.   L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tkun uriet li taqbel ma' dan b'entrata fil-kaxxa II.14, u b'firma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.

Artikolu 11

Nuqqas ta' konformità

Jekk l-ispezzjonijiet uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tittieħed azzjoni skont l-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

Artikolu 12

Rapporti

1.   Kull tliet xhur, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni b'taqsira tar-riżultati analitiċi kollha tal-ispezzjonijiet uffiċjali fuq il-konsenji tal-għalf u tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1(1) u (2) ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat matul ix-xahar li jaħbat wara kull taqsima ta' tliet xhur fis-sena.

2.   Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-għadd ta' konsenji importati;

(b)

l-għadd ta' konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi;

(c)

ir-riżultati tal-ispezzjonijiet kif stipulat fl-Artikolu 8(2).

Artikolu 13

Spejjeż

L-ispejjeż kollha tal-ispezzjonijiet uffiċjali, u ta' kull miżura li tittieħed wara r-riżultat ta' nuqqas ta' konformità, għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozji tal-għalf u tal-ikel.

Artikolu 14

Revoka

Ir-Regolament (UE) Nru 258/2010 huwa mħassar.

Artikolu 15

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Permezz ta' deroga mill-Artikolu 5(1), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni tal-konsenji msemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) li ntbagħtu mill-pajjiż ta' oriġini qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament b'ċertifikat tas-saħħa mehmuż magħhom kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 258/2010.

Artikolu 16

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/352/KE tad-29 ta' April 2008 li timponi kundizzjonijiet speċjali li jirregolaw il-guar gum li joriġina jew li jasal mill-Indja minħabba r-riskji ta' kontaminazzjoni ta' dawk il-prodotti mill-pentachlorophenol u mid-diossini (ĠU L 117, 1.5.2008, p. 42).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 258/2010 tal-25 ta' Marzu 2010 li timponi kundizzjonijiet speċjali fuq l-importazzjonijiet tal-guar gum li joriġina jew li jasal mill-Indja minħabba r-riskji ta' kontaminazzjoni mill-pentachlorophenol u mid-diossini u li jneħħi d-Deċiżjoni 2008/352/KE (ĠU L 80, 26.3.2010, p. 28).

(4)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-kontrolli uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjonijiet ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).

(8)  http://www.eurl-pesticides.eu/library/docs/srm/QuechersForGuarGum.pdf


ANNESS

Ċertifikat tas-Saħħa għall-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta'

 (1)

Kodiċi tal-Konsenja Numru taċ-Ċertifikat

Skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/175 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċjali applikabbli għall-importazzjoni tal-gomma tal-gwar li toriġina fl-Indja jew li tkun intbagħtet minn hemm, minħabba r-riskji ta' kontaminazzjoni mill-pentaklorofenol u mid-dijossini, l-

(l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/175)

TIĊĊERTIFIKA li

(daħħal l-għalf u l-ikel imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/175)

ta' din il-konsenja magħmula minn:

(deskrizzjoni tal-konsenja, tal-prodott, tal-għadd u t-tip tal-pakketti, tal-piż gross jew nett)

imbarkata fi (il-post tal-imbarkazzjoni)

minn (identifikazzjoni tat-trasportatur)

lejn (il-post u l-pajjiż ta' destinazzjoni)

li ġejja mill-istabbiliment

(l-isem u l-indirizz tal-istabbiliment)

ġiet prodotta, magħżula, ittrattata, ipproċessata, ippakkjata u ttrasportata b'konformità ma' prattiki tajbin tal-iġjene.

Il-kampjuni ttieħdu minn din il-konsenja skont id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE nhar il- (data), soġġetti għall-analiżi tal-laboratorju nhar il-

(data) fil-laboratorju

(isem il-laboratorju). Id-dettalji tat-teħid tal-kampjuni, tal-metodi użati għall-analiżi u tar-riżultati kollha huma mehmużin.

Dan iċ-ċertifikat jibqa' validu sa

Magħmul fi nhar il-

Timbru u firma tar-rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 5(2)


(1)  Prodott u pajjiż tal-oriġini.


6.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/16


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/176

tal-5 ta' Frar 2015

li japprova emenda mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni rreġistrata fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti (Prekmurska gibanica (STG))

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

Billi:

(1)

F'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni tas-Slovenja għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Prekmurska gibanica”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2010 (2).

(2)

Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), kif stipulat fl-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament imsemmi.

(3)

Billi l-Kummissjoni ma ġiet mgħarrfa bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li tikkonċerna d-denominazzjoni “Prekmurska gibanica” (STG) hija b'dan approvata.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 172/2010 tal-1 ta' Marzu 2010 li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tal-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti [Prekmurska gibanica (STG)] (ĠU L 51, 2.3.2010, p. 11).

(3)  ĠU C 297, 4.9.2014, p. 15.


