ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 15

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
22ta' Jannar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/81 tad-19 ta' Diċembru 2014 li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni

1

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u ta' rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/83 tal-21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

31

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/84 tal-21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja

54

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/85 tal-21 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

70

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/86 tal-21 ta' Jannar 2015 li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

73

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/87 tal-21 ta' Jannar 2015 li taċċetta l-impenji offruti b'konnessjoni mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

75

 

 

III   Atti oħrajn

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 153/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2015/88]

78

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 154/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/89]

80

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2015/90]

81

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2015/91]

83

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 157/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/92]

85

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 158/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/93]

86

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 159/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li temenda ċerti Annessi u Protokolli tal-Ftehim ŻEE [2015/94]

87

 

*

Deċiżjoni tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA Nru 302/14/COL tas-16 ta' Lulju 2014 li temenda għad-disgħa u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi timmodifika ċerti Linji Gwida għall-għajnuna mill-istat [2015/95]

103

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 tal-1 ta' Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 ( ĠU L 163, 2.7.1996 )

106

 

*

Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1361/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju Nri 3 u 13 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 40 ( ĠU L 365, 19.12.2014 )

106

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/81

tad-19 ta' Diċembru 2014

li jispeċifika kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 70(7) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Fond”) ġie stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 bħala arranġament uniku ta' finanzjament għall-Istati Membri parteċipanti kollha fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (“il-MSU”) skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (2) u l-Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-MUR”) (“l-Istati Membri parteċipanti”).

(2)

Skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Bord”) stabbilit skont dak ir-Regolament huwa fdat bl-amministrazzjoni tal-Fond.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Fond għandu jintuża fi proċeduri ta' riżoluzzjoni meta l-Bord iqis li huwa meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni. Il-Fond għandu jkollu riżorsi finanzjarji adegwati biex jippermettu funzjonament effettiv tal-qafas ta' riżoluzzjoni billi jkun jista' jintervjeni fejn meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod ta' riżoluzzjoni u biex tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja mingħajr rikors għal flus il-kontribwenti.

(4)

Il-Bord huwa mogħti s-setgħa li jikkalkula, skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-kontribuzzjonijiet individwali ex ante dovuti mill-istituzzjonijiet awtorizzati kollha fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha.

(5)

Il-Bord għandu jikkalkula l-kontribuzzjonijiet annwali lill-Fond abbażi ta' livell fil-mira uniku stabbilit bħala perċentwali tal-ammont tad-depożiti koperti tal-istituzzjonijiet tal-kreditu kollha awtorizzati fl-Istati Membri parteċipanti kollha. F'konformità mal-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jiżgura li, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond jilħqu mill-inqas il-livell fil-mira msemmi fl-Artikolu 69(1) ta' dak ir-Regolament, sal-aħħar ta' perijodu inizjali ta' tmien snin mill-1 ta' Jannar 2016, jew, inkella, mid-data li fiha l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ikun applikabbli bis-saħħa tal-Artikolu 99(6) ta' dak ir-Regolament.

(6)

Kontribuzzjonijiet miġbura mill-Istati Membri parteċipanti f'konformità mal-Artikoli 103 u 104 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ttrasferiti lill-Fond bis-saħħa tal-Artikolu 3(3) tal-ftehim dwar it-trasferiment u l-mutwalizzazzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni kif imsemmi fil-punt (36) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (“il-Ftehim”) għandhom ikunu inkorporati fil-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet individwali u b'hekk imnaqqsa mill-ammont dovut minn kull istituzzjoni. Dak il-kalkolu għandu jieħu kont il-fatt li l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti mill-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim f'konformità mal-Artikolu 3(3) u (4) tiegħu għandhom jikkorrispondu għal 10 % tal-livell fil-mira stabbilit fl-Artikolu 102(1) tad-Direttiva 2014/59/UE. Il-Bord ser jiżgura li l-ammonti li għandhom jiġu ttrasferiti skont il-Ftehim jinvolvu l-istess sehem tal-impenji ta' pagament irrevokabbli għal kull Stat Membru parteċipanti.

(7)

Skont l-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-kontribuzzjoni annwali għall-Fond għandha tkun ibbażata fuq kontribuzzjoni fissa determinata fuq il-bażi tal-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni bl-esklużjoni tal-fondi proprji u d-depożiti koperti u kontribuzzjoni aġġustata skont ir-riskju li tiddependi fuq il-profil tar-riskju ta' dik l-istituzzjoni.

(8)

F'konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord huwa meqjus, għall-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament u tad-Direttiva 2014/59/UE, li huwa l-awtorità nazzjonali rilevanti ta' riżoluzzjoni, jew, fil-każ ta' riżoluzzjoni transkonfinali ta' grupp, l-awtorità rilevanti ta' riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, fejn huwa jwettaq kompiti u jeżerċita setgħat li għandhom jitwettqu jew jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni skont dawk l-atti legali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Għalhekk, il-Bord għandu jitqies ukoll li huwa l-awtorità ta' riżoluzzjoni għall-fini tal-applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/63 (4). Id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dak ir-Regolament Delegat japplikaw għall-Bord meta jwettaq il-kompiti u jeżerċita s-setgħat stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(9)

Għall-fini tal-kalkolu tal-kontribuzzjoni annwali, il-Bord japplika l-metodoloġija stipulata fir-Regolament Delegat (UE) 2015/63, kif meħtieġ mill-Artikolu 70(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Għalhekk, ir-reġim speċifiku applikabbli għal istituzzjonijiet li huma meqjusa li huma istituzzjonijiet żgħar skont dak ir-Regolament Delegat japplika wkoll għall-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dak ir-Regolament Delegat biex jiġu rikonoxxuti bħala li huma istituzzjonijiet żgħar.

(10)

Minħabba li r-regoli stipulati f'dan ir-Regolament jiddeterminaw il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-metodoloġija stipulata fir-Regolament Delegat (UE) 2015/63 adottat skont l-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, id-differenzi bejn il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali mill-Bord għall-istituzzjonijiet awtorizzati fl-Istati Membri parteċipanti u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali fl-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-MUR għandhom jirriflettu biss l-ispeċifiċitajiet ta' sistema unifikata fl-Istati Membri parteċipanti. Tali speċifiċitajiet jirriżultaw b'mod partikolari mill-fatt li fil-MUR hemm livell fil-mira uniku għall-Istati Membri parteċipanti kollha. L-applikazzjoni, bħala regola ġenerali, tal-istess metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali fl-Istati Membri kollha għandha tippreserva kundizzjonijiet indaqs fost l-Istati Membri parteċipanti u suq intern b'saħħtu.

(11)

Taħt fond uniku ta' riżoluzzjoni b'livell fil-mira Ewropew il-kontribuzzjonijiet individwali annwali ta' istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha huma dipendenti fuq dawk tal-istituzzjonijiet kollha soġġetti għall-MUR. Essenzjali għal funzjonament effettiv tal-SRM u ta' proċess bla xkiel għall-bini tal-Fond huwa li l-istituzzjonijiet kollha jħallsu b'mod sħiħ u fil-ħin il-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom lill-Fond.

(12)

F'konformità mal-Artikolu 67(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-kontribuzzjonijiet lill-Fond ikkalkulati mill-Bord jinġabru mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni u jiġu ttrasferiti lill-Fond f'konformità mal-Ftehim. Il-formati tad-data u r-rappreżentanzi definiti mill-Bord jistgħu jinkludu wkoll ir-rekwiżit li d-data kollha tiġi rrappurtata mill-istituzzjonijiet, b'mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, tiġi kkonfermata minn awditur jew, fejn rilevanti, mill-awtorità kompetenti.

(13)

Il-punt (b) tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jitlob lill-Bord li jieħu kont tal-prinċipju ta' proporzjonalità, mingħajr ma jinħolqu distorsjonijiet bejn l-istrutturi tas-settur bankarju tal-Istati Membri meta japplikaw kontribuzzjoni aġġustata skont ir-riskju għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet individwali. Il-kontribuzzjoni aġġustata skont ir-riskju hija bbażata fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, l-użu tal-Fond huwa kontinġenti fuq id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim. Skont il-Ftehim, kontribuzzjonijiet miġbura mill-Istati Membri parteċipanti jiġu allokati lil kompartimenti korrispondenti għal kull wieħed minnhom. Il-kompartimenti huma soġġetti għal mutwalizzazzjoni progressiva matul il-perijodu tranżizzjonali ta' tmien snin b'tali mod li dawn ma għandhomx jibqgħu jeżistu wara t-tmiem tal-perijodu tranżizzjonali.

(14)

Iċ-ċirkostanzi li, minn naħa waħda, skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 il-kontribuzzjonijiet jiġu kkalkulati abbażi ta' livell fil-mira uniku u li, min-naħa l-oħra, bis-saħħa tal-Ftehim il-kopertura ta' ċerti riskji li huma korrelatati f'settur bankarju nazzjonali matul il-perijodu tranżizzjonali li jirreferi għalih ser ikunu mutwalizzati b'mod progressiv biss, jista' jkollhom effett fuq il-perċezzjoni tas-suq ta' xi istituzzjonijiet u, għalhekk, fuq il-kundizzjoni finanzjarja tagħhom, fis-sens tal-punt (c) tal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE, u b'hekk jaffettwaw il-profil tar-riskju tagħhom. Barra minn hekk, sistema bbażata b'mod temporanju fuq kompartimenti tista' tinfluwenza b'mod globali l-importanza relattiva tal-istituzzjonijiet għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew tal-ekonomija, kif imsemmi fil-punt (g) tal-Artikolu 103(7) tad-Direttiva 2014/59/UE. L-importanza tal-istituzzjonijiet għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jew tal-ekonomija għandha tiġi determinata fir-rigward tal-Istat Membru fejn tinsab l-istituzzjoni (jiġifieri, it-telf mistenni għall-parti tal-kompartiment li għadha mhijiex mutwalizzata) u l-unjoni Bankarja fl-intier tagħha (jiġifieri, it-telf mistenni għall-parti tal-kompartiment mutwalizzat) rispettivament. B'dan il-mod, il-kontribuzzjoni aġġustata skont ir-riskju tkun proporzjonali mal-użu mistenni tal-mezzi finanzjarji mhux mutwalizzati tal-kompartiment rispettiv matul il-perijodu tranżizzjonali.

(15)

Metodoloġija aġġustata li tindirizza b'mod adegwat iċ-ċirkostanzi msemmija fil-premessa 14 u li, għalhekk, tieħu kont tal-prinċipju tal-proporzjonalità u tevita d-distorsjonijiet bejn l-istrutturi tas-settur bankarju tal-Istati Membri għandha tiġi introdotta sal-mument fejn il-kontribuzzjonijiet ex ante kollha mħallsa lill-Fond ikunu mutwalizzati b'mod sħiħ. Il-metodu tal-kalkolu ta' kontribuzzjonijiet għandu b'hekk jiġi aġġustat b'tali mod li dan ikun korrelatat mar-ritmu tal-mutwalizzazzjoni tal-Fond. Għaldaqstant, il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet li għandu jiġi allokat lill-parti mutwalizzata għandu jiġi bbażat fuq il-kriterji stipulati fir-Regolament (UE) Nru 806/2014, filwaqt li, b'deroga mill-perijodu ta' żmien previsti mill-Artikolu 102(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet li għandu jiġi allokat lill-parti tal-kompartimenti mhux mutwalizzata għandu jiġi bbażat fuq il-kriterji stipulati fid-Direttiva 2014/59/UE u fuq il-bażi ta' livell fil-mira definit matul perijodu ta' żmien li jikkorrispondi għall-perijodu inizjali stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 806/2014.

(16)

Ir-rikors għal impenji ta' pagamenti irrevokabbli, imsemmi fl-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma għandu bl-ebda mod jaffettwa l-kapaċità finanzjarja u l-likwidità tal-Fond. L-impenji ta' pagament irrevokabbli għandhom jissejħu biss f'każ ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni li tinvolvi l-Fond. Matul il-perijodu inizjali, f'ċirkostanzi normali, il-Bord għandu jalloka l-użu ta' impenji ta' pagament irrevokabbli b'mod ugwali fost l-istituzzjonijiet li jitolbuh. Dawn l-impenji ta' pagament għandhom ikunu sostnuti bis-sħiħ b'kollateral ta' assi b'riskju baxx mhux ostakolati minn kwalunkwe dritt ta' parti terza, għad-dispożizzjoni libera ta' u allokati għall-użu esklużiv tal-Bord għall-finijiet tal-użu tal-Fond.

(17)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, ir-relazzjoni bejn il-kontribuzzjoni fissa u l-kontribuzzjoni aġġustata skont ir-riskju għandha tieħu kont tad-distribuzzjoni bbilanċjata tal-kontribuzzjonijiet bejn it-tipi differenti ta' istituzzjonijiet. Għalhekk, għandhom jiġu pprovduti arranġamenti speċifiċi biex jiġu ddeterminati l-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu minn istituzzjonijiet żgħar.

(18)

L-istituzzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kategorija ta' istituzzjonijiet żgħar imsemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63 u li l-assi totali tagħhom huma daqs jew inqas minn EUR 3 000 000 000, jinvolvu riskju aktar baxx minn dak ta' istituzzjonijiet kbar, u fil-parti l-kbira tal-każijiet dawn ma joħolqux riskju sistemiku u huma inqas probabbli li jitqiegħdu taħt riżoluzzjoni, li konsegwentement tnaqqas il-probabbiltà li dawn jibbenefikaw mill-Fond. Għaldaqstant huwa konvenjenti li jiġi introdott kalkolu ssimplifikat tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu minn dawk l-istituzzjonijiet. Dan jipprevjeni wkoll bidliet possibbli fl-istatus fuq il-perijodu qasir li dawn l-istituzzjonijiet jistgħu jwettqu biex jikkwalifikaw għall-applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63. Dak il-kalkolu għandu jinkludi komponent ibbażat fuq somma f'daqqa. Din is-sistema għandha tevita distorsjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u tikseb distribuzzjoni bbilanċjata tal-kontribuzzjonijiet bejn it-tipi differenti ta' istituzzjonijiet. Din ittaffi wkoll il-piżijiet amministrattivi u finanzjarji mill-ġbir ta' kontribuzzjonijiet individwali minn tali istituzzjonijiet.

(19)

Il-Kummissjoni ser teżamina mill-ġdid il-mod li bih jiġi implimentat dan ir-Regolament fl-istess waqt li hija teżamina mill-ġdid ir-Regolament Delegat (UE) 2015/63 biex jiġi permess, jekk meħtieġ, aġġustament tar-regoli previsti f'dan ir-Regolament.

(20)

Skont l-Artikolu 99(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, dak ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2016. Madankollu, mill-1 ta' Jannar 2015, il-Bord għandu jibgħat rapport kull xahar approvat fis-sessjoni plenarja tiegħu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar jekk ikunux ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li jippermettu t-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet miġbura fil-livell nazzjonali. Mill-1 ta' Diċembru 2015, meta dawk ir-rapporti juru li l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tal-kontribuzzjonijiet lill-Fond ma jkunx ġew issodisfati, l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 dwar il-kontribuzzjonijiet lill-Fond tiġi posposta kull darba b'xahar. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu japplika wkoll mid-data li fiha jsir applikabbli l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (“il-Bord”) li jikkalkula l-kontribuzzjonijiet għal istituzzjonijiet individwali skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 għall-Fond ta' Riżoluzzjoni Uniku (“il-Fond”) u l-metodoloġija għall-kalkolu ta' dawk il-kontribuzzjonijiet.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

Dan ir-Regolament japplika għall-istituzzjonijiet li mingħandhom jinġabru kontribuzzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet provduti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, għajr id-definizzjonijiet provduti fil-punti (2) u (11) ta' dak l-Artikolu. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“Stati Membri parteċipanti” tfisser l-Istati Membri skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(2)

“livell fil-mira annwali” tfisser l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet annwali determinati għal kull perijodu ta' kontribuzzjoni mill-Bord f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 69(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 biex jintlaħaq il-livell fil-mira msemmi fl-Artikoli 69(1) u 70 ta' dak ir-Regolament;

(3)

“kontribuzzjoni annwali” tfisser l-ammont imsemmi fl-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ikkalkulat mill-Bord kull sena u miġbur mill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni matul il-perijodu kontributorju mill-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorji tal-Istati Membri parteċipanti kollha;

(4)

“perijodu kontributorju” tfisser sena kalendarja;

(5)

“awtorità ta' riżoluzzjoni ta' Stati Membri mhux parteċipanti fil-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni Uniku” tfisser l-awtorità msemmija fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE, jew kwalunkwe awtorità rilevanti oħra maħtura mill-Istati Membri għall-finijiet tal-Artikolu 100 (2) u (6) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(6)

“depożiti koperti” tfisser id-depożiti msemmija fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2014/49/UE, esklużi bilanċi temporanji għoljin kif definit fl-Artikolu 6(2) ta' dik id-Direttiva;

(7)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità kompetenti kif definit fil-punt (40) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew mill-Bank Ċentrali Ewropew, kif xieraq;

Artikolu 4

Kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali

Għal kull perijodu ta' kontribuzzjoni, il-Bord għandu jikkalkula l-kontribuzzjoni annwali dovuta minn kull istituzzjoni, abbażi tal-livell annwali fil-mira tal-Fond, wara li jikkonsulta l-BĊE jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni. Il-livell fil-mira annwali għandu jiġi stabbilit b'referenza għal-livell fil-mira tal-Fond imsemmi fl-Artikoli 69(1) u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u f'konformità mal-metodoloġija stabbilita fir-Regolament Delegat (UE) 2015/63.

Artikolu 5

Komunikazzjoni mill-Bord

1.   Il-Bord għandu jikkomunika lill-awtoritajiet nazzjonali ta' riżoluzzjoni rilevanti d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali tal-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorji rispettivi tagħhom.

2.   Wara li tirċievi l-komunikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, kull awtorità nazzjonali ta' riżoluzzjoni għandha tinnotifika lil kull istituzzjoni awtorizzata fl-Istat Membru tagħha bid-deċiżjoni tal-Bord dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjoni annwali dovuta minn dik l-istituzzjoni.

Artikolu 6

Rappurtar

Il-Bord għandu jistabbilixxi l-formati tad-data u r-rappreżentazzjonijiet li għandhom jintużaw mill-istituzzjonijiet biex jirrapportaw l-informazzjoni meħtieġa għall-fini tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet annwali sabiex titjieb il-komparabbiltà tal-informazzjoni rappurtata u l-effikaċja tal-ipproċessar tal-informazzjoni rċevuta.

Artikolu 7

Sejħa għal impenji ta' pagament irrevokabbli

1.   Ir-rikors għal impenji ta' pagamenti irrevokabbli, imsemmi fl-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 ma għandu b'ebda mod jaffettwa l-kapaċità finanzjarja u l-likwidità tal-Fond.

2.   Meta azzjoni ta' riżoluzzjoni tinvolvi l-Fond f'konformità mal-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Bord għandu jsejjaħ, totalment jew parzjalment, l-impenji ta' pagament irrevokabbli, li jkunu saru skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014, sabiex jiġi restawrat is-sehem ta' impenji ta' pagament irrevokabbli fil-mezzi finanzjarji disponibbli tal-Fond stabbiliti mill-Bord fi ħdan il-limitu massimu stabbilit mill-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

Ladarba l-Fond jirċievi debitament il-kontribuzzjoni marbuta mal-impenji ta' pagament irrevokabbli li jkunu ssejħu, għandu jintradd il-kollateral li jagħti sostenn lil tali impenji. Jekk il-Fond ma jirċevix debitament l-ammont meħtieġ ta' flus kontanti mal-ewwel talba, il-Bord għandu jieħu taħt idejh il-kollateral li jagħti sostenn lill-impenn ta' pagament irrevokabbli f'konformità mal-Artikolu 70(3) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

3.   L-impenji ta' pagament irrevokabbli ta' istituzzjoni li ma tibqax taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jiġu kkanċellati u jintradd il-kollateral li jagħti sostenn lil dawn l-impenji.

Artikolu 8

Aġġustamenti speċifiċi fil-perijodu inizjali

1.   Matul il-perijodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 y b'deroga mill-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, il-kontribuzzjonijiet annwali tal-istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 jiġu kkalkulati f'konformità mal-metodoloġija aġġustata li ġejja:

(a)

fl-ewwel sena tal-perijodu inizjali, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu 60 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, u 40 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(b)

fit-tieni sena tal-perijodu inizjali, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu 40 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, u 60 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(c)

fit-tielet sena tal-perijodu inizjali, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu 33,33 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, u 66,67 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(d)

fir-raba' sena tal-perijodu inizjali, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu 26,67 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, u 73,33 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(e)

fil-ħames sena tal-perijodu inizjali, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu 20 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, u 80 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(f)

fis-sitt sena tal-perijodu inizjali, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu 13,33 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, u 86,67 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(g)

fis-seba' sena tal-perijodu inizjali, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu 6,67 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, u 93,33 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(h)

fit-tmien sena tal-perijodu inizjali, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu 100 % tal-kontribuzzjonijiet annwali tagħhom kalkulati f'konformità mal-Artikoli 69 u 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament.

2.   Matul il-perijodu inizjali, meta jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet individwali ta' kull istituzzjoni, il-Bord għandu jieħu kont tal-kontribuzzjonijiet miġbura mill-Istati Membri parteċipanti f'konformità mal-Artikoli 103 u 104 tad-Direttiva 2014/59/UE u ttrasferiti lill-Fond bis-saħħa tal-Artikolu 3(3) tal-Ftehim, billi dawn jitnaqqsu mill-ammont dovut minn kull istituzzjoni.

3.   Matul il-perijodu inizjali, taħt ċirkostanzi normali, il-Bord għandu jippermetti l-użu ta' impenji ta' pagament irrevokabbli fuq talba minn istituzzjoni. Il-Bord għandu jalloka l-użu ta' impenji ta' pagament irrevokabbli b'mod ugwali fost dawk l-istituzzjonijiet li jitolbuh. L-impenji ta' pagament irrevokabbli allokati m'għandhomx ikunu inqas minn 15 % tal-obbligazzjonijiet ta' pagament totali tal-istituzzjoni. Meta jiġu kkalkulati l-kontribuzzjonijiet annwali ta' kull istituzzjoni, il-Bord għandu jiżgura li, fi kwalunkwe sena partikolari, is-somma ta' dawk l-impenji ta' pagament irrevokabbli ma taqbiżx it-30 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet annwali miġburin skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014.

4.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-kontribuzzjonijiet annwali kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 103 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, għandhom jiġu ddeterminati abbażi ta' livell fil-mira definit matul perijodu ta' żmien li jikkorrispondi għall-perijodu inizjali.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63, matul il-perijodu inizjali msemmi fl-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, l-istituzzjonijiet li l-assi totali tagħhom ikunu ta' EUR 3 000 000 000 jew inqas, għandhom iħallsu somma f'daqqa ta' EUR 50 000 għall-ewwel EUR 300 000 000 tal-obbligazzjonijiet totali, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom. Għall-obbligazzjonijiet totali, bil-fondi proprji u d-depożiti koperti mnaqqsa minnhom, ta' aktar minn EUR 300 000 000, dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu f'konformità mal-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/63.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika jew mill-1 ta' Jannar 2016 inkella mid-data li fiha l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 isir applikabbli skont l-Artikolu 99(6) ta' dak ir-Regolament, skont liema minnhom tkun l-aktar tard.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri parteċipanti.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)   ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(3)  Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE, u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' kontribuzzjonijiet ex ante lill-arranġamenti finanzjarji nazzjonali (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 44).


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/82

tal-21 ta' Jannar 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 u ta' rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(4), 11(2), (3) u (5) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni ta' antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1193/2008 (2), impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“RPĊ”) (“il-miżuri oriġinali”). Il-miżuri ħadu l-forma ta' dazju ad valorem li jvarja bejn 6,6 % u 42,7 %.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), permezz tad-Deċiżjoni 2008/899/KE (3) aċċettat impenji fuq il-prezzijiet offruti minn sitt produtturi esportaturi Ċiniżi (inkluż grupp ta' produtturi esportaturi) flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importaturi u l-Esportaturi tal-Metalli, l-Minerali u l-Kimiki.

(3)

Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni 2012/501/UE, (4) irtirat l-impenn offrut minn produttur esportatur wieħed, jiġifieri Laiwu Taihe Biochemistry Co. Ltd. (“Laiwu”).

1.2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(4)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (5) tal-miżuri oriġinali, fit-2 ta' Awwissu 2013 il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawn il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. It-talba tressqet minn S.A. Citrique Belge u Jungbunzlauer Austria AG (“l-applikanti”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni tal-aċidu ċitriku.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta' dumping u għal rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Talba għal rieżami interim parzjali

(6)

L-applikanti ressqu wkoll talba għal rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku b'kamp ta' applikazzjoni limitat sabiex jiġi eżaminat id-dumping tal-kumpanija Laiwu. L-applikanti pprovdew evidenza prima facie li turi li mill-aħħar perjodu ta' investigazzjoni Laiwu kellha żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni, u żiedet il-firxa ta' prodotti tagħha.

(7)

Peress li Laiwu ngħatat trattament tal-ekonomija tas-suq fl-investigazzjoni oriġinali, l-applikanti pprovdew kalkolu tal-marġni tad-dumping ibbażat fuq paragun bejn il-valur normali maħdum (spejjeż tal-manifattura, il-bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi u l-profitt) fir-RPĊ fin-nuqqas allegat ta' bejgħ domestiku rappreżentattiv u tal-prezz tal-esportazzjoni ta' Laiwu lejn l-Unjoni. Huwa indika li l-marġni tad-dumping jidher li huwa ogħla mil-livell attwali tal-miżuri. Għalhekk, l-applikanti allegaw li l-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri fil-livell eżistenti, li kienet ibbażata fuq il-livell ta' dumping stabbilit qabel, ma kinitx biżżejjed sabiex tpatti għall-effetti ta' ħsara tad-dumping L-applikanti, sostnew ukoll li Laiwu tista' ma tkunx aktar eliġibbli għal trattament tal-ekonomija tas-suq.

1.4.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza u rieżamijiet interim

(8)

Fit-30 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni bdiet investigazzjoni ta' antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ (“il-pajjiż ikkonċernat”) u ppubblikat notifika ta' bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (6) (“in-notifika ta' bidu”). Il-bidu kien magħmul minn:

rieżami ta' skadenza mibdi fuq il-bażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku,

rieżami interim parzjali limitat għall-eżaminazzjoni ta' dumping ta' Laiwu, mibdi fuq il-bażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku,

rieżami interim parzjali limitat għall-eżaminazzjoni tal-forma tal-miżuri, mibdi fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, u

rieżami interim parzjali limitat għall-aspetti ta' ħsara, mibdi fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

1.5.   Il-partijiet interessati

(9)

Fin-notifika ta' bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn dan, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-applikanti, lill-produtturi esportaturi magħrufa, lill-awtoritajiet Ċiniżi, l-importaturi u l-utenti magħrufa dwar il-bidu tar-rieżamijiet u stednithom sabiex jipparteċipaw. Fin-notifika ta' bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija pprevediet lill-Kanada bħala pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“pajjiż analogu”) skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-produtturi fil-Kanada dwar it-tnedija u stednithom sabiex jipparteċipaw.

(10)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkumentaw dwar il-ftuħ tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

1.6.   Kampjunar

(11)

Fin-notifika ta' bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista' tieħu kampjuni minn produtturi esportaturi u importaturi skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.6.1.   Kampjunar tal-importaturi

(12)

Biex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-notifika ta' bidu.

(13)

Sitt importaturi mhux relatati pprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 17(1) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet importaturi mhux relatati fuq il-bażi tal-akbar volum ta' importazzjonijiet fl-Unjoni. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, hija kkonsultat mal-importaturi kollha magħrufa kkonċernati dwar l-għażla tal-kampjun. Ħadd minnhom ma ssottometta kummenti.

1.6.2.   Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ

(14)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni huwiex meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni kollha speċifikata fin-notifika ta' bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-RPĊ għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

(15)

Disa' produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat, li tnejn minnhom huma relatati ma' xulxin, ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tal-kumplessità tal-każ u l-istruttura tal-industrija kkonċernata, il-Kummissjoni ddeċidiet li t-teħid ta' kampjuni ma kienx meħtieġ. Ħadd mill-produtturi esportaturi ma kkummenta dwar il-kampjunar. Sebgħa mid-disa' produtturi esportaturi ssottomettew tweġibiet għall-kwestjonarju u tnejn irtiraw il-kooperazzjoni tagħhom.

1.7.   Formola ta' talba għal trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)

(16)

Għall-finijiet tal-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bagħtet il-formola ta' talba għal TES lil Laiwu.

1.8.   Risposti għall-kwestjonarju

(17)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lis-seba' produtturi esportaturi li kkooperaw sabiex tevalwa l-probabilità ta' kontinwazzjoni jew ta' rikorrenza ta' dumping. Is-seba' produtturi esportaturi wieġbu. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju separat lil Laiwu sabiex tevalwa n-natura permanenti taċ-ċirkostanzi mibdula fir-rigward tad-dumping. Il-kumpanija wieġbet.

1.9.   Żjarat ta' verifika

(18)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

(a)   Produtturi tal-Unjoni

S.A. Citrique Belge N.V., Tienen, il-Belġju,

Jungbunzlauer Austria AG, Vjenna, l-Awstrija,

Jungbunzlauer Ladenburg GmbH, Ladenburg, il-Ġermanja;

(b)   Importaturi

Azelis S.A., Lussemburgu, il-Lussemburgu,

RFI Food Ingredients Handelsgesellschaft mbH, Düsseldorf, il-Ġermanja;

(c)   Utenti

Bristol-Myers Squibb France Sarl, Rueil Malmaison, Franza,

Procter & Gamble International Operations SA, Petit Lancy, l-Isvizzera,

Reckitt Benckiser (ENA) BV, Schiphol, il-Pajjiżi l-Baxxi;

(d)   Produtturi esportaturi fir-RPĊ

Cofco Biochemical (Anhui) Co., Ltd, Bengbu,

Laiwu Taihe Biochemistry Co Ltd, Laiwu,

RZBC Group, Rizhao,

Weifang Ensign Industry Co., Ltd, Changle, Weifang;

(e)   Produtturi fil-Pajjiż Analogu

Jungbunzlauer Kanada Inc., Port Colborne, il-Kanada.

1.10.   Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

(19)

L-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Ottubru 2012 u t-30 ta' Settembru 2013 (“il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2010 u tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(20)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-aċidu ċitriku (inkluż id-deidrat taċ-ċitrat tat-trisodju) li joriġina mir-RPĊ, li attwalment jaqa' taħt il-kodiċi NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (“il-prodott ikkonċernat”).

(21)

L-aċidu ċitriku jintuża bħala aċidifikant u regolatur tal-pH f'firxa wiesgħa ta' applikazzjonijiet, pereżempju xarbiet, ikel, deterġenti, kosmetiċi u farmaċewtiċi. Prinċipalment huwa magħmul miz-zokkor/ġulepp, it-tapjoka, il-qamħirrum jew il-glukożju (miksub miċ-ċereali) u diversi aġenti għall-fermentazzjoni bil-mikrobi taħt l-ilma tal-karboidrati.

2.2.   Prodott simili

(22)

L-investigazzjoni wriet li dawn il-prodotti għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

(1)

il-prodott ikkonċernat;

(2)

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ;

(3)

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-Kanada, li serviet bħala pajjiż analogu; u

(4)

il-prodott li huwa mmanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(23)

Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għaldaqstant prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

3.   ID-DUMPING

3.1.   Il-probabilità ta' kontinwazzjoni ta' dumping fil-qafas tar-rieżami ta' skadenza

(24)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk id-dumping kienx qed isseħħ fil-preżent u jekk kienx probabbli li d-dumping jitkompla jew jerġa' jseħħ fil-possibiltà li jiskadu l-miżuri fis-seħħ fuq importazzjonijiet mir-RPĊ.

3.1.1.   Il-valur normali

—   Il-pajjiż analogu

(25)

Billi r-RPĊ hija meqjusa bħala pajjiż li m'għandux ekonomija tas-suq, il-valur normali ġie ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, il-pajjiż analogu kellu jintgħażel (ara l-premessa 9 hawn fuq).

(26)

Fin-notifika ta' bidu, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija pprevediet llil-Kanada bħala pajjiż analogu xieraq u stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw. Ħadd minnhom ma ssottometta kummenti.

(27)

Il-Kanada serviet bħala pajjiż analogu fl-investigazzjoni oriġinali. Billi l-kumpanija Kanadiża lesta li tikkoopera kienet l-unika produttur ta' aċidu ċitriku fil-Kanada u relatata ma' wieħed mill-produtturi li għamlu l-ilment, il-Kummissjoni esplorat possibbiltajiet għal kooperazzjoni minn pajjiżi produtturi magħrufa oħra bħall-Istati Uniti, il-Brażil, it-Tajlandja u l-Ukraina. Kumpanija Brażiljana u oħra Tajlandiża wrew ir-rieda li jikkooperaw iżda fl-aħħar ma weġbux għall-kwestjonarju. L-uniku produttur Kanadiż ta' aċidu ċitriku biss ipprovda l-informazzjoni mitluba.

(28)

B'differenza għall-Istati Uniti, il-Brażil, it-Tajlandja u l-Ukraina, il-Kanada ma għandha l-ebda dazju antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku. Barra minn hekk, ir-rata ta' dazju konvenzjonali hija ta' 0 % (7).

(29)

Billi hemm kompetizzjoni ħielsa fis-suq Kanadiż, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-Kanada huwa pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni stabbilixxiet valur normali fuq il-bażi ta' bejgħ domestiku lill-klijenti li mhumiex relatati tal-produttur Kanadiż.

(30)

Tip wieħed ta' prodott ma ġiex immanifatturat u mibjugħ fil-pajjiż analogu u għalhekk ma setax jiġi mqabbel ma' dan it-tip ta' prodott li jiġi prodott fir-RPĊ u esportat lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-valur normali għal dan it-tip ta' prodott kellu jkun maħdum skont l-Artikolu 2(3) tar-Regolament bażiku fuq il-bażi tal-ispejjeż tal-manifattura tal-prodott simili tal-produttur tal-pajjiż analogu flimkien ma' ammont raġonevoli għall-bejgħ, l-ispejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG &A”) u l-profitt.

3.1.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(31)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezz tal-esportazzjoni abbażi ta' prezzijiet tal-esportazzjoni li effettivament jiġu mħallsa jew li għandhom jitħallsu lill-klijenti indipendenti fl-Unjoni. Il-produtturi esportaturi li kkooperaw kollha ħlief Laiwu esportaw lejn l-Unjoni direttament lill-klijenti indipendenti skont it-termini tal-impenn.

3.1.3.   Tqabbil

(32)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fuq bażi ex–works.

(33)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet, skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, il-ġestjoni, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-imballaġġ, il-kreditu u l-kummissjonijiet.

3.1.4.   Il-marġni tad-dumping

(34)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott simili fil-pajjiż analogu bil-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip li jikkorrispondi mal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(35)

Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta' dumping, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, fil-PIR instabu sa 38 %.

(36)

Il-livell ta' kooperazzjoni kien għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw irrappreżentaw kważi l-esportazzjonijiet totali lejn l-Unjoni matul il-PIR.

(37)

Dan il-kalkolu wera d-dumping anke għal produtturi esportaturi soġġetti għal impenji. Qed jiġi mfakkar li l-prezz minimu tal-importazzjoni (“PMI”) fl-impenji kien ibbażat fuq il-prezz mhux ta' ħsara (ir-regola tad-dazju inferjuri) u b'hekk l-impenji ma neħħewx għal kollox id-dumping li ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali.

3.2.   Żvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu revokati l-miżuri

3.2.1.   Il-probabilità ta' kontinwazzjoni ta' dumping

(38)

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-prezzijiet tal-esportazzjoni, l-investigazzjoni attwali fittxet li tistabbilixxi jekk hemmx il-probabilità ta' kontinwazzjoni ta' dumping. Id-determinazzjoni tal-prezzijiet tal-esportazzjoni ma tistax tiġi limitata għal eżaminazzjoni tal-imġiba tal-esportaturi fil-passat, iżda trid teżamina wkoll l-iżvilupp probabbli tal-prezzijiet tal-esportazzjoni fil-futur. Fi kliem ieħor, għandu jiġi ddeterminat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-passat humiex affidabbli bħala indikazzjoni tal-prezzijiet probabbli tal-esportazzjoni futuri. F'dan il-kuntest, huwa mfakkar li ħames kumpaniji jesportaw lejn l-Unjoni skont it-termini ta' impenn. Għalhekk, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-eżistenza ta' dawn l-impenji influwenzatx il-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-passat, b'mod li tagħmilhom inaffidabbli għall-ħolqien ta' imġiba futura tal-esportazzjoni.

(39)

Sabiex teżamina jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienux affidabbli u minħabba l-eżistenza ta' impenji, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni ġew analizzati fir-rigward mal-PMI tal-impenji. Fil-fatt kien meħtieġ li jiġi aċċertat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni ġewx iffissati f'ċertu livell prinċipalment minħabba l-PMI stabbilit mill-impenji u, għaldaqstant, jekk kienux sostenibbli jew le. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk, fuq bażi ta' medja ponderata fil-livell ta' kull kumpanija, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienux sostanzjalment aktar ogħla mill-PMI jew le. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll kif dawn il-prezzijiet irrelataw ma' prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi.

(40)

Għall-kumpaniji kollha li ħadu l-impenn, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni bħala medja kienu fil-livell tal-PMI. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni kienu b'mod sinifikanti aktar ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Konsegwentement, huwa probabbli ħafna li fin-nuqqas ta' impenji l-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jqarrbu lejn il-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħra.

(41)

Il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PIR tal-kumpaniji li ħadu l-impenn ġew għaldaqstant meqjusa li huma influwenzati mill-impenji u għalhekk mhumiex affidabbli biżżejjed sabiex jintużaw għad-determinazzjoni ta' jekk id-dumping huwiex ser jitkompla fil-kuntest tar-rieżami tal-iskadenza.

