ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 24

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
30ta' Jannar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/138 tad-29 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/139 tas-27 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

3

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/140 tad-29 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-kompartiment sterili tal-ekwipaġġ tat-titjira u li jikkoreġi dak ir-Regolament

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/141 tad-29 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

11

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/142 tad-29 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

14

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/143 tad-29 ta' Jannar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

16

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/144 tat-28 ta' Jannar 2015 li tistabbilixxi l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas, u t-tagħrif marbut ma' dawn, fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-mard tal-annimali msemmi fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2015) 250)

17

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Ir-Regolament Nru 78 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 fir-rigward tal-ibbrejkjar [2015/145]

30

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/138

tad-29 ta' Jannar 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 (2) jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/119/PESK u jipprevedi l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi ta' ċerti persuni identifikati bħala responsabbli għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna u ta' persuni li huma responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom.

(2)

Fid-29 ta' Jannar 2015, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/143 (3) li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK u tiċċara l-kriterji ta' deżinjazzjoni għall-iffriżar ta' fondi mmirati lejn persuni identifikati li huma responsabbli għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna.

(3)

Dik l-emenda taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, b'mod partikolari sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha fl-Istati Membri kollha, hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 208/2014 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

F-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 208/2014, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, persuni identifikati bħala responsabbli għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna jinkludi persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ukrajna:

(a)

għall-miżapproprijazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali misapproprjazzjoni; jew

(b)

għall-abbuż tal-uffiċċju bħala detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih jew għal parti terza u li b'hekk jikkawża telf ta' fondi pubbliċi jew assi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali abbuż.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1).

(3)  Ara l-paġna 16 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/139

tas-27 ta' Jannar 2015

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1484/95 dwar l-iffissar tal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-punt (b) tal-Artikolu 183 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(6)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1484/95 (3) stipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u ffissal-prezzijiet rappreżentattivi fis-setturi tal-laħam tat-tjur u l-bajd kif ukoll tal-albumina tal-bajd.

(2)

Minn kontrolli regolari tal-informazzjoni li tipprovdi l-bażi għad-determinazzjoni tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodotti tas-setturi tal-laħam tat-tjur u tal-bajd kif ukoll għall-albumina tal-bajd, jirriżulta li l-prezzijiet rappreżentattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti għandhom ikunu emendati biex jitqiesu l-varjazzjonijiet fil-prezzijiet skont l-oriġini.

(3)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 għandu jiġi emendat.

(4)

Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li din il-miżura tapplika kemm jista' jkun malajr wara li toħroġ id-dejta, jeħtieġ li r-Regolament preżenti jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1484/95 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1484/95 tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 1995, li jistabilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' sistema ta' dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni u jiffissa dazji addizzjonali tal-importazzjoni fl-oqsma tal-laħam tat-tjur u l-bajd u għall-albumina tal-bajd, u jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 163/67 (ĠU L 145, 29.6.1995, p. 47).


ANNESS

“ANNESS I

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni tal-prodotti

Prezz rappreżentattiv

(f'EUR/100 kg)

Garanzija msemmija fl-Artikolu 3

(f'EUR/100 kg)

Oriġini (1)

0207 12 10

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 70 %, iffriżati

125,5

0

AR

0207 12 90

Karkassi tat-tiġieġ, preżentazzjoni 65 %, iffriżati

150,6

146,2

0

0

AR

BR

0207 14 10

Qatgħat mingħajr għadam, ta' sriedaq jew ta' tiġieġ, iffriżati

327,9

232,8

349,8

277,5

0

20

0

7

AR

BR

CL

TH

0207 14 50

Isdra tat-tiġieġ, iffriżati

213,4

0

BR

0207 14 60

Koxox tat-tiġieġ, iffriżati

134,5

3

BR

0207 27 10

Qatgħat mingħajr għadam tad-dundjan, iffriżati

372,2

516,1

0

0

BR

CL

1602 32 11

Preparazzjonijiet nejjin ta' sriedaq u ta' tiġieġ

254,6

10

BR


(1)  Nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi ‘ZZ’ ifisser ‘oriġini oħrajn’.”


30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/140

tad-29 ta' Jannar 2015

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 fir-rigward tal-kompartiment sterili tal-ekwipaġġ tat-titjira u li jikkoreġi dak ir-Regolament

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,

Billi:

(1)

L-operaturi u l-persunal involuti fl-operat ta' ċerti inġenji tal-ajru jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fil-punt 8.b tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (2) jistabbilixxi kundizzjonijiet biex l-operat tal-inġenji tal-ajru jsir b'sikurezza.

(3)

Sabiex jiġu indirizzati r-riskji marbuta mal-potenzjal ta' żbalji minħabba li l-ekwipaġġ tat-titjira jiġi disturbat jew distratt waqt ċerti fażijiet tat-titjira, l-operaturi għandhom ikunu meħtieġa jiżguraw li l-membri tal-ekwipaġġ ma jkunux meħtieġa jwettqu attivitajiet waqt il-fażijiet kritiċi tat-titjira, għajr dawk l-attivitajiet meħtieġa biex l-inġenju tal-ajru jiġi operat b'sikurezza.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 jimponi limitu fuq l-għadd ta' persuni li jistgħu jinġarru abbord waqt operazzjonijiet speċjalizzati. Madankollu, dak il-limitu mhux iġġustifikat minn raġunijiet ta' sikurezza. Għalhekk, l-Artikolu 5(7) għandu jiġi adattat.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014 (3) daħħal Artikolu 9a fir-Regolament (UE) Nru 965/2012. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 (4) sussegwentement reġa' daħħal Artikolu 9a ieħor, li fil-fatt kellu jkollu n-numru 9b. Biex it-test ikun iktar ċar u għal raġunijiet ta' ċertezza legali, dak l-Artikolu 9a mdaħħal mir-Regolament (UE) Nru 83/2014 għandu jiġi sostitwit u nnumerat tajjeb.

(6)

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, u biex ikun hemm koerenza mat-termini użati fir-Regolament (KE) Nru 216/2008, jeħtieġ li, f'ċerti lingwi, jiġu korretti xi termini użati fir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(7)

Għalhekk, b'konsegwenza, ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 għandu jiġi emendatu kkoreġut.

(8)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni (5) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.

(9)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa emendat kif ġej:

1.

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   L-operaturi ta' ajruplani u ta' ħelikopters ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, kif ukoll ta' blalen tal-arja u glajders involuti f'operazzjonijiet mhux kummerċjali għandhom joperaw l-inġenju tal-ajru skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VII.”

;

(b)

fil-paragrafu 5, il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

ajruplani u ħelikopters oħrajn kif ukoll blalen tal-ajru u glajders skont id-dispożizzjonijiet speċifikati fl-Anness VII.”

;

(c)

fil-paragrafu 7, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“Ħlief għall-membri tal-ekwipaġġ, ma għandhomx jinġarru abbord persuni għajr dawk li huma indispendabbli għall-missjoni.”.

2.

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

“2.   B'deroga mill-Artikolu 5(1), l-inġenji tal-ajru msemmija fl-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, fil-każ ta' ajruplani, jitħaddmu skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 7633 tal-14 ta' Ottubru 2009 meta jintużaw f'operazzjonijiet CAT.”

;

(b)

fil-paragrafu 4a, il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“4a.   B'deroga mill-Artikolu 5(1) u (6) l-operazzjonijiet li ġejjin b' ajruplani u ħelikopters ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, blalen tal-ajru u glajders jistgħu jsiru skont l-Anness VII:”

.

3.

L-Artikolu 9a kif imdaħħal mir-Regolament (UE) Nru 83/2014 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 9b

Reviżjoni

L-Aġenzija għandha twettaq analiżi kontinwa tal-effikaċja tad-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjonijiet fuq il-ħin tat-titjir u l-ħin tas-servizz u r-rekwiżiti tal-mistrieħ li jinsabu fl-Annessi II u III. L-Aġenzija għandha tipproduċi l-ewwel rapport dwar ir-riżultati ta' dik l-analiżi mhux aktar tard mit-18 ta' Frar 2019.

Dik l-analiżi għandha tinvolvi l-għarfien espert xjentifiku u għandha tkun imsejsa fuq dejta operattiva miġbura, bl-għajnuna tal-Istati Membri, fuq tul ta' żmien wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

L-analiżi, għandha tevalwa l-impatt ta' mill-inqas dan li ġej fuq il-viġilanza tal-ekwipaġġ tal-ajru:

(a)

xogħol ta' aktar minn 13-il siegħa fl-aktar ħin favorevoli tal-jum;

(b)

xogħol ta' aktar minn 10 sigħat fl-inqas ħin favorevoli tal-jum;

(c)

xogħol ta' aktar minn 11-il siegħa fil-każ ta' membri tal-ekwipaġġ fi stat mhux magħruf ta' akklimatizzazzjoni;

(d)

xogħol li jinkludi livell għoli ta' setturi (aktar minn 6);

(e)

xogħol fuq sejħa bħal dmir bħal fil-każ ta' standby jew ta' riżerva segwit bi dmirijiet ta' titjira; kif ukoll

(f)

skedi ta' ħinijiet irregolari.”

.

4.

L-Annessi I, III, IV, VI u VIII huma emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Article 2

Ir-Regolament (UE) Nru 965/2012 huwa korrett kif ġej:

(1)

L-Artikolu 6(7) jinbidel b'dan li ġej:

“7.   B'deroga minn SPA.PBN.100 PBN tal-Anness V, operazzjonijiet mhux kummerċjali b'ajruplani, ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, fi spazju tal-ajru magħżul, fuq rotot jew skont il-proċeduri fejn hija stabbilita speċifikazzjoni ta' navigazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni (PBN) għandhom ikomplu jiġu operati skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri sakemm jiġu adottati u japplikaw ir-regoli ta' implimentazzjoni relatati.”

;

(2)

L-Annessi II, III, IV, VII u VIII huma korretti skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punt (3) tal-Artikolu 1 japplika mit-18 ta' Frar 2016.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014 tas-27 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 23, 28.1.2014, p. 27).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17).

(5)  L-Opinjoni Nru 05/2013 tal-10 ta' Ġunju 2013 tal-Aġenzija għas-Sikurezza fl-Avjazzjoni dwar Regolament tal-Kummissjoni li jistabbilixxi Regoli ta' Implimentazzjoni għal proċeduri sterili tal-kabina tal-piloti.


ANNESS I

L-Annessi I, III, IV VI u VIII għar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I jiżdied il-punt (109a) li ġej:

“(109a)

‘Kompartiment sterili tal-ekwipaġġ tat-titjira’ ifisser kwalunkwe perjodu ta' ħin li fih il-membri tal-ekwipaġġ tat-titjira ma jkunux disturbati jew distratti, ħlief għal kwistjonijiet li jkunu kritiċi għas-sikurezza tal-operat tal-inġenju tal-ajru jew għas-sikurezza tal-okkupanti.”

.

(2)

Fl-Anness III (PARTI-ORO):

(a)

fil-punt ORO.GEN.110, il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

L-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri u l-istruzzjonijiet biex jiġi operat b'mod sikur kull tip ta' inġenju tal-ajru, li jkun fihom il-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-persunal ta' fuq l-art u tal-membri tal-ekwipaġġ għal kull tip ta' operazzjoni fuq l-art u fl-ajru. Dawk il-proċeduri u l-istruzzjonijiet ma għandhomx jeħtieġu li l-membri tal-ekwipaġġ iwettqu xi attività matul il-fażijiet kritiċi tat-titjira għajr dawk meħtieġa biex l-inġenju tal-ajru jiġi operat b'mod sikur. Għandhom jiġu inklużi wkoll il-proċeduri u l-istruzzjonijiet għall-kompartiment sterili tal-ekwipaġġ tat-titjira.”

;

(b)

fil-punt ORO.MLR.105, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Għandha tiġi stabbilita lista tat-tagħmir minimu (MEL) kif speċifikat fil-punt 8.a.3. tal-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 216/2008, imsejsa fuq il-lista rilevanti ta' tagħmir minimu ta' referenza (MMEL), kif iddefinit fid-dejta stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 748/2012. Jekk ma tkunx ġiet stabbilita MMEL bħala parti mid-dejta ta' operat xieraq, l-MEL tista' tissejjes fuq l-MMEL rilevanti aċċettata bħala applikabbli mill-Istat tal-Operatur jew mir-Reġistru.”

.

(3)

Fl-Anness IV (il-Parti-CAT) jiddaħħal il-punt li ġej:

“CAT.GEN.MPA.124   Taxiing tal-inġenji tal-ajru

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għat-taxiing tal-inġenji tal-ajru sabiex jiżgura operat b'mod sikur u sabiex tiżdied is-sikurezza tar-runway.”

.

(4)

Fl-Anness VI (il-Parti-NCC) jiddaħħal il-punt li ġej:

“NCC.GEN.119   Taxiing tal-inġenji tal-ajru

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għat-taxiing sabiex jiżgura operat b'mod sikur u tiżdied is-sikurezza tar-runway.”

.

(5)

Fl-Anness VIII (il-Parti-SPO) jiddaħħal il-punt li ġej:

“SPO.GEN.119   Taxiing tal-inġenji tal-ajru

L-operatur għandu jistabbilixxi proċeduri għat-taxiing tal-inġenji tal-ajru sabiex jiżgura operat b'mod sikur u sabiex tiżdied is-sikurezza tar-runway.”


ANNESS II

L-Annessi II, III, IV, VII u VIII għar-Regolament (UE) Nru 965/2012 huma korretti kif ġej:

(1)

Fl-Anness II:

(a)

il-punt ARO.GEN.220(a)(8) jinbidel b'dan li ġej:

“(8)

sorveljanza tal-operazzjonijiet b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna minn operaturi mhux kummerċjali;”

;

(b)

il-punt ARO.GEN.300(a)(3) jinbidel b'dan li ġej:

“(3)

il-konformità kontinwa mar-rekwiżiti applikabbli ta' operaturi mhux kummerċjali ta' inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna; kif ukoll”

.