6.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/177

tal-5 ta' Frar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

344,2

IL

99,6

MA

83,5

SN

316,2

TR

120,0

ZZ

192,7

0707 00 05

TR

185,3

ZZ

185,3

0709 91 00

EG

60,6

ZZ

60,6

0709 93 10

MA

232,3

TR

245,7

ZZ

239,0

0805 10 20

EG

48,5

IL

75,2

MA

59,5

TN

53,4

TR

67,7

ZZ

60,9

0805 20 10

IL

144,7

MA

91,9

ZZ

118,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

56,6

EG

74,4

IL

122,4

JM

115,2

MA

133,9

TR

82,6

ZZ

97,5

0805 50 10

TR

58,9

ZZ

58,9

0808 10 80

BR

65,8

CL

90,1

US

193,9

ZZ

116,6

0808 30 90

CL

307,7

CN

93,4

US

130,9

ZA

100,9

ZZ

158,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

6.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/20


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/178

tas-27 ta' Jannar 2015

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fis-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju, is-Sottokumitat Doganali u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbiliti permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra, fir-rigward tal-adozzjoni tad-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju, is-Sottokumitat Doganali u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi rigward ir-Regoli ta' Proċedura tagħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 464 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”) jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja ta' parti mill-Ftehim.

(2)

L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE (2) jispeċifika liema partijiet tal-Ftehim għandhom jiġu applikati b'mod provviżorju, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment u l-funzjonament tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SPS”), is-Sottokumitat Doganali, u s-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”).

(3)

Skont l-Artikolu 191(5) tal-Ftehim, is-Sottokumitat SPS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess fl-ewwel laqgħa tiegħu.

(4)

Skont l-Artikolu 200(3)(e) tal-Ftehim, is-Sottokumitat Doganali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(5)

Skont l-Artikolu 306(3) tal-Ftehim,is-Sottokumitat IĠ għandu jiddetermina r-regoli ta' proċedura tiegħu stess.

(6)

Huwa għalhekk xieraq li tiġi determinata l-pożizzjoni tal-Unjoni fir-rigward tar-regoli ta' proċedura li għandhom jiġu adottati minn dawk is-sottokumitati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju stabbilit permezz tal-Artikolu 191 tal-Ftehim fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SPS għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dak is-sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi minuri għall-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat SPS mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 2

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat SPS stabbilit permezz tal-Artikolu 200 tal-Ftehim fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SPS għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dak is-sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat Doganali mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 3

1.   Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fis-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi stabbilit permezz tal-Artikolu 306 tal-Ftehim fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni ta' dak is-sottokumitat mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

2.   Korrezzjonijiet tekniċi minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fis-Sottokumitat IĠ mingħajr deċiżjoni ulterjuri tal-Kunsill.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. REIRS


(1)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/492/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (ĠU L 260, 30.8.2014, p. 1).


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

ta' … 2015

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT SANITARJU U FITOSANITARJU TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 191 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 191(2) tal-Ftehim, is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SPS”) għandu jikkunsidra kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-implimentazzjoni tal-Kapitolu 4 (Miżuri Sanitarji u Fitosanitarji) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 191(5) tal-Ftehim, is-Sottokumitat SPS għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat SPS, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, ….

Għas-Sottokumitat SPS

Il-President


(1)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Is-Sottokumitat Sanitarju u Fitosanitarju (“is-Sottokumitat SPS”), stabbilit skont l-Artikolu 191(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) għandu jassisti l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat SPS iwettaq il-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 191(2) tal-Ftehim fid-dawl tal-objettivi tal-Kapitolu 4 tat-Titolu V stabbilit fl-Artikolu 176 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat ikun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, responsabbli għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji.

4.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkun responsabbli għal kwistjonijiet sanitarji u fitosanitarji jaġixxi bħala President tas-Sottokumitat SPS skont l-Artikolu 2.

5.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet jeżerċitaw il-presidenza tas-Sottokumitat SPS, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn il-Partijiet jaqblu mod ieħor, is-Sottokumitat SPS jiltaqa' fi żmien tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet wara dan, jew mill-inqas darba fis-sena.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS titlaqqa' mill-President tiegħu f'post u f'data li l-Partijiet jaqblu dwarhom. L-avviż li jsejjah il-laqgħa jinħareġ mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat SPS tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta ' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul bħalma huma l-konferenzi bil-vidjo jew awdjo.

5.   Is-Sottokumitat SPS jista' wkoll jindirizza kwalunkwe kwistjoni mingħajr ma jiltaqa', permezz ta' korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS, bil-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjoni ta' kull Parti li tkun ser tattendi l-laqgħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat SPS u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat SPS.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat SPS tingħata lill-President tas-Sottokumitat SPS u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Korrispondenza mill-President tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat SPS.

2.   Parti tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u sistematikament jikkopja lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tar-Repubblika tal-Moldova u sistematikament jikkopja lis-Segretarju tal-Unjoni u lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

5.   Is-Segretarji tas-Sottokumitat SPS iservu bħala punti ta' kuntatt għal skambji previsti fl-Artikolu 184 tal-Ftehim.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat SPS ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat SPS, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif previsti fl-Artikolu 10 hawn taħt mis-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tinkludi punti li s-Segretarju jkun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti minn dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda tiġi adottata mis-Sottokumitat SPS fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-Sottokumitat SPS jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'qasam fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tas-Sottokumitat SPS biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tas-Sottokumitat SPS jista'jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, b'konsultazzjoni mal-Partijiet, biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operattivi

1.   Jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt mis-Segretarji tas-Sottokumitat SPS.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista tal-uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' osservaturi jew esperti li attendew l-laqgħa;

