ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 373

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
31 ta' Diċembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/956/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed Kont tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1398/2014 tal-24 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi standards u proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE ( 1 )

8

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/957/UE

 

*

Id-Deċiżjoni Nru 2/2014 tal-Kumitat Konġunt tat-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tal-5 ta' Diċembru 2014 li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

24

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.

Din il-harga taghlaq is-serje L ghall-2014.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

31.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 373/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Lulju 2014

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/956/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2), 207 u 212, flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, għandu jsir ftehim dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (1) (“il-Ftehim”) permezz ta' protokoll għall-Ftehim (“il-Protokoll”). F'konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att tal-Adeżjoni, għal tali adeżjoni għandha tapplika proċedura ssimplifikata, li permezz tagħha jiġi konkluż protokoll mill-Kunsill, li jaġixxi unanimament f'isem l-Istati Membri, u mill-pajjiżi terzi kkonċernati.

(2)

Fl-14 ta' Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati. In-negozjati mal-Federazzjoni Russa ġew konklużi b'suċċess. Dan ġie kkonfermat fi skambju ta' noti fl-24 ta' Settembru 2013.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f'data aktar tard.

(4)

Il-konklużjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal proċedura separata li tikkonċerna kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

(5)

Fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni fl-1 ta' Lulju 2013, il-Protokoll għandu jiġi applikat fuq bażi provviżorja minn dik id-data,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed kont tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b'dan awtorizzat, soġġett għall-konklużjoni tal-Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja, mill-1 ta' Lulju 2013, sa meta jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.


31.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 373/3


PROTOKOLL

għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra, biex jittieħed Kont tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IR-RENJU TAL-BELĠJU,

IR-REPUBBLIKA TAL-BULGARIJA,

IR-REPUBBLIKA ĊEKA,

IR-RENJU TAD-DANIMARKA,

IR-REPUBBLIKA FEDERALI TAL-ĠERMANJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-ESTONJA,

L-IRLANDA,

IR-REPUBBLIKA ELLENIKA,

IR-RENJU TA' SPANJA,

IR-REPUBBLIKA FRANĊIŻA,

IR-REPUBBLIKA TAL-KROAZJA,

IR-REPUBBLIKA TALJANA,

IR-REPUBBLIKA TA' ĊIPRU,

IR-REPUBBLIKA TAL-LATVJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-LITWANJA,

IL-GRAN DUKAT TAL-LUSSEMBURGU,

L-UNGERIJA,

IR-REPUBBLIKA TA' MALTA,

IR-RENJU TAL-PAJJIŻI L-BAXXI,

IR-REPUBBLIKA TAL-AWSTRIJA,

IR-REPUBBLIKA TAL-POLONJA,

IR-REPUBBLIKA PORTUGIŻA,

IR-RUMANIJA,

IR-REPUBBLIKA TAS-SLOVENJA,

IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA,

IR-REPUBBLIKA TAL-FINLANDJA,

IR-RENJU TAL-ISVEZJA,

IR-RENJU UNIT TAL-GRAN BRITTANJA U L-IRLANDA TA' FUQ

Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn hawn 'il quddiem imsejħa l-“Istati Membri”,

L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni”, u

IL-KOMUNITÀ EWROPEA TAL-ENERĠIJA ATOMIKA

minn naħa waħda, u

IL-FEDERAZZJONI RUSSA

min-naħa l-oħra,

minn hawn 'il quddiem flimkien imsejħin “il-Partijiet”,

BILLI l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Federazzjoni Russa min-naħa l-oħra, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, ġie ffirmat fl-24 ta' Ġunju 1994 f'Korfu;

BILLI t-Trattat tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea ġie ffirmat fid-9 ta' Diċembru 2011 fi Brussell;

BILLI, skont l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim għandha ssir permezz tal-konklużjoni ta' protokoll għall-Ftehim;

WARA LI KKUNSIDRAW l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Lulju 2013;

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Ir-Repubblika tal-Kroazja b'dan taċċedi għall-Ftehim. Ir-Repubblika tal-Kroazja tadotta u, bl-istess mod kif jagħmlu l-Istati Membri l-oħrajn, tieħu nota tat-testi tal-Ftehim, id-Dikjarazzjonijiet Konġunti, id-Dikjarazzjonijiet u l-Iskambji ta' Ittri annessi mal-Att Finali ffirmat fl-istess data u tal-Protokoll għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2000, tal-Protokoll għall-Ftehim tas-27 ta' April 2004 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2005, u tal-Protokoll għall-Ftehim tat-23 ta' April 2007 li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Mejju 2008.

Artikolu 2

Wara l-iffirmar ta' dan il-Protokoll, l-Unjoni għandha tikkomunika lill-Istati Membri u lill-Federazzjoni Russal-verżjoni, fil-lingwa Kroata, tal-Ftehim, tal-Att Finali u tad-dokumenti kollha annessi miegħu kif ukoll il-Protokolli għall-Ftehim tal-21 ta' Mejju 1997, tas-27 ta' April 2004 u tat-23 ta' April 2007. Mid-data tal-applikazzjoni provviżorja ta' dan il-Protokoll, il-verżjoni fil-lingwa Kroata għandha ssir verżjoni awtentika bl-istess kondizzjonijiet tal-verżjonijiet bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Russa tal-Ftehim.

Artikolu 3

Dan il-Protokoll jifforma parti integrali mill-Ftehim.

Artikolu 4

1.   Dan il-Protokoll għandu jiġi approvat mill-Partijiet, f'konformità mal-proċeduri tagħhom stess. Il-Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan. L-istrumenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu ddepożitati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

2.   Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tal-ewwel xahar wara d-data tad-depożitu tal-aħħar strument ta' approvazzjoni.

3.   Dan il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja wara 15-il jum mid-data tal-iffirmar tiegħu.

4.   Dan il-Protokoll japplika għar-relazzjonijiet bejn il-Partijiet fil-qafas tal-Ftehim mid-data tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5

Dan il-Ftehim huwa mfassal f'żewġ eżemplari bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan, bl-Ungeriż u bir-Russu, b'kull wieħed minn dawn it-testi ugwalment awtentiku.

B'XIEHDA TA' DAN, il-Plenipotenzjarji hawn taħt iffirmati, mogħtija s-setgħa għal dan l-iskop, iffirmaw dan il-Protokoll.

Съставено в Брюксел на седемнадесети декември две хиляди и четиринадесета година.

Hecho en Bruselas, el diecisiete de diciembre de dos mil catorce.

V Bruselu dne sedmnáctého prosince dva tisíce čtrnáct.

Udfærdiget i Bruxelles den syttende december to tusind og fjorten.

Geschehen zu Brüssel am siebzehnten Dezember zweitausendvierzehn.

Kahe tuhande neljateistkümnenda aasta detsembrikuu seitsmeteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα εφτά Δεκεμβρίου δύο χιλιάδες δεκατέσσερα.

Done at Brussels on the seventeenth day of December in the year two thousand and fourteen.

Fait à Bruxelles, le dix-sept décembre deux mille quatorze.

Sastavljeno u Bruxellesu sedamnaestog prosinca dvije tisuće četrnaeste.

Fatto a Bruxelles, addì diciassette dicembre duemilaquattordici.

Briselē, divi tūkstoši četrpadsmitā gada septiņpadsmitajā decembrī.

Priimta du tūkstančiai keturioliktų metų gruodžio septynioliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizennegyedik év december havának tizenhetedik napján.

Magħmul fi Brussell, fis-sbatax-il jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u erbatax.

Gedaan te Brussel, de zeventiende december tweeduizend veertien.

Sporządzono w Brukseli dnia siedemnastego grudnia roku dwa tysiące czternastego.

Feito em Bruxelas, em dezassete de dezembro de dois mil e catorze.

Întocmit la Bruxelles la șaptesprezece decembrie două mii paisprezece.

V Bruseli sedemnásteho decembra dvetisícštrnásť.

V Bruslju, dne sedemnajstega decembra leta dva tisoč štirinajst.

Tehty Brysselissä seitsemäntenätoista päivänä joulukuuta vuonna kaksituhattaneljätoista.

Som skedde i Bryssel den sjuttonde december tjugohundrafjorton.

Совершено в г. Брюсселе семнадцатого декабря две тысячи четырнадцатого года.

За държавите-членки

Por los Estados miembros

Za členské státy

For medlemsstaterne

Für die Mitgliedstaaten

Liikmesriikide nimel

Για τα κράτη μέλη

For the Member States

Pour les États membres

Za države članice

Per gli Stati membri

Dalībvalstu vārdā –

Valstybių narių vardu

A tagállamok részéről

Għall-Istati Membri

Voor de lidstaten

W imieniu Państw Członkowskich

Pelos Estados-Membros

Pentru statele membre

Za členské štáty

Za države članice

Jäsenvaltioiden puolesta

För medlemsstaterna

За государства-члень

Image

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Za Europsku uniju

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

За Евроиейский союз

Image

За Европейската общност за атомна енергия

Por la Comunidad Europea de la Energía Atómica

Za Evropské společenství pro atomovou energii

For Det Europæiske Atomenergifællesskab

Für die Europäische Atomgemeinschaft

Euroopa Aatomienergiaühenduse nimel

Για την Ευρωπαϊκή Κοινότητα Ατομικής Ενέργειας

For the European Atomic Energy Community

Pour la Communauté européenne de l'énergie atomique

Za Europsku zajednicu za atomsku energiju

Per la Comunità europea dell'energia atomica

Eiropas Atomenerģijas Kopienas vārdā –

Europos atominės energijos bendrijos vardu

az Európai Atomenergia-közösség részéről

F'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

Voor de Europese Gemeenschap voor Atoomenergie

W imieniu Europejskiej Wspólnoty Energii Atomowej

Pela Comunidade Europeia da Energia Atómica

Pentru Comunitatea Europeană a Energiei Atomice

za Európske spoločenstvo pre atómovú energiu

Za Evropsko skupnost za atomsko energijo

Euroopan atomienergiajärjestön puolesta

För Europeiska atomenergigemenskapen

За Европейское сообщество по атомной знергии

Image

За Руската Федерация

Por la Federación de Rusia

Za Ruskou Federaci

For Den Russiske Føderation

Für die Russische Föderation

Venemaa Föderatsiooni nimel

Για τη Ρωσική Ομοσπονδία

For the Russian Federation

Pour la Fédération de Russie

Per la Federazione Russa

Krievijas Federācijas vārdā –

Rusijos Federacijos vardu

Az Orosz Föderáció részéről

Għall-Federazzjoni Russa

Voor de Russische Federatie

W imieniu Federacji Rosyjskiej

Pela Federação da Rússia

Pentru Federația Rusă

Za Ruskú Federáciu

Za Rusko Federacijo

Venäjän Federaation puolesta

För Ryska Federationen

За Pоссийскую Федерацию

Image


REGOLAMENTI

31.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 373/8


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1398/2014

tal-24 ta' Ottubru 2014

li jistabbilixxi standards u proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew tal-Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (UE) Nru 375/2014, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards u proċeduri li jkopru l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u r-rekwiżiti meħtieġa li għandhom jiġu applikati mill-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw meta jidentifikaw, jagħżlu, iħejju, jimmaniġġaw u jimmobilizzaw il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex jappoġġjaw l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi. Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 jipprovdi biex dawn l-istandards jiġu adottati permezz ta' atti ta' delega u l-proċeduri li għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

(2)

Il-partijiet interessati kollha tal-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inkluż il-voluntiera nfushom u l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw, għandhom jiġu mħeġġa jaqsmu sens ta' identità fl-inizjattiva.

(3)

Il-qafas ta' kompetenza li għandu jintuża għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandu jiddefinixxi kompetenzi trasversali meħtieġa f'ħafna setturi tal-volontarjat u l-impjiegi, u jistabbilixxi wkoll il-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u biex taħdem f'għajnuna umanitarja. Hu għandu wkoll jagħti lista mhux eżawrjenti tal-kompetenzi tekniċi. Dan għandu jgħin sabiex tiġi żgurata għażla effikaċi u bbażata fuq il-ħtiġijiet u t-tħejjija ta' voluntiera kandidati, fuq il-bażi ta' qafas ta' kompetenza komuni.

(4)

Sabiex il-kompetenzi, il-bżonnijiet fit-tagħlim u r-riżultati tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jiġu dokumentati u vvalutati, dawn għandhom isegwu b'mod faċli, pjan ta' tagħlim u żvilupp tul il-parteċipazzjoni tagħhom fl-inizjattiva. It-tfassil ta' dan il-pjan se jkun ibbażat fuq lezzjonijiet minn inizjattivi tal-Youth Pass (2) u l-Europass (3).

(5)

Parteċipazzjoni fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tista' ttejjeb l-impjegabbiltà tal-voluntiera, bħala riżultat tal-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li jakkwistaw. Dan juri wkoll solidarjetà tagħhom man-nies fil-bżonn u l-impenn tagħhom biex jippromwovu b'mod viżibbli sens ta' ċittadinanza Ewropea. Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom għalhekk jiffaċilitaw, sa fejn possibbli, il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali li jsir minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, b'konformità mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (4).