(2)

Fl-Anness III:

(a)

il-punt ORO.GEN.110(k)(ii) jinbidel b'dan li ġej:

“(ii)

ħelikopters ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, b'magna waħda, b'MOPSC ta' 5 jew inqas,”

;

(b)

il-punt ORO.FC.005(b)(2) jinbidel b'dan li ġej:

“(2)

operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru ta' passiġġieri li jsiru skont il-VFR binhar, li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat u fi ħdan żona lokali speċifikata mill-awtorità kompetenti, b'

ajruplani b'magna waħda li jaħdmu bl-iskrejjen b'massa massima ta' tlugħ iċċertifikata ta' 5 700 kg jew inqas u b'MOPSC ta' 5; jew

ħelikopters ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, b'magna waħda, u b'MOPSC ta' 5.”

;

(c)

il-punt ORO.FC.105(d)(2) jinbidel b'dan li ġej:

“(2)

operazzjonijiet tat-trasport kummerċjali bl-ajru ta' passiġġieri li jsiru skont il-VFR binhar, li jibdew u jintemmu fl-istess ajrudrom jew sit tal-operat u fi ħdan żona lokali speċifikata mill-awtorità kompetenti, b'ħelikopters ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, b'magna waħda, b'MOPSC ta' 5.”

;

(d)

il-punt ORO.FC.230(b)(4) jinbidel b'dan li ġej:

“(4)

Il-membru tal-ekwipaġġ tat-titjira involut f'operazzjonijiet matul il-jum u fuq rotot innavigati b'referenza għal għeliem viżwali li jitwettqu b'ħelikopters ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, jista' jwettaq il-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur f'wieħed biss mit-tipi rilevanti li dan għandu fil-pussess tiegħu. Il-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur għandu jitwettaq kull darba fuq it-tip li jkun ilu ma jintuża l-iżjed għall-kontroll tal-ħiliet. It-tipi ta' ħelikopters rilevanti li jistgħu jinġabru fi grupp wieħed għall-għanijiet tal-kontroll tal-ħiliet organizzat mill-operatur għandhom jiġu inklużi fil-manwal tal-operat.”

;

(e)

il-punt ORO.FC.230(b)(5) jinbidel b'dan li ġej:

“(5)

Minkejja l-punt ORO.FC.145(a)(2), għal operazzjonijiet li jitwettqu matul il-jum u fuq rotot innavigati b'referenza għal għeliem ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, u għal ajruplani tal-kategorija tal-prestazzjoni B, il-kontroll jista' jitwettaq minn kmandant ikkwalifikat b'mod xieraq maħtur mill-operatur, li jkun tħarreġ fil-kunċetti tas-CRM u fil-valutazzjoni tal-ħiliet tas-CRM. L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar il-persuni maħtura.”

.

(3)

Fl-Anness IV:

(a)

fil-punt CAT.GEN.MPA.180(b), il-frażi introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Minkejja l-punt (a), għall-operazzjonijiet ta' titjir skont ir-regoli tat-titjir viżwali (VFR) li jsiru binhar bl-użu ta' inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, li jitilqu minn ajrudrom u jinżlu fl-istess ajrudrom jew fl-istess sit tal-operat fi żmien 24 siegħa, jew li jibqgħu fil-limiti ta' żona lokali speċifikata fil-manwal tal-operat, id-dokumenti u l-informazzjoni li ġejjin jistgħu jinżammu fl-ajrudrom jew fis-sit tal-operat minflok:”

;

(b)

il-punt CAT.OP.MPA.100(b)(1) jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

operazzjonijiet ta' titjir skont il-VFR li jsiru binhar, b'ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna;”

;

(c)

il-punt CAT.OP.MPA.105(b)(1) jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna; u”

;

(d)

il-punt CAT.OP.MPA.130(a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)

Ħlief għall-operazzjonijiet ta' titjir skont il-VFR b'ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, l-operatur għandu jistabbilixxi l-proċeduri operattivi xierqa ta' tluq u ta' nżul/avviċinament għal kull tip ta' ajruplan, filwaqt li jqis il-ħtieġa li jitnaqqsu kemm jista' jkun l-effetti tal-istorbju maħluq mill-inġenju tal-ajru.”

;

(e)

il-punt CAT.OP.MPA.135(c) jinbidel b'dan li ġej:

“(c)

il-punt (a)(1) m'għandux japplika għall-operazzjonijiet ta' titjir skont il-VFR li jsiru binhar, b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, fuq titjiriet li jitilqu minn ajrudrom u jinżlu fl-istess ajrudrom jew fl-istess sit tal-operat.”

;

(f)

il-punt CAT.OP.MPA.175(c)(1) jinbidel b'dan li ġej:

“(1)

b'ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, li jitilqu minn ajrudrom u jinżlu fl-istess ajrudrom jew fl-istess sit tal-operat; jew”

.

(4)

Fl-Anness VII:

(a)

it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“OPERAZZJONIJIET MHUX KUMMERĊJALI BL-AJRU B'INĠENJI TAL-AJRU ĦLIEF INĠENJI TAL-AJRU KUMPLESSI MĦADDMIN B'MAGNA”

;

(b)

il-punt NCO.SPEC.100 jinbidel b'dan li ġej:

“NCO.SPEC.100   Kamp ta' applikazzjoni

Din is-subparti tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu segwiti mill-bdot fil-kmand li jwettaq operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna.”

.

(5)

Fl-Anness VIII:

(a)

il-punt SPO.GEN.005(b) jinbidel b'dan li ġej:

“(b)

Minkejja l-punt (a), operazzjonijiet mhux kummerċjali speċjalizzati b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna għandhom jikkonformaw mal-Anness VII (il-Parti-NCO).”

;

(b)

fil-punt SPO.GEN.005(c), il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“(c)

Minkejja l-punt (a), l-operazzjonijiet li ġejjin b'inġenji tal-ajru ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna jistgħu jsiru skont l-Anness VII (il-Parti-NCO):”

;

(c)

il-punt SPO.IDE.A.160(c) jinbidel b'dan ġej:

“(c)

għall-ajruplani ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, b'ċinturin tas-sikurezza li jkollu sistema ta' restrizzjoni għan-naħa ta' fuq tat-torso f'kull sit tal-ekwipaġġ tat-titjira, li jkun jinfetaħ permezz ta' molla waħda.”

;

(d)

fil-punt SPO.IDE.H.195, it-titolu jinbidel b'dan li ġej:

“Titjir fuq l-ilma — il-ħelikopters ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna”

;

(e)

fil-punt SPO.IDE.H.203, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

“Ħelikopters kumplessi mħaddmin b'magna, li jitħaddmu f'titjira fuq l-ilma f'ambjent ostili b'distanza mill-art ta' aktar minn 10 minuti ta' titjir b'veloċita normali u ħelikopters, ħlief inġenji tal-ajru kumplessi mħaddmin b'magna, li jtiru fuq l-ilma f'ambjent ostili f'distanza ta' iktar minn 50 mil nawtiku mill-art. għandhom ikunu:”

.

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/141

tad-29 ta' Jannar 2015

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 (2) jistabbilixxi l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin baġitarji 2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) skont l-Artikoli 10c(2), 136, 136a u 136b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u l-Artikoli 14 u 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7(2) tar- Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti notifikati mill-Istati Membri u msemmija fl-Artikolu 11(6) ta' dak ir-Regolament għandu jkun disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri skont programmar ta' żvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-limiti nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 (6).

(3)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-1 ta' Awwissu 2014 il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Rumanija nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu ċertu perċentwal mil-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom ta' pagamenti diretti għas-snin kalendarji 2015 sa 2019 għall-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014.

(4)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-1 ta' Awwissu 2014, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tittrasferixxi għal pagamenti diretti ċertu perċentwal mill-ammont allokat għall-appoġġ għal miżuri taħt l-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR fil-perjodu 2016 sal-2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013. Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew addattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014.

(5)

F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (7), is-sottolimitu massimu għall-infiq b'rabta mas-suq u l-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennwali stabbilit fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, għandhom jiġu aġġustati skont l-aġġustament tekniku stipulat fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament, wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti.

(6)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

Il-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), skont l-Artikoli 10c(2), 136, 136a u 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikoli 7(2), 14 u 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, huwa stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament.”

(2)

L-Anness huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 tal-10 ta' April 2014 li jiffissal-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 13).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 tas-17 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 367, 23.12.2014, p. 16).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


ANNESS

“ANNESS

(EUR miljun — prezzijiet attwali)

Sena tal-baġit

L-ammonti disponibbli għall-FAEŻR

L-ammonti ttrasferiti mill-FAEŻR

Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG

L-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

L-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

L-Artikolu 136a(2) tar-Regolament Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013

2014

296,3

51,6

 

4,0

 

 

 

43 778,1

2015

 

 

51,600

4,000

621,999

 

499,384

44 189,785

2016

 

 

 

4,000

1 138,146

109,619

573,047

43 949,282

2017

 

 

 

4,000

1 174,732

111,975

572,440

44 144,733

2018

 

 

 

4,000

1 184,257

111,115

571,820

44 161,448

2019

 

 

 

4,000

1 131,292

112,152

571,158

44 239,714

2020

 

 

 

4,000

1 132,133

112,685

570,356

44 262,538 ”


30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/142

tad-29 ta' Jannar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

362,8

MA

89,9

TR

133,5

ZZ

195,4

0707 00 05

JO

229,9

TR

203,2

ZZ

216,6

0709 91 00

EG

107,0

ZZ

107,0

0709 93 10

EG

165,4

MA

225,0

TR

222,2

ZZ

204,2

0805 10 20

EG

47,9

IL

78,7

MA

68,5

TN

62,6

TR

76,4

ZZ

66,8

0805 20 10

IL

148,1

MA

91,9

ZZ

120,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

CN

54,3

EG

74,4

IL

125,6

MA

130,8

TR

80,6

ZZ

93,1

0805 50 10

TR

42,1

ZZ

42,1

0808 10 80

BR

58,5

CL

89,9

MK

26,7

US

181,6

ZZ

89,2

0808 30 90

CL

316,1

US

243,1

ZA

93,7

ZZ

217,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/143

tad-29 ta' Jannar 2015

li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK tal-5 ta' Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1),

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/119/PESK.

(2)

Il-kriterji ta' klassifikazzjoni għall-iffriżar ta' fondi mmirati lejn persuni responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna għandhom jiġu ċċarati.

(3)

Id-Deċiżjoni 2014/119/PESK għandha għalhekk tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2014/119/PESK huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu, huma proprjetà ta', huma miżmuma jew ikkontrollati minn persuni li jkunu ġew identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna u persuni responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna, u persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, kif elenkati fl-Anness, għandhom jiġu ffriżati.

Għall-fini ta' din id-Deċiżjoni, persuni identifikati bħala responsabbli għall-misapproprjazzjoni ta' fondi tal-Istat tal-Ukrajna jinkludu persuni li huma soġġetti għal investigazzjoni mill-awtoritajiet tal-Ukrajna:

(a)

għall-misapproprjazzjoni ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali misapproprjazzjoni; jew

(b)

għall-abbuż tal-uffiċju bħala detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jakkwista vantaġġ mhux ġustifikat għalih jew għal parti terza, u li b'hekk jikkawża telf ta' fondi jew assi pubbliċi tal-Ukrajna, jew għall-kompliċità f'tali abbuż.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta' Jannar 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

F. MOGHERINI


(1)  ĠU L 66, 6.3.2014, p. 26.


30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/17


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/144

tat-28 ta' Jannar 2015

li tistabbilixxi l-proċeduri għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas, u t-tagħrif marbut ma' dawn, fir-rigward tal-miżuri ta' emerġenza kontra l-mard tal-annimali msemmi fir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(notifikata bid-dokument C(2015) 250)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 98/56/KE, 2000/29/KE u 2008/90/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002, (KE) Nru 882/2004 u (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 66/399/KEE, 76/894/KEE u 2009/470/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 jista' jingħata finanzjament lill-Istati Membri għall-miżuri ta' emerġenza li jittieħdu minħabba li tiġi kkonfermata waħda mill-mardiet tal-annimali elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

(2)

Biex tkun żgurata ġestjoni finanzjarja tajba, u biex jasal malajr kull tagħrif dwar il-ġestjoni tal-mard, jixraq li jiġu stabbiliti d-dati ta' skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal għotjiet u talbiet ta' ħlas mingħand l-Istati Membri, u li jiġi speċifikat it-tagħrif li dawn iridu jagħtu. B'mod partikolari, għandhom jingħataw l-ewwel stimi tal-ispejjeż li jġarrbu l-Istati Membri u l-aġġornamenti tagħhom..

(3)

Jeħtieġ li tiġi speċifikata r-rata li għandha tintuża għall-kambju tal-istimi u tat-talbiet għall-ħlas li jippreżentaw dawk l-Istati Membri li ma jużawx l-euro bħala munita nazzjonali.

(4)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Informazzjoni preliminari

Fi żmien 30 jum wara li tiġi kkonfermata uffiċjalment tifqigħa ta' waħda mill-mardiet elenkati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jagħtu tagħrif preliminari dwar il-kategoriji ta' annimali u prodotti kkonċernati, u l-valuri tas-suq għal kull waħda minn dawn il-kategoriji, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell stabbilit fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni.

Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jagħtu deskrizzjoni tal-azzjonijiet fis-seħħ u dawk ippjanati, u tal-leġiżlazzjoni dwar id-determinazzjoni tal-valuri tal-annimali u tal-prodotti li jridu jiġu kumpensati.

Artikolu 2

It-tagħrif dwar l-ispejjeż stmati

Mhux aktar tard minn xahrejn wara li tiġi kkonfermata uffiċjalment tifqigħa tal-marda, l-Istati Membri għandhom iressqu applikazzjoni għal għotja skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014 lill-Kummissjoni, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell tal-“Baġit Preliminari” stabbilit fl-Anness II dwar dawn li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż stmati ta' kumpens għas-sidien, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(a) u (c) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(b)

l-ispejjeż operazzjonali stmati, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(b) u (d) sa (g) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014;

(c)

fejn ikun japplika, stima ta' spejjeż oħrajn li jkunu essenzjali għall-qerda tal-marda, kif imsemmi fl-Artikolu 8(1)(h) tar-Regolament (UE) Nru 652/2014, bil-ġustifikazzjonijiet rilevanti mhemużin.

Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 1 titqies bħala parti mill-applikazzjoni għal għotja.

Kull xahrejn wara l-preżentazzjoni tat-tagħrif imsemmi fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw tagħrif aġġornat dwar l-ispejjeż imsemmijin f'dak il-paragrafu.

Artikolu 3

It-talbiet ta' ħlas

Fi żmien sitt xhur wara d-data tat-tmiem stabbilita fid-deċiżjoni dwar il-finanzjament jew wara l-konferma tal-qerda tal-marda, skont liema waħda tiġi l-ewwel, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni:

(a)

it-talba ta' ħlas tal-ispejjeż eliġibbli li jkunu ġġarrbu, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell stabbilit fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni;

(b)

id-dettalji tal-ispejjeż li jiġġustifikaw it-talba ta' ħlas, bit-tagħrif iddettaljat dwar in-nefqiet li jkunu saru fil-kategoriji differenti tan-nefqiet eliġibbli, permezz ta' fajl elettroniku mfassal fuq il-mudell stabbilit fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni;

(c)

rapport tekniku bi qbil mal-Anness V ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Ir-rata tal-kambju

Meta l-ammonti tal-ispejjeż stmati jew tan-nefqa mġarrba minn Stat Membru jkunu f'munita differenti mill-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertihom għall-euro bl-aktar rata riċenti li tkun stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum ta' dak ix-xahar li fih l-Istat Membru jkun applika għall-għotja.

Artikolu 5

Id-destinatarji

Din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 189, 27.6.2014, p. 1.


ANNESS I

TAGĦRIF PRELIMINARI DWAR IL-KATEGORIJI TAL-ANNIMALI JEW TAL-PRODOTTI KIF IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS II

BAĠIT PRELIMINARI KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 2

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS III

TALBA TA' ĦLAS KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(a)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS IV

INFORMAZZJONI DETTALJATA TAL-ISPEJJEŻ KIF IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 3(b)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

ANNESS V

L-KONTENUT TAR-RAPPORT TEKNIKU KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 3(c)

Ir-rapport tekniku finali għandu jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

1.

id-dati tal-bidu u tat-tmiem tal-implimentazzjoni tal-miżuri;

2.

deskrizzjoni tal-miżuri tekniċi implimentati, flimkien maċ-ċifri ewlenin;

3.

Mapep epidemjoloġiċi;

4.

il-livell ta' kisba tal-miri u d-diffikultajiet tekniċi;

5.

ir-riżultati tal-inkjesti epidemjoloġiċi;

6.

informazzjoni epidemjoloġika rilevanti oħra: il-mortalità, il-morbidità, id-distribuzzjoni tal-etajiet tal-annimali mejta u r-reatturi pożittivi, il-leżjonijiet li nstabu, il-preżenza ta' vetturi, eċċ.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 24/30


It-testi NU/KEE oriġinali biss għandhom effett legali skont id-dritt internazzjonali pubbliku. L-istatus u d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu vverifikati fl-aħħar verżjoni tad-dokument tal-istatus tan-NU/KEE TRANS/WP.29/343, disponibbli fuq:

http://www.unece.org/trans/main/wp29/wp29wgs/wp29gen/wp29fdocstts.html.

Ir-Regolament Nru 78 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi dwar l-approvazzjoni ta' vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5 fir-rigward tal-ibbrejkjar [2015/145]

Jinkorpora t-test validu kollu sa:

Ir-Rettifika 2 tas-serje ta' emendi 03 — Id-data tad-dħul fis-seħħ: 23 ta' Ġunju 2010

KONTENUT

IR-REGOLAMENT

1.

Kamp ta' applikazzjoni

2.

Definizzjonijiet

3.

Applikazzjoni għall-approvazzjoni

4.

Approvazzjoni

5.

Speċifikazzjonijiet

6.

Testijiet

7.

Modifiki tat-tip tal-vettura jew tas-sistema tal-ibbrejkjar u estensjoni tal-approvazzjoni

8.

Konformità tal-produzzjoni

9.

Dispożizzjonijiet tranżitorji

10.

Il-penali għan-nuqqas ta' konformità tal-produzzjoni

11.

Produzzjoni mwaqqfa għalkollox

12.

Ismijiet u indirizzi tas-Servizzi Tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi

ANNESSI

Anness 1 —

Komunikazzjoni dwar l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar tal-approvazzjoni jew produzzjoni mwaqqfa għalkollox tat-tip tal-vettura tal-kategorija L fir-rigward tal-ibbrekjar, skont ir-Regolament Nru 78

Anness 2 —

L-arranġamenti tal-marki tal-approvazzjoni

Anness 3 —

Il-kundizzjonijiet tat-test, il-proċeduri u r-rekwiżiti tal-prestazzjoni

1.   KAMP TA' APPLIKAZZJONI

Dan ir-Regolament japplika għal vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3, L4 u L5  (1).

Dawn il-kategoriji ma jinkludux:

(a)

Vetturi b'Vmax ta' < 25 km/h;

(b)

Vetturi mgħammra għal sewwieqa b'diżabilità.

2.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

2.1.

“Sistema tal-brejkijiet antilokk (ABS)” tfisser sistema li tinduna b'meta r-rota tiżloq u awtomatikament timmodula l-pressjoni li tipproduċi l-forza tal-ibbrejkjar fuq ir-rota/i biex tillimita il-grad taż-żlieq.

2.2.

“Approvazzjoni ta' vettura” tfisser l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-ibbrejkjar.

2.3.

“Test ta' referenza” tfisser waqfa jew serje ta' waqfiet imwettqa sabiex tiġi kkonfermata l-prestazzjoni tal-brejk qabel jiġi soġġett għal test ieħor, bħall-proċedura tat-tisħin jew waqfa bil-brejk imxarrab.

2.4.

“Brejk” tfisser dawk il-partijiet tas-sistema tal-ibbrejkjar li fihom jiġu żviluppati l-forzi li jopponu l-moviment tal-vettura.

2.5.

“Sistema tal-ibbrejkjar” tfisser il-kombinament ta' partijiet magħmul mill-kontroll, it-trażmissjoni u l-brejk, iżda mhux il-magna, li l-funzjoni tagħha hija li progressivament tnaqqas il-veloċità tal-vettura li tkun miexja, twaqqafha għalkollox, u żżommha wieqfa meta tkun twaqqfet.

2.6.

“Sistema tal-ibbrejkjar ikkombinata (CBS)” tfisser:

Għal vetturi tal-kategoriji L1 u L3 : sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz fejn mill-inqas żewġ brejkijiet fuq roti differenti jiġu operati bl-attwazzjoni ta' kontroll wieħed.

Għal vetturi tal-kategoriji L2 u L5 : sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz fejn il-brejkijiet fuq ir-roti kollha jiġu operati bl-attwazzjoni ta' kontroll wieħed.

Għal vetturi tal-kategorija L4 : sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz fejn mill-inqas il-brejkijiet fuq ir-roti ta' quddiem u ta' wara jiġu operati bl-attwazzjoni ta' kontroll wieħed. (Jekk ir-rota ta' wara u r-rota tas-sidecar jiġu bbrejkjati mill-istess sistema tal-ibbrejkar, dan jitqies bħala l-brejk ta' wara.)

2.7.

“Komponenti tas-sistema tal-ibbrejkjar” tfisser waħda mill-partijiet individwali li, meta tiġi assemblata, tikkostitwixxi s-sistema tal-ibbrejkjar;

2.8.

“Kontroll” tfisser il-parti attwata direttament mis-sewwieq sabiex iforni jew jikkontrolla l-enerġija meħtieġa għall-ibbrejkjar tal-vettura lit-trażmissjoni.

2.9.

“Tipi differenti ta' sistemi tal-ibbrejkjar” tfisser apparati li huma differenti f'aspetti essenzjali bħal:

(a)

Komponenti li għandhom karatteristiċi differenti;

(b)

Komponent magħmul minn materjali li għandhom karatteristiċi differenti, jew komponent differenti fil-forma jew fid-daqs;

(c)

Assemblaġġ differenti tal-komponenti.

2.10.

“Massa tas-sewwieq” tfisser il-massa nominali tas-sewwieq li għandha tkun 75 kg (sottodiviża f' 68 kg bħala massa tal-okkupant fuq is-sit u 7 kg bħala massa tal-bagalji).

2.11.

“Magna skonnettjata” tfisser meta l-magna ma tibqax konnessa mar-rota/i tas-sewqan.

2.12.

“Massa grossa tal-vettura” jew “massa massima” tfisser il-massa mgħobbija massima teknikament permissibbli kif iddikjarata mill-manifattur.

2.13.

“Temperatura inizjali tal-brejk” tfisser it-temperatura tal-aktar brejk sħun qabel kwalunkwe applikazzjoni tal-brejk.

2.14.

“Mgħobbija” tfisser mgħobbija b'tali mod li tilħaq il-massa grossa tal-vettura kif definita fil-paragrafu 2.12.

2.15.

“Mgħobbija ħafif” tfisser il-massa fi stat ta' tħaddim flimkien ma' 15 kg ta' tagħmir tat-test, jew il-kondizzjoni mgħobbija, skont liema tkun l-inqas. Fil-każ ta' testijiet tal-ABS fuq wiċċ bi frizzjoni baxxa (Anness 3, paragrafi 9.4 sa 9.7), il-massa għat-tagħmir tat-test tiżdied għal 30 kg biex tikkumpensa għall-outriggers.

2.16.

“Massa fi stat ta' tħaddim” tfisser is-somma tal-massa tal-vettura mhux mgħobbija u l-massa tas-sewwieq.

2.17.

“Koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar (PBC)”: tfisser il-kejl tal-frizzjoni tat-tajer mal-wiċċ tat-triq, abbażi tad-deċellerazzjoni massima ta' tajer idur.

2.18.

“Sistema tal-ibbrejkjar assistit bl-enerġija” tfisser sistema tal-ibbrejkjar li fiha, l-enerġija meħtieġa biex tiġi prodotta l-forza tal-ibbrejkjar tkun fornuta mill-isforz fiżiku tas-sewwieq assistit minn wieħed jew aktar apparati li jipprovdu l-enerġija, pereżempju assistita b'vakwu (b'booster ta' vakwu).

2.19.

“Sistema tal-ibbrejkjar sekondarja” tfisser it-tieni sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz fuq vettura mgħammra b'sistema kombinata tal-ibbrejkjar ikkombinata.

2.20.

“Sistema tal-ibbrejkar tas-servizz” tfisser sistema tal-ibbrejkjar li tintuża biex tnaqqas il-veloċità tal-vettura meta tkun miexja.

2.21.

“Sistema tal-ibbrejkjar uniku” tfisser sistema tal-ibbrejkjar li taġixxi fuq fus wieħed biss.

2.22.

“Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma (SSBS)” tfisser sistema tal-ibbrejkjar li tħaddem il-brejkijiet fuq ir-roti kollha, magħmula minn żewġ subsistemi jew aktar attwati b'kontroll waħdieni ddisinjat b'tali mod li ħsara waħda fi kwalunkwe subsistema (bħal ħsara tat-tip ta' tnixxija f'subsistema idrawlika) ma ttellifx fit-tħaddim ta' kwalunkwe subsistema oħra.

2.23.

“Distanza tal-waqfien” tfisser id-distanza vvjaġġata mill-vettura mill-punt li s-sewwieq jibda jħaddem il-kontroll tal-ibbrejkjar sal-punt li l-vettura tieqaf għalkollox. Għal testijiet li għalihom huwa speċifikat it-tħaddim simultanju taż-żewġ kontrolli, id-distanza vvjaġġata tittieħed mill-punt li fih jitħaddem l-ewwel kontroll.

2.24.

“Veloċità tat-test” tfisser il-veloċità tal-vettura mkejla fil-mument li s-sewwieq jibda jħaddem il-kontroll(i) tal-ibbrejkjar. Għal testijiet li għalihom huwa speċifikat it-tħaddim simultanju taż-żewġ kontrolli, il-veloċità tal-vettura tittieħed mill-punt li fih jitħaddem l-ewwel kontroll.

2.25.

“Trażmissjoni” tfisser il-kombinament tal-komponenti li jipprovdu konnessjoni funzjonali bejn il-kontroll u l-brejk.

2.26.

“Massa tal-vettura mhux mgħobbija” tfisser il-massa nominali tal-vettura kif indikata mill-manifattur(i), inkluż it-tagħmir kollu installat fil-fabbrika għat-tħaddim normali tal-vettura (eż. l-apparat għat-tifi tan-nar, għodod, stepni), kif ukoll il-likwidi tat-tkessiħ, żjut, 90 fil-mija tal-fjuwil u 100 fil-mija ta' gassijiet jew likwidi oħra, kif speċifikai mill-manifattur.

2.27.

“Tip ta' vettura” tfisser subkategorija ta' vetturi tal-kategorija L li ma jvarjawx f'tali aspetti essenzjali bħal:

(a)

Il-kategorija tal-vettura, kif definita fir-Riżoluzzjoni Konsolidata (R.E.3);

(b)

Il-massa grossa tal-vettura, kif definit fil-paragrafu 2.12;

(c)

Id-distribuzzjoni tal-massa bejn il-fusien;

(d)

Vmax;

(e)

Tip differenti ta' apparat tal-ibbrejkjar;

(f)

In-numru u arranġament tal-fusien;

(g)

It-tip tal-magna;

(h)

In-numru u l-proporzjonijiet tal-gerijiet;

(i)

il-proporzjonijiet tat-trażmissjoni finali;

(j)

Il-qisien tat-tajers.

2.28.

“Vmax” tfisser il-veloċità li tista' tinkiseb b'rata massima ta' aċċellerazzjoni, minn bidu bil-vettura wieqfa, fuq distanza ta' 1,6 km fuq wiċċ tal-art livell, bil-vettura mgħobbija ħafif, jew il-veloċità mkejla skont ISO 7117:1995.

2.29.

“Illokkjar tar-rota” tfisser il-kundizzjoni li sseħħ meta jkun hemm proporzjoni ta' żlieq ta' 1,00.

