ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 367

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
23 ta' Diċembru 2014


Werrej

 

I   Atti leġiżlattivi

Paġna

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 940/2014/UE tas-17 ta' Diċembru 2014 dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi

1

 

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/941/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

8

 

 

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

10

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1377/2014 tat-18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej

14

 

*

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1378/2014 tas-17 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

16

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1379/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

22

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1380/2014 tas-17 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

82

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1381/2014 tat-22 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

83

 

 

DIRETTIVI

 

*

Direttiva tal-Kunsill 2014/112/UE tad-19 ta' Diċembru 2014 li timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) ( 1 )

86

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/942/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2014 li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

96

 

 

2014/943/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Diċembru 2014 dwar il-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri l-oħra full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

97

 

 

2014/944/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Ġunju 2014 dwar l-Għajnuna mill-Istat S.A.26818 (C 20/10) (ex N 536/08 e NN 32/10) li l-Italja wettqet favur SO.G.A.S. — Kumpanija għall-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto (notifikata bid-dokument C(2014) 3571)  ( 1 )

99

 

 

2014/945/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2014 li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja (notifikata bid-dokument C(2014) 10261)  ( 1 )

115

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/946/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni UE-Serbja tas-17 ta' Diċembru 2014 li tissostitwixxi l-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti ta' oriġini u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

119

 

 

2014/947/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 1/2014 tal-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni tat-28 ta' Novembru 2014 li temenda l-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

122

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja ( ĠU L 311, 31.10.2014 )

126

 

*

Rettifika għar-Regolament (KE) Nru 491/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi programm ta' għajnuna finanzjarja u teknika lil pajjiżi terzi fl-oqsma tal-immigrazzjoni u tal-eżilju (AENEAS) ( ĠU L 80, 18.3.2004 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 07)

126

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


I Atti leġiżlattivi

DEĊIŻJONIJIET

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL Nru 940/2014/UE

tas-17 ta' Diċembru 2014

dwar id-dazju tal-baħar fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Waqt li jaġixxi skont proċedura leġislattiva speċjali,

Billi:

(1)

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat, li japplikaw għar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, li minnhom jagħmlu parti d-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, fil-prinċipju ma jawtorizzaw l-ebda differenza fit-tassazzjoni bejn il-prodotti lokali u dawk li joriġinaw minn Franza metropolitana jew minn Stati Membri oħrajn. L-Artikolu 349 TFUE jipprevedi madankollu l-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri speċifiċi favur dawk ir-reġjuni minħabba l-eżistenza ta' żvantaġġi permanenti li għandhom effett fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi.

(2)

Tali miżuri speċifiċi għandhom iqisu l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet ta' dawk ir-reġjuni, mingħajr ma jnaqqsu l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni, inklużi s-suq intern u l-politiki komuni. Il-permanenza u l-kombinazzjoni tal-iżvantaġġi li jbatu minnhom ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni huma msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat (l-iżolament, id-dipendenza fir-rigward tal-materja prima u tal-enerġija, l-obbligu li jkollhom istokkijiet kbar, id-daqs żgħir tas-suq lokali flimkien mal-livell baxx tal-attività ta' esportazzjoni eċċ.) jikkostitwixxu żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni u b'hekk tal-prezz ta' kemm iqumu l-oġġetti mmanifatturati lokalment li, fin-nuqqas ta' miżuri speċifiċi, se jkunu inqas kompetittivi minn dawk li ġejjin minn barra, anke b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż tat-trasport lejn id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej. Dan jagħmliha iktar diffiċli biex tinżamm il-produzzjoni lokali. Huwa għalhekk neċessarju li jittieħdu miżuri speċifiċi li jtejbu l-kompetittività bil-għan li tissaħħaħ l-industrija lokali. Bil-għan li tkun restawrata l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment, sal-31 ta' Diċembru 2014, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE (1) tawtorizza lil Franza biex tapplika eżenzjonijiet jew rata mnaqqsa tad-dazju tal-baħar għal ċerti prodotti manifatturati fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Gwadelup, tal-Gujana Franċiża, ta' Martinique, ta' Réunion u, b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2014, tal-Majott. L-anness għad-Deċiżjoni msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa. Skont liema jkun il-prodott, id-differenza fit-tassazzjoni ta' prodotti manifatturati lokalment u t-tassazzjoni ta' prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali.

(3)

Franza talbet biex wara l-1 ta' Jannar 2015 tinżamm sistema simili għal dik tad-Deċiżjoni 2004/162/KE. L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-iżvantaġġi msemmija qabel għandhom karattru permanenti, li r-reġim ta' tassazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE ippermetta biex tinżamm u f'ċerti każijiet biex tiġi żviluppata l-produzzjoni lokali u li dan ma kienx jikkostitwixxi gwadann għall-impriżi benefiċjarji għaliex, kumplessivament, l-importazzjonijiet tal-prodotti soġġettati għal tassazzjoni differenzjata komplew jiżdiedu.

(4)

Għal kull reġjun ultraperiferiku konċernat (il-Gwadelup, il-Gujana Franċiża, Martinique, il-Majott u Réunion), Franza bagħtet ħames listi ta' prodotti lill-Kummissjoni li għalihom qed tipproponi l-aplikazzjoni tat-tassazzjoni differenzjata tal-10, l-20 jew it-30 punt perċentwali, skont jekk il-prodotti humiex manifatturati lokalment jew le. Ir-reġjun ultraperiferiku Franċiż ta' Saint Martin mhuwiex affettwat.

(5)

Din id-Deċiżjoni timplimenta d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat u tawtorizza lil Franza biex tapplika sistema ta' tassazzjoni differenzjata għall-prodotti li għalihom hija ġġustifikata l-ewwel nett, minħabba l-eżistenza ta' produzzjoni lokali, it-tieni nett minħabba l-eżistenza ta' dħul sinifikanti ta' oġġetti (inkluż ta' oriġini minn Franza metropolitana u Stati Membri oħra) li jistgħu jikkompromettu ż-żamma tal-produzzjoni lokali u fl-aħħar nett l-eżistenza ta' kostijiet addizzjonali li jgħollu l-prezz ta' renditu tal-produzzjoni lokali meta mqabbel mal-prodotti li joriġinaw minn barra u li jikkompromettu l-kompetittività tal-prodotti manifatturati lokalment. It-tassazzjoni differenzjata awtorizzata ma għandhiex teċċedi l-kostijiet addizzjonali ġustifikati. L-applikazzjoni ta' dawk il-prinċipji għandha tippermetti l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 349 tat-Trattat mingħajr ma tmur lil hinn dak li hu meħtieġ u mingħajr ma jinħoloq vantaġġ mhux ġustifikat għall-produzzjoni lokali, sabiex b'hekk ma jitnaqqsux l-integrità u l-koerenza tal-ordni ġuridiku tal-Unjoni, u dan jinkludi s-salvagwardja tal-kompetizzjoni mhux imfixkla fis-suq intern u tal-politiki dwar l-għajnuna mill-Istat.

(6)

Sabiex jiġu ssimplifikati l-obbligi tal-intrapriżi żgħar, l-eżenzjonijiet tat-taxxa jew it-tnaqqis se jaffettwaw l-operaturi kollha li l-fatturat annwali tagħhom hu mill-anqas EUR 300 000. L-operaturi li għandhom bejgħ totali annwali taħt dak il-limitu mhumiex soġġetti għad-dazju tal-baħar; madankollu biex jagħmlu tajjeb għal dan, ma jistgħux inaqqsu l-ammont ta' dik it-taxxa mġarrba “upstream”.

(7)

B'mod simili, il-koerenza mal-liġi tal-Unjoni tfisser li titwarrab l-applikazzjoni ta' taxxa differenzjata fuq il-prodotti tal-ikel li jibbenefikaw minn għajnuna skont il-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (2) Dik il-miżura tevita l-effett li tintemm jew titnaqqas l-għajnuna finanzjarja għall-agrikoltura mogħtija skont l-arranġamenti speċifiċi ta' provvista, minħabba tassazzjoni ogħla tal-prodotti ssussidjati minħabba d-dazju tal-baħar.

(8)

L-oġġettivi tal-appoġġ għall-iżvlupp soċjali u ekonomiku tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, kif previst diġà fid-Deċiżjoni 2004/162/KE, huma kkonfermati mir-rekwiżiti dwar l-għan tad-dazju tal-baħar. Huwa obbligu legali li d-dħul mid-dazju tal-baħar jiġi inkorporat fir-riżorsi tar-reġim ekonomiku u tat-taxxa tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li jiġi allokat għal strateġija tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali li tinvolvi għajnuna għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali.

(9)

Hu neċessarju li jiġi estiż l-perjodu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2004/162/KE b'sitt xhur oħra sat-30 ta' Ġunju 2015. Dak il-perjodu se jippermetti lil Franza tittrasponi din id-Deċiżjoni fil-liġi nazzjonali tagħha.

(10)

L-arranġamenti għandhom japplikaw għal ħames snin u sitt xhur, sal-31 ta' Diċembru 2020, meta l-linji gwida attwali dwar l-għajnuna mill-Istat fil-livell reġjonali ma jibqgħux japplikaw. Madankollu, ir-riżultati tal-applikazzjoni ta' dawn l-arranġamenti għandhom l-ewwel jiġu vvalutati. Għalhekk, Franza għandha, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, tisottometti lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti ta' tassazzjoni introdotti, billi tara l-impatt tal-miżuri meħuda u l-kontribut tagħhom għaż-żamma, għall-promozzjoni u għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, fid-dawl tal-iżvantaġġi li jaffettwaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Ir-rapport għandu jivverifika jekk il-benefiċċji fiskali mogħtija lil Franza għal prodotti manifatturati lokalment ma jmorrux lil hinn minn dak li hu strettament meħtieġ u li dawk il-benefiċċji għadhom neċessarji u proporzjonati. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll analiżi tal-impatt tal-arranġamenti introdotti għall-prezzijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi. Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill u, jekk tinħass il-ħtieġa, proposta għall- adattament tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni fid-dawl tas-sejbiet li jkunu saru.

(11)

Sabiex tiġi evitata kull lakuna legali, jeħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta' Lulju 2015

(12)

Din id-Deċiżjoni hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat.

(13)

L-għan ta' din id-Deċiżjoni hu li tistabbilixxi l-qafas ġuridiku tad-dazju tal-baħar mill-1 ta' Jannar 2015. Minħabba din l-urġenza, għandha ssir eċċezzjoni għall-perjodu ta' tmien ġimgħat stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   B'deroga mill-Artikoli 28, 30 u 110 tat-Trattat, Franza hija awtorizzata biex, sal-31 ta' Diċembru 2020, tapplika eżenzjonijiet jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar fuq il-prodotti elenkati fl-Anness li huma manifatturati lokalment fil-Gwadelup, fil-Gujana Franċiża, f'Martinique, fil-Majott u f'Réunion, bħal reġjuni ultraperiferiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 tat-Trattat.

Dawk l-eżenzjonijiet jew tnaqqis għandhom ikunu parallel mal-istrateġija tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, billi jqisu l-qafas tal-Unjoni tagħha, u jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-attivitajiet lokali filwaqt li ma jaffettwawx b'mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali b'mod li jmorru kontra l-interess komuni.

2.   B'referenza għar-rata tat-tassazzjoni applikata għal prodotti simili li ma joriġinawx fir-reġjuni ultraperiferiċi konċernati, l-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet totali jew tat-tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 1 ma tistax tirriżulta f'differenzi ta' aktar minn:

a)

l-10 punti perċentwali għall-prodotti elenkati fil-Parti A tal-Anness;

b)

l-20 punt perċentwali għall-prodotti elenkati fil-Parti B tal-Anness;

c)

it-30 punt perċentwali għall-prodotti elenkati fil-Parti C tal-Anness.

Franza għandha timpenja ruħha li l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis applikati fuq il-prodotti elenkati fl-Anness ma jaqbżux il-perċentwali strettament meħtieġ għaż-żamma, għall-promozzjoni jew għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi lokali.

3.   Franza għandha tapplika l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis tat-taxxa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-operaturi li l-fatturat annwali tagħhom hu mill-anqas EUR 300 000. L-operaturi kollha li l-fatturat annwali tagħhom huwa taħt dan il-limitu ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dazju tal-baħar.

Artikolu 2

Għall-prodotti li jibbenefikaw mill-arranġamenti speċifiċi ta' provvista previst fil-Kapitolu III tar-Regolament (UE) Nru 228/2013, l-awtoritajiet Franċiżi għandhom japplikaw l-istess arranġamenti ta' tassazzjoni li japplikaw għall-prodotti manifatturati lokalment.

Artikolu 3

1.   Franza għandha tinnotifika immedjatament lill-Kummissjoni bl-arranġamenti ta' tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, Franza għandha tissottometti lill-Kummissjoni rapport dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti ta' tassazzjoni msemmija fl-Artikolu 1, billi tindika l-impatt tal-miżuri meħuda u l-kontribuzzjoni tagħha għaż-żamma, għall-promozzjoni jew għall-iżvilupp tal-attivitajiet ekonomiċi lokali, fid-dawl tal-iżvantaġġi li jaffettwaw ir-reġjuni ultraperiferiċi.

Fuq il-bażi ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill u, jekk tinħass il-ħtieġa, proposta għall-adattament tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni 2004/162/KE, id-data “31 ta' Diċembru 2014” tiġi sostitwita bid-data “30 ta' Ġunju 2015”.

Artikolu 5

L-Artikoli 1 sa 3 għandhom japplikaw mill-1 ta' Lulju 2015.

L-Artikolu 4 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. L. GALLETTI


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-10 ta' Frar 2004 dwar id-dazji tal-baħar fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u li testendi l-perjodu ta' validità tad-Deċiżjoni 89/688/KEE (ĠU L 52, 21.2.2004, p. 64).

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).


ANNESS

A.   Lista ta' prodotti bir-referenza skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni (1)

1.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0105 11, 0201, 0203, 0207, 0208, 0305 49 80, 0702, 0705 19, 0706100010, 0707 00 05, 0709 60 10, 0709 60 99, 1106, 2103 30 90, 2103 90 30, 2209 00 91, 2505, 2712 10 90, 2804, 2806, 2811, 2814, 2853 00 10, 3808, 4407 10, 4407 21 sa 4407 29, 4407 99, 7003 12 99, 7003 19 90, 7003 20, 8419 19.

2.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana Franċiża

0105 11, 0702, 0709 60, 0805, 0807, 1006 20, 1006 30, 2505 10, 2517 10, 3824 50, 3919, 3920 43, 3920 51, 6810 11, 7215, 7606 ħlief 7606 91, 9405 60.

3.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Martinique

0105 11, 0105 12, 0105 15, 0201, 0203, 0207, 0208 10, 0209, 0305, 0403 ħlief 0403 10, 0405, 0706, 0707, 0709 60, 0709 99, 0710 ħlief 0710 90, 0711, 0801 11 sa 0801 19, 0802 90, 0803, 0804 30, 0804 50, 0805, 0809 10, 0809 40, 0810 30, 0810 90, 0812, 0813, 0910 91, 1102, 1106 20, 1904 10, 1904 20, 2001, 2005 ħlief 2005 99, 2103 30, 2103 90, 2104 10, 2505, 2710, 2711, 2712, 2804, 2806, 2811 ħlief 2811 21, 2814, 2836, 2853 00 10, 2907, 3204, 3205, 3206, 3207, 3401, 3808, 3820, 4012 11, 4012 12, 4012 19, 4401, 4407 21 sa 4407 29, 4408, 4409, 4415 20, 4421 90, 4811, 4820, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6902, 6904 10, 7006, 7003 12, 7003 19, 7113 sa 7117, 7225, 7309, 7310 ħlief 7310 21, 7616 91, 7616 99, 8402 90, 8419 19, 8902, 8903 99, 9406.

4.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0407, 0702, 0704 90 90, 0705 19, 0709 99 10, 0707 00 05, 0708 90, 0709 30, 0709 60, 0709 93 10, 0709 99 60, 0714, 0801 11, 0801 12, 0801 19, 0803, 0804 30, 0805 10, 0904 11, 0904 12, 0905, 1806, 2309 90 ħlief 2309 90 96, 3925 10 00, 3925 90 80, 3926 90 92, 3926 90 97, 6901, 6902, 9021 21 90.

5.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Réunion

0105 11, 0105 12, 0105 13, 0105 15, 0207, 0208 10, 0208 90 30, 0208 90 98, 0209, 0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 0403, 0405 ħlief 0405 10, 0406 10, 0406 90, 0407, 0408, 0601, 0602, 0710, 0711 90 10, 0801, 0803, 0804, 0805, 0806, 0807, 0808, 0809, 0810, 0811, 0812, 0813, 0904, 0909 31, 0910 99 99, 1101 00 15, 1106 20, 1108 14, 1604 14, 1604 19, 1604 20, 1701, 1702, 1903, 1904, 2001, 2002 10, 2004 10 10, 2004 10 91, 2004 90 50, 2004 90 98, 2005 10, 2005 20, 2005 40, 2006, 2007 ħlief 2007999710, 2103 20, 2103 90, 2104, 2201, 2309 90 ħlief 2309 90 35 u 2309909690, 2710 19 81 sa 2710 19 99, 3211, 3214, 3402, 3403 99, 3505 20, 3506 10, 3808 92, 3808 99, 3809, 3811 90, 3814, 3820, 3824, 3921 11, 3921 13, 3921 90 90, 3925 10, 3926 90, 4009, 4010, 4016, 4407 10, 4409 10, 4409 21, 4409 29, 4415 20, 4421, 4811, 4820, 6306, 6801, 6811 89, 7007 29, 7009 ħlief 7009 10, 7312 90, 7314 ħlief 7314 20, 7314 39, 7314 41, 7314 49 u 7314 50, 7606, 8310, 8418 50, 8418 69, 8418 91, 8418 99, 8421 21 sa 8421 29, 8471 30, 8471 41, 8471 49, 8537, 8706, 8707, 8708, 8902, 8903 99, 9001, 9021 21 90, 9021 29, 9405, 9406, 9506 21, 9506 29, 9619.