(42)

Fin-nuqqas ta' prezz tal-esportazzjoni affidabbli għal dawn il-produtturi esportaturi Ċiniżi, minħabba l-eżistenza tal-impenji f'dan il-każ, il-Kummissjoni kkunsidrat possibbiltà oħra biex jiġi stabbilit il-prezz tal-esportazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk huwiex probabbli li d-dumping jitkompla. Minħabba li l-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu qed ibigħu l-aċidu ċitriku fis-suq dinji, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li jitħallsu lill-pajjiżi terzi kollha fl-PIR kinux soġġetti għal dumping.

(43)

Il-Kummissjoni qabblet dawn il-prezzijiet tal-esportazzjoni mal-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu (ara l-premessi 26 et seq hawn fuq). Il-marġnijiet tad-dumping stabbiliti hekk ivarjaw minn 43 % sa 85 %. Dawn il-marġnijiet tad-dumping huma ogħla minn dawk stabbiliti fuq il-bażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PIR (ara l-premessa 36 hawn fuq).

3.2.2.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-konsum fil-pajjiż ikkonċernat

(44)

Fit-talba għar-rieżami, l-applikanti stmaw li l-kapaċità żejda tal-produzzjoni ta' aċidu ċitriku fir-RPĊ kienet ogħla mid-domanda annwali totali tal-UE għall-aċidu ċitriku. Il-kapaċità totali tal-aċidu ċitriku kienet stmata għal 1 800 000 tunnellata. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-applikanti ssopravvalutaw il-kapaċità żejda.

(45)

Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi veru għandhom kapaċità żejda sinifikanti. Il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ tammonta għal madwar 192 000 tunnellata li jikkorrispondu għal madwar 41 % tal-konsum tal-UE.

(46)

Barra minn hekk, studju speċifiku għall-industrija — l-IHS Chemical Economics Handbook (8) — li ġie msemmi minn diversi partijiet waqt l-investigazzjoni — fl-2012 stima l-kapaċità annwali totali fir-RPĊ fuq livell li jaqbeż il-konsum totali fis-suq tal-Unjoni bosta drabi. Fl-2012 ir-RPĊ kienet responsabbli għal “59 % tal-produzzjoni dinjija; fl-2012 kienet responsabbli wkoll għal 69 %, 74 % u 12 % tal-kapaċità dinjija, tal-esportazzjonijiet u tal-konsum, rispettivament.” (9) Din id-dejta tissuġġerixxi li r-RPĊ għandha kapaċità tal-produzzjoni ġenerali sinifikanti

(47)

Filwaqt li l-konsum huwa mistenni li jikber fir-RPĊ, skont l-IHS Chemical Economics Handbook il-konsum totali annwali taċ-Ċina huwa stmat li jkun ferm inqas minn dak tas-suq tal-Unjoni. It-tkabbir sal-2018 mhux se jaqbeż il-konsum attwali fl-Unjoni.

(48)

Din id-dejta tikkonferma li l-produzzjoni u l-kapaċità Ċiniża huma prinċipalment destinati għall-esportazzjoni.

3.2.3.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fl-Unjoni u fil-pajjiż ikkonċernat.

(49)

Skont id-dejta dwar il-prezzijiet tal-aċidu ċitriku miksuba matul l-investigazzjoni, il-prezzijiet domestiċi Ċiniżi kienu madwar 48 % anqas minn dawk fis-suq tal-Unjoni kollu.

(50)

Għalhekk, is-suq tal-Unjoni jibqa' attraenti għall-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

3.2.4.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet lejn pajjiżi terzi u fis-suq tal-Unjoni

(51)

Matul il-PIR il-prezzijiet għal swieq ta' pajjiżi terzi kienu bħala medja 40 % iktar baxxi minn dawk lejn l-Unjoni.

(52)

L-esportaturi Ċiniżi għandhom inċentiv qawwi tal-prezz biex jerġgħu jibagħtu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-Unjoni, jekk il-miżuri jiġu revokati.

(53)

Din il-konklużjoni hija msaħħa aktar permezz tal-livell tal-prezz tal-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni minn Laiwu kif ukoll mid-differenza fil-prezz bejn il-prezzijiet ta' Laiwu lejn l-Unjoni u ta' pajjiżi terzi.

(54)

Il-prezzijiet baxxi tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni li saru fi kwantitajiet limitati mill-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f'din l-investigazzjoni jappoġġaw ukoll il-konklużjoni ta' hawn fuq.

3.2.5.   Il-konklużjoni dwar il-probabilità tat-tkomplija tad-dumping

(55)

Il-kapaċità totali tal-produzzjoni (inkluża l-kapaċità żejda) fir-RPĊ meta mqabbla mad-daqs tas-suq tal-Unjoni tissuġġerixxi li l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni x'aktarx jiżdiedu jekk il-miżuri jiġu rrevokati. Dawn l-esportazzjonijiet x'aktarx li jkomplu jsiru b'mod sinifikanti bi prezzijiet li huma soġġetti għal dumping.

(56)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati ddubitaw is-sejbiet li l-prezzijiet għas-suq tal-UE taħt il-PMI matul is-snin li għaddew mhumiex sostenibbli u għalhekk se jonqsu b'mod sostanzjali, fejn saħansitra jilħqu l-livell ta' prezzijiet tal-esportazzjoni ta' pajjiż terz. Huma ddubitaw ukoll mill-fatt li l-esportazzjonijiet Ċiniżi, li huma stabbli, x'aktarx jiżdiedu fil-volum u li fin-nuqqas ta' miżuri mġedda dawn ikomplu jseħħu bi prezzijiet li huma soġġetti għal dumping. Madankollu, l-investigazzjoni stabbilixxiet b'mod ċar li d-dumping jkompli anki abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li mhumiex meqjusa affidabbli peress li huma miżjuda mill-PMI tal-impenji. Dawn il-prezzijiet instabu li kienu ogħla b'mod sinifikanti mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn swieq oħra għall-produtturi esportaturi kollha soġġetti għall-impenji. Dawn il-produtturi esportaturi huma mdorrija li jesportaw bi prezzijiet ħafna aktar baxxi minn dawk lejn l-UE. Barra minn hekk, ta' min jiftakar li l-investigazzjoni oriġinali stabbilixxiet li importazzjonijiet li huma soġġetti għal dumping bi prezz baxx mir-RPĊ lejn l-Unjoni żdiedu bi 37 % bejn l-2004 u t-tnax-il xahar li spiċċaw f'Ġunju 2007(il-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali) (10). Dawn l-elementi kollha, flimkien mal-kapaċità żejda sinifikanti fir-RPĊ li ma ġietx dubitata, jappoġġjaw b'mod ċar is-sejba li jekk il-miżuri jiġu revokati l-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni wisq probabbli jkomplu jsiru bi prezzijiet li huma soġġetti għal dumping u b'volumi akbar.

3.3.   Rieżami interim parzjali limitat għad-dumping fir-rigward ta' Laiwu

3.3.1.   Il-valur normali

3.3.1.1.   Trattament ta' ekonomija tas-suq (“TES”)

(57)

Skont l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ddeterminat jekk il-valur normali setax jiġi stabbilit skont l-Artikolu 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku f'każ li Laiwu kienet konformi mal-kriterji tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku u jekk għaldaqstant tistax tingħata t-TES.

(58)

Għal referenza faċli biss, dawn il-kriterji huma ppreżentati f'forma mqassra kif ġej:

Id-deċiżjonijiet u l-ispejjeż kummerċjali jsiru b'reazzjoni għas-sinjali tas-suq u mingħajr l-interferenza sinifikanti tal-Istat; u l-ispejjeż ewlenin tal-produzzjoni jirriflettu b'mod sostanzjali l-valuri tas-suq,

L-intrapriżi għandhom sett wieћed ċar ta' rekords kontabilistiċi bażiċi li jiġu awditjati b'mod indipendenti skont l-istandards kontabilistiċi internazzjonali u jiġu applikati fil-każijiet kollha,

Ma hemm l-ebda distorsjoni sinifikanti li ntirtet mis-sistema preċedenti ta' ekonomija mhux tas-suq,

Il-liġijiet tal-falliment u tal-proprjetà jiggarantixxu ċertezza u stabbiltà legali,

Il-konverżjonijiet tar-rati tal-kambju jitwettqu skont ir-rati tas-suq.

(59)

Biex jiġi ddeterminat jekk il-kriterji fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku humiex sodisfatti, il-Kummissjoni talbet lil Laiwu sabiex timla formola ta' talba għal TES. Laiwu wieġbet sad-data tal-iskadenza. Il-Kummissjoni vverifikat l-informazzjoni ppreżentata fl-uffiċċji tal-Laiwu.

(60)

Il-Kummissjoni sabet li Laiwu ma rrispettatx il-kriterji 2 u 3 tat-TES skont l-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

(61)

Fir-rigward tal-kriterju 2, il-kumpanija naqset milli turi li qed iżżomm sett komplut tal-kontabilità skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Barra minn hekk, ir-rekords tagħha fihom nuqqas ta' evidenza dokumentata ġustifikattiva sabiex issostni l-eżattezza u l-kompletezza tal-kontabilità tagħha. Il-kumpanija kellha nuqqas ta' evidenza dokumentata li tissostanzja ċerti prenotazzjonijiet fil-kontabilità tagħha. Barra minn hekk, ir-rapporti finanzjarji tagħha ma kienx fihom dikjarazzjoni tal-bidliet fl-ekwità għal ċerti perjodi. Dawn in-nuqqasijiet kisru l-prinċipju tar-rappreżentazzjoni ġusta tal-informazzjoni dwar il-kontabilità u r-rapporti finanzjarji u, aktar importanti minn hekk, dawn ma ġewx innutati mill-awditur. Konsegwentement, la ż-żamma tar-rekords u lanqas l-awditjar ma saru skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità.

(62)

Laiwu sostniet li r-rekords tal-kontabilità tagħha huma ċari biżżejjed biex jissodisfaw il-Prinċipji Ċiniżi ta' Kontabbiltà Ġeneralment Aċċettati. Il-kumpanija argumentat ukoll li l-inkonsistenzi msemmija fid-dokument ta' divulgazzjoni tat-TES ma jaffettwawx l-affidabbiltà tal-kontabilità tagħha. Il-kumpanija kkunsidrat li r-rekwiżiti tal-kontabilità għandhom jiġu meqjusa fid-dawl tal-għan tagħhom (pereż. biex jipproteġu lill-investituri).

(63)

Il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 2(7)(c) fit-tieni inċiż tar-Regolament bażiku jistipula li l-intrapriżi għandu jkollhom sett wieħed ċar ta' rekords bażiċi tal-kontabilità li jiġu indipendentement awditjati skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità. Dan huwa tabilħaqq rekwiżit formali. Kuntrarjament għad-dikjarazzjoni tal-kumpanija, il-kontijiet għandhom ikunu skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità ikun xi jkun l-istatus tal-kumpanija stabbilit permezz tal-liġi nazzjonali tal-kontabilità.

(64)

Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-kontabilità ta' Laiwu ma kinitx miżmuma skont il-Liġi Ċiniża tal-Kontabilità għaliex l-awditur ma kkummentax dwar il-ksur tal-Liġi Ċiniża tal-Kontabilità stabbilit fil-premessa 61.

(65)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda.

(66)

Fir-rigward tal-kriterju 3, il-kumpanija naqset milli turi li hija ma kinitx soġġetta għal distorsjonijiet sinifikanti li ntirtu mis-sistema preċedenti ta' ekonomija mhux tas-suq. B'mod aktar speċifiku, il-kumpanija bħala “Intrapriża ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida” tibbenefika minn sistema preferenzjali ta' taxxa fuq l-introjtu korporattiva li taffettwa b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni finanzjarja tagħha.

(67)

Laiwu argumentat li s-sistema preferenzjali tat-taxxa ma tistax tiġi trattata skont il-kriterju 3 tat-TES peress li hija forma ta' sussidju.

(68)

Il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni skont il-kriterju 3 tat-TES għandha l-għan li tistabbilixxi jekk il-produtturi humiex soġġetti għal distorsjonijiet sinifikanti li ntirtu mis-sistema preċedenti ta' ekonomija mhux tas-suq.

(69)

Il-benefiċċju mill-Istat riċevut minn Laiwu f'forma ta' rata tat-taxxa preferenzjali huwa benefiċċju ta' natura permanenti previst mill-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu tal-Intrapriżi adottata fl-2007. Dan il-benefiċċju ġie stabbilit skont il-Preambolu tal-Kostituzzjoni tar-RPĊ, fejn “Il-Parti trid issostni u ttejjeb is-sistema ekonomika bażika, bis-sjieda pubblika li għandha rwol dominanti u setturi ekonomiċi differenti li jiżviluppaw id f'id…”.

(70)

Wieħed mill-għanijiet ta' dan il-benefiċċju huwa li jattira kapital b'rati ta' skont. Dan jikkawża distorsjoni fis-swieq kapitali. Fil-fatt, sistema tat-taxxa fuq l-introjtu li tittratta b'mod favorevoli ċerti kumpaniji li huma meqjusin mill-Gvern bħala strateġiċi jindika li s-sistema fiskali mhijiex waħda ta' ekonomija tas-suq, iżda għadha influwenzata b'mod qawwi mill-ippjanar tal-Istat, karatteristika ta' sistema ta' ekonomija mhux tas-suq. Il-Kummissjoni tikkunsidra li d-distorsjonijiet li ġejjin mit-tnaqqis fit-taxxa fuq l-introjtu huma wkoll sinifikanti, billi dawn ibiddlu l-ammont tal-profitti ta' qabel it-taxxa li l-kumpanija trid tikseb sabiex tkun attraenti għall-investituri.

(71)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet kellhom jiġu miċħuda.

(72)

Il-Kummissjoni żvelat ir-riżultati tal-investigazzjoni tat-TES lill-Laiwu, l-awtoritajiet tar-RPĊ u l-applikanti. Il-Kummissjoni stednithom sabiex jikkummentaw u jitolbu seduta ta' smigħ. Il-kummenti li waslu ma kinux tali li jbiddlu s-sejbiet preliminari tal-Kummissjoni.

(73)

Laiwu argumentat li l-Kummissjoni pproponiet li tiġi miċħuda t-TES għal raġunijiet differenti minn dawk li wasslu għall-bidu tal-investigazzjoni. Fl-opinjoni tal-kumpanija l-Kummissjoni missha llimitat il-valutazzjoni tat-TES fuq il-kriterju 1 tat-TES.

(74)

Fl-ewwel lok, għandu jiġi nnutat li l-Artikolu 2(7)(c) jelenka ħames kriterji kumulattivi li jridu jiġu ssodisfati kollha sabiex jingħata t-TES. Barra dan, l-oneru tal-provi qiegħed fuq il-kumpanija li titlob it-TES.

(75)

Barra minn hekk, il-punt 5.2 tan-notifika ta' bidu (11) jispeċifika r-raġunijiet għat-tnedija li jirrelataw ma' żieda fil-kapaċità tal-produzzjoni ta' Laiwu u ma' kamp ta' applikazzjoni akbar tal-bejgħ tagħha. In-notifika ta' bidu bl-ebda mod ma jillimita l-investigazzjoni fuq il-valutazzjoni tal-kriterju 1 tat-TES. Barra minn hekk, l-evidenza prima facie hija vvalutata fuq il-merti tagħha stess sabiex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni. Skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku l-valutazzjoni tat-TES hija eżami komplut li biha jiġi stabbilit jekk produttur speċifiku huwiex qed jopera skont kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kif stabbilit fil-punt 6.1.1.2. tan-notifika ta' bidu.

(76)

Fl-aħħar, il-Kummissjoni tinnota li Laiwu bagħtet formola ta' talba għal TES li fiha tiddikkjara li hija tissodisfa l-ħames kriterji kollha tat-TES. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament bażiku, kumpanija li tapplika għal TES hija mitluba sabiex turi b'suċċess li hija topera f'kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri l-oneru tal-provi li jissostanzja b'mod xieraq it-talba għal TES b'evidenza biżżejjed jaqa' f'idejn il-kumpanija. Għalhekk, it-talba għal TES ġiet miċħuda.

(77)

Wara li ġiet ipprovduta l-informazzjoni dwar l-analiżi tagħha għat-talba għal TES lill-Istati Membri skont l-Artikolu 2(7)(c), il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati dwar id-deċiżjoni finali għat-TES.

3.3.1.2.   Il-pajjiż analogu

(78)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali għal Laiwu ġie determinat fuq il-bażi tal-prezz f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għażlet pajjiż terz b'ekonomija tas-suq — il-Kanada (ara l-premessi 26 et seq hawn fuq).

(79)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet valur normali fuq il-bażi ta' bejgħ domestiku lil klijenti li mhumiex relatati tal-produttur Kanadiż.

3.3.2.   Il-prezz tal-esportazzjoni

(80)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezz tal-esportazzjoni abbażi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni li effettivament jiġu mħallsa jew li għandhom jitħallsu minn klijenti indipendenti fl-Unjoni, skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

3.3.3.   Tqabbil

(81)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ex–works.

(82)

Fejn ġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għat-trasport, l-assigurazzjoni, il-ġestjoni, it-tagħbija u l-ispejjeż anċillari, l-imballaġġ, il-kreditu u l-kummissjonijiet.

3.3.4.   Il-marġni tad-dumping

(83)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta' kull tip tal-prodott simili fil-pajjiż analogu bil-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip li jikkorrispondi mal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(84)

Fuq il-bażi ta' dan, il-marġni tad-dumping medju ponderat għal Laiwu, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huwa ta' 37,8 %.

3.3.5.   In-natura permanenti taċ-ċirkostanzi mibdula

(85)

Skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk il-bidla fiċ-ċirkostanzi fir-rigward tad-dumping tistax b'mod raġonevoli tingħad li hija ta' natura permanenti.

(86)

Il-fatt li Laiwu espandiet u mill-iżgħar saret l-ikbar produttur esportatur lejn l-UE huwa meqjus bħala bidla ta' natura permanenti. Fil-fatt, il-kumpanija kkonfermat fit-tweġiba tagħha fil-kwestjonarju li hija se tibqa' żżomm il-volum tagħha ta' esportazzjonijiet u li mhux se tibdel ix-xejra tagħha tal-esportazzjonijiet.

4.   ĦSARA

4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(87)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn żewġ produtturi fl-Unjoni matul il-PIR. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont is-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(88)

Hekk kif l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn żewġ produtturi, iċ-ċifri kollha relatati ma' dejta sensittiva kellhom jiġu indiċizzati jew mogħtija fi klassifika għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

4.2.   Il-Konsum tal-Unjoni

(89)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet mir-RPĊ u pajjiżi terzi oħra, abbażi tad-dejta tal-Eurostat u tat-tweġibiet tal-kwestjonarju.

(90)

Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni

 

2010

2011

2012

PIR

Konsum f'tunnellati (firxiet)

450 000 -500 000

430 000 -480 000

470 000 -520 000

450 000 -500 000

Indiċi

100

95

105

101

Sors: Tweġibiet tal-kwestjonarji u l-Eurostat

(91)

Il-konsum tal-Unjoni varja bi +/– 5 % matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, dan l-iżvilupp ma juri l-ebda xejra ċara matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(92)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa 88 et seq hawn fuq.

(93)

L-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum ta' importazzjoni u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

PIR

Volum ta' importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat f'tunnellati

202 391

176 451

206 222

183 026

Indiċi

100

87

102

90

Is-sehem mis-suq (firxa)

40 % - 45 %

36 % - 41 %

38 % - 43 %

35 % - 40 %

Is-Sehem mis-Suq -Indiċi

100

92

97

90

Sors: Eurostat

(94)

Il-volum ta' importazzjonijiet varja matul il-perjodu kkunsidrat. Il-fluttwazzjoni tidher li qed issegwi sa ċertu punt ix-xejra tal-konsum tal-Unjoni. Fl-2011 meta l-konsum kien baxx, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu fil-livell l-aktar baxx tagħhom. Fl-2012, meta l-konsum laħaq il-quċċata, l-importazzjonijiet Ċiniżi laħqu wkoll l-ogħla livell tagħhom.

(95)

L-importazzjonijiet Ċiniżi biss ma segwewx din ix-xejra matul il-PIR meta dawn kienu madwar 10 % inqas milli kienu fl-2010 minkejja konsum tal-Unjoni komparabbli. Minkejja dan it-tnaqqis, l-importazzjonijiet Ċiniżi żammew sehem mis-suq sostanzjali ta' 35 %–45 % fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(96)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet fuq il-bażi tad-dejta tal-Eurostat. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet fl-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjoni

(EUR/ton)

 

2010

2011

2012

PIR

RPĊ

806

938

1 000

933

Indiċi

100

116

124

116

Sors: Eurostat

(97)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni ta' aċidu ċitriku Ċiniż bejn l-2010 u l-2012 żdiedu b' 24 %, wara naqsu bi tmien punti perċentwali bejn l-2012 u l-PIR. Matul il-perjodu kkunsidrat, dawn il-prezzijiet segwew l-iżvilupp ta' prezzijiet ta' materja prima bħall-qamħirrun.

(98)

Wara d-divulgazzjoni, parti interessata ddubitat mill-preċiżjoni tad-dejta tal-Eurostat mingħajr ma pprovdiet kwalunkwe evidenza sostanzjali sabiex tissostanzja d-dikjarazzjoni tagħha. Għaldaqstant l-argument ma setax jiġi aċċettat.

(99)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PIR billi qabblet:

(1)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni imposti fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, u aġġustati għal-livell ta' prezz mill-fabbrika, u

(2)

il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti skont it-tip ta' prodott li jiġi importat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw, għal għand l-ewwel klijent indipendenti, stabbiliti fuq il-bażi tal-kost, tal-assigurazzjoni, tal-merkanzija (CIF), bl-aġġustamenti xierqa għad-dazju konvenzjonali u l-kostijiet tal-importazzjoni.

(100)

Għal produtturi esportaturi li mhumiex parti mill-impenn imsemmi fil-premessa 2 hawn fuq, il-prezz lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni ġie użat għat-tqabbil. Għall-produtturi esportaturi soġġetti għall-impenn, ma kienx possibbli li jadottaw il-prezzijiet għall-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni, billi dawn kienu influwenzati mit-termini tal-impenn. Għal dawn l-esportaturi, it-twaqqigħ tal-prezz kien stabbilit fuq il-bażi tal-prezz mitlub lill-ewwel klijent indipendenti f'pajjiżi terzi.

(101)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw ukoll li għall-partijiet li mhumiex soġġetti għall-impenn kellu jittieħed il-prezz impost fuq l-ewwel klijent indipendenti f'pajjiżi terzi sabiex jiġi stabbilit it-twaqqigħ tal-prezz. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-partijiet li mhumiex soġġetti għall-impenn imponew prezzijiet aktar baxxi mill-prezzijiet imposti mill-partijiet li huma soġġetti għall-impenn. Dan jindika li l-prezzijiet tagħhom mhumiex affettwati mill-impenn, u għalhekk jistgħu jintużaw sabiex jiġi stabbilit it-tnaqqis.

(102)

It-tqabbil tal-prezz għal tranżazzjonijiet fl-istess livell ta' kummerċ sar skont it-tip, u fejn meħtieġ ġie aġġustat b'mod xieraq għall-kummissjonijiet u għas-separazzjoni.

(103)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati ddikjaraw li aġġustament għas-separazzjoni m'hemmx aktar bżonnu, peress li m'hemmx aktar bżonn li l-aċidu ċitriku Ċiniż jiġi sseparat. Madankollu, l-investigazzjoni stabbilixxiet li filwaqt li s-separazzjoni mhijiex dejjem meħtieġa, għad hemm ċirkostanzi fejn dan ikun il-każ, b'hekk dan jiġġustifika dan l-aġġustament.

(104)

Għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, it-twaqqigħ tal-prezz ma setax jiġi stabbilit bl-użu ta' prezzijiet għal kull tip ta' prodott, billi din l-informazzjoni ma kinitx disponibbli. Għalhekk, it-twaqqigħ tal-prezz ġie stabbilit billi tqabblu l-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati globali kemm għall-produtturi tal-Unjoni kif ukoll għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx.

(105)

Matul il-PIR ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni. Dan wera marġni ta' twaqqigħ b'medja ponderata globali ta' bejn 20 % u 45 %.

4.4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kumment ġenerali

(106)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżaminazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping fl-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.2.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(107)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 4

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

PIR

Volum tal-produzzjoni f'tunnellati (firxiet)

270 000 -300 000

290 000 -320 000

300 000 -330 000

300 000 -330 000

Indiċi

100

106

108

107

Kapaċità ta' produzzjoni f'tunnellati (firxiet)

300 000 -350 000

300 000 -350 000

300 000 -350 000

300 000 -350 000

Indiċi

100

101

101

101

L-użu tal-kapaċità — Indiċi

100

105

106

106

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(108)

Il-volum tal-produzzjoni żviluppa b'mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat. Bejn l-2010 u l-2011 dan żdied b'6 %, b'tibdiliet żgħar fil-perjodi sussegwenti.

(109)

Billi l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet kważi l-istess, l-użu tal-kapaċità rrifletta l-iżvilupp tal-volum tal-produzzjoni. B'mod sinifikanti, bejn l-2010 u l-2011 l-użu tal-kapaċità żdied b'5 %, u baqa' kważi l-istess fil-perjodi sussegwenti.

4.4.3.   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(110)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

PIR

Il-volum totali tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni -indiċi

100

108

108

108

Sehem mis-suq — indiċi

100

111

102

107

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(111)

Bejn l-2010 u l-2011 l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volum tal-bejgħ tagħha bi 8 %. Sussegwentement, il-volum tal-bejgħ baqa' fl-istess livell sal-PIR.

(112)

Is-sehem mis-suq żviluppa b'mod simili b'żieda ta' 7 % matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2011 u l-2012, is-sehem mis-suq ġie affettwat ukoll mill-fluttwazzjonijiet fil-konsum tal-Unjoni deskritti fil-premessa 91 hawn fuq.

4.4.4.   Tkabbir

(113)

L-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-volum tal-bejgħ tagħha bi 8 % u s-sehem mis-suq tagħha b'7 %. Fl-istess waqt, il-volumi tal-produzzjoni żdiedu b'mod simili. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni setgħet tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet ta' tkabbir billi żżid is-sehem mis-suq tagħha f'suq li huwa pjuttost stabbli.

4.4.5.   Impjiegi u Produttività

(114)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 6

Impjiegi u produttività

 

2010

2011

2012

PIR

Numru ta' impjegati — indiċi

100

101

105

106

Produttività (tunnellata/impjegat) — indiċi

100

105

102

101

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(115)

L-impjiegi żviluppaw b'mod pożittiv matul il-perjodu kkunsidrat, b'żieda ta' 6 %. Fl-istess waqt, il-produttività għal kull impjegat baqgħet pjuttost stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.6.   Id-daqs tal-marġni ta' dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(116)

Il-marġnijiet ta' dumping li nstabu kienu ferm ogħla mil-livell de minimis. Madankollu, l-impatt tad-daqs tal-marġnijiet effettivi ta' dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ttaffa, peress li l-livell tal-prezzijiet ta' ħafna produtturi esportaturi Ċiniżi kien influwenzat mill-impenn. Għall-produtturi esportaturi l-oħra, l-effett dannuż ġie kkontrobilanċjat mill-effett tad-dazji. Għalhekk jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata minn dumping li seħħ fil-passat min-naħa tal-produtturi esportaturi Ċiniżi.

4.4.7.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(117)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 7

Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2010

2011

2012

PIR

Prezz tal-bejgħ tal-unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata) — firxiet

1 000 -1 150

1 050 -1 200

1 150 -1 300

1 150 -1 300

Indiċi

100

103

113

115

Kost tal-unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellata) — firxiet

750-900

850-1 000

850-1 000

850-1 000

Indiċi

100

113

111

115

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(118)

Bejn l-2010 u l-2011 il-kost ponderat medju tal-unità tal-produzzjoni żdied bi 13 %, u sussegwentement żdied b'2 punti perċentwali oħra sal-PIR.

(119)

Il-prezzijiet tal-bejgħ żviluppaw b'mod simili, iżda b'dewmien ta' madwar sena. Kien biss fl-2012 li l-industrija tal-Unjoni setgħet tgħaddi kompletament iż-żidiet fil-kost li ġarrbet fl-2011 lill-klijenti tagħha. Fl-2011 dan irriżulta fi profittabilità iktar baxxa, kif muri fil-premessi 120 et seq ta' hawn taħt.

4.4.8.   Kostijiet lavorattivi

(120)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 8

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2010

2011

2012

PIR

Pagi medji għal kull impjegat — indiċi

100

103

114

118

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(121)

Il-kostijiet medji lavorattivi għal kull impjegat żdiedu b'total ta' 18 %, prinċipalment minħabba żieda sinifikanti ta' 11-il punt perċentwali bejn l-2011 u l-2012.

4.4.9.   Inventarji

(122)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 9

Inventarji

 

2010

2011

2012

PIR

Stokks tal-għeluq f'tunnellati (firxiet)

14 000 -16 000

14 000 -16 000

17 000 -19 000

22 000 -24 000

Indiċi

100

101

121

155

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(123)

L-istokks tal-għeluq tal-produtturi tal-Unjoni żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat. Il-livell ogħla ta' inventarji fi tmiem il-PIR huwa affettwat minn fatturi staġjonali. Filwaqt li għall-perjodi l-oħra, l-istokk tal-għeluq huwa meħud fl-aħħar ta' Diċembru, għat-tmiem tal-PIR dan huwa meħud fl-aħħar ta' Ġunju eżatt qabel perjodu ta' domanda pjuttost għolja minħabba konsum akbar ta' xorb u produzzjoni pjuttost baxxa minħabba l-vaganzi tas-sajf imminenti. Għalhekk huwa normali li jkun hemm livell xi ftit ogħla ta' stokks f'dan iż-żmien tas-sena.

4.4.10.   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jiżdied il-kapital

(124)

Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 10

Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

 

2010

2011

2012

PIR

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (firxa)

12 %-17 %

7 %-12 %

12 %-17 %

12 %-17 %

Indiċi

100

69

103

103

Fluss tal-flus — Indiċi

100

50

86

80

Investimenti — Indiċi

100

162

123

106

Redditu fuq l-invesitmenti (firxa)

30 %-40 %

15 %-25 %

25 %-35 %

25 %-35 %

Indiċi

100

59

93

90

Sors: It-tweġibiet tal-kwestjonarju

(125)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ġie espress bħala perċentwal tal-fatturat ta' dan il-bejgħ. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat dan kien kważi f'livelli stabbli. Il-profittabilità miksuba mill-industrija tal-Unjoni qabżet il-mira tal-profitt li ġiet stabbilita fl-investigazzjoni oriġinali matul il-perjodu kkunsidrat.

(126)

Il-fluss tal-flus nett jirrappreżenta l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw huma stess l-attivitajiet tagħhom. L-iżvilupp tagħha baqa' f'livelli sodisfaċenti matul il-perjodu kkunsidrat.

(127)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur nett kontabilistiku tal-investimenti. L-iżvilupp tiegħu l-biċċa l-kbira rrifletta l-iżvilupp tal-profittabilità, u kważi baqa' f'livelli sodisfaċenti matul il-perjodu kkunsidrat.

(128)

Ħadd mill-produtturi tal-Unjoni ma rrapporta diffikultajiet sabiex iżid il-kapital matul il-perjodu kkunsidrat.

4.4.11.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(129)

Ħafna mill-indikaturi tal-ħsara bħall-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, l-impjiegi, il-kost lavorattiv u l-prezzijiet tal-bejgħ żviluppaw b'mod pożittiv. Filwaqt li t-tendenza tal-indikaturi finanzjarji bħall-profitabbiltà, il-fluss tal-flus u r-redditu fuq l-investimenti juru xejra mħallta, il-livelli assoluti huma sodisfaċenti u ma jurux sinjal ta' ħsara.

(130)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara li ġarrbet minn dumping li seħħ fil-passat u ma sofriet l-ebda ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

4.5.   Il-probabilità ta' rikorrenza ta' ћsara

(131)

Ix-xejriet ta' hawn fuq dwar il-prezzijiet u l-volumi tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat miċ-Ċina juru li filwaqt li l-esportaturi Ċiniżi żammew preżenza sinifikanti fis-suq tal-Unjoni, il-miżuri fis-seħħ (id-dazju u l-impenji) wasslu għal żieda fil-prezzijiet u tnaqqis fil-volumi. L-industrija tal-Unjoni kienet il-benefiċjarja prinċipali ta' dan l-iżvilupp, peress li l-preżenza fis-suq ta' pajjiżi terzi oħra baqa' pjuttost limitat. Dan jindika li t-tneħħija tal-ħsara hija prinċipalment minħabba l-eżistenza tal-miżuri fis-seħħ.

(132)

Kif imsemmi fil-premessa 45 ta' hawn fuq, il-produtturi esportaturi fir-RPĊ għandhom il-kapaċità żejda biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom b'mod mgħaġġel ħafna. Barra minn hekk, billi l-prezzijiet fis-suq tal-UE jġibu aktar qligħ meta mqabbla ma' ħafna mis-swieq ta' pajjiżi terzi, huwa probabbli li l-kwantitajiet sinifikanti attwalment esportati lejn dawn il-pajjiżi jistgħu wkoll jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-UE f'każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu.

(133)

Barra minn hekk, is-swieq internazzjonali ewlenin bħall-Istati Uniti, il-Brażil, it-Tajlandja u l-Ukraina imponew dazji antidumping kontra l-aċidu ċitriku Ċiniż. Għaldaqstant jekk il-miżuri antidumping jitħallew jiskadu ser ikun aktar diffiċli għall-produtturi esportaturi Ċiniżi biex ibigħu f'dawk is-swieq milli f'suq tal-UE mhux protett.

(134)

Barra minn hekk, il-livelli tal-prezzijiet tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li mhumiex soġġetti għal impenji waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-UE b'20 % — 45 %. Bl-istess mod, il-prezzijiet mitluba mill-produtturi esportaturi soġġetti għall-impenji fi swieq ta' pajjiżi terzi waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-UE b'20 % — 39 %. Dan juri l-livelli tal-prezzijiet li x'aktarx il-produtturi esportaturi Ċiniżi jidħlu bihom fis-suq tal-Unjoni fin-nuqqas ta' miżuri.

(135)

Il-probabilità ta' esportazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet baxxi fin-nuqqas ta' miżuri huwa kkonfermat mill-bosta investigazzjonijiet antidumping fuq l-aċidu ċitriku Ċiniż f'pajjiżi oħra msemmija fil-premessa 133 hawn fuq.

(136)

Il-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom il-kapaċità li jżidu b'mod sinifikanti s-sehem tas-suq diġà sostanzjali tagħhom bi prezzijiet li waqqgħu b'mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni.

(137)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw li l-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jidhrux li se jbaxxu aktar il-prezzijiet tagħhom għal-livelli tal-prezz prevalenti fi swieq oħra ta' pajjiż terz. Madankollu, dan l-argument mhuwiex sostanzjat mill-fatti stabbiliti mill-investigazzjoni. Kif indikat fil-premessa 134 ta' hawn fuq, il-marġnijiet ta' tnaqqis stabbiliti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li mhumiex soġġetti għall-impenji fis-suq tal-Unjoni (20 %–45 %) huma simili ħafna għal dawk stabbiliti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li huma soġġetti għall-impenji fis-swieq ta' pajjiż terz (20 %–39 %). Għaldaqstant huwa probabbli li fin-nuqqas tal-miżuri, il-prezzijiet Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni jilħqu l-prezzijiet imposti xi mkien ieħor mill-produtturi esportaturi Ċiniżi.

(138)

Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li hemm probabilità ta' rikorrenza ta' ħsara f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(139)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ wara s-sejbiet ta' dan ir-rieżami ta' skadenza jmorrux kontra l-interess ġenerali tal-Unjoni. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament tal-interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti. Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

5.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(140)

Iż-żewġ produtturi tal-Unjoni li flimkien huma responsabbli għal 100 % tal-produzzjoni tal-Unjoni kkooperaw f'din l-investigazzjoni. Kif iddikjarat fil-premessa 130 hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata minn dumping li seħħ fil-passat.

(141)

Il-miżuri fis-seħħ ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tirkupra mill-ħsara li seħħet fil-passat. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni wriet li l-operazzjonijiet tagħha huma vijabbli meta mhumiex soġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping.

(142)

Fl-istess ħin, it-tneħħija tal-miżuri wisq probabbli twassal għal aktar kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet Ċiniżi li kienu oġġett ta' dumping, li jheddu l-operat kontinwu tal-bqija tal-produtturi f'industrija li altrimenti hija vijabbli. Ta' min ifakkar li tliet produtturi fl-Unjoni kienu għalqu qabel l-impożizzjoni tal-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi.

(143)

Għalhekk ġie konkluż li huwa fl-interess tal-industrija tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fis-seħħ.

5.2.   L-interess ta' importaturi mhux relatati

(144)

Kif iddikjarat fil-premessa 13 hawn fuq, sitt importaturi mhux relatati ppreżentaw tweġiba ta' kampjunar. L-akbar tliet importaturi kienu inklużi fil-kampjun, iżda fl-aħħar mill-aħħar importatur wieħed ma pprovdiex tweġiba sodisfaċenti għall-kwestjonarju. Il-kampjun finali kien jikkonsisti miż-żewġ importaturi li kien fadal.

(145)

L-importaturi t-tnejn li huma jikkummerċjaw firxa wiesgħa ta' prodotti. L-importanza tal-aċidu ċitriku fil-fatturat totali tagħhom tvarja ħafna. Għal importatur wieħed l-aċidu ċitriku jirrappreżenta parti insinifikanti mill-fatturat totali, filwaqt li għall-importatur l-ieħor huwa wieħed mill-prodotti l-aktar importanti.

(146)

Iż-żewġ importaturi inklużi fil-kampjun ma opponewx strettament kontra l-miżuri fis-seħħ, iżda enfasizzaw il-fatt li l-livell attwali tal-PMI huwa għoli wisq u dan iwassal għal profitti sostanzjali għall-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant dawn l-importaturi talbu tnaqqis tal-livell tal-PMI.