3.   APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI

3.1.   L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta' tip tal-vettura fir-rigward tal-ibbrekjar għandha tiġi sottomessa mill-manifattur tal-vettura jew mir-rappreżentant akkreditat tiegħu.

3.2.   Għandu jkollha magħha tliet kopji tad-dokumenti msemmija hawn taħt u d-dettalji li ġejjin:

3.2.1.

Deskrizzjoni tat-tip tal-vettura fir-rigward tal-aspetti elenkati fil-paragrafu 2.27. Għandhom jiġu speċifikati n-numri u/jew simboli li jidentifikaw it-tip tal-vettura u t-tip tal-magna;

3.2.2.

Lista tal-komponenti, identifikati b'mod xieraq, li jikkostitwixxu l-apparat tal-ibbrejkjar;

3.2.3.

Dijagramma tas-sistema tal-ibbrejkjar immuntata u indikazzjoni tal-pożizzjoni tal-komponenti tagħha fuq il-vettura;

3.2.4.

Disinji dettaljati ta' kull komponent sabiex jinstab u jiġi identifikat faċilment.

3.3.   Lis-servizz tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet għall-approvazzjoni għandu jitressaq rappreżentattiv tal-vettura tat-tip tal-vettura li għandu jiġi approvat.

4.   APPROVAZZJONI

4.1.   Jekk it-tip tal-vettura mressaq għall-approvazzjoni skont dan ir-Regolament jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 5 u 6 ta' hawn taħt, għandha tingħata l-approvazzjoni għal dak it-tip ta' vettura.

4.2.   Għandu jiġi assenjat numru tal-approvazzjoni għal kull tip approvat. L-ewwel żewġ figuri (attwalment 03 li jikkorrispondi għas-serje ta' emendi 03) għandhom jindikaw is-serje ta' emendi li tinkorpora l-emendi tekniċi l-aktar reċenti u importanti magħmula għar-Regolament fiż-żmien tal-ħruġ tal-approvazzjoni. L-istess Parti Kontraenti ma għandhiex tassenja l-istess numru lill-istess tip ta' vettura mgħammra b'tip ieħor ta' apparat tal-ibbrejkjar, jew lil tip ieħor ta' vettura.

4.3.   Għandu jiġi kkomunikat avviż ta' approvazzjoni jew ta' rifjut jew ta' estensjoni jew ta' rtirar ta' approvazzjoni jew ta' produzzjoni mwaqqfa għalkollox ta' tip tal-vettura skont dan ir-Regolament lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament permezz ta' formola li tikkonforma mal-mudell fl-Anness 1 ta' dan ir-Regolament.

4.4.   Ma' kull vettura li tikkonforma ma' tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, b'mod li jolqot l-għajn u f'post faċilment aċċessibbli li ġie speċifikat fuq il-formola tal-approvazzjoni, għandha titwaħħal marka tal-approvazzjoni internazzjonali magħmula minn:

4.4.1.

Ċirku madwar l-ittra “E” segwit bin-numru li jiddistingwi l-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni (2);

4.4.2.

In-numru ta' dan ir-Regolament, segwit bl-ittra “R”, sing u n-numru tal-approvazzjoni fuq il-lemin taċ-ċirku preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.5.   Jekk il-vettura tikkonforma ma' tip ta' vettura approvat, skont Regolament wieħed jew aktar annessi mal-Ftehim, fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament, is-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1 ma hemmx għalfejn jiġi ripetut; f'dan il-każ, ir-Regolament u n-numri ta' approvazzjoni u s-simboli addizzjonali tar-Regolamenti kollha li skonthom tkun ingħatat l-approvazzjoni fil-pajjiż li jkun ta l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu f'kolonni vertikali fuq in-naħa tal-lemin tas-simbolu preskritt fil-paragrafu 4.4.1.

4.6.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha tkun tista' tinqara b'mod ċar u għandha tkun indelibbli.

4.7.   Il-marka tal-approvazzjoni għandha titqiegħed qrib ta' jew fuq il-pjanċa tad-dejta tal-vettura mwaħħla mill-manifattur.

4.8.   L-Anness 2 ta' dan ir-Regolament jagħti eżempji ta' arranġamenti ta' marki tal-approvazzjoni.

5.   SPEĊIFIKAZZJONIJIET

5.1.   Rekwiżiti tas-sistema tal-ibbrejkjar

5.1.1.   Kull vettura għandha tgħaddi minn kull wieħed mit-testijiet speċifikati għal vettura tal-kategorija tagħha u għal dawk il-karatteristiċi tal-brejkijiet tal-vettura.

5.1.2.   Tħaddim tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz

Il-vetturi għandu jkollhom konfigurazzjonijiet li jippermettu lis-sewwieq iħaddem il-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz waqt li jkun bilqiegħda fil-pożizzjoni normali tas-sewqan u b'idejh it-tnejn fuq il-kontroll tal-istering.

5.1.3.   Tħaddim tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar sekondarja

Il-vetturi għandu jkollhom konfigurazzjonijiet li jippermettu lis-sewwieq iħaddem il-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar sekondarja waqt li jkun bilqiegħda fil-pożizzjoni normali tas-sewqan u mill-inqas b'id waħda fuq il-kontroll tal-istering.

5.1.4.   Sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar

Jekk tkun installata sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar, din għandha żżomm il-vettura wieqfa fuq ix-xaqliba preskritta fil-paragrafu 8.2 tal-Anness 3.

Is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandha:

(a)

Ikollha kontroll li jkun separat mill-kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz;

(b)

Tinżamm fil-pożizzjoni llokkjata permezz ta' mezzu mekkaniċi biss.

Il-vetturi għandu jkollhom konfigurazzjonijiet li jippermettu lis-sewwieq iħaddem is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar waqt li jkun bilqiegħda fil-pożizzjoni normali tas-sewqan.

5.1.5.   Il-vetturi b'żewġ roti tal-kategoriji L1 u L3 għandhom ikunu mgħammra jew b'żewġ sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz separati, jew b'sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma, mill-inqas bi brejk wieħed jaħdem fuq ir-rota ta' quddiem u mill-inqas bi brejk wieħed jaħdem fuq ir-rota ta' wara.

5.1.6.   Il-vetturi bi tliet roti tal-kategorija L4 għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tas-sistema tal-ibbrejkjar stabbiliti fil-paragrafu 5.1.5. Brejk fuq is-sidecar ma jkunx meħtieġ jekk il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni preskritti fl-Anness 3.

5.1.7.   Il-vetturi bi tliet roti tal-kategorija L2 għandhom ikunu mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar flimkien ma' waħda minn dawn is-sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz:

(a)

Żewġ sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz separati, iżda mhux CBS, li meta jiġu applikati flimkien iħaddmu l-brejkijiet fuq ir-roti kollha; jew

(b)

Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma; jew

(c)

CBS li tħaddem il-brejkijiet fuq ir-roti kollha u sistema tal-ibbrejkjar sekondarja li tista' tkun is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar.

5.1.8.   Vetturi tal-kategorija L5 għandhom ikunu mgħammra bi:

5.1.8.1.

Sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar; u

5.1.8.2.

Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz ikkontrollata bis-sieq li tħaddem il-brejkijiet fuq ir-roti kollha, permezz ta':

(a)

Sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma; jew

(b)

CBS li tħaddem il-brejkijiet fuq ir-roti kollha u sistema tal-ibbrejkjar sekondarja, li tista' tkun is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar.

5.1.9.   F'każijiet fejn jiġu installati żewġ sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz separati, is-sistemi jista' jkollhom brejk wieħed komuni bejniethom, sakemm ħsara f'sistema waħda ma taffettwax il-prestazzjoni tas-sistema l-oħra.

5.1.10.   Għal vetturi li jużaw fluwidu idrawliku għat-trażmissjoni tal-forza tal-brejk, iċ-ċilindru ewlieni għandu:

a)

Ikollu kontenitur issiġillat, mgħotti u separat għal kull sistema tal-ibbrejkjar;

b)

Ikollu kapaċità minima tal-kontenitur li tkun ekwivalenti għal 1,5 darbiet tal-ispostament tal-fluwidu totali meħtieġ biex tiġi ssodisfata l-kundizzjoni ta' firrodi ġodda sa firrodi mittiekla għalkollox, bil-kundizzjoni tal-agħar każ ta' aġġustament tal-brejk; u

c)

Ikollu kontenitur bil-livell tal-fluwidu viżibbli, hekk li l-livell jista' jiġi ċċekkjat bla ma jitneħħa l-għatu.

5.1.11.   Il-fanali ta' twissija kollha għandhom jiġu mmuntati fejn ikunu viżibbli għas-sewwieq.

5.1.12.   Vetturi li jkunu mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma għandhom ikunu mgħammra b'fanal ta' twissija aħmar, li jiġi attivat:

(a)

Meta jkun hemm ħsara idrawlika x'ħin tiġi applikata ta' forza ta' ≤ 90 N fuq il-kontroll; jew

(b)

Mingħajr l-attwazzjoni tal-kontroll tal-brejk, meta l-livell tal-fluwidu tal-brejkijiet fiċ-ċilindru ewlieni jaqa' taħt l-ogħla livell minn:

(i)

Dak speċifikat mill-manifattur; u

(ii)

Dak li huwa inqas minn jew ugwali għal nofs il-kapaċità tal-kontenitur tal-fluwidu..

Sabiex issir il-verifika tal-funzjonament, il-fanal ta' twissija għandu jinxtegħel permezz tal-attivazzjoni tal-iswiċċ tal-ignixin u għandu jintefa meta l-verifika tkun lesta. Dan il-fanal ta' twissija għandu jibqa' mixgħul x'ħin ikun hemm xi kundizzjoni ta' ħsara meta l-iswiċċ tal-ignixin ikun fil-pożizzjoni “mixgħul”.

5.1.13.   Vetturi li jkunu mgħammra b'sistema ABS għandhom ikunu mgħammra b'fanal ta' twissija isfar. Il-fanal għandu jiġi attivat kull meta jkun hemm malfunzjoni li taffettwa l-ġenerazzjoni jew it-trażmissjoni tas-sinjali fis-sistema ABS tal-vettura.

Sabiex issir il-verifika tal-funzjonament, il-fanal ta' twissija għandu jinxtegħel permezz tal-attivazzjoni tal-iswiċċ tal-ignixin u jintefa meta l-verifika tkun lesta.

Dan il-fanal ta' twissija għandu jibqa' mixgħul x'ħin ikun hemm xi kundizzjoni ta' ħsara meta l-iswiċċ tal-ignixin ikun fil-pożizzjoni “mixgħul”.

5.2.   Durabbiltà

5.2.1.   L-użu tal-brejkijiet għandu jkun kompensat permezz ta' sistema ta' aġġustament awtomatiku jew manwali.

5.2.2.   Il-ħxuna tal-materjal ta' frizzjoni għandha jew tkun viżibbli mingħajr żarmar, jew meta l-materjal ta' frizzjoni ma jkunx viżibbli, l-użu għandu jiġi vvalutat permezz ta' apparat iddisinjat għal dak l-iskop.

5.2.3.   Waqt it-testijiet kollha ta' dan ir-Regolament u meta dawn jitlestew, ma għandu jkun hemm l-ebda stakkament tal-materjal ta' frizzjoni u l-ebda tnixxija ta' fluwidu tal-brejkijiet.

5.3.   Kejl tal-prestazzjoni dinamika

Il-metodu użat biex titkejjel il-prestazzjoni huwa kif speċifikat għat-testijiet rispettivi fl-Anness 3. Hemm tliet metodi kif il-prestazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz tista' titkejjel:

5.3.1.

MFDD (Mean Fully Developed Deceleration — Deċellerazzjoni Medja Totalment Żviluppata):

Kalkolu tal-MFDD:

Formula f' m/s2

fejn:

dm

=

deċellerazzjoni medja totalment żviluppata

V1

=

veloċità tal-vettura meta s-sewwieq jattwa l-kontroll

Vb

=

veloċità tal-vettura bi 0,8 V1 f' km/h

Vb

=

veloċità tal-vettura bi 0,1 V1 f' km/h

Sb

=

distanza vjaġġata bejn V1 u Vb f'metri

Sb

=

distanza vjaġġata bejn V1 u Ve f'metri

5.3.2.

Distanza tal-waqfien:

Abbażi tal-ekwazzjonijiet bażiċi ta' mozzjoni:

S = 0,1 · V + (X) · V2

fejn:

s

=

distanza tal-waqfien f'metri

v

=

veloċità tal-vettura f'km/h

X

=

fattur varjabbli bbażat fuq ir-rekwiżit għal kull test

Biex tiġi kkalkolata d-distanza tal-waqfien ikkoreġuta bl-użu tal-fattur tal-veloċità tat-test attwali tal-vettura, tintuża l-formula li ġejja:

Ss = 0,1 · Vs + (Sa – 0,1 · Va) · Vs2/Va2

fejn:

Ss

=

distanza tal-waqfien ikkoreġuta f'metri

Vs

=

veloċità tat-test speċifikata tal-vettura f'km/h

Sa

=

distanza tal-waqfien attwali f'metri

Va

=

veloċità tat-test attwali tal-vettura f'km/h

Nota: Din l-ekwazzjoni hija valida biss meta l-veloċità tat-test attwali (Va) tkun ± 5 km/h tal-veloċità tat-test speċifikata (Vs).

5.3.3.

Reġistrazzjoni kontinwa tad-deċellerazzjoni:

Għall-proċedura tal-burnishing (bedding-in) u għat-testijiet bħal dak bi brejkijiet imxarrba u l-proċedura ta' tisħin għat-telf tal-prestazzjoni tal-brejkijiet — minħabba li jisħnu (heat fade), issir reġistrazzjoni kontinwa tad-deċellerazzjoni istantanja tal-vettura mill-mument li tkun applikata forza fuq il-kontroll tal-brejk sat-tmiem tal-perjodu ta' waqfien.

5.4.   Materjali tal-firrodi tal-brejkijiet:

Il-firrodi tal-brejkijiet ma għandux ikun fihom asbestos.

6.   TESTIJIET

It-testijiet tal-ibbrejkjar (kundizzjonijiet u proċeduri tat-test) li l-vetturi sottomessi għall-approvazzjoni huma meħtieġa li jagħmlu, u l-prestazzjoni meħtieġa tal-ibbrejkjar, huma deskritti fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament.