B.   Lista ta' prodotti bir-referenza skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni

1.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0302, 0306 15, 0306 16, 0306 19, 0307 91, 0307 99, 0403, 0407, 0409, 0807 11, 0807 19 90, 1601, 1602 41 10, 1604 20 10, 1806 31, 1806 32 10, 1806 32 90, 1806 90 31, 1806 90 60, 1901 20, 1902 11, 1902 19, 1905, 2105, 2106, 2201 90, 2202 10, 2202 90, 2207 10, 2208 40, 2309 90 ħlief 2309903130, 2309 90 51 u 2309909690, 2523 29, 2828, 3101, 3102 90, 3103 90, 3104 20, 3105 20, 3208, 3209, 3305 10, 3401, 3402, 3406, 3917 ħlief 3917 10 10, 3919, 3920, 3923, 3924 10, 3925 10, 3925 30, 3925 90, 3926 90, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4818 10, 4818 20, 4818 30, 4818 90, 4821 10, 4821 90, 4823 40, 4823 61, 4823 69, 4823 70 10, 4910, 4911 10, 6303 12, 6303 91, 6303 92 90, 6303 99 90, 6306 12, 6306 19, 6306 30, 6810 ħlief 6810 11 10, 7213 10, 7213 91 10, 7214 20, 7214 99 10, 7308 30, 7308 40, 7308 90 59, 7308 90 98, 7309 00 10, 7310 10, 7310 21 11, 7310 21 19, 7310 29, 7314 ħlief 7314 12, 7610 10, 7610 90 90, 7616 99 90, 9001 40, 9404 10, 9404 21, 9406 00 20.

2.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana Franċiża

0201, 0203, 0204, 0206 10 95, 0206 10 98, 0206 30, 0206 80 99, 0207 11, 0207 13, 0207 41, 0207 43, 0208 10, 0208 90 10, 0208 90 30, 0209 10 90, 0209 90, 0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 99, 0302, 0303 89, 0304, 0305 39 90, 0305 49 80, 0305 59 80, 0305 69 80, 0306 17, 0403 10, 0406 10, 0406 40, 0406 90, 0901 ħlief 0901 90, 1601, 1602, 1604 11 sa 1604 20, 1605 10 sa 1605 29, 1605 52 sa 1605 54, 1905, 2001 90 10, 2001 90 20, 2001 90 40, 2001 90 70, 2001 90 92, 2001 90 97, 2006 00 10, 2006 00 31, 2006 00 35, 2006003881, 2006003889, 2006 00 91, 2006009999, 2008 11, 2008 99 ħlief 2008994819, 2008994899, 2008994980, 2103, 2105, 2106 90 98, 2201, 2202, 2208 40, 2309 90 ħlief 2309909690, 2309909630, 2309903130, 2309 90 35, 2309 90 43, 2309904120, 2309904180 u 2309 90 51, 2828 90, 3208 90, 3209 10, 3402, 3809 91, 3923 ħlief 3923 10, 3923 40 u 3923 90, 3925, 3926 90, 4201, 4817, 4818, 4819 40, 4819 50, 4819 60, 4820 10, 4821 10, 4823 69, 4823 90 85, 4905 91, 4905 99, 4909, 4910, 4911, 5907, 6109, 6205, 6206, 6306 12, 6306 19, 6307 90 98, 6802 23, 6802 29, 6802 93, 6802 99, 6810 19, 6815, 7006 00 90, 7009, 7210, 7214 20, 7214 99, 7216, 7301, 7306, 7308 10, 7308 30, 7308 90, 7309, 7310 ħlief 7310 21 11 u 7310 21 19, 7314, 7326 90 98, 7411, 7412, 7604, 7607, 7610 10, 7610 90, 7612 10, 7612 90 30, 7612 90 80, 7616 91, 7616 99, 7907, 8211, 8421210090, 8537 10, 9404 21, 9405 20, 9405 40.

3.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Martinique

0210 11, 0210 12, 0210 19, 0210 20, 0210 99 41, 0210 99 49, 0210 99 51, 0210 99 59, 0302, 0303, 0304, 0306, 0307, 0403 10, 0406 10, 0406 90 50, 0407, 0408 99, 0409, 0601, 0602, 0603, 0604, 0702, 0704 90, 0705, 0710 90, 0807, 0811, 1601, 1602, 1604 20, 1605 10, 1605 21, 1605 62, 1702, 1704 90 61, 1704 90 65, 1704 90 71, 1806, 1902, 2005 99, 2105, 2106, 2201, 2202 10, 2202 90, 2208 40, 2309 ħlief 2309909630, 2517 10, 2523 21, 2523 29, 2811 21, 2828 10, 2828 90, 3101, 3102, 3103, 3104, 3105, 3208, 3209, 3210, 3211, 3212, 3213, 3214, 3215, 3303, 3304, 3305, 3402, 3406, 3917,3919, 3920, 3921 11, 3921 19, 3923 21, 3923 29, 3923 30, 3924, 3925, 3926 10, 3926 30, 3926 90 92, 4418 10, 4418 20, 4418 90, 4818 10, 4818 20, 4818 30, 4818 40, 4818 90, 4819, 4821, 4823, 4902, 4907 00 90, 4909, 4910, 4911 10, 6103, 6104, 6105, 6107, 6109 10, 6109 90 20, 6109 90 90, 6203, 6204, 6205, 6207, 6208, 6805, 6810 11, 6810 19, 6810 91, 6811 81, 6811 82, 7015 10, 7213, 7214, 7217, 7308, 7314, 7610, 8421 21, 8708 21 90, 8708 99 97, 8716 40, 8901 90 10, 9021 21, 9021 29, 9401 30, 9401 51, 9401 59, 9401 69, 9401 71, 9401 79, 9401 90, 9403, 9404 10, 9404 21, 9405 60.

4.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0301, 0302, 0303, 0304, 0305, 4407, 4409, 4414, 4418, 4419, 4420, 4421, 4819, 4821, 4902, 4909, 4910, 4911, 7003, 7005, 7210, 7212 30, 7216 61 90, 7216 91 10, 7301, 7308 30, 7312, 7314, 7326 90 98, 7606, 7610 10, 8310, 9401 69, 9401 90 30, 9403 20 80, 9403 40, 9406 00 31, 9406 00 38.

5.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Réunion

0306 11, 0306 16, 0306 17, 0306 21, 0306 26, 0306 27, 0307 11, 0307 19, 0307 59, 0409, 0603, 0604 20 40, 0604 90 91, 0604 90 99, 0709 60, 0901 21, 0901 22, 0910 11, 0910 12, 0910 30, 0910 91 10, 0910 91 90, 1516 20, 1601, 1602, 1605,1704, 1806, 1901, 1902, 1905, 2005 51, 2005 59, 2005 99 10, 2005 99 30, 2005 99 50, 2005 99 80, 2008 ħlief 2008191980, 2008305590, 2008405190, 2008405990, 2008506190, 2008605090, 2008706190, 2008805090, 2008975990 u 2008994980, 2105, 2106 90, 2208 40, 2309 10, 3208, 3209, 3210, 3212, 3301 12, 3301 13, 3301 24, 3301 29, 3301 30, 3401 11, 3917, 3920, 3921 90 60, 3923, 3925 20, 3925 30, 4012, 4418, 4818 10, 4819 10, 4819 20, 4821, 4823 70, 4823 90, 4909, 4910, 4911 10, 4911 91, 7216 61 10, 7308 ħlief 7308 90, 7309, 7310, 7314 20, 7314 39, 7314 41, 7314 49, 7314 50, 7326, 7608, 7610, 7616 91, 7616 99 90, 8419 19, 8528 51, 8528 71, 8528 72, 8528 73, 9401 ħlief 9401 10 u 9401 20, 9403, 9404 10, 9506 99 90.

C.   Lista ta' prodotti bir-referenza skont il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura tat-Tariffa Doganali Komuni

1.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gwadelup

0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101, 1701, 2007, 2009 ħlief 2009119998, 2009499990, 2009791990, 2009896990, 2009897390, 2009899799, 2009905939 u 2009905990, 2208 70 (2), 2208 90 (2), 7009 91, 7009 92.

2.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Gujana Franċiża

1702, 2007, 2009 ħlief 2009119998, 2009311999, 2009499990, 2009893690, 2009819990 u 2009909880, 2203, 2208 70 (2), 2208 90 (2), 4403 49, 4403 99 95, 4407 22, 4407 29, 4407 99 96, 4409 29 91, 4409 29 99, 4418 10 10, 4418 10 90, 4418 20 10, 4418 20 80, 4418 40, 4418 50, 4418 60, 4418 90, 4420 10, 9403 40 10, 9406 00 11, 9406 00 20, 9406 00 38.

3.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Martinique

0901 21, 0901 22, 1006 30, 1006 40, 1101 00 11, 1101 00 15, 1701, 1901, 1905, 2006 00 10, 2006 00 35, 2006 00 91, 2007 ħlief 2007109915, 2007993315, u 2007993929, 2008 ħlief 2008 20 51, 2008506190, 2008605010, 2008805090, 2008939390, 2008975190, 2008975990, 2008994894, 2008994899, 2008994980 u 2008999990, 2009 ħlief 2009119996, 2009119998, 2009199899, 2009299990, 2009393919, 2009393999, 2009493091, 2009493099, 2009499190, 2009695110, 2009791191, 2009791199, 2009899799 (3), 2009899999 (3) u 2009905990 (3), 2203, 2204 29, 2205, 2208 70 (2), 2208 90 (2), 7009 91, 7009 92, 7212 30, 9001 40.

4.   Ir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

0401, 0403, 0406, 1601, 1602, 1901, 1905, 2105, 2201, 2202, 2203, 3301 29 11, 3301 29 31, 3401, 3402, 9404 29 90.

5.   Ir-reġjun ultraperiferiku ta' Réunion

0905 10, 1512 19, 1514 19 90, 1515 29, 2009 ħlief 2009119996, 2009199899, 2009299990, 2009393119, 2009691910, 2009695110, 2009791990, 2009799820, 2009896990 (2), 2009897390, 2009899799 (2), 2009899999 (2), 2009905180 u 2009 90 59 (2), 2202 10, 2202 90, 2203, 2204 21 79, 2204 21 80, 2204 21 83, 2204 21 84, 2204 29 83, 2204 29 84, 2206 00 59, 2206 00 89, 2208 70 (3), 2208 90 (3), 2402 20, 7113, 7114, 7115, 7117, 7308 90, 9404 21 10, 9404 21 90, 9404 29 10, 9404 29 90.


(1)  L-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta' Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  Għall-prodotti biss li fihom ir-rum taħt l-intestatura 2208 40.

(3)  Meta l-livell Brix tal-prodott huwa ogħla minn 20.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/8


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta' Ġunju 2013

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

(2014/941/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(6), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

L-Unjoni u l-Kanada għandhom jespandu l-kooperazzjoni doganali tagħhom biex tkopri materji tas-sigurtà tal-katina tal-provvista u l-immaniġġar tar-riskji relatati bil-ħsieb li jżidu s-sigurtà tul il-katina loġistika kollha u fl-istess waqt jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu.

(2)

F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/643/UE (1), il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (il-“Ftehim”) kien ġie ffirmat fl-4.3.2013, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

(3)

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali (KKKD), meta tiġi msejħa sabiex tadotta atti li jkollhom efetti legali, għandha tiġi deċiża f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fejn ikun meħtieġ, pożizzjonijiet oħrajn li għandhom jittieħdu mill-Unjoni fil-KKKD għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill f'konformità mal-Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat f'isem l-Unjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista (il-“Ftehim”) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna li jkollha s-setgħa li tipproċedi, f'isem l-Unjoni, għan-notifika prevista fl-Artikolu 9 tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Ftehim (2).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GILMORE


(1)  ĠU L 287, 18.10.2012, p. 1.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/10


FTEHIM

bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada dwar il-kooperazzjoni doganali fir-rigward ta' materji relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista

L-UNJONI EWROPEA u l-KANADA, (il-“Partijiet Kontraenti”),

JIRRIKONOXXU l-ħtieġa li jżidu s-sigurtà tul il-katina loġistika kollha għall-Kanada u l-Unjoni Ewropea u fl-istess waqt jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu;

JIRRIKONOXXU r-relazzjonijiet fit-tul, mill-qrib u produttivi bejn l-Awtoritajiet Doganali tal-Kanada u tal-Unjoni Ewropea;

JIRRIKONOXXU li dawn ir-relazzjonijiet jistgħu jittejbu permezz ta' kooperazzjoni eqreb dwar is-sigurtà tal-kontejners u materji oħra relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista bbażati, safejn huwa l-iżjed prattikabbli, fuq ir-rikonoxximent reċiproku ta' metodi tekniċi tal-immaniġġar tar-riskji, standards tar-riskji, kontrolli tas-sigurtà u programmi ta' sħubija kummerċali;

JIMMIRAW li jipprovdu qafas biex jiġu esplorati mezzi kooperattivi futuri sabiex jissaħħu l-prattiċi tas-sigurtà tal-katina tal-provvista li għandu jżid l-effiċjenzi relatati mad-dwana sabiex tkun żgurata s-sigurtà tul il-katina loġistika kollha u biex ikun faċilitat il-kummerċ leġittimu għall-benefiċċju tal-komunitajiet kummerċjali rispettivi tagħhom;

BIL-GĦAN li jiżviluppaw strateġija li tippermetti lill-Kanada u lill-Unjoni Ewropea jikkooperaw fil-qasam tal-ispezzjoni tal-merkanzija;

BIEX JIBNU fuq l-elementi tal-qalba tal-Qafas ta' Standards li Jiżguraw u Jiffaċilitaw il-Kummerċ Globali (SAFE) tal-Organizzazzjoni Dinjija tad-Dwana;

B'REFERENZA għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Kanada dwar il-Kooperazzjoni Doganali u l-Għajnuna Reċiproka f'Materji Doganali, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1998 (is-“CMAA”), u bix-xewqa li jespandu l-ambitu ta' dak il-Ftehim permezz ta' ftehim dwar materja speċifika, f'konformità mal-Artikolu 23 tas-CMAA;

JAGĦRFU li ġie stabbilit Kumitat Konġunt tal-Kooperazzjoni Doganali (il-“KKKD”) taħt l-Artikolu 20 tas-CMAA biex jiżgura l-funzjonament korrett tas-CMAA u, inter alia, jieħu l-miżuri meħtieġa għall-kooperazzjoni doganali f'konformità mal-għanijiet tas-CMAA u għall-espansjoni tas-CMAA bil-ħsieb li jiżdied il-livell tal-kooperazzjoni doganali u li jiġi ssupplimentat f'setturi jew materji speċifiċi,

FTIEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, “Awtorità Doganali” tfisser:

fl-Unjoni Ewropea: is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea;

fil-Kanada: l-amministrazzjoni governattiva nominata mill-Kanada bħala responsabbli għall-amministrazzjoni tal-liġijiet doganali tagħha.

Artikolu 2

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw dwar materji ta' sigurtà tal-katina tal-provvista u tal-immaniġġar tar-riskji relatati.

Artikolu 3

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jamministraw din il-kooperazzjoni permezz tal-Awtoritajiet Doganali rispettivi tagħhom.

Artikolu 4

Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw billi:

(a)

isaħħu l-aspetti relatati mad-dwana ta' rinfurzar tal-katina loġistika tal-kummerċ internazzjonali filwaqt li fl-istess waqt jiffaċilitaw il-kummerċ leġittimu;

(b)

jistabbilixxu standards minimi, safejn huwa prattikabbli, għal metodi tekniċi tal-immaniġġar tar-riskji u rekwiżiti u programmi relatati;

(c)

jaħdmu lejn u, fejn xieraq, jistabbilixxu rikonoxximent reċiproku ta' metodi tekniċi tal-immaniġġar tar-riskji, ta' standards tar-riskji, ta' kontrolli tas-sigurtà, programmi ta' sigurtà tal-katina tal-provvista u ta' sħubija kummerċjali inklużi miżuri ekwivalenti ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ;

(d)

jiskambjaw informazzjoni għas-sigurtà tal-katina tal-provvista u għall-immaniġġar tar-riskji; kwalunkwe skambju ta' informazzjoni taħt dan il-Ftehim għandu jkun soġġett għar-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u tal-protezzjoni tad-dejta personali stabbiliti fl-Artikolu 16 tas-CMAA kif ukoll kwalunkwe rekwiżit ta' kunfidenzjalità u privatezza stabbilit fil-leġiżlazzjoni tal-Partijiet Kontraenti;

(e)

jistabbilixxu punti ta' kuntatt għall-iskambju ta' informazzjoni għas-sigurtà tal-katina tal-provvista;

(f)

jintroduċu, fejn xieraq, interface għall-iskambju tad-dejta, inkluża dejta ta' qabel il-wasla jew qabel it-tluq;

(g)

jiżviluppaw strateġija li tippermetti lill-awtoritajiet doganali jikkooperaw fil-qasam tal-ispezzjoni tal-merkanzija;

(h)

jikkollaboraw, safejn prattikabbli, fi kwalunkwe forum multilaterali fejn jistgħu adegwatament jitqajmu u jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mas-sigurtà tal-katina tal-provvista.