5.3.   L-interess tal-utenti

(147)

Il-Kummissjoni rċeviet sitt tweġibiet sħaħ minn utenti, prinċipalment mill-industriji tal-kimika u tal-farmaċewtika. Għalkemm l-industrija tal-ikel u x-xorb (“F&B”) hija b'mod assolut l-akbar utent ta' aċidu ċitriku u hija responsabbli għal mill-inqas 50 % tal-konsum totali, l-ebda utent minn din l-industrija ma kkoopera bis-sħiħ.

(148)

L-utenti kienu mħassba dwar is-sigurtà tal-provvista. Tħassib partikolari kien dak li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx kapaċi tforni kompletament is-suq tal-Unjoni. Madankollu, il-miżuri fis-seħħ ma waqqfux lill-importazzjonijiet Ċiniżi milli jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti, li jippermettulhom li jfornu dik il-parti tas-suq li ma tistax tiġi fornita mill-industrija tal-Unjoni.

(149)

Għal għadd kbir ta' utenti bħall-F&B u l-industriji farmaċewtiċi, l-aċidu ċitriku huwa biss meħtieġ marġinalment għall-prodotti tagħhom. Fl-opinjoni tagħhom mhuwiex faċli li tissostitwixxi l-aċidu ċitriku, għalhekk is-sigurtà tal-provvista ta' spiss hija importanti aktar mill-prezz. L-effett finanzjarju tal-miżuri fuq dawn l-utenti huwa insinifikanti, minħabba l-importanza ferm żgħira tal-aċidu ċitriku fl-istruttura tal-ispejjeż tagħhom.

(150)

Għal utenti li jipproduċu prodotti kimiċi li jammontaw għal madwar 25 % tal-konsum totali tal-UE, l-aċidu ċitriku huwa ta' importanza moderata u jammonta għal madwar 5 % tal-ispejjeż tal-materja prima. Fl-opinjoni tagħhom il-miżuri antidumping m'għandhomx jinżammu. Xi utenti indikaw ukoll is-sitwazzjoni finanzjarja tajba tal-produtturi tal-UE. L-effett tal-miżuri fuq dawn l-utenti huwa aktar sinifikanti milli fuq l-F&B u l-industriji farmaċewtiċi. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta mill-utenti li kkooperaw u li jipproduċu prodotti kimiċi turi li minkejja l-miżuri fis-seħħ huma rnexxielhom jiksbu profitt tajjeb. L-effett tal-miżuri fuq dawn l-utenti għalhekk huwa kkunsidrat bħala wieħed limitat.

(151)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati fl-industrija tad-deterġenti ddikjaraw li għal ċerti prodotti, l-aċidu ċitriku jammonta għal sehem akbar tal-kostijiet mill-valur medju ta' 5 % imsemmija hawn fuq. Fl-istess waqt, dawn il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza li l-medja għall-industrija tad-deterġenti b'mod partikolari hija differenti mill-5 % mogħti għall-industrija tal-kimika b'mod ġenerali. Għaldaqstant huwa meqjus li l-konklużjonijiet għall-industrija tal-kimika b'mod ġenerali huma applikabbli wkoll għall-industrija tad-deterġenti b'mod partikolari.

(152)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw ukoll li l-projbizzjoni futura fuq fosfati f'deterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi mill-2017 se twassal għal żieda tal-konsum tal-aċidu ċitriku fl-Unjoni. Filwaqt li huwa ċar li sa dak iż-żmien il-fosfati se jiġu sostwiti minn sustanzi oħra, għadu mhuwiex ċar jekk il-fosfati humiex se jiġu sostwiti mill-aċidu ċitriku jew sustanzi oħra. Barra minn hekk, il-partijiet ma pprovdew l-ebda evidenza fattwali dwar l-impatt ġenerali ta' din il-bidla.

(153)

Kollox ma' kollox, l-effett pożittiv tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni jaqbeż bil-kbir l-impatt negattiv limitat jew insinifikanti tal-miżuri fis-seħħ fuq l-utenti.

5.4.   Sorsi ta' forniment fis-suq tal-Unjoni

(154)

Il-partijiet interessati ilmentaw dwar allegazzjoni ta' nuqqas ta' kompetittività fis-suq tal-Unjoni. Fil-fatt, l-UE għandha biss żewġ produtturi tal-Unjoni. Sabiex jintlaħqu t-talbiet tal-utenti tal-UE, is-suq tal-Unjoni jeħtieġ importazzjonijiet li fil-biċċa l-kbira jiġu mir-RPĊ.

(155)

Il-fatt li baqgħu biss żewġ produtturi fl-Unjoni, huwa madankollu r-riżultat tal-prattiċi tad-dumping tal-produtturi esportaturi Ċiniżi li wasslu għall-miżuri taħt ir-rieżami. Fl-2004, fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat tal-investigazzjoni oriġinali, fl-Unjoni kien għad hemm ħames produtturi li kienu qed jikkompetu ma' kwantitajiet sinifikanti ta' importazzjonijiet Ċiniżi li kienu oġġett ta' dumping. Fis-snin ta' wara (2004-2007), meta l-Unjoni kienet esposta għal kwantitajiet kbar ta' esportazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping mir-RPĊ, tliet produtturi tal-Unjoni kellhom joħorġu mis-suq, dan wassal għas-sitwazzjoni duwopolistika attwali.

(156)

Minn mindu ġew imposti l-miżuri fis-seħħ, ix-xejra 'l isfel fin-numru ta' produtturi tal-Unjoni tista' titwaqqaf. Jekk il-produtturi esportaturi Ċiniżi jitħallew jerġgħu jibdew bid-dumping fi kwantitajiet mhux ristretti, l-industrija tal-Unjoni terġa' tibda ġġarrab ħsara, inkluż li titlef is-sehem tas-suq għall-importazzjonijiet Ċiniżi.

(157)

Il-produtturi tal-Unjoni m'għandhomx il-kapaċità sabiex tintlaħaq kompletament id-domanda tas-suq tal-Unjoni (ara l-premessa 107 hawn fuq). Minkejja l-eżistenza tal-miżuri fis-seħħ, l-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti, b'sehem tas-suq ta' bejn 35 % u 45 % matul il-perjodu kkunsidrat, kif spjegat fil-premessa 93 hawn fuq.

(158)

Fin-nuqqas ta' miżuri, l-uniċi żewġ produtturi tal-UE eżistenti jistgħu jiġu mġiegħla sabiex jitilqu mis-suq tal-UE ukoll. F'xenarju bħal dan, l-utenti tal-UE jsiru aktar u aktar dipendenti fuq sors wieħed ta' importazzjonijiet — ir-RPĊ — li, minħabba l-importanza tas-sigurtà tal-provvista msemmija hawn fuq, ma jkunx fl-interess tal-Unjoni.

5.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(159)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji biex jiġi konkluż li mhuwiex fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ.

6.   MIŻURI ANTIDUMPING

6.1.   Rieżami interim limitat għall-ħsara

(160)

Ħafna mill-produtturi esportaturi Ċiniżi li kooperaw huma soġġetti għall-impenji msemmija fil-premessa 2 hawn fuq. L-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza wriet fil-premessa 41 hawn fuq li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-UE ġew iddeterminati minn dawk l-impenji fuq il-prezz li jiffissaw il-prezzijiet minimi ta' importazzjoni (“PMI”). Għaldaqstant, il-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom kienu meqjusa mhux affidabbli biżżejjed biex jintużaw għall-analiżi tal-probabilità tal-kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta' din l-investigazzjoni. Bl-istess mod, kif spjegat fil-premessa 100 hawn fuq dawn il-prezzijiet għall-esportazzjoni ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala indikatur affidabbli sabiex jitwettaq kalkolu affidabbli u sinifikanti tat-tnaqqis. Għall-istess raġuni, dawn il-prezzijiet xorta mhumiex affidabbli biżżejjed sabiex jiġi kkalkolat livell ġdid ta' eliminazzjoni tal-ħsara.

(161)

Għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li kkooperaw li mhumiex parti mill-impejni, Laiwu, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ma kinux affettwati mill-impenn u għalhekk setgħu jintużaw sabiex jiġi stabbilit livell ġdid ta' eliminazzjoni tal-ħsara.

6.2.   Livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara

(162)

Sabiex jiġi determinat il-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont ta' dazju meħtieġ sabiex tiġi evitata r-rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(163)

Il-ħsara ma terġax iseħħ kieku l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tkopri l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli taħt kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fl-assenza ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping. Il-marġni tal-qligħ determinat għal dan il-għan fl-investigazzjoni oriġinali kien ta' 6 %.

(164)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux ta' ħsara tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi titnaqqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni l-marġni effettiva tal-qligħ miksuba matul il-PIR u tinbidel bil-marġni tal-qligħ ta' 6 %.

(165)

Parti interessata argumentat li l-marġni ta' profitt ta' qabel it-taxxa ta' 6 % huwa baxx wisq, minħabba r-rata tat-taxxa sinifikanti il-profitt ta' wara t-taxxa li jirriżulta ma jipprovdix ir-riżorsi meħtieġa.

(166)

F'dan ir-rigward, il-marġni ta' profitt użat sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara jirrifletti il-marġni ta' profitt fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping. Il-parti interessata ma pprovdiet l-ebda argument li juri li l-marġni ta' profitt ta' 6 %, li huwa l-marġni ta' profitt effettiv miksub mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, mhuwiex xieraq għal dan il-għan.

(167)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara fuq il-bażi ta' paragun bejn il-prezz medju ponderat tal-importazzjoni ta' Laiwu, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, flimkien mal-prezz mhux ta' ħsara medju ponderat tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni matul il-PIR. Kwalunkwe differenza li rriżultat minn dan il-paragun ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

6.3.   Miżuri antidumping definittivi

(168)

Għall-kumpanija Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd., għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat skont ir-regola tad-dazju inferjuri fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġni ta' ħsara u l-marġni tad-dumping. Ir-rata tad-dazju għandha tiġi stabbilita fil-livell il-baxx ta' dumping u l-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara.

(169)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rata tad-dazju antidumping definittiva, espressa skont il-prezz CIF fuq il-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping

Livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara

Dazju antidumping definittiv

Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd.

37,8 %

15,3 %

15,3 %

(170)

Fil-qafas tar-rieżami ta' skadenza, kif stipulat mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-RPĊ għandhom jinżammu. Ta' min ifakkar li dawn il-miżuri jikkonsistu f'dazju ad valorem b'rati u impenji differenti għal ċerti kumpaniji.

(171)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzoni. Gћaldaqstant, dawn irriflettew is-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta' dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li huwa mmanifatturat mill-entitajiet legali msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat magħmul minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Huma ma għandhomx ikunu soġġetti għall-ebda rata individwali ta' dazju antidumping.

(172)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati individwali tad-dazju antidumping jekk tibdel l-isem jew l-indirizz tal-entità tagħha. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (12). It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem jew l-indirizz tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, avviż li jinforma dwar il-bidla fl-isem jew l-indirizz se jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(173)

Żewġ produtturi esportaturi nnotifikaw lill-Kummissjoni b'tibdil fl-indirizz tagħhom. Waħda minnhom innotifikat ukoll lill-Kummissjoni b'tibdil fl-isem tagħha. Dan it-tibdil ma affettwax l-operat tagħhom fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

(174)

Produttur esportatur ieħor ma għandux ikun aktar intitolat għar-rata individwali tad-dazju peress li dan ma għadux jeżisti.

(175)

Is-sejbiet fil-premessi 173 u 174 ta' hawn fuq ġew iddivulgati u ma wasal l-ebda kumment.

7.   IL-FORMA TAL-MIŻURI

(176)

Fil-qafas tar-rieżami tal-forma ta' miżuri, l-Kummissjoni kkunsidrat it-twaqqif tal-PMI tal-impenji. B'mod partikolari, il-Kummissjoni eżaminat il-mekkaniżmu ta' indiċjar.

(177)

Il-PMI oriġinarjament ġie indiċjat fuq il-bażi tal-fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet tal-qamħirrum tal-Istati Uniti. Meta l-miżuri oriġinali ġew imposti, il-produtturi esportaturi li offrew l-impenji ma setgħux isibu sors ta' referenza pubblika għall-prezzijiet tal-qamħirrum tal-UE. Tali sors issa huwa disponibbli u huwa meqjus aktar xieraq minħabba l-fatt li l-PMI huwa bbażat fuq il-prezz mhux ta' ħsara tal-industrija tal-Unjoni.

(178)

Il-Kummissjoni eżaminat ukoll il-fattur tal-indiċjar għall-konsum ta' materja prima għal kull tunnellata ta' aċidu ċitriku u kkonkludiet li huwa korrett.

(179)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet interessati argumentaw li minflok it-twettiq tal-indiċjar tal-PMI deskritt hawn fuq, għandu jiġi użat prezz minimu fiss jew indiċjar ibbażat fuq il-prezzijiet ta' materja prima oħra flimkien mal-qamħirrun peress li mhux il-produtturi tal-Unjoni kollha jużaw il-qamħirrun bħala materja prima għall-produzzjoni tal-aċidu ċitriku. Madankollu, minħabba l-fluttwazzjonijiet sinifikanti tal-kost tal-produzzjoni u tal-prezzijiet tal-aċidu ċitriku, prezz minimu fiss jista' jiskadi malajr u jiżdied jew jonqos b'mod mhux raġonevoli. Barra minn hekk, indiċjar għal materja prima bi prezzijiet pjuttost stabbli meta l-prezz tal-aċidu ċitriku jvarja b'mod sinifikanti u li għalih m'hemm l-ebda sors pubbliku affidabbli mhuwiex ikkunsidrat xieraq.

(180)

Għaldaqstant, huwa meqjus li prezz minimu fiss jew indiċjar ibbażat fuq materji primi differenti mhuwiex aktar raġonevoli minn indiċjar li huwa bbażat fuq il-prezzijiet tal-qamħirrun. Madankollu, billi l-qamħirrun mhuwiex il-materja prima bażika għall-produtturi tal-Unjoni kollha, kien meqjus xieraq li jiġi rivedut il-fattur tal-indiċjar għall-konsum ta' materja prima sabiex jirrifletti aħjar il-konsum medju ponderat tal-qamħirrun tal-industrija tal-Unjoni u tal-evoluzzjoni tal-prezz li mhuwiex ta' ħsara tal-industrija tal-Unjoni kollha.

(181)

Fil-qafas tar-rieżami parzjali interim limitat għall-ħsara, il-Kummissjoni stabbilixxiet prezz mhux ta' ħsara ġdid għall-industrija tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-PMI għandu jiġi rivedut u aġġornat sabiex l-impenji jibqgħu fis-seħħ.

(182)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-ħames produtturi esportaturi li kkooperaw, inkluż grupp ta' produtturi esportaturi, li għalihom l-impenji huma attwalment fis-seħħ, flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importaturi u l-Esportaturi tal-Metalli, l-Minerali u l-Kimiki (ara l-premessi 2 u 3 hawn fuq), offrew impenji ġodda aċċettabbli fuq il-prezz.

(183)

Il-Kummissjoni, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/87 (13), aċċettat dawn l-offerti ġodda ta' impenn u ssostitwiet l-impenji fis-seħħ. L-offerti ġodda ta' impenn jeliminaw l-effetti ta' ħsara tad-dumping u jillimitaw b'mod suffiċjenti r-riskju taċ-ċirkomvenzjoni.

(184)

Sabiex il-Kummissjoni u l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jissorveljaw b'mod effettiv il-konformità mal-impenji tal-kumpaniji, meta t-talba għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju antidumping tingħata skont dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

il-preżentazzjoni ta' fattura tal-impenn, li hija fattura kummerċjali li fiha tal-inqas l-elementi elenkati u d-dikjarazzjoni stipulati fl-Anness;

(ii)

il-fatt li l-prodotti importati jiġu mmanifatturati, mibgħuta u fatturati direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni; u

(iii)

il-fatt li l-oġġetti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu b'mod preċiż mad-deskrizzjoni tal-fattura tal-impenn.

Fejn il-kondizzjonijiet ta' hawn fuq ma jiġux issodisfati d-dazju antidumping xieraq irid jiġi mħallas fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera.

(185)

Kull meta l-Kummissjoni tirtira, skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku, l-aċċettazzjoni tagħha ta' impenn wara ksur permezz ta' riferiment għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi rilevanti tal-impenn bħala invalidi, irid jitħallas dejn doganali fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' dawn it-tranżazzjonijiet.

(186)

L-importaturi għandhom ikunu konxji li dejn doganali jista' jidħol fis-seħħ, bħala riskju normali tan-negozju, fil-mument tal-aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera hekk kif deskritt fil-premessi 184 u 185 hawn fuq anki jekk impenn offrut mill-manifattur li kienu qegħdin jixtru mingħandu, direttament jew indirettament, kien ġie aċċettat mill-Kummissjoni.

(187)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku u d-deidrat taċ-ċitrat tat-trisodju li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 2918 14 00 u ex 2918 15 00 (kodiċi TARIC 2918 15 00 10) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittivi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u magħmula mill-kumpaniji elenkati hawn taħt ikunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju antidumping definittiv %

Kodiċi addizzjonali TARIC

COFCO Biochemical (Anhui) Co., Ltd. — No 1 COFCO Avenue, Bengbu City 233010, Anhui Province, PRC

35,7

A874

Laiwu Taihe Biochemistry Co., Ltd. — No 106 Luzhong Large East Street, Laiwu City, Shandong Province, PRC

15,3

A880

RZBC Co., Ltd. — No 9 Xinghai West Road, Rizhao City, Shandong Province, PRC

36,8

A876

RZBC (Juxian) Co., Ltd. — No 209 Laiyang Road (West Side of North Chengyang Road), Juxian Economic Development Zone, Rizhao City, Shandong Province, PRC

36,8

A877

TTCA Co., Ltd. — West, Wenhe Bridge North, Anqiu City, Shandong Province, PRC

42,7

A878

Weifang Ensign Industry Co., Ltd. — No 1567 Changsheng Street, Changle, Weifang, Shandong Province, PRC

33,8

A882

Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd. — No 1 Redian Road, Yixing Economic Development Zone, Jiangsu Province, PRC

32,6

A879

Il-kumpaniji l-oħra kollha

42,7

A999

3.   Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju antidumping definittiv ma japplikax għal importazzjonijiet rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni libera skont l-Artikolu 2.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   L-importazzjonijiet iddikjarati għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera li huma mogħnija b'fattura minn kumpaniji li l-impenji tagħhom ġew aċċettati mill-Kummissjoni u li l-ismijiet tagħhom tniżżlu fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/87, jiġu eżentati mid-dazju antidumping impost bl-Artikolu 1, bil-kundizzjoni li:

(a)

ikunu mmanifatturati, mibgħuta u nħarġitilhom fattura direttament mill-kumpaniji msemmija lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni; u

(b)

dawn l-importazzjonijiet għandhom fattura tal-impenn li hija fattura kummerċjali li fiha tal-inqas l-elementi u d-dikjarazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament, u

(c)

il-prodotti ddikjarati u ppreżentati lid-dwana jikkorrispondu bl-eżatt mad-deskrizzjoni li jkun hemm fuq il-fattura tal-impenn.

2.   Fil-mument ta' aċċettazzjoni tad-dikjarazzjoni għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, jitqies li hemm dejn doganali:

(a)

kull meta jkun stabbilit, fir-rigward tal-importazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 1, li waħda jew iktar mill-kundizzjonijiet elenkati f'dan il-paragrafu mhumiex issodisfati; jew

(b)

meta l-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenn tagħha skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 permezz ta' Regolament jew Deċiżjoni li jirreferu għal tranżazzjonijiet partikolari u tiddikjara l-fatturi tal-impenn rilevanti bħala invalidi.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 323, 3.12.2008, p. 62.

(4)   ĠU L 244, 8.9.2012, p. 27.

(5)   ĠU C 60, 1.3.2013, p. 9.

(6)   ĠU C 351, 30.11.2013, p. 27.

(7)  http://madb.trade.cec.eu.int:8080/madb/atDutyOverviewPubli.htm

(8)  http://www.ihs.com/products/chemical/planning/ceh/citric-acid.aspx

(9)  http://www.ihs.com/products/chemical/planning/ceh/citric-acid.aspx Il-kwotazzjoni hija bbażata fuq silta mir-rapport li huwa disponibbli pubblikament.

(10)  Ara l-premessa 61 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 488/2008 (ĠU L 143, 3.6.2008, p. 13.).

(11)   ĠU C 351, 30.11.2013, p. 27.

(12)   European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, CHAR 04/39, 1049 Bruxelles/Brussel, BELGIQUE/BELGIË.

(13)  Ara l-paġna 75 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

L-elementi li ġejjin ikunu indikati fil-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ tal-kumpaniji fl-Unjoni Ewropea ta' prodotti li huma soġġetti għall-impenn:

1.

L-intestatura “FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL IMPENN”.

2.

L-isem tal-kumpanija li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

3.

In-numru tal-fattura kummerċjali.

4.

Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5.

Il-kodiċi addizzjonali tat-TARIC li skontu l-prodotti fil-fattura għandhom jiġu kklerjati mid-dwana fil-fruntieri tal-Unjoni Ewropea.

6.

Id-deskrizzjoni preċiża tal-prodotti, fosthom:

in-numru tal-kodiċi tal-prodott (NKP) użat għall-għan tal-impenn,

deskrizzjoni b'lingwa sempliċi tal-prodotti li jikkorrispondu man-NKP ikkonċernat,

in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpanija (CPC),

il-kodiċi TARIC,

il-kwantità (li trid tingħata f'tunnellati).

7.

Id-deskrizzjoni tat-termini tal-bejgħ, fosthom:

il-prezz għal kull tunnellata,

it-termini tal-pagament applikabbli,

it-termini tal-konsenja applikabbli,

ir-roħs u l-iskonti totali.

8.

L-isem tal-kumpanija li tagħmilha ta' importatur fl-Unjoni Ewropea li lilha l-kumpanija toħroġ direttament il-fattura kummerċjali li takkumpanja l-prodotti soġġetti għal impenn.

9.

L-isem tal-uffiċjal tal-kumpanija li ħareġ il-fattura kummerċjali u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn l-Unjoni Ewropea tal-prodotti koperti minn din il-fattura qed isir fil-kamp ta' applikazzjoni u skont il-kondizzjonijiet tal-Impenn offruti minn [KUMPANIJA], u aċċettati mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/87. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f'din il-fattura hija sħiħa u korretta.”


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/31


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/83

tal-21 ta' Jannar 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(2), (5) u (6) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Il-miżuri fis-seħħ

(1)

Wara investigazzjoni ta' antidumping (“l-investigazzjoni oriġinali”), il-Kunsill impona, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1187/2008 (2), dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“iċ-Ċina”).

(2)

Il-miżuri imposti kienu f'forma ta' rata tad-dazju ad valorem ta' 39,7 %, bl-eċċezzjoni ta' Hebei Meihus MSG Group Co. Ltd. (33,8 %), Tongliao Meihua Bio-Tech Co. Ltd. (33,8 %) u Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co. Ltd. (36,5 %).

2.   Talba għal rieżami ta' skadenza

(3)

Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (3) tal-miżuri antidumping fis-seħħ, il-Kummissjoni rċeviet talba għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza ta' dawk il-miżuri skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(4)

It-talba kienet ippreżentata minn Ajinomoto Foods Europe SAS (“l-applikant”), l-uniku produttur tal-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju, li għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju.

(5)

It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri probabbli tirriżulta f'kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu lill-industrija tal-Unjoni.

3.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

(6)

Wara li stabbiliet, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni fid-29 ta' Novembru 2013 ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (4) (“in-Notifika ta' Bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

4.   Investigazzjoni antidumping parallela

(7)

B'mod parallel, fl-istess data, il-Kummissjoni ħabbret il-bidu ta' investigazzjoni antidumping skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (5).

(8)

F'dik l-investigazzjoni, il-Kummissjoni imponiet f'Awwissu 2014, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 904/2014 (6), dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (“ir-regolament provviżorju”). Il-miżuri provviżorji ġew imposti għal perjodu ta' sitt xhur.

(9)

Iż-żewġ investigazzjonijiet paralleli koprew l-istess perjodu tal-investigazzjoni (ta' rieżami) u l-istess perjodu kkunsidrat kif definit fil-premessa 10.

5.   L-investigazzjoni

Perjodi rilevanti koperti mill-investigazzjoni ta' rieżami

(10)

L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (il-“perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dannu kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2010 sat-tmiem tal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami (il-“perjodu kkunsidrat”) (7).

Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjoni u l-kampjunar

(11)

Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-applikant, il-produtturi esportaturi, l-importaturi u l-utenti fl-Unjoni li huma magħrufa li huma kkonċernati u lir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur ikkonċernat bil-bidu tar-rieżami ta' skadenza.

(12)

Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu smigħ fiż-żmien stipulat fin-Notifika ta' Bidu. Il-partijiet interessati kollha, li talbu dan u wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex għandhom jinstemgħu, ingħataw smigħ.

(13)

Fid-dawl tal-għadd apparentement kbir ta' produtturi esportaturi Ċiniżi kif ukoll ta' importaturi mhux relatati fl-Unjoni, kien previst kampjunar fin-Notifika ta' Bidu skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

(14)

Fir-rigward tal-produtturi esportaturi fiċ-Ċina, sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ il-kampjunar u, jekk dan ikun il-każ, biex jintgħażel kampjun rappreżentattiv, dawk il-partijiet intalbu jippreżentaw ruħhom fi żmien 15-il jum mill-bidu tar-rieżami u jipprovdu l-informazzjoni mitluba fin-Notifika ta' Bidu lill-Kummissjoni. Minħabba li kien hemm biss żewġ produtturi esportaturi fiċ-Ċina li pprovdew lill-Kummissjoni bl-informazzjoni mitluba, il-kampjunar ma kienx meqjus neċessarju.

(15)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tiddeċiedi jekk il-kampjunar ikunx meħtieġ jew le, u jekk dan huwa meħtieġ, tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati kollha jippreżentaw ruħhom u jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

(16)

Ippreżentaw ruħhom 14-il importatur mhux relatati. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma importat il-MSG miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-kampjunar għalhekk ma kienx neċessarju.

Il-kwestjonarji u l-verifika

(17)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping u d-danni li jirriżultaw u għad-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni.

(18)

Il-kwestjonarji ntbagħtu kemm lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju ta' kampjunar, lill-produttur uniku fl-Unjoni u lil 33 utent identifikati fl-Unjoni.

(19)

It-tweġibiet għall-kwestjonarju waslu mingħand il-produttur uniku tal-Unjoni, mingħand operatur tas-suq wieħed, u minn ħames utenti. L-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju.

(20)

Saru żjarat ta' verifika fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

Il-produttur tal-Unjoni

Ajinomoto Foods Europe SAS, Mesnil-Saint-Nicaise, Franza

L-utenti

AkzoNobel, Amersfoort, in-Netherlands

Unilever, Rotterdam, in-Netherlands

Id-divulgazzjoni

(21)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien previst li jiġi rakkomandat li jinżamm id-dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw miċ-Ċina. Il-partijiet ingħataw ukoll perjodu li fih setgħu jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara din id-divulgazzjoni. Fejn xieraq il-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati u meqjusa.

B.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

(22)

Il-prodott suġġett għal dan ir-rieżami huwa l-istess bħal dak kopert mill-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-glutamat tal-monosodju (“MSG”) li joriġina miċ-Ċina, li bħalissa jaqa' taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (“il-prodott ikkonċernat”). Il-MSG huwa addittiv alimentari u jintuża prinċipalment biex itejjeb it-togħma tas-sopop, tal-brodijiet, tal-platti bil-ħut u bil-laħam, tat-taħlitiet ta' ħwawar u ta' ikel lest biex jittiekel. Il-MSG huwa wkoll użat fl-industrija kimika għal applikazzjonijiet mhux tal-ikel bħal deterġenti. Huwa jiġi prodott fil-forma ta' kristalli bojod, mingħajr riħa ta' diversi daqsijiet. Il-MSG huwa disponibbli f'pakketti ta' daqsijiet varji, li jvarjaw minn pakketti għall-konsumaturi ta' 0,5 g għal basktijiet ta' kwantitajiet kbar li jiżnu 1 000 kg. Daqsijiet iżgħar ta' pakketti jinbiegħu permezz tal-bejjiegħa bl-imnut lill-konsumaturi privati, filwaqt li daqsijiet akbar ta' 20 kg u aktar huma destinati għall-utenti industrijali. Barra minn hekk, jeżistu gradi differenti ta' purità. Madankollu, ma hemm l-ebda differenza fil-karatteristiċi tal-glutamat tal-monosodju abbażi tad-daqs tal-pakkett jew il-grad ta' purità.

(23)

Il-MSG huwa prinċipalment magħmul permezz tal-fermentazzjoni ta' diversi sorsi taz-zokkor (lamtu tal-qamħirrum, lamtu tat-tapjoka, xropp taz-zokkor, melassa tal-kannamieli taz-zokkor u melassa tal-pitravi taz-zokkor).

(24)

L-investigazzjoni ta' rieżami attwali kkonfermat li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-prodott ikkonċernat u l-MSG prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fil-pajjiż ikkonċernat, il-MSG prodott u mibjugħ mill-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-MSG prodott u mibjugħ fiż-żewġ swieq tal-pajjiżi analogi potenzjali tat-Tajlandja u l-Indoneżja għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi bażiċi u l-istess użi bażiċi.

(25)

Għaldaqstant, dawn il-prodotti jitqiesu li huma prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

C.   PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

1.   Il-kummenti preliminari

(26)

Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk id-dumping kienx qed isseħħ attwalment u jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti hijiex probabbli li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping.

(27)

Kif imsemmi fil-premessi 18 u 19, filwaqt li l-kwestjonarji ntbagħtu kemm lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li ppreżentaw ruħhom fl-eżerċizzju tal-kampjunar, ħadd minnhom ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju u ħadd minnhom ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, kellu jsir użu mill-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(28)

L-awtoritajiet Ċiniżi u l-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkooperawx ġew notifikati bl-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku u ngħataw opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom. Ma waslu l-ebda kummenti.

(29)

Fuq din il-bażi, skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping stabbiliti hawn taħt kienu bbażati fuq fatti disponibbli, b'mod partikolari fuq informazzjoni fit-talba għal rieżami ta' skadenza u l-istatistika disponibbli, jiġifieri l-Eurostat u l-bażi tad-dejta tal-esportazzjonijiet Ċiniża.

2.   Dumping ta' importazzjonijiet matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

(a)   Il-pajjiż analogu

(30)

Skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku, il-valur normali kien determinat abbażi tal-prezz jew tal-valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq għall-produtturi esportaturi li ma ngħatawx MET. Għal dan l-għan, kellu jintagħżel pajjiż terz b'ekonomija tas-suq (“il-pajjiż analogu”).

(31)

Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni nfurmat lill-partijiet interessati li hija pprevediet it-Tajlandja jew l-Indoneżja bħala pajjiżi analogi xierqa possibbli u stiednet lill-partijiet biex jikkummentaw. It-Tajlandja ntużat fl-investigazzjoni oriġinali (8) bħala pajjiż analogu xieraq. L-Indoneżja ġiet proposta fl-investigazzjoni attwali minħabba l-fatt li, kif imsemmi fil-premessa 7, investigazzjoni antidumping parallela fuq l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-MSG li joriġina fl-Indoneżja nbdiet fl-istess data bħall-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza attwali (9). Parti interessata ddikjarat li t-Tajlandja ma kinitx pajjiż analogu xieraq minħabba li l-produttur Tajlandiż li kkopera kien jagħmel parti mill-istess grupp ta' kumpaniji bħall-applikant. Barra minn hekk, kien argumentat li kien hemm nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq Tajlandiż u li l-bejgħ domestiku fit-Tajlandja kien prinċipalment f'pakketti żgħar għal-livell tal-bejgħ bl-imnut, filwaqt li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina lejn l-Unjoni kienu allegatament f'boroż kbar jew bl-ingrossa għall-użu industrijali.

(32)

Il-Kummissjoni talbet lil aktar minn ħames produtturi magħrufa tal-prodott simili fit-Tajlandja biex jipprovdu informazzjoni. Produttur wieħed biss fit-Tajlandja ppreżenta ruħu u ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju. Dan il-produttur kien parti mill-istess grupp bħall-applikant. B'kuntrast ma' dak li ntqal minn parti interessata, li tkun parti mill-istess grupp bħall-applikant ma jimplikax awtomatikament li l-valur normali mhuwiex affidabbli. Il-parti interessata kkonċernata lanqas ma spjegat kif ir-relazzjoni seta' kellha impatt fuq il-valur normali fis-suq domestiku fit-Tajlandja. Għalhekk, dan l-argument għandu jkun miċħud.

(33)

Kif stabbilit fil-premessa 24, l-investigazzjoni wriet li l-MSG prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fit-Tajlandja kellu l-istess karatteristiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet finali bażiċi bħall-prodott immanifatturat u esportat mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, il-proċessi tal-produzzjoni fiċ-Ċina kienu simili meta mqabbla ma' dawk fis-suq Tajlandiż. Fl-aħħar nett, fit-Tajlandja kien hemm livell konsiderevoli ta' kompetizzjoni ma' diversi produtturi domestiċi u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inkluża ċ-Ċina. Barra minn hekk, b'kuntrast ma' dak li ntqal, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ domestiku fit-Tajlandja kien bl-ingrossa u bl-imnut. Għalhekk, l-argument li t-Tajlandja ma tkunx għażla xierqa bħala pajjiż analogu għal dawk ir-raġunijiet għandu jiġi miċħud.

(34)

Il-produtturi esportaturi Indoneżjani qablu li d-dejta tagħhom pprovduta fil-kuntest tal-investigazzjoni parallela msemmija fil-premessa 7 għandha tintuża għall-fini tal-investigazzjoni ta' rieżami ta' skadenza attwali. Kif stabbilit fil-premessa 24, l-investigazzjoni wriet li l-MSG prodott u mibjugħ fis-suq domestiku fl-Indoneżja kellu l-istess karatteristiċi tekniċi, fiżiċi u kimiċi bażiċi u l-istess użijiet finali bażiċi bħall-prodotti mmanifatturati u esportati mill-produtturi esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni disponibbli l-proċessi ta' produzzjoni fiċ-Ċina kienu simili meta mqabbla mas-suq Indoneżjan. Finalment, fl-Indoneżja kien hemm livell konsiderevoli ta' kompetizzjoni ma' diversi produtturi domestiċi u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra, inkluża ċ-Ċina. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ domestiku fl-Indoneżja kien kemm bl-ingrossa kif ukoll bl-imnut.

(35)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li ż-żewġ pajjiżi, it-Tajlandja u l-Indoneżja kienu potenzjalment xierqa li jkunu magħżula bħala pajjiż analogu. Madankollu, minħabba li l-livell ta' dettall disponibbli mill-produtturi esportaturi Indoneżjani suġġett għall-investigazzjoni parallela kien ħafna ogħla minn dak mill-uniku produttur li kkoopera fit-Tajlandja, il-Kummissjoni kienet iktar raġonevoli li tagħżel l-Indoneżja bħala pajjiż analogu xieraq skont l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku.

(b)   Valur normali

(36)

L-informazzjoni li waslet mingħand il-produtturi li kkooperaw fl-Indoneżja kienet użata bħala bażi għad-determinazzjoni tal-valur normali għal produtturi esportaturi fiċ-Ċina.

(37)

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku għal kull wieħed mill-produtturi li kkooperaw fl-Indoneżja kienx rappreżentattiv matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-bejgħ domestiku kien jiġi kkunsidrat rappreżentattiv jekk il-volum tal-bejgħ domestiku totali tal-prodott simili lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku kien jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Instab li l-bejgħ domestiku fl-Indoneżja kien rappreżentattiv għal kull wieħed mill-produtturi. Ġie eżaminat ukoll jekk il-bejgħ domestiku tal-prodott simili jistax jitqies bħala magħmul fl-andament normali tal-kummerċ skont l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku. Dan sar billi ġie stabbilit il-proporzjon tal-bejgћ domestiku lil konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku li kellu qligħ matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(38)

Billi nstab li l-bejgħ domestiku sar fi kwantitajiet suffiċjenti u fl-andament normali tal-kummerċ, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezz domestiku effettiv, li ġie kkalkulat bħala l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(c)   Prezz tal-esportazzjoni

(39)

Fin-nuqqas ta' kull kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezz tal-esportazzjoni ġie bbażat fuq fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(40)

Il-prezz tal-esportazzjoni għalhekk ġie stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika, jiġifieri l-Eurostat, ikkalkolat fuq bażi medja ponderata.

(d)   Paragun u aġġustamenti

(41)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni fuq bażi ta' kif joħroġ mill-fabbrika. Fejn kien iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat paragun ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni għal differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż tal-merkanzija u t-trasport, filwaqt li tqiesu l-aġġustamenti għall-valur normali tal-produtturi esportaturi Indoneżjani kif stabbilit fl-investigazzjoni parallela msemmija fil-premessa 41 tar-Regolament provviżorju.

(42)

Barra minn hekk, parti interessata ddikjarat li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom vantaġġi fl-ispejjeż komparattivi fuq il-produtturi Tajlandiżi rigward il-proċess tal-produzzjoni (integrazzjoni vertikali), l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materja prima u l-konsum tal-enerġija. Peress li l-Indoneżja ntużat bħala pajjiż analogu, dan l-argument kien irrilevanti. Rigward l-Indoneżja u kif deskritt fil-premessa 34, il-proċessi tal-produzzjoni tal-MSG fiċ-Ċina kienu simili meta mqabbla mas-suq Indoneżjan. Għandu jiġi nnutat li l-produtturi tal-MSG kollha madwar id-dinja jużaw metodi simili ta' produzzjoni. Il-MSG huwa magħmul permezz tal-fermentazzjoni ta' diversi sorsi taz-zokkor (lamtu tal-qamħirrum, lamtu tat-tapjoka, xropp taz-zokkor, melassa tal-kannamieli taz-zokkor u melassa tal-pitravi taz-zokkor).

