ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 14

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 58
21ta' Jannar 2015


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/79 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' interess ta' garanzija tal-assi, mudell ta' punt uniku tad-dejta u r-regoli dwar il-valutazzjoni ( 1 )

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/80 tal-20 ta' Jannar 2015 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

45

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

21.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/79

tat-18 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' interess ta' garanzija tal-assi, mudell ta' punt uniku tad-dejta u r-regoli dwar il-valutazzjoni

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1) u b'mod partikolari l-ewwel u r-raba subparagrafu tal-Artikolu 99(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-rappurtar informazzjoni konsistenti, preċiża u komparabbli dwar l-interess ta' garanzija tal-assi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 (2) huwa element essenzjali biex jinkiseb għarfien dwar il-pożizzjoni ta' finanzjament ta' istituzzjonijiet.

(2)

Ir-rappurtar dwar l-interess ta' garanzija tal-assi għandu jkun ibbażat fuq kunċetti eżistenti ta' rappurtar rigward rappurtar prudenzjali u ta' kontabbiltà fuq entrati tal-karta bilanċjali sa fejn hu possibbli sabiex jiġi minimizzat il-piż ta' implimentazzjoni u ta' rappurtar għall-istituzzjonijiet.

(3)

B'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, istituzzjonijiet iżgħar li ma jkollhomx livelli sinifikanti ta' interess ta' garanzija tal-assi ma għandhomx ikunu soġġetti għal rekwiżiti ddettaljati ta' rappurtar li huma applikati għal istituzzjonijiet akbar.

(4)

Ir-rekwiżiti ta' rappurtar għandhom ikejlu kull forma ta' interess ta' garanzija tal-assi inklużi l-interess ta' garanzija kontinġenti, peress li dan huwa ta' importanza vitali bħala riskju materjali għall-profili ta' likwidità u ta' solvenza tal-istituzzjonijiet, speċjalment għall-istituzzjonijiet b'livelli sinifikanti ta' interess ta' garanzija tal-assi.

(5)

Istituzzjonijiet li joħorġu bonds koperti kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandhom jirrappurtaw informazzjoni rigward l-interess ta' garanzija ta' dawk l-assi.

(6)

Sabiex jiġi żgurat li r-rappurtar superviżorju dwar fondi proprji u rekwiżiti ta' fondi proprji, informazzjoni finanzjarja, telf li ġej minn self kollateralizzat permezz ta' proprjetà immobbli, skoperturi kbar, il-proporzjon tal-ingranaġġ, likwidità u l-interess ta' garanzija tal-assi jitwettaq b'mod uniformi, u biex tiġi żgurata dejta ta' superviżjoni komuni ta' kwalità u preċiżjoni għolja, l-attributi stipulati fit-tabelli ta' rappurtar obbligatorju pprovduti fl-Annessi I, III, IV, VI, VIII, X, XII u XVI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 għandhom jiġu trasformati f'mudell ta' punt uniku tad-dejta.

(7)

Il-mudell ta' punt uniku tad-dejta għandu jikkonsisti f'rappreżentazzjoni strutturata ta' punti tad-dejta, u jidentifika l-ideat kummerċjali rilevanti kollha għall-finijiet ta' rapportar ta' sorveljanza uniformi u għandu jkollu l-elementi kollha tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relevanti meħtieġa għal aktar żvilupp ta' soluzzjonijiet uniformi ta' rappurtar tal-IT.

(8)

Sabiex titħares il-kwalità, il-konsistenza u l-akkuratezza ta' oġġetti tad-dejta rrappurtati mill-istituzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti dwar fondi proprji u rekwiżiti ta' fondi proprji, l-informazzjoni finanzjarja, it-telf li ġej minn self kollateralizzat permezz ta' proprjetà immobbli, skoperturi kbar, il-proporzjon ta' lieva finanzjarja, il-likwidità u garanzija tal-assi, l-attributi għandhom ikunu soġġetti għal regoli ta' validazzjoni komuni.

(9)

Minħabba n-natura tagħhom, ir-regoli ta' validazzjoni u d-definizzjonijiet tal-punti tad-dejta huma aġġornati b'mod regolari sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw, f'kull ħin, mar-rekwiżiti applikabbli regolatorji, analitiċi u tat-teknoloġija tal-informatika. Madankollu, iż-żmien attwalment meħtieġ sabiex jiġi adottat u ppubblikat il-mudell tal-punt uniku tad-dejta u r-regoli ta' validazzjoni fid-dettall ifisser li mhuwiex possibli li jsiru l-modifiki biżżejjed malajr u fil-ħin b'mod li jkun żgurat rappurtar ta' sorveljanza permanenti u uniformi fl-Unjoni. Għalhekk, il-mudell dettaljat tal-punt tad-dejta stipulat fl-Anness XIV għar- Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 u r-regoli dettaljati ta' validazzjoni stabbiliti fl-Anness XV ta' dak ir-Regolament għandu jiġi sostitwit minn kriterji kwalitattivi stretti għal mudell uniku tal-punt tad-dejta u r-regoli ta' validazzjoni li se jiġu ppubblikati b'mod elettroniku mill-Awtorità Bankarja Ewropea fuq il-websajt tagħha.

(10)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni ppreżentat mill-Awtorità Bankarja Ewropea lill-Kummissjoni.

(11)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqhom huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Konċernati stabbilit b'konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(12)

Sabiex l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti jkollhom biżżejjed żmien biex jimplimentaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'mod li jipproduċu dejta ta' kwalità għolja, l-ewwel data ta' referenza tar-rapportar għandha tkun il-31 ta' Diċembru 2014 għall-istituzzjonijiet kollha.

(13)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 huwa emendat kif ġej:

1.

fl-Artikolu 1, jiżdied il-punt (f) li ġej:

“(f)

l-interess ta' garanzija tal-assi skont l-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013”

;

2.

jiddaħħal il-Kapitolu 7a li ġej:

“KAPITOLU 7 a

IL-FORMAT U L-FREKWENZA TAR-RAPPURTAR DWAR L-INTERESS TA' GARANZIJA TAL-ASSI FUQ BAŻI INDIVIDWALI U KONSOLIDATA

Artikolu 16a

Il-format u l-frekwenza tar-rappurtar dwar l-interess ta' garanzija tal-assi fuq bażi individwali u konsolidata

1.   Sabiex jirrappurtaw informazzjoni dwar l-interess ta' garanzija tal-assi b'konformità mal-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi individwali u konsolidata, l-istituzzjonijiet jissottomettu l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XVI għal dan ir-Regolament skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVII għal dan ir-Regolament.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi ppreżentata skont l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-informazzjoni speċifikata fil-Partijiet A, B u D tal-Anness XVI tiġi rrappurtata fuq bażi trimestrali;

(b)

l-informazzjoni speċifikata fil-Parti C tal-Anness XVI bi frekwenza annwali;

(c)

l-informazzjoni speċifikata fil-Parti E tal-Anness XVI bi frekwenza semi-annwali;

3.   L-istituzzjonijiet mhumiex meħtieġa jirrappurtaw l-informazzjoni fil-Partijiet B, C jew E tal-Anness XVI ladarba kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tkun issodisfata:

(a)

l-istituzzjoni jkollha assi totali, ikkalkulati b'konformità mal-pargrafu 10 tal-punt 1.6 tal-Anness XVII, ta' inqas minn EUR 30 biljun;

(b)

il-livell ta' interess ta' garanzija tal-assi tal-istituzzjoni, kif ikkalkulat b'konformità mal-paragrafu 9, tal-punt 1.6 tal-Anness XVII, ikun inqas minn 15 %

4.   L-istituzzjonijiet huma meħtieġa jirrappurtaw l-informazzjoni fil-Parti D tal-Anness XVI meta joħorġu l-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*)

(*)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).”"

;

3.

fl-Artikolu 17, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-istituzzjonijiet jissottomettu l-informazzjoni msemmija f'dan ir-Regolament f'formati u rappreżentanzi tal-iskambju tad-dejta speċifikati mill-awtoritajiet kompetenti, billi jirrispettaw id-definizzjonijiet inklużi fil-mudell ta' punt uniku tad-dejta speċifikat fl-Anness XIV u regoli dwar il-validazzjoni msemmija fl-Anness XV kif ukoll l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin:

(a)

informazzjoni mhux meħtieġa jew mhux applikabbli ma għandhiex tiġi inkluża fi preżentazzjoni ta' dejta;

(b)

il-valuri numeriċi jiġu ppreżentati bħala fatti skont dan li ġej:

(i)

punti ta' dejta bit-tip ta' dejta ‘Monetarja’ jiġu rrapurtati bl-użu minimu ta' preċiżjoni ekwivalenti għal eluf ta' unitajiet;

(ii)

punti ta' dejta bit-tip ta' dejta ‘Perċentwali’ jiġu espressi bħala unità b'minimu ta' preċiżjoni ekwivalenti għal erba' ċifri deċimali;

(iii)

punti ta' dejta bit-tip ta' dejta ‘Integer’ jiġu rrapurtati billi ma jintużawx deċimali u preċiżjoni ekwivalenti għal unitajiet.”

;

4.

fl-Artikolu 18, jiżdied ir-raba' paragrafu li ġej:

“Fir-rigward ta' informazzjoni li għandha tiġi rappurtata skont l-Artikolu 16a, l-ewwel data ta' referenza għar-rappurtar hija l-31 ta' Diċembru 2014.”

;

5.

fl-Artikolu 19, jiżdied il-ħames paragrafu li ġej:

“l-Artikolu 16a japplika mill-1 ta' Diċembru 2014.”

;

6.

L-Annessi XIV u XV jinbidlu bit-test fl-Anness I għal dan ir-Regolament;

7.

L-Annessi XVI u XVII jiżdiedu kif stabbilit rispettivament fl-Annessi II u III għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tar-rappurtar superviżorju ta' istituzzjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

ANNESS XIV

Mudell ta' Punt Uniku tad-Dejta

L-attributi kollha stabbiliti fl-Annessi I, III, IV, VI, VIII, X, XII u XVI jiġu trasformati f'mudell ta' punt uniku tad-dejta li huwa l-bażi għal sistemi uniformi tal-IT tal-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti.

Il-mudell ta' punt uniku tad-dejta jkun jissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

jipprovdi rappreżentazzjoni strutturata tal-attributi stabbiliti fl-Annessi I, III, IV, VI, VIII, X, XII u XVI;

(b)

jidentifika l-kunċetti kollha ta' negozji stabbiliti fl-Annessi I sa XIII, XVI u XVII;

(c)

jipprovdi dizzjunarju ta' dejta li jidentifika tikketti tat-tabelli, tikketti ordinati, tikketti tal-assi, tikketti tad-dominju, tikketti tad-dimensjonijiet u tikketti tal-membri;

(d)

jipprovdi metriċi li jiddefinixxu l-proprjetà jew ammont ta' punti tad-dejta;

(e)

jipprovdi definizzjonijiet ta' punti tad-dejta li huma espressi bħala kompożizzjoni ta' karatteristiċi li jidentifikaw b'mod univoku il-kunċett finanzjarju;

(f)

jinkludu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi rilevanti kollha li huma neċessarji għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet għar-rappurtar dwar l-IT li jipproduċu dejta superviżorja uniformi.

ANNESS XV

Regoli ta' validazzjoni

L-attributi kollha stabbiliti fl-Annessi I, III, IV, VI, VIII, X, XII u XVI huma soġġetti għal regoli ta' validazzjoni li jiżguraw il-kwalità u l-konsistenza tad-dejta.

Ir-regoli ta' validazzjoni jkunu jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)

jiddefinixxu r-relazzjonijiet loġiċi bejn punti tad-dejta relevanti;

(b)

jinkludu filtri u prekundizzjonijiet li jiddefinixxu sett ta' dejta li għalih tapplika regola ta' validazzjoni;

(c)

jivverifikaw il-konsistenza tad-dejta rrappurtata;

(d)

jivverifikaw l-akkuratezza tad-dejta rrappurtata;

(e)

jiffissaw valuri prestabbiliti li jiġu applikati fejn l-informazzjoni relevanti ma tkunx ġiet rappurtata.


ANNESS II

“ANNESS XVI

RAPPORTAR DWAR INTERESSI TA' GARANZIJA TAL-ASSI

MUDELLI TA' INTERESSI TA' GARANZIJA TAL-ASSI

Numru tal-mudell

Kodiċi tal-mudell

Isem tal-mudell ' grupp ta' mudelli

Isem fil-qosor

PARTI A — ĦARSA ĠENERALI LEJN L-INTERESS TA' GARANZIJA

32,1

F 32.01

ASSI TAL-ISTUTUZZJONI TAR-RAPPORTAR

AE-ASS.

32,2

F 32.02

KOLLATERAL RIĊEVUT

AE-COL.

32,3

F 32.03

BONDS U ABSs PROPRJI KOPERTI MAĦRUĠA U GĦADHOM MHUX MIRHUNA

AE-NPL

32,4

F 32.04

SORSI TA' INTERESS TA' GARANZIJA

{AE-SOU;

PARTI B — DEJTA TA' MATURITÀ

33

F 33.00

DEJTA TA' MATURITÀ

AE-MAT.

PARTI C — INTERESS TA' GARANZIJA KONTINĠENTI

34

F 34.00

INTERESS TA' GARANZIJA KONTINĠENTI

AE-CONT.

PARTI D — BONDS KOPERTI

35

F 35.00

ĦRUĠ TA' BONDS KOPERTI

AE-CB.