(6)

Standards li jirregolaw is-sħubijiet bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw huma ta' rilevanza kemm għas-settur umanitarju kif ukoll għal organizzazzjonijiet volontarji. Huma jappoġġjaw l-objettiv tal-bini ta' sħubiji bejn l-organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni u jirriflettu r-responsabbiltà reċiproka ta' dawn l-organizzazzjonijiet kemm biex jintlaħqu l-objettivi tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kif ukoll għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bħala individwi. Il-prinċipji li fuqhom hi bbażata s-sħubija jeħtieġ li jiġu definiti u l-Ftehim ta' Sħubija għandu jissodisfa r-rekwiżiti minimi sabiex l-imsieħba jkunu jistgħu japplikaw għal u jimmaniġġaw proġetti li jinvolvu l-iskjerament ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżi terzi.

(7)

Prinċipji relatati ma' opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni huma mħaddna fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni u għandhom dejjem jiġu rispettati u promossi mill-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw. Madankollu ssir dispożizzjoni għal eċċezzjonijiet speċifiċi għall-kuntest, fejn meħtieġ, relatati mad-definizzjoni tar-rwol u l-profil tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

(8)

Il-konformità mal-istandards rilevanti nazzjonali u mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi tal-Istat fil-pajjiż ospitanti hija ta' importanza kbira. Din hija r-responsabbiltà tal-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw, li huma obbligati wkoll li jgħarrfu l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tad-drittijiet tagħhom u l-obbligi legali li joħorġu minn din il-leġiżlazzjoni u d-dritt tagħhom għal kopertura tal-assigurazzjoni. Status legali ċar tal-voluntiera hi prekundizzjoni għall-iskjerament tagħhom u għalhekk għandu jiġi definit f'kuntratt ta' skjerament bejn l-organizzazzjonijiet mittenti u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċifika għall-protezzjoni tad-dejta personali, bil-ħtieġa ta' aġir b'integrità, skont il-kodiċi ta' kondotta, u għas-salvagwardja ta' tfal u adulti vulnerabbli, inkluż billi tistabbilixxi prinċipju ta' tolleranza żero fir-rigward ta' abbuż sesswali.

(9)

Sabiex tassigura implimentazzjoni fil-ħin tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti peress li din tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ibbażati fuq liema organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni għandhom jibagħtu Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżi terzi.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi standards dwar voluntiera kandidati u Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fir-rigward dawn il-materji elenkati fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014:

(a)

qafas kompetenti li jintuża għall-identifikazzjoni, l-għażla u t-tħejjija tal-voluntiera bħala professjonisti fil-bidu jew professjonisti anzjani;

(b)

dispożizzjonijiet li jiżguraw opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni fil-proċess ta' identifikazzjoni u għażla;

(c)

dispożizzjonijiet li jiżguraw l-osservanza min-naħa tal-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw tal-liġijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni u l-liġi tal-pajjiż ospitanti;

(d)

standards li jirregolaw is-sħubijiet bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw; kif ukoll

(e)

dispożizzjonijiet dwar ir-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kompetenzi miksuba mill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE b'konformità mal-inizjattivi rilevanti eżistenti tal-Unjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għar-raġunijiet ta' dan ir-Regolament, se japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u d-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Kompetenzi” tfisser skont id-definizzjoni stipulata fil-Qafas Ewropew ta' Referenza dwar il-Kompetenzi Ewlenin għal Tagħlim tul il-Ħajja (5) taħlita flimkien ta' għarfien, ħiliet u attitudnijiet xierqa għall-kuntest, li jippermettu Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li jikkontribwixxu għall-provvista ta' għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet.

(b)

“Kompetenzi trasversali” tfisser il-kompetenzi meħtieġa f'ħafna setturi tal-volontarjat u l-impjiegi u li mhumiex speċifiċi għal għajnuna umanitarja;

(c)

“Kompetenzi speċifiċi” tfisser l-kompetenzi meħtieġa għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-għajnuna umanitarja b'mod aktar wiesa';

(d)

“Kompetenzi” tfisser kompetenzi tekniċi li jirriżultaw minn għarfien speċjalizzat rilevanti fil-kuntest tal-għajnuna umanitarja;

(e)

'Riżultati tat-tagħlim' tfisser skont id-definizzjoni stipulati fil-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (6) d-dikjarazzjonijiet ta' dak li jaf min jitgħallem, dak li jifhem u dak li jkun kapaċi jagħmel meta jtemm il-proċess tat-tagħlim. Huma espressi f'termini ta' għarfien, ħiliet u kompetenzi.

KAPITOLU 2

QAFAS TA' KOMPETENZA

Artikolu 3

Qafas ta' Kompetenza

1.   Il-qafas ta' kompetenza li għandu jintuża għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandu jkollu tliet dimensjonijiet:

(a)

Kompetenzi trasversali;

(b)

Kompetenzi speċifiċi; kif ukoll

(c)

Kompetenza tekniċi;

2.   Il-qafas ta' kompetenza għandu jkun imfassal sabiex:

(a)

professjonisti żgħażagħ, partikolarment gradwati riċenti b'inqas minn ħames snin esperjenza professjonali u inqas minn ħames snin esperjenza f'azzjoni umanitarja; kif ukoll

(b)

professjonisti anzjani b'ħames jew aktar snin esperjenza professjonali f'pożizzjonijiet ta' responsabbiltà jew pożizzjonijiet ta' espert.

3.   Il-qafas ta' kompetenza għandu jippromwovi kemm il-proċess kontinwu ta' żvilupp personali li l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jgħaddu minnu matul l-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tagħhom f'din l-inizjattiva kif ukoll ikejjel il-progress tagħhom. Il-livelli ta' profiċjenza f'kull kompetenza għandha tiġi evalwata b'mod konsistenti mal-approċċ tal-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki u fuq l-iskala li ġejja:

(a)

Livell 4: Profiċjenza eċċellenti;

(b)

Livell 3: Profiċjenza sostnuta;

(c)

Livell 2: Profiċjenza mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp;

(d)

Livell 1: Profiċjenza fqira.

4.   Definizzjonijiet tal-kompetenzi ewlenin użati huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 4

Pjan ta' tagħlim u żvilupp

1.   Pjan ta' tagħlim u żvilupp għandu jiddikjara r-riżultati ta' tagħlim li l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE huma mistennija li jiksbu u għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kompetenzi mistennija tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, il-bżonnijiet għat-tagħlim u l-kisbiet tagħhom matul l-istadji differenti ta' parteċipazzjoni fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

2.   L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fil-pjan ta' tagħlim u żvilupp:

(a)

Informazzjoni bażika dwar Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE;

(b)

Informazzjoni bażika dwar xogħol volontarju u deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu;

(c)

Il-kompetenzi stabbiliti fil-qafas ta' kompetenza u valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-voluntier u r-riżultati tat-tagħlim skont dawn;

(d)

Il-ħtiġijiet tat-tagħlim u l-iżvilupp ippjanat fl-attivitajiet, fejn rilevanti;

(e)

Korsijiet b'attendenza matul it-taħriġ jew il-kollokament (jew inkella xogħol prattiku); kif ukoll

(f)

Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

3.   L-użu ta' elementi differenti ta' tagħlim u żvilupp għandu jiddependi fuq il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u għandu jiġi aġġornat b'mod regolari, inkluż fl-istadji li ġejjin:

(a)

Għażla;

(b)

Taħriġ, inkluż xogħol ta' apprendistat, fejn rilevanti;

(c)

Skjerament; kif ukoll

(d)

Informazzjoni fil-qosor ta' wara l-iskjerament, fejn rilevanti.

KAPITOLU 3

RIKONOXXIMENT TAL-ĦILIET U L-KOMPETENZI MIKSUBA MILL-VOLUNTIERA TAL-GĦAJNUNA TAL-UE

Artikolu 5

il-Proċess ta' valutazzjoni u dokumentazzjoni

1.   Il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni tal-kompetenzi miksuba minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE matul il-parteċipazzjoni tagħhom fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandha tappoġġja:

(a)

ir-rikonoxximent professjonali tal-kompetenzi miksuba li jkunu jistgħu jintużaw f'kuntest professjonali u li jtejbu l-impjegabbiltà ta' voluntier; kif ukoll

(b)

ir-rikonoxximent soċjali tal-kontribuzzjoni tal-voluntiera biex jesprimu l-valuri ta' solidarjetà tal-Unjoni mal-persuni fil-bżonn u jippromwovu b'mod viżibbli sens ta' ċittadinanza Ewropea.

2.   L-ambitu u l-proċess ta' valutazzjoni u dokumentazzjoni għandu jiġi adattat biex ikun xieraq għal professjonisti żgħażagħ jew anzjani u għandu jiddependi fuq il-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

3.   Il-valutazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' esperjenzi ta' tagħlim għandha tirrifletti l-proċess kontinwu ta' żvilupp li Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jgħaddu minnu, biex b'hekk ikun hemm għarfien u appoġġ tat-tagħlim u żvilupp tul l-istadji differenti ta' parteċipazzjoni ta' voluntier fl-inizjattiva. Valutazzjoni u dokumentazzjoni għandha tiġi mwettqa fuq il-bażi ta' pjan ta' tagħlim u żvilupp msemmi fl-Artikolu 4.

4.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom juru l-impenn kontinwu ta' valutazzjoni u dokumentazzjoni ta' esperjenzi ta' tagħlim tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex jiffaċilitaw ir-rikonoxximent professjonali u soċjali.

5.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE għandhom jipprovdu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-validazzjoni ta' tagħlim mhux formali u informali bl-informazzjoni rilevanti dwar l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u dwar il-valutazzjoni u sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess ta' dokumentazzjoni formali tal-proċessi tal-validazzjoni ta' esperjenzi ta' tagħlim tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżhom, fejn xieraq.

Artikolu 6

Rikonoxximent professjonali

1.   Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom jirċievu, fuq talba, ċertifikat ta' tlestija ta' parteċipazzjoni fl-inizjattiva. Dan għandu jinħareġ mill-Kummissjoni u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

dati tax-xogħol;

(b)

l-isem u d-dettalji tal-organizazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw;

(c)

l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-mentor tal-volontier u l-maniġer tal-azzjoni;

(d)

l-isem u d-dettalji ta' persuni fl-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw lesti li jipprovdu referenza għall-volontier;

(e)

ix-xogħlijiet u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE;

(f)

deskrizzjoni tal-ksib ewlieni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE matul ix-xogħol;

(g)

deskrizzjoni tar-riżultati ta' tagħlim miksuba mill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE matul l-istadji differenti tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-inizjattiva, ivvalutati skont l-Artikolu 3(3) ta' dan ir-Regolament.

2.   Fuq talba tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, kopja tal-pjan ta' tagħlim u żvilupp tista' tiġi mehmuża maċ-ċertifikat.

Artikolu 7

Rikonoxximent soċjali

1.   Rikonoxximent soċjali għandu jiġu promoss permezz ta' attivitajiet stabbiliti fil-pjan ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom ikollhom l-opportunità li jkunu involuti f'xogħol ta' komunikazzjonijiet esterni mfasslin biex jippubbliċizzaw l-inizjattiva u l-impenn li sar mill-voluntiera.

2.   Fejn xieraq, il-Kummissjoni għandha torganizza avvenimenti ta' livell għoli biex tqajjem il-kuxjenza pubblika u ssaħħaħ il-viżibbiltà tal-inizjattiva.

3.   L-organizzazzjonijiet li jibagħtu għandhom ixerrdu l-informazzjoni dwar u jippromwovu l-involviment man-netwerk għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li tenfasizza l-opportunitajiet li jipprovdi għal voluntiera biex jibqgħu impenjati fi kwistjonijiet relatati ma' għajnuna umanitarja u ċ-ċittadinanza Ewropea attiva wara l-iskjerament tagħhom.

4.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom ikunu konxji tal-opportunitajiet biex jibqgħu impenjati bi kwistjonijiet relatati mal-għajnuna umanitarja u ta' ċittadinanza Ewropea attiva. Huma għandhom, b'mod partikolari, jinkoraġġixxu l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex jieħdu sehem f'konferenzi u sessjonijiet ta' ħidma organizzati fuq livell tal-UE u nazzjonali, sabiex jaqsmu l-esperjenza tagħhom mal-partijiet interessati rilevanti.

KAPITOLU 4

STANDARDS LI JIRREGOLAW IS-SĦUBIJIET BEJN L-ORGANIZZAZZJONIJIET EMITTENTI U DAWK LI JOSPITAW

Artikolu 8

Objettiv u l-membri ta' sħubija

1.   Is-sħubija bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandha tistabbilixxi l-arranġamenti bejn l-imsieħba li qed japplikaw għal u l-ġestjoni ta' proġetti li jinvolvu l-iskjerament ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżi terzi li jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jirrigwardaw bini ta' kapaċità u/jew għajnuna teknika.

2.   Il-membri tas-sħubija għandhom ikunu organizzazzjonijiet li jibagħtu li jikkonformaw mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u l-organizzazzjonijiet li jospitaw li jikkonformaw mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.

3.   Meta jiffurmaw sħubija, l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw jistgħu jinkludu bħala sħab organizzazzjonijiet oħrajn speċjalizzati f'xi oqsma rilevanti mal-objettivi jew l-azzjonijiet tal-proġetti msemmija fil-paragrafu 1 hawn fuq sabiex jikkontribwixxu l-għarfien speċifiku tagħhom.