(e)   Marġni ta' dumping

(43)

Parti interessata stqarret li l-esportazzjonijiet miċ-Ċina kienu prinċipalment bl-ingrossa, filwaqt li l-bejgħ domestiku fit-Tajlandja huwa prinċipalment bl-imnut. Għalhekk, kien argumentat li l-marġni tad-dumping għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta' bejgħ bl-ingrossa biss. Peress li ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera, l-ebda informazzjoni ma kienet disponibbli dwar il-kundizzjonijiet ta' bejgħ, livell ta' kummerċ jew imballaġġ tal-bejgħ għall-esportazzjoni Ċiniż.

(44)

Barra minn hekk, peress li l-Indoneżja ntużat bħala pajjiż analogu, dan l-argument kien irrilevanti. Fi kwalunkwe każ, irrispettivament minn jekk il-bejgħ bl-imnut kienx inkluż jew le, il-paragun wassal fil-każijiet kollha għal marġni ta' dumping sinifikanti kif jidher fil-premessa 47.

(45)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkalkulat l-marġni tad-dumping fuq il-bażi tal-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu. Il-paragun wassal għal marġni tad-dumping sinifikanti kif muri fil-premessa 47.

(46)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat skont l-Artikolu 2(11) u 2(12) tar-Regolament bażiku. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tipi ta' prodotti esportati miċ-Ċina ma setgħux jiġu determinati. Għalhekk, ma kienx possibbli paragun skont it-tip ta' prodott. Minflok, it-tqabbil kellu jkun ibbażat fuq id-dejta statistika tal-prezz tal-esportazzjoni kif spjegat fil-premessi 39 u 40.

(47)

Fuq din il-bażi, il-marġni tad-dumping medja ponderat espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni kienet iktar minn 25 % fil-każijiet kollha.

3.   L-Iżvilupp tal-importazzjonijiet f'każ li jiġu mħassra l-miżuri

(a)   Kumment preliminari

(48)

Minbarra s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ġiet investigata l-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping f'każ li jiġu mħassra l-miżuri u ġew analizzati l-elementi li ġejjin: il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina; l-attrattività tas-suq tal-Unjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(b)   Il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping miċ-Ċina

(49)

Minkejja l-miżuri fis-seħħ, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied matul il-perjodu kkunsidrat b'65 %, b'żieda korrispondenti fis-sehem mis-suq ta' 68 % kif stabbilit fil-premessa 81. Madankollu, minkejja din iż-żieda f'termini relattivi, il-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi u s-sehem mis-suq f'termini assoluti baqgħu baxxi matul il-perjodu kollu kkunsidrat.

(50)

Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, il-prezzijiet tal-importazzjoni kienu stabbiliti abbażi tal-Eurostat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni medji miċ-Ċina naqsu b'mod kontinwu mis-SF2010/2011 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u b'mod ġenerali b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat kif stabbilit fil-premessa 84 u nstabu li kienu oġġett ta' dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Ġie stabbilit ukoll li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b'medja ta' aktar minn 10 % jekk jitqiesu mingħajr dazji antidumping.

(c)   Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità żejda fiċ-Ċina

(51)

Kapaċità tal-produzzjoni u kapaċità żejda fiċ-Ċina kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant. Peress li din id-dejta ma kinitx pubblikament disponibbli, il-Kummissjoni għamlet kontroverifika tagħha ma' sorsi oħra disponibbli pubblikament, inklużi artikoli mill-istampa mqiegħda fil-fajl miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati. Fuq din il-bażi, iċ-Ċina hija l-akbar pajjiż produttur tal-MSG fid-dinja b'kapaċità tal-produzzjoni annwali u produzzjoni annwali li żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat. Fl-2012, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-MSG kienet ta' 3,5 sa 4 miljun tunnellata filwaqt li l-produzzjoni tal-MSG kienet minn 2,5 sa 3 miljun tunnellata. Għalhekk, fl-2012, il-kapaċità żejda tal-produzzjoni kienet bejn 600 000 u 900 000 tunnellata.

(52)

Skont l-istess sors, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni tal-MSG fiċ-Ċina se jikbru aktar sal-2017, hekk kif id-domanda tal-MSG fiċ-Ċina qed tiżdied.

(53)

Fl-2011, il-Gvern Ċiniż permezz tal-Ministeru tal-Industrija u t-Teknoloġija tal-Informatika taċ-Ċina (MIIT) nieda politika ġenerali biex tiġi eliminata teknoloġija tal-impjanti qadima u ineffiċjenti li kienet tikkonċerna 19-il industrija ewlenin fiċ-Ċina, inkluż il-MSG. Ir-riżultat kien tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' produtturi tal-MSG fiċ-Ċina. Fuq din il-bażi, parti interessata waħda ddikjarat li l-kapaċità probabbilment ma kinitx żdiedet fiċ-Ċina. L-investigazzjoni wriet li fuq il-bażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba u l-artikli mill-istampa, kumpaniji ikbar żiedu l-kapaċità tagħhom. Bħala riżultat il-kapaċità tal-produzzjoni tal-MSG fiċ-Ċina b'mod ġenerali żdiedet u l-argument mill-parti kkonċernata għandu għalhekk jiġi miċħud.

(54)

Barra minn hekk, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-applikant, l-inventarju tal-MSG fiċ-Ċina kiber b'mod kostanti f'dawn l-aħħar snin u kien aktar minn darbtejn ikbar mill-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Parti interessata ddikjarat li, peress li l-informazzjoni dwar l-inventarju żejjed allegat ma kinitx disponibbli fil-fajl mhux kunfidenzjali, ma tkunx verifikabbli għall-partijiet interessati u m'għandhiex titqies. Barra minn hekk, intqal li l-inventarju żejjed jidher improbabbli minħabba t-tnaqqis ta' kapaċitajiet mill-gvern Ċiniż. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-partijiet interessati kkonċernati ma pprovdew l-ebda evidenza biex jissostanzjaw din id-dikjarazzjoni. Barra minn hekk, kif spjegat diġà fil-premessa 27, l-ebda produttur esportatur Ċiniż ma kkoopera fl-investigazzjoni. Għalhekk, l-użu tal-fatti disponibbli kellu jsir b'konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 19(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista' ma tagħtix każ tal-informazzjoni mressqa b'mod kunfidenzjali f'każ li l-ebda taqsira mhux kunfidenzjali sinifikanti ma tiġi pprovduta, iżda n-nuqqas ta' sottomissjoni ta' tali taqsira ma għandux iwassal għaċ-ċaħda awtomatika tal-informazzjoni pprovduta b'mod kunfidenzjali. Filwaqt li mhux l-elementi kollha li jinsabu fit-talba setgħu jiġu verifikati, inkluża l-informazzjoni provduta dwar l-inventarji Ċiniżi, f'dan il-każ, l-informazzjoni pprovduta kienet madankollu kkunsidrata bħala raġonevoli u korretta, peress li hija segwiet l-istess direzzjoni bħall-informazzjoni mogħtija mill-applikant li tista' tiġi kontroverifikata. Barra minn hekk, peress li l-kapaċità tal-produzzjoni globali fiċ-Ċina żdiedet kif deskritt fil-premessa 51, l-inventarju żejjed ma kienx l-uniku element li jappoġġa l-konklużjoni li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, kull fejn kien possibbli, għamlet kontroverifiki ma' sorsi oħrajn disponibbli bħal artikli mill-istampa u użat biss l-informazzjoni meta kienet sodisfatta li kienet raġonevoli u affidabbli biżżejjed. Għalhekk, dan l-argument m'għandux jiġi aċċettat.

(55)

Wara d-divulgazzjoni, l-istess parti interessata ddikjarat li l-Kummissjoni ma kinitx ibbażat is-sejbiet tagħha fuq il-fatti kif meħtieġ mill-Artikolu 11(3) tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Antidumping (10) iżda biss fuq preżunzjonijiet. Din il-parti saħħqet id-dikjarazzjonijiet tagħha rigward l-allegat tnaqqis tal-kapaċità u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina.

(56)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 27, l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi ma kkoopera fl-investigazzjoni u għalhekk il-Kummissjoni kellha tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Kif deskritt ukoll hawn fuq fil-premessi 29 u 51, l-informazzjoni użata kienet prinċipalment dik mogħtija mill-applikant fl-applikazzjoni tiegħu għat-talba, debitament kontroverifikata meta dan kien possibbli. Peress li din kienet l-unika informazzjoni affidabbli disponibbli, id-dikjarazzjoni li s-sejbiet kienu bbażati fuq sempliċi preżunzjonijiet ġiet miċħuda.

(57)

L-informazzjoni pprovduta mill-parti interessata kkonċernata wkoll ġiet ikkunsidrata. Madankollu, fir-rigward tal-kapaċità disponibbli u l-kapaċità żejda fiċ-Ċina, il-parti interessata kkonċernata pprovdiet informazzjoni kontradittorja. Pereżempju, kuntrarjament għal dak li l-parti sostniet, il-provi annessi mas-sottomissjonijiet tagħha wrew żieda fil-kapaċità tal-MSG fiċ-Ċina aktar milli tnaqqis. Dan huwa konformi mas-sejbiet tal-Kummissjoni kif stabbilit fil-premessa 53 hawn fuq. Id-dikjarazzjoni tal-parti li l-kapaċità ġenerali fiċ-Ċina x'aktarx tonqos kienet għalhekk miċħuda.

(58)

Huwa għalhekk konkluż li l-produtturi esportaturi Ċiniżi għandhom kapaċità żejda sinifikanti li x'aktarx tintuża għal esportazzjonijiet addizzjonali sostanzjali lejn l-Unjoni, kif spjegat hawn taħt fil-premessi 61 u 62, jekk il-miżuri antidumping jiskadu.

(d)   L-attrattività tas-suq tal-Unjoni

(59)

Matul il-perjodu kkunsidrat, minħabba l-miżuri fis-seħħ, is-suq tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss parti żgħira tal-esportazzjonijiet Ċiniżi. Parti interessata ddikjarat li l-Unjoni ma tkunx suq attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi peress li d-domanda għall-MSG fl-Asja u f'ekonomiji emerġenti oħrajn inkluża ċ-Ċina hija mistennija li tiżdied. Din il-parti allegat ukoll li minħabba li l-livelli tal-prezzijiet miċ-Ċina lejn pajjiżi terzi oħra jkunu bħala medja ogħla jew simili tal-livelli tal-prezz tal-esportazzjoni Ċiniż lejn l-Unjoni, il-produtturi esportaturi Ċiniżi ma jkollhomx inċentiv biex iżidu l-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq tal-Unjoni.

(60)

Filwaqt li l-investigazzjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu bħala medja kemxejn ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, dan jista' jkun dovut għall-fatt li l-produtturi esportaturi Ċiniżi naqqsu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni minħabba d-dazji antidumping fis-seħħ. Għalhekk, din mhux bilfors tagħti indikazzjoni tal-livell possibbli tal-prezzijiet f'każ li l-miżuri jitħallew jiskadu. Għall-kuntrarju, minħabba l-livell tad-dazji antidumping fis-seħħ, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkunu kapaċi jgħollu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom, filwaqt li xorta jibqgħu f'livelli dumped u li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

(61)

Anki jekk il-konsum domestiku fiċ-Ċina u l-konsum fil-bqija tal-Asja u swieq emerġenti oħra huma mistennija li jikbru, il-livell ta' kapaċità żejda tal-produzzjoni fiċ-Ċina jissuġġerixxi inċentiv qawwi biex jinstabu swieq alternattivi biex jassorbu din il-kapaċità żejda.

(62)

Il-Kummissjoni qieset ukoll l-impożizzjoni possibbli ta' miżuri kontra l-esportazzjonijiet Ċiniżi tal-MSG lejn l-Istati Uniti tal-Amerika (“l-Istati Uniti”) wara li għaddejjin investigazzjonijiet antidumping u antisussidji paralleli mwettqa mill-awtoritajiet tal-Istati Uniti kontra ċ-Ċina dwar l-istess prodott. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti fil-fatt imponew miżuri antidumping definittivi fis-26 ta' Novembru 2014. Erba' produtturi esportaturi Ċiniżi kienu assenjati rati individwali, stabbiliti f'20,09 %, filwaqt li d-dazju residwu kien stabbilit f'39,03 %. Konsegwentement, l-aċċess għas-suq tal-Istati Uniti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi x'aktarx jitnaqqas u kwantitajiet kbar ta' MSG Ċiniż jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni, speċjalment jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħallew jiskadu fl-istess ħin. F'dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li fl-2013 madwar 26 600 tunnellata tal-MSG miċ-Ċina kienu esportati lejn l-Istati Uniti, li kienu jikkorrispondu għal parti sinifikanti tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(63)

Barra minn hekk, il-prezz medju tal-industrija tal-Unjoni u l-prezz tal-importazzjoni medju tal-produtturi esportaturi Indoneżjani fl-Unjoni kif stabbilit fl-investigazzjoni parallela msemmija fil-premessa 61 u 80 tar-regolament provviżorju kienu t-tnejn ogħla meta mqabbla mal-prezzijiet tal-importazzjoni medji Ċiniżi lejn l-Unjoni mingħajr dazji antidumping u mal-prezzijiet tal-importazzjoni medji Ċiniżi lejn pajjiżi terzi oħra. Din l-analiżi, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, kienet ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli, jiġifieri l-bażi tad-dejta tal-esportazzjoni Ċiniża. L-imġiba tal-ipprezzar tal-esportaturi Ċiniżi indikat li, jekk il-miżuri antidumping jitħallew jiskadu, l-Unjoni tkun suq attraenti għall-esportaturi Ċiniżi, peress li tabilħaqq ikunu kapaċi jgħollu l-prezzijiet tal-esportazzjoni tagħhom lejn l-Unjoni.

(64)

Iż-żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi, minkejja l-miżuri fis-seħħ, ukoll uriet li l-produtturi esportaturi Ċiniżi komplew ikunu interessati fis-suq tal-Unjoni. Is-suq tal-Unjoni għall-MSG jibqa' tabilħaqq attraenti għall-esportazzjonijiet Ċiniżi, abbażi tal-livelli tal-prezzijiet osservati. Dan l-interess x'aktarx li jiżdied jekk il-miżura tiġi mħassra.

(65)

Wara d-divulgazzjoni, il-parti interessata msemmija hawn fuq saħħqet id-dikjarazzjoni tagħha rigward id-domanda domestika li qed tiżdied għall-MSG fiċ-Ċina, il-volumi tal-esportazzjoni baxxi miċ-Ċina lejn l-Unjoni, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet ogħla tal-MSG Ċiniż lejn pajjiżi terzi oħra meta mqabbla mal-Unjoni. Din il-parti ddikjarat li dawn l-elementi ma kinux ġew ikkunsidrati fl-analiżi tal-Kummissjoni.

(66)

L-ewwel nett, id-dikjarazzjoni li l-iżvilupp tal-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda Ċiniżi, iż-żieda fid-domanda domestika għall-MSG fiċ-Ċina, il-volumi baxxi tal-esportazzjoni miċ-Ċina lejn l-Unjoni, is-sehem mis-suq tagħha kif deskritt fil-premessa 49 u l-livelli tal-prezzijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni u pajjiżi terzi oħra ma kinux ġew meqjusa hija bla bażi. Dawn l-elementi kienu tabilħaqq analizzati kif muri hawn fuq fil-premessi 49 sa 64 u l-konklużjonijiet rilevanti ġew divulgati lill-partijiet interessati. It-tieni, il-parti kkonċernata ma pprovdiet l-ebda evidenza ġdida biex issostni l-allegazzjonijiet tagħha minbarra l-elementi stabbiliti mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni.

(67)

Fl-aħħar nett, il-parti kkonċernata kkontestat il-valutazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 62 li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jistgħu jiġu diretti mill-ġdid mill-Istati Uniti lejn l-Unjoni minħabba l-miżuri antidumping imposti mill-awtoritajiet Amerikani fir-rigward tal-esportazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina lejn l-Istati Uniti.

(68)

Madankollu, kif ġie spjegat diġà fil-premessa 62 huwa nnutat li jekk il-miżuri fl-Unjoni jitħallew jiskadu, minħabba l-miżuri antidumping imposti fuq l-esportazzjonijiet tal-MSG Ċiniżi lejn l-Istati Uniti, huwa probabbli li l-esportazzjonijiet Ċiniżi jiġu diretti mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni.

(69)

Għalhekk id-dikjarazzjonijiet tal-parti f'dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati.

4.   Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni tad-dumping

(70)

L-analiżi ta' hawn fuq uriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dumped b'marġnijiet tad-dumping sinifikanti. Fid-dawl tas-sejbiet dwar il-kapaċità tal-produzzjoni żejda sinifikanti disponibbli fiċ-Ċina u l-probabbiltà li l-esportazzjonijiet jerġgħu jiġu diretti lejn is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet dumped, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà kbira ta' tkomplija ta' dumping jekk il-miżuri jitħassru.

D.   ID-DEFINIZZJONI TAL-INDUSTRIJA TAL-UNJONI

(71)

Il-prodott simili kien manifatturat minn produttur wieħed tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Huwa jikkositwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(72)

Peress li l-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn produttur wieħed biss, iċ-ċifri kollha relatati ma' dejta sensittiva kellhom jiġu indiċjati jew jingħataw f'firxa għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

E.   IS-SITWAZZJONI TAS-SUQ TAL-UNJONI

1.   Konsum tal-Unjoni

(73)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni billi żiedet il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni mal-importazzjonijiet miċ-Ċina u pajjiżi terzi oħra, abbażi tal-Eurostat, u d-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani suġġetti għal investigazzjoni antidumping parallela msemmija fil-premessa 7.

(74)

Parti interessata ddikjarat li l-kodiċijiet NM rilevanti fil-Eurostat ikopru wkoll prodotti oħra minbarra l-prodott ikkonċernat u l-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jista' għalhekk jinkludi l-aċtu glutamiku u l-imluħ tiegħu. Madankollu, peress li d-dejta tal-importazzjoni ġiet estratta mill-Eurostat fil-livell tal-kodiċi TARIC (tariffa integrata tal-Unjoni Ewropea), din kopriet biss il-prodott ikkonċernat u għalhekk, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(75)

L-istess parti interessata ddikjarat li mhux il-MSG kollu prodott fiċ-Ċina u esportat lejn l-Unjoni kellu grad ta' purità meħtieġa fl-Unjoni għall-addittivi tal-ikel u staqsiet jekk dan kienx għalhekk rifless fil-volumi tal-importazzjoni miċ-Ċina. Kif stabbilit fil-premessa 22, it-tipi kollha tal-MSG indipendentement mil-livelli ta' purità tagħhom jaqgħu fl-ambitu tal-investigazzjoni attwali u għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(76)

Fuq din il-bażi, il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Indiċi (SF2010/SF2011 = 100)

100

87

93

98

Sors: L-Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji/dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani.

(77)

Il-konsum tal-Unjoni naqas bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, u reġa' żdied xi ftit fis-SF2012/2013 u fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat il-konsum naqas b'2 %. It-tnaqqis fil-konsum bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 kien dovut l-aktar minħabba tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni, li rriżulta minn tnaqqis fil-produzzjoni matul l-istess perjodu (ara l-premessa 100). It-total tal-importazzjonijiet baqa' f'livelli simili fl-istess perjodu. Iż-żieda fil-konsum fis-SF2012/2013 hija kważi esklussivament dovuta minħabba żieda fl-importazzjonijiet totali, minħabba li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni baqa' ġeneralment fl-istess livell. Fl-aħħar nett, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni reġa' naqas, il-volumi tal-importazzjoni żdiedu b'mod konsiderevoli, notevolment mill-Indoneżja (ara l-premessa 88).

(78)

Parti interessata ddikjarat li d-deskrizzjoni tal-iżvilupp fil-konsum mhijiex kompluta minħabba li ma tqisx li l-importazzjonijiet Vjetnamiżi tal-MSG ġew sostitwiti minn importazzjonijiet Indoneżjani u li l-utenti, b'konsegwenza ta' dan, m'għadhomx jantiċipaw aktar żidiet fil-prezzijiet u naqqsu l-inventarji tagħhom. Filwaqt li huwa minnu li l-importazzjonijiet tal-MSG minn pajjiżi terzi oħra inklużi mill-Vjetnam naqsu matul il-perjodu kkunsidrat u dawk tal-Indoneżja żdiedu, dan ma jaffettwax l-iżvilupp tal-konsum ġenerali fl-Unjoni bħala tali. Bl-istess mod, l-effetti ta' kull żvilupp fil-flussi tal-importazzjoni u r-rispons possibbli ta' operaturi ekonomiċi bħall-utenti għal dawn l-iżviluppi, ma għandhom ebda effett fuq l-iżvilupp tal-konsum bħala tali. Għaldaqstant, dan l-argument huwa miċħud.

2.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(a)   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(79)

Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu stabbiliti fuq il-bażi tal-Eurostat u d-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani suġġetta għall-investigazzjoni antidumping parallela msemmija fil-premessa 7.

(80)

Il-volum tal-importazzjoni lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Iċ-Ċina

Volum (tunnellati)

1 518

758

1 923

2 509

Indiċi

100

50

127

165

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

57

136

168

Sors: L-Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji/dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani.

(81)

Il-volumi tal-importazzjonijiet miċ-Ċina naqsu mis-SF2010/2011 sas-SF2011/2012, iżda żdiedu sostanzjalment fis-SF2012/2013 u għal darba oħra matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina żdied b'65 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti wera xejra simili, jiġifieri naqas l-ewwel bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 u mbagħad żdied sostanzjalment sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat is-sehem mis-suq żdied b'68 %. Minkejja dawn iż-żidiet f'termini relattivi, kemm il-volum kif ukoll is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi f'termini assoluti baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu kkunsidrat.

(b)   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u t-twaqqigħ tal-prezz

(82)

Il-prezzijiet tal-importazzjoni ġew stabbiliti abbażi tal-Eurostat.

(83)

It-tabella ta' hawn taħt turi l-prezz medju tal-importazzjonijiet miċ-Ċina:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjoni

Pajjiż

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Iċ-Ċina

Prezz medju (EUR/tunnellata) (11)

1 234

1 199

1 143

992

Indiċi

100

97

93

80

Sors: L-Eurostat

(84)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina naqsu b'mod kontinwu mis-SF2010/2011 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u b'mod ġenerali b'20 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(85)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami billi qabblet:

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati tal-industrija tal-Unjoni għall-konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ta' kif joħroġ mill-fabbrika, u

il-prezz tal-esportazzjoni stabbilit fuq il-bażi tal-istatistika dwar l-importazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, jiġifieri l-Eurostat, ikkalkolat fuq bażi medja ponderata, b'aġġustamenti xierqa billi jiġu miżjuda d-dazji doganali, id-dazji antidumping u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni.

(86)

Ir-riżultat tal-paragun ma wera l-ebda twaqqigħ tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet miċ-Ċina fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, meta ġie skontat l-effett tad-dazji antidumping, il-marġni tat-twaqqigħ laħaq livell ta' aktar minn 10 %.

3.   Importazzjonijiet mill-Indoneżja

(a)   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja

(87)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja abbażi tal-Eurostat u d-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani fl-investigazzjoni parallela msemmija fil-premessa 7.

(88)

L-importazzjonijiet lejn l-Unjoni mill-Indoneżja u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej:

Tabella 4

Il-volum tal-importazzjoni u s-sehem mis-suq

Pajjiż

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

L-Indoneżja

Volum (tunnellati)

8 638

9 478

18 317

24 385

Indiċi

100

110

212

282

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

126

227

287

Sors: L-Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji/dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani.

(89)

Il-volumi tal-importazzjoni mill-Indoneżja kważi ttripplaw matul il-perjodu kkunsidrat. Dawn żdiedu kontinwament u b'mod sinifikanti b'182 % minn 8 638 tunnellata fis-SF2010/2011 għal 24 385 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(90)

Is-sehem mis-suq korrispondenti kważi ttrippla matul il-perjodu kkunsidrat. Dan żdied b'187 %, minkejja tnaqqis kumplessiv fil-konsum (– 2 %).

(b)   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja

(91)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tal-Eurostat u d-dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani kampjunati fl-investigazzjoni attwali parallela msemmija fil-premessa 7.

(92)

Il-prezz tal-importazzjonijiet medju lejn l-Unjoni mill-Indoneżja żviluppa kif ġej:

Tabella 5

Prezz tal-importazzjoni

Pajjiż

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

L-Indoneżja

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 266

1 279

1 226

1 162

Indiċi

100

101

97

92

Sors: L-Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji/dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani.

(93)

Il-prezz tal-importazzjoni medju tal-MSG mill-Indoneżja żdied ftit bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, qabel ma naqas fis-SF2012/2013 u saħansitra aktar fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-prezzijiet tal-importazzjoni medji tal-MSG mill-Indoneżja b'mod ġenerali naqsu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat.

4.   L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra mhux suġġetti għal miżuri

(94)

Il-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra żviluppaw kif ġej:

Tabella 6

Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra

Pajjiż

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Il-Brażil

Volum (tunnellati)

2 321

969

1 070

889

Indiċi

100

42

46

38

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

48

49

39

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 218

1 306

1 402

1 365

Indiċi

100

107

115

112

Ir-Repubblika tal-Korea

Volum (tunnellati)

1 248

2 157

923

802

Indiċi

100

173

74

64

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

198

79

65

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 231

1 296

1 293

1 277

Indiċi

100

105

105

104

Il-Vjetnam

Volum (tunnellati)

5 707

6 042

1 820

769

Indiċi

100

106

32

13

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

121

34

14

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 284

1 291

1 361

1 318

Indiċi

100

101

106

103

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

993

681

478

434

Indiċi

100

69

48

44

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

79

52

45

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 594

1 718

2 044

2 001

Indiċi

100

108

128

126

Total ta' pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

10 268

9 848

4 291

2 894

Indiċi

100

96

42

28

Indiċi tas-sehem mis-suq

100

110

45

29

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 293

1 323

1 433

1 424

Indiċi

100

102

111

110

Sors: L-Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji/dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani.

(95)

Il-volumi tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra b'mod ġenerali naqsu minn 10 268 tunnellata fis-SF2010/2011 għal 2 894 tunnellata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, jiġifieri bi 72 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq korrispondenti naqas b'71 % fl-istess perjodu. Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, is-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra rrappreżenta biss madwar kwart tal-livell tiegħu fis-SF2010/2011. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat il-prezzijiet tal-importazzjonijiet minn pajjżi terzi żdiedu b'10 %.

(96)

Parti interessata qalet li l-importazzjonijiet totali inklużi dawk miċ-Ċina u l-Indoneżja baqgħu stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

(97)

Din l-allegazzjoni kienet f'kontradizzjoni mal-istatistika disponibbli li fuqha huma bbażati s-sejbiet tal-investigazzjoni kif jidher fit-tabella 7 hawn taħt. Fil-fatt, l-importazzjonijiet totali lejn l-Unjoni żdiedu b'46 % matul il-perjodu kkunsidrat. Id-dikjarazzjoni kienet għalhekk miċħuda.

(98)

L-importazzjonijiet totali, inklużi ċ-Ċina u l-Indoneżja, żviluppaw kif ġej:

Tabella 7

Importazzjonijiet Totali

 

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Importazzjonijiet totali

Volum (tunnellati)

20 424

20 084

24 531

29 788

Indiċi

100

98

120

146

Sors: L-Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji/dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani.

5.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(99)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat il-fatturi u l-indiċijiet ekonomiċi kollha li għandhom x'jaqsmu mal-istat tal-industrija tal-Unjoni.

(a)   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(100)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 8

Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-produzzjoni

Indiċi

100

95

107

91

Kapaċità tal-produzzjoni

Indiċi

100

100

100

100

Użu tal-kapaċità

Indiċi

100

95

107

91

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(101)

Il-produzzjoni varjat matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li naqset bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, hija żdiedet bejn is-SF2011/2012 u s-SF2012/2013 u laħqet l-aktar livelli baxxi matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. L-investigazzjoni wriet li l-fluttwazzjonijiet kienu prinċipalment ikkawżati mix-shutdowns għall-manutenzjoni li l-industrija tal-Unjoni għamlet kull 15-il xahar u mill-kundizzjonijiet ħżiena tat-temp matul ix-xitwa tal-2010/2011 li fixklu l-provvista ta' materja prima ewlenija (l-ammonja). Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, ix-shutdown għall-manutenzjoni kien estiż f'tentattiv biex jitbaxxa l-livell għoli tal-inventarji. Kumplessivament, tul il-perjodu kkunsidrat il-volum tal-produzzjoni naqas b'9 %.

(102)

Parti waħda sostniet li l-volum tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità naqsu biss wara li żdiedu b'mod sostanzjali fil-perjodu qabel il-perjodu kkunsidrat. Abbażi ta' dan, il-parti argumentat li x-xejra ta' tnaqqis ta' dawn il-fatturi għalhekk ma turix dannu. Sabiex jiġu stabbiliti xejriet ta' diversi indikaturi tad-dannu, il-Kummissjoni bbażat il-valutazzjoni tagħha fuq il-perjodu kkunsidrat li ġie determinat fil-bidu tal-investigazzjoni. Il-perjodu kkunsidrat jikkonsisti mill-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u t-tliet snin finanzjarji preċedenti li jikkorrispondu għal prattika konsistenti. Is-sempliċi fatt li ċerti indikaturi tad-dannu juru valuri ogħla qabel il-perjodu kkunsidrat mhijiex raġuni biżżejjed biex tinbidel din il-prattika. Għalhekk, huma biss ix-xejriet matul il-perjodu kkunsidrat li jistgħu jiġu kkunsidrati. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(103)

Il-kapaċità tal-produzzjoni kumplessivament baqgħet stabbli fil-perjodu kkunsidrat.

(104)

B'riżultat tat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni stabbli, l-użu tal-kapaċità żviluppa skont il-volum tal-produzzjoni, jiġifieri l-ewwel naqas fis-SF2011/2012, imbagħad żdied fis-SF2012/13 u reġa' naqas fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Globalment, l-użu tal-kapaċità naqas b'9 % matul il-perjodu kkunsidrat, bi qbil mat-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni.

(b)   Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

(105)

Il-volumi tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 9

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Volum tal-bejgħ fl-Indiċi tal-Unjoni

100

84

85

83

Sehem mis-suq

Indiċi

100

96

91

85

Sors: risposti għall-kwestjonarji, l-Eurostat u r-risposti għall-kwestjonarji/dejta pprovduta mill-produtturi esportaturi Indoneżjani.

(106)

Il-volum tal-bejgħ tal-MSG mill-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-volum tal-bejgħ naqas l-aktar bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, filwaqt li fis-snin ta' wara huwa baqa' relattivament stabbli. It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, flimkien mat-tnaqqis parallel fil-konsum u ż-żieda fl-importazzjonijiet prinċipalment mill-Indoneżja, wasslu għal tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni b'ammont globali ta' madwar 15 % matul il-perjodu kkunsidrat. Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni naqas b'4 % bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, li ħabat ma' żieda fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Indoneżjani u Ċiniżi fl-istess perjodu. Bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kompla jonqos b'mod regolari, filwaqt li l-volumi tal-importazzjoni u l-ishma mis-suq mill-Indoneżja żdiedu sostanzjalment. Bl-istess mod, l-importazzjonijiet u s-sehem mis-suq miċ-Ċina żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, għalkemm baqgħu f'livelli baxxi matul dan il-perjodu.

(c)   It-tkabbir

(107)

Filwaqt li l-konsum tal-Unjoni naqas bi 2 % matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 17 % li ssarraf f'telf ta' sehem mis-suq ta' 15 %.

(d)   L-impjieg u l-produttività

(108)

L-impjieg u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

L-impjieg u l-produttività

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Għadd ta' impjegati

Indiċi

100

103

107

108

Produttività (unità/impjegat)

Indiċi

100

92

100

85

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(109)

L-impjieg fl-industrija tal-Unjoni żdied b'mod kontinwu u kumplessivament bi 8 % fil-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda hija prinċipalment dovuta għall-integrazzjoni fl-2011 ta' kumpanija li qabel kienet affiljata u l-espansjoni tad-dipartiment tal-manutenzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(110)

Il-produttività naqset minħabba l-kombinazzjoni ta' żieda fl-impjieg u t-tnaqqis fil-produzzjoni kif muri fit-tabella 8 fil-premessa 100.

6.   Id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping preċedenti

(111)

Il-marġni tad-dumping stabbilit għaċ-Ċina kien ferm ogħla mil-livell de minimis, filwaqt li l-volum tal-importazzjoni miċ-Ċina baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, jekk il-miżuri jitħassru, l-impatt tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni jkun sinifikanti minħabba l-volum li qed jiżdied u l-prezzijiet ta' importazzjonijiet li qed jonqsu miċ-Ċina u l-iżvilupp mistenni ta' importazzjonijiet Ċiniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. B'mod parallel, fl-investigazzjoni antidumping dwar l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja, imsemmija fil-premessa 7, marġnijiet tad-dumping sostanzjali kienu stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw mill-Indoneżja, li żiedu b'mod sostanzjali s-sehem mis-suq tagħhom fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(112)

L-industrija tal-Unjoni kienet għadha fi proċess ta' rkupru mill-effetti ta' dumping dannuż fil-passat minn importazzjonijiet tal-MSG li joriġina miċ-Ċina, kif imsemmi fil-premessa 124. Peress li importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja żdiedu b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat u nstabu li kienu kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni (12), jista' jiġi konkluż li dan il-proċess ta' rkupru nqaleb.

(a)   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(113)

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lill-konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Il-prezzijiet medji tal-bejgħ

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Prezz medju tal-bejgħ ta' unità fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

Indiċi

100

107

101

97

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

Indiċi

100

120

124

130

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(114)

Il-prezz tal-bejgħ unitarju medju tal-industrija tal-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati naqas bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat. L-ewwel żdied b'7 % bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012, imma naqas kontinwament minn dak iż-żmien sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Iż-żieda fil-prezz bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 tista' titqies bħala konsegwenza taż-żidiet fl-ispejjeż matul l-istess perjodu, għalkemm iż-żieda fl-ispiża kienet akbar miż-żieda fil-prezzijiet. Fl-istess żmien l-importazzjonijiet Indoneżjani żdiedu u eżerċitaw pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. B'konsegwenza, il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b'6 % bejn is-SF2011/2012 u s-SF2012/2013 u b'4 % oħra bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(115)

Il-kost unitarju tal-produzzjoni żdied bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kien hemm żieda kontinwa li bdiet mis-SF 2011/2012 li kienet prinċipalment dovuta għal żieda fil-materja prima u l-kost lavorattiv. Kif imsemmi hawn fuq, din iż-żieda fl-ispejjeż ma setgħetx tkun riflessa b'żieda ekwivalenti fil-prezz minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja.

(116)

Parti interessata talbet lill-Kummissjoni biex tinvestiga jekk l-inklużjoni potenzjali ta' prodotti sekondarji fl-ispejjeż tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni setgħetx tkun żiedet artifiċjalment l-ispiża medja tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-investigazzjoni stabbiliet li l-prodotti sekondarji kienu allokati b'mod korrett u bl-ebda mod ma għawġu x-xenarju tad-dannu. Għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(b)   Il-kost lavorattiv

(117)

Il-kosts lavorattivi medji tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 12

Kosts lavorattivi medji għal kull impjegat

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Kosts lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

Indiċi

100

117

125

124

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(118)

Il-kosts lavorattivi medji għal kull impjegat żdiedu b'24 %. Dan jista' jiġi spjegat prinċipalment biż-żieda fl-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex ittejjeb il-prestazzjoni tal-ħaddiema u l-persunal tagħha sabiex ittejjeb il-proċess tal-produzzjoni.

(c)   Inventarji

(119)

Il-livelli tal-istokk tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 13

Inventarji

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Stokks tal-għeluq

Indiċi

100

82

164

143

L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

Indiċi

100

86

153

156

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(120)

Kumplessivament, l-istokks tal-għeluq żdiedu bi 43 % matul il-perjodu kkunsidrat. Mis-SF2010/2011 għas-SF 2011/2012 l-istokks tal-għeluq naqsu wara tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni u żieda fil-volum tal-bejgħ għall-esportazzjoni. Mis-SF2011/2012 għas-SF2012/2013, l-istokks żdiedu minħabba żieda fil-produzzjoni filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni baqa' kważi stabbli. Mis-SF2012/2013 sal-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-istokks tal-għeluq naqsu għal darba oħra l-aktar minħabba deċiżjoni li titnaqqas il-produzzjoni f'tentattiv biex jonqsu l-livelli għoljin tal-istokks.

(121)

L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni naqsu bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 iżda kważi rduppjaw bejn is-SF2011/2012 u s-SF2012/2013. Dawn komplew jiżdiedu bejn is-SF2012/2013 u l-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali tul il-perjodu kkunsidrat huma żdiedu b'56 %. Iż-żieda fis-SF2012/2013 u waqt il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami għandha titqies fid-dawl ta' volumi li qed jiżdiedu ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja, filwaqt li l-bejgħ tal-Unjoni baqa' kważi stabbli matul l-istess perjodu.

(d)   Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-abbiltà li jinġabar kapital

(122)

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 14

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

 

SF2010/2011

SF2011/2012

SF2012/2013

Il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% tal-fatturat tal-bejgħ)

Indiċi

100

30

– 31

– 80

Fluss tal-flus (EUR)

Indiċi

100

39

– 48

– 19

Investimenti (EUR)

Indiċi

100

182

143

197

Redditu fuq l-investimenti

Indiċi

100

14

– 61

– 110

Sors: tweġiba għall-kwestjonarju.