PARTI E — DEJTA AVVANZATA

36,1

F 36.01

DEJTA AVVANZATA. PARTI I

AE-ADV1

36,2

F 36.02

DEJTA AVVANZATA. PARTI II

AE-ADV2


F 32.01 — ASSI TAL-ISTITUZZJONI TA' RAPPORTAR (AE-ASS)

 

Ammont riportat ta' assi vinkolati

Il-valur ġust ta' assi vinkolati

L-ammont riportat ta' assi mhux vinkolati

Il-valur ġust ta' assi mhux vinkolati

 

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

li minnhom: banek ċentrali eliġibbli

 

li minnhom: banek ċentrali eliġibbli

 

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

li minnhom: banek ċentrali eliġibbli

 

li minnhom: banek ċentrali eliġibbli

010

020

030

040

050

060

070

080

090

100

010

Assi tal-istutuzzjoni tar-rapportar

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

020

Self fuq talba

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

030

Strumenti ta' ishma azzjonarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

040

Titoli ta' dejn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

050

li minnhom: bonds koperti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

060

li minnhom: titoli abbażi ta' assi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

070

li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

080

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

090

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet nonfinanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

100

Self u avvanzi għajr self fuq talba

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

110

li minnhom self ipotekarju

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

120

Assi oħrajn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


F 32.02 — KOLLATERAL RIĊEVUT MILL-ISTITUZZJONI TA' RAPPORTAR (AE-COL)

 

Valur ġust ta' kollateral vinkolat riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa

Mhux vinkolati

Il-valur ġust ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa disponibbli għal interess ta' garanzija

Nominali ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa mhux disponibbli għal interess ta' garanzija

 

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

li minnhom: banek ċentrali eliġibbli

 

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

li minnhom: banek ċentrali eliġibbli

010

020

030

040

050

060

070

130

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rapportar

 

 

 

 

 

 

 

140

Self fuq talba

 

 

 

 

 

 

 

150

Strumenti ta' ishma azzjonarji

 

 

 

 

 

 

 

160

Titoli ta' dejn

 

 

 

 

 

 

 

170

li minnhom: bonds koperti

 

 

 

 

 

 

 

180

li minnhom: titoli abbażi ta' assi

 

 

 

 

 

 

 

190

li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi

 

 

 

 

 

 

 

200

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

210

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet nonfinanzjarji

 

 

 

 

 

 

 

220

Self u avvanzi għajr self fuq talba

 

 

 

 

 

 

 

230

Kollateral riċevut ieħor

 

 

 

 

 

 

 

240

Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew ABSs

 

 

 

 

 

 

 

250

ASSI TOTALI, KOLLATERAL RIĊEVUT U TITOLI TA' DEJN PROPRJI MAĦRUĠA

 

 

 

 

 

 

 


F 32.03 — BONDS U ABSs PROPRJI KOPERTI MAĦRUĠA U GĦADHOM MHUX MIRHUNA(AE-NPL)

 

Mhux vinkolati

L-ammont riportat tal-pool sottostanti tal-assi

Il-valur ġust ta’ titoli ta’ dejn maħruġa disponibbli għal interess ta' garanzija

Nominali ta' titoli ta’ dejn proprji maħruġa mhux disponibbli għal interess ta' garanzija

 

li minnhom self ipotekarju banek ċentrali eliġibbli

010

020

030

040

010

Bonds proprji koperti u titoli abbażi ta’ assi maħruġa u għadhom mhux mirhuna

 

 

 

 

020

Bonds koperti maħruġa miżmuma

 

 

 

 

030

Titoli miżmuma abbażi ta’ assi maħruġa

 

 

 

 

040

Superjuri

 

 

 

 

050

Mezzana

 

 

 

 

060

L-Ewwel Telf

 

 

 

 


F 32.04 — SORSI TA' INTERESS TA' GARANZIJA (AE-SOU)

 

Obbligazzjonijiet imqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli mislufa

Assi, kollateral riċevut u titoli ta’ dejn proprji maħruġa għajr bonds koperti u ABSs vinkolati

 

li minnhom: minn entitajiet oħra tal-grupp

 

li minnhom: kollateral riċevut utilizzat mill-ġdid

titoli ta' dejn proprju vinkolati

010

020

030

040

050

010

Ammont riportat ta’ xi obbligazzjonijiet finanzjarji

 

 

 

 

 

020

Derivattivi

 

 

 

 

 

030

li minnhom: barra l-borża

 

 

 

 

 

040

Depożiti

 

 

 

 

 

050

Ftehimiet ta' riakkwist

 

 

 

 

 

060

li minnhom: ma' banek ċentrali

 

 

 

 

 

070

Depożiti kollateralizzati għajr ftehimiet ta' riakkwist

 

 

 

 

 

080

li minnhom: f'banek ċentrali

 

 

 

 

 

090

Titoli ta’ dejn maħruġa

 

 

 

 

 

100

li minnhom: bonds koperti maħruġa

 

 

 

 

 

110

li minnhom: titoli abbażi ta’ assi maħruġa

 

 

 

 

 

120

Sorsi oħra ta’ interess ta' garanzija

 

 

 

 

 

130

nominali ta' impenji ta’ self riċevuti

 

 

 

 

 

140

Nominali ta' garanziji finanzjarji riċevuti

 

 

 

 

 

150

Il-valur ġust ta’ titoli mislufa b’kollateral mhux fi flus

 

 

 

 

 

160

Assi

 

 

 

 

 

170

TOTAL TAS-SORSI TA’ INTERESS TA' GARANZIJA

 

 

 

 

 

 

 

 

Ma timteliex fuq mudell ta' bażi konsolidata

 

Ma timteliex fi kwalunkwe każ


F 33.00 — DEJTA TA' MATURITÀ (AE-MAT)

 

Maturità miftuħa

Mil-lum għall-għada

> 1 jum <= 1 ġimgħa

> 1 ġimgħa <=2 ġimgħat

> 2 ġimgħat <= 1 xahar

> 1 xahar <= 3 xhur

> 3 xhur <= 6 xhur

> 6 xhur <= 1 sena

> 1 sena <= 2 snin

> 2 snin <= 3 snin

> 3 snin <= 5 snin

> 5 snin <= 10 snin

> 10 snin

 

Obbligazzjonijiet ta' maturità li jifdal

010

020

030

040

050

060

070

080

090

100

110

120

130

010

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

020

Kollateral riċevut użat mill-ġdid (receiving leg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

030

Kollateral riċevut użat mill-ġdid (re-using leg)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


F 34.00 — INTERESS TA' GARANZIJA KONTINGENTI (AE-CONT)

 

Obbligazzjonijiet imqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli mislufa

Interess ta' garanzija kontinġenti

A. Jonqos bi 30 % tal-valur ġust tal-assi vinkolati

B. Effett nett minn 10 % deprezzament tal-valuti sinifikanti

Ammont addizzonali ta' assi vinkolati

Ammont addizzonali ta' assi vinkolati

Valuta sinifikanti 1

Valuta sinifikanti 2

Valuta sinifikanti n

010

020

030

040

050

 

010

Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji

 

 

 

 

 

 

020

Derivattivi

 

 

 

 

 

 

030

li minnhom: self ipotekarju barra l-borża

 

 

 

 

 

 

040

Depożiti

 

 

 

 

 

 

050

Ftehimiet ta' riakkwist

 

 

 

 

 

 

060

li minnhom: ma' banek ċentrali

 

 

 

 

 

 

070

Depożiti kollateralizzati għajr ftehimiet ta' riakkwist

 

 

 

 

 

 

080

li minnhom: f'banek ċentrali

 

 

 

 

 

 

090

Titoli ta' dejn maħruġa

 

 

 

 

 

 

100

li minnhom: bonds koperti maħruġa

 

 

 

 

 

 

110

li minnhom: titoli abbażi ta' assi maħruġa

 

 

 

 

 

 

120

Sorsi oħra ta' interess ta' garanzija

 

 

 

 

 

 

170

TOTAL TAS-SORSI TA' INTERESS TA' GARANZIJA

 

 

 

 

 

 


F 35.00 — ĦRUĠ TA' BONDS KOPERTI (AE-CB)

assi-z

Identifikatur tal-pool ta' kopertura (miftuħ)

 

Konformità mal-Art.129 CRR?

Obbligazzjonijiet ta' bonds koperti

Pool ta' kopertura

Id-data tar-rapportar

+ 6 xhur

+ 12-il xahar

+ 2 snin

+ 5 snin

+ 10 snin

Pożizzjonijiet fid-derivattivi tal-pools ta' kopertura b'valur tas-suq negattiv

Klassifikazzjoni tal-kreditu esterna fuq bond kopert

Id-data tar-rapportar

+ 6 xhur

+ 12-il xahar

+ 2 snin

+ 5 snin

+ 10 snin

Pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' pools ta' kopertura b'valur tas-suq nett pożittiv

Ammont ta' kopertura li jaqbeż il-minimu tar-rekwiżiti ta' kopertura

[IVA/LE]

Jekk IVA, indika l-klassi tal-assi primarju tal-pool ta' kopertura

Skont ir-reġim rilevanti statutorju tal-bonds koperti

skont il-metodoloġija tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex tinżamm il-klassifikazzjoni tal-kreditu estern kurrenti fuq bonds koperti

Data tar-rapportar

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 1

Klassifikazzjoni tal-kreditu 1

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 2

Klassifikazzjoni tal-kreditu 2

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 3

Klassifikazzjoni tal-kreditu 3

Data tar-rapportar

Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu 1

Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu 2

Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu 3

010

012

020

030

040

050

060

070

080

090

100

110

120

130

140

150

160

170

180

190

200

210

220

230

240

250

010

Ammont nominali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

020

Valur preżenti (swap)/Valur tas-suq

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

030

Valur speċifiku għall-assi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

040

Ammont riportat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


F 36.01 — DEJTA AVVANZATA PARTI I (AE-ADV-1)

 

Sorsi ta' interess ta' garanzija

Assi/Obbligazzjonijiet

Tip ta' Kollateral — Klassifikazzjoni skont it-tip ta' assi

Totali

Self fuq talba

Strumenti ta' ishma azzjonarji

Titoli ta' Dejn

Self u avvanzi għajr self fuq talba

Assi oħrajn

Totali

li minnhom: bonds koperti

li minnhom: titoli abbażi ta' assi

li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet nonfinanzjarji

Banek ċentrali u amministrazzjonijiet pubbliċi

Korporazzjonijiet finanzjarji

Korporazzjonijiet nonfinanzjarji

Unitajiet domestiċi

 

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

 

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

 

li minnhom self ipotekarju

 

li minnhom self ipotekarju

010

020

030

040

050

060

070

080

090

100

110

120

130

140

150

160

170

180

010

Finanzjament mill-bank ċentrali (ta' kull tip, inkluż eż. repos)

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

020

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

030

Derivattivi kkummerċjati skambjati

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

040

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

050

Derivattivi barra l-Borża

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

060

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

070

Ftehimiet tariakkwist

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

080

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

090

Depożiti kollateralizzati għajr ftehimiet ta' riakkwist

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

100

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

110

Titoli ta' bonds koperti maħruġa

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

120

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

130

Titoli abbażi ta' assi maħruġa

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

140

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

150

Titoli ta' dejn maħruġa għajr bonds koperti u ABSs.

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

160

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

170

Sorsi oħra ta' interess ta' garanzija

Assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

180

Obbligazzjonijiet jew titoli kontinġenti mislufa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

190

Total tal-assi vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

200

 

li minnhom eliġibbli għal banek ċentrali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

210

Total ta' Assi mhux vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

220

 

li minnhom eliġibbli għal banek ċentrali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

230

Assi vinkolati + Assi mhux vinkolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


F 36.02 — DEJTA AVVANZATA PARTI II (AE-ADV-2)

 

Sorsi ta' interess ta' garanzija

Assi/Obbligazzjonijiet

Tip ta' Kollateral — Klassifikazzjoni skont it-tip ta' assi

Totali

Self fuq talba

Strumenti ta' ishma azzjonarji

Titoli ta' Dejn

Self u avvanzi għajr self fuq talba

Kollateral riċevut ieħor

Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew ABSs

Totali

li minnhom: bonds koperti

li minnhom: titoli abbażi ta' assi

li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet nonfinanzjarji

Banek ċentrali u amministrazzjonijiet pubbliċi

Korporazzjonijiet finanzjarji

Korporazzjonijiet nonfinanzjarji

Unitajiet domestiċi

 

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

 

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

 

li minnhom self ipotekarju

 

li minnhom self ipotekarju

010

020

030

040

050

060

070

080

090

100

110

120

130

140

150

160

170

180

190

010

Finanzjament mill-bank ċentrali (ta' kull tip, inkluż eż. repos)

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

020

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

030

Derivattivi kkummerċjati skambjati

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

040

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

050

Derivattivi barra l-Borża

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

060

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

070

Ftehimiet tariakkwist

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

080

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

090

Depożiti kollateralizzati għajr ftehimiet ta' riakkwist

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

100

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

110

Titoli ta' bonds koperti maħruġa

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

120

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

130

Titoli abbażi ta' assi maħruġa

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

140

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

150

Titoli ta' dejn maħruġa għajr bonds koperti u ABSs.

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

160

Obbligazzjonijiet imqabbla

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

170

Sorsi oħra ta' interess ta' garanzija

Kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

180

Obbligazzjonijiet jew titoli kontinġenti mislufa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

190

Total ta' kollateral vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

200

 

li minnhom eliġibbli għal banek ċentrali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

210

Total ta' kollateral mhux vinkolat riċevut

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

220

 

li minnhom eliġibbli għal banek ċentrali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

230

Kollateral vinkolat + mhux vinkolat riċevut”

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


ANNESS III

“ANNESS XVII

RAPPURTAR DWAR L-INTERESS TA' GARANZIJA TAL-ASSI

Werrej

STRUZZJONIJIET ĠENERALI 19

1.

STRUTTURA U KONVENZJONIJIET 19

1.1.

STRUTTURA 19

1.2.

STANDARD TAL-KONTABBILTÀ 20

1.3.

IL-KONVENZJONI DWAR L-ENUMERAZZJONI 20

1.4.

IL-KONVENZJONI TAS-SINJALI 20

1.5.

LIVELL TA' APPLIKAZZJONI 20

1.6.

PROPORZJONALITÀ 20

1.7.

DEFINIZZJONI TA' INTERESS TA' GARANZIJA 20
STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-MUDELL 21

2.

PARTI A: ĦARSA ĠENERALI LEJN L-INTERESS TA' GARANZIJA 21

2.1.