(b)

dokumentazzjoni ppreżentata lis-Sottokumitat SPS;

(c)

dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat SPS jkun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operattivi tal-laqgħa, kif previst fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat SPS għall-approvazzjoni. Dawn jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat SPS. Kopja tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta ' kull laqgħa jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat SPS tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat SPS, u jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dak l-abbozz jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mill-Partijiet, is-Sottokumitat SPS jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li l-partijiet ikunu qablu dwarhom. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operattivi jiġu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom tiġi eżaminata matul laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat SPS. Għal dan il-għan is-Sottokumitat SPS jadotta mudell, li jippermetti li kull azzjoni tiġi traċċata skont skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat SPS ikollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti kif previst fl-Artikolu 191 tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet konġunti jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport jiġu ffirmati mill-President tas-Sottokumitat SPS u awtentikati mis-Segretarji tas-Sottokumitat SPS. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni rilevanti.

3.   Is-Sottokumitat SPS jista' jieħu deċiżjonijiet, jagħmel rakkomandazzjonijiet u jadotta opinjonijiet jew rapporti bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi qbil mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda għandha tiġi mgħarrfa. Il-President jista' jqassar dak il-limitu ta' żmien, b'konsultazzjoni mal-Partijiet, biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni, opinjoni, rakkomandazzjoni jew rapport jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat SPS jiġu intitolati “Deċiżjoni”, “Opinjoni”, “Rakkomandazzjoni” jew “Rapport” rispettivament. Kull Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-Deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u rapporti jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet, opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat SPS fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat SPS jippreżenta rapport lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ dwar l-attivitajiet tiegħu u dawk tal-gruppi ta' ħidma tekniċi jew il-gruppi ad hoc imwaqqfa mis-Sottokumitat SPS. Ir-rapport jiġi sottomess 25 jum kalendarju qabel il-laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat SPS ikunu l-Ingliż u r-Rumen.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat SPS jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni ppreparata f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat SPS, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien u fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   In-nefqa li għandha x'taqsam ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat SPS skont l-Artikolu 191(5).

Artikolu 16

Gruppi ta' ħidma tekniċi u gruppi ad hoc

1.   Is-Sottokumitat SPS jista' b'deċiżjoni skont l-Artikolu 191(6) tal-Ftehim joħloq jew iħassar, fejn xieraq, gruppi ta' ħidma tekniċi jew gruppi ta' ħidma ad hoc, inklużi gruppi xjentifiċi u gruppi ta' esperti.

2.   Is-sħubija f'tali gruppi ad hoc m'għandhiex tkun ristretta għar-rappreżentanti tal-Partijiet. Il-Partijiet jiżguraw li l-membri ta' kwalunkwe grupp stabbilit mis-Sottokumitat SPS jirrispettaw kull rekwiżit xieraq ta' kunfidenzjalità.

3.   Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-gruppi maħluqa mis-Sottokumitat SPS jaħdmu taħt l-awtorità tas-Sottokumitat SPS, u jirrappurtaw lilu.

4.   Il-laqgħat tal-gruppi ta' ħidma jistgħu jsiru skont il-bżonn, personalment jew permezz ta' konferenzi bil-vidjo jew awdjo.

5.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat SPS jirċievi kopja ta' kull korrispondenza rilevanti, dokumenti u komunikazzjonijiet li jikkonċernaw l-attivitajiet tal-gruppi ta' ħidma.

6.   Il-gruppi ta' ħidma jkollhom is-setgħa li jagħmlu rakkomandazzjonijiet bil-miktub quddiem is-Sottokumitat SPS. Ir-rakkomandazzjonijiet isiru b'kunsens u kkomunikati lill-President tas-Sottokumitat SPS, li jiċċirkola r-rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7.

7.   Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu applikati mutatis mutandis għal kwalunkwe grupp ta' ħidma tekniku jew grupp ta' ħidma ad hoc maħluq mis-Sottokumitat SPS, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f'dan l-Artikolu. Ir-referenzi għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ jinftiehmu bħala referenzi għas-Sottokumitat SPS.


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

ta' … 2015

li taddotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT DOGANALI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 200 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 200 tal-Ftehim, is-Sottokumitat Doganali għandu jimmonitorja l-implimentazzjoni u l-amministrazzjoni tal-Kapitolu 5 (Dwana u Faċilitazzjoni tal-Kummerċ) tat-Titolu V (Kummerċ u Kwistjonijiet relatati mal-Kummerċ) ta' dan il-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 200(3)(e) tal-Ftehim, is-Sottokumitat Doganali għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu stess,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …, ….

Għas-Sottokumitat Doganali

Il-President


(1)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat Doganali tal-UE u r-Repubblika tal-Moldova

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Is-Sottokumitat Doganali, stabbilit skont l-Artikolu 200(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) iwettaq il-funzjonijiet tiegħu kif previst fl-Artikoli 200(2) u (3) tal-Ftehim.

2.   Is-Sottokumitat Doganali jkun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, responsabbli għal kwistjonijiet doganali u dawk relatati mad-dwana.

3.   Rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea jew tar-Repubblika tal-Moldova li jkun responsabbli għall-kwistjonijiet doganali u dawk relatati mad-dwana jaġixxi bħala President skont l-Artikolu 2.