7.   MODIFIKI TAT-TIP TAL-VETTURA JEW TAS-SISTEMA TAL-IBBREJKJAR U ESTENSJONI TAL-APPROVAZZJONI

7.1.   Kull modifika fuq it-tip tal-vettura jew fuq is-sistema tal-ibbrejkjar tagħha għandha tiġi kkomunikata lid-Dipartiment Amministrattiv li jkun approva t-tip tal-vettura. Imbagħad, id-dipartiment jista':

7.1.1.

Iqis li l-modifiki li saru mhux probabbli li se jkollhom effett avvers apprezzabbli u li jkun xi jkun il-każ, il-vettura xorta għadha konformi mar-rekwiżiti; jew

7.1.2.

Jesiġi rapport ġdid tat-test mis-Servizz Tekniku responsabbli mit-twettiq tat-testijiet.

7.2.   Il-konferma jew ir-rifjut tal-approvazzjoni, bl-ispeċifikazzjoni tal-modifiki, għandha tiġi kkomunikata permezz tal-proċedura speċifikata fil-paragrafu 4.3, lill-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament.

7.3.   L-Awtorità Kompetenti li toħroġ l-estensjoni tal-approvazzjoni għandha tagħti numru tas-serje lil kull formola ta' komunikazzjoni li ssir għal estensjoni bħal din.

8.   KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

8.1.   Kull vettura (sistema) approvata skont dan ir-Regolament għandha tkun manifatturata b'tali mod li tkun konformi mat-tip approvat billi tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 5.

8.2.   Sabiex jiġi vverifikat li r-rekwiżiti tal-paragrafu 8.1 ġew issodisfati, għandhom isiru kontrolli adegwati tal-produzzjoni.

8.3.   Id-detentur tal-approvazzjoni għandu, b'mod partikolari:

8.3.1.

Jiżgura l-eżistenza ta' proċeduri għall-kontroll effettiv tal-kwalità tal-prodotti;

8.3.2.

Ikollu aċċess għat-tagħmir ta' kontroll meħtieġ għall-verifika tal-konformità ma' kull tip approvat;

8.3.3.

Jiżgura li d-dejta tar-riżultati tat-testijiet tiġi rreġistrata u li d-dokumenti annessi jibqgħu disponibbli għal perjodu li għandu jiġi stabbilit bi ftehim mas-Servizz Amministrattiv;

8.3.4.

Janalizza r-riżultati ta' kull tip ta' test, sabiex jivverifika u jiżgura l-istabbiltà tal-karatteristiċi tal-prodott, filwaqt li jagħmel konċessjoni għal varjazzjoni fil-produzzjoni industrijali;

8.3.5.

Jiżgura li għal kull tip ta' prodott jitwettqu mill-inqas it-testijiet preskritti fl-Anness 3 ta' dan ir-Regolament;

8.3.6.

Jiżgura li kwalunkwe teħid ta' kampjuni jew ta' mudelli meħudin għat-testijiet li juru nuqqas ta' konformità mat-tip ta' test ikkonċernat għandu jagħti lok għal teħid ieħor ta' kampjuni u għal test ieħor. Għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni korrispondenti.

8.4.   L-Awtorità Kompetenti li tat l-approvazzjoni tat-tip tista', meta jidhrilha, tivverifika l-metodi ta' kontroll tal-konformità applikabbli għal kull unità ta' produzzjoni.

8.4.1.   F'kull spezzjoni, il-kotba tat-test u r-reġistri tal-istħarriġ dwar il-produzzjoni għandhom jiġu preżentati lill-ispettur li jżur il-post.

8.4.2.   L-ispettur jista' jieħu kampjuni b'mod aleatorju li wara jiġu ttestjati fil-laboratorju tal-manifattur. In-numru minimu ta' kampjuni jista' jiġi determinat skont ir-riżultati tal-verifika tal-manifattur stess.

8.4.3.   Meta l-livell ta' kwalità jidher li mhux sodisfaċenti jew meta jidher li huwa meħtieġ li tkun ivverifikata l-validità tat-testijiet li jitwettqu fl-applikazzjoni tal-paragrafu 8.4.2, l-ispettur għandu jagħżel kampjuni biex jintbagħtu lis-servizz tekniku li wettaq it-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

8.4.4.   L-Awtorità Kompetenti tista' twettaq kwalunkwe test preskrit f'dan ir-Regolament.

8.4.5.   Il-frekwenza normali ta' spezzjonijiet awtorizzati mill-awtorità kompetenti għandha tkun ta' darba kull sentejn. Fil-każ fejn riżultati negattivi jiġu reġistrati f'waħda minn dawn iż-żjarat, l-Awtorità Kompetenti għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa kollha sabiex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità tal-produzzjoni malajr kemm jista' jkun.

9.   DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI

9.1.   Mid-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tas-serje ta' emendi 03 ta' dan ir-Regolament, l-ebda Parti Kontraenti li tapplika dan ir-Regolament ma għandha tirrifjuta li tagħti l-approvazzjoni skont dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03. Fuq talba tal-manifattur, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament jistgħu jaqblu dwar l-applikazzjoni ta' dawn l-emendi qabel id-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ tagħhom.

9.2.   Minn 24 xahar wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 9.1, il-Partijiet Kontraenti li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jagħtu approvazzjonijiet biss jekk it-tip tal-vettura jikkorrispondi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

9.3.   Approvazzjonijiet mogħtija qabel it-tmiem tal-perjodu ta' 24 xahar ta' wara d-data uffiċjali tad-dħul fis-seħħ ma jibqgħux validi 48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ imsemmija fil-paragrafu 9.1, sakemm il-Parti Kontraenti li tat l-approvazzjoni ma tinnotifikax lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament li l-vettura tat-tip approvat tissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament kif emendat mis-serje ta' emendi 03.

9.4.   Minkejja d-dispożizzjoniet tranżitorji ta' hawn fuq, il-Partijiet Kontraenti li l-applikazzjoni tagħhom ta' dan ir-Regolament tidħol fis-seħħ wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-aktar sensiela reċenti ta' emendi mhumiex obbligati jaċċettaw approvazzjonijiet li jkunu ngħataw skont xi waħda mis-sensieli ta' qabel ta' emendi ta' dan ir-Regolament.

10.   PENALI GĦAL NUQQAS TA' KONFORMITÀ TAL-PRODUZZJONI

10.1.   L-approvazzjoni mogħtija fil-każ ta' tip tal-vettura skont dan ir-Regolament tista' tiġi irtirata jekk ma tinżammx il-konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 8.1 jew jekk vettura ta' dan it-tip tkun weħlet fil-verifiki preskritti fil-paragrafu 8.3.

10.2.   Jekk Parti għall-Ftehim li tapplika dan ir-Regolament tirtira approvazzjoni li tkun tat qabel, għandha tavża b'dan minnufih lill-Partijiet Kontraenti l-oħra li japplikaw dan ir-Regolament, permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li fl-aħħar ikollha, f'ittri kbar, l-annotazzjoni ffirmata u datata “APPROVAZZJONI RTIRATA”.

11.   PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX

Jekk id-detentur tal-approvazzjoni jieqaf għalkollox milli jimmanifattura tip tal-vettura approvat skont dan ir-Regolament, għandu jinforma b'dan lill-awtorità li tat l-approvazzjoni. Meta tirċievi l-komunikazzjoni rilevanti, dik l-awtorità għandha tgħarraf b'dan lill-Partijiet l-oħra fil-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament, u dan permezz ta' kopja tal-formola tal-approvazzjoni li jkollha miktub fl-aħħar, b'ittri kbar, l-annotament iffirmat u datat “PRODUZZJONI MWAQQFA GĦALKOLLOX”.

12.   ISMIJIET U INDIRIZZI TAS-SERVIZZI TEKNIĊI RESPONSABBLI MIT-TWETTIQ TAT-TESTIJIET TAL-APPROVAZZJONI U TAD-DIPARTIMENTI AMMINISTRATTIVI

Il-Partijiet għall-Ftehim li japplikaw dan ir-Regolament għandhom jibagħtu lis-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti l-ismijiet u l-indirizzi tas-servizzi tekniċi responsabbli mit-twettiq tat-testijiet tal-approvazzjoni u tad-Dipartimenti Amministrattivi li taw l-approvazzjoni u li lilhom għandhom jintbagħtu formoli li jiċċertifikaw l-approvazzjoni jew l-estensjoni jew ir-rifjut jew l-irtirar ta' approvazzjoni, maħruġa f'pajjiżi oħra.


(1)  Kif definit fir-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2, para.2.

(2)  In-numri ta' distinzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tal-1958 qed jerġgħu jingħataw fl-Anness 3 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), id-dokument ECE/TRANS/WP.29/78/Rev.2/Amend.1.


ANNESS 1 (*)

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

APPENDIĊI

LISTA TA' DEJTA TAL-VETTURA GĦALL-ISKOP TAL-APPROVAZZJONIJIET SKONT IR-REGOLAMENT Nru 90

1.

Deskrizzjoni tat-tip ta' vettura:

1.1.

Isem jew marka kummerċjali tal-vettura, jekk applikabbli:

1.2.

Kategorija tal-vettura:

1.3.

Tip tal-vettura bl-approvazzjoni skont ir-Regolament Nru 78:

1.4.

Il-mudelli jew l-ismijiet kummerċjali tal-vetturi li jikkostitwixxu t-tip tal-vettura, jekk disponibbli:

1.5.

Isem u indirizz tal-manifattur:

2.

L-għamla u t-tip tal-firrodi tal-brejkijiet:

3.

Massa minima tal-vettura:

3.1.

Id-distribuzzjoni tal-massa fuq kull fus (valur massimu):

4.

Massa grossa tal-vettura:

4.1.

Id-distribuzzjoni tal-massa fuq kull fus (valur massimu):

5.

Vmax km/h

6.

Il-qisien tat-tajers u tar-roti:

7.

Konfigurazzjoni tas-sistemi tal-ibbrejkjar indipendenti:

8.

L-ispeċifikazzjonijiet tal-valvi tal-brejkijiet (jekk applikabbli):

8.1.

L-ispeċifikazzjonjiet tal-aġġustament tal-valv ta' detezzjoni tat-tagħbija:

8.2.

L-issettjar tal-valv tal-pressjoni:

9.

Speċifikazzjoni tal-brejk:

9.1.

It-tip tal-brejk diska (eż. in-numru ta' pistuni bid-dijametru/i, diska vventilata jew solida):

9.2.

It-tip tal-brejk tanbur (eż. simplex, bid-daqs tal-pistun u tat-tanbur):

10.

It-tip u d-daqs taċ-ċilindru ewlieni (jekk applikabbli):


ANNESS 2

ARRANĠAMENTI TAL-MARKI TAL-APPROVAZZJONI

MUDELL A

(Ara l-paragrafu 4.4 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip tal-vettura konċernat, fir-rigward tal-ibbrejkjar, ġie approvat fir-Renju Unit (E11) skont ir-Regolament Nru 78-H bin-numru tal-approvazzjoni 032439. L-ewwel żewġ ċifri tan-numru tal-approvazzjoni jindikaw li r-Regolament Nru 78 diġà kien jinkludi s-serjeta' emendi 03 meta ngħatat l-approvazzjoni.

MUDELL B

(Ara l-paragrafu 4.5 ta' dan ir-Regolament)

Image

Il-marka tal-approvazzjoni ta' hawn fuq imwaħħla mal-vettura turi li t-tip tal-vettura konċernat, ġie approvat fir-Renju Unit (E4) skont ir-Regolamenti Nri 78 u 40 (*). L-ewwel żewġ ċifri tan-numri tal-approvazzjoni jindikaw li, fid-dati meta ngħataw l-approvazzjonijiet rispettivi, ir-Regolament Nru 78 inkluda s-serje ta' emendi 03 iżda r-Regolament Nru 40 kien għadu fil-forma oriġinali tiegħu.


(*)  Dan in-numru huwa mogħti biss bħala eżempju.


ANNESS 3

IL-KUNDIZZJONIJIET TAT-TEST, IL-PROĊEDURI U R-REKWIŻITI TAL-PRESTAZZJONI

1.   ĠENERALI

1.1.   Uċuħ tat-test

1.1.1.   Wiċċ bi frizzjoni għolja:

a)

Applikabbli għat-testijiet tal-ibbrejkjar dinamiku kollha għajr għat-testijiet tal-ABS, li għalihom jiġi speċifikat wiċċ bi frizzjoni baxxa;

b)

Iż-żona tat-test għandha tkun wiċċ nadif u livell, b'xaqliba ta' ≤ 1 fil-mija;

c)

Il-wiċċ għandu jkollu valur nominali ta' koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar (PBC) ta' 0,9, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

1.1.2.   Wiċċ bi frizzjoni baxxa:

a)

Applikabbli għat-testijiet tal-ibbrejkjar dinamiku kollha li għalihom jiġi speċifikat wiċċ bi frizzjoni baxxa;

b)

Iż-żona tat-test għandha tkun wiċċ nadif, xott u livell, b'xaqliba ta' ≤ 1 fil-mija;

c)

Il-wiċċ għandu jkollu PBC ta' ≤ 0,45.

1.1.3.   Kejl tal-PBC:

Il-PBC jitkejjel kif iddeterminat mill-awtorità tal-approvazzjoni billi jintuża:

(a)

The American Society for Testing and Materials (ASTM) E1136 — 93 (Reapproved 2003) standard reference test tyre, skont il-Metodu ASTM E1337-90 (Reapproved 2002), b'veloċità ta' 40 mph jew

(b)

Il-metodu speċifikat fl-Appendiċi ta' dan l-anness.

1.1.4.   Testijiet tas-sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar:

Ix-xaqliba tat-test speċifikata għandu jkollha nadif u xott li ma jiddeformax bil-massa tal-vettura.

1.1.5.   Wisa' tal-karreġġata tat-test:

Għal vetturi b'żewġ roti (vetturi tal-kategoriji L1 u L3) il-wisa' tal-karreġġata tat-test għandha tkun 2,5 m.