Artikolu 5

Il-KKKD, stabbilit taħt l-Artikolu 20 tas-CMAA, għandu jiżgura l-funzjonament korrett ta' dan il-Ftehim u għandu jeżamina l-kwistjonijiet kollha li jinħolqu mill-applikazzjoni tiegħu. B'dan għandu s-setgħa li jadotta deċiżjonijiet biex jimplimenta dan il-Ftehim skont il-leġiżlazzjoni domestika rispettiva tal-Partijiet Kontraenti, dwar aspetti, bħal trażmissjoni ta' dejta u benefiċċji miftiehma reċiprokament, ta': rikonoxximent reċiproku ta' metodi tekniċi tal-immaniġġar tar-riskji, standards tar-riskji, kontrolli tas-sigurtà u programmi ta' sħubija kummerċjali.

Artikolu 6

Il-KKKD għandu jwaqqaf il-mekkaniżmi adatti ta' ħidma, inklużi gruppi ta' ħidma, sabiex jappoġġaw il-ħidma tiegħu sabiex jimplimenta dan il-Ftehim u biex jindirizza partikolarment l-aspetti li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni ta' kwalunkwe bidliet regolatorji jew leġiżlattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim;

(b)

l-identifikazzjoni u l-istabbiliment ta' miżuri għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' skambju tal-informazzjoni;

(c)

l-identifikazzjoni u l-istabbiliment tal-aħjar prattiċi, inklużi l-aħjar prattiċi għall-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tal-informazzjoni elettronika bil-quddiem dwar il-merkanzija ma' standards internazzjonali dwar merkanzija li tkun dieħla, ħierġa jew fi transitu;

(d)

id-definizzjoni u l-istabbiliment ta' standards tal-analiżi tar-riskji għall-informazzjoni meħtieġa biex ikunu identifikati merkanziji li jiġu importati fi, trasbordati minn, jew fi transitu fil-Kanada u fl-Unjoni Ewropea;

(e)

id-definizzjoni u l-istabbiliment ta' miżuri biex jiġu armonizzati standards ta' stimi tar-riskji;

(f)

id-definizzjoni ta' standards minimi u metodi ta' kontroll li bihom dawk l-istandards jistgħu jiġu sodisfatti;

(g)

it-titjib u l-istabbiliment ta' standards għal programmi ta' sħubija kummerċjali mfassla biex itejbu s-sigurtà tal-katina tal-provvista u jiffaċilitaw il-moviment tal-kummerċ leġittimu;

(h)

id-definizzjoni u t-twettiq ta' passi konkreti għall-istabbiliment ta' rikonoxximent reċiproku ta' metodi tekniċi tal-immaniġġar tar-riskji, standards tar-riskju, kontrolli tas-sigurtà u programmi ta' sħubija kummerċjali inklużi miżuri ekwivalenti ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ.

Artikolu 7

1.   Jekk jinħolqu diffikultajiet jew disputi bejn il-Partijiet Kontraenti fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, l-Awtoritajiet Doganali tal-Partijiet Kontraenti għandhom jippruvaw jirriżolvu l-kwistjoni permezz ta' konsultazzjoni u diskussjoni.

2.   Il-Partijiet Kontraenti jistgħu wkoll jagħtu l-kunsens għal forom oħra ta' riżoluzzjoni ta' disputi.

Artikolu 8

1.   Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat bi ftehim bil-miktub mill-Partijiet Kontraenti.

2.   Emenda għandha tidħol fis-seħħ 90 jum wara d-data li fiha tintbagħat it-tieni notifika, permezz ta' skambju ta' noti permezz ta' mezzi diplomatiċi, li jindikaw li l-Partijiet Kontraenti jkunu wettqu l-proċeduri interni rispettivi tagħhom meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tagħha.

Artikolu 9

Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xhar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lill-xulxin bit-twettiq tal-proċeduri meħtieġa biex dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ.

Artikolu 10

1.   Dan il-Ftehim għandu jibqa' fis-seħħ għal perijodu indefinit.

2.   Parti Kontraenti tista' ttemm dan il-Ftehim billi tagħti avviż ta' terminazzjoni permezz ta' mezzi diplomatiċi lill-Parti Kontraenti l-oħra.

3.   Din it-terminazzjoni għandha ssir effettiva fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza ta' perijodu ta' sitt xhur wara d-data ta' riċezzjoni tan-notifika ta' terminazzjoni.

4.   Jekk dan il-Ftehim jiġi tterminat, kwalunkwe deċiżjoni tal-KKKD se tibqa' fis-seħħ, sakemm il-Partijiet Kontraenti ma jiddeċidux mod ieħor.

B'XIEHDA TA' DAN, is-sottoskritti, bl-awtorizzazzjoni dovuta, iffirmaw dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, f'żewġ eżemplari oriġinali, f'dan il-4 jum ta' Marzu 2013, bil-Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż, b'kull verżjoni ugwalment awtentika.

За Европейския съюз

Рог la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l'Union européenne

Per l'Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image

За Канада

Por Canadá

Za Kanadu

For Canada

Für Kanada

Kanada nimel

Για τον Καναδά

For Canada

Pour le Canada

Per il Canada

Kanādas vārdā –

Kanados vardu

Kanada részéről

Għall-Kanada

Voor Canada

W imieniu Kanady

Pelo Canadá

Pentru Canada

Za Kanadu

Za Kanado

Kanadan puolesta

För Kanada

Image


REGOLAMENTI

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/14


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) Nru 1377/2014

tat-18 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 322(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1),

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 10(4) sa (8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 (2), il-Kummissjoni għandha tikkalkula u tgħarraf lill-Istati Membri bl-aġġustamenti għar-riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom (3) (“riżorsa tal-VAT”) u fuq l-introjtu nazzjonali gross (ING) imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) ta' dik id-Deċiżjoni (“riżorsa addizzjonali”) fi żmien suffiċjenti sabiex huma jdaħħlu dawn l-aġġustamenti fil-kont tal-Kummissjoni msemmi fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru.

(2)

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, dawn l-aġġustamenti jistgħu jirriżultaw f'ammonti għoljin ħafna li jistgħu jaqbżu b'mod sostanzjali, fir-rigward ta' xi Stati Membri, xahrejn ta' wieħed minn tnax li għandhom isiru disponibbli bħala riżorsi tal-VAT u r-riżorsa addizzjonali, u b'kollox, għall-Istati Membri kollha, nofs xahar aggregat minn wieħed minn tnax.

(3)

Għal xi Stati Membri l-obbligu li jagħmlu disponibbli tali ammonti kbar jistgħu jirrappreżentaw piż finanzjarju kbir li jista' jikkawża diffikultà fiskali qawwija fuq dawk l-Istati Membri, b'mod partikolari lejn tmiem is-sena.

(4)

Għalhekk l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jitolbu li jipposponu t-tqegħid ta' dawn l-ammonti għad-dispożizzjoni sal-ewwel jum tax-xogħol ta' Settembru tas-sena ta' wara, jekk jiġu sodisfatti ċerti kondizzjonijiet.

(5)

Mingħajr preġudizzju għall-obbligu eżistenti li jagħmel disponibbli lill-Kummissjoni l-ammonti mitluba, kull Stat Membru li jiddeċiedi li japplika din l-għażla għandu jibgħat talba lill-Kummissjoni, minn ħafna qabel l-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru, li turi d-data jew id-dati li fihom l-aġġustamenti jkunu se jsiru disponibbli, sabiex ikun hemm ġestjoni effiċjenti tal-ħtiġijiet fi flus kontanti tal-Unjoni. Kull dewmien biex isiru disponibbli l-aġġustamenti fid-data jew id-dati kkomunikati lill-Kummissjoni għandu jagħti lok għal imgħax skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000.

(6)

L-ammonti li għandhom ikunu disponibbli fl-ewwel jum ta' xogħol ta' Diċembru 2014 bħala riżultat ta' aġġustamenti huma ta' daqs mingħajr preċedent, sitwazzjoni li ma setgħetx tiġi prevista meta r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 ġie adottat.

(7)

Sabiex jiġi evitat li din is-sitwazzjoni eċċezzjonali u mhux mistennija toħloq restrizzjonijiet baġitarji kbar iżżejjed fuq l-Istati Membri eżatt qabel tmiem is-sena, l-opzjoni prevista f'dan ir-Regolament għandha tkun applikabbli għal aġġustamenti li, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000, kellhom jiddaħħlu fil-kontijiet tal-Kummissjoni fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru 2014. F'dan ir-rigward, l-Istati Membri li jixtiequ jibbenefikaw minn dik l-opzjoni diġà bagħtu talba formali ma' skeda ta' ħlas lill-Kummissjoni qabel l-ewwel jum ta' xogħol ta' Diċembru 2014.

(8)

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“7a   Minkejja r-regoli stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 7 ta' dan l-Artikolu, Stat Membru jista', fuq talba formali lill-Kummissjoni, idaħħal fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) ammonti li għandhom jiġu kkreditati lill-Kummissjoni skont dawk il-paragrafi sal-ewwel jum tax-xogħol ta' Settembru tas-sena ta' wara, jekk tiġi sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru kkonċernat ikollu jdaħħal fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ammont akbar minn tnejn ta' wieħed minn tnax tat-total għal dak l-Istat Membru fil-baġit għar-riżorsi tal-VAT u r-riżorsa addizzjonali, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, kif applikabbli fil-15 ta' Novembru tal-istess sena, jew

(b)

l-Istati Membri bħala total ikollhom idaħħlu fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) fl-ewwel jum tax-xogħol ta' Diċembru ammont akbar minn nofs minn wieħed minn tnax tat-total fil-baġit għar-riżorsi tal-VAT u r-riżorsa addizzjonali, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u jiġu applikati r-rati tal-kambju definiti f'dak is-subparagrafu, kif applikabbli fil-15 ta' Novembru tal-istess sena.

L-Istati Membri jistgħu japplikaw biss l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jekk huma jkunu bagħtu t-talba formali lill-Kummissjoni qabel l-ewwel jum ta' xogħol ta' Diċembru bi skeda ta' ħlas, li tinkludi d-data jew id-dati tad-dħul tal-ammont tal-aġġustamenti fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1).

Malli tirċievi talba formali l-Kummissjoni għandha tikkonferma li l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu u fit-tieni subparagrafu jkunu ġew sodisfatti u għandha tinnotifika lill-Istati Membri dwar dan.

Kull dewmien fid-dħul tal-ammont tal-aġġustamenti fil-kont imsemmi fl-Artikolu 9(1) fid-data jew id-dati kkomunikati lill-Kummissjoni taħt it-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandu jagħti lok għal pagament ta' imgħax mill-Istat Membru kkonċernat skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika għall-ammonti li għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 wara t-30 ta' Novembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Opinjoni tas-27 ta' Novembru 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 130, 31.5.2000, p. 1).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE tas-7 ta' Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17).


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/16


REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1378/2014

tas-17 ta' Ottubru 2014

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 6(3) u 7(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2014 dwar id-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament, inkluż il-prodott stmat tat-tnaqqis għas-snin kalendarji 2015 sa 2019.

(2)

Skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-prodott stmat tat-tnaqqis tal-pagamenti notifikati mill-Istati Membri u msemmi fl-Artikolu 11(6) ta' dak ir-Regolament għandu jkun disponibbli bħala appoġġ tal-Unjoni għal miżuri skont il-programmar ta' żvilupp rurali. B'riżultat ta' dan, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jeħtieġ li jiġi adattat skont l-ammonti notifikati mill-Istati Membri.

(3)

Barra minn hekk, f'ċerti każijiet il-prodott mit-tnaqqis ta' pagamenti jista' jkun null minħabba, b'mod partikolari, l-istrutturi tal-azjendi agrikoli fl-Istati Membri u d-distribuzzjoni tal-pagamenti diretti antiċipati u l-possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013. Għaldaqstant, il-Belġju, il-Lussemburgu, Malta, l-Awstrija, is-Slovenja u l-Finlandja nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-prodott stmat tat-tnaqqis li huwa null għalihom kollha għas-snin kalendarji 2015 sa 2019.

(4)

Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Kroazja, il-Litwanja u r-Rumanija ddeċidew li jagħmlu użu mill-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013.

(5)

Skont l-Artikolu 136a(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-1 ta' Awwissu 2014 il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Rumanija nnotifikaw lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu ċertu perċentwal mil-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji 2015 sa 2019 għall-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(6)

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, sal-1 ta' Awwissu 2014, l-Ungerija nnotifikat lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tittrasferixxi għal pagamenti diretti ċertu perċentwal mill-ammont allokat għall-appoġġ għal miżuri taħt l-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR fil-perjodu ta' 2016 sa 2020 kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013.

(7)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 għandhom jiġu emendati skont dan,

(8)

Peress li dan ir-Regolament huwa essenzjali għall-adozzjoni bla xkiel u f'waqtha ta' programmi għall-iżvilupp rurali, huwa xieraq li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 jinbidel bit-test fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jinbidlu bit-test fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608.

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).


ANNESS I

“ANNESS I

RENDIKONT TAT-TQASSIM TAL-APPOĠĠ TAL-UNJONI GĦALL-IŻVILUPP RURALI (2014 SA 2020)

(prezzijiet kurrenti f'EUR)

 

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

AMMONT TOTALI

2014-2020

Il-Belġju

78 342 401

78 499 837

91 078 375

97 175 076

97 066 202

102 912 713

102 723 155

647 797 759

Il-Bulgarija

335 499 038

335 057 822

337 270 538

340 409 994

339 966 052

339 523 306

338 990 216

2 366 716 966

Ir-Repubblika Ċeka

314 349 445

312 969 048

345 955 782

344 509 078

343 033 490

323 242 050

321 615 103

2 305 673 996

Id-Danimarka

90 287 658

90 168 920

136 397 742

144 868 072

153 125 142

152 367 537

151 588 619

918 803 690

Il-Ġermanja

1 221 378 847

1 219 851 936

1 407 185 642

1 404 073 302

1 400 926 899

1 397 914 658

1 394 588 766

9 445 920 050

L-Estonja

103 626 144

103 651 030

111 192 345

122 865 093

125 552 583

127 277 180

129 177 183

823 341 558

L-Irlanda

313 148 955

313 059 463

313 149 965

313 007 411

312 891 690

312 764 355

312 570 314

2 190 592 153

Il-Greċja

605 051 830

604 533 693

705 210 906

703 471 245

701 719 722

700 043 071

698 261 326

4 718 291 793

Spanja

1 187 488 617

1 186 425 595

1 186 659 141

1 185 553 005

1 184 419 678

1 183 448 718

1 183 394 067

8 297 388 821

Franza

1 404 875 907

1 635 877 165

1 663 306 545

1 665 777 592

1 668 304 328

1 671 324 729

1 675 377 983

11 384 844 249

Il-Kroazja

332 167 500

282 342 500

282 342 500

282 342 500

282 342 500

282 342 500

282 342 500

2 026 222 500

L-Italja

1 480 213 402

1 483 373 476

1 491 492 990

1 493 380 162

1 495 583 530

1 498 573 799

1 501 763 408

10 444 380 767

Ċipru

18 895 839

18 893 552

18 897 207

18 894 801

18 892 389

18 889 108

18 881 481

132 244 377

Il-Latvja

138 327 376

150 968 424

153 066 059

155 139 289

157 236 528

159 374 589

161 491 517

1 075 603 782

Il-Litwanja

230 392 975

230 412 316

230 431 887

230 451 686

230 472 391

230 483 599

230 443 386

1 613 088 240

Il-Lussemburgu

14 226 474

14 272 231

14 318 896

14 366 484

14 415 051

14 464 074

14 511 390

100 574 600

L-Ungerija

495 668 727

495 016 871

489 265 618

488 620 684

488 027 342

487 402 356

486 662 895

3 430 664 493

Malta

13 880 143

13 965 035

13 938 619

13 914 927

13 893 023

13 876 504

13 858 647

97 326 898

Il-Pajjiżi l-Baxxi

87 118 078

87 003 509

118 496 585

118 357 256

118 225 747

118 107 797

117 976 388

765 285 360

L-Awstrija

557 806 503

559 329 914

560 883 465

562 467 745

564 084 777

565 713 368

567 266 225

3 937 551 997

Il-Polonja

1 569 517 638

1 175 590 560

1 193 429 059

1 192 025 238

1 190 589 130

1 189 103 987

1 187 301 202

8 697 556 814

Il-Portugall

577 031 070

577 895 019

578 913 888

579 806 001

580 721 241

581 637 133

582 456 022

4 058 460 374

Ir-Rumanija

1 149 848 554

1 148 336 385

1 176 689 135

1 186 544 149

1 184 725 381

1 141 925 604

1 139 927 194

8 127 996 402

Is-Slovenja

118 678 072

119 006 876

119 342 187

119 684 133

120 033 142

120 384 760

120 720 633

837 849 803

Is-Slovakkja

271 154 575

213 101 979

215 603 053

215 356 644

215 106 447

214 844 203

214 524 943

1 559 691 844

Il-Finlandja

335 440 884

336 933 734

338 456 263

340 009 057

341 593 485

343 198 337

344 776 578

2 380 408 338

L-Isvezja

257 858 535

258 014 757

249 223 940

249 386 135

249 552 108

249 710 989

249 818 786

1 763 565 250

Ir-Renju Unit

667 773 873

752 322 030

755 698 156

755 518 938

755 301 511

756 236 113

756 815 870

5 199 666 491

Total UE-28

13 970 049 060

13 796 873 677

14 297 896 488

14 337 975 697

14 347 801 509

14 297 087 137

14 299 825 797

99 347 509 365

 