4.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet jeżerċitaw il-presidenza tas-Sottokumitat Doganali, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn l-Partijiet jaqblu mod ieħor, is-Sottokumitat Doganali jiltaqa' darba fis-sena jew fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali titlaqqa' mill-President tiegħu f'post u f'data li l-Partijiet jaqblu dwarhom. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa jinħareġ mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku maqbul bħalma huma l-konferenzi bil-vidjo jew awdjo.

4.   Is-Sottokumitat Doganali jista' wkoll jindirizza kwalunkwe kwistjoni mingħajr ma jiltaqa', permezz ta' korrispondenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali, bil-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjoni ta' kull Parti li tkun ser tattendi l-laqgħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova li jkunu responsabbli għall-affarijiet doganali u kwistjonijiet relatati ma' affarijiet doganali jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat Doganali u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stabbilit fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim (“Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”), ikun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat Doganali.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat Doganali tingħata lill-President tas-Sottokumitat Doganali u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Korrispondenza mill-President tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat Doganali.

2.   Parti tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u sistematikament jikkopja lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tal-Unjoni jibgħat kopja tad-dokument finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.   Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tar-Repubblika tal-Moldova u sistematikament jikkopja lis-Segretarju tal-Unjoni f'din il-korrispondenza. Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jibgħat kopja tad-dokumenti finali lis-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat Doganali, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarjat tas-Sottokumitat Doganali abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tinkludi punti li s-Segretarju jkun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti minn dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda tiġi adottata mis-Sottokumitat Doganali fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'qasam fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tas-Sottokumitat Doganali jista' jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, b'konsultazzjoni mal-Partijiet, biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operattivi

1.   Abbozzi ta' minuti, inklużi konklużjonijiet operattivi, ta' kull laqgħa jitfasslu mis-Segretarju tas-Sottokumitat Doganali tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat Doganali.

2.   L-abbozzi tal-minuti, inklużi l-konklużjonijiet operattivi, jiġu ppreżentati lis-Sottokumitat Doganali għall-approvazzjoni. L-abbozzi tal-minuti jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat Doganali. Kopja tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.   Is-Sottokumitat Doganali jkollu s-setgħa jadotta arranġamenti, miżuri u deċiżjonijiet prattiċi u rakkomandazzjonijiet kif previst fl-Artikolu 200 tal-Ftehim. Dawk l-arranġamenti, miżuri u deċiżjonijiet prattiċi u rakkomandazzjonijiet jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Id-deċiżjonijiet huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni jew rakkomandazzjoni tiġi ffirmata mill-President tas-Sottokumitat Doganali u awtentikata mis-Segretarji tas-Sottokumitat Doganali. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-President jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni jew rakkomandazzjoni rilevanti.

3.   Is-Sottokumitat Doganali jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn iż-żewġ Segretarji, li jaġixxu bi qbil mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda tiġi mgħarrfa. Il-President jista' jqassar dak il-limitu ta' żmien, b'konsultazzjoni mal-Partijiet, biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiġi ffirmata mill-President u awtentikati mis-Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat Doganali jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rakkomandazzjoni” rispettivament. Kull Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-Deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tas-Sottokumitat Doganali fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat Doganali jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'kull laqgħa annwali regolari tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat Doganali jkunu l-Ingliż u r-Rumen.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat Doganali jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni ppreparata f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat Doganali, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien u fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat Doganali skont l-Artikolu 200(3)(e) tal-Ftehim


ABBOZZ

DEĊIŻJONI Nru 1/2015 TAS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA

ta' … 2015

li tadotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu

IS-SOTTOKUMITAT DWAR L-INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI TAL-UE U R-REPUBBLIKA TAL-MOLDOVA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikolu 306 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 464 tal-Ftehim, partijiet tal-Ftehim ġew applikati provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014.

(2)

Skont l-Artikolu 306 tal-Ftehim, is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”) għandu jimmonitorja l-iżvilupp tal-Ftehim fil-qasam tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u għandu jservi bħala forum għal kooperazzjoni u djalogu dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi.

(3)

Skont l-Artikolu 306(3) tal-Ftehim, is-Sottokumitat IĠ għandu jiddetermina r-regoli ta ' proċedura tiegħu stess,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat IĠ, kif stabbiliti fl-Anness, huma b'dan adottati.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi …,

Għas-Sottokumitat IĠ

Il-President


(1)  ĠU L 260, 30.8.2014, p. 4.

ANNESS

Regoli ta' Proċedura tas-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi bejn l-UE u r-Repubblika tal-Moldova

Artikolu 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   Is-Sottokumitat dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (“is-Sottokumitat IĠ”), stabbilit skont l-Artikolu 191(306) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jassisti l-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ, kif stipulat fl-Artikolu 438(4) tal-Ftehim (“il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ”) fit-twettiq ta' dmirijietu.

2.   Is-Sottokumitat IĠ iwettaq il-funzjonijiet tiegħu stabbiliti fl-Artikolu 306 tal-Ftehim.

3.   Is-Sottokumitat IĠ ikun kompost minn rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Moldova, li jkun responsabbli għal kwistjonijiet relatati ma' indikazzjonijiet ġeografiċi.