MUDELL: AE-ASS. ASSI TAL-ISTITUZZJONI TAR-RAPPURTAR 21

2.1.1.

RIMARKI ĠENERALI 21

2.1.2.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 24

2.1.3.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 25

2.2.

MUDELL: AE-COL. KOLLATERAL RIĊEVUT MILL-ISTITUZZJONI TAR-RAPPURTAR 26

2.2.1.

RIMARKI ĠENERALI 26

2.2.2.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 27

2.2.3.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 28

2.3.

MUDELL: AE-NPL. BONDS U ABSS PROPRJI KOPERTI MAĦRUĠA U GĦADHOM MHUX MIRHUNA 29

2.3.1.

RIMARKI ĠENERALI 29

2.3.2.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 29

2.3.3.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 30

2.4.

MUDELL: AE-SOU. SORSI TA' INTERESS TA' GARANZIJA 30

2.4.1.

RIMARKI ĠENERALI 30

2.4.2.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 31

2.4.3.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 32

3.

PARTI B: DATA TAL-MATURITÀ 33

3.1.

RIMARKI ĠENERALI 33

3.2.

MUDELL: AE-MAT. DATA TA' MATURITÀ 33

3.2.1.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 33

3.2.2.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 34

4.

PARTI C: INTERESS TA' GARANZIJA KONTINĠENTI 35

4.1.

RIMARKI ĠENERALI 35

4.1.1.

SCENARIO A: TNAQQIS TA' 30 % TA' ASSI VINKOLATI 35

4.1.2.

SCENARIO B: DIPREZZAMENT TA' 10 % F'MUNITI SINIFIKANTI 35

4.2.

MUDELL: AE-CONT. INTERESS TA' GARANZIJA KONTINĠENTI 36

4.2.1.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 36

4.2.2.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 36

5.

PARTI D: BONDS KOPERTI 36

5.1.

RIMARKI ĠENERALI 36

5.2.

MUDELL: AE-CB. ĦRUĠ TA' BONDS KOPERTI 37

5.2.1.

ISTRUZZJONIJIET DWAR L-ASSI-Z 37

5.2.2.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 37

5.2.3.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 38

6.

PARTI E: DEJTA AVVANZATA 40

6.1.

RIMARKI ĠENERALI 40

6.2.

MUDELL: AE-ADV 1. MUDELL AVVANZAT GĦAL ASSI TAL-ISTITUZZJONI TAR-RAPPURTAR 40

6.2.1.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 40

6.2.2.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 42

6.3.

MUDELL: AE-ADV2. MUDELL AVVANZAT GĦAL KOLLATERAL RIĊEVUT MILL-ISTITUZZJONI TAR-RAPPURTAR 43

6.3.1.

STRUZZJONIJIET DWAR RINGIELI SPEĊIFIĊI 43

6.3.2.

STRUZZJONIJIET DWAR KOLONNI SPEĊIFIĊI 43

STRUZZJONIJIET ĠENERALI

1.   STRUTTURA U KONVENZJONIJIET

1.1.   Struttura

1.

Il-qafas jikkonsisti f'ħames settijiet ta' mudelli li jinkludu total ta' disa' mudelli skont l-iskema li ġejja:

(a)

Parti A: Ħarsa ġenerali lejn l-interess ta' garanzija

Mudell AE-ASS. Assi tal-istutuzzjoni tar-rappurtar

Mudell AE-COL. Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar

AE-NPL. Bonds proprji koperti u titoli abbażi ta' assi (minn hawn 'il quddiem ABSs) maħruġa u għadhom mhux mirhuna

AE-SOU. Sorsi ta' interess ta' garanzija

(b)

Parti B: Data tal-maturità

Mudell AE-MAT. Data tal-maturità

(c)

Parti C: Interess ta' garanzija kontinġenti

Mudell AE-CONT. Interess ta' garanzija kontinġenti

(d)

Parti D: Bonds koperti

Mudell AE-CB. Ħruġ ta' bonds koperti

(e)

Parti E: Dejta avvanzata

Mudell AE-ADV-1. Mudell avvanzat għal assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar

Mudell AE-ADV-2. Mudell avvanzat għal kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar

2.

Għal kull mudell huma pprovduti referenzi legali kif ukoll aktar informazzjoni dettaljata dwar aspetti aktar ġenerali tar-rappurtar.

1.2.   Standard tal-kontabbiltà

3.

L-istituzzjonijiet jirrappurtaw l-ammonti riportati skont il-qafas ta' kontabbiltà li jużaw għar-rappurtar ta' informazzjoni finanzjarja skont l-Artikoli 9 sa 11. Istituzzjonijiet li mhumiex meħtieġa jirrappurtaw informazzjoni finanzjarja jużaw il-qafas ta' kontabbiltà rispettiv tagħhom.

4.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness, ‘IAS’ u ‘IFRS’ jirreferu għall-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002. Għal istituzzjonijiet li jirrappurtaw skont l-istandards tal-IFRS, iridu jiġu inklużi r-referenzi tal-istandards relevanti tal-IFRS.

1.3.   Il-konvenzjoni dwar l-enumerazzjoni

5.

In-notazzjoni ġenerali li ġejja tintuża f'dawn l-istruzzjonijiet biex tirreferi għall-kolonni, ringieli u ċelloli ta' mudell: {Mudell; Ringiela; Kolonna}. Sinjal tal-asterisk jintuża biex jindika li l-validazzjoni tapplika għar-ringiela jew il-kolonna kollha. Pereżempju {AE-ASS; *; 2} tirreferi għall-punt tad-dejta ta' kwalunkwe ringiela għal kolonna 2 tal-mudell AE-ASS.

6.

Fil-każ ta' validazzjonijiet f'mudell din in-notazzjoni li ġejja hija użata sabiex tirreferi għal punti tad-dejta minn dak il-mudell: {Ringiela; Kolonna}.

1.4.   Il-konvenzjoni tas-sinjali

7.

Il-mudelli fl-Anness XVI isegwu l-konvenzjoni tas-sinjali deskritta fil-paragrafi 9 u 10 tal-Parti I tal-Anness V.

1.5.   Livell ta' applikazzjoni

8.

Il-livell ta' applikazzjoni tar-rappurtar dwar l-interess ta' garanzija tal-assi jsegwi dak tar-rekwiżiti ta' rappurtar fuq fondi proprji skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 99(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Konsegwentement, l-istituzzjonijiet li mhumiex soġġetti għal rekwiżiti prudenzjali skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 mhumiex meħtieġa jirrappurtaw informazzjoni dwar l-interess ta' garanzija tal-assi.

1.6.   Proporzjonalità

9.

Għall-fini tal-Artikolu 16a(2)(b), il-livell tal-interess ta' garanzija tal-assi jiġi kkalkolat kif ġej:

L-ammont riportat ta' assi u kollateral vinkolati = {AE-ASS;010;010} + {AE-COL;130;010}.

Assi u kollateral totali = {AE-ASS;010;010} + {AE-ASS;010;060} + {AE-COL;130;010} + {AE-COL;130;040}.

Proporzjon tal-interess ta' garanzija tal-assi = (Ammont riporat tal-assi vinkolati u l-kollateral)/(Assi totali u kollateral)

10.

Għall-fini tal-Artikolu 16a(2)(a), is-somma tal-assi totali tiġi kkalkolata kif ġej:

Assi totali = {AE-ASS;010;010} + {AE-ASS;010;060}

1.7.   Definizzjoni ta' interess ta' garanzija

11.

Għall-finijiet ta' dan l-Anness u l-Anness XVI, assi tiġi ttrattata bħala vinkolata b'interess ta' garanzija jekk tkun ġiet mirhuna jew jekk tkun suġġetta għal kwalunkwe forma ta' arranġament biex jiggarantixxi, jikkollateralizza jew isaħħaħ il-kreditu ta' kwalunkwe tranżazzjoni li ma tistax tiġi liberament meħlusa minnu.

Huwa importanti li wieħed jinnota, li l-assi mirhuna li huma suġġetti għal xi restrizzjonijiet fl-irtirar, bħal pereżempju assi li jeħtieġu approvazzjoni minn qabel jiġu rtirati jew sostitwiti b'assi oħrajn, għandhom jitqiesu vinkolati. Id-definizzjoni mhix ibbażata fuq definizzjoni legali espliċita, bħal trasferiment ta' titolu, iżda pjuttost fuq prinċipji ekonomiċi, minħabba li l-oqfsa legali jistgħu jvarjaw f'dan ir-rigward madwar il-pajjiżi. Id-definizzjoni hija madankollu marbuta mill-qrib ma' kundizzjonijiet kuntrattwali. L-EBA tara li t-tipi ta' kuntratti segwenti huma koperti tajjeb bit-tifsira (din hi lista mhux eżawrjenti):

tranżazzjonijiet ta' finanzjament garantit, inklużi kuntratti u ftehimiet ta' xiri mill-ġdid, self ta' titoli u forom oħra ta' self garantit;

ftehimiet kollaterali varji, pereżempju kollateral imqiegħed għall-valur tas-suq ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi;

garanziji finanzjarji li jkunu kollateralizzati. Ta' min jinnota li, jekk ma jkun hemm l-ebda impediment għal irtirar ta' kollateral, bħal approvazzjoni minn qabel, għall-parti mhux użata tal-garanzija, allura l-ammont użat biss għandu jiġi allokat (fuq bażi ta' allokazzjoni pro-rata);

kollateral imqiegħed f'sistemi tal-ikklerjar, is-CCPs u istituzzjonijiet oħra tal-infrastruttura bħala kundizzjoni għall-aċċess għas-servizz. Dan jinkludi fondi ta' inadempjenza u l-marġni inizjali;

faċilitajiet tal-bank ċentrali. Assi pożizzjonati minn qabel m'għandhomx jitqiesu vinkolati, sa fejn il-bank ċentrali ma jippermettix l-irtirar ta' kwalunkwe assi mqiegħda mingħajr approvazzjoni minn qabel. Rigward garanziji finanzjarji mhux użati, il-parti mhux użata, jiġifieri 'l fuq mill-ammont minimu meħtieġ mill-bank ċentrali, għandha tkun allokata fuq bażi pro-rata fost l-assi li jitqiegħdu fil-bank ċentrali;

assi sottostanti minn strutturi ta' titolizzazzjoni, fejn ir-rikonoxximent tal-assi finanzjarji ma ġiex irtirat mill-assi finanzjarji tal-istituzzjoni. L-assi li huma sottostanti għal titoli miżmuma ma jgħoddux bħala vinkolati, sa fejn dawn it-titoli jkunu mirhuna jew ipprovduti bħala kollateral bi kwalunkwe mod biex jiggarantixxu tranżazzjoni;

assi f'pools koperti użati għall-ħruġ ta' bonds koperti. L-assi li huma sottostanti għal bonds koperti jgħoddu bħala vinkolati, ħlief f'ċerti sitwazzjonijiet fejn l-istituzzjoni jkollha l-bonds koperti korrispondenti (‘own-issued bonds’);

bħala prinċipju ġenerali, l-assi li jkunu qed jitpoġġew f'faċilitajiet li ma jintużawx u li jistgħu ikunu liberament irtirati m'għandhomx jitqiesu vinkolati.

STRUZZJONIJIET RELATATI MAL-MUDELL

2.   PARTI A: ĦARSA ĠENERALI LEJN L-INTERESS TA' GARANZIJA

12.

Il-mudelli tal-ħarsa ġenerali fuq l-interess ta' garanzija jiddistingwu bejn assi li huma użati biex isostnu l-finanzjament jew għall-ħtiġijiet kollaterali fid-data tal-karta bilanċjali (‘interess ta' garanzija f'punt tal-ħin’) minn dawk l-assi li huma disponibbli għall-ħtiġijiet ta' finanzjament potenzjali.

13.

Il-mudelli tal-ħarsa ġenerali juri l-ammont ta' assi vinkolati u mhux soġġetti tal-istituzzjoni tar-rappurtar f'format tabulari skont il-prodotti. L-istess kategorizzazzjoni tapplika wkoll għal kollateral riċevut u titoli ta' dejn maħruġa għajr bonds koperti u titolizzazzjonijiet.

2.1.   Mudell: AE-ASS. Assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar

2.1.1.   Rimarki ġenerali

14.

Dan il-paragrafu jistabbilixxi struzzjonijiet li japplikaw għat-tipi ewlenin ta' tranżazzjoni li huma rilevanti meta jkunu qed jimtlew il-mudelli AE:

It-tranżazzjonijiet kollha li jżidu l-livell ta' interess ta' garanzija ta' istituzzjoni għandhom żewġ aspetti li jiġu rrappurtati b'mod indipendenti fil-mudelli AE. Tranżazzjonijiet bħal dawn jiġu rrappurtati kemm bħala sors ta' interess ta' garanzija kif ukoll bħala assi vinkolata jew kollateral.

L-eżempji li ġejjin jiddeskrivu kif għandha tiġi rrappurtata tip ta' tranżazzjoni ta' din il-Parti iżda l-istess regoli japplikaw għall-mudelli AE l-oħra.

(a)   Depożitu kollateralizzat

Depożitu kolletteralizzat jiġi rrappurtata kif ġej:

(i)

l-ammont riportat tad-depożitu jiġi rreġistrat bħala sors ta' interess ta' garanzija f'{AE-SOU; r070; c010};

(ii)

jekk il-kollateral huwa assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar: l-ammont riportat tiegħu jiġi rrappurtat f'{AE-ASS; *; c010} u {AE-SOU; r070; c030}; il-valur ġust tiegħu jiġi rrappurtat f'{AE-ASS; *; c040};

(iii)

jekk l-istituzzjoni ta' rappurtar tkun irċeviet il-kollateral, il-valur ġust tiegħu jiġi rrappurtat f'{AE-COL; *; c010}, {AE-SOU; r070; c030} and {AE-SOU; r070; c040}.