4.   Fejn proġetti jinkludu attivitajiet relatati ma' bini ta' kapaċità u/jew għajnuna teknika, organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw li diġà għaddew minn proċess ta' ċertifikazzjoni skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li għandu jiġu adottat skont il-bażi tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 iżda li ma ngħatawx ċertifikazzjoni jikkwalifikaw ukoll bħala sieħba eliġibbli sakemm ikollhom strateġija bbażata fuq il-ħtiġijiet għall-bini tal-kapaċità u/jew għajnuna teknika fis-seħħ.

5.   Fejn il-proġetti jservu biex jagħtu sostenn lill-operazzjonijiet ta' reazzjoni għall-emerġenzi, is-sħubija tista' tiġi ffurmata biss minn organizzazzjonijiet emittenti.

Artikolu 9

Prinċipji ta' sħubija

L-attivitajiet tal-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom jippromwovu sħubiji transnazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw ibbażati fuq il-prinċipji ta':

(a)

Ugwaljanza;

(b)

Valuri komuni u viżjoni komuni;

(c)

Transparenza;

(d)

Responsabbiltà, trasparenza u affidabbiltà;

(e)

Fiduċja u rispett reċiproku;

(f)

Il-komplementarjetà, li tibni fuq id-diversità tal-komunità umanitarja u l-volontarjat b'enfasi qawwija fuq il-bini tal-kapaċità lokali;

(g)

Flessibbiltà u adattabbiltà; kif ukoll

(h)

Reċiproċità fl-allokazzjoni ta' riżorsi u t-twaqqif ta' objettivi.

Artikolu 10

Ftehim ta' Sħubija u standards

1.   Qabel l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw jidħlu fi sħubija, se titwettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet mill-organizzazzjonijiet ospitanti, fejn xieraq b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet emittenti, filwaqt li jqisu l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Kummissjoni tal-għajnuna umanitarja.

2.   Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tinkludi bħala minimu:

(a)

Valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u r-riskju tal-pajjiż ta' skjerament, inkluża l-valutazzjoni ta' sigurtà, tal-ivvjaġġar u r-riskji tas-saħħa rilevanti għal Voluntiera tal-għajnuna tal-UE;

(b)

Konsiderazzjoni tal-kapaċità attwali tal-organizzazzjoni ospitanti biex tospita voluntiera tal-għajnuna tal-UE;

(c)

Analiżi tal-kompetenzi u l-kapaċitajiet attwalment nieqsa fi ħdan l-organizzazzjoni ospitanti u l-komunità lokali, u l-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u l-analiżi ta' kif l-aħjar jistgħu jiġu indirizzati;

(d)

Analiżi tal-valur miżjud mistenni mill-Voluntiera tal-għajnuna tal-UE u, fejn rilevanti, l-appoġġ previst għall-bini ta' kapaċità lill-organizzazzjoni ospitanti u l-komunità lokali.

3.   Se jiġi ffirmat ftehim ta' sħubija mill-imsieħba kollha sabiex jiżguraw il-konformità mal-istandards ta' sħubija minimi li ġejjin:

(a)

Is-sħubijiet għandhom ikunu bbażati fuq ftehim fuq valuri komuni u viżjoni komuni, b'mod partikolari kif jirrelata għall-volontarjat u l-għajnuna umanitarja;

(b)

Il-valur miżjud ta' kull imsieħeb u r-rwoli rispettivi tagħhom għandhom jiġu definiti b'mod ċar;

(c)

L-imsieħba kollha jaqblu dwar l-objettivi komuni tas-sħubija u l-modi ta' kif is-sħubija għandha tiġi amministrata, b'mod partikolari:

(i)

il-proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet u prattiki ta' xogħol;

(ii)

arranġamenti finanzjarji u mmaniġġjar;

(iii)

kanali ta' komunikazzjoni bejn il-partijiet kollha interessati; il-frekwenza tal-laqgħat u żjarat fuq il-post minn organizzazzjonijiet emittenti;

(iv)

pjan ta' ħidma u attivitajiet, inkluża skeda ta' żmien;

(v)

allokazzjoni ta' kompiti, skont il-pjan ta' komunikazzjoni tal-inizjattiva.

(vi)

monitoraġġ u evalwazzjoni tas-sħubija;

(vii)

kontabbiltà u dokumentazzjoni;

(viii)

irfinar u finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-ħtiġijiet li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1;

(ix)

formulazzjoni u valutazzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta' kompiti tal-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE;

(x)

ir-rwoli u r-responsabbiltajiet fir-rigward il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE matul stadji differenti ta' parteċipazzjoni fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE;

(xi)

proċeduri għall-immaniġġjar ta' ilmenti (kemm dawk li saru fi ħdan is-sħubija u dawk minn partijiet esterni li għandhom x'jaqsmu mal-ħidma tiegħu) u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti bejn l-imsieħba;

(xii)

politiki u proċeduri għall-ħruġ ta' sieħeb;

(xiii)

implikazzjonijiet finanzjarji; kif ukoll

(xiv)

implikazzjonijiet kuntrattwali (inkluż dawk li jirrigwardaw l-implikazzjonijiet tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u lill-komunitajiet ikkonċernati).

(d)

Fejn rilevanti, strateġija bbażata fuq il-ħtiġijiet għall-bini tal-kapaċità u/jew għajnuna teknika bejn l-imsieħba għandha tiġi żviluppata u jiġi allokat baġit iddedikat għal din l-istrateġija.

(e)

L-imsieħba għandhom jikkontribwixxu għal attivitajiet ta' tagħlim u għandhom jimpenjaw ruħhom li jwettqu azzjonijiet dwar komunikazzjoni u viżibbiltà skont il-pjan ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.

KAPITOLU 5

OPPORTUNITAJIET INDAQS U NONDISKRIMINAZZJONI

Artikolu 11

Il-prinċipju ġenerali

1.   L-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandha tkun miftuħa għal kandidati eliġibbli kollha indipendentement min-nazzjonalità tagħhom, is-sess, ir-razza, l-oriġini etnika, l-età, l-isfond soċjali, ir-reliġjon jew twemmin, l-orjentazzjoni sesswali u mingħajr referenza għall-istat maritali jew minn jekk għandhomx diżabbilità.

2.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jimpenjaw ruħhom għall-prinċipji ta' trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni. Dawn il-prinċipji għandhom jiġu integrati b'mod sħiħ fil-proċedura għall-identifikazzjoni, l-għażla u r-reklutaġġ, u t-tħejjija ta' voluntiera u f'politiki u prattiki ta' ġestjoni ta' prestazzjoni.

Artikolu 12

L-ugwaljanza tat-trattament, opportunitajiet ugwali u n-nondiskriminazzjoni

1.   L-organizzazzjoni emittenti għandha jkollha dikjarazzjoni ta' prinċipju u politika fis-seħħ biex tiżgura li prattiki ta' fuq il-post tax-xogħol jirriflettu l-prinċipji ta' trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni u tippromwovi kultura organizzattiva inklużiva.

2.   Il-politika tat-trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 bħala minimu għandha:

(a)

tkun konformi ma' leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti u tfittex li tevita jew tindirizza u tneħħi politiki u prattiki diskriminatorji, inkluż kwalunkwe ostakolu għall-impjieg għal gruppi kollha identifikati f'dik il-leġiżlazzjoni u/jew magħrufa li huma responsabbli biex jiltaqgħu ma' preġudizzji meta jfittxu xogħol u għalhekk ikunu f'riskju ta' nuqqas ta' rappreżentanza;

(b)

tkopri, iżda ma tkunx limitata għall-aspetti kollha ta' esperjenza tal-voluntier individwali, inklużi standards ta' mġiba, reklam tal-kollokament, tar-reklutaġġ u tal-għażla, taħriġ u żvilupp, ġestjoni tal-prestazzjoni, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, li jinkludu l-paga u l-proċeduri tas-sensja;

(c)

tiddikjara b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-persunal u l-voluntiera kollha, il-maniġment superjuri u t-timijiet tat-tmexxija, id-dipartimenti tar-riżorsi umani u kwalunkwe partijiet interessati oħra identifikati mill-organizzazzjoni;

(d)

tkun sorveljata u rieżaminata regolarment biex ikun żgurat li jibqa' f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti u li qed tiġi implimentata b'mod korrett u effettiv.

3.   L-organizzazzjoni ospitanti għandha tagħti konferma bil-miktub lill-organizzazzjoni emittenti tal-prinċipju u l-politika fuq it-trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, u għandha tavża l-organizzazzjoni emittenti ta' kull eċċezzjoni li ssir biex jiġi definit ir-rwol u l-profil ta' Voluntier tal-għajnuna tal-UE, li saru neċessarji minħabba l-kuntest speċifiku tax-xogħol tiegħu.

4.   L-organizzazzjoni emittenti għandha tappoġġja l-organizzazzjoni ospitanti fl-implimentazzjoni tal-politika dwar it-trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni u, bħala eċċezzjoni, tappoġġa organizzazzjonijiet ospitanti biex jagħmlu aġġustamenti speċifiċi għall-kuntest għal dawn il-prinċipji, fejn meħtieġ.

5.   Fejn possibbli, l-organizzazzjoni emittenti għandha tipprovdi taħriġ xieraq u informazzjoni dwar il-politika u l-prinċipji tagħha lill-persunal kollu fuq bażi regolari, sabiex ikun żgurat li l-partijiet interessati kollha jifhmu, jappoġġjaw u jimplimentaw il-politika.

KAPITOLU 6

KONFORMITÀ MAL-LIĠI NAZZJONALI U TAL-UNJONI U L-LIĠI TAL-PAJJIŻ OSPITANTI

Artikolu 13

Dispożizzjonijiet Ġenerali

1.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jiżguraw konformità mal-istandards rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni u mal-liġi tal-pajjiż ospitanti, inklużi:

(a)

Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014, inkluż ir-rispett tal-prinċipji ġenerali msemmija fl-Artikolu 5;

(b)

Il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-istatus legali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE;

(c)

Il-leġiżlazzjoni applikabbli fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera;

(d)

Il-leġiżlazzjoni dwar it-trattament ugwali u n-nondiskriminazzjoni; kif ukoll

(e)

Il-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni personali:

2.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jinfurmaw il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tad-drittijiet tagħhom u l-obbligi legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u d-drittijiet tagħhom għal kopertura tal-assigurazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li se jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(3) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.

Artikolu 14

Status legali ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE

1.   L-organizzazzjoni emittenti għandha tikkonforma mal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-istatus legali ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Għandha għalhekk tħejji kuntratt ta' skjerament, kif imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014, li għandu jiġi ffirmat minnha stess u minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Il-kuntratt għandu jindika l-leġiżlazzjoni applikabbli u l-ġurisdizzjoni tal-kuntratt.

2.   L-organizzazzjoni emittenti għandha tiżgura r-rispett tal-kuntratt mill-organizzazzjoni ospitanti u tkun responsabbli għal vjolazzjonijiet tad-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta' skjerament mill-organizzazzjoni ospitanti.

Artikolu 15

Id-dmir li tinforma Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar ir-regoli tat-taxxa

1.   Qabel l-iskjerament, l-organizzazzjoni emittenti għandha tinforma l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar kwalunkwe regoli li japplikaw għall-pagamenti tal-indennizzi fiskali fil-pajjiż fejn tkun stabbilita l-organizzazzjoni emittenti u, fejn rilevanti, fil-pajjiż ta' skjerament tagħhom.

2.   Fejn Voluntier tal-Għajnuna tal-UE mhuwiex resident tal-pajjiż ta' stabbiliment tal-organizzazzjoni emittenti, l-organizzazzjoni emittenti għandha tinforma l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar l-obbligu tagħhom li jiffamiljarizzaw ruħhom mar-regoli fiskali fil-pajjiż ta' residenza tagħhom stess li japplikaw għas-sitwazzjoni speċifika tagħhom.

Artikolu 16

Protezzjoni tad-Dejta

1.   L-ipproċessar ta' dejta personali mill-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jikkonformaw mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), fejn applikabbli.

2.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jiżguraw li l-abbuż u l-użu ħażin tad-dejta personali huma evitati waqt l-ipproċessar, inkluż il-ġbir, l-użu, l-iżvelar u t-tħassir tad-dejta personali kollha dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dan jikkonċerna l-azzjonijiet kollha dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, b'mod partikolari:

(a)

ir-reklutaġġ u l-għażla (inklużi formoli ta' applikazzjoni, noti ta' intervista u kwestjonarji ta' awtovalutazzjoni); kif ukoll

(b)

it-tħejjija u l-ġestjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (inklużi pjanijiet ta' tagħlim u żvilupp, l-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni u r-reġistri ta' appoġġ ta' mentoring, eżamijiet mediċi jew kwalunkwe kwistjonijiet dixxiplinarji).

3.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jiżguraw li tiġi pproċessata d-dejta rilevanti biss u li kwalunkwe dejta personali bħalma huma l-isem, l-età, l-indirizz u d-data tat-twelid, inkluża dejta sensittiva, informazzjoni dwar ir-reklutaġġ, l-impjiegi u l-prestazzjoni tagħhom għandhom ikunu:

(a)

miġbura skont il-liġi u b'mod adegwat għal raġuni xierqa;

(b)

ipproċessata b'mod ġust u legali;

(c)

koreġuta jew aġġornata, fejn meħtieġ;

(d)

tkun aċċessibbli biss minn persunal awtorizzat;

(e)

tkun aċċessibbli fuq talba mill-voluntier kandidat jew mill-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE kkonċernat;

(f)

tinżamm b'mod sigur; kif ukoll

(g)

miżmuma għal żmien mhux itwal minn dak neċessarju.