(123)

Il-Kummisjoni stabbiliet il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tar-redditu ta' dak il-bejgħ. Fis-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 il-profittabilità naqset b'mod sinifikanti, iżda xorta baqgħet pożittiva. Mis-SF2012/2013 il-profittabilità saret negattiva. Hija naqset saħansitra aktar fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. B'mod ġenerali l-profittibilità tal-Unjoni naqset b'180 % matul il-perjodu kkunsidrat. Dan l-iżvilupp kien prinċipalment minħabba l-pressjoni tal-prezz tal-importazzjonijiet Indoneżjani li daħlu fl-Unjoni bi prezzijiet dumped u ma ppermettewx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha skont iż-żieda fl-ispejjeż. Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja waħedha l-attività tagħha. Il-fluss tal-flus nett wera l-istess xejra bħall-profittabilità jiġifieri tnaqqis kontinwu matul il-perjodu kkunsidrat b'riżultati negattivi mis-SF2012/2013. Din ix-xejra ġiet enfasizzata fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kumplessivament, il-fluss tal-flus nett naqas b'119 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(124)

L-investimenti żdiedu b'97 % matul il-perjodu kkunsidrat. Huma rrappreżentaw prinċipalment investimenti meħtieġa għall-manutenzjoni u l-konformità ma' rekwiżiti ġuridiċi tas-sikurezza. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tirkupra minn dumping preċedenti minn produtturi esportaturi Ċiniżi qabel il-perjodu kkunsidrat, hija bdiet ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha u kienet profittabbli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat sas-SF2011/2012. F'dawn iċ-ċirkostanzi saru għadd ta' investimenti li ma setgħux jibqgħu jiġu posposti u dan jispjega ż-żieda sinifikanti tal-livelli ta' investiment fis-SF2011/2012 u s-snin sussegwenti.

(125)

Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f'perċentwali tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Bħal fil-każ tal-indikaturi finanzjarji l-oħrajn, ir-redditu fuq l-investiment mill-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott simili kien negattiv mis-SF2012/2013, li jirrifletti t-tendenza negattiva fil-profittabilità. B'mod ġenerali, ir-redditu fuq l-investimenti naqas b'210 % matul il-perjodu kkunsidrat.

(126)

B'kunsiderazzjoni tal-profittabilità u l-fluss tal-flus dejjem jonqsu, l-abilità tal-kumpanija li tiġbor kapital kienet affettwata b'mod negattiv ukoll.

(e)   Konklużjoni dwar id-dannu

(127)

Kważi l-indikaturi tad-dannu ewlenin kollha wrew xejra negattiva. B'hekk, il-volum tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità naqsu b'madwar 9 % u l-volum tal-bejgħ bi 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. F'tentattiv biex jikkumpensaw għat-telf fil-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq, il-prezzijiet medji tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 3 % matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-ispejjeż tal-produzzjoni żdiedu bi 30 % b'mod parallel. B'konsegwenza l-profittabilità, li kienet pożittiva fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, naqset u saret negattiva fis-SF2012/2013 u kompliet tonqos fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Setgħu jiġu osservati xejriet negattivi simili għall-fluss tal-flus nett kif ukoll għar-redditu fuq l-investimenti.

(128)

L-impjiegi żdiedu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda matul il-perjodu kkunsidrat tista' tkun spjegata bl-integrazzjoni ta' dik li qabel kienet kumpanija affiljata fl-2011 u l-espansjoni tad-dipartiment tal-manutenzjoni tal-industrija tal-Unjoni. L-investimenti wrew ukoll xejra pożittiva. Dawn kienu prinċipalment marbuta ma' miżuri ta' prevenzjoni u rekwiżiti ta' sigurtà, iżda mhux ma' xi żieda fil-kapaċità. Dawn ix-xejriet pożittivi għalhekk ma jipprekludux l-eżistenza ta' dannu.

(129)

Parti interessata ddikjarat li xejra negattiva f'xi wħud biss mill-indikaturi tad-dannu mhijiex biżżejjed sabiex jiġi konkluż li hemm dannu materjali. L-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku ma jeħtieġx li l-indikaturi tad-dannu kollha juru tendenza negattiva, iżda s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni għandha tiġi analizzata billi jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-indikaturi kollha tad-dannu fl-intier tiegħu. F'dan il-każ, kważi l-indikaturi kollha tad-dannu wrew xejra negattiva, inklużi l-indikaturi ewlenin bħall-bejgħ u l-volum tal-produzzjoni, is-sehem mis-suq, il-prezzijiet tal-bejgħ medji u l-profittabilità.

(130)

Fuq il-bażi ta' dak ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

F.   PROBABILITÀ TA' RIKORRENZA JEW KONTINWAZZJONI TAD-DANNU

1.   Kumment preliminari

(131)

Kif muri fil-premessi 99 sa 130, l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Matul il-perjodu kkunsidrat kollu, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu preżenti biss fis-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet limitati, filwaqt li l-volum tal-importazzjoni u s-sehem tas-suq mill-Indoneżja kważi ttripla matul l-istess perjodu. Fl-investigazzjoni parallela dwar l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja msemmija fil-premessa 7, ġie konkluż li l-importazzjonijiet mill-Indoneżja kienu ġew dumped u kkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, filwaqt li l-importazzjonijiet miċ-Ċina, minħabba l-livelli tal-volum u tal-prezzijiet baxxi tagħhom, ma kkontribwixxewx għal dan id-dannu (13). Fl-istess ħin, kif spjegat fil-premessi 48 u 70, l-investigazzjoni wriet li l-importazzjonijiet Ċiniżi saru f'livelli ta' prezzijiet dumped matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami u kien hemm probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

2.   L-impatt tal-volum proġettat tal-importazzjonijiet miċ-Ċina u l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tħassir tal-miżuri

(132)

Il-Kummissjoni vvalutat il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu jekk il-miżuri li huma fis-seħħ bħalissa jitħallew jiskadu, jiġifieri l-impatt potenzjali tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-suq tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

(133)

Din l-analiżi ffukat fuq il-kapaċità żejda tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni, l-imġiba fl-ipprezzar tal-produtturi Ċiniżi lejn l-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-miżuri antidumping imposti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja kienu kkunsidrati wkoll.

(134)

Kif stabbilit fil-premessa 51, il-kapaċità żejda totali tal-MSG fiċ-Ċina kienet stmata għal madwar 600 000-900 000 tunnellata fl-2012. Dan l-ammont qabeż bil-kbir il-konsum totali tal-Unjoni tal-MSG matul l-istess perjodu.

(135)

Jista' jkun raġonevolment mistenni li, bħala konsegwenza tal-attrattività tas-suq tal-Unjoni deskritta fil-premessi 59 sa 64, li jekk il-miżuri jiġu mħassra, mill-inqas parti minn din il-kapaċità żejda aktarx tiġi diretta mill-ġdid lejn is-suq tal-Unjoni.

(136)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 50, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi mingħajr dazji antidumping ibaxxu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni b'aktar minn 10 % bħala medja. Dawn ikunu wkoll iktar baxxi mill-prezzijiet tal-importazzjoni Indoneżjani. Fuq din il-bażi, ġie konkluż li, fin-nuqqas ta' miżuri, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x'aktarx li jżidu l-pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni, u b'hekk iwasslu biex id-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni jmur għall-agħar. F'dan ir-rigward, għandu jiġi mfakkar li l-investigazzjoni antidumping parallela wriet li importazzjonijiet mill-Indoneżja eżerċitaw pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni b'tali mod li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tagħha b'konformità maż-żieda fl-ispejjeż tagħha, iżda, għall-kuntrarju kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha matul il-perjodu kkunsidrat.

(137)

Kif spjegat fil-premessa 60, il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi jistgħu jiżdiedu jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Madankollu, filwaqt li jitqiesu l-marġnijiet sinifikanti tat-twaqqigħ tal-prezz stabbiliti meta jitnaqqsu d-dazji antidumping, anke jekk il-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi żdiedu tassew ikun hemm għalhekk marġni li jippermetti lill-esportaturi Ċiniżi jżommu l-livelli tal-prezz tal-importazzjoni taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, li bi probabbiltà kbira jippermettilhom jiksbu aktar ishma mis-suq fis-suq tal-Unjoni. Jekk dan iseħħ, l-industrija tal-Unjoni tkun qed taffaċċja tnaqqis immedjat fil-bejgħ u fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

(138)

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-investigazzjoni parallela kontra l-Indoneżja u l-miżuri korrispondenti kontra l-importazzjonijiet tal-MSG minn dan il-pajjiż, l-industrija tal-Unjoni hija mistennija li tkun kapaċi tirkupra mid-dannu materjali mġarrab. Dan il-proċess ta' rkupru jkun ipperikolat jekk l-importazzjonijiet miċ-Ċina jissoktaw fi kwantitajiet sostanzjali u bi prezzijiet dumped, minħabba li l-miżuri jitħallew jiskadu.

3.   Kummenti li waslu wara d-divulgazzjoni

(139)

Wara d-divulgazzjoni, parti waħda interessata sostniet li ż-żamma tal-miżuri mhux se ssaħħaħ is-sitwazzjoni tal-produttur tal-Unjoni billi d-deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha hija prinċipalment ikkawżata minn fatturi oħra minbarra l-importazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina. Din il-parti argumentat li dawn il-fatturi jkunu b'mod partikolari l-impatt tal-politika ta' investiment tal-industrija tal-Unjoni fuq il-profittabilità tagħha, iż-żieda fil-kosts tax-xogħol u l-allegat użu ineffiċjenti tar-riżorsi. Intqal li l-effett ta' dawn il-fatturi ma kienx ġie kkunsidrat biżżejjed meta ġiet ivvalutata l-qagħda ġenerali tal-industrija tal-Unjoni.

(140)

Għandu jiġi nnutat li l-parti interessata inkwistjoni ma pprovdiet l-ebda informazzjoni jew evidenza ġdida li tappoġġja dawn l-allegazzjonijiet.

(141)

Rigward l-investimenti li saru mill-industrija tal-Unjoni, din il-parti ma spjegatx sa liema punt dawn l-investimenti setgħu kellhom impatt fuq il-profittabilità tagħhom. Kif deskritt fil-premessa 124, l-investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni kienu bbażati fuq deċiżjonijiet tan-negozju raġonevoli u ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala indebiti. Barra minn hekk, il-kosts tal-investiment jiġu deprezzati matul iż-żmien u bħala tali, ma kellhomx impatt sinifikanti fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni.

(142)

Fir-rigward iż-żieda fil-kosts lavorattivi, filwaqt li ma jistgħux jingħataw ċifri preċiżi għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità, l-investigazzjoni wriet li l-impatt ta' din iż-żieda fuq il-kost totali tal-produzzjoni ma kienx sinifikanti.

(143)

Rigward l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi, il-parti naqset milli tispeċifika n-natura tal-allegati ineffiċjenzi u l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda ineffiċjenza potenzjali tal-industrija tal-Unjoni.

(144)

Abbażi ta' dan, dawn id-dikjarazzjonijiet ġew irrifjutati.

4.   Konklużjoni

(145)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-investigazzjoni, jiġifieri l-kapaċità żejda, l-attrattività tas-suq tal-Unjoni u l-livelli tal-prezzijiet mistennija tal-importazzjonijiet Ċiniżi, huwa kkunsidrat li t-tħassir tal-miżuri fil-probabbiltà kollha jwassal għal rikorrenza ta' dannu u jkompli jiddeterjora s-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni minħabba l-probabbiltà ta' żieda fl-importazzjonijiet Ċiniżi bi prezzijiet dumped li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni.

G.   L-INTERESS TAL-UNJONI

(146)

Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti kontra ċ-Ċina tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni b'mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi u tal-utenti.

(147)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

(148)

Fuq din il-bażi l-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta' kontinwazzjoni ta' dumping u dannu, eżistewx raġunijiet konvinċenti li wasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

(149)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Kif imsemmi fil-premessa 131, id-dannu materjali kien ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja. L-investigazzjoni stabbiliet ukoll li kien hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dannu materjali jekk il-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jitħallew jiskadu. B'mod partikolari, l-irkupru mistenni tal-industrija tal-Unjoni mid-dannu mġarrab minħabba l-importazzjonijiet mill-Indoneżja minħabba l-miżuri antidumping imposti kontra dan il-pajjiż x'aktarx ikun ipperikolat jekk l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-MSG jissoktaw fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet dumped.

(150)

Jekk il-miżuri jinżammu, huwa mistenni li l-industrija tal-Unjoni se tkun kapaċi tibbenefika b'mod sħiħ mill-effetti tal-miżuri imposti fil-kuntest ta' investigazzjoni parallela dwar l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja, jiġifieri tirkupra mid-dannu materjali mġarrab. Eventwalment għandha tkun kapaċi ttejjeb il-profittabilità tagħha.

(151)

Għaldaqstant, ġie konkluż li l-miżuri fis-seħħ kontra ċ-Ċina jkunu fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

2.   L-interess tal-importaturi/operaturi tas-suq

(152)

Erbatax-il kumpanija ppreżentaw ruħhom wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika ta' Bidu. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn il-kumpaniji ma importat il-MSG miċ-Ċina lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami.

(153)

Operatur wieħed tas-suq fl-Unjoni involut fil-bejgħ mill-ġdid tal-MSG fis-suq tal-Unjoni u barra minnu ppreżenta ruħu bħala utent matul l-investigazzjoni. Dan l-operatur tas-suq xtara l-MSG prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni, iżda wkoll minn importaturi. L-operatur tas-suq ma xtara l-ebda MSG ta' oriġini Ċiniża, iżda ta' oriġini Indoneżjana u ta' oriġini ta' pajjiżi terzi oħra. L-attività relatata mal-MSG ta' dan l-operatur tas-suq kienet marġinali meta mqabbla mal-attività totali tiegħu. Abbażi ta' dan, ġie kkunsidrat li l-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina ma kellhom l-ebda effett negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta' dan l-operatur tas-suq.

3.   Interess tal-utenti

(154)

L-utenti huma attivi prinċipalment fis-settur tal-“ikel u x-xorb”, u jużaw l-MSG fil-produzzjoni ta' taħlitiet ta' ħwawar, sopop u ikel lest biex jittiekel. Il-MSG jintuża wkoll f'applikazzjonijiet speċifiċi “mhux relatati mal-ikel”, pereżempju fil-produzzjoni ta' deterġenti.

(155)

Tlieta u tletin kumpanija ppreżentaw ruħhom u rċevew kwestjonarju. Ħames kumpaniji kkooperaw fl-investigazzjoni billi bagħtu tweġiba għall-kwestjonarju. Erbgħa minnhom kienu attivi fis-settur tal-ikel u x-xorb u waħda kienet attiva fis-settur mhux relatat mal-ikel. Tnejn mill-kumpaniji li kkooperaw, waħda li topera fis-settur tal-“ikel u x-xorb” u t-tieni li tipproduċi deterġenti, kienu vverifikati fuq il-post.

(a)   Is-settur tal-ikel u x-xorb

(156)

L-investigazzjoni wriet li, fuq medja, il-MSG irrappreżenta madwar 5 % l-ispejjeż totali tal-prodotti li jinkorporaw il-MSG manifatturat mill-kumpaniji li kkooperaw li pprovdew id-dejta meħtieġa.

(157)

Mill-erba' utenti li kkooperaw wieħed biss importa l-MSG miċ-Ċina. Din il-kumpanija li kkooperat xtrat il-MSG mill-industrija tal-Unjoni u importat madwar 40 % tax-xiri tal-MSG totali tagħha miċ-Ċina. L-attività marbuta mal-prodotti li fihom il-MSG rrappreżentat madwar terz tal-attività totali tagħha. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami nstab li l-kumpanija kienet profittabbli.

(158)

It-tliet kumpaniji l-oħra ma importawx il-MSG miċ-Ċina matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Minn dawn, żewġ kumpaniji kellhom attività relatata mal-MSG relattivament insinifikanti meta mqabbla mal-attività totali tagħhom. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta, dawn iż-żewġ kumpaniji kienu profittabbli matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dwar it-tielet kumpanija, għalkemm l-attività tagħha marbuta mal-prodotti li fihom il-MSG irrappreżentat madwar terz tal-attività totali tagħha, matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, instab li l-kumpanija kienet profittabbli.

(b)   Is-settur mhux relatat mal-ikel

(159)

Waħda mill-kumpaniji li kkooperaw użat il-MSG fil-produzzjoni ta' deterġenti. Il-MSG irrappreżenta bejn 15 % u 20 % l-ispejjeż tal-produzzjoni ta' dawn il-prodotti. Matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami l-kumpanija xtrat il-MSG prinċipalment mill-industrija tal-Unjoni. Hija importat ukoll il-MSG minn pajjiżi terzi oħra iżda mhux miċ-Ċina. Parti żgħira biss mill-attività tagħha kienet iddedikata għall-prodotti li jinkorporaw il-MSG meta mqabbla mal-attività kumplessiva tagħha li apparti minn hekk instabet li kienet tirrealizza marġni pożittiv tal-qligħ ta' [5 %-10 %] matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(160)

Din il-parti interessata allegat li, minħabba l-qafas regolatorju tal-UE li jipprojbixxi l-użu ta' fosfati u komposti oħra tal-fosfru (14), il-MSG x'aktarx li jintuża fi kwantitajiet ikbar biex jieħu post il-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fil-produzzjoni ta' deterġenti. Għalhekk, huwa mistenni li d-domanda tal-MSG fl-Unjoni tiżdied sostanzjalment u kull dazju antidumping fuq importazzjonijiet tal-MSG ikollu effett detrimentali fuq l-iżvilupp ta' dan is-suq ġdid. B'mod partikolari, il-parti argumentat li l-livell tal-miżuri antidumping fuq importazzjonijiet tal-MSG miċ-Ċina fis-seħħ ma jippermettux lill-importazzjonijiet Ċiniżi biex jidħlu fis-suq tal-Unjoni u li, għaldaqstant, ikun hemm riskju ta' nuqqas ta' provvista fl-Unjoni. Din il-kumpannija stqarret ukoll li minħabba li l-miżuri huma wkoll fis-seħħ kontra importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja, ikun hemm ukoll nuqqas ta' sorsi alternattivi ta' provvista.

(161)

Dan l-utent sostna wkoll li, minħabba ż-żieda mistennija fil-konsum tal-MSG l-industrija tal-Unjoni tibbenefika minnha kif wkoll iżżid il-volum tal-bejgħ tagħha fis-suq tal-Unjoni. Min-naħa l-oħra, l-utent sostna li l-industrija tal-Unjoni ma jkollhiex biżżejjed kapaċità biex tforni d-domanda akbar fis-suq tal-Unjoni.

(162)

Madankollu, f'dan l-istadju huwa diffiċli sabiex wieħed ibassar kif il-qafas ġuridiku l-ġdid se jkollu impatt fis-suq tal-Unjoni u sa liem punt jagħti spinta lill-produzzjoni tad-deterġenti bbażati fuq il-MSG u b'hekk ikollu effett fuq id-domanda tal-MSG fl-Unjoni. Il-parti interessata lanqas ma pprovdiet xi evidenza dwar sa liema punt id-dazju antidumping jista' jkollu effett detrimentali. F'dan ir-rigward, huwa nnutat li l-għan tad-dazju antidumping huwa li jerġa' jkun hemm kundizzjonijiet indaqs fis-suq tal-Unjoni. L-investigazzjoni żvelat ukoll għadd ta' sorsi alternattivi ta' provvista, bħall-Brażil, il-Vjetnam u l-Korea.

(163)

Wara d-divulgazzjoni, l-istess parti interessata tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li d-domanda għall-MSG kieku tiżdied b'mod sinifikanti fl-Unjoni minħabba l-projbizzjoni ta' fosfati u li l-industrija tal-Unjoni ma tkunx kapaċi tipprovdi din id-domanda dejjem tiżdied fl-Unjoni. Madankollu, il-parti inkwistjoni ma pprovdiet l-ebda informazzjoni jew evidenza ġdida biex tissostanzja l-argument u għaldaqstant, din id-dikjarazzjoni ġiet miċħuda.

(164)

Rigward is-sorsi alternattivi ta' provvista, fis-SF2010/2011, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn kien sostanzjali u naqas biss minħabba importazzjonijiet bi prezzijiet inġusti mill-Indoneżja. Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' dazji kontra importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja fl-investigazzjoni parallela għandha tippermetti pajjiżi terzi oħra sabiex jiksbu mill-ġdid l-ishma mis-suq mitlufa fl-Unjoni. Jekk jitħassru l-miżuri fir-rigward taċ-Ċina, l-effett mistenni tad-dazju antidumping kontra l-Indoneżja jiġi pperikolat peress li l-importazzjonijiet miċ-Ċina x'aktarx li jippenetraw is-suq tal-Unjoni fi kwantitajiet sinifikament miżjuda f'livelli ta' prezzijiet dumped filwaqt li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (kif stabbilit hawn fuq fil-premessi 149 sa 151.

(165)

Wara d-divulgazzjoni, il-parti interessata msemmija hawn fuq tenniet li ma kien hemm l-ebda sorsi alternattivi ta' provvista peress li l-produtturi fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra kienu jappartjenu għall-istess grupp bħall-industrija tal-Unjoni.

(166)

Kif imsemmi fil-premessi 94 u 95 hawn fuq, sorsi alternattivi ta' provvista tal-MSG jeżistu f'diversi pajjiżi terzi, bħal inter alia l-Brażil, ir-Repubblika tal-Korea jew il-Vjetnam. Fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra barra ċ-Ċina jew l-Indoneżja rrappreżenta biss madwar kwart tal-livell tiegħu fis-SF 2010/2011. Jekk il-miżuri fuq importazzjonijiet miċ-Ċina jitħallew, ma hemm l-ebda raġuni għaliex l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra ma jkunux jistgħu jkopru mill-inqas parzjalment il-ħtiġijiet tal-utenti tal-MSG, b'sehem mis-suq korrispondenti li jmur lura lejn jew lil hinn mil-livell tiegħu tas-SF2010/2011. Barra minn hekk, skont l-informazzjoni disponibbli li kienet disponibbli għal partijiet fil-fajl mhux kunfidenzjali, dawn is-sorsi alternattivi jappartjenu jew lil kumpaniji/gruppi ta' kumpaniji indipendenti minn Ajinomoto group jew lil dan il-grupp. Fi kwalunkwe każ, anki jekk dawn is-sorsi alternattivi kienu jappartjenu lil Ajinomoto group ma hemm l-ebda indikazzjoni li huma ma jfornux is-suq tal-Unjoni f'kundizzjonijiet ġusti. L-argument għalhekk għandu jiġi rifjutat.

(167)

L-istess parti allegat ukoll li l-industrija tal-Unjoni għandha pożizzjoni dominanti u li jkun hemm nuqqas ta' kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Hija sostniet li ż-żamma tal-miżuri kontra l-MSG Ċiniż tkompli ssaħħaħ iktar il-pożizzjoni tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni.

(168)

L-investigazzjoni uriet biċ-ċar li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx iżżomm il-volum tal-bejgħ tagħha fl-Unjoni minħabba li tilfet is-sehem mis-suq, notevolment minħabba l-importazzjonijiet Indoneżjani. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'qagħda li żżid il-livelli tagħha ta' prezzijiet skont iż-żieda fl-ispejjeż tal-materja prima, minħabba l-pressjoni tal-prezzijiet mill-importazzjonijiet oġġett ta' dumping mill-Indoneżja, u sofriet telf sinifikanti fil-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li hemm kompetizzjoni minn importazzjonijiet li joriġinaw minn għadd ta' pajjiżi terzi oħra, li jibbenefikaw minn aċċess liberu għas-suq tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, kien hemm evidenza insuffiċjenti dwar kwalunkwe pożizzjoni dominanti allegata tal-industrija tal-Unjoni u dan l-argument kellu jkun miċħud.

(169)

Wara d-divulgazzjoni, il-parti interessata inkwistjoni stqarret li ma jkunx fl-interess tal-Unjoni li l-utenti fl-Unjoni jkollhom jibbażaw fuq l-industrija tal-Unjoni u li għandu jkun hemm biżżejjed sorsi alternattivi ta' provvista. B'appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, il-parti kkonċernata nnutat li t-tnaqqis fil-konsum bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 kien prinċipalment minħabba tnaqqis fil-volum ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

(170)

Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 100, il-produzzjoni naqset b'5 % bejn is-SF2010/2011 u s-SF2011/2012 filwaqt li l-konsum naqas bi 13 % fl-istess żmien (ara l-premessi 76 u 78. Fis-SF2011/2012, l-użu tal-kapaċità kien 5 % inqas mil-livell tiegħu fis-SF2010/2011 li jfisser li kien hemm riżerva ta' kapaċità fis-SF2011/2012. Il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni għalhekk ma tistax tkun ikkunsidrata bħala fattur li kellu impatt fuq it-tnaqqis fil-konsum fis-SF2011/2012. Fi kwalunkwe każ, kif imfisser hawn fuq fil-premessa 166, hemm sorsi alternattivi ta' provvista minn pajjiżi terzi oħra. L-argument għalhekk kellu jiġi rifjutat.

(171)

Fuq din il-bażi, u b'mod partikolari l-fatt li l-miżuri kontra ċ-Ċina ma dehrux li kellhom xi effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti li kkooperaw, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jinżammu, l-impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika ta' dawn l-operaturi x'aktarx li ma tkunx sinifikanti.

4.   Interess tal-fornituri

(172)

Erba' fornituri ta' materja prima tal-Unjoni ppreżentaw ruħhom u wieġbu għall-kwestjonarju. Il-bejgħ tagħhom ta' materja prima lill-industrija tal-Unjoni kien jirrappreżenta biss parti żgħira mir-redditu totali tagħhom. Tnejn minn dawn il-fornituri kkontestaw din il-konklużjoni billi sostnew li l-għajbien tal-industrija tal-Unjoni jkollha impatt sinifikanti fuq l-attività tan-negozju tagħhom. Dawn il-fornituri argumentaw li l-effett ta' waqfien potenzjali tal-produzzjoni tal-MSG tal-Unjoni jkollu effett detrimentali fuq in-negozju globali tagħhom, peress li l-pjanti taz-zokkor ma jistgħux jevitaw li jipproduċu ċertu volum ta' ġulepp taz-zokkor u melassa, li l-industrija tal-Unjoni hija x-xerrej ewlieni tagħhom. Jekk iz-zokkor f'dawn il-forom jibqa' mhux mibjugħ, dan jaffettwa l-effiċjenza ġenerali tal-pjanta inkwistjoni.

(173)

Dawn l-argumenti, madankollu, ma kinux appoġġati minn xi evidenza u għalhekk ġew miċħuda.

5.   Argumenti oħrajn

(174)

Parti interessata ddikjarat li l-effetti tal-miżuri fis-seħħ kontra ċ-Ċina għandhom jiġu vvalutati b'mod kumulattiv mal-effetti tal-miżuri imposti fuq l-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja.

(175)

L-impatt taż-żewġ miżuri fuq l-utenti ġie analizzat fil-kuntest ta' disponibilità ta' sorsi alternattivi ta' provvista. Din l-analiżi wriet li għadd ta' pajjiżi terzi fil-fatt kellhom il-potenzjal li jesportaw il-MSG lejn l-Unjoni. Dawn il-pajjiżi terzi kienu fil-fatt preżenti fis-suq tal-Unjoni qabel l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping Indoneżjani daħlu fl-Unjoni fi kwantitajiet akbar.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(176)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma hemmx raġunijiet konvinċenti għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri antidumping attwali kontra ċ-Ċina.

H.   MIŻURI ANTIDUMPING

(177)

Il-partijiet kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jissottomettu l-kummenti wara din id-divulgazzjoni. Is-sottomissjonijiet u l-kummenti ngħataw il-kunsiderazzjoni dovuta fejn kien xieraq.

(178)

B'hekk huwa ċar minn dan imsemmi hawn fuq li, kif stipulat mill-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-MSG li joriġinaw miċ-Ċina, imposti mir-Regolament (KE) Nru 1187/2008, għandhom jinżammu.

(179)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni. It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma jaffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, avviż dwar il-bidla fl-isem jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(180)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma wassalx opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju antidumping definittiv huwa b'dan impost fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li bħalissa huma kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 2922 42 00 (Kodiċi TARIC 2922 42 00 10) u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju antidumping definittiva applikabbli għall-prezz ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni nett, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1, u manifatturati mill-kumpaniji elenkati hawn taħt tkun kif ġej:

Kumpanija

Rata ta' dazju AD (%)

Kodiċi TARIC addizzjonali

Hebei Meihua MSG Group Co. Ltd, u Tongliao Meihua Bio-Tech Co. Ltd

33,8

A883

Fujian Province Jianyang Wuyi MSG Co. Ltd

36,5

A884

Il-kumpaniji l-oħra kollha

39,7

A999

3.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1187/2008 tas-27 ta' Novembru 2008 li jimponi taxxa anti-dumping definittiva u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 322, 2.12.2008, p. 1).

(3)   ĠU C 60, 1.3.2013, p. 10.

(4)   ĠU C 349, 29.11.2013, p. 14.

(5)  Notifika ta' Bidu ta' proċediment antidumping li jikkonċerna importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (ĠU C 349, 29.11.2013, p. 5).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 904/2014 tal-20 ta' Awwissu 2014 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja (ĠU L 246, 21.8.2014, p. 1).

(7)  Ikkoinċida mas-snin finanzjarji — April sa Marzu — tal-produttur uniku tal-Unjoni (SF2010/2011, SF2011/2012, SF2012/2013, PI).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1187/2008.

(9)   ĠU C 349, 29.11.2013, p. 5.

(10)  Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (Ftehim Antidumping).

(11)  Prezz medju ma jinkludix dazji antidumping fis-seħħ.

(12)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 904/2014.

(13)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 904/2014.

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward ta' użu ta' fosfati u komposti ta' fosfru ieħor fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 16).


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/54


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/84

tal-21 ta' Jannar 2015

li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet dumped minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri proviżorji

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet mit-22 ta' Awwissu 2014 dazju anti-dumping proviżorju fuq importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja bir-Regolament (UE) Nru 904/2014 (2) (“ir-Regolament proviżorju”).

(2)

Il-proċediment inbeda fid-29 ta' Novembru 2013 wara lment ippreżentat fis-16 ta' Ottubru 2013 minn Ajinomoto Foods Europe S.A.S. (“il-kwerelant”), l-uniku produttur tal-Unjoni tal-glutamat tal-monosodju, li għalhekk jirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' glutamat tal-monosodju.

(3)

Kif stipulat fil-premessa 20 tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (“il-perjodu ta' investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' April 2010 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

2.   Proċedura sussegwenti

(4)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju antidumping proviżorju (“d-divulgazzjoni proviżorja”), għadd ta' partijiet interessati ressqu sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw l-opportunità li jinstemgħu.

(5)

Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti verbali u bil-miktub ippreżentati mill-partijiet interessati, u fejn xieraq, immodifikat is-sejbiet proviżorji skont dan.

(6)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet kollha bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha timponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja u tiġbor b'mod definittiv l-ammonti garantiti permezz ta' dazju proviżorju (id-“divulgazzjoni definittiva”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jagħmlu l-kummenti tagħom dwar il-konklużjonijiet definittivi.

(7)

Il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u tqiesu, fejn xierqa.

3.   Kampjunar

(8)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward il-metodu tal-kampjunar ta' importaturi mhux relatati, is-sejbiet proviżorji tal-premessi 7 sa 19 tar-Regolament proviżorju huma b'dan ikkonfermati.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(9)

Bħal ma hu stipulat fil-premessa 21 tar-Regolament proviżorju, il-prodott ikkonċernat huwa l-glutamat tal-monosodju (“MSG”) li joriġina mill-Indoneżja, li attwalment jaqa' fil-kodiċi NM ex 2922 42 00 (“il-prodott ikkonċernat”). L-MSG huwa addittiv tal-ikel u jintuża prinċipalment biex itejjeb it-togħma tas-sopop, tal-brodijiet, tal-platti bil-ħut u bil-laħam, taħlitiet ta' ħwawar u ta' ikel lest biex jittiekel. Huwa ppreżentat f'forma ta' kristalli bojod, mingħajr riħa ta' diversi daqsijiet. L-MSG huwa wkoll użat fl-industrija kimika għal applikazzjonijiet mhux tal-ikel bħal deterġenti. L-MSG huwa disponibbli f'diversi daqsijiet ta' ppakkjar, li jvarjaw minn pakketti għall-konsumaturi ta' 0,5 g għal basktijiet għal kwantitajiet kbar li jiżnu 1 000 kg. Daqsijiet iżgħar tal-ippakkjar jinbiegħu permezz tal-bejjiegħ bl-imnut lill-konsumaturi privati, filwaqt li d-daqsijiet akbar ta' 20 kg u aktar huma ddestinati għall-utenti industrijali. Barra minn hekk, jeżistu gradi differenti ta' purità. Madankollu, mhemm l-ebda differenza fil-karatteristiċi tal-glutamat tal-monosodju bbażata fuq id-daqs tal-pakkett jew il-grad ta' purità.

(10)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti dwar il-prodott ikkonċernat u l-prodott simili, il-konklużjonijiet li waslu għalihom fil-premessi 21 sa 25 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

C.   DUMPING

1.   Valur normali

(11)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra rigward il-valur normali, il-premessi 26 sa 31 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

2.   Prezz tal-esportazzjoni

(12)

Iż-żewġ produtturi esportaturi Indoneżjani li kkooperaw tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom li l-prezzijiet tal-bejgħ lill-kumpaniji relatati tagħhom kienu normali u li d-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni għandha għalhekk tkun ibbażata fuq il-prezz tal-bejgħ bejn il-produttur esportatur fl-Indoneżja u l-ewwel klijent relatat, iktar milli fuq il-prezz tal-esportazzjoni kostrutt.

(13)

B'appoġġ għal din id-dikjarazzjoni, iż-żewġ produtturi esportaturi argumentaw li ma kien hemm ebda evidenza dwar kumpens trasversali bejn prodotti jew spejjeż oħra imġarrba bejn il-kumpanija prinċipali fl-Indoneżja u l-kumpanniji relatati tagħhom. Il-konklużjonijiet fil-premessa 37 tar-Regolament proviżorju għalhekk ma kellhomx jibbażaw fuq dawn l-elementi.

(14)

Produttur esportatur wieħed sostna barra minn hekk, li l-kumpanija relatata tiegħu fl-Unjoni ma kinetx importatur imma intermedjarju li kien jerġa' jbigħ il-prodott fl-Unjoni qabel l-approvazzjoni doganali. Dan il-produttur esportatur argumenta li fuq il-bażi ta' dan, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa 37 tar-Regolament proviżorju, jiġifieri li l-prezz ta' trasferiment bejn kumpaniji relatati ma kienx f'livell li seta' jippermetti lill-importaturi relatati sabiex jagħmlu profitt raġonevoli fl-Unjoni, għaldaqstant ma jkunux applikabbli.

(15)

Mill-bidu, għandu jiġi nnutat li s-sempliċi fatt ta' assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur huwa biżżejjed biex il-Kummissjoni tkun tista' tittratta l-prezzijiet proprji tal-esportazzjoni bħala mhux affidabbli minħabba li l-eżistenza ta' assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur huwa wieħed minn numru ta' raġunijiet li għalihom il-prezzijiet tal-esportazzjoni attwali jista' jitqies bħala mhux affidabbli. Minħabba l-assoċjazzjoni bejn il-fornitur u l-importatur, il-prezzijiet mitluba minn fornitur lill-kumpanija relatata tiegħu fl-Unjoni huma prezzijiet ta' trasferiment li mhumiex ir-riżultat ta' negozjati distakkati li normalment jipprevalu bejn kumpaniji indipendenti. Barra minn hekk, huwa ċar li l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet ta' kumpanija relatata u marġni ta' profitt li tikseb tali kumpannija effettivament inaqqas l-ammont riċevut mill-produttur esportatur bl-istess mod daqskemm normalment jiġġarrab mill-importatur.

(16)

Barra minn hekk, fil-każ attwali l-investigazzjoni ddivulgat li dawn il-kumpaniji relatati ma jirrealizzawx marġni ta' profitt sostenibbli fl-Unjoni. F'dan ir-rigward, għandu jiġi l-ewwel innotat li marġni ta' profitt ta' importatur mhux relatat li kkoopera ma setax jintuża għax kien kunfidenzjali u għalhekk ma setax jiġi divulgat lill-kompetituri. Għalhekk, intuża (3) bħala parametru referenzjarju marġni ta' profitt li ntuża fi proċedura preċedenti dwar prodotti kimiċi oħra manifatturati minn kumpanija simili tal-industrija u importati fl-Unjoni taħt ċirkostanzi simili bħal f'dan il-każ. Dan il-marġni ta' profitt huwa l-aktar bażi oġġettiva disponibbli biex wieħed jasal għal stima sodisfaċenti ta' tal-prezz tal-esportazzjoni distakkat. Dan il-marġni raġonevoli ta' profitt użat kien ta' 5 %. Peress li l-profitt miksub minn kumpaniji relatati fl-Unjoni huwa ħafna inqas minn dan il-limitu, u fid-dawl tan-natura mhux sostenibbli ta' tali profitt, il-prezz tat-trasferiment ma setax jitqies bħala affidabbli.

(17)

Barra minn hekk, mhemmx neċessarjament bżonn ta' evidenza pożittiva li kumpens reċiproku jew ċerti spejjeż imġarrba u normalment merfugħa minn importatur imma mħallsa minn kwalunkwe parti effettivament ikunu seħħew bejn kumpaniji relatati. Kif imsemmi hawn fuq, dawn l-ispejjeż huma dejjem magħmula minn kumpanija relatata hekk kif tali kumpannija twettaq funzjonijiet ta' bejgħ u importazzjoni. Bħala konsegwenza tal-assoċjazzjoni bejn kumpaniji relatati, l-eżistenza ta' kumpens reċiproku permezz ta' prodotti oħra jew spejjeż bħal dawn ma jistgħux jiġu esklużi u għalhekk il-prezzijiet tat-trasferiment mhumiex affidabbli.