4.   Il-Partijiet jaħtru Kap tad-Delegazzjoni kull wieħed, li jkun il-persuna ta' kuntatt rigward il-materji kollha marbutin mas-Sottokumitat IĠ.

5.   Il-Kapijiet ta' Delegazzjoni jaġixxu bħala President tas-Sottokumitat IĠ skont l-Artikolu 2.

6.   Kull Kap tad-Delegazzjoni jista' jiddelega l-funzjonijiet kollha tiegħu ta' Kap tad-Delegazzjoni jew xi wħud minnhom lil deputat innominat, u f'dan il-każ kwalunkwe referenza li ssir wara għall-Kap tad-Delegazzjoni tkun tapplika bl-istess mod għad-deputat innominat.

7.   Il-Partijiet f'dawn ir-Regoli ta' Proċedura jiġu definiti kif previst fl-Artikolu 461 tal-Ftehim.

Artikolu 2

Presidenza

Il-Partijiet jeżerċitaw il-presidenza tas-Sottokumitat IĠ, fuq bażi ta' alternanza, għal perjodu ta' 12-il xahar. L-ewwel perjodu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni u jintemm fil-31 ta' Diċembru tal-istess sena.

Artikolu 3

Laqgħat

1.   Ħlief fejn il-Partijiet jaqblu mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ jiltaqa' fuq it-talba ta' waħda mill-Partijiet, fl-Unjoni u fir-Repubblika tal-Moldova fuq bażi ta' alternanza, u f'kull każ mhux aktar tard minn 90 jum kalendarju wara t-talba.

2.   Kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ titlaqqa' mill-President tiegħu f'post u f'data li l-Partijiet jaqblu dwarhom. L-avviż li jsejjaħ il-laqgħa jinħareġ mill-President tas-Sottokumitat IĠ mhux aktar tard minn 28 jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa sakemm il-Partijiet ma jiftehmux mod ieħor.

3.   Kull fejn possibbli, il-laqgħa regolari tas-Sottokumitat IĠ tissejjaħ fi żmien xieraq qabel il-laqgħa regolari tal-Kumitat ta ' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ.

4.   B'eċċezzjoni, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ jistgħu jsiru permezz ta' kwalunkwe mezz teknoloġiku l-Partijiet jaqblu dwaru, inkluża l-vidjokonferenza.

Artikolu 4

Delegazzjonijiet

Qabel kull laqgħa, il-Partijiet jiġu infurmati, mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ, bil-kompożizzjoni prevista tad-delegazzjoni ta' kull Parti li tkun ser tattendi l-laqgħa.

Artikolu 5

Segretarjat

1.   Uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea u uffiċjal tar-Repubblika tal-Moldova jaġixxu b'mod konġunt bħala Segretarji tas-Sottokumitat IĠ, kif maħtura mill-Kapijiet ta' Delegazzjoni, u jwettqu kompiti segretarjali b'mod konġunt, fi spirtu ta' fiduċja reċiproka u kooperazzjoni.

2.   Is-Segretarjat tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ ikun infurmat bi kwalunkwe deċiżjonijiet, rapporti u azzjonijiet oħra maqbula tas-Sottokumitat IĠ.

Artikolu 6

Korrispondenza

1.   Korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tintbagħat lis-Segretarju ta' waħda mill-Partijiet, li min-naħa tiegħu jgħarraf lis-Segretarju l-ieħor.

2.   Is-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lis-Sottokumitat IĠ tingħata lill-President tas-Sottokumitat IĠ u tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 7.

3.   Korrispondenza mill-President tintbagħat lill-Partijiet mis-Segretarjat f'isem il-President. Din il-korrispondenza tiġi ċċirkolata, fejn xieraq, kif previst fl-Artikolu 7.

Artikolu 7

Dokumenti

1.   Id-dokumenti jiġu ċċirkolati mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ.

2.   Parti tittrażmetti d-dokumenti tagħha lis-Segretarju tagħha. Is-Segretarju jittrażmetti dawn id-dokumenti lis-Segretarju tal-Parti l-oħra.

3.   Is-Segretarju tal-Unjoni jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tal-Unjoni u sistematikament jikkopja lis-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

4.   Is-Segretarju tar-Repubblika tal-Moldova jiċċirkola d-dokumenti lir-rappreżentanti rilevanti tar-Repubblika tal-Moldova u sistematikament jikkopja lis-Segretarju tal-Unjoni u s-Segretarji tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ f'din il-korrispondenza.

Artikolu 8

Kunfidenzjalità

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Partijiet, il-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ ma jkunux pubbliċi. Meta Parti tissottometti informazzjoni mmarkata bħala kunfidenzjali lis-Sottokumitat IĠ, il-Parti l-oħra tittratta dik l-informazzjoni bħala tali.

Artikolu 9

Aġendi għal-laqgħat

1.   Titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa kif ukoll abbozz tal-konklużjonijiet operattivi kif previst fl-Artikolu 10 hawn taħt mis-Segretarjat tas-Sottokumitat IĠ abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. L-aġenda provviżorja tinkludi punti li s-Segretarju ikun irċieva talba dwarhom mingħand Parti biex jiddaħħlu fl-aġenda, sostnuti minn dokumenti rilevanti, mhux aktar tard minn 21 jum kalendarju qabel id-data tal-laqgħa.