4.   Meta l-ipproċessar tad-dejta msemmija fil-paragrafu 3, l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom ifittxu l-kunsens espliċitu tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

5.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jinfurmaw il-voluntier kandidat jew il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt tagħhom li jilmentaw u li jużaw u jaċċessaw id-dejta tagħhom u d-dritt tagħhom li jkunu jafu l-identità tal-entitajiet li se jkollhom aċċess għad-dejta personali tagħhom u li jkunu jafu x'tip ta' dejta se jkollhom aċċess għal kull entità.

Artikolu 17

L-integrità u l-kodiċi ta' kondotta

1.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jaqblu dwar l-integrità politika mfassla biex jipprevjenu l-korruzzjoni u t-tixħim u dwar kodiċi ta' kondotta bbażata fuq il-politika ta' tmexxija tal-organizzazzjoni emittenti li għandha tkun adatta għal u tapplika għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bi gwida dwar l-imġiba mistennija, id-diċenza u l-integrità meħtieġa matul il-parteċipazzjoni tagħhom fl-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.

2.   Il-kodiċi ta' kondotta għandha torbot fuq il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u għandha tinkludi bħala minimu dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Timpenja ruħha li tiżviluppa sens ta' identità madwar l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u tikkontribwixxi għall-objettivi tagħha;

(b)

Ir-rispett għal nies oħra u tad-dinjità tagħhom u r-rispett tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni;

(c)

Rispett għall-prinċipji tal-għajnuna umanitarja kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014;

(d)

Impenn lejn is-salvagwardja tat-tfal u għall-protezzjoni ta' adulti vulnerabbli, inkluż permezz ta' “tolleranza żero” fir-rigward ta' abbuż sesswali;

(e)

Tolleranza żero fir-rigward l-użu ta' drogi illegali fil-pajjiż ta' skjerament;

(f)

Rispett tal-liġijiet lokali;

(g)

L-integrità, il-ġlieda kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni;

(h)

Iż-żamma ta' standards għoljin ta' kondotta personali u professjonali;

(i)

L-osservanza ta' sigurtà u proċeduri ta' saħħa u sikurezza;

(j)

Id-dmir li tirrapporta ksur u dispożizzjonijiet għal żvelar ta' informazzjoni protetta;

(k)

Regoli dwar kuntatt mal-midja u ġestjoni tal-informazzjoni; kif ukoll

(l)

Regoli li jipprojbixxu l-użu ħażin ta' tagħmir tal-organizzazzjoni.

3.   Kwalunkwe ksur tal-kodiċi ta' mġiba minn Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandu jiġi ttrattat skont il-politika ta' tmexxija tal-organizzazzjoni emittenti.

4.   Jekk il-ksur jitqies li jikkostitwixxi mġiba ħażina aggravata, għandha twassal għal ritorn kmieni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u, jekk meħtieġ, l-aġir tagħhom se jiġi rapportat lil kwalunkwe organizzazzjonijiet jew awtoritajiet professjonali jew legali.

Artikolu 18

Is-salvagwardja tat-tfal u l-adulti vulnerabbli, inkluża t-tolleranza żero lejn l-abbuż sesswali

1.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jimpenjaw ruħhom għal politika ta' tolleranza żero fir-rigward ta' kwalunkwe abbuż tat-tfal u/jew adulti vulnerabbli, inkluż l-abbuż sesswali. Huma għandhom ikunu jistgħu jirrappurtaw l-abbuż, jitrattaw kif suppost u fil-pront l-inċidenti, l-appoġġ tal-vittmi, biex tkun evitata l-vittimizzazzjoni tal-informaturi u jżommu responsabbli lil dawk li jwettquha.

2.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jipprevjenu l-abbuż permezz tal-proċess użat għall-għażla tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u għat-trawwim u t-taħriġ tagħhom, bil-ħolqien ta' kultura ta' ftuħ u ta' kuxjenza madwar il-kwistjoni bl-assenjazzjoni ċara tal-ġestjoni u permezz ta' responsabbiltajiet ta' sorveljanza.

3.   L-organizzazzjoni emittenti għandha twettaq il-verifiki statutorji kollha meħtieġa legalment sabiex tinkiseb approvazzjoni għal voluntiera kandidati biex jaħdmu ma' dawn il-gruppi mmirati.

4.   L-organizzazzjonijiet emittenti u dawk li jospitaw għandhom jinformaw lill-voluntiera kandidati jew il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar ir-riskji u jirrakkomandaw miżuri preventivi, sabiex jiġi żgurat li ma jkunx hemm abbuż.

KAPITOLU 7

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1.

(2)  https://www.youthpass.eu/en/youthpass/.

(3)  https://europass.cedefop.europa.eu/editors/en/esp/compose#.

(4)  ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(5)  ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

(6)  ĠU C 111, 6.5.2008, p. 1.

(7)  Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).


ANNESS

Qafas ta' kompetenza

1.   Kompetenzi trasversali meħtieġa f'ħafna setturi tal-volontarjat u l-impjiegi u li mhumiex speċifiċi għall-qasam tal-għajnuna umanitarja

Kompetenza

Deskrizzjoni

1)   L-iżvilupp u ż-żamma ta' relazzjonijiet kollaborattivi

Ħidma ma' oħrajn

Li żżomm amment, tirrispetta u hija kapaċi tadatta għal stili differenti ta' ħidma.

Tifhem u taċċetta r-rwol tiegu jew tagħha f'tim u tikkontribwixxi b'mod pożittiv u proattiv biex jintlaħqu l-objettivi tat-tim.

Taqsam informazzjoni utli u għarfien ma' kollegi u b'mod aktar wiesa' meta xieraq.

tieħu azzjoni kostruttiva biex issolvi kull kunflitt li jista' jinqala'.

Komunikazzjoni

Tikkomunika b'mod effikaċi mal-membri l-oħra tat-tim u ma' oħrajn barra l-grupp.

Tisma' b'mod attiv għal perspettivi ġodda u differenti offruti minn oħrajn fit-tim tiegħu jew tagħha.

Tuża firxa ta' mezzi ta' komunikazzjoni (personali, it-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika) inklużi t-tranżazzjonijiet, adattati għall-kuntest lokali u s-sitwazzjoni.

2)   Il-mentalità tal-volontarjat

 

Issib ix-xogħol volontarju sodisfaċenti.

Ikollu/ha fehim u opinjoni dwar il-kunċetti ta' volontarjat u ċittadinanza attiva u r-rwol tagħhom fis-soċjetà.

Huwa/hija lesta li tagħmel kontribuzzjoni mingħajr ma tirċievi premju finanzjarju bi tpattija.

Huwa/hija impenjata li l-kompiti li hu jew hi huwa/hija mogħti/ja u j/twettaqhom bl-aħjar mod tal-abbiltà tiegħu jew tagħha, anki fin-nuqqas ta' premju finanzjarju.

I/tfittex li j/tikkontribwixxi bħala voluntier lill-organizzazzjoni u biex j/tgħin lill-benefiċjarji (jiġifieri l-komunitajiet lokali).

3)   Il-ġestjoni ta' persuna nnifisha f'ambjent bi pressjoni qawwija ta' xogħol u fejn qed jinbidel l-ambjent

Awtokoxjenza u r-reżiljenza

Kapaċi li tiflaħ għat-tensjoni u tegħleb id-diffikultajiet.

J/tidentifika s-sorsi ta' stress u tkun taf kif j/timminizza l-effetti negattivi tagħhom.

Huwa/hija lest/a li j/titkellem dwar l-istress u diffikultajiet u j/tfittex appoġġ meta jkun meħtieġ.

I/tkun kapaċi tadatta għall-kondizzjonijiet tal-għajxien fejn ir-riżorsi huma limitati ħafna u l-livell ta' kumdità huwa baxx ħafna.

J/tadatta bil-kalma u tirreaġixxi b'mod kostruttiv għal sitwazzjonijiet li qed jinbidlu u limitazzjonijiet.

Huwa/hija konxju tal-punti tajbin u l-limitazzjonijiet tiegħu jew tagħha u ta' kif dawn jistgħu jinfluwenzaw ix-xogħol tiegħu jew tagħha.

Awtonomija

J/torganizza l-attivitajiet tiegħu jew tagħha fuq il-post tax-xogħol u matul il-ħin liberu b'mod awtonomu.

J/tamministra fil-jum tax-xogħol tiegħu jew tagħha u tagħti prijorità b'mod xieraq.

J/tirrikonoxxi l-limitazzjonijiet tar-responsabbiltajiet tiegħu jew tagħha u r-rapporti lil persuna/i l-aktar anzjan/i responsabbli fejn xieraq.

Ġestjoni tal-aspettattivi tal-persuna stess

Ikollu/ha għarfien realistiku tal-kontribuzzjoni tiegħu jew tagħha lill-organizzazzjoni u l-għajnuna li hu jew hi tista' toffri lill-benefiċjarji.

J/taġġusta l-aspettattivi għal sitwazzjonijiet li qed jinbidlu.

Għarfien interkulturali

Evitar ta' stereotipi kulturali.

Huwa/hija miftuħ għal u tħaddan differenzi kulturali.

J/tirrispetta kulturi oħra u j/taġġusta l-imġiba tiegħu jew tagħha stess biex jiġi evitat in-nuqqas ta' ftehim.

J/tagħti attenzjoni għal tranżazzjonijiet f'kuntest multi-kulturali.

J/tadotta approċċ imparzjali għal twemmin differenti, konvenzjonijiet soċjali u valuri.

J/turi empatija u sensittività.

4)   Turija ta' tmexxija

 

J/timmotiva membri oħra tat-tim (lokali jew internazzjonali) għal dan il-kompitu.

J/tagħti s-setgħa lin-nies biex jieħdu r-responsabbiltà fi ħdan l-ambitu tal-azzjonijiet tagħhom.

J/tisma' b'mod attiv lil oħrajn.

J/tispira fiduċja f'oħrajn.

Jekk fir-rwol ta' responsabbiltà:

J/tifformula b'mod ċar il-kompiti li għandhom jitlestew minn oħrajn u l-aspettattivi tiegħu jew tagħha fuqhom.

Kontrolli li dawn ġew mifhuma.

J/tipprovdi rispons riċevut u j/tagħraf il-kontribut minn oħrajn.

J/tieħu deċiżjonijiet li jirriflettu l-livell ta' riskju li jirriżultaw minn azzjoni relattiva għall-urġenza tagħha.

5)   Il-kisba ta' riżultati

J/tikseb u tikkomunika r-riżultati tal-azzjoni immedjata u l-progress li sar f'termini ta' bini ta' kapaċità

J/tadotta approċċ “tista' tagħmel” u j/turi attitudni proattiva.

J/tidentifika t-titjib meħtieġ kritiku biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżultati.

J/tikkomunika r-riżultati b'mod effikaċi.

J/tidentifika l-individwi li mistennija jitgħallmu mill-kontribuzzjoni tiegħu jew tagħha u j/tipprova tagħti lil dawk li huma mistennija jsostnu r-riżultati fehim tax-xogħol li sar.

I/tfittex għal soluzzjonijiet.

J/tieħu azzjoni kostruttiva biex issolvi kull kunflitt li jista' jinqala'.

Jekk b'mod partikolari rwol fil-bini tal-kapaċità:

I/tkun j/taf u j/tapplika metodi diversi ta' bini ta' kapaċità organizzattiva f'ċirkustanzi fejn ir-riżorsi huma limitati.

I/tkun j/taf u j/tapplika metodi u għodod għall-evalwazzjoni tal-bżonnijiet, sabiex j/tidentifika l-oqsma li għandhom ikunu fil-mira fil-bini tal-kapaċità.

Responsabilità

J/tiffoka fuq il-kisba tar-riżultati fil-ħin.

I/tfittex reazzjonijiet u j/tieħu azzjoni bbażata fuq ir-rispons riċevut.

Rapporti lill-persuna/i xierqa.

J/tisfida deċiżjonijiet u mġiba li jiksru l-kodiċi ta' kondotta organizzattiva u/jew standards umanitarji rilevanti oħra.

2.   Kompetenzi speċifiċi tfisser l-kompetenzi meħtieġa għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-għajnuna umanitarja b'mod aktar wiesa';

Kompetenza

Deskrizzjoni

6)   Fehim tal-kuntest umanitarju tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-applikazzjoni tal-prinċipji umanitarji

 

J/turi fehim tas-sistema tal-għajnuna umanitarja, id-diversi atturi involuti u r-rabtiet bejn dan u politiki esterni oħra, partikolarment minn perspettiva tal-UE.

J/tapplika għarfien teoretiku ta' prinċipji u prattiki komuni li jsaħħu l-azzjoni umanitarja.

J/turi għarfien rilevanti ta' għajnuna umanitarja ta' standards u kodiċijiet ta' kondotta, inkluż kif għandhom x'jaqsmu r-responsabbiltà u l-ġestjoni tal-kwalità, u tal-qafas legali għal għajnuna umanitarja.