(18)

Lanqas ma huwa rilevanti jekk il-kumpanija relatata fl-Unjoni hix qed twettaq il-funzjonijiet kollha ta' importatur jew tabilħaqq xi funzjonijiet oħra. Il-kwistjoni relevanti hi jekk il-prezz tal-esportazzjoni fil-livell tal-fruntiera tal-Komunità huwiex affidabbli. Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 15, l-investigazzjoni preżenti ddivulgat li l-livelli ta' prezz bejn kumpaniji relatati ma jippermettix li kumpaniji relatati fl-Unjoni li jirrealizzaw marġni raġonevoli ta' profitt. L-ebda wieħed mill-esporaturi ma pprovdew l-ebda evidenza għaliex dan il-marġni ta' profitt ma jkunx xieraq u għalhekk, id-dikjarazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward għandhom jitqiesu bħala mhux sostanzjati. L-argument li waħda minn dawn il-kumpaniji relatati ma wettqitx il-funzjonijiet ta' importatur fl-Unjoni ma kienx meħtieġ minħabba li, kif imsemmi hawn fuq, il-funzjonijiet preċiżi l-kumpanija wettqet fl-Unjoni huma irrelevanti. Barra minn hekk, il-fatt li l-kumpanija wettqet biss ċerti funzjonijiet ta' importatur huwa neċessarjament rifless fl-ammont ta' bejgħ, spejjeż ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) tal-kumpaniji relatati iżda ċertament mhux fil-marġni ta' profitt użat. Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-fatt li ċertu attivitajiet jitwettqu minn kumpanija relatata qabel l-importazzjoni ma jfissirx li l-prezz tal-esportazzjoni ma jistax jinbena fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti bid-dispożizzjonijiet neċessarji li saru skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(19)

Wara d-divulgazzjoni finali, iż-żewġ produtturi esportaturi Indoneżjani li kkooperaw tennew l-argumenti tagħhom rigward id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni. Produttur esportatur wieħed ikkontesta l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa 15 li s-sempliċi fatt ta' assoċjazzjoni bejn l-esportatur u l-importatur huwa biżżejjed biex il-Kummissjoni tkun tista' tittratta l-prezzijiet proprji tal-esportazzjoni bħala mhux affidabbli u stqarr li dan imur kontra l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, l-istess produttur esportatur iddikjara li l-kunsiderazzjonijiet esposti fil-premessa 17 li ċerti spejjeż imġarrba minn kumpanija relatati hekk kif it-tali kumpannija twettaq funzjonijiet ta' bejgħ jew importazzjoni ma kinitx ibbażata fuq il-fatti tal-każ. Finalment, dan il-produttur esportatur sostna li l-Kummissjoni ma indirizzatx il-fatt li l-livelli tal-prezzijiet li l-kumpanija relatata u dawk lil klijenti indipendenti fl-Unjoni kienu simili.

(20)

Il-produttur esportatur l-ieħor sostna t-talba tiegħu li l-prezz tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-ewwel klijent indipendenti fuq il-fruntiera tal-Unjoni għandu jitqies għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni waqt li jenfasizza li l-kumpanija relatata kienet aġixxiet biss bħala intermedjarju u li fost oħrajn, l-approvazzjoni doganali kienet saret mill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni.

(21)

Bi tweġiba għal dawn l-argumenti, ta' min jinnota li skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkunsidrat li, fuq il-bażi tal-fatti tal-każ, il-prezzijiet tal-esportazzjoni għandhom ikunu mibnija skont l-assoċjazzjoni bejn l-esportaturi u partijiet relatati. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li dawn il-partijiet relatati ma kisbux marġni ta' profitt sostenibbli fl-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni. F'dan ir-rigward, il-funzjoni tal-kumpanija relatata fl-Unjoni mhijiex rilevanti meta jiġi ddeterminat jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni f'dan il-każ għandhom jiġu mibnija. Barra minn hekk, kif intqal fil-premessa 18 hawn fuq, il-fatt li l-kumpaniji relatati jwettqu biss ċerti funzjonijiet ma jipprekludix l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku iżda huwa rifless f'ammont aktar baxx ta' SG&A li għandu jitnaqqas mill-prezz li bih il-prodott ikkonċernat huwa mibjugħ mill-ġdid lill-ewwel xerrej indipendenti. Fl-aħħar nett, ta' min jinnota wkoll li l-produtturi esportaturi ma pprovdew l-ebda prova fattwali ġdida li tista' treġġa' lura dawn il-konklużjonijiet. Għal dak li jirrigwarda d-dikjarazzjoni dwar il-livell simili tal-prezz għal klijenti indipendenti relatati fl-Unjoni, ta' min jinnota li din id-dikjarazzjoni ġiet indirizzata fil-premessa 37 tar-Regolament provviżorju. L-investigazzjoni sabet li minkejja livelli simili tal-prezzijiet mal-konsumaturi indipendenti, il-prezzijiet ta' trasferiment bejn kumpaniji relatati ma kinux f'livell li jista' jippermetti lill-importaturi relatati jagħmlu profitt sostenibbli fl-Unjoni. Għalhekk, dawn l-argumenti ma għandhomx jiġu aċċettati.

(22)

L-argumenti li jikkonċernaw l-użu tal-prezzijiet tal-esportazzjoni mibnija fl-investigazzjoni preżenti għandu għalhekk ma għandux jiġi aċċettat.

(23)

L-istess żewġ produtturi esportaturi qalu li, jekk il-prezzijiet tal-esportazzjoni jkunu mibnija minkejja l-argumenti tagħhom imsemmija fil-premessi 12 sa 14, il-marġni ta' profitt raġonevoli ta' 5 % użat għall-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni kien sopravvalutat u li l-marġni ta' profitt reali ta' kumpaniji relatati tagħhom għandhom jintużaw minflok peress li l-prezzijiet bejn il-partijiet relatati kienu fl-istess livell bħal dawk tal-klijenti indipendenti.

(24)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet stabbiliti fil-premessi 15 sa 18 dwar l-affidabbiltà tal-prezzijiet ta' trasferiment u l-marġni tal-profitti tal-kumpanniji relatati fl-Unjoni, dan l-argument ma għandux jiġi aċċettat. Fi kwalunkwe każ, l-allowances għal spejjeż imġarrba skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku kienu bbażati fuq l-ispejjeż SG &a tal-kumpanija stess u għalhekk irriflettew l-attivitajiet ta' dawn il-kumpaniji, tkun xi tkun il-funzjoni tagħhom. Gћaldaqstant dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

(25)

Wieħed mill-produtturi esportaturi t'hawn fuq allega li, għal tranżazzjonijiet speċifiċi ma' kumpannija li mhix relatata mal-produttur esportatur, il-prezz tal-esportazzjoni kellu jiġi bbażat fuq il-prezz li fil-fatt tħallas jew jista' jitħallas skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni sabet, madankollu, li l-bejgħ ikkonċernat ma kienx bejgħ b'esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, it-tranżazzjonijiet ikkonċernati kienu esklużi mid-determinazzjoni tal-prezz ta' esportazzjoni. Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur ikkontesta din l-esklużjoni fuq il-bażi li l-Kummissjoni għandha tieħu in kunsiderazzjoni l-bejgħ kollu tal-prodott ikkonċernat fl-Unjoni prodott mill-produttur esportatur. Madankollu, il-bejgħ kollu lill-klijent indipendenti kkonċernati tqies għad-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni. Kwalunkwe tranżazzjoni sussegwenti minn dan klijent indipendenti għandha tiġi injorata għaliex l-ewwel ma humiex bejgħ tal-esportazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) u (9) tar-Regolament bażiku u t-tieni, hemm riskju ta' għadd doppju ta' dan il-bejgħ. Fuq din il-bażi, l-argument tal-produttur esportaturma ġiex aċċettat.

(26)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti oħra rigward id-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessi 32 sa 38 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.   Tqabbil

(27)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw ikkontestaw li l-ispejjeż imġarrba għall-ġarr tal-oġġetti mill-fabbrika għall-maħżen jitqiesu bħala spejjeż loġistiċi interni u b'hekk ma jaffettwax il-komparabbiltà tal-prezzijiet.

(28)

Wieħed mill-produtturi esportaturi kellhom diversi mħażen tad-distribuzzjoni fis-suq domestiku li minnhom intbgħat l-MSG lill-klijenti finali. Dan il-produttur esportatur saħaq li l-ispejjeż tat-trasport mill-fabbrika lejn l-imħażen għandhom jitqiesu bħala spejjeż domestiċi tal-merkanzija u jitnaqqsu mill-valur normali peress li l-ebda spejjeż bħala dawn ma jiġġarrbu fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni. Il-produttur esportatur l-ieħor sostna li f'xi każijiet l-ispiża biex tinġarr il-merkanzija lejn il-maħżen tista' tintrabat ma' fattura speċifika u għalhekk hija spiża diretta tal-bejgħ u din l-ispiża hija inkluża fil-prezz mitlub lill-klijenti, li taffettwa l-komparabilità tal-prezzijiet. Għalhekk għandha titnaqqas mill-valur normali.

(29)

L-imħażen huma kkunsidrati bħala parti mill-bini ta' produttur esportatur u biss mill-mument li prodott jiġi fil-maħżen huwa lest għall-bejgħ. Id-distanza tal-maħżen mill-fabbrika huwa irrilevanti, kif ukoll il-fatt jekk it-trasport mill-fabbrika fil-maħżen jistax jintrabat ma' tranżazzjoni speċifika ta' bejgħ domestiku peress li dawn huma spejjeż li normalment jiġġarrbu qabel il-bejgħ u għalhekk mhux spiża diretta tal-bejgħ li għandha effett fuq il-kumparabbiltà tal-prezz. Għaldaqstant, fuq il-bażi tal-Artikolu 2(10)(e) tar-Regolament bażiku, id-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward ma għandhomx jiġu aċċettati.

(30)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-produttur esportatur li kkoopera li esporta l-MSG permezz ta' kumpannija relatata barra l-Unjoni ddikjara li l-esportazzjoni tiegħu ma għandhiex tiġi aġġustata skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, billi l-kumpanija relatata barra l-Unjoni ma aġixxietx bħala aġent u li ma ħadmitx fuq bażi ta' kummissjoni. Il-produttur esportatur iddikjara wkoll iż-żieda fuq il-prezz tal-kumpanija relatata inkwistjoni, li servet bħala bażi għall-aġġustament li sar, ma taffetwax il-komparabilità tal-prezz minħabba li hi u tiffissal-prezz ta' esportazzjoni, il-Kummissjoni diġà kienet naqqset marġni raġonevoli ta' profitt fil-livell ta' kumpanija relatata fl-Unjoni li jkun ikopri kull marġni ta' profitt relatat ma' tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji kollha. Il-produttur esportatur iddikjara wkoll li jekk xejn, huma biss l-ispejjeż SG&A tal-kumpanija relatata barra l-Unjoni li għandhom jitnaqqsu mill-prezz tal-esportazzjoni ffissat.

(31)

L-investigazzjoni stabbiliet li l-kumpanija relatata li tinsab barra l-Unjoni żammet żieda fuq il-prezz għal kull bejgħ ta' esportazzjoni lejn l-Unjoni. Iż-żieda fuq il-prezz affettwat il-kumparabbiltà tal-prezzijiet, peress li nżammet biss fuq il-bejgħ ta' esportazzjoni u mhux fuq il-bejgħ fis-suq domestiku. Id-dikjarazzjoni li l-marġni tal-profitt tal-kumpannija relatata kien diġà kontabilizzat meta ġie ffissat il-prezz ta' esportazzjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma setgħetx tiġi aċċettata. Dan huwa minħabba li l-aġġustamenti skont l-Artikolu 2(9) u l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku għandhom għanijiet differenti, huma separati u distinti minn xulxin u rregolati b'regoli sustantivi differenti. L-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku għandu l-għan li jistabbilixxi prezz ta' esportazzjoni affidabbli filwaqt li l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku għandu l-għan li jiżgura komparabbiltà tal-prezz ta' esportazzjoni u l-valur normali. Ladarba l-prezz tal-esportazzjoni jkun ġie debitament stabbilit skont il-paragrafi (8) jew (9) tal-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, kwalunkwe aġġustament ulterjuri skont l-Artikolu 2(10) tagħha ma jibqax jikkonċerna l-prezz tal-esportazzjoni u bħala tali bl-ebda mod ma hu maħsub biex jiddetermina il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni bħala tali. Għalhekk, il-produttur esportatur li kkoopera ma jarax l-iskop tal-aġġustament skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, li huwa li jagħmel il-prezz paragunabbli mal-valur normali u ma jiddeterminax il-prezz tal-esportazzjoni bħala tali. Għalhekk, il-marġni ta' profitt raġonevoli mnaqqas skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku ma jkoprix kwalunkwe żieda fuq il-prezz irrealizzata fl-istess kanal tal-bejgħ. Fir-rigward tal-ammont li għandu jiġi aġġustat, l-aġġustament li sar jirrifletti ż-żieda fuq il-prezz realment imposta bejn kumpaniji relatati, u b'hekk fil-fatt jaffettwaw il-prezzijiet u il-kumparabbiltà tal-prezzijiet. Għaldaqstant, ma hemm l-ebda raġuni li jinbidel b'ammont teoretiku ieħor. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni hija intitolata li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li kumpannija relatata li tinsab barra l-Unjoni qed tirċievi ħlas (fil-forma ta' żieda fuq il-prezz miżmuma mill-kumpanija relatata fuq bejgħ fatturat lill-klijenti fl-Unjoni). Għal kumpanija relatata li tikkwalifika bħala impriża suġġetta għal taxxa korporattiva fil-pajjiż li jinsab barra l-Unjoni (li jkollu rata tat-taxxa korporattiva konsiderevolment anqas mill-Indoneżja) fuq dawk il-pagamenti, għandha tkun qed tiżvolġi attività ekonomika ġenwina hemmhekk. Bħala tali, il-produttur esportatur Indoneżjan ma jistax simultanjament ifittex li jiżgura trattament fiskali favorevoli li hu jikseb mill-preżenza tal-kumpanija relatata fil-pajjiż barra l-Unjoni u l-attività ekonomika ta' din tal-aħħar f'dik il-ġurisdizzjoni filwaqt li fl-istess ħin jikkontestata fil-kuntest ta' proċedimenti ta' anti-dumping li l-kumpanija relatata ma twettaq l-ebda attivitajiet ekonomiċi. Għalhekk, dawn id-dikjarazzjonijiet għandhom jiġu rifjutati.

(32)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur tenna d-dikjarazzjonijiet tiegħu rigward l-aġġustament taż-żieda fuq il-prezz tal-kumpanija relatata tiegħu u kkontesta li l-kunsiderazzjonijiet tat-taxxa għandhom jitqiegħdu fil-kuntest ta' investigazzjoni antidumping. Il-produttur esportatur idd-ikjara wkoll li filwaqt li ma jikkontestax li l-kumpanija relatata tiegħu kellha attivitajiet kummerċjali fil-pajjiż terz ikkonċernat, dawn kienu limitati fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, ġie sostnut li l-attivitajiet tal-kumpanija relatata kienu manifestament differenti minn dawk ta' aġent u ma kienet tirċievi ebda kummissjoni mill-produttur esportatur fir-rigward tal-bejgħ lejn l-Unjoni. Fl-aħħar nett, il-produttur esportatur tenna li meta kien qed jiġi ffissat il-prezz tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni kient diġà naqqset il-marġni ta' profitt raġjonevoli fil-livell tal-kumpanija relatata fl-Unjoni li tkun tkopri kull marġini ta' profitti relatat ma' tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji kollha. F'dan ir-rigward, il-produttur esportatur allega li fil-każ ta' bejgħ suċċessiv bejn kumpaniji relatati, tkun tabilħaqq il-prattika tal-Kummissjoni li tnaqqas biss il-marġni ta' profitt tal-kumpanija relatata li tbigħ direttament lill-klijent indipendenti fl-Unjoni iżda mhux il-marġini ta' qligħ mill-kumpaniji relatati oħrajn fuq l-istess kanal tal-bejgħ.

(33)

Ta' min jinnota li, f'dan il-każ, l-eżistenza ta' entità separata tat-taxxa tista' sservi bħala indikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi sinifikanti li jsiru mill-parti relatata li tinsab barra mill-Unjoni peress li attivitajiet bħal dawn huma meħtieġa taħt liġi tat-taxxa domestika. F'dan il-każ, u kif ġie spjegat fil-premessa 31 il-Kummissjoni kkunsidrat il-fatt li l-produttur esportatur ikkonċernat għandu parti relatata barra l-Unjoni b'attività ekonomika sinifikanti u l-fatt li l-parti relatata barra l-Unjoni naqqset iż-żieda fuq il-prezz għal kull tranżazzjoni ta' bejgħ tal-prodott ikkonċernat bejn partijiet relatati, u għalhekk affettwat il-paragonabilità tal-prezzijiet għall-esportazzjoni tal-MSG lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, kif issemma fil-premessa 31 l-ammont li fuqu kien ibbażat l-aġġustament irrifletta ż-żieda attwali ivverifikata fuq il-prezz imposta bejn kumpaniji relatati, u għalhekk ukoll irriflettiet b'mod preċiż l-attivitajiet tal-kumpanija relatata. Għalhekk, dawn l-argumenti ma għandhomx jiġu aċċettati.

(34)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, l-istess produttur esportatur oġġezzjona għall-aġġustament li sar għal kummissjonijiet imħallsa fuq il-prezz tal-esportazzjoni fejn iddikjara li dawn ma kinux spejjeż ta' bejgħ dirett, iżda mħallsa fuq bażi ta' darba fix-xahar, u b'hekk mhumiex marbuta ma' tranżazzjoni ta' bejgħ speċifiku u ma jaffettwawx il-komparabilità tal-prezzijiet. Dan il-produttur esportatur allega li kummissjonijiet imħallsa kellhom effett biss bejn kumpaniji relatati, u li għalhekk l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku ma jkunx applikabbli. Il-prodottur esportatur argumenta wkoll li, ibbażat fuq is-suppożizzjoni li dawn kienu kkunsidrati bħala entità ekonomika waħda mal-kumpanija relatata tiegħu, kwalunkwe trasferiment ta' flus fi ħdan din l-entità ekonomika ma jkunx spiża jew dħul għal din l-entità ekonomika.

(35)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li skont “ftehim ta' kummissjonijiet” bejn il-produttur esportatur u l-kumpanija relatata tiegħu, meta l-produttur esportatur fl-Indoneżja biegħ direttament lil klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni (minflok permezz tal-kumpanija relatata tiegħu), ġew dovuti kummissjonijiet. Il-kummissjoni li tħallset kienet marbuta direttament mal-valur nett tal-bejgħ. Bħala riżultat, ir-relazzjoni diretta bejn il-bejgħ u l-kummissjoni mħallsa affettwat il-komparabilità tal-prezzijiet skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku.

(36)

Fl-aħħar nett, is-suppożizzjoni li l-kumpaniji relatati kienu kkunsidrati bħala entità ekonomika waħda mhijiex eżatta. L-investigazzjoni stabbilixxiet li l-produttur esportatur stess kellu dipartiment tal-esportazzjoni kompletament funzjonali u ma hemm l-ebda duplikazzjoni ta' kompiti relatati mal-esportazzjoni bejn il-produttur esportatur u l-importatur relatat. Għalhekk il-kumpanija relatata ma tistax titqies bħala dipartiment ta' bejgħ intern u dawn l-argumenti ma għandhomx jiġu aċċettati.

(37)

Alternattivament, fil-każ li l-prezzijiet tal-esportazzjoni jkunu aġġustati skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku, il-produttur esportatur iddikjara li l-ammont tal-kummissjonijiet imħallsa għandu jiġi eskluż mill-ispejjeż SG&A tal-kumpanija relatata li kienu tnaqqsu mill-prezz tal-bejgħ mill-ġdid lill-ewwel klijent indipendenti fl-Unjoni skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. Madankollu, skont l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku, meta jiġi stabbilit prezz affidabbli għall-esportazzjoni l-ispejjeż kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid għandhom jitnaqqsu mill-prezz ta' bejgħ mill-ġdid lill-ewwel konsumatur indipendenti fl-Unjoni u ma hemm ebda bażi legali biex jiġu kkumpensati dawn l-ispejjeż minn kwalunkwe dħul kif mitlub mill-produttur esportatur. Barra minn hekk, l-ispejjeż SG&A ta' kumpanija relatata fl-Unjoni kienu jappartjenu għal kanal differenti ta' bejgħ (jiġifieri permezz tal-klijent relatat) mid-dħul minn kummissjoni li kienet marbuta mal-kanal ta' bejgħ lil klijenti mhux relatati. Fl-aħħar nett, l-aġġustament għal żieda fuq il-prezz skont l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku u d-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni skont il-paragrafi (8) jew (9) tal-istess Artikolu 2 għandhom għanijiet differenti u jirrappreżentaw żewġ stadji differenti ta' analiżi ta' dumping.

(38)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-produttur esportatur tenna d-dikjarazzjoniijiet tiegħu rigward il-Kummissjoni deskritti fil-premessa 35 u argumenta li tkun ħaġa inkonsistenti li wieħed jikkunsidra l-prezzijiet tat-trasferiment bejn il-partijiet relatati bħala mhux affidabbli min-naħa waħda u li jiġi aġġustat il-prezz tal-esportazzjoni abbażi ta' ftehim bejn il-partijiet relatati tal-Kummissjoni min-naħa l-oħra. Il-produttur esportatur kompla jikkontesta s-sejbiet stipulati fil-premessa 35 li l-kummissjoni li tħallset kienet direttament marbuta mal-valur nett tal-bejgħ u li għaldaqstant kien hemm relazzjoni diretta bejn il-bejgħ u l-kummissjoni mħallsa u b'hekk ġiet affettwata l-komparabilità tal-prezz, peress li kienet titħallas darba fix-xahar u d-dettalji tal-kalkolu tal-kummissjoni ma ġewx żvelati bejn il-partijiet.

(39)

Il-produttur esportatur la ssostanzja ulterjorment id-dikjarazzjonijiet u lanqas ipprovda xi informazzjoni fattwali li tappoġġja d-dikjarazzjoni tiegħu li tista' treġġa' lura l-konklużjonijiet imsemmijin hawn fuq. Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi 35 sa 37 huma kkonfermati.

(40)

Wara divulgazzjoni proviżorja, produttur li jesporta wieħed qal li għandu jsir aġġustament fuq il-valur normali għall-ispejjeż ta' promozzjoni u ta' inċentiv. Il-produttur esportatur argumenta li dawn l-ispejjeż ma jaqgħux fuq il-bejgħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni filwaqt li kellhom impatt dirett fuq il-prezz ta' bejgħ domestiku. B'sostenn ta' dan l-argument, il-produttur esportatur iddikjara li, għall-inqas f'ċerti każijiet, dawn l-ispejjeż jistgħu jkunu ttraċċati għal tranżazzjonijiet ta' bejgħ domestiku speċifiku. Fl-aħħar nett, dan il-produttur esportatur argumenta li l-ispejjeż promozzjonali u ta' inċentiv kienu jirriflettu l-livelli differenti ta' kummerċ fis-suq domestiku (fejn l-MSG jinbiegħ direttament lil bejjiegħa bl-imnut) fuq naħa waħda u l-bejgħ lejn l-Unjoni (li saru lil negozjanti u distributuri) min-naħa l-oħra.

(41)

L-investigazzjoni wriet li l-ispejjeż promozzjonali u ta' inċentiv kienu fil-biċċa l-kbira marbuta ma' kontijiet tal-klijenti u mhux ma' tranżazzjonijiet speċifiċi ta' bejgħ. Spejjeż promozzjonali u ta' inċentivi jiġġarrbu irrispettivament jekk il-prodott jinbiegħx jew le finalment. Barra minn hekk, l-investigazzjoni wriet li l-ispejjeż iddikjarati li huma marbuta ma' tranżazzjoni speċifika ta' bejgħ fil-fatt ma kinux riflessi fil-prezz. Fuq din il-bażi ġie konkluż li l-ispejjeż promozzjonali u ta' inċentivi ma għandhomx jaffettwaw il-prezzijiet u l-paragunabbità tal-prezz u li din id-dikjarazzjoni tiġi rrifjutata.

(42)

Produttur esportatur wieħed iddikjara li l-MSG ta' kristalli kbar (Id-daqs tal-malja) kellu karatteristiċi fiżiċi differenti u kien jinbiegħ f'livell differenti ta' kummerċ meta mqabbel mal-MSG esportat lejn l-Unjoni. Il-produttur esportatur argumenta għalhekk li l-MSG ta' kristalli kbar għandu jiġi eskluż mid-determinazzjoni tal-valur normali.

(43)

L-investigazzjoni stabbilixxiet li jrżistu diversi daqsijiet ta' malji: trab, fin, żgħir, regolari, u kbir. Id-daqsijiet kollha tal-malji huma inklużi fl-ambitu tal-prodott, peress li għandhom l-istess karatteristiċi, użu aħħari u huma interkambjabbli. Għalhekk, it-tipi ta' prodotti għandhom jiġu inklużi fid-determinazzjoni tal-valur normali. Barra minn hekk, l-investigazzjoni stabbiliet li d-daqsijiet tal-malji differenti ma kinux fatturi ta' spiża.

(44)

L-investigazzjoni wriet ukoll li l-klijenti fis-suq domestiku li xtraw malji kbar tal-MSG xtraw ukoll daqsijiet oħra tal-malji. Ma kien hemm l-ebda evidenza li d-differenza fil-prezz osservata għal maljikbar tal-MSG kienet marbut mal-karatteristiċi fiżiċi jew mal-livell ta' kummerċ peress li kien possibbli li ssir rabta bejn din id-differenza fil-prezzijiet ma' elementi oħrajn bħal konsumaturi u l-volumi mixtrija. Barra minn hekk, il-produttur esportatur ma kkwantifikax l-allegata differenza fil-karatteristiċi fiżiċi. Għaldaqstant, f'dan ir-rigward, l-argumenti satu għadhom jiġu rifjutati.

(45)

Fl-assenza ta' kwalukwe kummenti oħrajn rigward il-paragun, il-konklużjonijiet milħuqa fi premessi 39 sa 46 tar-Regolament proviżorju qed jiġu hawnhekk ikkonfermati.

4.   Marġni ta' dumping

(46)

Fl-assenza ta' kummenti, il-metodoloġija ġenerali użata għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping, kif stabbilit fil-premessi 47 sa 48 tar-Regolament proviżorju, huma kkonfermati.

(47)

Filwaqt li jitqiesu l-esklużjoni ta' ċerti tranżazzjonijiet mid-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni ta' produttur esportatur wieħed kif deskritt fil-premessa 25, u fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn, il-marġni ta' dumping definittivi, espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF (kost, assigurazzjoni u merkanzija) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta' dumping

PT. Cheil Jedang Indonesia

7,2 %

PT. Miwon Indonesia

13,3 %

Il-kumpaniji l-oħra kollha

28,4 %

D.   ĦSARA

1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(48)

Partijiet interessati tennew li l-Kummissjoni għandha teskludi lill-produttur tal-Unjoni li kkoopera mill-industrija tal-Unjoni minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' produttur esportatur fl-Indoneżja relatat miegħu. Kien argumentat li l-istampa tal-ħsara tista' tintlaqat minn din ir-relazzjoni.

(49)

Il-partijiet ikkonċernati ma ppreżentaw ebda informazzjoni jew evidenza ġdida f'dan ir-rigward. B'mod partikolari, huma ma ssostanzjawx id-dikjarazzjoni tagħhom fir-rigward ta' sa fejn l-istampa tal-ħsara setgħet kienet affettwata. Kif stipulat fil-premessa 53 tar-Regolament proviżorju, f'dan il-każ, ma hemmx bżonn li jiġi eskluż il-produttur tal-Unjoni li kkoopera mill-industrija tal-Unjoni minkejja r-relazzjoni tiegħu ma' produtturi esportaturi li ma kkoperawx fl-Indoneaja minħabba dan l-uniku produttur tal-Unjoni kkoopera bis-sħiħ mal-Kummissjoni waqt l-investigazzjoni u kien suġġett għal verifika sħiħa. Għalhekk, in-nuqqas tal-produttur esportatur Indoneżjan li jikkoopera fl-investigazzjoni ma kellu ebda impatt fuq il-mod kif tiżvolġi l-investigazzjoni. Gћaldaqstant dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

(50)

Wara d-divulgazzjoni, il-partijiet ikkonċernati tennew l-argument li l-produttur tal-Unjoni li kkoopera għandu jiġi eskluż mill-industrija tal-Unjoni minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni ta' produttur esportatur fl-Indoneżja relatat miegħu. Dawn il-partijiet argumentaw li n-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa ta' dan il-produttur esportatur relatat fl-Indoneżja seta' jaffettwa l-istampa tal-ħsara tal-industrija tal-Unjoni. Fis-sustanza, huma argumentaw li l-prezzijiet tal-MSG kellhom jiġu negozjati fuq bażi globali dinjija u li minħabba r-relazzjoni kien hemm riskju ta' kontro kumpens li jikkonsisti f'li jitbaxxew il-prezzijiet lill-klijenti fis-suq tal-Unjoni u li jintalbu prezzijiet ogħla f'suq ta' pajjiż terz. Billi ma jikkooperax mal-investigazzjoni, dan il-produttur esportatur relatat fl-Indoneżja jċċaħħad lill-Kummissjoni mill-possibbiltà li tivverifika jekk il-kontro kumpens seħħx.

(51)

Il-partijiet ikkonċernati illimitaw ruħhom għal li jqajmu l-argument iżda mingħajr ma jissostanzjawh b'ebda evidenza attwali. Fi kwalunkwe każ, fir-rigward tal-prezzijiet mitluba mill-produttur tal-Unjoni lill-klijenti tagħha fis-suq tal-Unjoni, li kienu vverifikati matul l-investigazzjoni, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li dawn il-prezzijiet tbaxxew għal raġunijiet ta' kontro kumpens. Għall-kuntrarju, kif imsemmi fil-premessa 100 tar-Regolament provviżorju, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja naqsu bi 8 % matul il-perjodu kkunsidrat, fatt li eżerċita pressjoni fis-suq tal-Unjoni b'tali mod li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħolli l-prezzijiet tagħha b'konformità maż-żieda fl-ispejjeż tagħha. Għalhekk l-industrija tal-Unjoni bħala entità sħiħa ġiet sfurzata biex tbaxxi l-prezzijiet tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant l-argument ġie rifjutat.

(52)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tad-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u l-produzzjoni tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi 50 sa (51) tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.   Konsum tal-Unjoni

(53)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, parti interessata waħda ddikjarat li d-deskrizzjoni tal-iżvilupp tal-konsum tal-Unjoni fil-premessa 55 tar-Regolament proviżorju ma kinitx kompluta. Partikolarment, din il-parti argumentat li t-tnaqqis fil-konsum minn FY2010/2011 sa FY2011/2012 kien minħabba l-fatt li l-importazzjonijiet mill-Vjetnam ġew sostitwiti b'importazzjonijiet irħas mill-Indoneżja u li għalhekk, il-klijenti fl-Unjoni, li allura ma kinux qed jistennew żidiet fil-prezzijiet, biegħu l-istokkijiet akkumulati tagħhom bil-konsegwenza li l-bejgħ b'mod ġenerali fl-Unjoni naqas.

(54)

Iċ-ċirkostanzi deskritti mill-parti interessata kkonċernata ma kkontradixxewx bħala tali l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa 55 tar-Regolament proviżorju li t-tnaqqis fil-konsum bejn FY2010/2011 u u FY2011/2012 kien dovut l-aktar għal tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. B'mod speċifiku, bejn FY2010/2011 u FY2011/2012, kemm il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu. Madankollu, filwaqt li l-importazzjonijiet totali naqsu biss bi 2 % (ara l-premessa 107 tar-Regolament proviżorju), il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b'16 % (premessa 72 tar-Regolament proviżorju). It-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ mill-industrija tal-Unjoni ħabat mat-tnaqqis tal-volum ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni kif muri fit-tabella fil-premessa 68 tar-Regolament proviżorju.

(55)

Madankollu, kif muri fit-tabella fil-premessa 104 tar-Regolament proviżorju, l-importazzjonijiet mill-Vjetnam bejn FY2010/2011 u FY2011/2012 żdiedu, b'kuntrast ma' dak li ddikjarat il-parti interessata kkonċernata, filwaqt li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, bħall-Brażil naqsu bi kważi 60 % matul l-istess perjodu. Is-suppożizzjoni li l-importazzjonijiet mill-Vjetnam ġew sostitwiti minn importazzjonijiet mill-Indoneżja għalhekk mhix ikkonfermata mis-sejbiet.

(56)

Barra minn hekk, il-parti interessata ma ssostansjatx id-dikjarazzjoni tagħha li l-utenti kellhom stokkijiet akkumulati qabel il-perjodu kkunsidrat u li huma biegħu dawn fi kwantitajiet miżjuda meta żdiedu l-importazzjonijiet mill-Indoneżja. Dawn l-allegazzjonijiet lanqas ma setgħu jiġu kkonfermati matul l-investigazzjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tal-parti interessata f'dan ir-rigward m'għandhomx jintlaqgħu.

(57)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-konsum tal-Unjoni, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi 52 sa 55 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(58)

Fin-nuqqas ta' kummenti dwar l-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi 56 sa 66 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(59)

Parti interessata minnhom iddikjarat li minkejja li l-volum tal-produzzjoni u l-utilizzazzjoni tal-kapaċità naqsu matul il-perjodu kkunsidrat, dan kien biss bħala konsegwenza ta' żieda sostanzjali qabel dan il-perjodu. Din il-parti ddikjarat li, għaldaqstant, it-tnaqqis fil-perjodu kkunsidrat ma kellux jiġi kkunsidrat bħala żvilupp negattiv u ma kienx se juri ħsara. Madankollu, huma biss it-tendenzi stabbiliti matul il-perjodu kkunsidrat li normalment jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat l-iżvilupp tal-indikaturi tal-ħsara. F'dan il-każ ma kien hemm l-ebda raġuni valida biex wieħed jiżvija minn din il-prattika u biex jivvaluta l-iżviluppi tal-indikaturi tal-ħsara fuq perjodu estiż. Għalhekk, dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

(60)

L-istess parti interessata allegat li l-inklużjoni possibbli ta' prodotti sekondarji setgħet żiedet b'mod artifiċjali l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni li wkoll kien ikollha impatt fuq il-profittabbiltà. L-allegazzjoni kienet skorretta. L-ispejjeż tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, inklużi l-prodotti sekondarji kienu soġġetti għal verifika u l-kompletezza u l-korrettezza tal-ispejjeż ġew stabbiliti b'mod sodisfaċenti. Għalhekk din id-dikjarazzjoni m'għandhiex tintlaqa'.

(61)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra dwar l-iżvilupp tal-indikaturi tal-ħsara, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi 67 sa 93 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

5.   Konklużjoni dwar il-ħsara

(62)

Parti interessata minnhom iddikjarat li mhux l-indikaturi kollha tal-ħsara wrew xejra negattiva u li l-eżistenza ta' tendenza negattiva fi ftit indikaturi tal-ħsara biss mhijiex suffiċjenti biex jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni sofriet ħsara materjali.

(63)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku mhux l-indikaturi kollha għandu jkollhom tendenza negattiva sabiex wieħed jasal għal konklużjoni dwar l-eżistenza tal-ħsara. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni kienet skorretta peress li l-investigazzjoni wriet li kważi l-indikaturi kollha tal-ħsara wrew tendenza negattiva matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk dawn id-dikjarazzjonijiet m'għandhomx jintlaqgħu.

(64)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' kull kumment ieħor, il-konklużjonijiet fil-premessi 94 sa 96 tar-Regolament proviżorju li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet ħsara materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku kienu kkonfermati.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Effett tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping

(65)

Parti waħda sostniet li minħabba s-sejbiet stabbiliti fil-premessa 66 tar-Regolament proviżorju, jiġifieri li l-medja peżata tal-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja kien bejn 0 % u 5 % matul il-perjodu ta' investigazzjoni, dawn l-importazzjonijiet ma setgħux ikkawżaw il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni minħabba li ma setax kellhom effett ta' pressjoni fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(66)

Din l-allegazzjoni ma kinitx appoġġjata mill-fatti tal-investigazzjoni. Kif spjegat fil-premessi 99 u 100 tar-Regolament proviżorju, l-importazzjonijiet li kienu l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja żdiedu b'mod sostanzjali matul il-perjodu kkunsidrat, kemm f'termini assoluti kif ukoll f'termini ta' sehem mis-suq. Din iż-żieda ħabtet ma' tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u s-sehem tas-suq tal-industrija tal-Unjoni. L-importazzjonijiet ta' tali kwantitajiet sostanzjali sfurzaw lill-industrija tal-Unjoni tbaxxi l-prezzijiet tal-bejgħ tagħha sabiex jiġu allinjati mal-livelli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Indoneżjani. B'riżultat ta' dan, il-marġnijiet ta' twaqqigħ tal-prezzijiet li nstabu kienu tabilħaqq baxxi. Madankollu, fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'pożizzjoni li tistabbilixxi l-prezzijiet tagħha skont iż-żieda fl-ispejjeż li jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fil-profitti tagħha matul il-perjodu kkunsidrat. Dan huwa kkonfermat mid-daqs tal-marġni ta' ħsara misjuba b'firxa ta' bejn l-24,9 % u s-47,0 % kif imsemmi fil-premessa 125. Gћaldaqstant dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

(67)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħra fir-rigward tal-effetti tal-importazzjonijiet li kienu oġġett ta' dumping, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi 98 sa 101 tar-Regolament proviżorju huma kkonfermati.

2.   Effett ta' fatturi oħrajn

2.1.   Effett ta' importazzjonijiet miċ-Ċina

(68)

Żewġ partijiet interessati allegaw li, kuntrarjament għall-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa 103 tar-Regolament proviżorju, l-importazzjonijiet Ċiniżi kellhom effett negattiv fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u kkontribwixxew għalhekk għal-ħsara materjali.

(69)

F'termini assoluti, il-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi baqgħu f'livelli baxxi matul il-perjodu kkunsidrat kif imsemmi fil-premessa 102 tar-Regolament proviżorju. Barra minn hekk, meta jittieħdu f'konsiderazzjoni d-dazji anti-dumping, il-prezzijiet ta' importazzjoni kienu f'livelli ogħla mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u ogħla wkoll mill-prezzijiet tal-importazzjoni Indoneżjani. L-allegazzjoni li l-importazzjonijiet Ċiniżi kkontribwixxew għal-ħsara materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni, fid-dawl tal-volumi tal-importazzjonijiet u l-prezzijiet tal-importazzjoni li oriġinaw miċ-Ċina, ma ntlaqgħetx.