2.   L-aġenda provviżorja, flimkien mad-dokumenti rilevanti, jiġu ċċirkolati kif previst fl-Artikolu 7 mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa.

3.   L-aġenda tiġi adottata mill-President u mill-Kap tad-Delegazzjoni l-ieħor fil-bidu ta' kull laqgħa. Kull punt minbarra dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jitqiegħed fuq l-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk.

4.   Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista', bil-qbil tal-Parti l-oħra, jistieden rappreżentanti ta' korpi oħra tal-Partijiet jew esperti indipendenti f'qasam fuq bażi ad hoc biex jattendu l-laqgħat tiegħu biex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. Il-Partijiet jiżguraw li dawk l-osservaturi jew esperti jirrispettaw kull rekwiżit ta' kunfidenzjalità.

5.   Il-President tas-Sottokumitat IĠ jista'jqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafi 1 u 2, b'konsultazzjoni mal-Partijiet, biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali.

Artikolu 10

Minuti u konklużjonijiet operattivi

1.   Jitħejja abbozz tal-minuti ta' kull laqgħa b'mod konġunt mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ.

2.   Bħala regola ġenerali, il-minuti jindikaw fir-rigward ta' kull punt fuq l-aġenda:

(a)

lista tal-parteċipanti fil-laqgħa, lista tal-uffiċjali li jakkumpanjawhom u lista ta' osservaturi jew esperti li attendew l-laqgħa;

(b)

dokumentazzjoni ppreżentata lis-Sottokumitat IĠ;

(c)

dikjarazzjonijiet li s-Sottokumitat IĠ ikun talab li jiddaħħlu fil-minuti; u

(d)

konklużjonijiet operattivi tal-laqgħa, jekk neċessarju, kif previst fil-paragrafu 4.

3.   L-abbozz tal-minuti jiġi ppreżentat lis-Sottokumitat IĠ għall-approvazzjoni. Dawn jiġu approvati fi żmien 28 jum kalendarju wara kull laqgħa tas-Sottokumitat IĠ. Kopja tintbagħat lil kull wieħed mid-destinatarji msemmija fl-Artikolu 7.

4.   Abbozz tal-konklużjonijiet operattivi ta ' kull laqgħa jitfassal mis-Segretarju tas-Sottokumitat IĠ tal-Parti li jkollha l-presidenza tas-Sottokumitat IĠ, u jiġi ċċirkolat lill-Partijiet flimkien mal-aġenda, mhux aktar tard minn 15-il jum kalendarju qabel il-bidu tal-laqgħa. Dak l-abbozz jiġi aġġornat matul il-laqgħa sabiex fi tmiem il-laqgħa, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ jadotta l-konklużjonijiet operazzjonali, li jirriflettu l-azzjonijiet ta' segwitu li l-partijiet jaqblu dwarhom. Ladarba jkunu miftiehma, il-konklużjonijiet operattivi jiġu mehmuża mal-minuti u l-implimentazzjoni tagħhom tiġi eżaminata matul laqgħa sussegwenti tas-Sottokumitat IĠ. Għal dak il-għan is-Sottokumitat IĠ jadotta mudell, li jippermetti li kull azzjoni tiġi traċċata skont skadenza speċifika.

Artikolu 11

Deċiżjonijiet

1.   Is-Sottokumitat IĠ ikollu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet fil-każijiet kif previst fl-Artikolu 306(4) tal-Ftehim. Dawk id-deċiżjonijiet jiġu adottati b'kunsens bejn il-Partijiet wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom. Dawn huma vinkolanti għall-Partijiet, li jieħdu l-miżuri xierqa biex jimplimentawhom.

2.   Kull deċiżjoni tiġi ffirmata mill-President tas-Sottokumitat IĠ u awtentikata mis-Segretarji tas-Sottokumitat IĠ. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, il-President jiffirma dawk id-dokumenti matul il-laqgħa li fiha tiġi adottata d-deċiżjoni rilevanti.

3.   Is-Sottokumitat IĠ jista' jieħu deċiżjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet bi proċedura bil-miktub, wara t-tlestija tal-proċeduri interni rispettivi għall-adozzjoni tagħhom, jekk il-Partijiet jaqblu li jsir hekk. Il-proċedura bil-miktub tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn is-Segretarji, li jaġixxu bi qbil mal-Partijiet. Għal dak il-għan, it-test tal-proposta jiġi ċċirkolat skont l-Artikolu 7, b'limitu ta' żmien ta' mhux anqas minn 21 jum kalendarju li fih kull riżerva jew emenda għandha tiġi mgħarrfa. Il-President jista' jqassar dak il-limitu ta' żmien, b'konsultazzjoni mal-Partijiet, biex jittieħed kont ta' ċirkostanzi speċjali. Ladarba jkun hemm qbil dwar it-test, id-deċiżjoni jew ir-rapport jiġu ffirmati mill-President u awtentikati mis-Segretarji.

4.   L-atti tas-Sottokumitat IĠ jiġu intitolati “Deċiżjoni” jew “Rapport” rispettivament. Kull Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha sakemm id-Deċiżjoni ma tipprovdix mod ieħor.