(b)   Repo/repos inversi

Ftehim ta' riakkwist (minn hawn 'il quddiem ‘repo’) huwa rrappurtat kif ġej:

(i)

l-ammont riportat tar-repo huwa rrappurtat bħala sors ta' interess ta' garanzija f'{AE-SOU; r050; c010};

(ii)

il-kollateral tar-repo għandu jintwera:

(iii)

jekk il-kollateral huwa assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar: l-ammont riportat tiegħu jiġi rrappurtat f'{AE-ASS; *; c010} u {AE-SOU; r050; c030}; il-valur ġust tiegħu jiġi rrappurtat f'{AE-ASS; *; c040};

(iv)

jekk il-kollateral ikun ġie riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar permezz ta' ftehim ta' riakkwist invers (repo invers), il-valur ġust tiegħu hu rrappurtat f'{AE-COL; *; c010}, {AE-SOU; r050; c030} and in {AE-SOU; r050; c040}.

(c)   Finanzjament mill-bank ċentrali

Minħabba li l-finanzjament kollateralizzat mill-bank ċentrali huwa biss każ speċifiku ta' depożit kolletteralizzat jew transazzjoni repo fejn il-kontroparti hija bank ċentrali, ir-regoli f'i) u ii) hawn fuq japplikaw.

Għal operazzjonijiet fejn mhuwiex possibbli li jkun identifikat kollateral speċifiku għal kull operazzjoni, minħabba li l-kollaterali jkunu miġbura flimkien, l-elenku tal-kollaterali trid issir fuq bażi proporzjonali, ibbażat fuq il-kompożizzjoni tal-grupp ta' kollateral.

Assi li jkunu ġew pożizzjonati minn qabel ma' banek ċentrali mhumiex assi gravami sa fejn il-bank ċentrali ma jippermettix l-irtirar ta' kwalunkwe assi mqiegħda mingħajr approvazzjoni minn qabel. Għal garanziji finanzjarji mhux użati, il-parti mhux użata, jiġifieri l-ammont 'l fuq mill-minimu meħtieġ mill-bank ċentrali, jiġi allokat fuq bażi pro-rata fost l-assi li jitqiegħdu fil-bank ċentrali.

(d)   Self tat-titoli

Fil-każ ta' self ta' titoli b'kollateral fi flus kontanti japplikaw ir-regoli għal repos/repos inversi.

Self ta' titoli mingħajr kollateral fi flus jiġi rrappurtat kif ġej:

(i)

il-valur ġust tat-titoli missellfa huwa rrappurtat bħala sors ta' interess ta' garanzija f'{AE-SOU; r150; c010}. Meta s-sellief ma jirċievi l-ebda titoli bi tpattija għal titoli mislufa iżda minflok jirċievi tariffa, {AE-SOU; r150; c010} huwa rrappurtat bħala żero;

(ii)

jekk it-titoli mislufa bħala kollateral huma riċevuti mill-istituzzjoni tar-rappurtar: il-valur riportat tagħhom jiġi rrappurtata f'{AE-COL; *; c010} u {AE-SOU; r150; c030}; il-valur ġust tagħhom jiġi rrupportat f'{AE-ASS; *; c040};

(iii)

jekk it-titoli mislufa bħala kollateral huma riċevuti mill-istituzzjoni tar-rappurtar, il-valur ġust tagħhom jiġi rrappurtat f'{AE-COL; *; c010}, {AE-SOU; r150; c030} and {AE-SOU; r150; c040}.

(e)   Derivattivi (obbligazzjoni)

Derivattivi kollateralizzati b'valur ġust negattiv huma rrappurtati kif ġej:

(i)

l-ammont riportat tad-derivattiva jiġi rrappurtat bħala sors ta' interess ta' garanzija f'{AE-SOU; r020; c010};

(ii)

il-kollateral (marġni inizjali meħtieġa biex tinfetaħ il-pożizzjoni u kwalunkwe kollateral li jitqiegħed għall-valur tas-suq ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi) huma rrappurtati kif ġej:

(i)

jekk ikun assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar: l-ammont riportat tiegħu jiġi rrappurtat f'{AE-ASS; *; c010} u {AE-SOU; r020; c030}; il-valur ġust tiegħu jiġi rrappurtat f'{AE-ASS; *; c040};

(ii)

jekk huwa kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar, il-valur ġust tiegħu jiġi rrappurtat f'{AE-COL; *; c010}, {AE-SOU; r020; c030} and {AE-SOU; r020; c040}.

(f)   Bonds koperti

Bonds koperti għar-rappurtar tal-interess ta' garanzija tal-assi kollu huma strumenti msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/UE, irrispettivament minn jekk dawn l-istrumenti jiħdux il-forma legali ta' garanzija jew le.

Ma japplikaw l-ebda regoli speċifiċi għal bonds koperti fejn m'hemmx iż-żamma ta' parti mit-titoli maħruġa mill-istituzzjoni tar-rappurtar.

F'każ ta' żamma ta' parti tal-ħruġ u sabiex ikun evitat l-għadd doppju, japplika t-trattament propost hawn taħt:

(i)

meta l-bonds koperti proprji ma jiġux mirhuna, l-ammont tal-pool ta' kopertura li jsostni dawk it-titoli miżmuma u li ma jkunx għadu ġie mirhun jiġi rrappurtat bħala assi mingħajr interess ta' garanzija fil-mudelli AE-ASS. Informazzjoni addizzjonali dwar il-bonds koperti miżmuma u għadhom mhux mirhuna (assi sottostanti, valur ġust u l-eliġibbiltà ta' dawk disponibbli għal interess ta' garanzija u nominali ta' dawk mhux-disponibbli għal interess ta' garanzija) huwa rrappurtat fil-mudell AE-NPL;

(ii)

meta l-bonds koperti proprji huma mirhuna, l-ammont tal-pool ta' kopertura li ssostni dawk it-titoli miżmuma u mirhuna ikun inkluż fil-mudell AE-ASS bħala assi b'interess ta' garanzija.

It-tabella li ġejja tistabbilixxi kif għandu jiġi rrappurtat ta' ħruġ ta' bond kopert ta' EUR 100 li minnhom 15 % huma miżmuma u mhux mirhuna u 10 % huma miżmuma u mirhuna bħala kollateral fi tranżazzjoni repo ta' EUR 11 ma' bank ċentrali, fejn il-pool ta' kopertura tinkludi self mhux garantit u l-ammont riportat tas-self huwa ta' EUR 150.

SOURCES OF ENCUMBRANCE

Type

Amount

Cells

Loans encumbered

Cells

Covered bonds

75 % (100) = 75

{AE-Sources, r110, c010}

75 % (150) = 112,5

{AE-Assets, r100, c10}

{AE-Sources, r110, c030}

Central bank funding

11

{AE-Sources, r060, c010}

10 % (150) = 15

{AE-Assets, r100, c10}

{AE-Sources, r060, c030}

NON ENCUMBRANCE

Type

Amount

Cells

Non-encumbered loans

Cells

Own covered bonds retained

15 % 100 = 15

{AE-Not pledged, r010, c040}

15 % (150) = 22,5

{AE-Assets, r100, c60}

{AE-Not pledged, r020, c010}

(g)   Titolizzazzjonijiet

Titolizzazzjonijiet tfisser titoli ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jiġu oriġinati fi tranżazzjoni ta' titolizzazzjoni kif definit fl-Artikolu 4(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Għat-titolizzazzjonijiet li jibqgħu fil-karta bilanċjali (non-derikonoxxuti), japplikaw ir-regoli għal bonds koperti.

Għal titolizzazzjonijiet derikonoxxuti, ma hemm l-ebda interess ta' garanzija fejn l-istituzzjoni jkollha xi titoli. Dawn it-titoli se jidhru fil-portafoll tan-negozjar jew fil-portafoll bankarju tal-istituzzjonijiet tar-rappurtar bħal kull titolu ieħor maħruġ minn parti terza.

2.1.2.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

Ringieli

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Assi tal-istutuzzjoni tar-rappurtar

IAS 1.9 (a), Gwida għall-Implimentazzjoni (IG) 6

Assi totali tal-istituzzjoni tar-rappurtar irreġistrati fil-karta bilanċjali tiegħu.

020

Self fuq talba

IAS 1.54 (i)

Dan jinkludi l-bilanċi riċevibbli fuq talba f'banek ċentrali u istituzzjonijiet oħra. Flus fl-idejn, jiġifieri, iż-żamma fiċ-ċirkolazzjoni ta' karti tal-flus u muniti nazzjonali u barranin li normalment jintużaw biex isiru l-ħlasijiet huma inklużi fir-ringiela ‘assi oħra’.

030

Strumenti ta' ishma azzjonarji

Strumenti azzjonarji miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar kif definit fl-IAS 32.1.

040

Titoli ta' dejn

Anness V, Parti 1, paragrafu 26.

Strumenti ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar maħruġin bħala titoli li mhumiex self skont ir-Regolament tal-BĊE dwar il-BSI.

050

li minnhom: bonds koperti

Titoli ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma bonds msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE.

060

li minnhom: Titolizzazzjonijiet

Titoli ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma titolizzazzjonijiet, kif definit fl-Artikolu 4(61) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

070

li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi

Titoli ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi.

080

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji

Titoli ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni ta' rappurtar maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji, kif definit fl-Anness V, Parti I, paragrafu 35(c) u (d).

090

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet mhux-finanzjarji

Titoli ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni ta' rappurtar maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji kif definit fl-Anness V, Parti I, paragrafu 35(e).

100

Self u avvanzi għajr self fuq talba

Self u avvanzi, jiġifieri, strumenti ta' dejn miżmuma mill-istituzzjonijiet tar-rappurtar li mhumiex titoli, għajr bilanċi riċevibbli fuq talba.

110

li minnhom: self ipotekarju

Self u avvanzi oħra għajr self fuq talba u li huma self b'ipoteka skont id-definizzjoni fl-Anness V, Parti 2, 41(h).

120

Assi oħrajn

Assi oħra tal-istituzzjoni tar-rappurtar irreġistrati fil-karta bilanċjali għajr dawk imsemmija fir-ringieli ta' hawn fuq u differenti minn titoli ta' dejn proprju u strumenti ta' ekwità ta' dejn proprju li ma jistgħux jiġu derikonoxxuti mill-karta bilanċjali permezz ta' istituzzjoni mhux tal-IFRS. F'dan il-każ, strumenti ta' dejn proprju jkunu inklużi fir-ringiela 240 tal-mudell AE-COL u l-istrumenti ta' ekwità proprja esklużi mir-rappurtar tal-interess ta' garanzija tal-assi.

2.1.3.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Ammont riportat ta' assi vinkolati

L-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma vinkolati skont id-definizzjoni li hemm ta' interess ta' garanzija tal-assi. Ammont riportat tfisser l-ammont rappurtat fin-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali.

020

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

Ammont riportat ta' assi vinkolati miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma maħruġa minn kwalunkwe entità fil-ambitu prudenzjali tal-konsolidament.

030

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Ammont riportat ta' assi vinkolati miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom l-istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess. L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li ma għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

040

Il-valur ġust ta' assi vinkolati

IFRS 13 u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għal istituzzjonijiet mhux tal-IFRS.

Il-valur ġust tat-titoli ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma vinkolati skont id-definizzjoni pprovduta ta' interess ta' garanzija. Il-valur ġust ta' strument finanzjarju, huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta' obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

050

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Il-valur ġust ta' titoli ta' dejn vinkolati miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom l-istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess. L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li ma għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

060

L-ammont riportat ta' assi mhux vinkolati

L-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhumiex vinkolati skont id-definizzjoni provduta interess ta' garanzija tal-assi. Ammont riportat tfisser l-ammont rappurtat fin-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali.

070

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

Ammont riportat ta' assi mhux vinkolati miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jinħarġu minn kwalunkwe entità fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni.

080

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Ammont riportat ta' assi mhux vinkolati miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess. L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li ma għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

090

Il-valur ġust ta' assi mhux vinkolati

IFRS 13 u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/34/UE għal istituzzjonijiet mhux tal-IFRS.

Il-valur ġust tat-titoli ta' dejn miżmuma mill-istituzzjoni ta' rappurtar li mhumiex vinkolati skont id-definizzjoni provduta ta' interess ta' garanzija tal-assi. Valur ġust ta' strument finanzjarju huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta' obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

100

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Valur ġust ta' titoli ta' dejn mhux vinkolati miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess. L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li ma għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

2.2.   Mudell: AE-COL. Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar

2.2.1.   Rimarki ġenerali

15.

Għal kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar u t-titoli ta' dejn proprji maħruġa għajr bonds koperti proprji jew ABS, il-kategorija tal-assi ‘mhux vinkolati’ hija maqsuma bejn dawk ‘disponibbli għal interess ta' garanzija’ jew potenzjalment eliġibbli biex tiġi vinkolata u dawk ‘mhux disponibbli għal interess ta' garanzija’.

16.

Assi huma ‘mhux disponibbli għal interess ta' garanzija’ meta jkunu ġew riċevuti bħala kollateral u l-istituzzjoni tar-rappurtar ma tkunx permessa tbigħ jew tirhan mill-ġdid il-kollateral, ħlief fil-każ ta' inadempjenza min-naħa tas-sid tal-kollateral. Titoli ta' dejn proprji maħruġa għajr bonds koperti proprji jew titolizzazzjonijiet huma nondisponibbli għal interess ta' garanzija meta jkun hemm xi restrizzjoni fit-termini tal-ħruġ biex jinbiegħu jew jiġu mirhuna mill-ġdid it-titoli miżmuma.

17.

Għall-iskop tar-rappurtar dwar l-interess ta' garanzija tal-assi, titoli mislufa bi skambju għal tariffa mingħajr ma jipprovdi kollateral fi flus jew kollateral mhux fi flus huma rrapurtati bħala kollateral riċevut.

2.2.2.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

Ringieli

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

130

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar

Il-klassijiet kollha ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rapportar.