Assistenza teknika

34 130 699

34 131 977

34 133 279

34 134 608

34 135 964

34 137 346

34 138 756

238 942 629

Totali

14 004 179 759

13 831 005 654

14 332 029 767

14 372 110 305

14 381 937 473

14 331 224 483

14 333 964 553

99 586 451 994 ”


ANNESS II

ANNESS II

Limiti massimi nazzjonali msemmija fl-Artikolu 6

(f'eluf ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

523 658

509 773

502 095

488 964

481 857

505 266

Il-Bulgarija

721 251

792 449

793 226

794 759

796 292

796 292

Ir-Repubblika Ċeka

844 854

844 041

843 200

861 708

861 698

872 809

Id-Danimarka

870 751

852 682

834 791

826 774

818 757

880 384

Il-Ġermanja

4 912 772

4 880 476

4 848 079

4 820 322

4 792 567

5 018 395

L-Estonja

114 378

114 562

123 704

133 935

143 966

169 366

L-Irlanda

1 215 003

1 213 470

1 211 899

1 211 482

1 211 066

1 211 066

Il-Greċja

1 921 966

1 899 160

1 876 329

1 855 473

1 834 618

1 931 177

Spanja

4 842 658

4 851 682

4 866 665

4 880 049

4 893 433

4 893 433

Franza

7 302 140

7 270 670

7 239 017

7 214 279

7 189 541

7 437 200

Il-Kroazja (1)

183 035

202 065

240 125

278 185

316 245

304 479

L-Italja

3 902 039

3 850 805

3 799 540

3 751 937

3 704 337

3 704 337

Ċipru

50 784

50 225

49 666

49 155

48 643

48 643

Il-Latvja

181 044

205 764

230 431

255 292

280 154

302 754

Il-Litwanja

417 890

442 510

467 070

492 049

517 028

517 028

Il-Lussemburgu

33 604

33 546

33 487

33 460

33 432

33 432

L-Ungerija

1 345 746

1 344 461

1 343 134

1 343 010

1 342 867

1 269 158

Malta

5 241

5 241

5 242

5 243

5 244

4 690

Il-Pajjiżi l-Baxxi

749 315

736 840

724 362

712 616

700 870

732 370

L-Awstrija

693 065

692 421

691 754

691 746

691 738

691 738

Il-Polonja

3 378 604

3 395 300

3 411 854

3 431 236

3 450 512

3 061 518

Il-Portugall

565 816

573 954

582 057

590 706

599 355

599 355

Ir-Rumanija

1 599 993

1 772 469

1 801 335

1 872 821

1 903 195

1 903 195

Is-Slovenja

137 987

136 997

136 003

135 141

134 278

134 278

Is-Slovakkja

438 299

441 478

444 636

448 155

451 659

394 385

Il-Finlandja

523 333

523 422

523 493

524 062

524 631

524 631

L-Isvezja

696 890

697 295

697 678

698 723

699 768

699 768

Ir-Renju Unit

3 173 324

3 179 880

3 186 319

3 195 781

3 205 243

3 591 683

ANNESS III

Limiti massimi netti msemmija fl-Artikolu 7

(f'miljuni ta' EUR)

Sena kalendarja

2015

2016

2017

2018

2019

2020

Il-Belġju

523,7

509,8

502,1

489,0

481,9

505,3

Il-Bulgarija

720,9

788,8

789,6

791,0

792,5

798,9

Ir-Repubblika Ċeka

840,1

839,3

838,5

856,7

856,7

872,8

Id-Danimarka

870,2

852,2

834,3

826,3

818,3

880,4

Il-Ġermanja

4 912,8

4 880,5

4 848,1

4 820,3

4 792,6

5 018,4

L-Estonja

114,4

114,5

123,7

133,9

143,9

169,4

L-Irlanda

1 214,8

1 213,3

1 211,8

1 211,4

1 211,0

1 211,1

Il-Greċja

2 109,8

2 087,0

2 064,1

2 043,3

2 022,4

2 119,0

Spanja

4 902,3

4 911,3

4 926,3

4 939,7

4 953,1

4 954,4

Franza

7 302,1

7 270,7

7 239,0

7 214,3

7 189,5

7 437,2

Il-Kroazja (2)

183,0

202,1

240,1

278,2

316,2

304,5

L-Italja

3 897,1

3 847,3

3 797,2

3 750,0

3 702,4

3 704,3

Ċipru

50,8

50,2

49,7

49,1

48,6

48,6

Il-Latvja

181,0

205,7

230,3

255,0

279,8

302,8

Il-Litwanja

417,9

442,5

467,1

492,0

517,0

517,0

Il-Lussemburgu

33,6

33,5

33,5

33,5

33,4

33,4

L-Ungerija

1 276,7

1 275,5

1 274,1

1 274,0

1 273,9

1 269,2

Malta

5,2

5,2

5,2

5,2

5,2

4,7

Il-Pajjiżi l-Baxxi

749,2

736,8

724,3

712,5

700,8

732,4

L-Awstrija

693,1

692,4

691,8

691,7

691,7

691,7

Il-Polonja

3 359,2

3 375,7

3 392,0

3 411,2

3 430,2

3 061,5

Il-Portugall

565,9

574,0

582,1

590,8

599,4

599,5

Ir-Rumanija

1 600,0

1 772,5

1 801,3

1 872,8

1 903,2

1 903,2

Is-Slovenja

138,0

137,0

136,0

135,1

134,3

134,3

Is-Slovakkja

435,5

438,6

441,8

445,2

448,7

394,4

Il-Finlandja

523,3

523,4

523,5

524,1

524,6

524,6

L-Isvezja

696,8

697,2

697,6

698,7

699,7

699,8

Ir-Renju Unit

3 169,8

3 176,3

3 182,7

3 191,4

3 200,8

3 591,7


(1)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 342 539 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 380 599 000.

(2)  Għall-Kroazja, il-limitu massimu nazzjonali għas-sena kalendarja 2021 għandu jkun ta' EUR 342 539 000 u għall-2022 għandu jkun ta' EUR 380 599 000.


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1379/2014

tas-16 ta' Diċembru 2014

li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta' Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(4) u 11(3) tiegħu,

Billi:

A.   PROĊEDURA

1.   Miżuri fis-seħħ

(1)

Bir-Regolament (UE) Nru 248/2011 (3), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ kontinwi bil-filament li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 u 7019 31 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

2.   Bidu tal-investigazzjoni antisussidji

(2)

Fit-12 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”), ħabbret il-bidu ta' proċedura antisussidji fir-rigward ta' importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“ir-RPĊ” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“in-Notifika ta' Bidu tal-investigazzjoni antisussidji”) (4).

(3)

L-investigazzjoni nbdiet mill-Kummissjoni wara lment ippreżentat fit-28 ta' Ottubru 2013 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Produtturi tal-Fibra tal-Ħġieġ (“APFE”) (“l-ilmentatur”) f'isem produtturi li kienu jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. L-ilment kien fih evidenza prima facie ta' sussidjar ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament u ta' dannu materjali kkaġunat minnu, u l-Kummissjoni qieset li t-tali evidenza kienet biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta' investigazzjoni.

(4)

Skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (“ir-Regolament antisussidji bażiku”), qabel ma bdiet bl-investigazzjoni, il-Kummissjoni nnotifikat lill-gvern tar-RPĊ li kienet irċiviet ilment iddokumentat kif xieraq li jallega li l-importazzjonijiet issussidjati ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-RPĊ kienu qed jikkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-gvern tar-RPĊ għal konsultazzjonijiet bl-għan li tiġi ċċarata s-sitwazzjoni fir-rigward tal-kontenut tal-ilment u sabiex flimkien jaslu għal soluzzjoni bi qbil reċiproku.

(5)

Il-gvern tar-RPĊ aċċetta l-offerta tal-konsultazzjonijiet li mbagħad saru fil-5 ta' Diċembru 2013. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħet tinstab ebda soluzzjoni maqbula reċiprokament. Madankollu, il-Kummissjoni ħadet nota tal-kummenti li saru mill-gvern tar-RPĊ rigward l-iskemi elenkati fl-ilment. Wara l-konsultazzjonijiet, daħlu sottomissjonijiet bil-miktub mingħand il-gvern tar-RPĊ fid-9 ta' Diċembru 2013.

(6)

Konsultazzjonijiet addizzjonali ġew offruti lill-Gvern tar-RPĊ fir-rigward ta' skemi addizzjonali li ġew identifikati matul l-investigazzjoni. Il-Gvern tar-RPĊ madankollu ma aċċettax l-offerta minħabba li ilmenta li m ngħatax biżżejjed informazzjoni fir-rigward ta' dawn l-iskemi.

3.   Talba parallela għal rieżami interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fis-seħħ

(7)

Il-Kummissjoni rċiviet talba għall-bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri tal-antidumping fis-seħħ (5), limitata fil-kamp ta' applikazzjoni għar-rieżami tad-dannu, skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (ir-Regolament antidumping bażiku). It-talba ddaħħlet fit-28 ta' Ottubru 2013 mill-APFE wkoll, f'isem il-produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw iktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament.

(8)

Wara li stabbilixxiet li hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' rieżami interim parzjali, il-Kummissjoni, permezz ta' notifika ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (“Notifika ta' bidu tar-rieżami interim parzjali tal-antidumping”) (6) fit-18 ta' Diċembru 2013, ħabbret il-bidu ta' rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament antidumping bażiku.

(9)

Produttur esportatur wieħed iddikjara li l-miżuri eżistenti imposti bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 248/2011 huma nulli u bla effett sa fejn għandu x'jaqsam hu u li għalhekk l-investigazzjoni ta' rieami preżenti dwar il-miżuri eżistenti imposti minn dak ir-Regolament għandha tiġi tterminata. Huwa argumenta li l-miżuri eżistenti huma bi ksur tal-Ftehim tad-WTO dwar l-antidumping peress li dan il-produttur esportatur ġie miċħud trattament individwali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku antidumping peress li kienu jeżistu fiż-żmien tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. B'appoġġ għad-dikjarazzjoni tiegħu, jirreferi għal rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO tat-28 ta' Lulju 2011 fil-kawża DS397 (7).

(10)

Wara r-Rapport tal-Korp tal-Appell tad-WTO tat-28 ta' Lulju 2011 fil-kawża DS 397, l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku antidumping ġie emendat (8). L-emenda hija applikabbli għall-investigazzjonijiet kollha mibdija wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, jiġifieri fis-6 ta' Settembru 2012. Fir-rigward tal-produtturi esportaturi li huma soġġetti għall-miżuri li kienu diġà fis-seħħ qabel dik id-data, il-Kummissjoni ppubblikat Avviż fit-23 ta' Marzu 2012 (9) fejn stiednet lil kull produttur esportatur f'pajjii li ma jħaddmux l-ekonomija tas-suq biex jitolbu rieżami jekk jikkunsidraw li l-miżuri li huma soġġetti għalihom għandhom jiġu riveduti fid-dawl tar-rapport tal-Korp tal-Appell imsemmi hawn fuq. Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 248/2011 kienet imsemmi b'mod speċifiku f'dak l-avviż. Il-Kummissjoni ma rċevietx tali talba għal rieżami minn dan il-produttur esportatur, u l-produttur esportatur lanqas ma talab rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(11)

Għaldaqstant il-validità tal-miżuri eżistenti mhijiex mhedda u t-talba mhix aċċettata.

4.   Il-perjodu tal-investigazzjoni u l-perjodu meqjus applikabbli għaż-żewġ investigazzjonijiet

(12)

L-investigazzjoni tas-sussidji u d-dannu kopriet il-perijodu mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 (il-“perijodu tal-investigazzjoni” jew “PI”). L-analiżi tax-xejriet relevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopriet il-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2010 u tmiem il-PI (“il-perjodu kkunsidrat”).

(13)

L-analiżijiet tad-dannu mwettqin kemm fir-rieżami interim parzjali tal-miżuri antisussidji kif ukoll tal-miżuri tal-antidumping huma msejsin fuq l-istess definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-istess produtturi rappreżentattivi tal-Unjoni u l-istess perjodu tal-investigazzjoni u wasslu għall-istess konklużjonijiet sakemm ma kienx stipulat mod ieħor. Dan tqies xieraq sabiex tiġi allinjata l-analiżi u jsiru sejbiet konsistenti fiż-żewġ investigazzjonijiet. Għalhekk, kummenti dwar l-aspetti tad-dannu li saru fi kwalunkwe waħda minn dawn il-proċeduri tqiesu fiż-żewġ investigazzjonijiet.

5.   Partijiet ikkonċernati mill-investigazzjonijiet

(14)

Fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkuntattjawha bl-għan li jieħdu sehem fiż-żewġ investigazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet b'mod speċifiku lill-ilmentatur, produtturi magħrufin oħrajn tal-Unjoni, produtturi esportaturi magħrufin u l-awtoritajiet tar-RPĊ, importaturi magħrufin, fornituri u utenti, negozjanti, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet li kienet taf li huma mħassbin fuq il-bidu taż-żewġ investigazzjonijiet u stednithom jieħdu sehem.

(15)

Il-partijiet interessati kellhom opportunità li jikkummentaw fuq il-bidu taż-żewġ investigazzjonijiet u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew l-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti dwar in-negozju.

6.   Kampjunar

(16)

Il-Kummissjoni ħabbret fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu li tista' tillimita għal numru raġonevoli l-produtturi esportaturi fir-RPĊ, l-importaturi mhux relatati u l-produtturi tal-Unjoni li jiġu investigati billi tagħżel kampjuni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 27 tar-Regolament antisussidji bażiku.

6.1.   Il-kampjunar ta' produtturi tal-Unjoni applikabbli għaż-żewġ investigazzjonijiet

(17)

Fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li kienet għażlet b'mod provviżorju kampjun ta' produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-produzzjoni fl-Unjoni u l-volumi ta' bejgħ fis-suq tal-Unjoni tal-prodott simili matul il-PI u l-firxa ġeografika. Dan il-kampjun kien jikkonsisti f'impjanti tal-manifattura ta' tliet produtturi tal-Unjoni li jinsabu fil-Belġju, Franza u s-Slovakkja (10), li kienu jirrappreżentaw madwar 52 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni u 49 % tal-bejgħ kollu fis-suq tal-Unjoni Għalhekk, il-kampjun tqies rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati sabiex jikkummentaw fuq il-kampjun provviżorju.

(18)

Matul l-investigazzjonijiet, il-gvern tar-RPĊ allega li fl-investigazzjoni antidumping oriġinali kienet intużat metodoloġija ta' kampjunar differenti mingħajr ebda motivazzjoni għall-produtturi tal-Unjoni meta mqabbla ma' dik fl-investigazzjonijiet attwali. Il-gvern tar-RPĊ iddikjara (i) li l-Kummissjoni diġà kienet għażlet kampjun qabel il-bidu, u għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet qabel il-bidu li kien hemm bżonn kampjun, (ii) li fl-investigazzjoni oriġinali l-partijiet kollha li xtaqu jkunu inklużi fil-kampjun kellhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mill-bidu, filwaqt li fil-każ attwali, il-produtturi diġà inklużi fil-kampjun mhumiex meħtieġa jagħmlu hekk, (iii) li l-partijiet li xtaqu jkunu inklużi fil-kampjun ma kienu ipprovduti, fl-ebda waħda miż-żewġ Notifiki ta' Bidu, b'xi informazzjoni dwar x'informazzjoni huma meħtieġa jipprovdu sabiex ikunu inklużi fil-kampjun u li ma kienet ġiet ipprovduta ebda informazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni u l-volum ta' bejgħ irrappreżentati mill-produtturi tal-kampjun, (iv) li l-kriterju tal-għażla użat “dan il-kampjun jirrappreżenta l-ikbar volum rappreżentattiv ta' produtturi li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli” ma kienx inkluż fl-Artikolu 17 tar-Regolament antidumping bażiku u kampjun magħżul fuq din il-bażi ma kienx konsistenti ma' din id-dispożizzjoni.