Għal vetturi bi tliet roti (vetturi tal-kategoriji L2, L5 u L4) il-wisa' tal-karreġġata tat-test għandha tkun 2,5 m u l-wisa' tal-vettura.

1.2.   Temperatura ambjentali

It-temperatura ambjentali għandha tkun bejn 4 °C u 45 °C.

1.3.   Veloċità tar-riħ

Il-veloċità tar-riħ ma għandiex tkun aktar minn 5 m/s.

1.4.   Tolleranza tal-veloċità tat-test

It-tolleranza tal-veloċità tat-test hija ± 5 km/h.

Fil-każ li l-veloċità attwali tat-test tiddevja mill-veloċità speċifikata tat-test, id-distanza attwali tal-waqfien tiġi kkorreġuta permezz tal-formula fil-paragrafu 5.3.2 ta' dan ir-Regolament.

1.5.   Trażmissjoni awtomatika

Vetturi bi trażmissjoni awtomatika għandhom ilestu t-testijiet kollha — kemm jekk huma għal “magna konnettjata” kif ukoll jekk għal “magna skonnettjata”.

Jekk trażmissjoni awtomatika jkollha pożizzjoni newtrali, il-pożizzjoni newtrali tiġi magħżula għat-testijiet fejn tkun speċifikata “magna skonnettjata”.

1.6.   Pożizzjoni tal-vettura u llokkjar tar-roti::

(a)

Il-vettura tiġi pożizzjonata fiċ-ċentru tal-karreġġata tat-test fil-bidu ta' kull waqfa;

(b)

Isiru waqfiet mingħajr ma r-roti tal-vettura joħorġu mill-karreġġata applikabbli tat-test u mingħajr ma jillokkjaw ir-roti.

1.7.   Sekwenza tat-test

Ordni tat-test

Paragrafu

1.

Waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku

3

2.

Waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontrolli tal-ibbrejkjar tas-servizz kollha

4

3.

Veloċità għolja

5

4.

Brejk imxarrab:

6

5.

Tnaqqis tal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar (heat fade) bis-sħana (1)

7

6.

Jekk installat:

 

6.1.

Sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar

8

6.2.

ABS

9

6.3.

Ħsara parzjali, għal sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma

10

6.4.

Ħsara tas-sistema tal-ibbrejkjar assistit bl-enerġija

11

2.   TĦEJJIJA

2.1.   Veloċità tal-magna mhux ingranata

Il-veloċità tal-magna mhux ingranata tiġi stabbilita skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur.

2.2.   Pressjoni tat-tajers

It-tajers jintnefħu skont l-ispeċifikazzjoni tal-manifattur għall-kundizzjoni tat-tagħbija tal-vettura għat-test.

2.3.   Il-punti u d-direzzjoni tal-applikazzjoni ta' kontroll

Għal liver ta' kontroll bl-idejn, il-forza ta' tħaddim (F) tiġi applikata fuq il-wiċċ ta' quddiem tal-liver ta' kontroll perpendikolari mal-assi tal-fulkru tal-liver u l-punt l-aktar 'il barra tiegħu fuq il-pjan li tulu jdur il-liver ta' kontroll (ara l-figura hawn taħt).

Il-forza ta' tħaddim tiġi applikata fuq punt f'distanza ta' 50 mm mill-aktar punt 'il barra tal-liver ta' kontroll, imkejla tul l-assi bejn l-assi ċentrali tal-fulkru tal-liver u l-punt l-aktar 'il barra tiegħu.

Image

Għal pedala ta' kontroll bis-saqajn, il-forza ta' tħaddim tiġi applikata fiċ-ċentru tal-pedala ta' kontroll u perpendikolari għall-pedala.

2.4.   Kejl tat-temperatura tal-brejk

Kif determinat mill-awtorità tal-approvazzjoni, it-temperatura tal-brejk titkejjel fiċ-ċentru approssimattiv tal-mogħdija tal-ibbrejkjar tad-diska jew tat-tanbur tal-brejk bl-użu ta:

(a)

Termokoppja li tħokk f'kuntatt mal-wiċċ tad-diska jew tanbur; jew

(b)

Termokoppja inkorporata fil-materjal ta' frizzjoni.

2.5.   Proċedura tal-burnishing

Il-brejkijiet tal-vettura jiġu burnished qabel l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Din il-proċedura tista' titwettaq mill-manifattur:

(a)

Vettura mgħobbija ħafif;

(b)

Magna skonnettjata;

    Veloċità inizjali: 50 km/h jew 0,8 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

    Veloċità finali = 5 sa 10 km/h;

(c)

Veloċità tat-test:

(i)

(ii)

(d)

Applikazzjoni tal-brejk:

Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament;

(e)

Deċellerazzjoni tal-vettura:

(i)

Sistema tal-ibbrejkar uniku fuq quddiem biss:

 

3,0-3,5 m/s2 għal vetturi tal-kategoriji L3 u L4;

 

1,5-2,0 m/s2 għal vetturi tal-kategoriji L1 u L2;

(ii)

Sistema tal-ibbrejkar uniku fuq wara biss: 1,5-2,0 m/s2;

(iii)

CBS jew sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma: 3,5-4,0 m/s2;

(f)

Numru ta' deċellerazzjonijiet: 100 kull sistema tal-ibbrejkjar;

(g)

Temperatura inizjali tal-brejk qabel kull applikazzjoni ta' brejk ≤ 100 °C;

(h)

Għall-ewwel waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità inizjali u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati sakemm tintlaħaq il-veloċità finali. Imbagħad erġa' aċċellera sal-veloċità inizjali u żomm dik il-veloċità sakemm it-temperatura tal-brejk tinżel għall-valur inizjali speċifikat. Meta dawn il-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati, erġa' applika l-brejk kif speċifikat. Irrepeti din il-proċedura għan-numru ta' deċellerazzjonijiet speċifikati. Wara l-burnishing, aġġusta l-brejkijiet skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-manifattur.

3.   TEST TA' WAQFIEN FIX-XOTT — ATTWAZZJONI TAL-KONTROLL TAL-IBBREJKJAR UNIKU

3.1.   Kundizzjoni tal-vettura:

(a)

It-test huwa applikabbli għall-kategoriji tal-vetturi kollha;

(b)

Mgħobbija:

Għall-vetturi li jkunu mgħammra b'CBS u sistemi tal-ibbrejkar tas-servizz maqsuma: il-vettura tiġi ttestjata fil-kundizzjoni mgħobbija ħafif kif ukoll fil-kundizzjoni mgħobbija;

(c)

Magna skonnettjata.

3.2.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(b)

Veloċità tat-test:

(i)

Vetturi tal-kategoriji L1 u L2: 40 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(ii)

Vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4: 60 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(c)

Applikazzjoni tal-brejk:

Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament;

(d)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

(i)

:

Kontroll bl-idejn

:

≤ 200 N;

(ii)

:

Kontroll bis-saqajn

:

≤ 350 N għal vetturi tal-kategoriji L1, L2, L3 u L4;

≤ 500 N għal vetturi tal-kategorija L5;

(e)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet;

(f)

Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu.

3.3.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilit fil-paragrafu 3.2, id-distanza tal-waqfien għandha tkun kif speċifikat fil-kolonna 2 jew l-MFDD għandha tkun kif speċifikata fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja:

Kolonna 1

Kolonna 2

 

Kolonna 3

Kategorija tal-Vettura

DISTANZA TAL-WAQFIEN (S)

(Fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri)

 

MFDD

Sistema tal-ibbrejkjar uniku, ibbrejkjar tar-rota/i ta' quddiem biss:

L1

S ≤ 0,1 V + 0,0111 V2

 

≥ 3,4 m/s2

L2

S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2

≥ 2,7 m/s2

L3

S ≤ 0,1 V + 0,0087 V2

≥ 4,4 m/s2

L5

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

L4

S ≤ 0,1 V + 0,0105 V2

 

≥ 3,6 m/s2

Sistema tal-ibbrejkjar uniku, ibbrejkjar tar-rota/i ta' wara biss:

L1

S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2

 

≥ 2,7 m/s2

L2

S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2

≥ 2,7 m/s2

L3

S ≤ 0,1 V + 0,0133 V2

≥ 2,9 m/s2

L5

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

L4

S ≤ 0,1 V + 0,0105 V2

 

≥ 3,6 m/s2

Vetturi b'CBS jew sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma: għall-kundizzjoni mgħobbija u għall-kundizzjoni mgħobbija ħafif;

L1 u L2

S ≤ 0,1 V + 0,0087 V2

 

≥ 4,4 m/s2

L3

S ≤ 0,1 V + 0,0076 V2

≥ 5,1 m/s2

L5

S ≤ 0,1 V + 0,0077 V2

≥ 5,0 m/s2

L4

S ≤ 0,1 V + 0,0071 V2

 

≥ 5,4 m/s2

Vetturi b'CBS — sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz sekondarji:

KOLLHA

S ≤ 0,1 V + 0,0154 V2

 

≥ 2,5 m/s2

4.   TEST TA' WAQFIEN FIX-XOTT — ATTWAZZJONI TAL-KONTROLLI TAL-IBBREJKJAR TAS-SERVIZZ KOLLHA

4.1.   Kundizzjoni tal-vettura:

(a)

It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4;

(b)

Mgħobbija ħafif;

(c)

Magna skonnettjata.

4.2.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(b)

Veloċità tat-test: 100 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(c)

Applikazzjoni tal-brejk:

Attwazzjoni simultanja taż-żewġ kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz, jekk mgħammra b'dan il-mod, jew tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz uniku fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar ta' servizz li taħdem fuq ir-roti kollha;

(d)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Kontroll bl-idejn

:

≤ 250 N;

Kontroll bis-saqajn

:

≤ 400 N għal vetturi tal-kategoriji L3 u L4;

≤ 500 N għal vetturi tal-kategorija L5;

(e)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet;

(f)

Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu.

4.3.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 4.2, id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun S ≤ 0,0060 V2 (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri)

5.   TEST B'VELOĊITÀ GĦOLJA

5.1.   Kundizzjoni tal-vettura:

(a)

It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4;

(b)

Mhux meħtieġ test għal vetturi b'veloċità Vmax ≤ 125 km/h;

(c)

Mgħobbija ħafif;

(d)

Magna konnessa mat-trażmissjoni fuq l-ogħla ger.

5.2.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(b)

Veloċità tat-test

:

0,8 Vmax għal vetturi b'veloċità Vmax > 125 km/h u < 200 km/h;

160 km/h għal vetturi b'veloċità Vmax ≥ 200 km/h;

(c)

Applikazzjoni tal-brejk:

Attwazzjoni simultanja taż-żewġ kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz, jekk mgħammra b'dan il-mod, jew tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz uniku fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz li taħdem fuq ir-roti kollha;

(d)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Kontroll bl-idejn

:

≤ 200 N;

Kontroll bis-saqajn

:

≤ 350 N għal vetturi tal-kategoriji L3 u L4;

≤ 500 N għal vetturi tal-kategorija L5;

(e)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet;

(f)

Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll(i) tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu.

5.3.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni:

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 5.2.:

(a)

Id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun ≤ 0,1 V + 0,0067 V2

(fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri); jew

(b)

L-MFDD għandha tkun ≥ 5,8 m/s2.

6.   TEST BIL-BREJK IMXARRAB

6.1.   Ġenerali:

(a)

It-test huwa magħmul minn żewġ partijiet li jitwettqu b'mod konsekuttiv għal kull sistema tal-ibbrejkjar:

(i)

Test ta' referenza bbażat fuq it-test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku (Taqsima 3 ta' dan l-anness);

(ii)

Waqfa waħda bil-brejk imxarrab fejn jintużaw l-istess parametri tat-test bħal fil-punt (i), iżda bil-brejk(ijiet) jiġi/u kontinwament imraxxa(x) bl-ilma waqt it-twettiq tat-test sabiex titkejjel il-prestazzjoni tal-brejkijiet f'kundizzjonijiet imxarrba;

(b)

It-test mhuwiex applikabbli għal sistema tal-ibbrejkar tal-ipparkjar, sakemm din ma tkunx il-brejk sekondarju;

(c)

Brejkijiet tanbur jew brejkijiet diska magħluqa kompletament huma eżentati minn dan it-test sakemm ma jkunx hemm ventilazzjoni jew portijiet ta' spezzjoni miftuħa;

(d)

Dan it-test jeħtieġ li l-vettura tkun mgħammra bi strumentazzjoni li tagħti reġistrazzjoni kontinwa tal-forza tal-kontroll tal-brejk u d-deċellerazzjoni tal-vettura. Il-kejl tal-MFDD u tad-distanza tal-waqfien mhumiex meħtieġa f'dan il-każ.

6.2.   Kundizzjoni tal-vettura:

(a)

It-test huwa applikabbli għall-kategoriji tal-vetturi kollha;

(b)

Mgħobbija:

Għall-vetturi li jkunu mgħammra b'CBS u sistemi tal-ibbrejkar tas-servizz maqsuma: il-vettura tiġi ttestjata fil-kundizzjoni mgħobbija ħafif kif ukoll fil-kundizzjoni mgħobbija;

(c)

Magna skonnettjata;

(d)

Kull brejk jiġi installat b'tagħmir li jraxxax l-ilma:

(i)

Brejkijiet diska: Skeċċ tat-tagħmir li jraxxax l-ilma:

Image Test ta 'immaġni

Qisien f'millimetri

It-tagħmir li jraxxax l-ilma tal-brejk diska jiġi installat kif ġej:

(a)

L-ilma jiġi mraxxax fuq kull brejk b'rata ta' fluss ta' 15 litru/siegħa. L-ilma jiġi distribwit ugwalment fuq kull naħa tar-rotor;

(b)

Jekk il-wiċċ tar-rotor ikollu xi lqugħ, l-ilma jiġi mraxxax 45° quddiem l-ilqugħ;

(c)

Jekk ma jkunx possibbli li l-ilma jiġi mraxxax fil-pożizzjoni murija fuq l-iskeċċ, jew jekk it-traxxix jikkoinċidi ma' toqba tal-ventilazzjoni tal-brejk jew xi ħaġa simili, iż-żennuna tat-traxxix tista' tiġi avvanzata b'massimu ta' 90° mit-tarf tal-pedd, fejn jintuża l-istess raġġ;

(ii)

Brejkijiet tanbur b'ventilazzjoni u portijiet ta' spezzjoni miftuħa:

It-tagħmir li jraxxax l-ilma jiġi installat kif ġej:

(a)

L-ilma jitraxxax b'mod ugwali fuq iż-żewġ naħat tal-assemblaġġ tal-brejk tanbur (fuq il-pjanċa fissa ta' wara u fuq it-tanbur li jdur) b'rata ta' fluss ta' 15-il litru/siegħa;

(b)

Iż-żennuni tat-traxxix jiġu pożizzjonati żewġ terzi tad-distanza miċ-ċirkonferenza esterna tat-tanbur li jdur saċ-ċentru tal-buttun tar-rota;

(c)

Il-pożizzjoni taż-żennuna hija > 15° mix-xifer ta' kwalunkwe apertura tal-pjanċa ta' wara tat-tanbur.