J/turi għarfien tal-fażijiet ta' reazzjoni umanitarja inkluża l-prevenzjoni u t-tħejjija, it-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, il-ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, rispons u rkupru.

J/turi għarfien tat-teorija u l-prattika marbuta mal-għajnuna u l-iżvilupp u l-approċċ ta' reżiljenza.

J/tikkunsidra l-ħtiġijiet, il-ħiliet, il-kapaċitajiet u l-esperjenza ta' persuni milquta minn diżastri jew kriżijiet ta' għajnuna umanitarja.

J/tifhem l-għanijiet ta' inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-implikazzjonijiet ta' dawn l-objettivi għax-xogħol tagħhom meta jiġu mmobilizzati.

J/tifhem il-proċess ta' għażla, taħriġ u skjerament.

J/tifhem li r-rwol ta' voluntier u l-azzjoni li għandha tittieħed qabel, matul u wara l-iskjerament.

J/tapplika l-għarfien tiegħu jew tagħha għall-fini ta' din l-inizjattiva fi ħdan il-kuntest usa' tal-għajnuna umanitarja tal-UE.

7)   Użu b'sikurezza u b'sigurtà f'kull ħin

 

J/tifhem l-importanza ta' proċeduri ta' sikurezza tal-organizzazzjonijiet li ġejjin meta jiġu mmobilizzati.

J/tifhem u j/tapplika l-prinċipju ta' “tagħmel l-ebda ħsara”.

J/tidentifika u j/tipprevjeni r-riskji waqt proġett.

Huwa/Hija j/tista' j/tieħu azzjoni f'sitwazzjonijiet fejn xi forma ta' periklu tippreżenta ruħha.

I/tkun kapaċi j/tamministra stress relatat ma' inċidenti tas-sigurtà.

Għandu/ha livell bażiku ta' ħiliet tal-ewwel għajnuna.

8)   Ġestjoni ta' proġetti f'kuntesti umanitarji

 

I/tkun j/tista' j/tiddeskrivi u j/tanalizza l-istadji differenti taċ-ċiklu ta' proġett f'għajnuna umanitarja, inkluża valutazzjoni tal-ħtiġijiet, proposta ewlenija u l-iżvilupp tal-baġit u t-twassil, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġett.

J/tifhem u j/tapplika l-prinċipji bażiċi ta' bbaġitjar u l-kitba tal-proposti.

J/tifhem u j/tapplika l-prinċipji bażiċi ta' ġestjoni finanzjarja u l-kitba tal-proposti.

J/tifhem u ssostni t-trasparenza fil-proċessi tal-ġestjoni tal-proġett.

J/tifhem u j/tapplika l-prinċipji bażiċi ta' ġestjoni tal-prestazzjoni il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

9)   Komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni

 

Huwa/Hija konxju/a u j/tinvolvi ruħu/ruħha attivament ma' pjan ta' komunikazzjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u j/tissodisfa r-rwol tiegħu jew tagħha fl-implimentazzjoni tagħha.

J/titkellem b'mod ċar għal valuri organizzattivi u għal dawk tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fejn rilevanti.

J/tidentifika partijiet interessati primarji, sekondarji u kritiċi f'kuntesti umanitarji lokali.

J/tifhem u j/tapplika l-għodod użati biex jimmobilizzaw l-appoġġ tal-partijiet interessati internazzjonali u lokali għall-għajnuna umanitarja fil-qasam li fih i/tkun qed j/taħdem.

J/tifformula argumenti ċari u bbażati fuq l-evidenza bħala sostenitur tal-inizjattiva u j/tiżviluppa strateġija effettiva ta' komunikazzjoni.

3.   Kompetenzi tekniċi li jirriżultaw minn għarfien speċjalizzat rilevanti fil-kuntest tal-għajnuna umanitarja;

Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jista' jkollhom kompetenzi fl-oqsma li ġejjin (lista mhux eżawrjenti):

finanzi u kontabilità

affarijiet legali

ġestjoni ta' proġett u amministrazzjoni

monitoraġġ u evalwazzjoni

komunikazzjonijiet (inkluża l-viżibbiltà, ir-relazzjonijiet pubbliċi u sensibilazzjoni)

loġistika u trasport

ġestjoni tar-riżorsi umani u t-tagħlim

żvilupp organizzazzjonali u trawwim ta' kapaċità

tfassil tal-politika u l-ippjanar strateġiku

komunikazzjoni tar-riskju u t-teknoloġija tal-informazzjoni

ilma u faċilitajiet sanitarji

protezzjoni u kenn

ikel, nutrizzjoni u saħħa

refuġjati u persuni spostati internament

kwistjonijiet tas-sessi

protezzjoni tat-tfal

għajxien

rabta bejn l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp

ġestjoni tar-riskju ta' diżastri

bini ta' reżiljenza

dejta u għarfien ta' diżastri

valutazzjoni u mmappjar tar-riskju u l-vulnerabbiltà u l-fraġilità u l-analiżi tal-kunflitt

ġestjoni bbażata fuq l-ekosistema u l-adattament tat-tibdil fil-klima

tqajjim ta' kuxjenza u edukazzjoni

reżiljenza urbana u l-ippjanar tal-użu tal-art

żvilupp bbażat fil-komunità

protezzjoni soċjali u xbieki tas-sikurezza

negozju reżiljenti u l-infrastruttura, inkluża l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika

finanzjament ta' riskju

monitoraġġ u sistemi ta' twissija bikrija

tħejjija għad-diżastri u l-ippjanar ta' kontinġenza

il-protezzjoni ċivili u r-rispons f'każ ta' emerġenza

valutazzjoni u rkupru ta' wara l-kunflitti u ta' wara d-diżastri

servizzi mediċi u paramediċi

inġinerija

ġestjoni tal-volontarjat


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

31.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 373/24


ID-DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT TAT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISVIZZERA STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU

tal-5 ta' Diċembru 2014

li tissostitwixxi l-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru

(2014/957/UE)

IL-KUMITAT DWAR IT-TRASPORT BL-AJRU BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-ISVIZZERA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 23(4) tiegħu,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

L-Anness ta' din id-Deċiżjoni jissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim, b'seħħ mill-1 ta' Frar 2015.

Magħmul f'Berna, il-5 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea

Margus RAHUOJA

Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera

Peter MÜLLER


ANNESS

Għall-għanijiet ta' dan il-Ftehim:

Bis-saħħa tat-Trattat ta' Lisbona, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea;

Kull fejn l-atti speċifikati f'dan l-Anness ikun fihom referenza għall-Istati Membri tal-Komunità Ewropea, kif sostitwita mill-Unjoni Ewropea, jew rekwiżit għal rabta ma' dawn tal-aħħar, għall-għan ta' dan il-Ftehim, ir-referenzi għandhom jinftiehmu bħala li japplikaw b'mod indaqs għall-Isvizzera jew għar-rekwiżit ta' rabta mal-Isvizzera;

Ir-referenzi għar-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 2407/92 u (KEE) Nru 2408/92 li saru fl-Artikoli 4, 15, 18, 27 u 35 tal-Ftehim, għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Bla ħsara għall-Artikolu 15 ta' dan il-Ftehim, it-terminu “trasportatur tal-ajru Komunitarju” li ssir referenza għalih fid-Direttivi u fir-Regolamenti Komunitarji li ġejjin għandu jinkludi trasportatur tal-ajru li għandu liċenzja u għandu l-post prinċipali tal-kummerċ tiegħu u, jekk ikun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Isvizzera skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1008/2008. Kwalunkwe referenza għar-Regolament (KEE) Nru 2407/92 għandha tinftiehem bħala referenza għar-Regolament (KE) Nru 1008/2008;

Kwalunkwe referenza fit-testi li ġejjin għall-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat jew għall-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jinftiehmu li jfissru l-Artikoli 8 u 9 ta' dan il-Ftehim.

1.   Liberalizzazzjoni tal-avjazzjoni u regoli oħra dwar l-avjazzjoni ċivili

Nru 1008/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità.

Nru 2000/79

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ewropew fuq l-Organizzazzjoni tal-Ħinijiet tax-Xogħol ta' Ħaddiema Mobbli fl-Avjazzjoni Ċivili konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Linji tal-Ajru Ewropej (AEA), il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kabini tal-Piloti (ECA), l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Linji tal-Ajru Reġjonali (ERA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasportazzjoni bl-Arju (IACA)

Nru 93/104

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 1993 dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, kif emendata bi:

Id-Direttiva 2000/34/KE

Nru 437/2003

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2003 dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru.

Nru 1358/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-31 ta' Lulju 2003 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 437/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prospetti tal-istatistika rigward it-trasport tal-passiġġieri, il-merkanzija u l-posta bl-ajru u li jemenda l-Anness I u II tiegħu

Nru 785/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar ir-rekwiżiti tal-assigurazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru u l-operaturi tal-ajruplani kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 285/2010

Nru 95/93

Ir-Regolament tal-Kunsill tat-18 ta' Jannar 1993 dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta' slots f'ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 793/2004

Nru 2009/12

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-imposti tal-ajruporti

Nru 96/67

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 1996 dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità

(l-Artikoli 1-9, 11-23, u 25)

Nru 80/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Jannar 2009 dwar Kodiċi ta' Kondotta għal sistemi ta' riżervazzjoni kompjuterizzata u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2299/89

2.   Regoli dwar il-kompetizzjoni

Nru 1/2003

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (l-Artikoli 1-13, 15-45)

(Safejn dan ir-Regolament huwa rilevanti għall-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim. L-inklużjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax it-tqassim tal-ħidmiet skont dan il-Ftehim)

Nru 773/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 dwar it-tmexxija ta' proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008

Nru 139/2004

Ir-Regolament tal-Kunsill tal-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [l-Amalgamazzjonijiet])

(L-Artikoli 1-18, 19(1)-(2), u 20-23)

Fir-rigward tal-Artikolu 4(5) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, għandu japplika dan li ġej bejn il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera:

(1)

Fir-rigward ta' konċentrazzjoni, kif definita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li ma għandhiex dimensjoni Komunitarja fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1 ta' dak ir-Regolament u li tista' tiġi riveduta skont il-liġijiet nazzjonali dwar il-kompetizzjoni ta' mhux inqas minn tliet Stati Membri tal-KE u l-Konfederazzjoni Svizzera, il-persuni jew l-impriżi msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dak ir-Regolament jistgħu, qabel kwalunkwe notifika lill-awtoritajiet kompetenti, jinformaw lill-Kummissjoni tal-KE permezz ta' sottomissjoni motivata sabiex il-konċentrazzjoni tiġi eżaminata mill-Kummissjoni.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-Konfederazzjoni Svizzera s-sottomissjonijiet kollha skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 u l-paragrafu preċedenti.

(3)

Fejn il-Konfederazzjoni Svizzera esprimiet nuqqas ta' qbil rigward it-talba għar-referenza tal-każ, l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha żżomm il-kompetenza tagħha u l-każ ma għandux jiġi riferut mill-Konfederazzjoni Svizzera skont dan il-paragrafu.

B'referenza għal-limiti ta' żmien imsemmija fl-Artikoli 4(4) u (5), 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]:

(1)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tittrażmetti mingħajr dewmien lill-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni d-dokumenti kollha rilevanti skont l-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2).

(2)

Il-kalkolu tal-limiti ta' żmien imsemmi fl-Artikoli 4(4) u (5), l-Artikoli 9(2) u (6), u l-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jibda, għall-Konfederazzjoni Svizzera, mal-wasla tad-dokumenti rilevanti għand l-awtorità Svizzera kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni.

Nru 802/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (l-Artikoli 1-24), kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1033/2008

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013

Nru 2006/111

Id-Direttiva tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi

Nru 487/2009

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) tal-25 ta' Mejju 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta' akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru.

3.   Sikurezza tal-avjazzjoni

Nru 216/2008

Ir-Regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabblixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE, kif emendata bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2009,

Ir-Regolament (KE) Nru 1108/2009,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 6/2013.

L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħat mogħtija lilha skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament.

L-Aġenzija għandha tgawdi, anki fl-Isvizzera, is-setgħat mogħtija lilha għad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 14(5), (7), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 38(3)(i), l-Artikolu 39(1), l-Artikolu 40(3), l-Artikolu 41(3), (5), l-Artikolu 42(4), l-Artikolu 54(1) u l-Artikolu 61(3).

Minkejja l-adattament orizzontali pprovdut fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 65 tar-Regolament jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni ma għandhomx jiftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.

Xejn f'dan ir-Regolament ma għandu jiġi interpretat fis-sens ta' trasferiment lill-awtorità tal-EASA biex taġixxi f'isem l-Isvizzera skont il-ftehimiet internazzjonali għal skopijiet differenti għajr dawk biex tgħinha fil-qadi tal-obbligi tagħha skont dawn il-ftehimiet.

Għall-finijiet tal-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

(a)

L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(i)

Fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-kliem “jew l-Isvizzera” wara l-kliem “il-Komunità”;

(ii)

Fil-paragrafu 2(a), il-kliem “jew l-Isvizzera” għandu jiddaħħal wara l-kliem “il-Komunità”.