(19)

Fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, il-Kummissjoni spjegat li fid-dawl tan-numru kbir ta' produtturi tal-Unjoni u sabiex l-investigazzjonijiet jitlestew fi ħdan il-limiti ta' żmien, irrikorriet għal kampjunar u fl-istess ħin ġie propost kampjun provviżorju. Intużat l-istess metodoloġija, jiġifieri l-applikazzjoni tal-kampjunar, bħal fl-investigazzjoni ta' qabel. L-użu ta' kampjun provviżorju ma bidilx il-metodoloġija iżda sempliċiment ippermetta effiċjenza ikbar peress li bih ġie ggwadanjat żmien filwaqt li baqgħu rrispettati bis-sħiħ id-drittijiet ta' difiża. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tat opportunità lil produtturi oħrajn tal-Unjoni li jqisu li hemm raġunijiet għaliex għandhom ikunu inklużi fil-kampjun sabiex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni jew lil kwalunkwe parti interessata oħra sabiex jissottomettu kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra fir-rigward tal-kampjun. Il-kampjun finali għandu jqis il-kummenti kollha riċevuti, jekk ikun hemm. Peress li ma daħal ebda kumment dwar il-kampjun propost, il-kampjun provviżorju ġie kkonfermat. Rigward it-tieni stqarrija, il-produtturi li ntgħażlu b'mod provviżorju għall-kampjun kienu mlew il-formola standard li inkludiet l-informazzjoni neċessarja sabiex il-Kummissjoni tagħżel kampjun provviżorju. Il-formola standard u t-tweġibiet kienu disponibbli għal spezzjoni fil-fajl mhux kunfidenzjali. Rigward it-tielet stqarrija, il-partijiet li xtaqu jkunu inklużi kienu mistiedna jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni taż-żewġ Notifiki ta' Bidu u kellhom l-opportunità li jikkonsultaw il-fajl mhux kunfidenzjali mnejn setgħu jinkisbu l-formoli standard. Dawn il-formoli standard kien fihom informazzjoni dwar il-produzzjoni u l-volum ta' bejgħ. Lanqas ir-raba' stqarrija ma hija mmotivata għaliex l-Artikolu 17(1) tar-Regolament antidumping bażiku jirreferi biċ-ċar għall-ikbar volum rappreżentattiv li jista' jiġi investigat b'mod raġonevoli fi ħdan iż-żmien disponibbli.

(20)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ tenna d-dikjarazzjonijiet tiegħu rigward l-allegata inkonsistenza proċedurali għall-għażla ta' kampjun tal-produtturi tal-Unjoni qabel iż-żewġ inizjazzjonijiet u enfasizza li: i) il-ġustifikazzjoni tal-Kummissjoni li tirrispetta l-iskadenzi tal-investigazzjonijiet mhijiex sostenibbli peress li l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku antisussidji jipprevedu b'mod ċar it-teħid ta' kampjuni wara kemm l-inizjazzjonijiet u b'segwitu għal kummenti fi żmien tliet ġimgħat taż-żewġ inizjazzjonijiet, ii) kampjun provviżorju huwa diskriminatorju jew mhux oġġettiv u kien ħadem bħala fattur demotivanti għall-produtturi l-oħra tal-Unjoni li ppreżentaw ruħhom, u iii) il-falliment tal-Kummissjoni li tipprovdi lill-produtturi l-oħra tal-Unjoni tliet ġimgħat biex jippreżentaw ruħhom.

(21)

L-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament bażiku antisussidji jiddikjaraw li “għandha tingħata preferenza għall-għażla ta' kampjun b'konsultazzjoni tal-partijiet konċernati u bil-kunsens tagħhom, sakemm il-partijiet ikkonċernati jagħmlu lilhom infushom magħrufa u jpoġġu biżżejjed informazzjoni disponibbli, fi żmien tliet ġimgħat mill-bidu tal-investigazzjoni”. Fir-rigward tal-ewwel dikjarazzjoni, ir-Regolament bażiku tal-antidumping u r-Regolament bażiku ta' antisussidji ma jwaqqafx lill-Kummissjoni milli tissuġġerixxi fiż-żmien tal-inizzjazzjoni kampjun provviżorju li l-partijiet ikunu mistiedna biex jikkummentaw fuqu. Barra minn hekk, peress li l-produtturi tal-Unjoni (jew tal-inqas parti kbira minnhom) qed jappoġġjaw id-dikjarazzjoni u jikkunsidraw l-informazzjoni miksuba f'forom permanenti, il-Kummissjoni kellha l-informazzjoni neċessarja fir-rigward tal-industrija tal-Unjoni għad-dispożizzjoni tagħha biex tagħżel kampjun provviżorju fl-istadju tal-inizjazzjoni. Dan l-għarfien jagħmel l-eżerċizzju tat-teħid ta' kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni differenti minn dak applikat għal produtturi esportaturi. Fir-rigward tat-tieni u t-tielet dikjarazzjoni, l-Avviżi ta' Bidu iddikjaraw li l-produtturi tal-Unjoni li jqisu li għandhom jiġu inklużi fil-kampjun, għandhom jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum. Il-Kummissjoni ma tarax kif dan jikser ir-Regolament bażiku jew jista' jitqies bħala diskriminatorju, mhux oġġettiv, aħseb u ara demotivanti.

(22)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-kampjun ma kienx wieħed rappreżentattiv, peress li l-ebda kumpanija bi produzzjoni ristretta b'modsinjifikanti kienet ġiet inkluża u għalhekk parti mill-industrija domestika sempliċement ma tkunx ġiet ivvalutata.

(23)

Din id-dikjarazzjoni mhix aċċettata peress li l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun tabilħaqq kellhom bejgħ ristrett. Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ ma indikax liema produttur tal-Unjoni kellu jiġi inkluż u liema wieħed kellu jiġi eskluż.

(24)

Produttur esportatur wieħed sostna li l-kampjun tal-produtturi tal-Unjoni ma kienx rappreżentattiv minħabba li l-ebda mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma pproduċa/biegħ twapet ta' bċejjeċ imqattgħin.

(25)

Fil-fatt, l-entitajiet li ttieħdu bħala kampjun tat-tliet produtturi tal-Unjoni ma pproduċewx twapet ta' bċejjeċ imqattgħin iżda pproduċew twapet tal-filament kif ukoll tipi ta' prodotti ewlenin oħra. Għalhekk, l-entitajiet fil-kampjun tqiesu li huma rappreżentattivi, anki minħabba li kienu jirrappreżentaw madwar 52 % tat-total tal-produzzjoni tal-Unjoni, 49 % tal-bejgħ kollu fuq is-suq tal-Unjoni, u kienu jirrappreżentaw firxa ġeografika tajba. Il-fatt li waħda mll-varjetajiet wiesgħa ta' tipi ta' prodotti ma ġiex prodotta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma jbiddilx din il-konklużjoni.

6.2.   Kampjunar tal-importaturi applikabbli għaż-żewġ investigazzjonijiet

(26)

Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn ta' kampjunar u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lil importaturi mhux relatati sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu.

(27)

Peress li żewġ importaturi mhux relatati biss wieġbu għall-formola ta' kampjunar, ma kien hemm bżonn ta' ebda kampjunar.

6.3.   Kampjunar ta' produtturi esportaturi fir-RPĊ applikabbli għaż-żewġ investigazzjonijiet

(28)

Sabiex tiddeċiedi jekk it-teħid ta' kampjuni kienx meħtieġ u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi fir-RPĊ sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifiki ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni Permanenti tar-RPĊ għall-Unjoni sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi esportaturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni.

(29)

Tmien produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat taw l-informazzjoni mitluba u qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Skont l-Artikolu 27(1) tar-Regolament antisussidji bażiku u l-Artikolu 17(1) tar-Regolament antidumping bażiku, il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi fuq il-bażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta' esportazzjonijiet li setgħu jiġu investigati b'mod raġonevoli fi ħdan iż-żmien disponibbli. Skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament antisussidji bażiku u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament antidumping bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufin kollha kkonċernati ġew mistiedna biex jikkummentaw fuq il-kampjun magħżul b'mod provviżorju. Ma sar ebda kumment. B'hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li żżomm il-kampjun propost u l-partijiet interessati kollha ġew informati kif xieraq dwar il-kampjun finali magħżul.

(30)

Il-kampjun tal-produtturi esportaturi jew gruppi ta' produtturi esportaturi huwa li ġej:

iċ-Chongqing Polycomp International Corporation (“CPIC”),

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (“OCH”) u l-kumpaniji relatati tagħha; Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd (“NCH”) and Changzhou Tianma Group Co., Ltd (“Tianma”). Dawn it-tliet kumpaniji f'daqqa jissejħu l-“Jiangsu Changhai Group”;

Jushi Group Co., Ltd, u l-kumpaniji relatati tagħha; Jushi Group Chengdu Co., Ltd and Jushi Group Jiujiang Co., Ltd. Dawn it-tliet kumpaniji huma msejħa il-Jushi Group.

(31)

Il-kampjun kien jirrappeżenta 78 % tal-bejgħ totali minn esportazzjonijiet mir-RPĊ fil-volum lill-Unjoni matul il-PI, fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-formoli ta' kampjunar.

7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta' verifika

(32)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-gvern tar-RPĊ, lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha li kienu talbuhom, kif ukoll lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet tal-kummerċ li daħlu f'kuntatt fi ħdan il-limiti ta' żmien stipulati fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu.

(33)

It-tweġibiet għall-kwestjonarji daħlu mingħand il-gvern, it-tliet produtturi esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, it-tliet produtturi tal-Unjoni fil-kampjun, 14-il utent u żewġ importaturi mhux relatati. Madankollu, it-tweġiba ta' wieħed mill-utenti ma kinitx biżżejjed u b'hekk il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq analiżi sinifikanti ta' din id-dejta minkejja li bagħtet bosta tfakkiriet.

(34)

Barra minn hekk, assoċjazzjoni li tirrappreżenta l-industriji tal-ħġieġ 'Glass Alliance Europe' daħlet f'kuntatt bħala parti interessata f'isem il-membri tagħha u ssottomettiet dikjarazzjoni tal-pożizzjoni.

(35)

Daħlu wkoll sottomissjonijiet bil-miktub mingħand bosta assoċjazzjonijiet tal-utenti, b'mod partikolari d-“Danish Wind Industry Association”, id-“Danish Plastics Federation” u l-“Groupement de la Plasturgie Industrielle et des Composites (GPIC)”, kif ukoll mingħand Siemens Wind Power AG.

(36)

Barra minn hekk, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importazzjoni/Esportazzjoni ta' Prodotti Industrijali Żgħar & Prodotti Artistiċi u Artiġjanali (“CCCLA”) ressqu l-kummenti tagħhom.

(37)

Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li qieset neċessarja sabiex tistabbilixxi jekk hemmx provi ta' sussidjar, dannu u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 26 tar-Regolament antisussidji bażiku saru fil-bini tal-Gvern tar-RPĊ u fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

 

Produtturi tal-Unjoni:

3B Fibreglass SPRL, il-Belġju;

Owens Corning Fibreglass France, Franza;

Johns Manville Slovakia a.s., is-Slovakkja.

 

Produtturi esportaturi fir-RPĊ:

Chongqing Polycomp International Corporation;

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd;

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd;

Changzhou Tianma Group Co., Ltd;

Jushi Group Co., Ltd;

Jushi Group Chengdu Co., Ltd;

Jushi Group Jiujiang Co., Ltd.

 

Negozjanti relatati mal-produtturi esportaturi li jinsabu fir-RPĊ:

China National Building Materials and Equipment Import and Export Corporation (“CMBIE”);

China National Building Materials International Corporation (“CNBMIC”).

 

Negozjanti relatati mal-produtturi esportaturi li jinsabu fl-Unjoni:

Jushi Italia Srl;

Jushi Spain SA;

Jushi France SAS.

 

Importazzjonijiet mhux relatati:

Helm AG, il-Ġermanja.

 

Utenti:

Basell Polyolefine, il-Ġermanja;

DSM, Il-Pajjiżi l-Baxxi;

DuPont de Nemours, Il-Belġju;

Exel Composites, il-Belġju;

Fiberline Composites, Id-Danimarka;

Formax, Ir-Renju Unit;

Polyone, Il-Ġermanja;

Vestas Wind Systems, id-Danimarka.

(38)

Fi ftit kliem, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li nkisru d-drittijiet ta' difiża tiegħu b'rabta mal-aċċess għall-fajl miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati għaliex kien hemm informazzjoni nieqsa mill-fajl mhux kunfidenzjali mingħajr ma ngħatat “motivazzjoni tajba” jew inkella ma kinux ipprovduti sommarji ddettaljati biżżejjed, jew f'ċerti eċċezzjonijiet, ma ngħatawx ir-raġunijiet għaliex ma ġiex ipprovdut sommarju mhux kunfidenzjali.

(39)

Il-Kummissjoni qieset li l-fajl mhux kunfidenzjali miftuħ għal spezzjoni mill-partijiet interessati kien fih biżżejjed informazzjoni sabiex il-partijiet interessati jkunu jistgħu jispezzjonaw id-dejta li ntużat mill-Kummissjoni fl-analiżi tagħha u għalhekk l-istqarrija tqieset li mhijiex immotivata. Il-gvern kien informat dwar ir-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni qieset li l-istqarrijiet ma kinux immotivati.

(40)

Wara divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ, kif ukoll produttur esportatur wieħed tennew li d-dispożizzjoni tal-kunfidenzjalità ġiet użata b'mod estensiv wisq u talbet id-divulgazzjoni tat-tipi ta' prodott mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni kif ukoll il-kwantitajiet totali għal kull PCN.

(41)

Il-Kummissjoni tqis li ma kienx hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża peress li l-produtturi esportaturi kollha rċevew divulgazzjoni speċifika tal-PCNs prodotti mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li kien hemm kompetizzjoni mar-RPĊ. B'hekk din it-talba twarrbet.

B.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1.   Prodott ikkonċernat

(42)

Il-prodott ikkonċernat miż-żewġ investigazzjonijiet huwa l-istess bħall-prodott iddefinit fir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 u deskritt fiż-żewġ Notifiki ta' Bidu, jiġifieri trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b'tul ta' mhux iktar minn 50 mm; ftietel tal-fibra tal-ħġieġ, għajr ftietel tal-fibra tal-ħġieġ li huma mxappin u miksijin u għandhom telf mat-tqabbid ta' iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmulin minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ għajr twapet tal-ħġieġ f'forma ta' fibri (“il-prodott ikkonċernat” jew “prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 u 7019 31 00 (l-aħħar kodiċi ħa post 7019 31 10 fl-1.1.2014) u li joriġinaw mir-RPĊ.

(43)

Il-prodott ikkonċernat huwa l-materjal mhux maħdum li l-aktar jintuża għat-tisħiħ ta' reżini termoplastiċi u termoriġidi (thermoplastic and thermoset) fl-industrija tal-materjali komposti. Il-materjali kompożiti li jirriżultaw (filamenti tal-plastik imsaħħaħ bil-fibra tal-ħġieġ) jintużaw f'numru kbir ta' industriji: l-industrija awtomobilistika, tal-elettriku/elettronika, l-irdieden tal-imtieħen tar-riħ, il-bini/kostruzzjoni, tankijiet/pajpijiet, oġġetti tal-konsum, ajruspazjali/militari, eċċ.

(44)

Hemm tliet tipi bażiċi ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament koperti minn dan il-proċediment — jiġifieri trofof imqattgħin (11), ftietel (12) u twapet (13) (għajr ħġieġ f'forma ta' fibri). L-investigazzjoni wriet li, minkejja differenzi fid-dehra u differenzi possibbli fl-applikazzjonijiet finali ta' bosta tipi, it-tipi differenti kollha tal-prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatteristiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi bejniethom u bażikament jintużaw għall-istess skopijiet.

2.   Talbiet ta' esklużjoni ta' prodotti

2.1.   Kodiċi tan-NM 7019 31 90

(45)

Wara l-pubblikazzjoni taż-żewġ Notifiki ta' Bidu, is-CCCLA kkummentat li ż-żewġ Notifiki ta' Bidu rreferew għall-kodiċi tan-NM 7019 31 10, filwaqt li l-ilmentatur irrefera għall-kodiċi tan-NM 7019 31 00 u li dan l-aħħar kodiċi ma għadux jeżisti. Iddikjaraw li l-prodotti kklassifikati qabel taħt il-kodiċi tan-NM 7019 31 00 issa huma kklassifikati taħt żewġ kodiċijiet differenti tan-NM: 7019 31 10 (twapet tal-fibra tal-ħġieġ tal-filamenti) u 7019 31 90 (twapet tal-fibra tal-ħġieġ ta' oħrajn). Peress li l-investigazzjonijiet attwali jkopru ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament, is-CCCLA temmen li l-prodotti kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM 7019 31 90, jiġifieri “twapet magħmulin mill-fibra tal-ħġieġ mingħajr filament”, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat.

(46)

Din l-istqarrija titbiegħed mill-punt għaliex it-tali prodott mhuwiex il-prodott ikkonċernat oriġinarjament.

(47)

L-ilmentatur irrefera għall-kodiċi tan-NM ex 7019 31 00 u qal b'mod espliċitu li t-twapet tal-ħġieġ f'forma ta' fibri (jiġifieri twapet oħrajn jew twapet magħmulin mill-fibra tal-ħġieġ mingħajr filament) huma esklużi. Din hija r-raġuni għaliex tinkiteb “ex” qabel il-kodiċi tan-NM.

(48)

Iż-żewġ Notifiki ta' Bidu ġew ippubblikati f'Diċembru 2013 u stipulaw “bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM […] 7019 31 10”. Peress li mill-1 ta' Jannar 2012, il-prodotti li qabel kienu jaqgħu taħt il-kodiċi tan-NM 7019 31 00 tqassmu bejn il-kodiċijiet tan-NM 7019 31 10 u 7019 31 90, in-Notifika ta' Bidu ma tinkludix “twapet magħmulin mill-fibra tal-ħġieġ mingħajr filament” peress li stipulat “li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM […] 7019 31 10”.

(49)

Madankollu, ir-Regolament attwali jistipula “li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-NM […] 7019 31 00” peress li ż-żewġ kodiċijiet tan-NM 7019 31 10 u 7019 31 90 reġgħu ngħaqdu mill-1 ta' Jannar 2014 peress li fil-prattika l-kodiċi tan-NM 7019 31 90 tħalla vojt (hekk kif, minflok, twapet tal-fibra tal-ħġieġ ta' oħrajn, jiġifieri twapet tal-ħġieġ f'forma ta' fibri, ġew ikklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM 7019 39 00).