6.3.   Test ta' referenza

6.3.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

It-test tat-Taqsima 3 ta' dan l-anness (test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku) jitwettaq għal kull sistema tal-ibbrejkjar iżda bil-forza tal-kontroll tal-brejk li twassal għal deċellerazzjoni tal-vettura ta' 2,5 — 3,0 m/s2, u jiġi ddeterminat dan li ġej:

(i)

Il-forza tal-kontroll tal-brejk medja mkejla meta l-vettura tkun qed tivvjaġġa bejn 80 fil-mija u 10 fil-mija tal-veloċità speċifikata tat-test;

(ii)

Id-deċellerazzjoni medja tal-vettura fil-perjodu 0,5 sa 1,0 sekondi wara l-punt ta' attwazzjoni tal-kontroll tal-brejk;

(iii)

Id-deċellerazzjoni massima tal-vettura matul il-waqfa totali, iżda eskluż l-aħħar 0,5 sekondi;

(b)

Wettaq 3 waqfiet ta' referenza u kkalkola l-medja tal-valuri miksuba f'(i), (ii), u (iii).

6.4.   Waqfa bil-brejk imxarrab

6.4.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Il-vettura tiġi misjuqa bil-veloċità tat-test użata fit-test ta' referenza stabbilit fil-paragrafu 6.3 bit-tagħmir tat-traxxix tal-ilma jaħdem fuq il-brejk(ijiet) li jrid(u) jiġi/u ttestjat(i) u mingħajr l-applikazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar;

(b)

Wara distanza ta' ≥ 500 m, applika l-forza medja tal-kontroll tal-brejk iddeterminata permezz tat-test ta' referenza, fuq is-sistema tal-ibbrejkjar li tkun qed tiġi ttestjata;

(c)

Kejjel id-deċellerazzjoni medja tal-vettura fil-perjodu 0,5 sa 1,0 sekondi wara l-punt ta' attwazzjoni tal-kontroll tal-brejk;

(d)

Kejjel id-deċellerazzjoni massima tal-vettura matul il-waqfa totali, iżda eskluż l-aħħar 0,5 sekondi.

6.5.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 6.4.1, il-prestazzjoni tad-deċellerazzjoni bil-brejk imxarrab għandha tkun:

(a)

Il-valur imkejjel fil-paragrafu 6.4.1(c) ≥ 60 fil-mija tal-valuri tad-deċellerazzjoni medji rreġistrati fit-test ta' referenza tal-paragrafu 6.3.1(a)(ii), jiġifieri fil-perjodu 0,5 sa 1,0 sekondi wara l-punt tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-brejk; u

(b)

Il-valur imkejjel fil-paragrafu 6.4.1(d) ≤ 120 fil-mija tal-valuri tad-deċellerazzjoni medji rreġistrati fit-test ta' referenza tal-paragrafu 6.3.1(a)(iii), jiġifieri matul il-waqfa totali iżda eskluż l-aħħar 0,5 sekondi.

7.   TEST TAT-TNAQQIS TAL-PRESTAZZJONI TAL-IBBREJKJAR BIS-SĦANA (HEAT FADE TEST)

7.1.   Ġenerali:

(a)

It-test huwa magħmul minn tliet partijiet li jitwettqu b'mod konsekuttiv għal kull sistema tal-ibbrejkjar:

(i)

Test ta' referenza fejn jintuża t-test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku (Taqsima 3 ta' dan l-anness);

(ii)

Proċedura tat-tisħin permezz ta' sensiela ta' waqfiet ripetuti sabiex jisaħħan/jissaħħnu l-brejk(ijiet);

(iii)

Waqfa bil-brejk sħun fejn jintuża t-test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku (it-Taqsima 3 ta' dan l-anness), biex titkejjel il-prestazzjoni tal-brejk wara l-proċedura tat-tisħin;

(b)

It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4;

(c)

It-test mhuwiex applikabbli għal sistemi tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar u għal sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz sekondarji;

(d)

Il-waqfiet kollha jitwettqu bil-vettura mgħobbija;

(e)

Il-proċedura tat-tisħin teħtieġ li l-vettura tkun mgħammra bi strumentazzjoni li tagħti reġistrazzjoni kontinwa tal-forza tal-kontroll tal-brejk u d-deċellerazzjoni tal-vettura. Il-kejl tal-MFDD u tad-distanza tal-waqfien mhumiex meħtieġa għall-proċedura tat-tisħin. It-test ta' referenza u l-waqfa bil-brejk sħun jeħtieġu l-kejl tal-MFDD jew tad-distanza tal-waqfien.

7.2.   Test ta' referenza

7.2.1.   Kundizzjoni tal-vettura:

Magna skonnettjata.

7.2.2.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(b)

Veloċità tat-test: 60 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(c)

Applikazzjoni tal-brejk:

Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament;

(d)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Kontroll bl-idejn

:

≤ 200 N;

Kontroll bis-saqajn

:

≤ 350 N għal vetturi tal-kategoriji L3 u L4;

≤ 500 N għal vetturi tal-kategorija L5;

(e)

Aċċelera l-vettura sal-veloċità tat-test, attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati u rreġistra l-forza tal-kontroll meħtieġa biex tinkiseb il-prestazzjoni tal-ibbrejkjar tal-vettura speċifikata fit-tabella tal-paragrafu 3.3 ta' dan l-anness.

7.3.   Proċedura tat-tisħin

7.3.1.   Kundizzjoni tal-vettura:

Trażmissjoni tal-magna

(i)

Mill-veloċità speċifikata tat-test sa 50 fil-mija tal-veloċità speċifikata tat-test: konnessa, bl-ogħla ger xieraq magħżul sabiex il-veloċità tal-magna tibqa' ogħla mill-veloċità tal-magna mhux ingranata speċifikata mill-manifattur;

(ii)

Minn 50 fil-mija tal-veloċità speċifikata tat-test sa wieqfa għalkollox: skonnettjata.

7.3.2.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk qabel l-ewwel waqfa biss: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(b)

Veloċità tat-test:

 

Sistema tal-ibbrejkjar uniku, ibbrejkjar tar-rota ta' quddiem biss: 100 km/h jew 0,7 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

 

Sistema tal-ibbrejkjar uniku, ibbrejkjar tar-rota ta' wara biss: 80 km/h jew 0,7 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

 

CBS jew sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma: 100 km/h jew 0,7 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(c)

Applikazzjoni tal-brejk:

Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament;

(d)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

(i)

Għall-ewwel waqfa:

 

Il-forza tal-kontroll kostanti li tikseb rata ta' deċellerazzjoni tal-vettura ta' 3,0 — 3,5 m/s2 waqt li l-vettura tkun qed tiddeċellera bejn 80 fil-mija u 10 fil-mija tal-veloċità speċifikata;

 

Jekk il-vettura ma tistax tilħaq ir-rata ta' deċelerazzjoni tal-vettura speċifikata, din il-waqfa titwettaq biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' deċelerazzjoni fit-tabella tal-paragrafu 3.3 ta' dan l-anness;

(ii)

Għall-waqfiet l-oħra kollha:

(a)

L-istess forza tal-kontroll tal-brejk kostanti bħal dik użata għall-ewwel waqfa;

(b)

Numru ta' waqfiet: 10;

(c)

Intervall bejn il-waqfiet: 1 000 m;

(e)

Wettaq waqfa bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu u mbagħad uża immedjatament l-aċċelerazzjoni massima biex tintlaħaq il-veloċità speċifikata u żomm dik il-veloċità sakemm issir il-waqfa li jmiss.

7.4.   Waqfa bil-brejk sħun

7.4.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

Wettaq waqfa unika bil-kundizzjonijiet użati fit-test ta' referenza (paragrafu 7.2) għas-sistema tal-ibbrejkjar li tkun ġiet imsaħħna waqt il-proċedura skont il-paragrafu 7.3. Din il-waqfa titwettaq fi żmien minuta minn meta titlesta l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 7.3. b'forza tal-applikazzjoni tal-kontroll tal-brejk inqas minn jew daqs il-forza użata waqt it-test stabbilit fil-paragrafu 7.2.

7.5.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 7.4.1:

(a)

Id-distanza tal-waqfien: S2 ≤ 1,67 S1 – 0,67 × 0,1 V

fejn:

S1

=

id-distanza tal-waqfien ikkoreġuta, f'metri, miksuba fit-test ta' referenza stabbilit fil-paragrafu 7.2.

S2

=

id-distanza tal-waqfien ikkoreġuta, f'metri, miksuba fil-waqfa bil-brejk sħun stabbilita fil-paragrafu 7.4.

V

=

veloċità speċifikata tat-test f'km/h; jew

(b)

L-MFDD ≥ 60 fil-mija tal-MFDD irreġistrata fit-test stabbilit fil-paragrau 7.2.

8.   TEST TAS-SISTEMA TAL-IBBREJKJAR TAL-IPPARKJAR — GĦAL VETTURI MGĦAMMRA BI BREJKS TAL-IPPARKJAR

8.1.   Kundizzjoni tal-vettura:

(a)

It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L2, L5 u L4;

(b)

Mgħobbija;

(c)

Magna skonnettjata.

8.2.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≤ 100 °C;

(b)

Xaqliba tal-wiċċ tat-test = 18 fil-mija;

(c)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Kontroll bl-idejn

:

≤ 400 N;

Kontroll bis-saqajn

:

≤ 500 N;

(d)

Għall-ewwel parti tat-test, ipparkja l-vettura fuq ix-xaqliba tal-wiċċ tat-test faċċata tal-inklinazzjoni 'l fuq billi tapplika s-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu. Jekk il-vettura tibqa' wieqfa, ibda ħu l-kejl tal-perjodu tat-test;

(e)

Meta t-test bil-vettura faċċata tal-inklinazzjoni 'l fuq ikun lest, irrepeti l-istess proċedura tat-test bil-vettura tħares 'l isfel tax-xaqliba.

8.3.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni:

Meta ttestjata skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 8.2, is-sistema tal-ibbrejkjar tal-ipparkjar għandha żżomm il-vettura wieqfa għal 5 minuti, kemm meta l-vettura tkun faċċata tax-xaqliba 'l fuq kif ukoll meta tkun faċċata tax-xaqliba 'l isfel.

9.   TESTIJIET TAL-ABS

9.1.   Ġenerali:

(a)

It-testijiet huma applikabbli biss għall-ABS installati fuq vetturi tal-kategoriji L1 u L3;

(b)

It-testijiet għandhom jikkonfermaw il-prestazzjoni tas-sistemi tal-ibbrejkjar mgħammra bl-ABS u l-prestazzjoni tagħhom f'każ ta' ħsara elettrika fl-ABS;

(c)

“Ċikli kompleti” tfisser li s-sistema antilokk qiegħda timmodula ripetutament il-forza tal-brejk sabiex timpedixxi lir-roti kkontrollati direttament milli jillokkjaw;

(d)

L-illokkjar tar-roti huwa permess sakemm l-istabbiltà tal-vettura ma tiġix affettwata tant li l-operatur ikollu jirrilaxxa l-kontroll jew tikkawża rota tal-vettura toħroġ mill-karreġġata tat-test.

Is-serje tat-testijiet tinkludi dawn it-testijiet individwali, li jistgħu jitwettqu fi kwalunkwe ordni:

TESTIJIET TAL-ABS

Paragrafu

(a)

Waqfiet fuq wiċċ bi frizzjoni għolja — kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.1.

9.3

(b)

Waqfiet fuq wiċċ bi frizzjoni baxxa — kif speċifikat fil-paragrafu 1.1.2.

9.4

(c)

Verifiki tal-illokkjar tar-roti fuq uċuħ bi frizzjoni għolja u baxxa.

9.5

(d)

Verifika tal-illokkjar tar-roti — tranżizzjoni fuq uċuħ bi frizzjoni għolja sa baxxa.

9.6

(e)

Verifika tal-illokkjar tar-roti — tranżizzjoni fuq uċuħ bi frizzjoni baxxa sa għolja.

9.7

(f)

Waqfiet bi ħsara elettrika fl-ABS.

9.8

9.2.   Kundizzjoni tal-vettura:

(a)

Mgħobbija ħafif;

(b)

Magna skonnettjata.

9.3.   Waqfiet fuq wiċċ bi frizzjoni għolja:

9.3.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(b)

Veloċità tat-test: 60 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(c)

Applikazzjoni tal-brejk:

Attwazzjoni simultanja taż-żewġ kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz, jekk mgħammra b'dan il-mod, jew tal-kontroll tal-ibbrejkjar tas-servizz uniku fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz li taħdem fuq ir-roti kollha;

(d)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Il-forza applikata hija dik meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ABS tgħaddi minn ċikli kompleti f'kull waqfa, sa veloċità ta' 10 km/h;

(e)

Jekk rota waħda ma tkunx mgħammra bl-ABS, il-kontroll tal-brejk tas-servizz fuq dik ir-rota għandu jiġi attwat b'forza li tkun inqas mill-forza li tikkawża r-rota tillokkja;

(f)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet;

(g)

Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu;

9.3.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 9.3.1:

(a)

Id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun ≤ 0,0063 V2 (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri) jew l-MFDD għandha tkun ≥ 6,17 m/s2; u

(b)

Ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test.