140

Self fuq talba

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li tinkludi self fuq talba. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 020 tal-mudell AE-ASS.)

150

Strumenti ta' ishma azzjonarji

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li tinkludi strumenti azzjonarji. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet ir-ringiela 030 tal-mudell AE-ASS.)

160

Titoli ta' dejn

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li tinkludi titoli ta' dejn. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 040 tal-mudell AE-ASS.)

170

li minnhom: bonds koperti

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jinkludi bonds koperti. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 050 tal-mudell AE-ASS.)

180

li minnhom: Titolizzazzjonijiet

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jinkludi titolizzazzjonijiet. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 060 tal-mudell AE-ASS.)

190

li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn amministrazzjonijiet pubbliċi. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 070 tal-mudell AE-ASS.)

200

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 080 tal-mudell AE-ASS.)

210

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet nonfinanzjarji

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jinkludi titoli ta' dejn maħruġa minn korporazzjonijiet nonfinanzjarji. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 090 tal-mudell AE-ASS.)

220

Self u avvanzi għajr self fuq talba

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jinkludi self u avvanzi għajr self fuq talba. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 100 tal-mudell AE-ASS.)

230

Kollateral riċevut ieħor

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li jinkludi assi oħra. (Ara r-referenzi legali u l-istruzzjonijiet rigward ir-ringiela 120 tal-mudell AE-ASS.)

240

Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew ABSs

Titoli ta' dejn proprji maħruġa miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhumiex bonds propji koperti maħruġa jew titolizzazzjonijiet proprji maħruġa. Minħabba li t-titoli ta' dejn proprji miżmuma jew riakkwistiti maħruġa, skont l-IAS 39.42, inaqqsu l-obbligazzjonijiet finanzjarji relatati, dawn it-titoli mhumiex inklużi fil-kategorija tal-assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar (ir-ringiela 010 tal-mudell AE-ASS). Titoli ta' dejn proprji li ma jistgħux jiġu derikonoxxuti mill-karta bilanċjali minn istituzzjoni mhux tal-IFRS ikunu inklużi f'din ir-ringiela.

Bonds koperti maħruġa proprji jew titolizzazzjonijiet maħruġin proprji ma jiġux irrappurtati f'din il-kategorija minħabba li japplikaw regoli differenti għal dawk il-każijiet sabiex jiġi evitat l-għadd doppju:

(a)

meta titoli ta' dejn proprji jiġu mirhuma, l-ammont tal-pool ta' kopertura/assi sottostanti li qed isostnu dawk it-titoli miżmuma u mirhunat jiġi rrappurtat fil-mudell AE-ASS bħala assi vinkolati;

(b)

meta t-titoli ta' dejn proprji għadhom mhux mirhuna l-ammont tal-pool ta' kopertura/assi sottostanti li qed isostnu dawk it-titoli miżmuma u għadhom mhux mirhuna jiġi rrappurtat bħala assi mhux vinkolati. Informazzjoni addizzjonali dwar dan it-tieni tip ta' titoli ta' dejn proprji għadhom mhux mirhuna (assi sottostanti, valur ġust u eliġibbiltà ta' dawk disponibbli għal interess ta' garanzija u nominali ta' dawk mhux-disponibbli għal interess ta' garanzija) huwa rrappurtat fil-mudell AE-NPL.

250

ASSI TOTALI, KOLLATERAL RIĊEVUT U TITOLI TA' DEJN PROPRJI MAĦRUĠA

L-assi kollha tal-istituzzjoni tar-rappurtar irreġistrati fil-karta bilanċjali tagħha, il-klassijiet kollha ta' kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar u t-titoli ta' dejn proprji maħruġa miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhumiex bonds koperti proprji maħruġa jew titolizzazzjonijiet proprji maħruġa.

2.2.3.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Valur ġust ta' kollateral vinkolat riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa

Il-valur ġust tal-kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa/miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma vinkolati skont id-definizzjoni produta ta' interess ta' garanzija tal-assi.

Valur ġust ta' strument finanzjarju huwa l-prezz li jkun riċevut sabiex jinbiegħ assi jew li jitħallas għat-trasferiment ta' obbligazzjoni fi tranżazzjoni ordinata bejn parteċipanti fis-suq fid-data tal-kejl. (Ara l-IFRS 13 Kejl tal-valur ġust.)

020

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

Il-valur ġust tal-kollateral vinkolat riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa/miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma maħruġa minn kwalunkwe entità fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni.

030

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Il-valur ġust tal-kollateral vinkolat riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa/miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom l-istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess. L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li ma għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

040

Il-valur ġust ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa disponibbli għal interess ta' garanzija

Il-valur ġust tal-kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhuwiex vinkolat iżda disponibbli għal interess ta' garanzija minħabba li l-istituzzjoni tar-rappurtar titħalla tbigħ jew tirhanu mill-ġdid jekk ma jkunx hemm inadempjenza min-naħa tas-sid tal-kollateral. Dan jinkludi wkoll il-valur ġust ta' titoli ta' dejn proprji maħruġa, għajr bonds proprji koperti jew titolizzazzjonijiet li mhumiex vinkolati iżda disponibbli għal interess ta' garanzija.

050

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

Il-valur ġust ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa għajr bonds koperti proprji jew titoli sostnuti minn assi disponibbli għal interess ta' garanzija li jinħarġu minn kwalunkwe entità fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni.

060

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Il-valur ġust ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa għajr bonds proprji koperti jew titolizzazzjonijiet disponibbli għal interess ta' garanzija li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom l-istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess. L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li m'għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, i.e. jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

070

Nominali ta' kollateral riċevut jew titoli ta' dejn proprji maħruġa mhux disponibbli għal interess ta' garanzija

Ammont nominali tal-kollateral riċevut miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhumiex vinkolati u mhux disponibbli għal interess ta' garanzija. Dan jinkludi wkoll l-ammont nominali ta' titoli ta' dejn proprji maħruġa għajr bonds koperti proprji jew titolizzazzjonijiet miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhumiex vinkolati kif ukoll mhux disponibbli għal interess ta' garanzija.

2.3.   Mudell: AE-NPL. Bonds u ABSs proprji koperti maħruġa u għadhom mhux mirhuna

2.3.1.   Rimarki ġenerali

18.

Biex jiġu evitati kalkoli doppji, tapplika r-regola li ġejja fir-rigward ta' bonds koperti proprji u titolizzazzjonijiet proprji maħruġa u li jinżammu mill-istituzzjoni tar-rappurtar:

(a)

meta dawk it-titoli jkunu mirhuna l-ammont tal-pool ta' kopertura/assi sottostanti li jsostnuhom għandu jiġi rrappurtat bħala mudell AE-ASS ta' assi vinkolati. Is-sors tal-finanzjament fil-każ ta' rahan ta' bonds u titolizzazzjonijiet koperti proprji huwa t-tranżazzjoni ġdida li fiha t-titoli qed jiġu mirhuna (finanzjament mill-bank ċentrali jew tip ieħor ta' finanzjament sikur) u mhux il-ħruġ oriġinali ta' bonds koperti jew titolizzazzjonijiet;

(b)

meta dawk it-titoli mhumiex mirhuna, l-ammont tal-pool ta' kopertura/assi sottostanti li qed isostnu dawk it-titoli jiġi rrappurtat bħala assi mhux vinkolati fil-mudell AE-ASS.

2.3.2.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

Ringieli

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Bonds u ABSs proprji koperti maħruġa u għadhom mhux mirhuna

Bonds koperti proprji u titolizzazzjonijiet maħruġA li huma miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar u mhux vinkolati.

020

Bonds koperti maħruġa miżmuma

Bonds koperti proprji maħruġa li huma miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar u mhux vinkolati.

030

Titolizzazzjonijiet maħruġa miżmuma

Titolizzazzjonijiet proprji maħruġa li huma miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar u mhux vinkolati.

040

Superjuri

Segmenti superjuri ta' titolizzazzjonijiet proprji maħruġa li huma miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar u li mhumiex vinkolati. Ara l-Artikolu 4(67) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

050

Mezzana

Segmenti mezzana ta' titolizzazzjonijiet proprji maħruġa li huma miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar u mhux vinkolati. Is-segmenti kollha li mhumiex segmenti superjuri, jiġifieri l-aħħar biex jassorbu t-telf jew segmenti tal-ewwel telf, jitqiesu segmenti mezzana. Ara l-Artikolu 4(67) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

060

L-ewwel telf

Segmenti tal-ewwel telf tat-titolizzazzjonijiet proprji maħruġa li huma miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar u mhux vinkolati. Ara l-Artikolu 4(67) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

2.3.3.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

L-ammont riportat tal-pool sottostanti tal-assi

Ammont riportat tal-pool ta' kopertura/assi sottostanti li jsostnu bonds proprji koperti u titolizzazzjonijiet proprji miżmuma u li għadhom mhumiex mirhuna.

020

Il-valur ġust ta' titoli ta' dejn maħruġa disponibbli għal interess ta' garanzija

Valur ġust tal-bonds proprji koperti u titolizzazzjonijiet proprji miżmuma li mhumiex vinkolati iżda disponibbli għal interess ta' garanzija.

030

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Valur ġust tal-bonds proprji koperti u titolizzazzjonijiet proprji miżmuma li jissodisfaw kull waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(i)

mhumiex vinkolati;

(ii)

huma disponibbli għal interess ta' garanzija;

(iii)

huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom l-istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess.

L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li m'għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

040

Nominali ta' titoli ta' dejn proprji maħruġa mhux-disponibbli għal interess ta' garanzija

Ammont nominali tal-bonds propji koperti u titolizzazzjonijiet proprji miżmuma li mhumiex vinkolati u wkoll mhux-disponibbli għal interess ta' garanzija.

2.4.   Mudell: AE-SOU. Sorsi ta' interess ta' garanzija

2.4.1.   Rimarki ġenerali

19.

Dan il-mudell jipprovdi informazzjoni dwar l-importanza għall-istituzzjoni tar-rappurtar ta' sorsi differenti ta' interess ta' garanzija, inklużi dawk mingħajr finanzjament assoċjat bħala impenji ta'self jew garanziji finanzjarji riċevuti u self ta' titoli mingħajr kollateral mhux-fi flus.

20.

L-ammonti totali ta' assi u kollateral riċevuti fil-mudelli AE-ASS u AE-COL jissodisfaw ir-regola ta' validazzjoni li ġejja: {AE-SOU; r170; c030} = {AE-ASS; r010; c010} + {AE-COL; r130; c010} + {AE-COL; r240; c010}.

2.4.2.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

Ringieli

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji

Ammont riportat ta' xi obbligazzjonijiet finanzjarji kollateralizzati tal-istituzzjoni tar-rappurtar sa fejn dawn l-obbligazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija assi għal dik l-istituzzjoni.

020

Derivattivi

L-ammont riportat tad-derivattivi kollateralizzati tal-istituzzjoni tar-rappurtar li huma obbligazzjonijiet finanzjarji, jiġifieri, b'valur ġust negattiv, sa fejn dawn id-derivattivi jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

030

li minnhom: barra l-borża

L-ammont riportat tad-derivattivi kollateralizzati tal-istituzzjoni tar-rappurtar li huma obbligazzjonijiet finanzjarji li huma nnegozjati barra l-Borża, sa fejn dawn id-derivattivi jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi.

040

Depożiti

L-ammont riportat tad-depożiti kollateralizzati tal-istituzzjoni tar-rappurtar sa fejn dawn id-depożiti jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

050

Ftehimiet tariakkwist

L-ammont riportat tal-ftehimiet ta' riakkwist tal-istituzzjoni tar-rappurtar sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

Ftehimiet ta' riakkwist (repos) huma tranżazzjonijiet li fihom l-istituzzjoni tar-rappurtar tirċievi flus bi skambju għal assi finanzjarji mibjugħa bi prezz partikolari b'impenn ta' riakkwist tal-istess assi (jew identiċi) bi prezz fiss f'data speċifika fil-ġejjieni. Il-varjanti li ġejjin ta' operazzjonijiet tip repo huma kollha meħtieħġa biex jiġu rappurtati bħala ftehimiet ta' riakkwist: — ammonti riċevuti bi skambju għal titoli temporanji trasferiti lil parti terza fil-forma ta' titoli mislufa kontra kollateral fi flus u — ammonti riċevuti bi skambju għal titoli temporanji trasferiti lil parti terza fil-forma ta' ftehim ta' bejgħ/riakkwist.

060

li minnhom: banek ċentrali

L-ammont riportat tal-ftehimiet ta' riakkwist tal-istituzzjoni tar-rappurtar ma' banek ċentrali sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi.

070

Depożiti kollateralizzati minbarra ftehimiet ta' riakkwist

L-ammont riportat ta' depożiti kollateralizzati għajr ftehimiet ta' riakkwist tal-istituzzjoni tar-rappurtar sa fejn dawn id-depożiti jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

080

li minnhom: banek ċentrali

L-ammont riportat tad-depożiti kollateralizzati minbarra ftehimiet ta' riakkwist tal-istituzzjoni tar-rappurtar ma' banek ċentrali sa fejn dawn id-depożiti jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

090

Titoli ta' dejn maħruġa

L-ammont riportat ta' titoli ta' dejn maħruġa mill-istituzzjoni tar-rappurtar sa fejn dawn it-titoli maħruġa jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

Il-parti miżmuma ta' kwalunkwe ħruġ issegwi t-trattament stipulat fil-punt (vi) tal-paragrafu 15 tal-Parti A sabiex il-perċentwali ta' titoli ta' dejn biss jitpoġġa barra mill-entitajiet tal-grupp ikunu inklużi f'din il-kategorija.