(50)

Għaldaqstant, it-talba għall-esklużjoni tal-kodiċi tan-NM 7019 31 90 mhijiex relevanti.

2.2.   Ftietel minsuġin

(51)

Utent minnhom talab it-tneħħija tal-ftietel minsuġin (14) mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott fuq il-bażi tal-fatt li l-manifatturi tal-filament bil-fibra tal-ħġieġ fl-Unjoni ma jipproduċuhomx.

(52)

Madankollu, ġew identifikati tliet kumpaniji fl-Unjoni li jipproduċu ftietel minsuġin b'kapaċità biżżejjed li jaqdu l-ħtiġijiet tas-suq. L-investigazzjonijiet urew li, minkejja differenzi possibbli fl-applikazzjonijiet finali, it-tipi differenti kollha tal-prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess skopijiet. Għaldaqstant ma ġietx aċċettata t-talba ta' esklużjoni tal-ftietel minsuġin mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott.

(53)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ sostna li l-ftietel minsuġin għandhom jiġu esklużi peress li (i) produttur wieħed biss tal-Unjoni forna l-ftietel minsuġin għas-suq fi kwantitajiet limitati u li għalhekk kwalunkwe importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti ma setgħetx tkun ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni, (ii) il-fatt li l-ftietel minsuġin huma differenti minn ftietel diretti peress li dawn tal-aħħar għandhom saħħa direzzjonali trasversali aħjar ta' profil kompożitu pultruded u proċess ta' produzzjoni differenti u (iii) bil-maqlub ta' dak li kien sar fl-investigazzjoni antidumping oriġinali fil-kuntest tal-ħjut, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sostitwibbiltà limitata mhijiex fattur sinifikanti li tippermetti li l-ftietel minsuġin jiġu esklużi.

(54)

Fir-rigward tal-ewwel stqarrija, il-Kummissjoni ttenni li hemm diversi produtturi fl-Unjoni li għandhom il-kapaċità li jipprovdu l-ħtiġijiet tas-suq għall-ftietel minsuġin, iżda wieħed biss bħalissa qed ibigħ dan it-tip ta' prodott. L-argument tal-Gvern tar-RPĊ li produttur wieħed tal-Unjoni biss verament ibigħ il-prodott huwa pjuttost indikazzjoni ta' ħsara peress li dan ifisser li l-utenti qalbu għal fornituri oħra barra mill-Unjoni, b'mod partikolari mir-RPĊ.

(55)

Rigward it-tieni dikjarazzjoni, il-proċess ta' produzzjoni għall-ftietel minsuġin huwa identiku għal dak tal-ftitetel “normali”, bl-eċċezzjoni li hemm pass iżjed ta' infiħ tal-arja ġewwa l-ftila, li jirrikjedi biss tagħmir relattivament irħis addizzjonali u ma jbiddilx il-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzjali tal-prodott. Il-ftila msawra sempliċiment tidher kemxejn iffullata aktar mill-ftila “normali”.

(56)

Fir-rigward tat-tielet dikjarazzjoni, il-Kummissjoni segwiet l-istess approċċ bħal fl-investigazzjoni preċedenti fejn il-ftietel minsuġin kienu wkoll parti mill-prodott ikkonċernat u talba biex jiġu esklużi ma ġietx aċċettata. Ma ġie ppreżentat l-ebda argument li jista' jwassal għal konklużjoni differenti.

(57)

Għaldaqstant ma ġietx aċċettata t-talba ta' esklużjoni tal-ftietel minsuġin mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott.

2.3.   Prodotti li għalihom l-industrija tal-Unjoni ma għandhiex kompetizzjoni mir-RPĊ

(58)

Il-gvern tar-RPĊ talab sabiex il-prodotti li għalihom l-industrija tal-Unjoni ma taffaċċjax kompetizzjoni mill-importazzjonijiet Ċiniżi (kif stipulat fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-ilment antisussidji) jitneħħew mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott. Il-prodotti msemmija kienu trofof imqattgħin għal użu fl-imxarrab (WUCS) u twapet.

(59)

Id-WUCS għandhom żmien tal-ħżin limitat u spejjeż tat-trasport ogħla minħabba l-piż addizzjonali tal-kontenut ta' ilma. Minkejja dan, id-WUCS huma nnegozjati fuq livell globali. L-investigazzjoni wriet li, minkejja xi differenzi fid-dehra u differenzi possibbli fl-applikazzjonijiet finali, it-tipi differenti kollha tal-prodott ikkonċernat jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u bażikament jintużaw għall-istess skopijiet. Id-WUCS u t-twapet, bħal kwalunkwe tip ieħor ta' prodott tal-prodott ikkonċernat, jintużaw bħala materjal ta' tisħiħ. Barra minn hekk, l-istqarrija tal-gvern tar-RPĊ li ċerti prodotti tal-fibra tal-filament tal-ħġieġ miċ-Ċina għadhom mhumiex preżenti fi kwantitajiet kbar fis-suq tal-Unjoni ma jipprekludix bidla fl-imġiba kummerċjali futura fl-esportazzjonijiet ta' dawn it-tipi partikolari. Għaldaqstant, it-talba li dawn il-prodotti jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott ġiet miċħuda.

(60)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li (i) produttur wieħed biss tal-Unjoni qed jipproduċi l-WUCS u li għalhekk kwalunkwe importazzjonijiet ta' dawn il-prodotti ma setgħetx tkun ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni, (ii) il-produtturi tal-Unjoni mhumiex qed ibatu l-ebda ħsara fuq prodotti msemmija hawn fuq kif l-industrija tal-Unjoni ddikjarat fil-verżjoni miftuħa tal-ilment li huma jistgħu jagħmlu profitt ta' 'l fuq minn 8 % sa 10 % fuq dawk il-prodotti, (iii) il-fatt li l-WUCS għandhom kwantità ikbar ta' kontenut ta' ilma, ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa limitata u proċess ta' produzzjoni differenti u fiżikament u kimikament differenti mit-trofof imqattgħin u (iv) bil-maqlub ta' dak li sar fl-investigazzjoni preċedenti fil-kuntest ta' ħjut, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sostiwibbiltà limitata mhijiex fattur sinifikanti biex tippermetti l-esklużjoni tal-WUCS u t-twapet.

(61)

L-ewwel dikjarazzjoni mhijiex aċċettata peress li bosta produtturi tal-Unjoni jbiegħu WUCS u għalhekk l-industrija tal-Unjoni mhijiex eskluża minn ħsara fuq dan it-tip ta' prodott.

(62)

Fir-rigward tat-tieni dikjarazzjoni, il-fatt li xi tipi ta' prodotti f'ċerti perjodi ta' żmien huma profittabbli, mhijiex raġuni biżżejjed biex jiġu esklużi dawk it-tipi ta' prodotti. Barra minn hekk, il-WUCS jiġu importati fl-Unjoni fi kwantitajiet ferm aktar baxxi minn prodotti oħra tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Il-marġni ta' profitt unikament għal din it-tip ta' prodott huwa għalhekk mhux rappreżentattiv għall-prodott ikkonċernat.

(63)

Fir-rigward tat-tielet dikjarazzjoni, il-prodott ikkonċernat mhuwiex definit b'referenza għall-kontenut tal-ilma tiegħu. Il-kontenut tal-ilma tal-WUCS għalhekk ma jiġġustifikax l-esklużjoni tiegħu. Barra minn hekk, il-proċess tal-produzzjoni tal-WUCS huwa l-istess bħal dak għal użu xott ta' trofof imqattgħin (DUCS), b'pass anqas ta' produzzjoni li jikkonsisti fil-fażi tat-tnixxif.

(64)

Fir-rigward tar-raba' dikjarazzjoni, il-Kummissjoni segwiet l-istess approċċ bħal fl-investigazzjoni preċedenti ta' kontrqa d-dumping fejn il-WUCS kienu wkoll parti mill-prodott ikkonċernat. Ma ġie ppreżentat l-ebda argument li jista' jwassal għal konklużjoni differenti.

(65)

Għaldaqstant, it-talba biex il-WUCS jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-prodott mhijiex aċċettata.

3.   Prodott simili

(66)

B'mod simili għall-investigazzjoni antidumping ta' qabel, il-prodott ikkonċernat u l-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament prodotti u mibjugħa fis-suq domestiku tar-RPĊ, kif ukoll il-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament prodotti u mibjugħa fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni nstabu li għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi u użi. Għaldaqstant, dawn il-prodotti huma prodotti simili għall-finijiet tal-investigazzjonijiet attwali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 2(c) tar-Regolament antisussidji bażiku.

C.   SUSSIDJU

1.   Introduzzjoni

(67)

It-12-il Pjan ta' Ħames Snin għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jenfasizza l-viżjoni strateġika tal-gvern tar-RPĊ għat-titjib u l-promozzjoni ta' industriji ewlenin, jinkludi, fost l-oħrajn, il-produzzjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ. B'mod partikolari, il-Kapitolu 9 tat-12-il Pjan ta' Ħames snin, li jikkonċerna t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industrija tal-manifattura jiddikjara:

“Aħna se niffokaw fuq l-iżvilupp ta' materjali ġodda bħal ħġieġ fotovoltajku, ħġieġ sottostrat irqiq ħafna, fibra speċjali tal-ħġieġ u ċeramika speċjali.”

(68)

It-Taqsima 3 tal-Kapitolu 9 tal-Pjan imsemmi hawn fuq dwar l-immodernizzar teknoloġiku tal-intrapriżi jgħid speċifikament li l-gvern tar-RPĊ “… se jinkoraġġixxi l-intrapriżi biex isiru aktar kapaċi jiżviluppaw prodotti ġodda, iżidu l-kontenut teknoloġiku u l-valur miżjud tal-prodotti tagħhom u jaġġornaw u jtejbu l-prodotti tagħhom aktar malajr.”

(69)

Barra minn hekk, il-Kapitolu 10, Sezzjoni 1 tal-istess Pjan jistipula dan li ġej:

“L-enfasi tal-iżvilupp għall-industrja materjali l-ġdida se tkun fuq materjal funzjonali ġdid, materjal strutturalment avvanzat, fibri ta' prestazzjoni għolja, u l-materjal imħallat magħmul minnhom, u materjal bażiku ta' skop ġenerali”

.

(70)

L-importanza tal-innovazzjoni u tal-materjal il-ġdid b'mod ġenerali hi spjegata b'mod ċar kemm fit-12-il Programm ta' Ħames Snin għall-Innovazzjoni ta' Teknoloġija Industrijali kif ukoll “fil-Pjan Nazzjonali fit-TUL għall-Iżvilupp tax-Xjenza u t-Teknoloġija (2006-2020)”.

(71)

Barra minn hekk, Il-Katalgu ta' Gwida għar-Ristrutturar Industrijali 2011 (Deċiżjoni Nru 9) jsemmi espliċitament bħala industrija inkoraġġuta “trafilaġġ tal-forn tal-fibra tal-ħġieġ-E […], żvilupp u produzzjoni ta' fibra tal-ħġeġ ta' prestazzjoni għolja u prodotti tagħha.” Addizzjonalment, il-“Katalgu ta' Gwida għall-Industrijali tal-Investiment Barrani”, li jelenka l-industriji li fihom huwa inkoraġġit l-invrestiment barrani (15), jirreferi espliċitament għall-produzzjoni ta' prodotti ta' fibra tal-ħġieġ u fibra tal-ħġieġ speċjali.

(72)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li dawn il-pjanijiet huma biss gwida u mhumiex vinkolanti. Madankollu, kif hu spjegat b'mod ċar fit-12-il Pjan ta' Ħames Snin dan huwa legalment vinkolanti:

“Dan il-Pjan, wara deliberazzjoni u approvazzjoni mill-Kungress Popolari Nazzjonali, iġorr miegħu validità legali.”

(73)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ argumenta li l-prodott ikkonċernat huwa biss prodott standard tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament (ħġieġ-E) u mhux il-fibra tal-ħġeġ ta' prestazzjoni għolja teknoloġikament aktar avvanzat (fibra tal-ħġieġ b'għan speċjali jew ħġeġ S). Għalhekk, il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni ma jaqax fl-ambitu tal-industriji inkoraġġiti peress li huma biss il-fibri speċjali ħġieġ jew fibri ta' prestazzjoni għolja fost dawk l-industriji li huma inkoraġġiti. Il-gvern tar-RPĊ jirreferi fost l-oħrajn għat-12-il Pjan ta' Ħames Snin li jirreferi biss għal “fibri ta' prestazzjoni għolja” u “fibri tal-ħġeġ speċjali”.

(74)

L-ewwel nett, il-prodott ikkonċernat huwa ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament. Id-definizzjoni tal-prodott ma tagħmilx distinzjoni jekk dawk il-prodotti humiex magħmula minn fibri standard tal-fibra tal-ħġieġ (minn hawn' il quddiem msemmija bħala ħġieġ-E) jew fibra tal-ħġieġ speċjali (ħġeġ-S). Fit-tieni lok, l-ebda parti interessata ma ressqet talba għal esklużjoni ta' prodott fejn qalet li l-fibra tal-ħġieġ speċjali ma għandhiex tkun parti mill-ambitu tal-prodott. It-tielet, il-gvern tar-RPĊ ma kkontestatx il-fatt li l-gvern qed jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta' “fibri tal-ħġieġ speċjali”. Tabilħaqq, anki prodotti tal-fibra tal-ħġieġ standard huma msemmija bħala industrija li għaliha huwa inkoraġġit investiment barrani (ara l-premessa (71)).

(75)

Fi kwalunkwe każ, anki jekk wieħed kellu jaċċetta li huwa biss l-iżvilupp ta' fibra tal-ħġeġ ta' prestazzjoni għolja (eż. ħġieġ-S) li huwa inkoraġġit mill-gvern tar-RPĊ, l-investigazzjoni ma ddivulgat ebda distinzjoni bejn l-industrija standard tal-fibra tal-ħġieġ fuq naħa waħda u l-industrija tal-ħġieġ tal-fibra speċjali min-naħa l-oħra. Għall-kuntrarju, prodotti tal-fibra tal-ħġieġ, kemm jekk magħmula minn ħġieġ-E jew minn fibri tal-ħġieġ ta' prestazzjoni għolja, bħall-ħġieġ-S, huma kollha prodotti mill-istess industrija tal-fibra tal-ħġieġ. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni kkunsidrat, b'mod partikolari, li produtturi esportaturi kollha Ċiniżi inklużi fil-kampjun jużaw kemm fibra tal-ħġieġ standard (ħġieġ-E) kif ukoll fibra tal-ħġieġ ta' prestazzjoni għolja (eż. ħġieġ-S) fil-proċess ta' produzzjoni tagħhom, u li ma jeżisti ebda mekkaniżmu li jillimita l-appoġġ ipprovdut, f'forma ta' self preferenzjali jew il-forniment ta' drittijiet ta' użu tal-art, għal segment wieħed tal-produzzjoni. Allura huwa raġunat li l-inkoraġġiment espliċitu għall-iżvilupp ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ ta' prestazzjoni għolja ma jistax, bil-liġi jew fil-fatt, jeskludi l-industrija tal-fibri tal-ħġieġ bażiċi mill-politika strateġika ġenerali li tinkoraġġixxi intrapriżi biex isiru aktar kapaċi jiżviluppaw prodotti ġodda, jiżdied il-kontenut teknoloġiku u l-valur miżjud tal-prodotti tagħhom u jaġġornaw u jtejbu l-prodotti tagħhom aktar malajr.

(76)

Minn dan ta' hawn fuq isegwi li t-talba li l-prodott ikkonċernat ma tifformax parti minn industrija inkoraġġuta hija mingħajr bażi u għaldaqstant mhix qed tiġi aċċettata.

(77)

Barra minn hekk, id-“Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni u l-Implimentazzjoni tad-‘Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali’” (li, flimkien mad-“Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali” jissejħu d-“Deċiżjoni Nru 40”) tistipula li l-gvern tar-RPĊ ser isostni b'mod attiv l-iżvilupp ta' tipi differenti ta' industriji (16).

(78)

Għad li d-Deċiżjoni Nru 40 ma tirreferix b'mod espliċitu għall-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament jew b'mod iktar ġenerali għall-industrija tal-materjali l-ġodda, xorta waħda tordna lill-istituzzjonijiet finanzjarji kollha sabiex jipprovdu appoġġ kredizju lil proġetti mħeġġin biss u tipprevedi l-implimentazzjoni ta' “politiki preferenzjali oħrajn dwar il-proġetti mħeġġin” (17). Għaldaqstant, jista' jiġi konkluż li d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 40 kienu applikabbli għall-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament.

(79)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li d-Deċiżjoni Nru 40 timplika biss li l-industriji mħeġġin għandhom jirċievu appoġġ kredizju “skont il-prinċipji dwar il-kreditu” u li ma jistax jiġi supponut li t-tali appoġġ għandu jingħata fuq bażi preferenzjali.