(70)

Il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessi 102 u 103 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.2.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

(71)

Fin-nuqqas ta' kull kumment dwar l-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi 104 sa 108 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.3.   Żvilupp tal-konsum tal-Unjoni

(72)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja proviżorju, parti interessata waħda saħqet li t-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni seħħ fl-istess waqt tat-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni li għalhekk kien il-kawża prinċipali tal-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(73)

Kif stabbilit fil-premessa 109 tar-Regolament proviżorju, it-tnaqqis fil-konsum kien biss ta' 2 % filwaqt li t-tnaqqis fil-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni kien ta' 17 % matul il-perjodu kkunsidrat. Għaldaqstant, it-tnaqqis fil-konsum ħafna ma jistax jispjega t-tnaqqis ħafna ogħla fil-volum tal-bejgħ. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja żdiedu minkejja li l-konsum kien dejjem qed jonqos. Għalhekk din id-dikjarazzjoni m'għandhiex tiġi milqugħha.

(74)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa 109 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.4.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(75)

Fin-nuqqas ta' kull kumment rigward l-effett tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi 110 sa 112 kienu kkonfermati.

2.5.   Ineffiċjenzi allegati fl-industrija tal-Unjoni

(76)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, żewġ partijiet tennew li l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni kien minħabba l-allegati ineffiċjenzi inerenti fil-proċess tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni inkluż l-użu ineffiċjenti tar-riżorsi mill-industrija tal-Unjoni.

(77)

Dawn il-partijiet ma jispeċifikawx in-natura tal-allegati ineffiċjenzi. Kif stabbilit fil-premessa 113 tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ma xeħtet dawl fuq l-ebda ineffiċjenza potenzjali tal-industrija tal-Unjoni u d-dikjarazzjonijiet f'dan ir-rigward ma ntlaqgħux.

(78)

Wara l-iżvelar, parti interessata tenniet id-dikjarazzjonijiet tagħha rigward l-ineffiċjenzi tal-industrija tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, il-parti kkonċernata allegat li l-għeluq għall-manutenzjoni, l-integrazzjoni ta' kumpanija preċedenti affiljata tagħha, iż-żieda fl-ispiża tax-xogħol u investimenti importanti futuri u l-effett fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni ma ġewx investigati.

(79)

B'kuntrast ma' dak li ntqal, il-fatturi msemmija hawn fuq kienu tabilħaqq analizzati mill-Kummissjoni kif stabbilit fil-premessi 94 sa 96 (għeluq għall-manutenzjoni), 89 u 90 (integrazzjoni tal-kumpanija preċedenti affiljata), 91 kostijiet lavorattivi u 82 u 83 (investimenti) hawn taħt iżda ma ġiet indikata l-ebda ineffiċjenza potenzjali tal-industrija tal-Unjoni. Għaldaqstant, dan l-argument ma ġiex aċċettat.

(80)

Fin-nuqqas ta' kummenti oħrajn rigward dan ta' hawn fuq, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa 113 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.6.   Kriżi finanzjarja

(81)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward l-effett tal-kriżi finanzjarja, il-konklużjonijiet li ntlaħqu fil-premessa 114 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.7.   Investimenti u rekwiżiti ta' sikurezza regolatorja tal-UE

(82)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, parti interessata waħda ddikjarat li l-livell għoli ta' investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni kkawżaw il-ħsara. Din il-parti argumentat li huwa irrelevanti jekk l-investimenti kinux meħtieġa, peress li għandu jiġi analizzat biss l-effett tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u b'mod partikolari l-effett tagħhom fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

(83)

Din il-parti ma spjegatx sa liema punt l-investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni seta' kellhom impatt fuq il-profitt tagħhom. Kif deskritt fil-premessa 116 tar-Regolament proviżorju l-investimenti lisaru mill-industrija tal-Unjoni kienu bbażati fuq deċiżjonijiet kummerċjali raġonevoli li ma setgħux jitqiesu bħala mhux dovuti. Barra minn hekk, l-ispejjeż tal-investiment matul iż-żmien ikunu deprezzati u bħala tali ma kellhomx impatt sinifikanti fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tal-parti interessata f'dan ir-rigward ma ntlaqgħux.

(84)

Wara d-divulgazzjoni, din il-parti interessata tenniet id-dikjarazzjonijiet tagħha li l-ħsara kienet ikkawżata minn rekwiżiti regolatorji ta' sikurezza u l-livell għoli ta' investimenti magħmula mill-industrija tal-Unjoni biex tindirizza dawk ir-rekwiżiti. Huma tennew ukoll li huwa irrelevanti jekk dawn id-deċiżjonijiet kienux deċiżjonijiet raġonevoli kummerċjali u li l-analiżi kellha tieħu inkunsiderazzjoni biss l-effett fuq il-profitabbiltà. F'dan ir-rigward, fl-aħħar nett ġie ddikjarat li l-fatt li l-ispejjeż marbuta mal-investimenti ġew deprezzati matul iż-żmien kienet irrilevanti.

(85)

B'kuntrast ma' dak li ntqal, il-valutazzjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-effett tal-investimenti li jsiru fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Id-deprezzament tal-ispejjeż tal-investiment huwa fattur ta' spiża li huwa rilevanti fl-istabbiliment ta' profittabbiltà u għalhekk kellu jiġui kkunsidrat. Għaldaqstant, dan l-argument ġie rifjutat.

(86)

Fin-nuqqas ta' kwalunkwe kumment ieħor fir-rigward tal-effetti tal-investimenti u r-rekwiziti regolatorji tal-UE dwar is-sikurezza, il-konklużjonijiet stipulati fil-premessi 115 sa 116 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.8.   Spejjeż tal-materja prima u spejjeż oħra

2.8.1.   L-ispejjeż tal-produzzjoni

(87)

Waħda mill-partijiet interessati stqarret li l-profitabbiltà naqset minħabba ż-żieda parallela fl-ispiża tal-produzzjoni b'mod ġenerali. Għaldaqstant il-ħsara hija kkawżata minn din iż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni u mhux mill-importazzjonijiet mill-Indoneżja.

(88)

Kif stipulat fil-premessa 100 tar-Regolament proviżorju, ż-żieda tal-ispiża ta' produzzjoni ma setgħetx tiġi riflessa fil-prezz tal-bejgħ minħabba l-pressjoni tal-prezz eżerċitata mill-importazzjonijiet tal-MSG mill-Indoneżja. Għalhekk in-nuqqas tal-profitabbiltà hu dovut għaż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u dan l-argument ma għandux jiġi aċċettat.

2.8.2.   L-integrazzjoni ta' ex kumpanija affiljata

(89)

L-istess parti interessata ddikjarat li l-effetti tal-integrazzjoni ta' ex kumpanija affiljata fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni ma kinux analizzati. Din il-parti allegat li din l-integrazzjoni kellha impatt negattiv fuq il-profittabilità u għalhekk ikkawżat il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(90)

Il-Kummissjoni investigat ulterjormet l-effetti tal-integrazzjoni tal-ex kumpanija affiljata fuq l-indikaturi tal-ħsara rilevanti bħall-ispiża tal-produzzjoni, l-impjiegi, l-investiment u l-profitabilità. Ta' min jinnota li l-kumpanija affiljata inkwistjoni kienet involuta biss fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat. Instab li l-industrija tal-Unjoni kienet qiegħda tagħmel profitt matul is-sena finanzjarja li fiha saret l-integrazzjoni (FY2011/2012). Is-sena finanzjarja sussegwenti (FY2012/2013), il-profitabbiltà marret fin-negattiv. Madakollu dan ħabat fl-istess żmien maż-żieda tal-volum tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja li fil-fatt rduppjaw matul l-istess sena. Fuq din il-bażi, l-analiżi ma kkonfermatx li l-integrazzjoni tal-ex kumpanija affiljata kellha impatt negattiv sinifikanti fuq il-profittabbiltà u l-istqarrijiet magħmula f'dan ir-rigward m'għandhomx jintlaqgħu.

2.8.3.   Il-kostijiet lavorattivi

(91)

Bosta partijiet iddikjaraw li ż-żieda fl-ispejjeż tax-xogħol ikkawżat il-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li ż-żieda fl-ispejjeż totali kienet dovuta wkoll għaż-żieda fil-kost lavorattiv matul il-perjodu kkunsidrat, l-investigazzjoni wriet li l-impatt taż-żieda fil-kostlavorattiv fuq il-kost totali tal-produzzjoni ma kienx sinifikanti (iċ-ċifra preċiża ma tistax tingħata għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Fuq din il-bażi ż-żieda fil-kost lavorattiv ma setgħetx titqies responsabbli għall-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni u l-istqarrijiet magħmula f'dan ir-rigward magħandhomx jintlaqgħu.

(92)

Wara d-divulgazzjoni, parti interessata ddikjarat li l-kost lavorattiv m'għandux jiġi vvalutat b'mod iżolat, iżda l-impatt taż-żieda ta' diversi elementi ta' spejjeż meta teħodhom f'salt kellu jiġi kkunsisdrat.

(93)

Kif imsemmi fil-premessi 87 u 88, iż-żieda tal-ispiża tal-produzzjoni kollha kemm hi ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni u għalhekk l-argument f'dan ir-rigward ma ġiex aċċettat.

2.8.4.   Għeluq għall-manutenzjoni

(94)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li t-tnaqqis fil-produzzjoni u l-bejgħ kien dovut għall-għeluq għall-manutenzjoni tal-industrija tal-Unjoni li, min-naħa tiegħu, ikkawża tnaqqis fil-volum tal-bejgħ. Għalhekk it-tnaqqis fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma għandux jiġi attribwit lill-importazzjonijiet mill-Indoneżja.

(95)

L-investigazzjoni wriet li t-tnaqqis fil-produzzjoni bejn FY2012/2013 u l-perjodu ta' investigazzjoni tabilħaqq ħabat fl-istess żmien mal-għeluq imtawwal għall-manutenzjoni tal-produzzjoni, li madankollu kien imwettaq biss f'tentattiv biex titnaqqas ir-rata għolja ta' inventarji kkawżati mit-tnaqqis tal-bejgħ għas-snin preċedenti fil-perjodu kkunsidrat.

(96)

Għalhekk, it-tnaqqis fil-produzzjoni u l-bejgħ kien konsegwenza taż-żieda tal-importazzjonijiet tal-MSG oġġett ta' dumping mill-Indoneżja u dan l-argument ma għandux jintlaqa'.

(97)

Wara d-divulgazzjoni, parti interessata oħra tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li d-dannu kien dovut għall-għeluq għall-manutenzjoni u li kien irrelevanti jekk tali għeluq kienx meħtieġ jew le. Il-parti argumentat li huwa biss l-impatt ta' dan l-għeluq fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni li kellu jiġi kkunsidrat.

(98)

Kif imsemmi fil-premessi 95 u 96, l-għeluq għall-manutenzjoni kienu l-konsegwenza ta' tnaqqis fil-bejgħ li huma stess kienu konsegwenza taż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja. Għalhekk, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja jkunu tabilħaqq il-kawża tal-għeluq għall-manutenzjoni li għalhekk ma jistgħux jiġu evalwati b'mod awtonomu u ma jistgħux ikunu kkunsidrati li kisru r-rabta kawżali bejn dawn l-importazzjonijiet u l-ħsara li ġiet imġarrba. L-argument tal-parti interessata kkonċernata għalhekk ma ġiex aċċettat.

2.8.5.   Deprezzament tar-Rupiah Indoneżjan

(99)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja waħda mill-partijiet interessati ddikjarat li d-deprezzament r-Rupiah Indoneżjan bejn Jannar 2012 u Jannar 2014 ta lill-produtturi esportaturi vantaġġ komparattiv mhux relatat mad-deċiżjonijiet tal-ipprezzar tagħhom. Din il-parti ddikjarat li l-impatt ta' dan il-fattur għandu jiġi investigat.

(100)

F'dan il-kuntest, huwa mfakkar li l-effett probabbli tal-importazzjonijiet oġġett ta' dumping fuq il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni huwa essenzjalment eżaminat billi jkun stabbilit it-twaqqigħ tal-prezz, id-dipressjoni tal-prezzijiet u t-trażżin tal-prezzijiet. Għal dan l-iskop, il-prezzijiet tal-esportazzjoni ta' prodotti li huma l-oġġett ta' dumping u l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni huma mqabbla, u l-prezzijiet tal-esportazzjoni użati għall-kalkoli tal-ħsara jista' xi kultant ikollhom jinqalbu f'munita oħra sabiex ikun hemm bażi komparabbli. Konsegwentement, l-użu tar-rati tal-kambju f'dan il-kuntest jiżgura biss li d-differenza fil-prezz tkun stabbilita fuq bażi komparabbli. Minn dan, jidher ċar li f'dan il-każ ir-rata tal-kambju ma tistax titqies bħala fattur li jikkawż l-ħsara lill-industrija tal-Unjoni għaliex hija inseparabbli minn l-importazzjonijiet infushom. L-argument għalhekk għandu jiġi rifjutat.

2.8.6.   Konklużjonijiet

(101)

Fin-nuqqas ta' kull kumment ieħor rigward l-effett tal-ispejjeż tal-materja prima u spejjeż oħra, il-konklużjonijet stabbiliti fil-premessi 117 sa 120 tar-Regolament provviżorju kienu kkonfermati.

3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(102)

Fl-assenza ta' kwalukwe kummenti oħrajn rigward il-kawżalità, il-konklużjonijiet milħuqa fi premessi 121 sa 125 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

F.   INTERESS TAL-UNJONI

1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(103)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward l-interess tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi minn 127 sa 129 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.   Interess ta' importaturi/operaturi tas-suq

(104)

Fin-nuqqas ta' xi kummenti rigward l-interess ta' importaturi u operaturi tas-suq mhux relatati, il-premessi 130 sa 132 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

3.   Interess tal-utenti

(105)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, utent wieħed temm d-dikjarazzjoni tiegħu, deskritta fil-premessa 140 tar-Regolament proviżorju, li skontha l-konsum tal-Unjoni tal-MSG huwa mistenni li jiżdied b'mod sinifikanti, b'mod partikolari minħabba l-projbizzjoni tal-UE fuq il-fosfati u komposti oħra tal-fosfru li allegatament ikunu sostitwiti mill-MSG użati biex jipproduċu ż-żejt fis-settur mhux tal-ikel. Dan l-utent argumenta wkoll li l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni ma tkunx suffiċjenti biex tissodisfa d-domanda dejjem ikbar fis-suq tal-Unjoni. Din il-parti ddikjarat ukoll li żieda fil-konsum tkun ta' benefiċċju għall-industrija tal-Unjoni billi din se tkun kapaċi żżid il-volumi tal-bejgħ tagħha. L-istess utent tenna d-dikjarazzjoni tiegħu li ma jkunx hemm biżżejjed sorsi alternattivi ta' forniment, b'mod partikolari għaliex il-produtturi f'pajjiżi terzi oħra kienu wkoll parti mill-istess grupp ta' kumpanniji bħall-industrija tal-Unjoni u għalhekk makinux qed ifornu s-suq tal-Unjoni.

(106)

Kif spjegat fil-premessa 141 tar-Regolament proviżorju, huwa diffiċli li wieħed ibassar kif il-qafas regolatorju l-ġdid fl-Unjoni dwar il-projbizzjoni tal-fosfati u komposti tal-fosfru se jkollu impatt fuq l-industrija tal-Unjoni. B'mod partikolari, li l-parti kkonċernata ma pprovdiet ebda informazzjoni jew evidenza li turi jekk u sa liema punt dan l-avveniment se jagħti spinta lid-domanda tal-MSG fl-Unjoni.

(107)

L-investigazzjoni wriet li l-industrija tal-Unjoni kellha kapaċità żejda disponibbli u kienet f'pożizzjoni li żżid il-volum tal-produzzjoni tagħha u tipprovdi żieda fid-domanda tal-inqas parzjali fis-suq tal-Unjoni. Il-kapaċità totali tal-unjoni qabżet il-konsum totali fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(108)

Fir-rigward ta' sorsi alternattivi ta' provvista, u kif diġà ssemma fil-premessa 147 tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni ddivulgat li kien hemm produzzjoni tal-MSG f'diversi pajjiżi terzi. Fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat, jiġifieri FY2010/2011, is-sehem mis-suq ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra (pereżempju l-Brażil, il-Vjetnam u l-Korea) kien sostanzjali u naqas biss meta l-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi mill-Indoneżja żdiedu. L-investigazzjoni ddivulgat ukoll li diversi pajjiżi terzi kienu fornituri li ma jappartjenux għall-istess grupp bħall-industrija tal-Unjoni. Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra jistgħu jerġgħu jibdew jekk jiġu rranġati l-kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni.

(109)

Id-dikjarazzjonijiet li saru f'dan ir-rigward ma għanhomx jiġu aċċettati.

(110)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-istess parti interessata tenniet id-dikjarazzjoni tagħha li d-domanda tal-MSG kienet tiżdied b'mod sinifikanti fl-Unjoni minħabba l-projbizzjoni futura ta' fosfati u li l-industrija tal-Unjoni mhux se tkun kapaċi tipprovdi din id-domanda dejjem tiżdied fl-Unjoni. Madankollu, il-parti kkonċernata ma pprovdiet ebda informazzjoni jew evidenza ġdida u għalhekk din id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata.

(111)

L-istess parti interessata argumentat ukoll wara d-divulgazzjoni finali li l-Kummissjoni ma qisitx il-persentaġġ li l-MSG jirrapreżenta fl-ispejjeż totali tad-deterġenti. Madankollu, il-parti kkonċernata ma ppreżentat l-ebda element ġdid li kien jikkontradixxu s-sejbiet espressi fil-premessi 138 u 139 tar-Regolament provviżorju li skontu l-impatt possibbli tal-miżuri fuq din il-kumpanija jkunu limitati. Għaldaqstant l-argument ma ġiex aċċettat.

(112)

L-istess parti interessata finalment argumentat li l-ispejjeż addizzjonali għal industrija mhux tal-ikel u l-utenti ta' prodotti li mhumiex tal-ikel ġew injorati. Madankollu ma pprovdiet ebda informazzjoni jew evidenza ġdida u għalhekk din id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata.

(113)

Utent ieħor iddikjara li l-impatt fuq l-utenti tal-miżuri kontra l-Indoneżja u ċ-Ċina għandhom jiġu vvalutati b'mod kollettiv.

(114)

L-impatt taż-żewġ miżuri fuq l-utenti ġie analizzat b'mod partikolari fil-kuntest ta' disponibilità ta' sorsi alternattivi ta' provvista fil-premessa 147 tar-Regolament proviżorju. Kif imsemmi fil-premessa 108 din l-analiżi wriet li għadd ta' pajjiżi terzi kellhom il-potenzjal li jesportaw l-MSG lejn l-Unjoni. Dawn il-pajjiżi terzi kienu preżenti fis-suq tal-Unjoni qabel ma l-importazzjonijiet mill-Indoneżja li kienu oġġett ta' dumping, daħlu fl-Unjoni fi kwantitajiet akbar.

(115)

Ġie ddikjarat li l-utenti ma jkunux jistgħu jgħaddu l-ispejjeż addizzjonali ta' dazju anti-dumping lill-konsumatur finali, minħabba l-livell għoli ta' kompetittività fis-suq tal-Unjoni tal-prodotti alimentari lesti.

(116)

Kif imsemmi fil-premessi 135 sa 137 tar-Regolament proviżorju, rigward is-settur tal-ikel u tax-xorb, l-MSG jien jirrappreżenta biss madwar 5 % tal-ispiża totali tal-prodotti li jinkorporaw l-MSG mill-kumpaniji li kkooperaw. Dawn il-kumpaniji nstabu li kienu qed jagħmlu profitt. Il-parti interessata ma pprovdiet l-ebda tagħrif li seta' jikkontradixxi dawn ir-riżultati. Għalhekk, il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa 136 tar-Regolament proviżorju, li l-miżuri kien se jkollhom biss impatt limitat fuq dawn il-kumpaniji kienu kkonfermati u d-dikjarazzjoni li saret f'dan ir-rigward ma għandhiex tiġi aċċettata.

4.   Interess ta' fornituri ta' materja prima

(117)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, żewġ fornituri kkontestaw il-konklużjoni deskritta fil-premessa 143 tar-Regolament proviżorju fejn sostnew li l-għajbien tal-industrija tal-Unjoni kien ikollha impatt sinifikanti fuq l-attività ta' negozju tagħhom. Dawn il-fornituri argumentaw li l-effett ta' waqfien potenzjali l-produzzjoni tal-MSG tal-industrija tal-Unjoni kien ikollu effett detrimentali fuq in-negozju totali tagħhom, peress li l-impjanti taz-zokkor ma jkunux jistgħu jevitaw milli jipproduċu ċertu volum ta' ġulepp taz-zokkor u ġulepp magħqud, li l-industrija tal-Unjoni hija x-xerrej ewlieni tagħhom. Jekk iz-zokkor f'dawn il-forom jibqa' mhux mibjugħ, dan jaffettwa l-effiċjenza ġenerali tal-impjant in kwistjoni.

(118)

Madankollu, dawn id-dikjarazzjoni ma kinux issostanzjati u għalhekk ma setgħux jiġu kkunsidrati.

5.   Argumenti oħrajn

(119)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, parti interessata waħda tenniet il-kummenti tagħha dwar l-allegata pożizzjoni dominanti tal-industrija tal-Unjoni, fejn sostniet li bl-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-MSG, l-industrija tal-Unjoni jkollha vantaġġ komparattiv fis-suq tal-Unjoni. Madankollu, ma tressqet l-ebda evidenza ġdida biex issostni dawn id-dikjarazzjonijiet. Għalhekk, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessa 145 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati u d-dikjarazzjoni li saret f'dan ir-rigward ma għanhiex tiġi aċċettata.

6.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(120)

Fl-assenza ta' kwalukwe kummenti oħrajn rigward l-interess tal-Unjoni, il-konklużjonijiet milħuqa fi premessi 126 sa 148 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

G.   MIŻURI ANTIDUMPING DEFINITTIVI

1.   Livell ta' eliminazzjoni ta' ħsara (Marġni ta' ħsara)

(121)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja parti interessata minnhom ikkontestat il-profitt fil-mira użat sabiex jiġi stabbilit il-livell ta' eliminazzjoni tal-ħsara kif stabbilit fil-premessa 151 tar-Regolament proviżorju. Din il-parti argumentat li marġni ta' profitt ta' qabel it-taxxa ta' 3 % — 5 % ikun livell ta' profitt raġonevoli u relatat mas-suq fuq il-bażi tal-marġni ta' profitt nett qabel it-taxxa tal-produtturi tal-MSG f'żewġ pajjiżi Asjatiċi li saru fl-2013.

(122)

Il-marġni ta' profitt użat biex jiġi stabbilit il-livell tal-eliminazzjoni tal-ħsara jikkorrispondi mal-marġni ta' profitt li l-industrija tal-Unjoni setgħet b'mod raġonevoli tistenna li tikseb fil-kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni. Kif imsemmi fil-premessa 151 tar-Regolament proviżorju, l-importazzjonijiet mill-Indoneżja li kienu oġġett ta' dumping bdiet biss tipproduċi effetti matul it-tielet sena tal-perjodu kkunsidrat. Għalhekk kien ikkunsidrat raġonevoli li wieħed jistabbilixxi l-marġni ta' profitt b'referenza għall-ewwel sentejn tal-perjodu kkunsidrat.

(123)

Fl-assenza ta' kwalukwe kummenti oħrajn rigward il-livell tal-eleiminazzjoni tal-ħsara, il-konklużjonijiet milħuqa fil-premessi 150 sa 152 tar-Regolament proviżorju kienu kkonfermati.

2.   Miżuri definittivi

(124)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqin rigward id-dumping, il-ħsara, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, u skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, għandhom jiġu imposti miżuri antidumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-livell tal-marġni tad-dumping, skont ir-regola tad-dazju inferjuri. F'dan il-każ ir-rata ta' dazju individwali ta' produttur esportatur wieħed ġiet riveduta wara d-dispożizzjoni proviżorja, peress li ċerti tranżazzjonijiet kienu esklużi mid-determinazzjoni tal-prezz tal-esportazzjoni.

(125)

Fuq il-bażi ta' hawn fuq, ir-rata li biha se jiġu imposti dawn id-dazji hija stabbilita kif ġej:

Il-pajjiż

Kumpanija

Marġni ta' dumping

(%)

Marġni ta' ħsara

(%)

Dazju anti-dumping definittiv

(%)

L-Indoneżja

PT. Cheil Jedang Indonesia

7,2

[24,9-40,2]

7,2

L-Indoneżja

PT. Miwon Indonesia

13,3

[27,9-43,6]

13,3

L-Indoneżja

Il-kumpaniji l-oħra kollha

28,4

[31,4-47,0]

28,4

(126)

Ir-rati tad-dazju antidumping ta' kumpaniji individwali speċifikati f'dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta' din l-investigazzoni. Gћaldaqstant, dawn jirriflettu l-qagħda ta' dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn l-iskali ta' dazju huma esklussivament applikabbli għal importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u li hu manifatturat mill-entitajiet legali specifici msemmija. Il-prodotti importati magħmulin minn xi kumpanija oħra mhux speċifikament imsemmija b'isimha u l-indirizz tagħha fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma' dawk imsemmija b'mod speċifiku, għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. Huma ma għandhom ikunu soġġetti għal ebda rata ta' dazju antidumping individwali.

(127)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni ta' dawn ir-rati tad-dazju antidumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba għandha tkun indirizzata lill-Kummissjoni (4). It-talba għandu jkun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li wieħed juri li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpannija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika minn rata ta' dazju li tapplika għaliha, jiġi ppubblikat avviz ta' informazzjoni dwar il-bidla fl-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(128)

Sabiex jiġu minimizzati r-riskji ta' ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tkun żgurata l-applikazzjoni ta' dazji antidumping individwali. Kumpaniji b'dazji individwali tal-antidumping għandhomu jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. L-importazzjoni li ma tkunx akkumpanjata minn dik il-fattura se tkun soġġetta għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-'kumpaniji l-oħrajn kollha'.

(129)

Sabiex ikun żgurat l-infurzar xieraq tad-dazji antidumping, id-dazju antidumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha se japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx f'din l-investigazzjoni, iżda għal dawk il-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

3.   Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji

(130)

Fid-dawl tal-marġni ta' dumping misjuba u minħabba l-livell ta' ħsara kkważata lill-industrija tal-Unjoni, l-ammonti garantiti permezz tad-dazju antidumping proviżorju impost bir-Regolament proviżorju għandhom jinġabru definittivament,

(131)

Il-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku ma tax opinjoni.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju definittiv ta' antidumping huwa impost fuq l-importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju, li attwalment jaqgħu fil-kodiċi NM ex 2922 42 00 (kodiċi TARIC 2922 42 00 10) u li joriġinaw mill-Indoneżja.

2.   Ir-rati tad-dazju definittiv tal-antidumping applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati fit-tabella jkunu kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv %

Kodiċi addizzjonali TARIC

PT. Cheil Jedang Indonesia

7,2

B961

PT. Miwon Indonesia

13,3

B962

Il-kumpaniji l-oħra kollha

28,4

B999

3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 tkun skont il-preżentazzjoni ta' fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti bħala dazji ta' anti-dumping proviżorji skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 904/2014 għandhom jinġabru definittivament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 904/2014 tal-20 ta' Awwissu 2014 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' glutamat tal-monosodju li joriġina mill-Indoneżja, ĠU L 246, 21.8.2014, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1036/2010 tal-15 ta' Novembru 2010 li jimponi dazju antidumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' żeolit li joriġina mill-Bożnja Ħerzegovina (ĠU L 298, 16.11.2010, p. 27).

(4)   European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussel/Bruxelles, BELGIQUE/BELGIË.


ANNESS

Għandha tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej, fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3):

L-isem u l-kariga tal-uffiċjal tal-entità li qed joħroġ il-fattura kummerċjali;

Id-dikjarazzjoni li ġejja:

“Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) tal-glutamat tal-monosodju mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura, kien immanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi TARIC addizzjonali) fl-Indoneżja. Niddikjara li t-tagħrif provdut f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”

Data u firma


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/70


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/85

tal-21 ta' Jannar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)   ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

EG

285,0

IL

160,5

MA

126,0

TR

157,8

ZZ

182,3

0707 00 05

JO

241,9

MA

66,8

TR

179,2

ZZ

162,6

0709 91 00

EG

119,3

ZZ

119,3

0709 93 10

MA

235,4

TR

179,6

ZZ

207,5

0805 10 20

EG

50,2

MA

67,7

TN

52,0

TR

64,8

ZA

97,5

ZZ

66,4

0805 20 10

IL

141,6

MA

88,9

ZZ

115,3

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

115,2

JM

118,0

KR

153,2

MA

143,8

TR

114,1

ZZ

128,9

0805 50 10

TR

65,2

ZZ

65,2

0808 10 80

BR

65,4

CL

87,7

MK

24,4

US

185,5

ZZ

90,8

0808 30 90

CL

265,9

CN

92,1

US

138,7

ZZ

165,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/73


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/86

tal-21 ta' Jannar 2015

li jiffissa l-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni u l-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2015 fil-qafas tal-kwoti tariffarji miftuħin bir-Regolament (KE) Nru 616/2007 fis-settur tal-laħam tat-tjur

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188(1) u (3) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 (2) fetaħ kwoti tariffarji annwali għall-importazzjoni ta' prodotti tas-settur tal-laħam tat-tjur li joriġinaw mill-Brażil, mit-Tajlandja u minn pajjiżi terzi oħrajn.

(2)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat 30 ta' Ġunju 2015 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi ddeterminat sa liema punt jistgħu jinħarġu l-liċenzji tal-importazzjoni, billi jiġi stabbilit il-koeffiċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantitajiet mitluba, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (3).

(3)

Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin mill-1 sas-7 ta' Jannar 2015 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 huma ogħla mill-kwantitajiet disponibbli għal ċerti kwoti. Għaldaqstant, jixraq li jiġi determinat sa liema punt jistgħu jinħarġu d-dazji tal-importazzjoni, billi jiġi ffissat il-koefiċċjent tal-allokazzjoni li għandu jiġi applikat għall-kwantijiet mitluba, ikkalkolat skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2008 flimkien mal-Artikolu 7(2) tal-istess Regolament.

(4)

Sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni effiċjenti tal-miżura, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fil-parti A tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-kwantitajiet koperti mill-applikazzjonijiet għal dazji tal-importazzjoni mressqin skont ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015 għandhom jinħarġu skont il-koeffiċjent ta' allokazzjoni stipulat fil-parti B tal-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2007 tal-4 ta' Ġunju 2007 dwar il-ftuħ u l-mod ta' ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur tal-laħam tat-tjur li joriġina mill-Brażil, it-Tajlandja u pajjiżi terzi oħra (ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13).


ANNESS

PARTI A

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015

(%)

1

09.4211

0,401561

2

09.4212

0,975198

4A

09.4214

09.4251

0,954412

09.4252

6A

09.4216

0,449999

09.4260

0,997014

7

09.4217

8

09.4218

PARTI B

Numru tal-grupp

Numru tal-ordni

Koeffiċjent tal-allokazzjoni — applikazzjonijiet imressqin għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2015

(%)

5A

09.4215

0,661893

09.4254

09.4255

09.4256


DEĊIŻJONIJIET

22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/75


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/87

tal-21 ta' Jannar 2015

li taċċetta l-impenji offruti b'konnessjoni mal-proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet tal-aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-30 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) ħabbret, permezz ta' avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza u ta' rieżaminazzjonijiet interim parzjali (“rieżaminazzjonijiet”) tal-miżuri antidumping applikabbli għal importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ir-“RPĊ”).

(2)

Is-sejbiet u l-konklużjonijiet definittivi tar-rieżaminazzjonijiet huma stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 (3) li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-RPĊ wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku u ta' rieżaminazzjonijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(3)

Ta' min jinnota li l-miżuri fis-seħħ (4) għandhom il-forma ta' impenji għal ħames produtturi esportaturi, inkluż grupp ta' produtturi esportaturi li ġew aċċettati bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/899/KE (5) (“impenji attwalment fis-seħħ”).

2.   L-IMPENJI

(4)

Qabel l-adozzjoni tal-miżuri antidumping definittivi, l-istess ħames produtturi esportaturi li kkooperaw fir-RPĊ li huma partijiet għall-impenji attwalment fis-seħħ imsemmija fil-premessa 3 hawn fuq, jiġifieri COFCO Biochemical (Anhui), Jiangsu Guoxin Union Energy (li qabel kienet Yixing-Union Biochemical), il-grupp RZBC, TTCA u Weifang Ensign Industry, offrew impenji ta' prezzijiet ġodda skont l-Artikolu 8 tar-Regolament bażiku bil-għan li jissostitwixxu l-impenji attwalment fis-seħħ.

(5)

Bħal ma huwa l-każ fl-impenji attwalment fis-seħħ, f'dawn l-offerti ta' impenji rieżaminati, il-produtturi esportaturi offrew li jbiegħu aċidu ċitriku daqs jew ogħla mil-livelli tal-prezzijiet li jeliminaw l-effetti dannużi tad-dumping rieżaminati.

(6)

Barra minn hekk, l-offerti jipprovdu għall-indiċjar tal-prezzijiet ta' importazzjoni minimi billi l-prezzijiet tal-aċidu ċitriku varjaw b'mod sinifikanti qabel, matul u wara l-perjodu ta' investigazzjoni. L-indiċjar isir skont il-kwotazzjonijiet pubbliċi tal-qamħirrum fl-UE, il-materja prima ewlenija normalment użata fil-produzzjoni tal-aċidu ċitriku.

(7)

Barra minn hekk, il-produtturi esportaturi, biex inaqqsu r-riskju ta' vjolazzjoni tal-prezz permezz ta' kumpens trasversali tal-prezzijiet, offrew li jirrappurtaw il-bejgħ kollu mhux tal-UE lil dawk il-konsumaturi li l-organizzazzjoni jew l-istruttura tagħhom testendi lil hinn mill-UE, f'każ li l-produttur esportatur ibiegħ lil tali konsumatur fl-UE.

(8)

Il-produtturi esportaturi se jipprovdu wkoll lill-Kummissjoni tagħrif regolari u dettaljat dwar l-esportazzjonijiet tagħhom lejn l-UE, li jfisser li l-impenji jistgħu jiġu sorveljati b'mod effettiv mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-istruttura tal-bejgħ ta' dawn il-kumpaniji hija tali li l-Kummissjoni tqis li r-riskju ta' ċirkomvenzjoni tal-impenji miftiehma huwa limitat.

(9)

Hu nnutat ukoll li l-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importaturi u l-Esportaturi tal-Metalli, il-Minerali u l-Kimiki (“CCCMC”) qed tingħaqad mal-ħames kumpaniji msemmija fil-premessa 4, u li għalhekk il-CCCMC se jkollha wkoll rwol attiv fil-monitoraġġ tal-impenji.

(10)

Fid-dawl ta' dan, l-impenji offruti mill-produtturi esportaturi u l-CCCMC huma aċċettabbli.

(11)

Biex il-Kummissjoni tkun tista' tissorvelja b'mod effettiv il-konformità tal-kumpaniji mal-impenji, meta t-talba għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont l-impenji titressaq quddiem l-awtorità doganali rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju antidumping tkun tiddependi fuq il-preżentazzjoni ta' fattura li jkun fiha għall-inqas it-tagħrif elenkat fl-Anness għar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/82. Dan il-livell ta' tagħrif huwa wkoll meħtieġ sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jaċċertaw bi preċiżjoni suffiċjenti li l-konsenja tikkorrispondi mad-dokumenti kummerċjali. Meta l-ebda fattura bħal din ma tiġi ppreżentata, jew meta l-kundizzjonijiet l-oħra previsti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni msemmi hawn fuq ma jintlaħqux, minflok titħallas ir-rata xierqa ta' dazju antidumping.

(12)

Biex jiġi iktar żgurat ir-rispett tal-impenji, l-importaturi ġew mgħarrfa bir-Regolament ta' Implimentazzjoni msemmi hawn fuq, li jekk ma jintlaħqux il-kundizzjonijiet previsti b'dan ir-Regolament, jew il-Kummissjoni tirtira l-aċċettazzjoni tal-impenji, dan jista' jwassal għal dejn doganali għat-tranżazzjonijiet rilevanti.

(13)

Fil-każ ta' ksur jew irtirar tal-impenn, jew fil-każ ta' rtirar tal-aċċettazzjoni tal-impenn mill-Kummissjoni, id-dazju antidumping impost skont l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku japplika awtomatikament skont l-Artikolu 8(9) tar-Regolament bażiku.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-impenji offruti mill-produtturi esportaturi msemmija hawn taħt flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża tal-Importaturi u l-Esportaturi tal-Metalli, il-Minerali u l-Kimiki, b'rabta mal-proċediment antidumping dwar importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, b'dan qed jiġu aċċettati.

Pajjiż

Kumpanija

Kodiċi Addizzjonali Taric

Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

COFCO Biochemical (Anhui) Co., Ltd — No 1 Daquing Road, Bengbu City 233010, Anhui Province

A874

Manifatturat minn RZBC Co., Ltd. — No 9 Xinghai West Road, Rizhao City, Shandong Province, PRC u mibjugħ mill-kumpanija tal-bejgħ relatata tiegħu RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd. — No 66 Lvzhou South Road, Rizhao City, Shandong Province

A926

Manifatturat minn RZBC (Juxian) Co., Ltd. — No 209 Laiyang Road (West Side of North Chengyang Road), Juxian Economic Development Zone, Rizhao City, Shandong Province, PRC u mibjugħ mill-kumpanija tal-bejgħ relatata tiegħu RZBC Imp. & Exp. Co., Ltd. — No 66 Lvzhou South Road, Rizhao City, Shandong Province

A927

TTCA Co., Ltd. — West, Wenhe Bridge North, Anqui City, Shandong Province

A878

Jiangsu Guoxin Union Energy Co., Ltd. — No 1 Redian Road, Yixing Economic Development Zone, Jiangsu Province

A879

Weifang Ensign Industry Co., Ltd. — No 1567 Changsheng Street, Changle, Weifang, Shandong Province

A882

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2008/899/KE hija b'dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)   ĠU C 351, 30.11.2013, p. 27.