(iii)

fil-paragrafu 2, jitħassru l-punti (b) u (c);

(iv)

għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3.   Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz sabiex tikkonkludi ftehim li jipprovdi li Stat Membru jew l-Aġenzija jistgħu joħorġu ċ-ċertifikati abbażi taċ-ċertifikati maħruġa mill-awtoritajiet ajrunawtiċi ta' dak il-pajjiż terz, għandha tagħmel ħilitha biex tikseb għall-Isvizzera offerta ta' ftehim simili mal-pajjiż terz konċernat. Min-naħa tagħha, l-Isvizzera għandha tikkonkludi ftehimiet ma' pajjiżi terzi korrispondenti għal dawk tal-Komunità”

.

(b)

Fl-Artikolu 29, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“4.   B'deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Impjegati Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, iċ-ċittadini Svizzeri li jgawdu mid-drittijiet ċivili u politiċi tagħhom jistgħu jiġu impjegati b'kuntratt mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija.”

(c)

Fl-Artikolu 30, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“L-Isvizzera għandha tapplika lill-Aġenzija l-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, stabbilit bħala l-Anness A għal dan l-Anness, skont l-Appendiċi tal-anness A.”

(d)

Fl-Artikolu 37, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“L-Isvizzera għandha tipparteċipa b'mod sħiħ fil-Bord ta' Ġestjoni u fih għandu jkollha l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, ħlief id-dritt tal-vot”

.

(e)

Fl-Artikolu 59, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

“12.   L-Isvizzera għandha tipparteċipa fil-kontribut finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1(b), skont il-formula li ġejja:

 

S(0,2/100) + S[1 – (a + b) 0,2/100] c/C

fejn:

S

=

il-parti tal-baġit tal-Aġenzija li mhix koperta mit-tariffi u imposti li jissemmew fil-paragrafu 1(c) u (d)

a

=

l-għadd ta' Stati Assoċjati

b

=

l-għadd ta' Stati Membri tal-UE

c

=

il-kontribuzzjoni tal-Isvizzera għall-baġit tal-ICAO,

C

=

il-kontribuzzjoni totali tal-Istati Membri tal-UE u tal-Istati Assoċjati għall-baġit tal-ICAO.”

(f)

Fl-Artikolu 61, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“Id-dispożizzjonijiet relatati mal-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Komunità fl-Isvizzera li jikkonċernaw il-parteċipanti fl-attivitajiet tal-Aġenzija huma stabbiliti fl-Anness B għal dan l-Anness.”

(g)

L-Anness II għar-Regolament għandu jkun estiż għall-inġenji tal-ajru li ġejjin bħala prodotti li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3)(a)(ii) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 tal-24 ta' Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom (1):

 

A/c — [HB-IDJ] — tip CL600-2B19

 

A/c — [HB-IKR, HB-IMY, HB-IWY] — tip Gulfstream G-IV

 

A/c — [HB-IMJ, HB-IVZ, HB-JES] — tip Gulfstream G-V

 

A/c — [HB-XJF, HB-ZCW, HB-ZDF] — tip MD900.

Nru 1108/2009

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE

Nru 805/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-10 ta' Awwissu 2011 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għal liċenzji u ċerti ċertifikati tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 1178/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 290/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 70/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2014

Nru 3922/91

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-3, 4(2), (5-11, u 13), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1899/2006,

Ir-Regolament (KE) Nru 1900/2006,

ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 8/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 859/2008

Nru 996/2010

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Nru 2003/42

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (l-Artikoli 1-12)

Nru 1321/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta' implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'depożitu ċentrali ta' tagħrif

Nru 1330/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili msemmija fl-Artikolu 7(2) tad-Direttiva Nru 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 2042/2003

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2003 dwar l-kapaċità kontinwata li jintużaw fl-ajru ta' inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiku, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u persunal involut f'dan ix-xogħol, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 707/2006,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 376/2007,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1056/2008,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 127/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 962/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1149/2011,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 593/2012

Nru 104/2004

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Jannar 2004 li jniżżel ir-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kompożizzjoni tal-Bord tal-Appell tal-Aġenzija tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ewropea.

Nru 2111/2005

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva Nru 2004/36/KE

Nru 473/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta' trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta' operar fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Nru 474/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-22 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta' kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat l-aħħar bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 368/2014

Nru 1332/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Diċembru 2011 li jistabbilixxi r-rekwiżiti komuni dwar l-użu tal-ispazju tal-ajru u l-proċeduri operattivi għall-evitar ta' kolliżjonijiet fl-ajru

Nru 646/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Lulju 2012 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar multi u pagamenti perjodiċi ta' penali skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 748/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-3 ta' Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 7/2013

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 69/2014

Nru 965/2012

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-5 ta' Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-ekwipaġġi tal-ajruplani tal-avjazzjoni ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 800/2013,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 71/2014,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 379/2014

Nru 2012/780

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2012 dwar id-drittijiet ta' aċċess għar-Repożitorju Ċentrali Ewropew tar-Rakkomandazzjonijiet dwar is-Sikurezza u t-tweġibiet tagħhom stabbilit bl-Artikolu 18(5) tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta' aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE

Nru 628/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar metodi ta' operat tal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni għat-twettiq ta' spezzjonijiet ta' standardizzazzjoni u għal-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli fir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 736/2006

Nru 139/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-12 ta' Frar 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri amministrattivi b'rabta mal-ajrudromi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Nru 319/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2014 dwar drittijiet u ħlasijiet imposti mill-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 593/2007

Nru 452/2014

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta' April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

4.   Sigurtà tal-Avjazzjoni

Nru 300/2008

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 dwar regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002

Nru 272/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 li jissupplimenta l-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 297/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 720/2011,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2011,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 245/2013

Nru 1254/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-18 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi l-kriterji li jippermettu lill-Istati Membri jidderogaw mill-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili u jadottaw miżuri alternattivi tas-sigurtà

Nru 18/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-8 ta' Jannar 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 300/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam ma' speċifikazzjonijiet għall-programmi nazzjonali ta' kontroll tal-kwalità fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni ċivili

Nru 72/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-26 ta' Jannar 2010 li jistabbilixxi proċeduri biex jitwettqu spezzjonijiet mill-Kummissjoni fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni

Nru 185/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Marzu 2010 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 357/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 358/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 573/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 983/2010,

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 334/2011,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2011,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1087/2011,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1147/2011,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 173/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 711/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1082/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 104/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 246/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 654/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1103/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1116/2013,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 278/2014

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 687/2014

Nru 2010/774

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' April 2010 li tistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni li jinkludu t-tagħrif imsemmi fil-Punt (a) tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 300/2008, kif emendata bi:

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)2604,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)3572,

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)9139,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)5862,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)8042,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2011)9407,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)1228,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)5672,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2012)5880,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)1587,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)2045,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)4180,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013)7275,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1200,

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)1635,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)3870,

id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014)4054

Nru 2013/511

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta' Frar 2013 fir-rigward tal-iskrinjar ta' passiġġieri u ta' persuni għajr il-passiġġieri permezz ta' tagħmir għall-Individwazzjoni ta' Traċċi ta' Splussivi (ETD) flimkien ma' Tagħmir li Jinżamm fl-Idejn għall-individwazzjoni tal-Metall (HHMD)

5.   Ġestjoni tat-traffiku tal-ajru

Nru 549/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament Qafas), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 6, 8, 10, 11 u 12.

L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif ġej:

 

Fil-paragrafu 2, il-kliem “fil-livell Komunitarju” għandu jinbidel bil-kliem “fil-livell Komunitarju, li jinvolvi l-Isvizzera”.

 

Minkejja l-aġġustament orizzontali msemmi fit-tieni inċiż tal-Anness għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, ir-referenzi għall-“Istati Membri” fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 jew fid-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE li jissemmew f'dik id-dispożizzjoni, ma għandhomx jinftiehmu bħala applikabbli għall-Isvizzera.

Nru 550/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar il-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Forniment ta' Servizz), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi lejn l-Isvizzera s-setgħa mogħtija lilha skont l-Artikoli 9a, 9b, 15a, 16, u 17.

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 3 għandu jiġi emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, għandu jiddaħħal il-kliem “u l-Isvizzera” wara “il-Komunità”.

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 6, għandu jiddaħħal il-kliem “u l-Isvizzera” wara “il-Komunità”.

(c)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-kliem “u l-Isvizzera” wara “il-Komunità”.

(d)

L-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 1, għandu jiddaħħal il-kliem “u l-Isvizzera” wara “il-Komunità”.

(e)

L-Artikolu 16(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u tinforma lill-fornitur tas-servizz tagħhom, safejn hija legalment konċernata”

.

Nru 551/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-organizzazzjoni u l-użu tal-ispazju tal-ajru fl-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament tal-Ispazju tal-Ajru), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 3a, 6, u 10.

Nru 552/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabbiltà tax-Xibka Ewropea ta' Amministrazzjoni ta' Traffiku tal-Ajru [Netwerk Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru] (Ir-Regolament tal-Interoperabbiltà), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 1070/2009

Il-Kummissjoni għandha tgawdi fl-Isvizzera s-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikoli 4, 7 u 10(3).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jiġu emendati kif ġej:

(a)

L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 2, il-kliem “jew l-Isvizzera” għandu jiddaħħal wara “il-Komunità”;

(b)

L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

Fil-paragrafu 4, il-kliem “jew l-Isvizzera” għandu jiddaħħal wara “il-Komunità”;

(c)

L-Anness III huwa emendat kif ġej:

Fit-taqsima 3, it-tieni u l-aħħar inċiżi, il-kliem “jew l-Isvizzera” għandu jiddaħħal wara “il-Komunità”.

Nru 2150/2005

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-23 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli komuni għall-użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru.

Nru 1033/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-4 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-proċeduri għall-pjanijiet ta' titjir fil-fażi ta' qabel it-titjira għall-Ajru Uniku Ewropew [traduzzjoni mhux uffiċjali], kif emendata l-aħħar bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2013

Nru 1032/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-6 ta' Lulju 2006 li jistipula għal sistemi awtomatiċi għall-iskambju ta' tagħrif dwar it-titjiriet bejn ċentri tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru għall-iskopijiet ta' notifikazzjoni, koordinazzjoni u trasferiment ta' titjiriet, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 30/2009

Nru 1794/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) tas-6 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru, kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2010,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

Nru 730/2006

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-11 ta' Mejju 2006 dwar il-klassifikazzjoni tal-ispazju tal-ajru u l-aċċess tat-titjiriet VFR 'l fuq mil-livell 195 ta' titjir, kif emendat bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

Nru 219/2007

Ir-Regolament tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR), kif emendat bi:

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008,

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 721/2014

Nru 633/2007

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 li jistipula rekwiżiti għall-applikazzjoni ta' protokoll ta' trasferiment ta' messaġġ tat-titjira użat għan-notifika, il-koordinazzjoni u t-trasferiment ta' titjiriet bejn ċentri ta' kontroll tat-traffiku tal-ajru:

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 283/2011

Nru 482/2008

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Mejju 2008 li jistabbilixxi sistema ta' garanzija tas-sigurtà tas-softwer li għandha tiġi implimentata mill-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2096/2005

Nru 29/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-16 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar servizzi ta' kollegament tad-dejta għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 441/2014

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

“L-Isvizzera UIR” tiżdied fl-Anness I, il-Parti A.

Nru 262/2009

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tat-30 ta' Marzu 2009 li jistabbilixxi l-ħtiġijiet għall-allokazzjoni koordinata u għall-użu ta' kodiċijiet tal-interrogatur Mode S għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 73/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 73/2010 tas- 26 ta' Jannar 2010 li jistipula r-rekwiżiti dwar il-kwalità tad-dejta ajrunawtika u l-informazzjoni ajrunawtika għall-Ajru Uniku Ewropew

Nru 255/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-25 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, kif emendat bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012

Nru 691/2010

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2096/2005 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, kif emendat bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2011

Il-miżuri korrettivi adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 14 paragrafu 3 tar-Regolament huma obbligatorji għall-Isvizzera wara li kienu adottati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt

Nru C(2010)/5134

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta' Lulju 2010 dwar il-ħatra ta' Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 2014/672

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal- 24 ta' Settembru 2014 dwar l-estensjoni tal-ħatra tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew

Nru 176/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tal-24 ta' Frar 2011 dwar informazzjoni l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta qabel l-istabbilment u l-modifikazzjoni ta' blokk ta' spazju tal-ajru funzjonali

Nru 2011/121

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2011 li tistabbilixxi l-miri ta' prestazzjoni u l-limiti ta' twissija għall-Unjoni Ewropea kollha għall-forniment tas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru mill-2012 sal-2014

Nru 677/2011

Ir-Regolament tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010

Nru 2011/4130

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Lulju 2011 dwar in-nomina ta' Maniġer tan-Netwerk għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) tal-funzjonijiet tan-netwerks fl-ajru uniku Ewropew

Nru 1034/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 dwar is-sorveljanza tas-sikurezza fil-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010

Nru 1035/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti komuni għall-forniment ta' servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 482/2008 u (UE) Nru 691/2010, kif emendat bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012,

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 448/2014

Nru 1206/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti dwar l-identifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru għas-sorveljanza fl-Ajru Uniku Ewropew

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament għandu jinqara b'dawn l-adattamenti:

“L-Isvizzera UIR” tiżdied fl-Anness I.