100

li minnhom: bonds koperti maħruġa

L-ammont riportat ta' bonds koperti li l-assi tagħhom huma oriġinati mill-istituzzjoni tar-rappurtar sa fejn dawn it-titoli maħruġa jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

110

li minnhom: titolizzazzjonijiet maħruġa

L-ammont riportat ta' titolizzazzjonijiet maħruġa mill-istituzzjoni tar-rappurtar sa fejn dawn it-titoli maħruġa jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

120

Sorsi oħra ta' interess ta' garanzija

L-ammont ta' tranżazzjonijiet kollateralizzati tal-istituzzjoni tar-rappurtar minbarra obbligazzjonijiet finanzjarji, sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

130

nominali ta' impenji ta' self riċevuti

L-ammont nominali tal-impenji ta' self riċevuti mill-istituzzjoni tar-rappurtar, sa fejn dawn l-impenji riċevuti jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

140

Nominali ta' garanziji finanzjarji riċevuti

L-ammont nominali tal-garanziji finanzjarji riċevuti mill-istituzzjoni tar-rappurtar, sa fejn dawn il-garanziji riċevuti jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

150

Il-valur ġust ta' titoli mislufa b'kollateral mhux-fi flus

Il-valur ġust tat-titoli missellfa mill-istituzzjoni tar-rappurtar b'kollateral mhux fi flus, sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

160

Oħrajn

L-ammont ta' tranżazzjonijiet kollateralizzati tal-istituzzjoni tar-rappurtar għajr l-obbligazzjonijiet finanzjarji, li ma jaqgħux taħt l-entrati ta' hawn fuq, sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

170

TOTAL TAS-SORSI TA' INTERESS TA' GARANZIJA

L-ammont tat-tranżazzjonijiet kollateralizzati kollha tal-istituzzjoni tar-rappurtar sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

2.4.3.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Obbligazzjonijiet imqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli mislufa

L-ammont tal-obbligazzjonijiet finanzjarji mqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti (impenji ta' self riċevuti u garanziji finanzjarji riċevuti) u tat-titoli mislufa b'kollateral mhux-fi flus, sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

Obbligazzjonijiet finanzjarji jiġu rrappurtati bl-ammont riportat tagħhom; obbligazzjonijiet kontinġenti jiġu rrappurtati bil-valur nominali tagħhom; u titoli mislufa b'kollateral mhux fi flus jiġu rrappurtati bil-valur ġust tagħhom.

020

li minnhom: minn entitajiet oħra tal-grupp

L-ammont tal-obbligazzjonijiet finanzjarji mqabbla, l-obbligazzjonijiet kontinġenti (impenji ta' self riċevuti u garanziji finanzjarji riċevuti) u t-titoli mislufa b'kollateral mhux fi flus, sa fejn il-kontroparti tkun kwalunkwe entità oħra fl-ambitu pridenzjali tal-konsolidazzjoni u t-transazzjoni tinvolvi għar-rappurtar istituzzjoni interess ta' garanzija tal-assi.

Għal regoli li japplikaw għal tipi ta' ammonti, ara l-istruzzjonijiet għal kolonna 010.

030

Assi, kollateral riċevut u titoli proprji maħruġa għajr bonds koperti u ABSs vinkolati

L-ammont tal-assi, kollateral riċevut u titoli proprji maħruġa għajr bonds koperti u titolizzazzjonijiet li huma vinkolati bħala riżultat tat-tip differenti ta' transazzjonijiet speċifikati fir-ringieli.

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kriterji fil-mudelli AE-ASS u AE-COL, l-assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar irreġistrati fil-karta bilanċjali huma rrappurtati bl-ammont riportat tagħhom, il-kollateral użati mill-ġdid riċevut u t-titoli propji vinkolati maħruġa għajr bonds koperti u titolizzazzjonijiet jiġu rrappurtati bil-valur ġust tagħhom.

040

li minnhom: kollateral riċevut u użat mill-ġdid

Il-valur ġust tal-garanziji riċevuti li jintuża mill-ġdid/vinkolat bħala riżultat ta' tipi differenti ta' transazzjonijiet speċifikati fir-ringieli.

050

li minnhom: titoli ta' dejn proprji vinkolati

Valur ġust ta' titoli proprji maħruġa għajr bonds koperti u titolizzazzjonijiet, li huma vinkolati bħala riżultat tat-tip differenti ta' tranżazzjonijiet speċifikati fir-ringieli.

3.   PARTI B: DATA TAL-MATURITÀ

3.1.   Rimarki ġenerali

21.

Il-mudell inkluż fil-Parti B juri ħarsa ġenerali fuq l-ammont ta' assi vinkolati u kollateral riċevut użat mill-ġdid li jaqgħu taħt intervalli definiti tal-maturità li jifdal tal-obbligazzjonijiet imqabbla.

3.2.   Mudell: AE-MAT. Data ta' maturità

3.2.1.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

Ringieli

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Assi vinkolati

Għall-iskop ta' dan il-mudell, assi vinkolati jinkludu dawn kollha:

(a)

l-assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar (ara l-istruzzjoni għar-ringiela 010 tal-mudell AE-ASS), li jiġu rrappurtati bl-ammont riportat tagħhom;

(b)

titoli ta' dejn proprji maħruġa għajr bonds koperti jew titolizzazzjonijiet (ara l-istruzzjoni għar-ringiela 240 tal-mudell AE-COL), li jiġu rrappurtati bil-valur ġust.

Dawn l-ammonti huma mqassma fost is-sett ta' ‘buckets’ ta' maturità li jifdal speċifikati fil-kolonni skont il-maturità li jifdal tas-sors tal-interess ta' garanzija tagħha (obbligazzjoni mqabbla, obbligazzjoni kontinġenti jew tranżazzjoni ta' self ta' titoli).

020

Kollateral riċevut użat mill-ġdid (receiving leg)

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 130 ta' mudell AE-COL u AE-SOU u l-kolonna 040 tal-mudell AE-SOU.

L-ammonti jiġu rrappurtati bil-valur ġust u mqassma fost is-sett ta' ‘buckets’ ta' maturità li jifdal speċifikati fil-kolonni skont il-maturità li jifdal tat-tranżazzjoni li ġġenerat għall-entità li tirċievi l-kollateral li qed jintuża mill-ġdid (receiving leg).

030

Kollateral riċevut użat mill-ġdid (re-using leg)

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 130 ta' mudell AE-COL u AE-SOU u l-kolonna 040 tal-mudell AE-SOU.

Dawn l-ammonti huma rrappurtati bil-valur ġust u mqassma fost is-sett ta' ‘buckets’ ta' maturità li jifdal speċifikati fil-kolonni skont il-maturità li jifdal tas-sors tal-interess ta' garanzija tagħha (reusing leg): obbligazzjoni mqabbla, obbligazzjoni kontinġenti jew tranżazzjoni ta' self ta' titoli

3.2.2.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Maturità miftuħa

Fuq talba, mingħajr data ta' maturità speċifika

020

Mil-lum għall-għada

Data ta' skadenza aktar kmieni jew ugwali għal jum

030

> 1 jum <= 1 ġimgħa

Data aktar tard minn jum u aktar kmieni minn jew ugwali għal ġimgħa

040

> 1 ġimgħa <= 2 ġimgħat

Data aktar tard minn ġimgħa u aktar kmieni minn jew ugwali għal ġimgħatejn

050

> 2 ġimgħat <= 1 xahar

Data aktar tard minn 2 ġimgħat u aktar kmieni minn jew ugwali għal 1 xahar

060

> 1 xahar <= 3 xhur

Data aktar tard minn 1 xahar u aktar kmieni minn jew ugwali għal 3 xhur

070

> 3 xhur <= 6 xhur

Data aktar tard minn 3 xhur u aktar kmieni minn jew ugwali għal 6 xhur

080

> 6 xhur <= 1 sena

Data aktar tard minn 6 xhur u aktar kmieni minn jew ugwali għal 1 sena

090

> 1 sena <= 2 snin

Data aktar tard minn 1 sena u aktar kmieni minn jew ugwali għal sentejn

100

> 2 snin <= 3 snin

Data aktar tard minn 2 snin u aktar kmieni minn jew ugwali għal 3 snin

110

> 3 snin <= 5 snin

Data aktar tard minn 3 snin u aktar kmieni minn jew ugwali għal 5 snin

120

> 5 snin <= 10 snin

Data aktar tard minn 5 snin u aktar kmieni minn jew ugwali għal 10 snin

130

> 10 snin

Data aktar tard minn 10 snin

4.   PARTI C: INTERESS TA' GARANZIJA KONTINĠENTI

4.1.   Rimarki ġenerali

22.

Dan il-mudell jeħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell ta' interess ta' garanzija tal-assi f'għadd ta' xenarji ta' stress.

23.

Interess ta' garanzija kontinġenti jirreferi għal assi addizzjonali li jistgħu jeħtieġu li jiġu vinkolati meta l-istituzzjonijiet tar-rappurtar jiffaċċaw żviluppi avversi kkawżata minn avveniment estern li fuq l-istituzzjoni tar-rappurtar ma għandha l-ebda kontroll (inkluż tnaqqis fil-klassifikazzjoni, tnaqqis ta' valur ġust tal-assi vinkolati jew telf ġenerali ta' fiduċja). F'dawn il-każijiet, l-istituzzjoni tar-rappurtar se jeħtieġ li taħgmel interess ta' garanzija fuq assi addizzjonali bħala konsegwenza ta' tranżazzjonijiet diġà eżistenti. L-ammont addizzjonali ta' assi vinkolati jkun nett tal-impatt ta' tranżazzjonijiet spekulattivi tal-istituzzjoni kontra l-avvenimenti deskritti fix-xenarji ta' stress imsemmija.

24.

Dan il-mudell jinkludi ż-żewġ xenarji li ġejjin għar-rappurtar ta' interess ta' garanzija kontinġenti li huma stipulati f'aktar dettall fil-punti 4.1.1. u 4.1.2. L-informazzjoni rrappurtata tkun l-istima raġonevoli tal-istituzzjoni bbażata fuq l-aħjar informazzjoni disponibbli.

(a)

Tnaqqis tal-valur ġust tal-assi vinkolati bi 30 %. Dan ix-xenarju jkopri biss bidla fil-bażi l-valur ġust sottostanti tal-assi, u l-ebda bidla oħra li jista' jkollha impatt fuq l-ammont riportat tiegħu bħal qligħ jew telf jew ħsara potenzjali tar-rata tal-kambju. L-istituzzjoni tar-rappurtar tista' mbagħad tiġi mġiegħla żżid il-kollateral sabiex iżżomm il-valur tal-kollateral kostanti.

(b)

Deprezzament ta' 10 % f'kull munita li fiha l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet aggregati li jammontaw għal 5 % jew aktar ta' obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni.

25.

Ix-xenarji jiġu rrappurtati b'mod indipendenti minn xulxin, u deprezzamenti sinifikanti tal-valuta wkoll jiġu rrappurtati b'mod indipendenti mid-deprezzamenti ta' muniti sinifikanti oħra. Għaldaqstant l-istituzzjonijiet ma għandhomx jieħdu f'kunsiderazzjoni l-korrelazzjonijiet bejn ix-xenarji.

4.1.1.   Scenario A: Tnaqqis ta' 30 % ta' assi vinkolati

26.

Wieħed jassumi li l-assi vinkolati kollha jonqsu bi 30 % fil-valur. Il-ħtieġa ta' kollateral addizzjonali li jirriżulta minn tnaqqis bħal dan tqis il-livelli eżistenti ta' kollateralizzazzjoni żejda, b'tali mod li l-livell minimu ta' kollateralizzazzjoni biss jinżamm. Il-ħtieġa ta' kollateral addizzjonali tqis ukoll ir-rekwiżiti kuntrattwali tal-kuntratti u l-ftehimiet milquta, inklużi l-iskattaturi tal-limiti.

27.

Il-kuntratti u l-ftehimiet biss, fejn hemm obbligu legali li jiġi pprovdut kollateral addizzjonali jiġu inklużi. Dan jinkludi kwistjonijiet ta' ħruġ ta' bonds koperti fejn hemm rekwiżit legali li jinżammu livelli minimi ta' kollateralizzazzjoni żejda iżda l-ebda rekwiżit li jinżammu livelli ta' klassifikazzjoni eżistenti dwar bonds koperti.

4.1.2.   Scenario B: Diprezzament ta' 10 % f'muniti sinifikanti

28.

Munita hija sinifikanti jekk l-istituzzjoni tar-rappurtar ikollha obbligazzjonijiet aggregati f'dik il-munita li jammontaw għal 5 % jew aktar tal-obbligazzjonijiet totali tal-istituzzjoni

29.

Il-kalkolu ta' deprezzament ta' 10 % iqis kemm iż-żewġ bidliet fuq in-naħa tal-assi u tal-obbligazzjonijiet, jiġifieri jaċċenna d-diskrepanzi bejn l-assi u l-obbligazzjonijiet. Pereżempju, tranżazzjoni repo f'USD bbażata fuq assi USD ma tikkawżax aktar interess ta' garanzija, filwaqt li transazzjoni repo f'USD abbażi ta' assi EUR jikkawża interess ta' garanzija addizzjonali.

30.

It-tranżazzjonijiet kollha li jkollhom element trasversali bejn il-muniti jkunu koperti minn dan il-kalkolu.

4.2.   Mudell: AE-CONT. Interess ta' garanzija kontinġenti

4.2.1.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

31.

Ara l-istruzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi tal-mudell AE-SOU fil-punt 1.5.1. Il-kontenut tal-kolonni tal-mudell AE-CONT mhuwiex differenti mill-mudell AE-SOU.

4.2.2.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Obbligazzjonijiet imqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti jew titoli mislufa

L-istess struzzjonijiet u dejta bħall-kolonna 010 tal-mudell AE-SOU.

L-ammont tal-obbligazzjonijiet finanzjarji mqabbla, obbligazzjonijiet kontinġenti (impenji ta' self riċevuti u garanziji finanzjarji riċevuti) u tat-titoli mislufa b'kollateral mhux–fi flus, sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

Kif imsemmi f'kull ringiela fil-mudell, obbligazzjonijiet finanzjarji jiġu rrappurtati bl-ammont riportat tagħhom, l-obbligazzjonijiet kontinġenti fin-nominal tagħhom u t-titoli mislufa b'kollateral mhux fi flus bil-valur ġust tagħhom.