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/82 tal-21 ta' Jannar 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 u ta' rieżamijiet interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ara l-paġna 8 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).

(4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1193/2008 tal-1 ta' Diċembru 2008 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazji provviżorji imposti fuq l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/899/KE tat-2 ta' Diċembru 2008 li taċċetta l-impenji offruti b'rabta mal-proċediment tal-anti-dumping dwar l-importazzjonijiet ta' aċidu ċitriku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 62).


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/78


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 153/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim ŻEE [2015/88]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/52/UE tal-20 ta' Diċembru 2012, li tistabbilixxi miżuri li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent ta' preskrizzjonijiet mediċi maħruġa fi Stat Membru ieħor, (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness X ta' mal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied ma' punt 1c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/130/UE) tal-Anness X għall-Ftehim ŻEE:

“2.

32011 L 0024: Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

Bla ħsara għall-iżviluppi futuri mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, għandu jiġi nnutat li l-atti li ġejjin mhumiex inkorporati fil-Ftehim ŻEE:

(a)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 859/2003 tal-14 ta' Mejju 2003 li jestendi d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u r-Regolament (KEE) Nru 574/72 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawk id-dispożizzjonijiet unikament minħabba ċ-ċittadinanza tagħhom,

(b)

Ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawn ir-Regolamenti unikament minħabba ċittadinanza tagħhom.

Għaldaqstant kull referenza għal dawn l-atti m'għandhiex tapplika għall-Istati tal-EFTA.

2a.

32012 L 0052: Direttiva ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/52/UE tal-20 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi miżuri li jiffaċilitaw ir-rikonoxximent ta' preskrizzjonijiet mediċi maħruġa fi Stat Membru ieħor (ĠU L 356, 22.12.2012, p. 68).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva ta' Implimentazzjoni 2012/52/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45.

(2)   ĠU L 356, 22.12.2012, p. 68.

(*1)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/80


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 154/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE [2015/89]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 41c (ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32013 R 1316: Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/81


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 155/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2015/90]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/288/UE tat-13 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/30/UE dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità u s-sistemi ta' investigazzjoni u penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar ta' ċerti pajjiżi terzi kif ukoll dwar perjodu tranżizzjonali għall-attivitajiet tal-awditjar ta' awdituri u entitajiet tal-awditjar minn ċerti pajjiżi terzi fl-Unjoni Ewropea (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied mal-punt 10fd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32013 D 0288: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/288/UE tat-13 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 163, 15.6.2013, p. 26).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/288/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 163, 15.6.2013, p. 26.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 155/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li tinkorpora d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/288/UE fil-Ftehim ŻEE

“Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/288/UE tat-13 ta' Ġunju 2013 titratta l-ekwivalenza għal pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija bla ħsara għall-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.”


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/83


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 156/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda l-Anness XXII (Liġi dwar il-kumpaniji) tal-Ftehim ŻEE [2015/91]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/281/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-ekwivalenza tas-sistema tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 10fd (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/30/UE) tal-Anness XXII tal-Ftehim ŻEE:

“10fe.

32013 D 0280: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 4).

10ff.

32013 D 0281: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/281/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-ekwivalenza tas-sistema tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 161, 13.6.2013, p. 8).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/280/UE u 2013/281/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-10 ta' Lulju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 161, 13.6.2013, p. 4.

(2)   ĠU L 161, 13.6.2013, p. 8.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 156/2014 tad-9 ta' Lulju 2014 li tinkorpora d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE u 2013/281/UE fil-Ftehim ŻEE

“Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/280/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Unit tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/281/UE tal-11 ta' Ġunju 2013 dwar l-ekwivalenza tas-sorveljanza pubblika, l-aċċertament tal-kwalità, u s-sistemi tal-investigazzjoni u l-penali għall-awdituri u l-entitajiet tal-awditjar tal-Istati Uniti tal-Amerika skont id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tittratta r-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi. L-inkorporazzjoni ta' dawn id-Deċiżjonijiet hija mingħajr ħsara għall-kamp ta' applikazzjoni tal-Ftehim ŻEE.”


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/85


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 157/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/92]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (1).

(2)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex ikun possibbli li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 2 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1316: Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129).

L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw biss fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet tal-Faċilità Nikkolegaw l-Ewropa.

Il-Liechtenstein jingħata eżenzjoni milli jipparteċipa fil-programm u milli jħallas kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/86


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 158/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet [2015/93]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014 sa 2020 (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 5, il-kliem “, fil-programm imsemmi fl-erbatax-il inċiż mill-1 ta' Jannar 2014” jiddaħħlu wara l-kliem “fil-programm imsemmi fit-tlettax-il inċiż mill-1 ta' Jannar 2012”.

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-paragrafu 8:

“—

32013 R 1381: Ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm ta' Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62).

Il-Liechtenstein jipparteċipa biss fl-attivitajiet li jistgħu jirriżultaw mil-linja baġitarja 33 01 04 01 għall-programm Nefqa ta' sostenn għal Drittijiet u Ċittadinanza u mil-linja baġitarja 33 02 02 għall-programm Promozzjoni tan-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza.

In-Norveġja tingħata eżenzjoni milli tipparteċipa fil-programm u milli tħallas kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 354, 28.12.2013, p. 62.

(*1)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huwa indikat.


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/87


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 159/2014

tad-9 ta' Lulju 2014

li temenda ċerti Annessi u Protokolli tal-Ftehim ŻEE [2015/94]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 128 tal-Ftehim ŻEE jistipula li kwalunkwe Stat Ewropew li jsir membru tal-Unjoni Ewropea għandu japplika sabiex isir Parti mill-Ftehim ŻEE, u li t-termini u l-kundizzjonijiet għal din il-parteċipazzjoni jkunu soġġetti għal ftehim bejn il-Partijiet Kontraenti u l-Istat applikant.

(2)

Wara li ntemmu b'suċċess in-negozjati għat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Kroazja (“il-Parti Kontraenti l-Ġdida”) issottomettiet l-applikazzjoni sabiex issir parti mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Il-Ftehim dwar il-parteċipazzjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fiż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (“Il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE”) ġie ffirmat fil-11 ta' April 2014.

(4)

Skont l-Artikolu 1(2) tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE, kif emendati mid-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottati qabel it-30 ta' Ġunju 2011, mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, jorbtu lill-Parti Kontraenti l-Ġdida bl-istess kundizzjonijiet li dawn jorbtu lill-Partijiet Kontraenti attwali u skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE.

(5)

Mit-30 ta' Ġunju 2011, numru ta' atti tal-UE ġew inkorporati fil-Ftehim ŻEE permezz ta' deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

(6)

Sabiex tiġi garantita l-omoġeneità tal-Ftehim ŻEE u ċ-ċertezza tad-dritt għal individwi u operaturi ekonomiċi, jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-atti tal-UE li għalihom hemm riferiment jew qegħdin fid-deċiżjonijiet imsemmija hawn fuq jorbtu lill-Parti Kontraenti l-Ġdida minn meta jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE.

(7)

Skont l-Artikolu 3(5) tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, fejn ikunu meħtieġa adattamenti tal-atti tal-UE inkorporati fil-Ftehim ŻEE qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE minħabba l-parteċipazzjoni tal-Parti Kontraenti l-Ġdida, u dawn l-adattamenti ma kinux previsti fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, dawn ser ikunu indirizzati skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Skont l-Artikolu 4(2) tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, kwalunkwe arranġament ta' rilevanza għall-Ftehim ŻEE msemmi jew adottat abbażi tal-Att dwar il-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2) (“L-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011”), li mhuwiex rifless fil-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, ser ikun indirizzat skont il-proċeduri stabbiliti fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Skont il-Protokoll 44 tal-Ftehim ŻEE dwar il-mekkaniżmi ta' salvagwardja għat-tkabbir taż-Żona Ekonomika Ewropea, imdaħħal fil-Ftehim ŻEE permezz tal-Artikolu 2(2) tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, il-proċedura dwar it-teħid tad-deċiżjonijiet prevista mill-Ftehim ŻEE tkun applikabbli għal deċiżjonijiet li jittieħdu mill-Kummissjoni Ewropea fl-applikazzjoni tal-Artikolu 38 tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011.

(10)

L-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(11)

L-emendi tar-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (3) previst mill-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għandhom isiru parti mill-Ftehim ŻEE.

(12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2013 tal-24 ta' Mejju 2013 li jadatta r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 788/2012 fir-rigward tan-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati mill-Kroazja għall-kombinazzjonijiet ta' prodotti/pestiċidi (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, id-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta' Frar 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-moviment tal-persuni, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, id-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, is-sajd, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, il-politika soċjali u l-impjiegi, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, u l-politika barranija, tas-sigurtà u tad-difiża, minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi miżuri ta' tranżizzjoni fir-rigward tal-mudell ta' passaport maħruġ fil-Kroazja għall-klieb, qtates u l-inmsa (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(17)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/16/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-akkwist pubbliku, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(18)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(19)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/18/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(20)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/20/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika tas-sigurtà tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(21)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/21/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta d-Direttiva 67/548/KEE u d-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(22)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-politika dwar it-trasport, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(23)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/23/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(24)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (16) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(25)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat-13 ta' Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (17) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(26)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/26/UE tat-8 ta' Frar 2013 li tadatta ċerti Direttivi fil-qasam tal-politika tas-sikurezza tal-ikel, veterinarja u fitosanitarja, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (18) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(27)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/290/UE tal-14 ta' Ġunju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (19) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(28)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/291/UE tal-14 ta' Ġunju 2013 li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta' Lulju 2013 (20) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(29)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/346/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Kroazja għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta' tjur u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (21) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(30)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/347/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-pjanijiet ta' kontinġenza sottomessi mill-Kroazja għall-kontroll ta' ċerti mard tal-annimali (22) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(31)

Billi l-Ftehim ŻEE jestendi s-suq intern għall-Istati tal-EFTA, sabiex ikun hemm funzjonament tajjeb tas-suq intern huwa meħtieġ li din id-deċiżjoni tibda tapplika u tidħol fis-seħħ mingħajr dewmien żejjed.

(32)

Billi l-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE għadu ma daħalx fis-seħħ, iżda hu applikabbli fuq bażi proviżorja, din id-Deċiżjoni wkoll għandha tapplika proviżorjament, sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbbir taż-ŻEE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE adottati wara it-30 ta' Ġunju 2011 huma vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti Ġodda.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE msemmija fl-Artikolu 1 ikunu mfassla u awtentikati mill-Partijiet Kontraenti fil-lingwa Kroata.

Artikolu 3

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 9 (ir-Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXVII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

1 2012 J003: L-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, adottat fid-9 ta' Diċembru 2011 (ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21).”

Artikolu 4

L-arranġamenti tranżitorji msemmija fl-Anness I ta' din id-Deċiżjoni huma inkorporati u integrati fil-Ftehim ŻEE.

Artikolu 5

1.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness II ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 R 0517: Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).”

2.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 R 0519: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2013 tal-21 ta' Frar 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 74).”

3.   Jekk inċiż imsemmi fil-paragrafi preċedenti jkun l-ewwel inċiż miżjud fil-punt inkwistjoni, dan jiġi preċedut mill-kliem “, kif emendat bi:”.

Artikolu 6

1.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0015: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/15/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 172).”

2.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness V ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0016: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/16/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 184).”

3.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness VI ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0017: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 193).”

4.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness VII ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0018: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/18/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 230).”

5.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness VIII ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0020: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/20/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 234).”

6.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness IX ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0021: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/21/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 240).”

7.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness X ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0022: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/22/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 356).”

8.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness XI ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0023: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/23/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 362).”

9.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness XII ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0024: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/24/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 365).”

10.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness XIII ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0025: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/25/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 368).”

11.   L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti tal-Annessi u l-Protokolli tal-Ftehim ŻEE elenkati fl-Anness XIV ta' din id-Deċiżjoni:

“—

32013 L 0026: Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/26/UE tat-13 ta' Mejju 2013 (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 376).”

12.   Jekk l-inċiż imsemmi fil-paragrafi preċedenti ikun l-ewwel inċiż miżjud fil-punt inkwistjoni, dan jiġi preċedut mill-kliem “, kif emendat bi:”.

13.   L-adattamenti oħra meħtieġa minħabba l-atti inkorporati fil-paragrafi preċedenti huma elenkati fil-Parti II tal-Annessi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 7

1.   L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) fil-Parti 1.2 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 0290: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/290/UE tal-14 ta' Ġunju 2013 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 22).”

2.   L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 74 (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 788/2012) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0481: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2013 tal-24 ta' Mejju 2013 (ĠU L 139, 25.5.2013, p. 5).”

3.   Jekk l-inċiż imsemmi fil-paragrafi preċedenti jkun l-ewwel inċiż miżjud fil-punt inkwistjoni, dan jiġi preċedut mill-kliem “, kif emendat bi:”.

Artikolu 8

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 121 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/803/KE) fil-Parti 1.2:

“L-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-att li ġej japplikaw:

32013 R 0656: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fir-rigward tal-mudell ta' passaport maħruġ fil-Kroazja għall-klieb, qtates u l-inmsa (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 35).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1 taħt l-intestatura dwar l-arranġamenti tranżitorji:

“—

32013 D 0291: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/291/UE tal-14 ta' Ġunju 2013 li tistipula miżuri tranżitorji għal ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali koperti mir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill introdotti fil-Kroazja minn pajjiżi terzi qabel l-1 ta' Lulju 2013 (ĠU L 164, 18.6.2013, p. 25).”

3.

Taħt l-intestatura “ATTI LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI TAL-EFTA U MILL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA” fil-Parti 4.2, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 58 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/17/KE):

“59.

32013 D 0346: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/346/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-pjan ippreżentat mill-Kroazja għall-approvazzjoni ta' stabbilimenti għall-finijiet ta' kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta' tjur u bajd għat-tfaqqis skont id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 12).

Dan l-att ma japplikax għall-Islanda.”

4.

Taħt l-intestatura “ATTI LI JRIDU JIĠU KKUNSIDRATI MILL-ISTATI TAL-EFTA U MILL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA” fil-Parti 3.2, il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 48 (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/764/UE):

“49.

32013 D 0347: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/347/UE tat-28 ta' Ġunju 2013 li tapprova l-pjanijiet ta' kontinġenza sottomessi mill-Kroazja għall-kontroll ta' ċerti mard tal-annimali (ĠU L 183, 2.7.2013, p. 13).

Dan l-att ma japplikax għall-Islanda.”

Artikolu 9

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 481/2013, (UE) Nru 517/2013, (UE) Nru 519/2013 u (UE) Nru 68/2014 u d-Direttivi 2013/15/UE, 2013/16/UE, 2013/17/UE, 2013/18/UE, 2013/20/UE, 2013/21/UE, 2013/22/UE, 2013/23/UE, 2013/24/UE, 2013/25/UE u 2013/26/UE u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/290/UE u 2013/291/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża u tar-Regolament (UE) Nru 656/2013 u d-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni 2013/346/UE u 2013/347/UE fil-lingwa Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 10

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1), jew fil-ġurnata tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, skont liema data tkun l-iżjed tard.

Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim dwar it-Tkabbir taż-ŻEE, din id-Deċiżjoni tapplika proviżorjament mid-data tal-adozzjoni tagħha.

Kull rekwiżit kostituzzjonali indikat minn kwalunkwe Parti Kontraenti dwar kwalunkwe Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE msemmi fl-Artikolu 1, mhux se jiġi affettwat minn din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta' Lulju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 170, 11.6.2014, p. 18.

(2)   ĠU L 112, 24.4.2012, p. 21.

(3)   ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16.

(4)   ĠU L 139, 25.5.2013, p. 5.

(5)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1.

(6)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 74.

(7)   ĠU L 190, 11.7.2013, p. 35.

(8)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 172.

(9)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 184.

(10)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 193.

(11)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 230.

(12)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 234.

(13)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 240.

(14)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 356.

(15)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 362.

(16)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 365.

(17)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 368.

(18)   ĠU L 158, 10.6.2013, p. 376.

(19)   ĠU L 164, 18.6.2013, p. 22.

(20)   ĠU L 164, 18.6.2013, p. 25.

(21)   ĠU L 183, 2.7.2013, p. 12.

(22)   ĠU L 183, 2.7.2013, p. 13.

(*1)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma ġew indikati.


ANNESS I

L-ARRANĠAMENTI TRANŻITORJI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 TAD-DEĊIŻJONI

L-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

Dan li ġej jiżdied fil-punt 25a (ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 7, il-Punt 2).”

L-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test li ġej jiżdied fil-punt 1f (id-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, il-Punt 3).”

;

2.

It-test li ġej jiżdied fil-punt 14c (id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 10, il-Punt 2).”

Il-Protokoll 47 (dwar it-tneħħija tal-ostakoli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid) ta' mal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

It-test li ġej jiżdied qabel it-test ta' addattament fil-punt 8 (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007) tal-Appendiċi 1:

“Japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-Annessi tal-Att ta' Adeżjoni tad-9 ta' Diċembru 2011 għall-Kroazja (l-Anness V, il-Kapitolu 4, il-Punt 3).”


ANNESS II

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(1) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Annessi u fil-Protokolli tal-Ftehim ŻEE:

Fl-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji):

A.

Fil-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji):

Parti 1.1, fil-punt 7b (Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004),

Parti 1.1, il-punt 7c (ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 1.1, il-punt 10 (ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 1.1, il-punt 11 (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 1.1, il-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 6.1, il-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 7.1, il-punt 8b (ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 7.1, il-punt 12 (ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

B.

Fil-Kapitolu II (Għalf):

Punt 31j (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni):

A.

Fil-Kapitolu I (Vetturi bil-mutur):

Punt 45zy (ir-Regolament (KE) Nru 78/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

B.

Fil-Kapitolu XI (Tessuti):

Punt 4d (ir-Regolament (UE) Nru 1007/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

C.

Fil-Kapitolu XII (Prodotti alimentari):

Punt 54zzzi (ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

D.

Fil-Kapitolu XV (Sustanzi perikolużi):

Punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness VI (Sigurtà soċjali):

Punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness XIII (Trasport):

Punt 1 (ir-Regolament (KEE) Nru 1108/70 tal-Kunsill),

Punt 5 (id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19a (ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 21 (ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85),

Punt 25 a (ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 32 a (ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 39 (ir-Regolament (KEE) Nru 1192/69 tal-Kunsill);

Fl-Anness XX (Ambjent):

Punt 1ea (ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness XXI (Statistika):

Punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 295/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 7f (ir-Regolament (UE) Nru 70/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 7h (ir-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 18i (ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19d (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96),

Punt 19dc (ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19o (ir-Regolament (KE) Nru 501/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19q (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1222/2004),

Punt 19t (ir-Regolament (KE) Nru 1161/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 19x (ir-Regolament (KE) Nru 716/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 25 (ir-Regolament (KE) Nru 1921/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 25 a (ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 25b (ir-Regolament (KE) Nru 217/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 25c (ir-Regolament (KE) Nru 216/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness XXII (Dritt soċjetarju):

Punt 10a (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2157/2001);

Fil-Protokoll 26 (Dwar il-poteri u l-funzjonijiet tal-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA fil-qasam tal-Għajnuna mill-Istat:

L-Artikolu 2(1) (ir-Regolament tal-Kusill (KE) Nru 659/1999).


ANNESS III

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(2) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 5(2) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Annessi u fil-Protokolli tal-Ftehim ŻEE:

Fil-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarji) tal-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji):

Parti 1.2, il-Punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE),

Parti 1.2, il-Punt 115 (ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 136/2004),

Parti 1.2, il-Punt 141 (ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 911/2004),

Partijiet 2.2 u 4.2, il-Punti 33 u 85 rispettivament (ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 504/2008),

Parti 4.2, il-Punt 86 (ir-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1251/2008),

Parti 6.2, il-Punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/536/KE),

Parti 7.2, il-Punt 14 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/179/KE),

Parti 7.2, il-Punt 49 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE),

Parti 9.2, il-Punt 4 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/778/KE),

Fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni):

A.

Fil-Kapitolu I (Vetturi bil-mutur):

Punt 45zr (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 706/2007),

Punt 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008),

Punt 45zze (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1008/2010),

Punt 45zzh (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 109/2011),

Punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011),

Punt 45zzm (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 406/2010),

B.

Fil-Kapitolu XV (Sustanzi perikolużi):

Punt 12 l (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2000/657/KE),

Punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness X (Servizzi inġenerali):

Punt 1b (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2009/767/KE),

Fl-Anness XIII (Trasport):

Punt 37da (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2007/756/KE),

Punt 42gb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2010);

Fl-Anness XX (Ambjent):

Punt 32cb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1418/2007);

Fl-Anness XXI (Statistika):

Punt 1k (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 250/2009),

Punt 1 l (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 251/2009),

Punt 4ca (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 772/2005),

Punt 7bb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/861/KE),

Punt 7i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1358/2003),

Punt 18wb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 912/2013),

Punt 19s (ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

Fl-Anness XXII (Dritt soċjetarju):

Punt 10fd (id-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2011/30/UE);

Fil-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi):

Punt 1(2) tal-Artikolu 3 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004),

Punt 1(4) tal-Artikolu 3 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004);

Fil-Protokoll 47 (Dwar it-tneħħija tal-ostakli tekniċi għall-kummerċ tal-inbid:

Punt 11 tal-Appendiċi 1 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 607/2009).


ANNESS IV

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(1) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(1) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE:

A.

Fil-Kapitolu I (Vetturi bil-mutur):

Punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/157/KEE),

Punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/221/KEE),

Punt 8 (id-Direttiva tal-Kunsill 70/388/KEE),

Punt 10 (id-Direttiva tal-Kunsill 71/320/KEE),

Punt 11 (id-Direttiva tal-Kunsill 72/245/KEE),

Punt 14 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/61/KEE),

Punt 16 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/408/KEE),

Punt 17 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/483/KEE),

Punt 19 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/114/KEE),

Punt 22 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/757/KEE),

Punt 23 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/758/KEE),

Punt 24 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/759/KEE),

Punt 25 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/760/KEE),

Punt 26 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/761/KEE),

Punt 27 (id-Direttiva tal-Kunsill 76/762/KEE),

Punt 29 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/538/KEE),

Punt 30 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/539/KEE),

Punt 31 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/540/KEE),

Punt 32 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/541/KEE),

Punt 36 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/318/KEE),

Punt 39 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/932/KEE),

Punt 45r (id-Direttiva 94/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45t (id-Direttiva 95/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45y (id-Direttiva 2001/85/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45za (id-Direttiva 2002/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45zc (id-Direttiva 2003/97/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45zzs (id-Direttiva 2000/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 45zzt (id-Direttiva 2001/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

B.

Il-Kapitolu II (Tratturi agrikoli u forestali):

Punt 11 (id-Direttiva 2009/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/764/KEE),

Punt 17 (id-Direttiva 2009/75/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 20 (id-Direttiva tal-Kunsill 86/298/KEE),

Punt 22 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/402/KEE),

Punt 23 (id-Direttiva 2009/144/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 28 (id-Direttiva 2003/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 29 (id-Direttiva 2000/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 31 (id-Direttiva 2009/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill);

C.

Il-Kapitolu XIX (Dispożizzjonijiet ġenerali fl-ostakli tekniċi tal-kummerċ):

Punt 3e (id-Direttiva 94/11/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS V

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(2) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(2) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness XVI (Akkwist) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 2 (id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 4 (id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 5c (id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS VI

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(3) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(3) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 21ar (id-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS VII

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(4) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(4) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness IV (Enerġija) tal-Ftehim ZEE:

Punt 41 (id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS VIII

PARTI I

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(5) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(5) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Annessi tal-Ftehim ŻEE:

Fl-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji), il-Kapitolu I (Kwistjonijiet veterinarj):

Parti 1.1, il-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE),

Parti 3.1, il-punt 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE),

Parti 3.1, il-punt 9a (id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE),

Parti 4.1, il-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE),

Parti 4.1, il-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE),

Parti 5.1, il-punt 6a (id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE),

Parti 7.1, il-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE),

Parti 7.1, il-punt 8a (id-Direttiva 2003/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Parti 8.1, il-punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 2009/156/KE),

Fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, istandards, ittestjar u ċertifikazzjoni), il-Kapitolu XII (Prodotti alimentari):

Punt 18 (id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 47 (id-Direttiva tal-Kunsill 89/108/KEE).

PARTI II

ADATTAMENTI OĦRA MEĦTIEĠA MINĦABBA L-ADEŻJONI

It-test tal-adattament (b) fil-punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE) fil-Parti 1.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE huwa sostitwit b'dan li ġej:

“29.

It-territorju tar-Repubblika tal-Islanda.

30.

It-territorju tar-Renju tan-Norveġja, minbarra Svalbard.”


ANNESS IX

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(6) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(6) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fil-Kapitolu XV (Sustanzi Perikolużi) tal-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE),

Punt 12r (id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS X

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(7) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(7) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 13 (id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE),

Punt 18a (id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 24c (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE),

Punt 24f (id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 36a (id-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 46a (id-Direttiva tal-Kunsill 91/672/KEE),

Punt 47a (id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS XI

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(8) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(8) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim ZEE:

Punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS XII

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(9) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(9) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness XXII (Dritt soċjetarju) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 1 (id-Direttiva 2009/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 2 (id-Direttiva 2012/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 3 (id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 4 (ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE),

It-tieni inċiż (Is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE) tal-punt 4 (ir-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE),

Punt 9 (id-Direttiva 2009/102/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill).


ANNESS XIII

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(10) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(10) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness VII (Rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali) tal-Ftehim ŻEE:

Punt 1 (id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 2 (id-Direttiva tal-Kunsill 77/249/KEE),

Punt 2a (id-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill),

Punt 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 74/557/KEE).


ANNESS XIV

LISTA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 6(11) TAD-DEĊIŻJONI

L-inċiż imsemmi fl-Artikolu 6(11) jiddaħħal fil-partijiet segwenti fl-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertfikazzjoni), Kapitolu XII (Prodotti alimentari), tal-Ftehim ŻEE:

Punt 54w (id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/21/KE),

Punt 54zzzv (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/141/KE).


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/103


DEĊIŻJONI TAL-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA

Nru 302/14/COL

tas-16 ta' Lulju 2014

li temenda għad-disgħa u disgħin darba r-regoli proċedurali u sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat billi timmodifika ċerti Linji Gwida għall-għajnuna mill-istat [2015/95]

L-AWTORITÀ TA' SORVELJANZA TAL-EFTA (“l-Awtorità”),

WARA Li KKUNSIDRAT il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), b'mod partikolari l-Artikoli minn 61 sa 63 u l-Protokoll 26 tiegħu,

WARA LI KKUNSIDRAT il-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizzja (“il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”), b'mod partikolari l-Artikoli 5(2)(b) u 24 tiegħu u l-Artikolu 1 fil-Parti I tal-Protokoll 3 tiegħu,

Billi:

Skont l-Artikolu 24 tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ŻEE dwar l-għajnuna mill-Istat,

Skont l-Artikolu 5(2)(b) tal-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti, l-Awtorità toħroġ avviżi jew linji gwida dwar kwistjonijiet ittrattati fil-Ftehim ŻEE, jekk dan il-Ftehim jew il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti jipprovdi dan b'mod espressiv jew jekk l-Awtorità tikkunsidra li hu meħtieġ,

Fil-21 ta' Mejju 2014, il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni li temenda l-Komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-banda wiesgħa, dwar Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, dwar għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra, dwar Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu promossi investimenti ta' finanzjament tar-riskju u dwar Linji Gwida dwar għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru. (1) L-għanijiet tal-emendi għandhom jallinjaw id-dispożizzjonijiet ta' trasparenza ta' Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat differenti u għas-simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet attwali,

Din il-Komunikazzjoni hija rilevanti għaż-Żona Ekonomika Ewropea,

Għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tar-regoli taż-ŻEE dwar għajnuna mill-Istat madwar iż-Żona Ekonomika Ewropea kollha skont l-għan ta' omoġeneità stabbilit fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ŻEE,

Skont il-punt II taħt l-intestatura “ĠENERALI” tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE, l-Awtorità, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, għandha tadotta regoli ġodda, li jikkorrispondu ma' dawk adottati mill-Kummissjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat mal-Kummissjoni Ewropea,

WARA li kkonsultat mal-Istati tal-EFTA b'ittra datata t-30 ta' Ġunju 2014 dwar is-suġġett,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-regoli sostantivi fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat jiġu emendati kif ġej.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi l-paragrafi li ġejjin:

dwar Linji Gwida għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-banda wiesgħa (2) l-ewwel żewġ sentenzi tal-paragrafu 74(j),

dwar il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (3), paragrafu 135,

dwar il-Linji Gwida rigward għajnuna mill-Istat għal films u xogħlijiet awdjoviżivi oħra (4), il-paragrafu 51(7),

dwar il-Linji Gwida rigward għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (5), il-paragrafi 162 u 163,

b'dan:

“L-Istati tal-EFTA jiżguraw il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni li ġejja fuq websajt komprensiva dwar l-għajnuna mill-Istat, f'livell nazzjonali jew reġjonali:

it-test sħiħ tal-iskema ta' għajnuna approvata jew id-deċiżjoni individwali għall-għoti tal-għajnuna u d-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħha, jew ħolqa għaliha,

l-identità tal-awtorità(jiet) awtorizzanti,

l-identità tal-benefiċjarji individwali, il-forma u l-ammont tal-għajnuna mogħtija lil kull benefiċjarju, id-data tal-għotja, it-tip ta' impriża (SME/kumpanija kbira), ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju (fil-livell 2 tar-reġjuni statistiċi) (*1) u s-settur ekonomiku prinċipali li fih il-benefiċjarju għandu l-attività tiegħu (fil-livell tal-grupp NACE) (*2).

Tali rekwiżit jista' jitneħħa fir-rigward tal-għotjiet ta' għajnuna individwali inqas minn EUR 500 000. Għal skemi ta' għajnuna fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa, l-informazzjoni dwar ammonti ta' għajnuna individwali (*3) tista' tiġi pprovduta fil-firxiet li ġejjin (f'EUR miljuni): [0,5-1]; [1-2]; [2-5]; [5-10]; [10-30]; [30 u iktar].

Tali informazzjoni trid tiġi ppubblikata wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni tal-għoti tal-għajnuna, trid tinżamm għal mill-inqas 10 snin u trid tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet (*4). L-Istati tal-EFTA ma jkunux meħtieġa jippubblikaw l-informazzjoni msemmija hawn fuq qabel l-1 ta' Lulju 2016  (*5).

(*1)  L-espressjoni ‘Reġjun statistiku’ jintuża minflok l-akronimu ‘NUTS’ fil-Linji Gwida korrispondenti tal-Kummissjoni. NUTS huwa derivat mit-titolu ‘Nomenklatura tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika’ skont ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1). Dan ir-regolament ma ġiex inkorporat fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, sabiex jintlaħqu definizzjonijiet komuni għad-domanda dejjem tiżdied għal informazzjoni statistika fuq livell reġjonali, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, l-Eurostat, u l-Istituti Nazzjonali tal-pajjiżi kandidati u l-EFTA qablu li r-reġjuni statistiċi jiġu stabbiliti simili għall-klassifikazzjoni NUTS."

(*2)  Bl-eċċezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u ta' informazzjoni kunfidenzjali oħra f'każijiet iġġustifikati kif dovut, u suġġetti għall-approvazzjoni tal-Awtorità (Ara l-Linji Gwida tal-Awtorità dwar is-sigriet professjonali fid-deċiżjonijiet tal-għajnuna mill-Istat (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 27 u s-Suppliment ŻEE Nru 29 tat-8 ta' Ġunju 2006, p. 1))."

(*3)  L-ammont li għandu jiġi ppubblikat huwa l-ogħla benefiċċju tat-taxxa permess u mhux l-ammont imnaqqas ta' kull sena (pereż. fil-kuntest ta' kreditu ta' taxxa jiġi ppubblikat l-ogħla kreditu ta' taxxa permess aktar milli l-ammont effettiv li jista' jiddependi fuq id-dħul taxxabbli u ta' kull sena jista' jvarja)."

(*4)  Din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data tal-għotja (jew, għal għajnuna fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data li tkun dovuta d-dikjarazzjoni fiskali). F'każ ta' għajnuna illegali, l-Istati tal-EFTA se jkunu meħtieġa li jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni ex post, tal-inqas fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Awtorità. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format li jippermetti li d-dejta tiġi mfittxija, estratta, u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f'format CSV jew XML."

(*5)  Il-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar għotjiet ta' għajnuna mogħtija qabel l-1 ta' Lulju 2016 u, għal għajnuna fiskali, il-pubblikazzjoni għal għajnuna mitluba jew mogħtija qabel l-1 ta' Lulju 2016, mhux se tkun meħtieġa.” "

Artikolu 3

1.   Din id-Deċiżjoni timmodifika l-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 u l-kundizzjonijiet ta' monitoraġġ imposti fuq l-iskemi ta' għajnuna reġjonali mill-Istat, kif ġej:

il-paragrafu 169 tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, inkluża kundizzjoni ta' monitoraġġ, jitħassar.

L-Anness IV tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, jitħassar.

2.   Għal dawk l-iskemi ta' għajnuna reġjonali mill-Istat diġà approvati f'konformità mal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, inkluża l-kundizzjoni ta' monitoraġġ stabbilita fil-paragrafu 169 tal-Linji Gwida msemmija hawn fuq, il-kundizzjoni ta' monitoraġġ titneħħa. F'dan is-sens, il-paragrafu 65 tad-Deċiżjoni 225/14/COL, datata t-18 ta' Ġunju 2014, dwar l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali reġjonalment differenzjati 2014-2020, jitħassar.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni timmodifika l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu promossi investimenti ta' finanzjament ta' riskju (6) kif ġej:

fil-paragrafu 166(v):

minflok: “Tali rekwiżit jista' jitneħħa fir-rigward tal-SMEs li ma wettqu l-ebda bejgħ kummerċjali fi kwalunkwe suq u għal investimenti taħt il-EUR 200 000 f'impriża benefiċjarja finali.”

aqra: “Tali rekwiżit jista' jitneħħa fir-rigward tal-SMEs li ma wettqu l-ebda bejgħ kummerċjali fi kwalunkwe suq u għal investimenti taħt il-EUR 500 000 f'impriża benefiċjarja finali”.

fil-paragrafu 166(vi):

minflok: “l-ammont tal-vantaġġ fiskali riċevut, fejn tal-aħħar jaqbeż il-EUR 200 000. Tali ammont jista' jkun ipprovdut f'firxiet ta' EUR 2 miljun.”

aqra: “l-ammont tal-vantaġġ fiskali riċevut, fejn tal-aħħar jaqbeż il-EUR 500 000. Tali ammont jista' jkun ipprovdut fil-firxiet li ġejjin (f'EUR miljun): [0,5-1]; [1-2]; [2-5]; [5-10]; [10-30]; [30 u iktar].”

u fl-aħħar tal-paragrafu 166 jiddaħħal it-test li ġej:

“L-Istati tal-EFTA mhumiex meħtieġa jipprovdu l-informazzjoni msemmija hawn fuq qabel l-1 ta' Lulju 2016  (*6).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni ddaħħal it-test li ġej:

“Fil-każ tal-iskemi tal-għajnuna li mhumiex fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ta' eżenzjoni ġenerali, esklussivament minħabba l-baġit kbir tagħhom, l-Awtorità se tivvaluta l-kompatibbiltà tagħhom abbażi tal-pjan ta' evalwazzjoni biss.”

fl-aħħar tal-paragrafu 49, tal-Linji Gwida għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerk tal-banda wiesgħa,

fl-aħħar tal-paragrafu 138, tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020,

fl-aħħar tal-paragrafu 167, tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru,

fl-aħħar tal-paragrafu 172, tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex jiġu promossi investimenti ta' finanzjament tar-riskju.

Artikolu 6

Il-verżjoni bl-Ingliż biss hi awtentika.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Lulju 2014.

Għall-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

Oda Helen SLETNES

Il-President

Helga JÓNSDÓTTIR

Membru tal-Kulleġġ


(1)   ĠU C 198, 27.6.2014, p. 30.

(2)  Għadhom mhux ippubblikati fil-ĠU. Disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-IV---Application-of-state-aid-rules-in-relation-to-rapid-deployment-of-broadband-networks.pdf

(3)  Għadhom mhux ippubblikati fil-ĠU. Disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-III---Guidelines-on-regional-State-Aid-for-2014-2020.pdf

(4)  Għadhom mhux ippubblikati fil-ĠU. Disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part_IV_-_State_aid_for_films_and_other_audiovisual_works.pdf

(5)  Għadhom mhux ippubblikati fil-ĠU. Disponibbli fuq: http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-IV---Aviation-Guidelines.pdf

(6)  Għadhom mhux ippubblikati fil-ĠU. Disponibbli fuq http://www.eftasurv.int/media/state-aid-guidelines/Part-III---State%20aid-to-promote-risk-finance-investments-- (applicable-from-1-july-2014).pdf


Rettifika

22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/106


Rettifika tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 tal-1 ta' Lulju 1996 li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92

( Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 163 tat-2 ta' Lulju 1996 )

F'paġna 21, Anness, punt A “Prodotti maħsuba għall-konsum uman elenkati fl-Anness II tat-Trattat”, “Żjut u xaħmijiet”, “L-AWSTRIJA”:

minflok:

“Steierisches Kürbiskernöl (IĠP)”,

aqra:

“Steirisches Kürbiskernöl (IĠP)”.


22.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 15/106


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1361/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1126/2008 li jadotta ċerti standards internazzjonali tal-kontabilità skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-Istandard Internazzjonali tar-Rapportar Finanzjarju Nri 3 u 13 u l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabilità Nru 40

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 365 tad-19 ta' Diċembru 2014 )

F'paġna 121, l-Artikolu 2:

minflok:

“Artikolu 2

Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1(1), mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda [stipula l-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jew wara.”

;

aqra:

“Artikolu 2

Kull kumpanija tapplika l-emendi msemmija fl-Artikolu 1(1), mhux aktar tard mid-data tal-bidu tal-ewwel sena finanzjarja tagħha li tibda fl-1 ta' Jannar 2015 jew wara.”

.