5.   Id-deċiżjonijiet jiġu ċċirkolati lill-Partijiet.

6.   Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tas-Sottokumitat IĠ fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha.

Artikolu 12

Rapporti

Is-Sottokumitat IĠ jirrapporta lill-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ fuq l-attivitajiet tiegħu f'kull laqgħa regolari ta' dawn tal-aħħar.

Artikolu 13

Lingwi

1.   Il-lingwi ta' ħidma tas-Sottokumitat IĠ ikunu l-Ingliż u r-Rumen.

2.   Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor, is-Sottokumitat IĠ jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu fuq dokumentazzjoni ppreparata f'dawk il-lingwi.

Artikolu 14

Spejjeż

1.   Kull Parti tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tas-Sottokumitat IĠ, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien u fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet.

2.   In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

3.   Spejjeż li għandhom x'jaqsmu ma' servizzi ta' interpretazzjoni fil-laqgħat, u t-traduzzjoni ta' dokumenti għal jew mill-Ingliż u r-Rumen kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) jitħallsu mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa.

Interpretazzjoni u traduzzjoni għal jew minn lingwi oħra jitħallsu direttament mill-Parti li tagħmel it-talba.

Artikolu 15

Emenda tar-Regoli ta' Proċedura

Dawn ir-Regoli ta' Proċedura jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tas-Sottokumitat IĠ skont l-Artikolu 306(3) tal-Ftehim.


6.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/179

tal-4 ta' Frar 2015

li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex jipprovdu għal deroga minn ċerta dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE rigward il-materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi tal-munizzjon li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika

(notifikata bid-dokument C(2015) 445)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-8 ta' Mejju 2000 dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta' organiżmi ta' ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (1), u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 15(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tagħha, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-introduzzjoni ta' materjal tal-injam għall-ippakkjar fl-Unjoni sakemm ma ġiex soġġett għal trattament fitosanitarju approvat kif speċifikat fl-Istandard Internazzjonali għall-Miżuri Fitosanitarji Nru 15 (2) u jkollu marka, kif speċifikat fl-istess Standard, li tindika li l-materjal tal-injam għall-ippakkjar kien soġġett għal dan it-trattament fitosanitarju. Skont l-Artikolu 15(1) ta' dik id-Direttiva, madankollu, jistgħu jingħataw derogi minn dawk id-dispożizzjonijiet jekk ikun stabbilit li ma jkunx hemm riskju ta' tifrix ta' organiżmi ta' ħsara.

(2)

Ċertu materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi attwalment użat fit-trasport tal-munizzjon, li kienu mmanifatturati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2007 u li joriġinaw mill-Istati Uniti, ma jissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima I ta' Parti A tal-Anness IV tagħħa. Minn issa 'l quddiem dawn il-kaxxi jissejħu “il-kaxxi”.

(3)

Abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-Istati Uniti, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kaxxi ma jippreżentaw l-ebda riskju ta' tixrid ta' organiżmi li jagħmlu l-ħsara, sakemm jintlaħqu ċerta kundizzjonijiet li jikkonċernaw in-nuqqas jew il-preżenza limitata tal-qoxra tas-siġar, it-trattament u t-tiswija tal-kaxxi kif ukoll il-ħżin u t-trasport tagħhom.

(4)

Għaldaqstant,l-Istati Membru huma awtorizzati li jħallu l-kaxxi jidħlu, kif ukoll jinħażnu u jinġarru fit-territorju tagħhom sakemm il-kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 3 huma sodisfatti, filwaqt li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/29/KE għandhom japplikaw wara li jkunu vojta.

(5)

Sabiex jiġu żgurati kontrolli effettivi u ħarsa ġenerali tar-riskji fitosanitarji potenzjali, kwalunkwe persuna li tittrasporta jew taħżen il-kaxxi wara li jsiru l-verifiki msemmija fit-termini ta' promulgazzjoni għandha tavża lill-korp uffiċjali responsabbli dwar dan it-trasport jew ħżin u l-kaxxi konċernati.

(6)

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u l-Kummissjoni meta jsiru jafu dwar kunsinna li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet imsemmija fil-premessa 3. Huma għandhom, fuq bażi annwali, jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet li jkunu saru, sabiex tivvaluta l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

(7)

B'kunsiderazzjoni tar-raġunijiet għad-deroga, huwa xieraq li tġi awtorizzata għal perjodu ta' tliet snin.

(8)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal- Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-awtorizzazzjoni biex tingħata deroga

B'deroga mill-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/29/KE flimkien mal-punt 2 tat-Taqsima I ta' Parti A tal-Anness IV ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-introduzzjoni ta' materjal tal-injam tal-koniferi (Coniferales) għall-ippakkjar fil-forma ta' kaxxi fit-terrritorju tagħhom, attwalment użati fit-trasport tal-munizzjon, li kienu mmanifatturati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2007 u li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika taħt il-kontroll tad-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti, minn issa 'l quddiem “il-kaxxi”, li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-obbligu ta' notifika

1.   Tal-inqas ħamest ijiem tax-xogħol minn qabel, l-importatur għandu javża l-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru jew l-Istati Membri tal-punt tad-dħul u l-ewwel post tal-ħżin, li ma jkunx il-punt tad-dħul, dwar l-intenzjoni tiegħu li jdaħħal kunsinna.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollha l-elementi li ġejjin:

(a)

id-data prevista tal-introduzzjoni;

(b)

l-inventarju tal-kunsinna kkonċenata li jidentifika l-kaxxi li jagħmlu parti minnha;

(c)

l-isem u l-indirizz tal-importatur;

(d)

il-punt tad-dħul tal-introduzzjoni prevista;

(e)

l-indirizz tal-ewwel post ta' ħżin, li ma jkunx il-punt tad-dħul.