Nru 1207/2011

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi rekwiżiti għall-prestazzjoni u l-interoperabilità tas-sorveljanza għall-ajru uniku Ewropew

Nru 923/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 923/2012 tas- 26 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi regoli komuni tal-ajru u dispożizzjonijiet operattivi dwar is-servizzi u l-proċeduri fin-navigazzjoni bl-ajru u li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1035/2011 u r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2007, (KE) Nru 1794/2006, (KE) Nru 730/2006, (KE) Nru 1033/2006 u (UE) Nru 255/2010

Nru 1079/2012

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti ta' spazjar bejn il-kanali ta' komunikazzjoni vokali għall-Ajru Uniku Ewropew, kif emendat bi:

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 657/2013

Nru 390/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk

Nru 391/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema komuni ta' imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru

Nru 409/2013

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Mejju 2013 dwar id-definizzjoni ta' proġetti komuni, it-twaqqif ta' governanza u l-identifikazzjoni ta' inċentivi li jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

Nru 2014/132

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019

Nru 716/2014

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 716/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 dwar l-istabbiliment tal-Proġett Pilota Komuni li jsostni l-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju Ewropew għall-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru

6.   Ambjent u Storbju

Nru 2002/30

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Marzu 2002 dwar l-istabbiliment ta' regoli u proċeduri għall-introduzzjoni ta' restrizzjonijiet tal-ħoss fl-ajruporti tal-Komunità (l-Artikoli 1-12, 14-18)

(L-emendi fl-Anness I, li jirriżultaw mill-Anness II, il-Kapitolu 8 (il-Politika tat-Trasport), it-Taqsima G (it-Trasport bl-Ajru), il-punt 2 tal-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom japplikaw).

Nru 89/629

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-4 ta' Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta' ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi

(L-Artikoli 1-8)

Nru 2006/93

Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II,il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988).

7.   Ħarsien tal-konsumaturi

Nru 90/314

Id-Direttiva tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 1990 dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.

(L-Artikoli 1-10)

Nru 93/13

Id-Direttiva tal-Kunsill tal-5 ta' April 1993 dwar klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur.

(L-Artikoli 1-11)

Nru 2027/97

Ir-Regolament tal-Kunsill tad-9 ta' Ottubru 1997 dwar ir-responsabbilità ta' trasportaturi bl-ajru fl-eventwalità ta' inċidenti (l-Artikoli 1-8), kif emendat bi:

Ir-Regolament (KE) Nru 889/2002

Nru 261/2004

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91

(L-Artikoli 1-18)

Nru 1107/2006

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabbiltà u ta' persuni b'mobbiltà mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru.

8.   Mixxellanji

Nru 2003/96

Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta' enerġija u elettriku.

(L-Artikolu 14(1)(b) u l-Artikolu 14(2).

9.   Annessi:

A: Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea

B: Dispożizzjonijiet dwar il-kontroll finanzjarju eżerċitat mill-Unjoni Ewropea fir-rigward ta' parteċipanti mill-Isvizzera fl-attivitajiet tal-EASA


(1)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6.

ANNESS A

PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li, skont l-Artikolu 343 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA), l-Unjoni Ewropea u l-KEEA għandhom igawdu fit-territorji tal-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom,

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

KAPITOLU I

PROPRJETÀ, FONDI, ASSI U ĦIDMIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 1

L-istabbilimenti u l-binjiet tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli. Dawn għandhom ikunu eżenti minn tfittxija, rekwiżizzjoni, konfiska jew esproprjazzjoni. Il-proprjetà u l-assi tal-Unjoni ma għandhom ikunu suġġetti għal ebda miżura amministrattiva jew legali li tirrestrinġihom mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Artikolu 2

L-arkivji tal-Unjoni għandhom ikunu invjolabbli.

Artikolu 3

L-Unjoni, l-assi, id-dħul u proprjetà oħra tagħha għandhom ikunu eżenti mit-taxxi diretti kollha.

Il-gvernijiet tal-Istati Membri, fejn hu possibbli għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jagħmlu rimessa jew jirrimborżaw l-ammont ta' taxxa indiretta jew taxxa fuq il-bejgħ inkluża fil-prezz ta' proprjetà mobbli jew immobbli, meta għall-użu uffiċjali tagħha l-Unjoni tagħmel xiri sostanzjali li l-prezz tiegħu jkun jinkludi taxxa ta' din ix-xorta. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhomx jiġu applikati sabiex ma jkollhomx effett li jikkaġunaw distorzjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni.

L-ebda eżenzjoni ma għandha tingħata fir-rigward ta' taxxi u tariffi oħra dovuti li jammontaw sempliċiment għall-imposti għal servizzi ta' utilità pubblika.

Artikolu 4

L-Unjoni għandha tkun eżenti minn dazji doganali, projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet kollha fir-rigward ta' oġġetti intenzjonati għall-użu uffiċjali tagħha: ħadd ma għandu jiddisponi minn oġġetti importati b'dan il-mod, sew jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas, fit-territorju tal-pajjiż li fih ikunu ġew importati, ħlief b'kundizzjonijiet approvati mill-gvern ta' dak il-pajjiż.

L-Unjoni għandha wkoll tkun eżenti minn kwalunkwe dazju doganali u kwalunkwe projbizzjoni u restrizzjoni fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni fir-rigward tal-pubblikazzjonijiet tagħha.

KAPITOLU II

KOMUNIKAZZJONIJIET U LAISSEZ-PASSER

Artikolu 5

Għall-komunikazzjonijiet u t-trażmissjonijiet uffiċjali tad-dokumenti kollha tagħhom, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom igawdu fit-territorju ta' kull Stat Membru t-trattament mogħti minn dak l-Istat għall-missjonijiet diplomatiċi.

Il-korrispondenza uffiċjali u komunikazzjonijiet uffiċjali oħrajn tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma għandhomx ikunu soġġetti għal ċensura.

Artikolu 6

Laissez-passer f'forma li trid tiġi preskritta mill-Kunsill, permezz ta' maġġoranza sempliċi, u li għandu jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, jista' jinħareġ lill-membri u l-impjegati tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni mill-Presidenti ta' dawn l-istituzzjonijiet. Dan il-laissez-passer għandu jinħareġ lill-uffiċjali u impjegati oħrajn bil-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tista' tikkonkludi ftehimiet sabiex dan il-laissez-passer jiġi rikonoxxut bħala dokument validu tal-ivvjaġġar fit-territorju ta' pajjiżi terzi.

KAPITOLU III

MEMBRI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 7

L-ebda restrizzjoni amministrattiva jew ta' natura oħra ma għandha tiġi imposta fuq il-moviment liberu tal-Membri tal-Parlament Ewropew li jivvjaġġaw lejn jew mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

Fir-rigward tal-kontrolli tad-dwana u tal-kambju, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jingħataw:

(a)

mill-gvern tagħhom stess, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil uffiċjali għolja li jkunu qed jivvjaġġaw barra l-pajjiż fuq missjonijiet uffiċjali temporanji;

(b)

mill-gvern ta' Stati Membri oħrajn, l-istess faċilitajiet bħal dawk mogħtija lil rappreżentanti ta' gvernijiet barranin waqt missjonijiet uffiċjali temporanji.

Artikolu 8

Il-Membri tal-Parlament Ewropew ma għandhomx ikunu soġġetti għal kwalunkwe forma ta' inkjesta, detenzjoni jew proċedimenti legali fir-rigward ta' opinjonijiet jew voti espressi minnhom fil-qadi ta' dmirijiethom.

Artikolu 9

Matul is-sessjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-Membri tiegħu għandhom igawdu:

(a)

fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-Parlament tagħhom;

(b)

fit-territorju ta' Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull miżura ta' detenzjoni u minn proċeduri legali.

L-immunità għandha tapplika bl-istess mod għall-Membri waqt li jkunu qed jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqa' l-Parlament Ewropew.

L-immunità ma tistax tiġi invokata la meta Membru jinqabad fil-fatt iwettaq reat u lanqas ma żżomm lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jneħħi l-immunità ta' wieħed mill-Membri tiegħu.

KAPITOLU IV

RAPPREŻENTANTI TA' STATI MEMBRI LI JKUNU QED JIEĦDU SEHEM FIL-ĦIDMA TAL-ISTITUZZJONIJIET TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 10

Ir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jipparteċipaw fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, il-konsulenti u l-esperti tekniċi tagħhom għandhom, fil-qadi ta' dmirijiethom u waqt li jivvjaġġaw lejn u mill-post fejn jiltaqgħu, igawdu mill-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet skont il-konswetudini.

Dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-membri tal-korpi konsultattivi tal-Unjoni.

KAPITOLU V

UFFIĊJALI U IMPJEGATI OĦRAJN TAL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 11

Fit-territorju ta' kull Stat Membru u tkun xi tkun in-nazzjonalità tagħhom, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni:

(a)

soġġetti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattati relatati, minn naħa, mar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-uffiċjali u impjegati oħrajn lejn l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, mal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi kwistjonijiet bejn l-Unjoni u l-uffiċjali tagħha u l-impjegati oħrajn, għandhom igawdu l-immunità minn proċedimenti legali fir-rigward tal-atti mwettqa minnhom fil-kariga uffiċjali tagħhom, inkluż il-kliem mitkellem u l-kitba tagħhom. Huma għandhom ikomplu jgawdu din l-immunità wara li jkunu waqfu mill-kariga tagħhom;

(b)

flimkien mal-konjuġi tagħhom u membri dipendenti tal-familji tagħhom, ma għandhomx ikunu soġġetti għal restrizzjonijiet tal-immigrazzjoni jew għal formalitajiet tar-reġistrazzjoni ta' persuni barranin (aljeni);

(c)

fir-rigward ta' regolamenti dwar il-munita jew il-kambju, għandhom jingħataw l-istess faċilitajiet bħal ma s-soltu jingħataw lil uffiċjali ta' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d)

għandhom igawdu d-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom meta jibdew il-kariga tagħhom għall-ewwel darba f'dak il-pajjiż u d-dritt li jerġgħu jesportaw l-għamara u l-oġġetti personali tagħhom mingħajr ebda dazju, meta jtemmu dmirijiethom f'dak il-pajjiż, soġġett f'kull każ, għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-gvern tal-pajjiż, fejn dan id-dritt jiġi eżerċitat;

(e)

għandu jkollhom id-dritt li jimportaw mingħajr ebda dazju karozza għall-użu personali tagħhom, akkwistata jew fil-pajjiż fejn l-aħħar kellhom ir-residenza tagħhom jew fil-pajjiż li tiegħu huma għandhom ċittadinanza skont it-termini li jirregolaw is-suq lokali ta' dak il-pajjiż, u li jerġgħu jesportawha mingħajr ebda dazju, soġġetti f'kull każ għall-kundizzjonijiet meqjusin meħtieġa mill-gvern tal-pajjiż konċernat.

Artikolu 12

L-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni, skont il-kundizzjonijiet u l-proċedura stipulata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

Dawn għandhom ikunu eżenti minn taxxi nazzjonali fuq salarji, pagi u emolumenti mħallsa mill-Unjoni.

Artikolu 13

Fl-applikazzjoni tat-taxxa fuq l-introjtu, it-taxxa fuq il-ġid u t-taxxa tas-suċċessjoni, u fl-applikazzjoni ta' konvenzjonijiet dwar l-evitar tat-taxxa doppja, konklużi bejn l-Istati Membri tal-Unjoni, uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni li, għar-raġuni unika li jwettqu dmirijiethom fis-servizz tal-Unjoni, jistabbilixxu r-residenza tagħhom fit-territorju ta' Stat Membru li ma jkunx il-pajjiż tad-domiċilju tagħhom, għal skopijiet ta' taxxa meta jidħlu fis-servizz tal-Unjoni, għandhom jitqiesu, sew fil-pajjiż tar-residenza attwali tagħhom kif ukoll fil-pajjiż tad-domiċilju tagħhom għal skopijiet ta' taxxa, daqslikieku żammew id-domiċilju tagħhom fil-pajjiż tal-aħħar, sakemm dak il-pajjiż ikun membru tal-Unjoni. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika għall-konjugi, safejn il-konjugi ma jkollhomx separatament xi okkupazzjoni bi qligħ, u għal ulied dipendenti fuq u fir-responsabbiltà tal-persuni msemmija f'dan l-Artikolu.

Il-proprjetà mobbli, li tappartjeni lil persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti u li tkun tinsab fit-territorju tal-pajjiż fejn dawn ikunu qegħdin joqogħdu, għandha tkun eżenti minn kull taxxa tas-suċċessjoni f'dak il-pajjiż; dik il-proprjetà, għall-valutazzjoni ta' dak it-taxxa, għandha titqies bħala waħda li tinsab fil-pajjiż ta' domiċilju għal finijiet ta' taxxa, soġġetta għad-drittijiet ta' pajjiżi terzi u għall-applikazzjoni possibbli ta' provvedimenti ta' konvenzjonijiet internazzjonali fuq it-tassazzjoni doppja.

Kull domiċilju miksub unikament minħabba l-qadi ta' dmirijiet fis-servizz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra ma għandux jitqies fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet ikkonċernati, għandhom jistabbilixxu l-iskema tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali għall-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni.

Artikolu 15

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolamenti skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-istituzzjonijiet l-oħra involuti, għandhom jistabbilixxu l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Unjoni li għalihom id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 12, u tal-Artikolu 13 għandhom japplikaw, kollha kemm huma jew f'parti minnhom.