(80)

L-investigazzjoni wriet li l-kumpaniji fil-kampjun ibbenefikaw minn politiki ta' self preferenzjali. Tabilħaqq, uħud mill-kumpaniji li kienu qed jagħmlu telf baqgħu jiksbu finanzjament b'termini preferenzjali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tiċħad id-dikjarazzjoni tal-gvern tar-RPĊ li s-self lill-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament ingħata “skont il-prinċipji tal-kreditu”. Il-punt ewlieni jibqa' li skont id-Deċiżjoni Nru 40, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha għandhom jipprovdu kreditu lill-industriji mħeġġin, li fosthom hemm l-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament, u li dak l-appoġġ huwa pprovdut de facto b'termini preferenzjali.

(81)

Barra minn hekk, fil-“Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp fix-Xjenza u t-Teknoloġija fit-Terminu Medju u fit-Tul (2006 — 2020)” huwa ddikjarat l-impenn li “jingħata l-ewwel post lill-finanzjament tal-politika”, “l-istituzzjonijiet finanzjarji jitħeġġu jagħtu appoġġ kredizju preferenzjali lil proġetti teknoloġiċi u xjentifiċi nazzjonali kbar”, li “L-istituzzjonijiet finanzjarji jitħeġġu jtejbu u jsaħħu s-servizzi finanzjarji lil impriżi tat-teknoloġija avvanzata” u li “jiġu implimentati politiki fiskali preferenzjali sabiex jiġi promoss l-iżvilupp ta' impriżi tat-teknoloġija avvanzata”.

(82)

Il-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament taqa' taħt id-deskrizzjoni ta' impriża tat-teknoloġija avvanzata, kif muri min-numru ta' manifatturi bi status ta' Teknoloġija Ġdida u Avvanzata fir-RPĊ. Tabilħaqq, l-investigazzjoni wriet li uħud mill-kumpaniji fil-kampjun irċivew iċ-ċertifikat ta' Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, u b'hekk jistgħu jibbenefikaw mit-trattament preferenzjali spjegat fil-“Pjan Nazzjonali għall-Iżvilupp fix-Xjenza u t-Teknoloġija fit-Terminu Medju u fit-Tul (2006 — 2020)” imsemmi iktar 'il fuq.

2.   Nuqqas ta' kooperazzjoni u użu tal-fatti disponibbli

2.1.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku għal produttur esportatur wieħed

(83)

Matul iż-żjara ta' verifika f'waħda mill-kumpaniji fir-RPĊ, instab li l-kumpanija kienet bidlet id-dikjarazzjoni finanzjarja awditjata li oriġinarjament issottomettiet lill-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju antisussidji. Il-kumpanija ma ddivulgatx din l-informazzjoni minn jeddha u l-eżistenza ta' dikjarazzjoni finanzjarja awditjata differenti ħarġet fil-beraħ biss meta l-kumpanija ntalbet tipprovdi kopja oriġinali tad-dikjarazzjoni finanzjarja. Barra minn hekk, din id-dikjarazzjoni l-ġdida tqiegħdet għad-dispożizzjoni biċ-Ċiniż biss. Peress li ċ-ċirkolazzjoni ta' żewġ settijiet ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji ta' awditu huwa bi ksur tal-istandards internazzjonali tal-Awditjar (Nr. 560: dwar “avvenimenti sussegwenti”), it-tim tal-awditjar enfasizza li dan kien ta' tħassib serju minħabba li jitfa' dubji dwar il-kredibilità tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji sottomessi. Il-kumpanija spjegat li d-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati inizjalment sottomessi fit-tweġiba għall-kwestjonarju kien fihom l-iżbalji u għalhekk kienu ġew sostitwiti ma' verżjoni ġdida maħruġa mill-istess kumpanija tal-awditjar u datata lura u maħruġa mill-ġdid bl-istess numru sekwenzjali bħar-rapport tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji oriġinali li kien inqered.

(84)

Wara ż-żjara ta' verifika u ladarba kienet disponibbli t-traduzzjoni tat-“tieni” sett ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-kumpanija li fiha spjegat ir-raġunijiet speċifiċi u ddettaljati għaliex qieset li partijiet mid-dejta pprovduta fil-kwestjonarju ma jistgħux jitqiesu vverifikati. Il-kumpanija ġiet mgħarrfa li l-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tibbaża s-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku u ngħatat l-opportunità li tikkummenta.

(85)

Il-kumpanija pprovdiet il-kummenti tagħha kemm bil-miktub kif ukoll matul seduta mal-Uffiċjal tas-Seduta. It-tweġiba tagħha indikat l-eżistenza ta' saħansitra dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati oħrajn (it-tielet) (fil-format użat għall-kumpaniji elenkati). Għad li ma kienx jidher li kien hemm differenzi sostanzjali bejn it-“tieni” u t-“tielet” dikjarazzjonijiet, il-verżjoni tal-aħħar però kienet ferm iktar iddettaljata, u komprensiva. Diġà kienet inħarġet u għad li kienet disponibbli għall-kumpanija matul iż-żjara ta' verifika (18) lanqas l-eżistenza ta' din id-dikjarazzjoni finanzjarja ma kienet żvelata lill-Kummissjoni fi żmien il-verifika. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji l-oħrajn, din it-“tielet” verżjoni elenkat b'mod espliċitu u fid-dettall is-sussidji kollha (inklużi l-bażijiet legali tagħhom) li l-kumpanija kienet irċiviet matul il-PI. Għalhekk, eżaminazzjoni ta' din id-dikjarazzjoni finanzjarja kienet tkun ferm siewja matul iż-żjara ta' verifika sabiex tiġi kontroverifika l-informazzjoni kollha sottomessa dwar l-iskemi ta' sussidju individwali riċevuti mill-kumpanija.

(86)

Id-dikjarazzjoni finanzjarja awditjata hija dokument essenzjali sabiex tkun tista' ssir verifika xierqa tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpanija lill-Kummissjoni fir-rigward ta', fost l-oħrajn, għotjiet, self, drittijiet ta' użu tal-art, differimenti ta' taxxa, eċċ.

(87)

Kif inhu spjegat iktar 'il fuq, il-kooperazzjoni tal-kumpanija ma kinitx mill-aqwa u ħolqot xkiel serju għal verifika xierqa tal-informazzjoni sottomessa lill-Kummissjoni, li għaldaqstant ma setgħetx tivverifika kif suppost l-informazzjoni riċevuta rigward, fost l-oħrajn, il-livell ta' sussidji riċevuti mill-kumpanija. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma setgħetx tasal għal sejba preċiża b'mod raġonevoli, b'mod partikolari fir-rigward tas-sussidji riċevuti. Tqies li l-kumpanija pprovdiet informazzjoni qarrieqa u naqset milli tikkoopera b'mod adegwat.

(88)

Huwa meqjus li kumpanija pprovdiet tagħrif qarrieqi u naqset milli tikkoopera b'mod adegwat. Il-Kummissjoni għalhekk iddeċidiet li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji. Peress li l-kumpanija kienet parti minn grupp, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku kienu applikabbli għall-grupp sħiħ.

(89)

Madankollu, rigward l-istabbiliment tal-livell ta' sussidjar għall-grupp, il-Kummissjoni użat id-dejta propja taż-żewġ kumpaniji fi ħdan il-grupp li kienu kkooperaw bis-sħiħ fiż-żewġ investigazzjonijiet u li l-informazzjoni tagħhom tqieset affidabbli fir-rigward tal-livelli ta' sussidjar tagħhom. Rigward il-kumpanija fi ħdan il-grupp li pprovdiet informazzjoni qarrieqa, id-determinazzjoni tal-livell ta' sussidjar ġie bbażat fuq il-fatti disponibbli. Fl-istabbiliment tal-livell ta' sussidjar għal dik l-entità ġuridika, il-fatti disponibbli użati mill-Kummissjoni kienu l-ogħla livell ta' sussidjar misjub għal kull skema ta' sussidjar għal kwalunkwe waħda mill-entitajiet legali li jappartjenu għall-kumpaniji jew grupp ta' kumpaniji fil-kampjun misemmijin fil-premessa (30) u li kienu kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni.

(90)

Wara d-divulgazzjoni, l-ilmentatur iddikjara li l-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-livell ta' sussidjar tal-grupp ma kinitx korretta. Huwa sostna li peress li marġini ta' sussidju tal-grupp huwa s-somma tal-ogħla marġini ta' sussidju misjub għal kull skema ta' sussidju għal xi kumpaniji li kkooperaw għandu jkun ħafna ogħla.

(91)

Dan l-argument huwa bbażat fuq nuqqas ta' ftehim. Il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-livell ta' sussidjar, deskritti fil-premessa (89) hawn fuq, ġiet applikata biss lill-kumpanija (fi ħdan il-grupp) li pprovdiet informazzjoni qarrieqa u mhux il-grupp kollu. It-talba kienet għalhekk ma kinitx aċċettata.

(92)

Il-kumpanija li pprovdiet informazzjoni qarrieqa ma kinetx qed tesporta l-prodott ikkonċernat. Fi ħdan il-grupp, li l-esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat saru permezz ta' waħda mill-kumpaniji relatati tiegħu. Dan tal-aħħar madankollu kkoopera bis-sħiħ fiż-żewġ investigazzjonijiet u pprovda informazzjoni affidabbli dwar il-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp. Għaldaqstant, l-informazzjoni sottomessa ntużat għas-sejbiet definittivi tal-Kummissjoni f'dik il-proċedura.

(93)

Wara d-divulgazzjoni, il-produttur esportatur iddikjara li l-Kummissjoni wettqet żball fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(94)

L-ewwel nett, kien argumentat li fl-ittra mibgħuta lill-kumpanija li fiha l-Kummissjoni spjegat ir-raġunijiet dettaljati għall-applikazzjoni proposta tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji, hija qatt ma ddikjarat li ma setgħetx tivverifika l-informazzjoni dwar sussidji. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax tibbaża ruħha fuq din l-argumentazzjoni fil-konklużjonijiet definittivi tagħha peress li l-kumpanija ma kinitx ingħatat l-opportunità biex tikkummenta dwar dan l-argument.

(95)

Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. Il-Kummissjoni fl-ittra kienet iddikjarat b'mod espliċitu li hija “ma tistax tikkonkludi li l-informazzjoni dwar il-livell ta' sussidji riċevuti mill-[kumpanija] ġiet verifikata”. Fi kwalunkwe każ, il-kumpanija ġiet infurmata kompletament dwar l-applikazzjoni tal-aqwa fatti disponibbli fid-dokument finali ta' informazzjoni u mogħtija l-opportunità biex tikkummenta dwar dan, u dan għamiltu wkoll.

(96)

It-tieni, il-produttur esportatur argumenta li anki li kieku l-Kummissjoni kellha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji, il-Kummissjoni m'għandhiex tirreferi għad-dejta ta' kumpaniji oħra bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-livell ta' sussidju iżda pjuttost għandha tibbaża fuq is-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati attwali tal-kumpanija peress li dan għadha l-informazzjoni “l-aktar xierqa” u “l-aktar adattata” dwar il-livell ta' sussidju tal-kumpanija.

(97)

Kif spjegat fil-premessi (83)-(88) hawn fuq, il-Kummissjoni għandha dubji serji dwar il-kredibilità ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji sottomessi u għalhekk ma tistax torbot fuqhom biex tivverifika li l-livell ta' sussidji għal skemi differenti/u/jew il-programmi ta' sussidju bħal self preferenzjali u drittijiet ta' użu tal-art b'remunerazzjoni inqas minn adegwata. Fil-fatt, dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati affidabbli huma kruċjali biex tiġi vverifikata l-eżattezza u l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta mod ieħor. Għalhekk, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-aħjar fatti disponibbli biex jiġi ddeterminat il-livell ta' sussidju, li f'dan il-każ kienet l-informazzjoni vverifikata rilevanti dwar skemi ta' sussidju minn entitajiet oħra li kkooperaw. Għalhekk, din il-dikjarazzjoni mhix aċċettata

(98)

Il-kumpanija ddikjarat ukoll li l-Kummissjoni, b'mod żbaljat, applikat l-istandards internazzjonali tal-kontabilità (“IAS”) bħala kriterju biex tirrifjuta s-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati. Skont il-kumpanija għandha ssir distinzjoni bejn ir-rwol tas-sett tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati u r-rilevanza tal-IAS fil-valutazzjoni tat-trattament tal-ekonomija tas-suq fil-kuntest fi proċeduri antidumping, minn naħa, u ta' proċediment antisussidji, min-naħa l-oħra. Ksur tal-IAS ma jistax jikkostitwixxi raġuni biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(99)

Il-Kummissjoni tinnota li l-ksur ta' standards internazzjonali tal-kontabilità li ġie skopert matul l-investigazzjoni ma kienx per se raġuni għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji. Ir-raġuni kienet il-fatt li verżjonijiet differenti tas-sett dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati kienu pprovduti lill-Kummissjoni li tefa' dubji fuq il-kredibilità tagħhom u b'hekk wasslu lill-Kummissjoni għall-konklużjoni li informazzjoni oħra rigward il-livell ta' sussidju ma setgħetx tiġi vverifikata. Għalhekk, din il-dikjarazzjoni mhix aċċettata

(100)

Il-kumpanija affermat ukoll li l-metodoloġija tal-Kummissjoni għall-kalkolu tal-marġni tas-sussidju li kien jikkonsisti f'li tittieħed l-ogħla rata kompensatorja għal kull skema kif misjub għal kull entità legali li kkooperat (u mhux kull grupp) ma kinetx ġustifikata. Il-kumpanija sostniet li din il-metodoloġija hija żbaljata peress li l-kumpaniji fi ħdan l-istess grupp jistgħu jiddeċiedu li jikkonċentraw is-sussidji f'entità waħda speċifika għall-benefiċċju tal-grupp kollu.

(101)

Kif spjegat fil-premessa (89), fil-kalkolu tal-livell ta' sussidjar fi ħdan il-grupp, il-Kummissjoni użat id-dejta attwali ta' żewġ kumpaniji oħra fi ħdan il-grupp li kienu kkooperaw fiż-żewġ investigazzjonijiet meta jiġi kkalkulat il-livell tas-sussidju għall-grupp kollu kemm hu. Il-fatti disponibbli kienu applikati biss għal entità legali waħda fi ħdan il-grupp li pprovdew informazzjoni qarrieqa. Sabiex jiġi ddeterminat il-livell ta' sussidju ta' entità legali fi ħdan il-grupp, il-Kummissjoni sabet li kien l-aktar xieraq li tibbaża l-kalkoli fl-istess livell fi ħdan l-istruttura korporattiva u tieħu l-ogħla livell ta' sussidjar misjub għal kwalunkwe waħda mill-entitajiet legali (fi ħdan il-grupp jekk applikabbli), li tkun proprjetà ta' kumpaniji jew gruppi ta' kumpaniji fil-kampjun. Għalhekk, din il-dikjarazzjoni mhix aċċettata

2.2.   L-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku għal banek tal-istat

(102)

Il-Kummissjoni ma rċevietx kooperazzjoni minn xi banek tal-Istat fir-RPĊ. Kienu mistiedna jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-finijiet tal-investigazzjoni antisussidji billi jimlew kwestjonarju. Għalhekk, il-Kummissjoni nnotifikat lill-gvern tar-RPĊ li kienet ser tikkunsidra jekk tibbażax is-sejbiet tagħha fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku f'dak li għandu x'jaqsam mal-informazzjoni marbuta mal-banek tal-istat.

(103)

Fit-tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni u sussegwentement wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ oġġezzjona għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji safejn kella x'taqsam l-informazzjoni mitluba minn banek tal-Istat. Hi argumentat li ammont kbir ta' informazzjoni ġiet ipprovduta mill-Gvern tar-RPĊ f'din l-investigazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni sabet li dik l-informazzjoni ma setgħetx tieħu post kompletament tweġiba mill-banek tal-istat għall-kwestjonarji speċifiċi. Il-gvern tar-RPĊ ma kkontestax il-fatt li l-banek tal-istat ma kinux issottomettew tweġiba għall-kwestjonarju, u lanqas li l-banek kienu tal-istat. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli għas-sejbiet tagħha dwar il-banek tal-istat.