9.4.   Waqfiet fuq wiċċ bi frizzjoni baxxa:

9.4.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

Kif stabbilit fil-paragrafu 9.3.1, iżda bl-użu tal-wiċċ bi frizzjoni baxxa minflok tal-wiċċ bi frizzjoni għolja;

9.4.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċeduri tat-test stabbiliti fil-paragrafu 9.4.1:

(a)

Id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun ≤ 0,0056 V2/P (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h, P hija l-koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri) jew l-MFDD għandha tkun ≥ 6,87 × P, f'm/s2; u

(b)

Ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test.

9.5.   Verifiki tal-illokkjar tar-roti fuq uċuħ bi frizzjoni għolja u baxxa:

9.5.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Uċuħ tat-test:

(i)

Frizzjoni għolja; u

(ii)

Frizzjoni baxxa;

(b)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(c)

Veloċità tat-test:

(i)

Fuq wiċċ bi frizzjoni għolja: 80 km/h jew 0,8 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(ii)

Fuq wiċċ bi frizzjoni baxxa: 60 km/h jew 0,8 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(d)

Applikazzjoni tal-brejk:

(i)

Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament;

(ii)

Fejn l-ABS tkun installata fuq iż-żewġ sistemi tal-ibbrejkjar, tħaddim simultanju taż-żewġ kontrolli tal-ibbrejkjar flimkien ma' (i);

(e)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Il-forza applikata hija dik meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ABS tgħaddi minn ċikli kompleti f'kull waqfa, sa veloċità ta' 10 km/h;

(f)

Rata tal-applikazzjoni tal-brejk:

Il-forza tal-attwazzjoni tal-kontroll tal-brejk tiġi applikata f'0,2 — 0,5 sekondi;

(g)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 3 waqfiet;

(h)

Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu;

9.5.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni:

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċeduri tat-test stabbiliti fil-paragrafu 9.5.1, ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test.

9.6.   Verifika tal-illokkjar tar-roti — tranżizzjoni fuq uċuħ bi frizzjoni għolja sa baxxa:

9.6.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Uċuħ tat-test:

Wiċċ bi frizzjoni għolja segwit immedjatament b'wiċċ bi frizzjoni baxxa;

(b)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(c)

Veloċità tat-test:

Il-veloċità li tirriżulta f' 50 km/h jew 0,5Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa, fil-punt fejn il-vettura tgħaddi mill-wiċċ bi frizzjoni għolja għall-wiċċ bi frizzjoni baxxa;

(d)

Applikazzjoni tal-brejk:

(i)

Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz attwat separatament;

(ii)

Fejn l-ABS tkun installata fuq iż-żewġ sistemi tal-ibbrejkjar, tħaddim simultanju taż-żewġ kontrolli tal-ibbrejkjar flimkien ma' (i);

(e)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Il-forza applikata hija dik meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ABS tgħaddi minn ċikli kompleti f'kull waqfa, sa veloċità ta' 10 km/h;

(f)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 3 waqfiet;

(g)

Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk qabel ma l-vettura tilħaq it-tranżizzjoni minn wiċċ wieħed ta' frizzjoni għall-wiċċ l-ieħor;

9.6.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni:

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċeduri tat-test stabbiliti fil-paragrafu 9.6.1, ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test.

9.7.   Verifika tal-illokkjar tar-roti — tranżizzjoni fuq uċuħ bi frizzjoni baxxa sa għolja.

9.7.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Uċuħ tat-test:

Wiċċ bi frizzjoni baxxa segwit immedjatament b'wiċċ bi frizzjoni għolja b'PBC ta' ≥ 0,8;

(b)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(c)

Veloċità tat-test:

Il-veloċità li tirriżulta f' 50 km/h jew 0,5 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa, fil-punt fejn il-vettura tgħaddi mill-wiċċ bi frizzjoni għolja għall-wiċċ bi frizzjoni baxxa;

(d)

Applikazzjoni tal-brejk:

(i)

Kull kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz applikat separatament;

(ii)

Fejn l-ABS tkun installata fuq iż-żewġ sistemi tal-ibbrejkjar, applikazzjoni simultanja taż-żewġ kontrolli tal-ibbrejkjar flimkien ma' (i);

(e)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Il-forza applikata hija dik meħtieġa biex jiġi żgurat li l-ABS tgħaddi minn ċikli kompleti f'kull waqfa, sa veloċità ta' 10 km/h;

(f)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 3 waqfiet;

(g)

Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll tal-brejk qabel ma l-vettura tilħaq it-tranżizzjoni minn wiċċ wieħed ta' frizzjoni għall-wiċċ l-ieħor;

(h)

Irreġistra d-deċellerazzjoni kontinwa tal-vettura;

9.7.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni:

(a)

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċeduri tat-test stabbiliti fil-paragrafu 9.7.1, ma għandu jkun hemm l-ebda llokkjar ta' roti u r-roti tal-vettura għandhom jibqgħu fil-karreġġata tat-test;

(b)

Fi żmien sekonda waħda, ir-rota ta' wara li tgħaddi l-punt ta' tranżizzjoni ta' bejn il-wiċċ bi frizzjoni baxxa u l-wiċċ bi frizzjoni għolja, id-deċellerazzjoni tal-vettura għandha tiżdied.

9.8.   Waqfiet bi ħsara elettrika fl-ABS:

9.8.1.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

Bis-sistema elettrika tal-ABS diżattivata, wettaq it-test stabbilit fit-taqsima 3. ta' dan l-anness, (test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku), u applika l-kundizzjonijiet rilevanti għas-sistema tal-ibbrejkjar u l-vettura li qed tiġi ttestjata;

9.8.2.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni:

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 9.8.1:

(a)

Is-sistema għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tat-twissija ta' ħsara tal-paragrafu 5.1.13 ta' dan ir-Regolament; u

(b)

Ir-rekwiżiti minimi għad-distanza tal-waqfien jew l-MFDD għandhom ikunu kif speċifikati fil-kolonna 2 jew 3, rispettivament, taħt l-intestatura “Sistema tal-ibbrejkjar uniku, ibbrejkjar tar-rota/i ta' wara biss:” fit-tabella tal-paragrafu 3.3 ta' dan l-anness.

10.   TEST GĦAL ĦSARA PARZJALI — GĦAL SISTEMI TAL-IBBREJKJAR TAS-SERVIZZ MAQSUMA

10.1.   Informazzjoni ġenerali:

(a)

It-test huwa applikabbli biss għal vetturi li jkunu mgħammra b'sistemi tal-ibbrejkjar tas-servizz maqsuma;

(b)

It-test isir biex jikkonferma l-prestazzjoni tal-bqija tas-subsistema f'każ ta' ħsara ta' tnixxija fis-sistema idrawlika.

10.2.   Kundizzjoni tal-vettura:

(a)

It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L3, L5 u L4;

(b)

Mgħobbija ħafif;

(c)

Magna skonnettjata.

10.3.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C;

(b)

Veloċitajiet tat-test: 50 km/h u 100 km/h jew 0,8 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa;

(c)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

Kontroll bl-idejn

:

≤ 250 N;

Kontroll bis-saqajn

:

≤ 400 N;

(d)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tissodisfa r-rekwiżiti tal-prestazzjoni, b'massimu ta' 6 waqfiet għal kull veloċità tat-test;

(e)

Immodifika s-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz biex tikkawża telf totali tal-ibbrejkjar fi kwalunkwe waħda mis-subsistemi. Imbagħad, għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u wara attwa l-kontroll tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu;

(f)

Irrepeti t-test għal kull subsistema.

10.4.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni:

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilita fil-paragrafu 10.3:

(a)

is-sistema għandha tkun konformi mar-rekwiżiti tat-twissija ta' ħsara stabbiliti fil-paragrafu 5.1.11 ta' dan ir-Regolament; u

(b)

id-distanza tal-waqfien (S) għandha tkun ≤ 0,1 V + 0,0117 V2 (fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri) jew l-MFDD għandha tkun ≥ 3,3 m/s2.

11.   TEST GĦAL ĦSARA TAS-SISTEMA TAL-IBBREJKJAR ASSISTIT BL-ENERĠIJA

11.1.   Informazzjoni ġenerali:

(a)

It-test ma jsirx meta l-vettura tkun mgħammra b'sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz separata oħra;

(b)

It-test isir biex jikkonferma l-prestazzjoni tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz f'każ ta' ħsara fl-assistenza tal-ibbrejkjar.

11.2.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

Wettaq it-test stabbiliti fit-Taqsima 3. ta' dan l-anness, (test ta' waqfien fix-xott — attwazzjoni tal-kontroll tal-ibbrejkjar uniku) għal kull sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz bl-assistenza tas-sistema diżattivata.

11.3.   Rekwiżiti tal-prestazzjoni

Meta l-brejkijiet jiġu ttestjati skont il-proċedura tat-test stabbilit fil-paragrafu 11.2, id-distanza tal-waqfien għandha tkun kif speċifikat fil-kolonna 2 jew l-MFDD għandha tkun kif speċifikata fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja:

Kolonna 1

Kolonna 2

 

Kolonna 3

Kategorija tal-Vettura

DISTANZA TAL-WAQFIEN (S)

(Fejn V hija l-veloċità speċifikata tat-test f'km/h u S hija d-distanza tal-waqfien meħtieġa f'metri)

 

MFDD

Sistema tal-ibbrejkar uniku

L1

S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2

 

≥ 2,7 m/s2

L2

S ≤ 0,1 V + 0,0143 V2

≥ 2,7 m/s2

L3

S ≤ 0,1 V + 0,0133 V2

≥ 2,9 m/s2

L4

S ≤ 0,1 V + 0,0105 V2

 

≥ 3,6 m/s2

Vetturi b'CBS jew SSBS

KOLLHA

S ≤ 0,1 V + 0,0154 V2

 

≥ 2,5 m/s2

Innota li jekk l-assistenza bl-enerġija tkun tista' tiġi attivata b'aktar minn kontroll wieħed, il-prestazzjoni msemmija hawn fuq għandha tinkiseb kull darba li kontroll jiġi attwat separatament.


(1)  It-test tat-tnaqqis tal-prestazzjoni tal-ibbrejkjar bis-sħana huwa dejjem l-aħħar test li jitwettaq.

APPENDIĊI

METODU ALTERNATTIV GĦAD-DETERMINAZZJONI TAL-KOEFFIĊJENT MASSIMU TAL-IBBREJKJAR (PBC)

(ara l-paragrafu 1.1.3 ta' dan l-anness)

1.1.   Ġenerali:

(a)

It-test isir biex jistabbilixxi l-PBC għat-tip tal-vettura meta tiġi bbrejkjata fuq l-uċuħ tat-test deskritt fl-Anness 3, paragrafi 1.1.1 u 1.1.2.

(b)

It-test jikkonsisti f'għadd ta' waqfiet b'forzi tal-kontroll tal-brejk differenti. Iż-żewġ roti għandhom jiġu bbrejkjati simultanjament sal-punt milħuq qabel l-illokkjar tar-roti, sabiex tinkiseb ir-rata ta' deċelerazzjoni massima tal-vettura fuq il-wiċċ tat-test inkwistjoni.

(c)

Ir-rata ta' deċelerazzjoni massima tal-vettura hija l-ogħla valur irreġistrat waqt il-waqfiet kollha tat-test.

(d)

Il-koeffiċjent massimu tal-ibbrejkjar (PBC — Peak Braking Coefficient) jiġi kkalkolat mill-waqfa tat-test li tiġġenera r-rata ta' deċelerazzjoni massima tal-vettura, kif ġej:

Formula

fejn:

t

=

il-ħin li jgħaddi sakemm il-veloċità tal-vettura tonqos minn 40 km/h għal 20 km/h, f' sekondi.

Nota: Għal vetturi li ma jistgħux jilħqu veloċità tat-test ta' 50 km/h, il-PBC għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

Formula

fejn:

t

=

il-ħin li jgħaddi, f'sekondi, sakemm il-veloċità tal-vettura tonqos minn 0,8 Vmax għal (0,8 Vmax – 20), fejn Vmax titkejjel f'km/h.

(e)

Il-valur tal-PBC għandu jitqarreb għall-eqreb numru bi tliet postijiet deċimali.

1.2.   Kundizzjoni tal-vettura:

(a)

It-test huwa applikabbli għall-vetturi tal-kategoriji L1 u L3.

(b)

Is-sistema antilokk għandha jew tiġi skonnettjata jew diżattivata, bejn 40 km/h u 20 km/h.

(c)

Mgħobbija ħafif.

(d)

Magna skonnettjata.

1.3.   Kundizzjonijiet u proċedura tat-test:

(a)

Temperatura inizjali tal-brejk: ≥ 55 °C u ≤ 100 °C.

(b)

Veloċità tat-test: 60 km/h jew 0,9 Vmax, liema minnhom tkun l-aktar baxxa.

(c)

Applikazzjoni tal-brejk:

 

Attwazzjoni simultanja taż-żewġ kontrolli tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz, jekk mgħammra b'dan il-mod, jew tal-kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz uniku fil-każ ta' sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz li taħdem fuq ir-roti kollha.

 

Għal vetturi mgħammra b'kontroll tas-sistema tal-ibbrejkjar tas-servizz uniku, jista' jkun meħtieġ li s-sistema tal-ibbrejkjar tiġi mmodifikata jekk xi waħda mir-roti ma tkunx qed toqrob lejn id-deċellerazzjoni massima.

(d)

Forza tal-attwazzjoni tal-brejk:

 

Il-forza tal-kontroll li tikseb ir-rata ta' deċelerazzjoni massima tal-vettura kif definit fil-paragrafu 1.1(c).

 

L-applikazzjoni tal-forza tal-kontroll waqt l-ibbrejkjar għandha tkun kostanti.

(e)

Numru ta' waqfiet: sakemm il-vettura tilħaq ir-rata ta' deċelerazzjoni massima tagħha.

(f)

Għal kull waqfa, aċċellera l-vettura sal-veloċità tat-test u mbagħad attwa l-kontroll(i) tal-brejk bil-kundizzjonijiet speċifikati f'dan il-paragrafu.