020

A.   Ammont addizzjonali tal-assi vinkolati

Ammont addizzjonali ta' assi li jsiru vinkolati minħabba dispożizzjoni legali, regolatorja jew kuntrattwali li jistgħu jiġu attivati f'każ li jokkorri x-xenarju A.

Skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fil-Parti A ta' dan l-Anness, dawn l-ammonti jiġu rrappurtati bl-ammont riportat tagħhom jekk l-ammont ikun relatat ma' assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar jew bil-valur ġust tagħhom jekk relatati ma' kollateral riċevut. Ammonti li jeċċedu l-assi mhux vinkolati u l-kollateral tal-istituzzjoni jiġu rrappurtati bil-valur ġust.

030

B.   Ammont addizzjonali tal-assi vinkolati. Valuta sinifikanti 1

Ammont ta' assi addizzjonali li jsiru vinkolati minħabba dispożizzjoni legali, regolatorja jew kuntrattwali li jistgħu li jistgħu jiġu attivati f'każ ta' deprezzament tal-valuta sinifikanti 1 fix-xenarju B.

Ara r-regoli għal tipi ta' ammonti fir-ringiela 020.

040

B.   Ammont addizzjonali tal-assi vinkolati. Valuta sinifikanti 2

Ammont addizzjonali ta' assi li jsiru vinkolati minħabba dispożizzjoni legali, regolatorja jew kuntrattwali li jistgħu li jistgħu jiġu attivati f'każ ta' deprezzament tal-valuta sinifikanti numru 2 fix-xenarju B.

Ara r-regoli għal tipi ta' ammonti fir-ringiela 020.

5.   PARTI D: BONDS KOPERTI

5.1.   Rimarki ġenerali

32.

L-informazzjoni f'dan il-mudell hija rrappurtata għall-bonds kollha koperti konformi mal-UCITS maħruġa mill-istituzzjoni tar-rappurtar. Il-bonds koperti li huma konformi tal-USITS huma l-bonds imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE. Dawn huma bonds koperti maħruġa mill-istituzzjoni tar-rappurtar jekk l-istituzzjoni tar-rappurtar tkun relatata mal-bond kopert suġġetta bil-liġi għal superviżjoni pubblika speċjali maħsuba biex tipproteġi t-titolari ta' bonds u jekk għal tali bond kopert huwa meħtieġ li flejjes ġejjin mill-ħruġ ta' dawk il-bonds ikunu investiti skont il-liġi f'assi li, matul il-perjodu kollu ta' validità ta' bonds, huma kapaċi li jkopru pretensjonijiet marbuta mal-bonds u li, f'każ ta' ħsara tal-emittent, jintużaw fuq bażi ta' prijorità fir-rigward tar-rimborż tal-kapital u l-ħlas tal-imgħax akkumulat.

33.

Bonds koperti maħruġa minn jew f'isem istituzzjoni tar-rappurtar li mhumiex bonds koperti konformi mal-USITS ma jiġux rappurtati skont il-mudelli AE-CB.

34.

Ir-rappurtar ikun ibbażat fuq sistema statutorja ta' bonds koperti, jiġifieri l-qafas legali li japplika għall-programm ta' bonds koperti.

5.2.   Mudell: AE-CB. Ħruġ ta' bonds koperti

5.2.1.   Istruzzjonijiet dwar l-assi-z

assi-z

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Identifikatur tal-pool ta' kopertura (miftuħ)

L-identifikatur tal-pool ta' kopertura jikkonsisti fl-isem jew abbrevjazzjoni mhux ambigwa tal-entità tal-ħruġ tal-pool ta' kopertura u d-denominazzjoni tal-pool ta' kopertura li individwalment huwa suġġett għal-miżuri protettivi relevanti tal-bonds koperti.

5.2.2.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Ammont nominali

Ammont nominali huwa s-somma ta' pretensjonijiet għall-ħlas ta' kapital, determinati skont ir-regoli statutorji rispettivi tar-reġim ta' bonds koperti li japplikaw għad-determinazzjoni ta' kopertura suffiċjenti.

020

Il-valur preżenti (tpartit)

Il-valur preżenti (swap) huwa s-somma ta' pretensjonijiet għall-ħlas ta' kapital u interess, kif skontat minn kurva tar-rendita ta' kambju speċifiku mingħajr riskju, stabbilit skont ir-regoli statutorji rispettivi tar-reġim ta' bonds koperti li japplikaw għad-determinazzjoni ta' kopertura suffiċjenti.

Għall-kolonni 080 u 210 li jirreferu għal pożizzjonijiet ta' derivattivi ta' pool ta' kopertura, l-ammont li għandu jiġi rrappurtat huwa l-valur tas-suq tiegħu.

030

Valur speċifika għall-assi

Il-valur li huwa speċifika għall-assi huwa l-valur ekonomiku tal-assi tal-pool ta' kopertura, kif jistgħu jkunu deskritti b'valur ġust skont l-IFRS 13, valur tas-suq osservabbli minn tranżazzjonijiet eżegwiti fi swieq likwidi, jew li jkunu ta' valur preżenti li jiskontaw il-flussi futuri tal-flus ta' assi permezz ta' kurva tar-rata tal-imgħax speċifika għall-assi.

040

Ammont riportat

Ammont riportat ta' obbligazzjoni ta' bond kopert jew assi ta' pool ta' kopertura huwa l-valur tal-kontabbiltà fl-emittent tal-bonds koperti.

5.2.3.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

010

Konformità mal-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013? [IVA/LE]

L-istituzzjonijiet jispeċifikaw jekk il-pool ta' kopertura jissodisfax r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex ikunu eliġibbli għal trattament preferenzjali stipulati fl-Artikolu 129(4) u (5) ta' dak ir-Regolament.

012

Jekk IVA, indika l-kassi tal-assi primarju tal-pool ta' kopertura

Jekk il-pool ta' kopertura huwa eliġibbli għal trattament preferenzjali stipulat fl-Artikolu 129(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 (wieġeb IVA fil-kolonna 011), il-klassi ta' assi primarju tal-pool ta' kopertura tkun indikata f'din il-kaxxa. Il-klassifikazzjoni fl-Artikolu 129(1) ta' dak ir-Regolament tintuża għal dan l-iskop u l-kodiċijiet ‘a’, ‘b’, ‘c’, ‘d’, ‘e’, ‘f’ u ‘g’ jiġu indikati skont dan. Kodiċi ‘h’ se tkun applikata meta l-klassi tal-assi primarju tal-pool ta' kopertura ma taqa taħt l-ebda kategoriji preċedenti.

020-140

Obbligazzjonijiet ta' bonds koperti

Obbligazzjonijiet ta' bonds koperti huma obbligazzjonijiet tal-entità tal-ħruġ magħmula billi jinħarġu bonds koperti u jestendu għall-pożizzjonijiet kollha kif definit fir-reġim statutorju rispettiv ta' bonds koperti li huma suġġetti għall-miżuri protettivi relevanti ta' bonds koperti (dan jista' pereżempju jinkludi titoli fiċ-ċirkulazzjoni kif ukoll il-pożizzjoni ta' kontropartijiet tal-emittent ta' bonds koperti f'pożizzjonijiet fid-derivattivi, mill-perspettiva ta' emittent ta' bonds koperti, b'valur tas-suq negattiv attribwit għall-pool ta' kopertura u ttrattati bħala obbligazzjonijiet ta' bonds koperti skont ir-reġim statutorju rilevanti ta' bonds koperti).

020

Id-data tar-rappurtar

L-ammonti ta' obbligazzjonijiet ta' bonds koperti, esklużi l-pożizzjonijiet fid-derivattivi tal-pools ta' kopertura, skont il-firxiet differenti ta' dati futuri.

030

+ 6 xhur

Id-data ‘+ 6 xhur’ hija l-punt fiż-żmien 6 xhur wara d-data ta' referenza ta' rappurtar. L-ammonti jiġu pprovduti bl-assunzjoni ta' ebda tibdil f'obbligazzjonijiet ta' bonds koperti meta mqabbla mad-data ta' referenza tar-rappurtar ħlief għal amortizzazzjoni. Fin-nuqqas ta' skeda tal-ħlas fissa, għal ammonti pendenti f'dati futuri l-maturità mistennija għandha tintuża b'mod konsistenti.

040-070

+ 12-il xahar — + 10 snin

Fir-rigward ta' ‘+ 6 xhur’ (kolonna 030) għall-punt fiż-żmien rispettiv mid-data tar-rappurtar ta' referenza.

080

Pożizzjonijiet fid-derivattivi tal-pools ta' kopertura b'valur tas-suq negattiv

Il-valur tas-suq negattiv nett tal-pożizzjonijiet fid-derivattivi tal-pools ta' kopertura li mill-perspettiva tal-emittent ta' bonds koperti għandhom valur tas-suq nett negattiv. Pożizzjonijiet fid-derivattivi tal-pools ta' kopertura huma tali pożizzjonijiet fid-derivattivi li b'konfirmità mar-reġim statutorju rilevanti ta' bonds koperti jkunu ġew inklużi fil-pool ta' kopertura u huma soġġetti għall-miżuri protettivi rispettivi ta' bonds koperti b'mod li tali pożizzjonijiet derivattivi b'valur tas-suq negattiv jeħtieġu kopertura minn assi eliġibbli ta' pool ta' kopertura.

Il-valur tas-suq nett negattiv għandu jiġi rrappurtat għad-data ta' referenza tar-rappurtar biss.

090-140

Klassifikazzjoni tal-kreditu esterna fuq bond kopert

Informazzjoni dwar il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu esterni fuq il-bond kopert rispettiv, kif teżisti fid-data tar-rappurtar, trid tiġi pprovduta.

090

Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu 1

Jekk klassifikazzjoni tal-kreditu ta' mill-inqas aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu waħda teżisti fid-data tar-rappurtar, l-isem ta' waħda minn dawn l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu għandha tiġi pprovduta hawnhekk. Jekk jeżistu klassifikazzjonijiet tal-kreditu minn aktar minn tliet aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu fid-data tar-rappurtar, it-tliet aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu li tingħatalhom l-informazzjoni jkunu magħżula abbażi tal-prevalenza tas-suq rispettiva tagħhom.

100

Klassifikazzjoni tal-kreditu 1

Il-klassifikazzjoni tal-kreditu maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu irrappurtata fil-kolonna 090 dwar il-bond kopert fid-data ta' referenza ta' rappurtar. Jekk jeżistu klassifikazzjonijiet tal-kreditu għal perjodu twil u qasir mill-istess aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, tiġi rrappurtata l-klassifikazzjoni tal-kreditu fit-tul. Il-klassifikazzjoni ta' kreditu li tid tiġi rrappurtata għandha tinkludi kwalunkwe modifikaturi.

110, 130

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 2 u aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 3

Bħal għall-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 1 (il-kolonna 090) għal aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu ulterjuri li ħarġu klassifikazzjonijiet tal-kreditu fuq il-bond kopert fid-data ta' referenza ta' rappurtar.

120, 140

Klassifikazzjoni tal-kreditu 2 u klassifikazzjoni tal-kreditu 3

Bħala għall-klassifikazzjoni tal-kreditu (kolonna 100) għal klassifikazzjonijiet ta' kreditu maħruġa minn aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu 2 u 3 dwar il-bond kopert eżistenti fid-data ta' riferenza tar-rappurtar.

150-250

Pool ta' kopertura

Il-pool ta' kopertura jikkonsisti fil-pożizzjonijiet kollha, inklużi l-pożizzjonijiet fid-derivattivi tal-pool ta' kopertura, mill-perspettiva tal-emittent tal-bond kopert, b'valur tas-suq nett pożittiv, li huma suġġetti għall-miżuri protettivi rispettivi tal-bonds koperti.

150

Id-data tar-rappurtar

L-ammonti tal-assi fil-pool ta' kopertura, esklużi pożizzjonijiet fid-derivattivi tal-pool ta' kopertura. Dan l-ammont jinkludi rekwiżiti minimi ta' kollateralizzazzjoni żejda flimkien ma' kull kollateralizzazzjoni żejda addizzjonali li taqbeż il-minimu, sal-punt suġġett għall-miżuri protettivi rispettivi tal-bonds koperti.

160

+ 6 xhur

Id-data tar-rappurtar ‘+ 6 xhur’ hija l-punt fiż-żmien 6 xhur wara d-data ta' referenza tar-rappurtar. L-ammonti jiġu pprovduti bl-assunjoni ta' ebda tibdil fil-pool ta' kopertura meta mqabbla mad-data tar-rappurtar ħlief għal amortizzazzjoni. Fin-nuqqas ta' skeda tal-ħlas fissa, għal ammonti pendenti f'dati futuri l-maturità mistennija għandha tintuża b'mod konsistenti.

170-200

+ 12-il xahar — + 10 snin

Fir-rigward ta' ‘+ 6 xhur’ (kolonna 160) għall-punt fiż-żmien rispettiv mid-data tar-rappurtar ta' referenza.

210

Pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' pools ta' kopertura b'valur tas-suq nett pożittiv

Il-valur tas-suq nett pożittiv ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' pools ta' kopertura li, mill-perspettiva tal-emittent tal-bond kopert, ikollhom valur tas-suq nett pożittiv. Pożizzjonijiet fid-derivattivi ta' pools ta' kopertura huma tip ta' pożizzjonijiet fid-derivattivi nett li b'konformità mar-reġim statutorju rilevanti ta' bonds koperti jkunu ġew inklużi fil-pool ta' kopertura u huma soġġetti għal miżuri protettivi rispettivi ta' bonds koperti b'mod li tali pożizzjonijiet derivattivi b'valur pożittiv fis-suq ma jkunux jagħmlu parti mill-proprjetà ġenerali tal-insolvenza tal-emittent tal-bonds koperti.

Il-valur tas-suq nett pożittivi għandu jiġi rrappurtat biss għad-data ta' rappurtar.