Artikolu 3

Il-kontrolli mill-korpi uffiċjali responsabbli

Il-korp uffiċjali responsabbli tal-Istat Membru tal-ewwel post tal-ħżin, li ma jkunx il-punt tad-dħul, għandu jivverifika l-konformità ta' kampjun rappreżentattiv ta' kull kunsinna mal-punti li ġejjin tal-Anness:

(a)

punti (1) u (2) dwar il-wiri tal-marki rispettivi;

(b)

punt (4) dwar il-qoxra libera tas-siġar;

(c)

punt (5) dwar il-livell tal-kontenut tal-umdità;

(d)

punt (7) dwar id-dokument ta' akkumpanjament.

Artikolu 4

Il-ħżin u t-trasport

1.   Qabel u wara t-twettiq tal-kontrolli, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-kaxxi għandhom jibqgħu maħżuna f'bini magħluq.

2.   F'każ li l-kaxxi jinġarru qabel jew wara l-kontrolli, kif imsemmi fl-Artikolu 3, għandhom jinġarru f'kontenituri magħluqa, jew taħt għata protettiva sħiħa.

3.   F'każ li l-kaxxi jinġarru wara l-kontrolli, kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-persuna li ġġorrhom għandha tavża l-korp uffiċjali responsabbli jew il-korpi uffiċjali responsabbli rigward il-post tat-tluq u l-post tad-destinazzjoni, kif ukoll rigward il-kwantitajiet u l-identità tal-kaxxi konċernati.

F'każ li l-kaxxi jinħażnu wara l-kontrolli, kif imsemmi fl-Artikolu 3, f'post differenti mill-post fejn twettqu dawk il-kontrolli, il-persuna li taħżinhom għandha tavża l-korp uffiċjali responsabbli rigward il-post ta' ħżin kif ukoll rigward il-kwantitajiet u l-identità tal-kaxxi konċernati.

Artikolu 5

In-notifika tan-nuqqas ta' konformità

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'kull konsenja li ma tikkonformax mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness.

Din in-notifika għandha ssir mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara d-data meta l-korp uffiċjali responsabbli jsir jaf b'kunsinna bħal din.

Artikolu 6

L-irrappurtar dwar l-importazzjonijiet

L-Istat Membru tal-ewwel post ta' ħżin, li ma jkunx il-punt tad-dħul, kif imsemmi fl-Artikolu 2(1), għandu jipprovdi lill-Kummisjoni u l-Istati Membri oħrajn, sal-31 ta' Jannar ta' kull sena, b'informazzjoni dwar in-numru ta' kunsinni introdotti fit-territorji tagħhom u rapport dwar il-kontrolli msemmija fl-Artikolu 3 mwettqa bejn l-1 ta' Jannar u l-31 ta' Diċembru tas-sena ta' qabel.

Artikolu 7

Id-data ta' skadenza

Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2017.

Artikolu 8

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 169, 10.7.2000, p. 1.

(2)  ISPM 15. 2009. Regolamentazzjoni tal-materjal tal-injam għall-ippakkjar fil-kummerċ internazzjonali. Ruma, l-IPPC, FAO.


ANNESS

IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-KAXXI, KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

Il-kaxxi msemmija fl-Artikolu 1 għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(1)

Dawn juru marka li tikkonferma li ġew manifuatturati mhux aktar tard mill-31 ta' Awwissu 2007.

(2)

Dawn juru marka li tindika li ġew trattati bi preżervant tal-injam approvat mill-Aġenzija għall-Ħarsien tal-Ambjent tal-Istati Uniti tal-Amerika.

(3)

F'każ li dawn il-kaxxi ssewwew mill-1 ta' Settembru 2007, l-injam użat, għal dak il-għan, jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 2 tat-Taqsima I tal-Parti A tal-Anness IV tad-Direttiva 2000/29/KE.

(4)

Il-kaxxi huma magħmula minn injam bla qoxra, bl-eċċezzjoni ta' kwalunkwe numru ta' biċċiet tal-qoxra li jidhru separati u distinti b'mod ċar li huma konformi ma' wieħed minn dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

huma anqas minn 3 cm fil-wisa' (irrispettivament mit-tul); jew

(b)

jekk huma akbar minn 3 cm fil-wisa', l-erja totali tal-wiċċ ta' kull biċċa qoxra tas-siġar hija anqas minn 50 cm2.

(5)

Il-livell tal-kontenut tal-umdità tagħhom mhuwiex aktar minn 20 %.

(6)

Dejjem kienu maħżuna f'bini magħluq u trasportati f'kontenituri magħluqa, jew taħt għata protettiva sħiħa.

(7)

Ikunu akkumpanjati minn dokument maħruġ mid-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti tal-Amerika li jikkonferma l-konformità tal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (4), (5) u (6).