L-ismijiet, il-gradi u l-indirizzi tal-uffiċjali u l-impjegati l-oħrajn inklużi fit-tali kategoriji għandhom ikunu kkomunikati perjodikament lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

KAPITOLU VI

PRIVILEĠĠI U IMMUNITAJIET TA' MISSJONIJIET TA' PAJJIŻI TERZI AKKREDITATI LILL-UNJONI EWROPEA

Artikolu 16

L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-Unjoni għandha s-sede tagħha għandu jagħti l-privileġġi u l-immunitajiet diplomatiċi skont il-konswetudini lil missjonijiet f'pajjiżi terzi akkreditati lill-Unjoni.

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 17

Il-privileġġi, l-immunitajiet u l-faċilitajiet għandhom jingħataw lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Unjoni unikament fl-interessi tal-Unjoni.

Kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha tkun meħtieġa tirrinunzja għall-immunità mogħtija lil xi uffiċjal jew impjegat ieħor kull fejn dik l-istituzzjoni jidhrilha li r-rinunzja għal dik l-immunità ma tkunx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 18

Bl-għan li jiġi applikat dan il-Protokoll, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom jikkoperaw mal-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri involuti.

Artikolu 19

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Membri tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

L-Artikoli 11 sa 14 u l-Artikolu 17 għandhom japplikaw għall-Imħallfin, l-Avukati Ġenerali, ir-Reġistraturi u l-Assistenti Relaturi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li għandhom x'jaqsmu mal-immunità minn proċedimenti legali għall-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali.

Artikolu 21

Dan il-Protokoll għandu japplika wkoll għall-Bank Ewropew tal-Investiment, għall-membri tal-organi tiegħu, għall-persunal tiegħu u għar-rappreżentanti tal-Istati Membri li jkunu qed jipparteċipaw fl-attivitajiet tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank.

Barra minn dan, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. Bl-istess mod, ix-xoljiment jew stralċ tiegħu ma għandu jagħti lok għal ebda impożizzjoni. Fl-aħħar nett, l-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tiegħu ma għandhomx ikunu soġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Artikolu 22

Dan il-Protokoll għandu jkun japplika wkoll għall-Bank Ċentrali Ewropew, għall-membri tal-organi tiegħu u għall-persunal tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Barra minn dan, il-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jiġi eżentat minn kull forma ta' tassazzjoni jew impożizzjoni ta' xorta simili f'każ ta' xi żieda fil-kapital tiegħu u mid-diversi formalitajiet li jista' jkollhom x'jaqsmu ma' dan fl-Istat fejn il-Bank ikollu s-sede tiegħu. L-attivitajiet tal-Bank u tal-organi tiegħu mwettqa skont l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew ma għandhomx ikunu suġġetti għal xi taxxa fuq il-fatturat.

Appendiċi

PROĊEDURI GĦALL-APPLIKAZZJONI FL-ISVIZZERA TAL-PROTOKOLL DWAR IL-PRIVILEĠĠI U L-IMMUNITAJIET TAL-UNJONI EWROPEA

1.   Estensjoni tal-applikazzjoni għall-Isvizzera

Kull referenza għall-Istati Membri fil-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (minn issa 'l quddiem “il-Protokoll”) għandha tinftiehem li tapplika b'mod ekwu fl-Isvizzera, sakemm ma jkunx determinat mod ieħor fid-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.   Eżenzjoni tal-Aġenzija mit-taxxi indiretti (inkluża l-VAT)

Oġġetti u servizzi esportati mill-Isvizzera mhumiex suġġetti għat-taxxa Svizzera fuq il-valur miżjud (VAT). Fil-każ ta' oġġetti u servizzi fornuti lill-Aġenzija fl-Isvizzera għall-użu uffiċjali tagħha, l-eżenzjoni mill-VAT issir permezz ta' rifużjoni, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tal-Protokoll. L-eżenzjoni mill-VAT għandha tingħata jekk il-prezz tax-xiri effettiv tal-oġġetti u s-servizzi indikat fil-fattura jew fid-dokument ekwivalenti jkun għallinqas jammonta għal total ta' 100 Frank Svizzeru (taxxa inkluża).

Ir-rifużjoni tal-VAT trid tingħata fuq preżentazzjoni lill-Amministrazzjoni Federali tat-Taxxa, Diviżjoni Prinċipali tal-VAT, tal-formoli pprovduti mill-Amministrazzjoni Svizzera għal dan il-għan. Bħala regola, it-talbiet għar-rifużjoni, flimkien mad-dokumenti ta' appoġġ meħtieġa, għandhom jiġu pproċessati fi żmien tliet xhur wara d-data li fiha jkunu tressqu.

3.   Proċeduri għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-persunal tal-Aġenzija

Fir-rigward tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 tal-Protokoll, l-Isvizzera għandha teżenta, skont il-prinċipji tal-liġijiet interni tagħha, lill-uffiċjali u l-impjegati oħrajn tal-Aġenzija fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill (1) mit-taxxi federali, kantonali u komunali fuq is-salarji, il-pagi u l-emolumenti mħallsa lilhom mill-Unjoni Ewropea u soġġetti għal taxxa interna b'benefiċċju għaliha.

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tal-Protokoll, l-Isvizzera mhix meqjusa bħala Stat Membru fi ħdan it-tifsira tal-punt 1 hawn fuq.

L-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Aġenzija, kif ukoll il-membri tal-familji tagħhom li huma membri fis-sistema tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-uffiċjali u impjegati oħrajn tal-Unjoni Ewropea, mhumiex obbligati jkunu membri tas-sistema tas-sigurtà soċjali Svizzera.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha kompetenza esklussiva għall-kwistjonijiet kollha rigward ir-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u l-persunal tagħha għal dak li għandu x'jaqsam mal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (2) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Liġi tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tax-xogħol.


(1)  Ir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 549/69 tal-Kunsill tal-25 ta' Marzu 1969 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali u impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej lil liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 u l-Artikolu 14 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet japplikaw (ĠU L 74, 27.3.1969, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali u l-kundizzjonijiet ta' impjieg ta' uffiċjali oħra tal-Komunitajiet Ewropej u li jistabbilixxi miżuri temporanji applikabbli għall-Uffiċjali tal-Kummissjoni (Ir-Regolamenti tal-lstaff) (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

ANNESS B

KONTROLL FINANZJARJU FIR-RIGWARD TAL-PARTEĊIPANTI SVIZZERI F'ATTIVITAJIET TAL-FTEHIM EWROPEW DWAR L-AVJAZZJONI

Artikolu 1

Komunikazzjoni diretta

L-Aġenzija u l-Kummissjoni għandhom jikkomunikaw direttament mal-persuni jew l-entitajiet kollha stabbiliti fl-Isvizzera li jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Aġenzija bħala kuntratturi, parteċipanti fil-programmi tal-Aġenzija, destinatarji ta' pagamenti mill-baġit tal-Aġenzija jew tal-Komunità jew sottokuntratturi. Dawn il-persuni jistgħu jittrażmettu direttament lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha rilevanti li huma meħtieġa li jibagħtu abbażi tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni u tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont dawn.

Artikolu 2

Kontrolli

1.   Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1) u r-Regolament Finanzjarju adottat mill-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija fis-26 ta' Marzu 2003, mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (2) kif ukoll l-istrumenti l-oħra msemmija f'din id-Deċiżjoni, il-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda mal-benefiċjarji stabbiliti fl-Isvizzera jistgħu jipprovdu għat-twettiq fi kwalunkwe mument ta' verifiki xjentifiċi, finanzjarji, tekniċi jew ta' xort'oħra fis-sedi tagħhom u tas-sottokuntratturi tagħhom minn impjegati tal-Kummissjoni jew tal-Aġenzija jew minn persuni oħra awtorizzati mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija.

2.   L-uffiċjali tal-Aġenzija u tal-Kummissjoni u l-persuni l-oħrajn b'mandat mill-Aġenzija u mill-Kummissjoni għandu jkollhom aċċess xieraq għas-siti, ix-xogħlijiet u d-dokumenti, u għall-informazzjoni kollha neċessarja, inklużi dawk f'format elettroniku, biex iwettqu dawn il-verifiki. Dan id-dritt għall-aċċess għandu jiġi espliċitament stipulat fil-kuntratti jew fil-ftehimiet konklużi għall-implimentazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

3.   Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha l-istess drittijiet bħal dawk tal-Kummissjoni.

4.   Il-verifiki jistgħu jsiru sa ħames snin wara l-iskadenza ta' din id-Deċiżjoni jew skont it-termini tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi u d-deċiżjonijiet meħuda.

5.   L-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika għandu jiġi infurmat minn qabel dwar il-verifiki li jsiru fuq it-territorju Svizzeru. Din l-informazzjoni ma għandhiex tkun kundizzjoni legali għat-twettiq ta' dawn il-verifiki.

Artikolu 3

Kontrolli fuq il-post

1.   Skont dan il-Ftehim, il-Kummissjoni (l-OLAF) hija awtorizzata biex twettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post fit-territorju Svizzeru, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 (3)

2.   Il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitħejjew u jitmexxew mill-Kummissjoni b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika jew ma' awtoritajiet Svizzeri kompetenti oħrajn maħtura mill-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika, li għandhom jiġu notifikati fil-ħin dwar l-għan, l-iskop u l-bażi legali tal-kontrolli u l-ispezzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-għajnuna kollha meħtieġa. Għal dan il-għan, l-uffiċjali tal-awtoritajiet Svizzeri kompetenti jistgħu jipparteċipaw fil-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post.

3.   Jekk l-awtoritajiet kompetenti Svizzeri konċernati jkunu jixtiequ, il-kontrolli u l-ispezzjonijiet fuq il-post jistgħu jsiru b'mod konġunt mill-Kummissjoni u mill-awtoritajiet Svizzeri kompetenti.

4.   Jekk il-parteċipanti fil-programm jopponu li jsir kontroll jew spezzjoni fuq il-post, l-awtoritajiet Svizzeri, b'konformità mar-regoli nazzjonali, għandhom jagħtu l-assistenza meħtieġa lill-ispetturi tal-Kummissjoni biex jaqdu dmirhom u jagħmlu l-kontroll u l-ispezzjoni fuq il-post.

5.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta, mill-aktar fis possibbli, lill-Uffiċċju Federali Svizzeru tal-Verifika, dwar kull fatt jew suspett relatat ma' irregolarità li tkun saret taf bih waqt it-twettiq tal-kontroll jew l-ispezzjoni fuq il-post. F'kull każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità msemmija hawn fuq dwar ir-riżultati ta' dawn il-kontrolli u l-ispezzjonijiet.

Artikolu 4

Informazzjoni u konsultazzjoni

1.   Għall-finijiet tal-implimentazzjoni korretta ta' dan l-Anness, l-awtoritajiet Svizzeri u Komunitarji kompetenti għandhom jiskambjaw l-informazzjoni regolarment u, fuq talba ta' wieħed mill-Partijiet, għandhom jagħmlu konsultazzjonijiet.

2.   L-awtoritajiet Svizzeri kompetenti għandhom jinformaw mingħajr dewmien lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe fatt jew suspett li jkunu saru jafu bih dwar irregolarità marbuta mal-konklużjoni u l-implimentazzjoni tal-kuntratti jew il-ftehimiet konklużi fl-applikazzjoni tal-istrumenti msemmija f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Kunfidenzjalità

L-informazzjoni kkomunikata jew miksuba fi kwalunkwe forma skont dan l-Anness se tkun koperta mill-kunfidenzjalità professjonali u protetta bl-istess mod bħalma titħares informazzjoni simili mil-leġiżlazzjoni nazzjonali Svizzera u mid-dispożizzjonijiet korrispondenti applikabbli għall-istituzzjonijiet Komunitarji. Din l-informazzjoni ma tistax tiġi kkomunikata lil persuni oħra ħlief dawk li, fl-istituzzjonijiet Komunitarji, fl-Istati Membri jew fl-Isvizzera, jeħtieġ ikunu jafuha minħabba l-funzjonijiet tagħhom, u ma tistax tintuża lanqas għal għanijiet ħlief dawk li jiżguraw il-ħarsien effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Partijiet Kontraenti.

Artikolu 6

Miżuri u sanzjonijiet amministrattivi

Bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi kriminali Svizzera, jistgħu jiġu imposti miżuri u penali ammistrattivi mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni bi qbil mar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 (4) u mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (5).

Artikolu 7

Irkupru u infurzar

Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija jew mill-Kummissjoni fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni li jimponu obbligu finanzjarju fuq persuni apparti mill-Istati, għandhom ikunu infurzabbli fl-Isvizzera.

L-ordni tal-infurzar trid tinħareġ, mingħajr l-ebda kontroll ieħor għajr għall-verifika tal-awtentiċità tal-att, mill-awtorità maħtura mill-gvern Svizzeru, li għandha tinforma lill-Aġenzija jew lill-Kummissjoni b'dan. L-infurzar għandu jsir skont ir-regoli ta' proċedura Svizzeri. Il-legalità tad-deċiżjoni tal-infurzar hija soġġetta għall-kontroll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea maqtugħa skont klawżola ta' arbitraġġ, huma infurzabbli fuq l-istess termini.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra.(ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta' Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).