220-250

Ammonti ta' kopertura li jaqbżu l-minimu ta' rekwiżiti ta' kopertura

Ammonti tal-pool ta' kopertura, inklużi pożizzjonijiet fid-derivattivi tal-pool ta' kopertura b'valuri tas-suq nett pożittivi, f'eċċess ta' rekwiżiti ta' kopertura minima (kollateralizzazzjoni żejda).

220

Skont ir-reġim rilevanti statutorju tal-bonds koperti

Ammonti ta' kollateralizzazzjoni żejda meta mqabbla mal-kopertura minima meħtieġa mir-reġim statutorju rilevanti tal-bonds ta' koperti.

230-250

Skont il-metodoloġija tal-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu biex tinżamm il-klassifikazzjoni tal-kreditu estern kurrenti fuq bonds koperti

Ammonti ta' kollateralizzazzjoni żejda meta mqabbla mal-livell li, skont informazzjoni dwar il-metodoloġija tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu rispettiva għad-dispożizzjoni tal-emittent tal-bonds koperti, għandhom għall-inqas ikunu meħtieġa biex isostnu l-klassifikazzjoni ta' kreditu eżistenti maħruġa mill-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu.

230

Aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu 1

Ammonti ta' kollateralizzazzjoni żejda meta mqabbla mal-livell li skont l-informazzjoni dwar il-metodoloġija tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 1 (kolonna 090) għad-dispożizzjoni tal-emittent tal-bonds koperti, għandhom għall-inqas ikunu meħtieġa biex isostnu l-klassifikazzjoni tal-kreditu 1 (kolonna 100).

240-250

Aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 2 u aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 3

L-istruzzjonijiet għall-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 1 (kolonna 230) japplikaw ukoll għall-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 2 (kolonna 110) u l-aġenzija tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 3 (kolonna 130).

6.   PARTI E: DEJTA AVVANZATA

6.1.   Rimarki ġenerali

35.

Il-parti E ssegwi l-istess struttura bħal fil-ħarsa ġenerali fuq il-mudelli tal-interess ta' garanzija fil-Parti A b'mudelli differenti għall-interess ta' garanzija tal-assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar u għall-kollateral riċevut: AE-ADV u AE-ADV 2 rispettivament. Konsegwentement, obbligazzjonijiet imqabbla, jikkorrespondu għall-obbligazzjonijiet li huma garantiti mill-assi vinkolati u ma tista' teżisti l-ebda relazzjoni wieħed għal wieħed.

6.2.   Mudell: AE-ADV 1. Mudell avvanzat għal assi tal-istituzzjoni tar-rappurtar

6.2.1.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

Ringieli

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010-020

Finanzjament mill-bank ċentrali (ta' kull tip, inkluż repos)

It-tipi kollha ta' obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni tar-rappurtar fejn il-kontroparti tat-tranżazzjoni huwa bank ċentrali.

Assi li jkunu ġew pożizzjonati minn qabel ma' banek ċentrali ma jiġux trattati bħala assi vinkolati sa fejn il-bank ċentrali ma jippermettix l-irtirar ta' xi assi mqiegħda mingħajr approvazzjoni minn qabel. Għal garanziji finanzjarji mhux użati, il-parti mhux użata, jiġifieri, l-ammont 'l fuq mill-minimu meħtieġ mill-bank ċentrali, jiġu allokati fuq bażi pro-rata fost l-assi li jitqiegħdu fil-bank ċentrali.

030-040

Derivattivi kkummerċjati skambjati

L-ammont riportat tad-derivattivi kollateralizzati tal-istituzzjoni tar-rappurtar li huma obbligazzjonijiet finanzjarji, sa fejn dawn id-derivattivi huma kkwotati jew negozjati f'kambju ta' investiment rikonoxxut jew speċifikat u dawn jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

050-060

Derivattivi barra l-Borża

L-ammont riportat tad-derivati kollateralizzati tal-istituzzjoni tar-rappurtar li huma obbligazzjonijiet finanzjarji, sa fejn dawn id-derivattivi jkunu nnegozjati barra l-Borża u jinkludu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni. (L-istess istruzzjoni fir-ringiela 030 tal-mudell AE-SOU)

070-080

Ftehimiet tariakkwist

L-ammont riportat tal-ftehimiet ta' riakkwist tal-istituzzjoni tar-rappurtar fejn il-kontroparti tat-tranżazzjoni ma tkunx bank ċentrali, sa fejn dawn it-tranżazzjonijiet jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni. Għal ftehimiet ta' riakkwist bejn tliet partijiet, għandu jiġi segwit l-istess trattament bħal ftehimiet ta' riakkwist sa fejn dawn jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għall-istituzzjoni tar-rappurtar.

090-100

Depożiti kollateralizzati għajr ftehimiet ta' riakkwist

L-ammont riportat tad-depożiti kollateralizzati għajr ftehimiet ta' riakkwist tal-istituzzjoni tar-rappurtar fejn il-kontroparti tat-tranżazzjoni ma tkunx bank ċentrali, sa fejn dawn id-depożiti jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

110-120

Titoli ta' bonds koperti maħruġa

Ara l-istruzzjonijiet fir-ringiela 100 tal-mudell AE-ASS.

130-140

Titolizzazzjonijiet maħruġa

Ara l-istruzzjonijiet fir-ringiela 110 tal-mudell AE-ASS.

150-160

Titoli ta' dejn maħruġa għajr bonds koperti u ABSs.

L-ammont riportat tat-titoli ta' dejn maħruġa mill-istituzzjoni tar-rappurtar għajr bonds koperti u titolizzazzjonijiet sa fejn dawn it-titoli maħruġa jinvolvu interess ta' garanzija tal-assi għal dik l-istituzzjoni.

Fil-każ li istituzzjoni tar-rappurtar kienet tkun żammet xi titoli ta' dejn maħruġa, jew mid-data tal-ħruġ jew wara bħala riżultat ta' riakkwist, dawn it-titoli miżmuma ma għandhomx jiġu inklużi taħt din il-partita. Barra minn hekk, il-kollateral assenjat lilhom għandu jiġu kklassifikat bħala mhux vinkolat għall-iskop ta' dan il-mudell.

170-180

Sorsi oħra ta' interess ta' garanzija

Ara l-istruzzjonijiet fir-ringiela 120 tal-mudell AE-ASS.

190

Total tal-assi vinkolati

Għal kull tip ta' assi speċifikata fir-ringieli tal-mudell AE-ADV 1, l-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma vinkolati.

200

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Għal kull tip ta' assi speċifikati fir-ringieli tal-mudell AE-ADV 1, l-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huma vinkolati u li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess. L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li ma għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

210

Total ta' assi mhux vinkolati

Għal kull tip ta' assi speċifikati fir-ringieli tal-mudell AE-ADV 1, l-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhumiex vinkolati. Ammont riportat tfisser l-ammont rappurtat fin-naħa tal-assi tal-karta bilanċjali.

220

li minnhom: eliġibbli tal-banek ċentrali

Għal kull tip ta' assi speċifikati fir-ringieli tal-mudell AE-ADV 1, l-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar li mhumiex vinkolati u li huma eliġibbli għal operazzjonijiet ma' dawk il-banek ċentrali li għalihom l-istituzzjoni tar-rappurtar għandha aċċess. L-istituzzjonijiet tar-rappurtar li ma jistgħux b'mod pożittiv jistabbilixxu eliġibbiltà tal-bank ċentrali għal entrata, pereżempju ġuriżdizzjonijiet li joperaw mingħajr definizzjoni ċara ta' assi eliġibbli għal repo ta' bank ċentrali jew li ma għandhomx aċċess għal suq repo tal-bank ċentrali li jiffunzjona kontinwament, jistgħu jastjenu milli jirrappurtaw l-ammont assoċjat għal dik l-entrata, jiġifieri jħallu s-sezzjoni tar-rappurtar vojta.

230

Assi vinkolati + assi mhux vinkolati

Għal kull tip ta' assi speċifikati fir-ringieli tal-mudell AE-ADV1, l-ammont riportat tal-assi miżmuma mill-istituzzjoni tar-rappurtar.

6.2.2.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Self fuq talba

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 020 tal-mudell AE-ASS.

020

Strumenti ta' ishma azzjonarji

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 030 tal-mudell AE-ASS.

030

Totali

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 040 tal-mudell AE-ASS.

040

li minnhom: bonds koperti

Ara kif deskritt fl-istruzzjonijiet għar-ringiela 050 tal-mudell AE-ASS.

050

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

Bonds koperti kif deskritt fl-istruzzjonijiet għar-ringiela 050 tal-mudell AE-ASS li huma maħruġa minn kwalunkwe entità fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni.

060

li minnhom: titolizzazzjonijiet

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 060 tal-mudell AE-ASS.

070

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

Titolizzazzjonijiet kif deskritt fl-istruzzjonijiet għar-ringiela 060 tal-mudell AE-ASS li huma maħruġa minn kwalunkwe entità fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni.

080

li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 070 tal-mudell AE-ASS.

090

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 080 tal-mudell AE-ASS.

100

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet nonfinanzjarji

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 090 tal-mudell AE-ASS.

110

Banek ċentrali u amministrazzjonijiet pubbliċi

Self u avvanzi għajr self fuq talba lil bank ċentrali jew amministrazzjoni pubblika.

120

Korporazzjonijiet finanzjarji

Self u avvanzi għajr self, fuq talba lil korporazzjonijiet finanzjarji.

130

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Self u avvanzi għajr self fuq talba lil korporazzjonijiet nonfinanzjarji.

140

li minnhom: self ipotekarju

Self u avvanzi għajr self fuq talba ggarantiti b'ipoteka mogħtija lil korporazzjonijiet nonfinanzjarji.

150

Unitajiet domestiċi

Self u avvanzi għajr self fuq talba mogħtija mogħtija lill-unitajiet domestiċi.

160

li minnhom: self ipotekarju

Self u avvanzi għajr self fuq talba ggarantiti b'ipoteka mogħtija lill-unitajiet domestiċi.

170

Assi oħrajn

Ara l-istruzzjoni għar-ringiela 120 tal-mudell AE-ASS.

180

Totali

Ara l-istruzzjoni għar-ringiela 010 tal-mudell AE-ASS.

6.3.   Mudell: AE-ADV2. Mudell avvanzat għal kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar

6.3.1.   Struzzjonijiet dwar ringieli speċifiċi

36.

Ara l-punt 6.2.1 minħabba li l-istruzzjonijiet huma simili għaż-żewġ mudelli.

6.3.2.   Struzzjonijiet dwar kolonni speċifiċi

Kolonni

Ir-referenzi u l-istruzzjonijiet legali

010

Self fuq talba

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 140 tal-mudell AE-COL.

020

Strumenti ta' ishma azzjonarji

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 150 tal-mudell AE-COL.

030

Totali

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 160 tal-mudell AE-COL.

040

li minnhom: bonds koperti

Ara l-istruzzjonijiet fir-ringiela 170 ta' mudell AE-COL.

050

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huwa bonds koperti maħruġa minn kwalunkwe entità fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni.

060

li minnhom: titolizzazzjonijiet

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 180 tal-mudell AE-COL.

070

li minnhom: maħruġa minn entitajiet oħra tal-grupp

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huwa titolizzazzjonijiet maħruġin minn kwalunkwe entità fl-ambitu prudenzjali tal-konsolidazzjoni.

080

li minnhom: maħruġa mill-amministrazzjonijiet pubbliċi

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 190 tal-mudell AE-COL.

090

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 200 tal-mudell AE-COL.

100

li minnhom: maħruġa minn korporazzjonijiet nonfinanzjarji

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 210 tal-mudell AE-COL.

110

Banek ċentrali u amministrazzjonijiet pubbliċi

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huwa self u avvanzi għajr self fuq talba lil bank ċentrali jew amministrazzjoni pubblika.

120

Korporazzjonijiet finanzjarji

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huwa self u avvanzi għajr self fuq talba lil korporazzjonijiet finanzjarji.

130

Korporazzjonijiet mhux finanzjarji

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huwa self u avvanzi għajr self fuq talba lil korporazzjonijiet nonfinanzjarji.

140

li minnhom: self ipotekarju

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar li huwa self u avvanzi għajr self fuq talba ggarantit b'ipoteka mogħti lil korporazzjonijiet nonfinanzjarji.

150

Unitajiet domestiċi

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar f'forma ta' self u avvanzi oħra għajr self fuq talba mogħti lill-unitajiet domestiċi.

160

li minnhom: self ipotekarju

Kollateral riċevut mill-istituzzjoni tar-rappurtar f'forma ta' self u avvanzi għajr self fuq talba ggarantit b'ipoteka mogħtija lill-unitajiet domestiċi.

170

Assi oħrajn

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 230 tal-mudell AE-COL.

180

Titoli ta' dejn proprji maħruġin għajr bonds proprji koperti jew ABSs

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringiela 240 tal-mudell AE-COL.

190

Totali

Ara l-istruzzjonijiet għar-ringieli 130 u 140 tal-mudell AE-COL.”


(1)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).


21.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 14/45


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/80

tal-20 ta' Jannar 2015

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Jannar 2015.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

62,0

EG

285,0

IL

160,5

MA

121,2

TR

155,0

ZZ

156,7

0707 00 05

JO

241,9

MA

66,8

TR

180,1

ZZ

162,9

0709 91 00

EG

119,3

ZZ

119,3

0709 93 10

MA

231,9

TR

171,0

ZZ

201,5

0805 10 20

EG

63,0

MA

62,6

TN

52,9

TR

64,2

ZA

97,5

ZZ

68,0

0805 20 10

IL

179,2

MA

84,7

ZZ

132,0

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

126,0

JM

118,0

KR

153,2

MA

81,7

TR

121,7

ZZ

120,1

0805 50 10

TR

71,8

ZZ

71,8

0808 10 80

BR

65,4

CL

89,8

MK

24,4

US

154,2

ZZ

83,5

0808 30 90

CL

265,9

CN

92,1

US

138,7

ZZ

165,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.