3.   L-iskemi investigati

(104)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-gvern tar-RPĊ, li inkludew kwestjonarji maħsubin għall-banek tal-Istat, u l-produtturi esportaturi fil-kampjun, u fihom talbet informazzjoni fuq l-iskemi li allegatament involvew l-għoti ta' sussidji lill-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Ġew investigati l-iskemi li ġejjin:

(a)

Self skont il-politika preferenzjali, garanziji u assigurazzjonijiet lill-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament:

Self ta' politiki preferenzjali

Programmi ta' sussidju tal-kreditu għall-esportazzjoni

Garanziji u assigurazzjonijiet għall-esportazzjonijiet għal materjali ġodda

Benefiċċji mill-aċċess għal kumpaniji azzjonarji offshore u ripagamenti tas-self mill-gvern

(b)

Programmi ta' għotjiet:

Sussidji għall-iżvilupp ta' “marki popolari” u “marki miċ-Ċina rinomati madwar id-dinja”

Għotjiet mill-gvern ċentrali

Għotjiet mill-gvern subċentrali

Fondi għall-espansjoni 'l barra tal-industriji fil-Provinċja ta' Guandong

(c)

Il-forniment ta' riżorsi mill-gvern b'remunerazzjoni inqas minn adegwata (“LTAR”)

Forniment mill-gvern ta' enerġija,

Forniment mill-gvern tal-ilma

Forniment ta' materja prima mill-gvern

Forniment tal-art mill-gvern għal-LTAR

(d)

Programmi ta' tnaqqis u eżenzjoni mit-taxxa fuq id-dħul u minn taxxi diretti oħrajn

Programm ta' “Tnejn b'Xejn, Tlieta bin-Nofs” għal Impriżi Investiti Barranin (“FIEs”)

Tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu għal FIEs orjentati lejn l-esportazzjoni

Benefiċċji fit-Taxxa fuq id-Dħul għal FIEs fuq il-bażi tal-post ġeografiku

Programmi lokali ta' tnaqqis u eżenzjoni tat-Taxxa fuq id-Dħul għal FIEs “produttivi”

Tnaqqis tat-taxxa għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul iċ-Ċina

Kumpens għat-taxxa għar-riċerka u l-iżvilupp mill-FIEs

Rifużjonijiet tat-taxxa għal investiment mill-ġdid tal-profitti tal-FIEs f'impriżi orjentati lejn l-esportazzjoni

Programmi ta' taxxa preferenzjali għal FIEs rikonoxxuti bħala Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata jew Ġdida

Tnaqqis ta' taxxa għall-Impriżi ta' Teknoloġija Ġdida involuti fi proġetti magħżula

Politika preferenzjali dwar it-Taxxa fuq id-Dħul għal impriżi fir-Reġjun tal-Grigal

Programmi tat-taxxa tal-provinċja ta' Guangdong

Eżenzjoni fuq id-dividendi bejn l-intrapriżi residenti ikkwalifikati

Rati mnaqqsin tat-taxxa għall-korporazzjonijiet

(e)

Programmi tat-taxxa indiretta u tat-tariffi tal-importazzjoni:

Eżenzjonijiet tal-VAT għall-użu ta' tagħmir importat

Roħsijiet tal-VAT fuq xirjiet mill-FIEs ta' tagħmir magħmul iċ-Ċina

Eżenzjonijiet mill-VAT u t-tariffi għal xirjiet ta' assi fissi skont il-programm tal-Fondi ta' Żvilupp tal-Kummerċ Barrani

4.   Self tal-politika, finanzjament ieħor, garanziji u assigurazzjoni preferenzjali

4.1.   Self preferenzjali

(a)   Introduzzjoni

(105)

Is-sejbiet marbutin ma' banek tal-Istat saru fuq il-bażi tal-fatti disponibbli skont l-Artikolu 28(1) tar-Regolament antisussidji bażiku kif spjegat fis-sezzjoni C.2.2.

(b)   Bażi ġuridika

(106)

Id-dispożizzjonijiet legali li ġejjin jipprovdu għal self preferenzjali fir-RPĊ: Il-Liġi tar-RPĊ dwar il-Banek Kummerċjali (“il-liġi dwar il-banek”) [2003], Ir-Regoli Ġenerali dwar is-Self promulgati mill-Bank Popolari taċ-Ċina (“PBOC”) fit-28 ta' Ġunju 1996 u d-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

Eżistenza ta' sussidju

(107)

Filwaqt li l-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew biss informazzjoni limitata rigward l-azzjonisti/is-sjieda tal-banek fir-RPĊ, l-investigazzjoni stabbilixxiet, abbażi tal-fatti disponibbli, li s-suq finanzjarju Ċiniż huwa kkaratterizzat minn influwenza u kontroll sinifikanti min-naħa tal-gvern. Meta analizzat jekk il-banek għandhomx awtorità governattiva, humiex vestiti biha jew jeżerċitawhiex (jiġifieri jekk humiex korpi pubbliċi), il-Kummissjoni użat l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħha li ma kinitx tikkonċerna biss is-sjieda tal-gvern tal-banek iżda anki karatteristiċi oħrjn bħall-preżenza tal-gvern fil-bord tad-diretturi, l-influwenza tal-gvern u l-kontroll fuq l-attivitajiet tal-banek, is-segwitu ta' politiki jew l-interessi tal-gvern u jekk l-entitajiet tal-bank inħolqux bi statut.

(108)

Mill-informazzjoni disponibbli huwa konkluż li l-banek kompletament tal-istat b'bord tad-diretturi ddominati mill-gvern tar-RPĊ għandhom l-ikbar sehem mis-suq u huma l-atturi predominanti fis-suq finanzjarju Ċiniż. Il-banek tal-istat huma soġġetti għal regoli legali li, fost l-oħrajn, jesiġu li jwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali, jipprovdu appoġġ kredizju lil proġetti mħeġġin (19) jew jagħtu prijorità lill-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida (20).

(109)

Sinjal ieħor ta' involviment mill-Istat fis-suq finanzjarju Ċiniż huwa r-rwol tal-PBOC fl-istabbiliment ta' limiti speċifiċi fuq il-mod kif inhuma stabbiliti u kif jiċċaqilqu r-rati tal-imgħax (21). L-istituzzjonijiet finanzjarji jintalbu jipprovdu rati ta' self fi ħdan ċerta medda tar-rata ta' mgħax normattiva tas-self tal-PBOC. Għal self preferenzjali, ir-rati tal-imgħax ma jistgħux jiżdiedu. Il-limiti fuq ir-rati tal-imgħax għas-self flimkien mal-limiti massimi imposti fuq ir-rati tad-depożiti joħolqu sitwazzjoni li fiha l-banek għandhom aċċess iggarantit għal kapital orħos (minħabba r-regolament dwar ir-rati tad-depożiti) u jistgħu jisilfu lill-industriji magħżulin b'rati favorevoli skont il-politika tal-gvern li tordna lill-banek sabiex jaġixxu b'tali mod li jappoġġjaw b'mod partikolari lil ċerti industriji mħeġġin u/jew tat-teknoloġija avvanzata, bħall-industrija tal-filament tal-fibra tal-ħġieġ.

(110)

Il-Kummissjoni talbet kjarifiki mill-gvern tar-RPĊ fuq id-definizzjoni u t-test taċ-Ċirkulari 251 kif ukoll il-leġiżlazzjoni ta' qabel (Ċirkulari tal-PBOC dwar l-espansjoni tal-Medda ta' Ċaqliq tar-Rata tal-Imgħax tas-Self tal-Istituzzjoni Finanzjarja — YinFa [2003] Nru 250). Madankollu, kif spjegat fis-sezzjoni C.2.2 iktar 'il fuq, il-gvern tar-RPĊ ma pprovdiex dawn iċ-Ċirkulari. Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li ċ-Ċirkulari 250 ġiet sostitwita miċ-Ċirkolari 251 u li r-rati minimi ta' għoti b'self tneħħew minn Lulju tal-2013 u għalhekk ma hemmx involviment mill-Istat fis-settur bankarju.

(111)

L-abolizzjoni ta' r-rati minimi ta' għoti b'self seħħew madankollu matul il-perjodu ta' investigazzjoni. Għaldaqstant, il-PBOC influwenzat l-iffissar tar-rati tal-imgħax mill-banek tal-Istat għall-parti l-kbira tal-perjodu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, l-investigazzjoni ma wriet l-ebda effett immedjat mit-tneħħija self riċevut mill-produtturi fil-kampjun. Xorta waħda l-minimu fuq ir-rati tal-imgħax li kien jeżisti matul il-perjodu tal-investigazzjoni mhuwiex l-uniku argument għaliex il-Kummissjoni tqis li l-banek tal-Istat huma korpi publiċi.

(112)

Is-sejbiet stabbiliti fl-investigazzjonijiet antisussidji rigward il-Pannelli Solari (22) u l-Ħġieġ Solari (23), fejn ġie stabbilit li banek tal-Istat fir-RPĊ jaġixxu bħala korpi pubbliċi (ara l-premessi (158) sa (168) tar-Regolament dwar il-pannelli solari u l-premessa (73) tar-Regolament dwar il-Ħġieġ Solari) huma wkoll fatti disponibbli f'din l-investigazzjoni fir-rigward ta' status ta' korp pubbliku ta' banek tal-Istat. Dawn il-fatti huma miġbura fil-qosor kif ġej.

Il-banek tal-Istat għandhom l-akbar sehem mis-suq u huma l-atturi predominanti fis-suq fir-RPĊ;

Fuq il-bażi ta' fatti disponibbli il-banek tal-Istat huma kkontrollati mill-gvern permezz ta' sjieda u kontroll amministrattiv tal-imġiba kummerċjali tagħhom inklużi l-limiti fuq ir-rati tal-imgħax li jistgħu joffru;

Il-liġi bankarja u l-liġijiet u r-Regolamenti oħra jeżiġu li l-banek isellfu skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali, jipprovdu appoġġ ta' kreditu biex jiskoraġġixxu l-proġetti, u jagħtu prijorità lil intrapriżi ta' teknoloġija għolja u ġdida.

(113)

Fuq il-bażi ta' dan t'hawn fuq, huwa konkluż li l-banek tal-istat iwettqu funzjonijiet governattivi f'isem il-gvern tar-RPĊ, jiġifieri l-promozzjoni obbligatorja ta' ċerti setturi tal-ekonomija b'konformità mad-dokumenti dwar il-politika u l-ippjanar tal-istat. Is-sjieda estensiva tal-gvern fil-banek tal-istat tikkonferma li l-banek huma kkontrollati mill-gvern fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet pubbliċi tagħhom. Il-gvern tar-RPĊ għandu kontroll sinifikanti fuq il-banek tal-istat permezz tal-involviment omnipreżenti tal-gvern fis-settur finanzjarju u r-rekwiżit għall-banek tal-istat li jsegwu l-politiki tal-gvern. Għaldaqstant, il-banek tal-Istat jitqiesu li huma korpi pubbliċi għaliex għandhom awtorità governattiva, huma vestiti biha u jeżerċitawha.

(114)

Wara l-id-divulgazzjoni il-gvern tar-RPĊ ma qabilx ma' din il-konklużjoni filwaqt li stqarr li l-Kummissjoni ma kinitx esponiet ir-raġunijiet għalfejn hija qieset li l-banek tal-Istat kienu korpi pubbliċi. Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-fatti esposti f'dawn il-premessi jiġġustifikaw il-konklużjoni li banek tal-Istat huma korpi pubbliċi.

(115)

Filwaqt li l-biċċa l-kbira tas-self riċevut mill-produtturi esportaturi fil-kampjun huma pprovduti minn banek tal-Istat, l-investigazzjoni żvelat li ammont żgħir ta' self huwa pprovdut minn banek privati. Il-Kummissjoni għalhekk analizzat ukoll jekk il-banek privati fiċ-Ċina humiex fdati u/jew diretti mill-gvern tar-RPĊ sabiex jipprovdu self preferenzjali lill-produtturi tal-filament tal-fibra tal-ħġieġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(116)

L-Artikolu 34 tal-liġi dwar il-banek jistipula li anki banek privati huma ordnati “jwettqu n-negozju tas-self tagħhom skont il-ħtiġijiet tal-ekonomija nazzjonali u l-iżvilupp soċjali u fl-ispirtu tal-politiki industrijali tal-istat” (24).

(117)

L-investigazzjoni wriet li l-produtturi esportaturi fil-kampjun tar-rati tal-imgħax applikati minn banek privati u tal-Istat ġeneralment kienu f'livelli simili ħafna. Dan jindika li banek tal-Istat, li huma l-atturi dominanti fis-suq bankarju u dak tas-self fir-RPĊ, jistabbilixxu livelli r-rati ta' imgħax u li l-banek privati sempliċiment isegwu r-rati stabbiliti mill-banek tal-Istat (korpi pubbliċi).

(118)

F'dawn iċ-ċirkustanzi, huwa konkluż li l-banek privati ma jistabbilixxux ir-rati tagħhom b'mod indipendenti minn kull interferenza mill-Istat u li l-istrateġija ta' self tal-banek privati tiġi diretta mill-gvern tar-RPĊ.

(119)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ ma qabilx mal-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-Artikolu 34 tal-liġi bankarja, fejn stqarr li “il-Kummissjoni qed tinterpreta t-tifsira tal-Artikolu 34 a li b'mod ċar mhux attribwibbli lilu”. Il-gvern tar-RPĊ ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal artikoli oħra dwar il-Liġi Bankarja, jiġifieri l-Artikoli 4, 5 u 7, li għandhom jiżguraw li s-self isir mingħajr indħil u wara valutazzjoni ta' kreditu.

(120)

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li jeżistu dawn l-Artikoli iżda tqis li dawn għandhom jinftehmu u jinqraw fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. F'dan ir-rigward, ta' min ifakkar li la l-Gvern tar-RPĊ, u lanqas il-banek jew il-kumpaniji fil-kampjun kkonċernati ma kienu kapaċi juru li s-selfiet saru mingħajr interferenza jew b'valutazzjoni ta' kreditu xierqa. Għall-kuntrarju, l-investigazzjoni żvelat li wieħed mill-produtturi esportaturi kien qed iġarrab telf iżda xorta waħda rnexxielu jirċievu self minn banek b'rati ta' mgħax normali mingħajr ebda żieda fuq il-prezz minħabba r-riskju marbut mas-sitwazzjoni finanzjarja diffiċli tiegħu.

(121)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li banek privati huma inkarigati jew iggwidati mill-gvern sabiex jipprovdu finanzjament preferenzjali b'mod simili għal dak ipprovdut mill-banek tal-Istat u b'hekk, teżisti kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) tar-Regolament bażiku antisussidji.

Speċifiċità

(122)

Fir-rigward tal-banek li pprovdew self lill-esportaturi produtturi li kkooperaw, il-maġġoranza tagħhom huma banek tal-istat u fl-aħħar mill-aħħar huma kkontrollati mill-gvern tar-RPĊ. Dawn jinkludu l-banek kummerċjali u tal-politiki ewlenin fir-RPĊ bħaċ-China Development Bank, l-EXIM Bank, l-Agricultural Bank of China, il-Bank of China, iċ-China Construction Bank u l-Industrial and Commercial Bank of China.

(123)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-gvern tar-RPĊ jordna self preferenzjali lil numru limitat ta' industriji. Pereżempju, id-Deċiżjoni Nru 40 tistipula li l-gvern tar-RPĊ ser jappoġġja b'mod attiv l-iżvilupp ta' industriji tal-materjali ġodda u l-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament titqies bħala industrija tal-materjali ġodda. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha huma ordnati jagħtu appoġġ kredizju biss lil proġetti mħeġġin, il-kategorija li fiha jaqgħu l-proġetti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Din id-Deċiżjoni twiegħed ukoll l-implimentazzjoni ta' “politiki preferenzjali oħra dwar il-proġetti mħeġġa”.

(124)

Il-Gvern tar-RPĊ afferma li l-Kummissjoni bbażat ruħha inġustament fuq id-Deċiżjoni 40 billi l-prodott ikkonċernat mhuwiex ikklassifikat bħala industrija inkoraġġita. Barra minn hekk anke jekk wieħed jaċċetta li l-industrija hija inkoraġġita, il-Gvern iddikjara li d-dipendenza fuq id-Deċiżjoni Nru 40 ma tistax tiġi estiża lil industrija li mhijiex elenkata fid-Deċiżjoni Nru 9 (“il-Katalgu ta' Gwida għar-Ristrutturar Industrijali tal-2011”).

(125)

Il-produtturi esportaturi fil-kampjun jappartjenu għall-kategoriji ta' proġetti inkoraġġiti kif stabbilit hawn fuq (premessi (67) -(76)) kif ukoll għall-industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida. Barra minn hekk, bil-kontra ta' dak li allega l-gvern, il-fibra tal-ħġieġ spejali u l-prodotti tagħha kif ukoll fran għall-produzzjoni tal-ħġieġ-E huma espliċitament elenkati fil-Kapitolu XII Punt 6 tad-Deċiżjoni Nru 9 (25). Għalhekk id-dikjarazzjoni hija bla bażi.

Benefiċċju.

(126)

Jeżisti benefiċċju sal-punt li s-self tal-gvern, jew self minn korpi privati inkarigati jew diretti mill-gvern, jingħataw f'termini iktar favorevoli minn dawk li r-riċevitur jista' jikseb fis-suq.

Il-ħtieġa ta' bbażar fuq il-valur normattiv

(127)

Il-Kummissjoni ħadet impenn sabiex tivverifika l-valutazzjonijiet tar-riskju ta' kreditu mwettqin mill-banek li taw self lill-produtturi esportaturi fil-kampjun tul il-perjodu tal-investigazzjoni. Uħud mill-produtturi esportaturi kienu qed jagħmlu t-telf. Xorta waħda rnexxilhom jiksbu self mill-banek bir-rata normattiva mingħajr ebda żieda għar-riskju marbut mat-tgħarriq tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha raġuni għaliex tixħet dubju fuq jekk is-self lil kumpaniji tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kienx ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju diliġenti, u jekk ir-rata tal-imgħax ġietx stabbilita bħala riżultat tat-tali eżerċizzju.

(128)

Kif spjegat iktar 'il fuq, peress li s-self ipprovdut mill-banek Ċiniżi jirrifletti intervent sostanzjali mill-gvern fis-settur bankarju u ma jirriflettix rati li kienu jinstabu f'suq bankarju li jiffunzjona, inbena valur normattiv xieraq tas-suq billi ntuża l-metodu deskritt hawn taħt. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-gvern tar-RPĊ, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għall-fatti disponibbli sabiex tistabbilixxi rata ta' mgħax normattiva xierqa.

(129)

Meta jissawwar punt ta' riferiment xieraq għal self denominat f'RMB, jitqies raġonevoli li jiġu applikati r-rati tal-imgħax taċ-Ċina, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq. Tabilħaqq, f'kuntest li fih l-istat finanzjarju attwali tal-esprotaturi ġie stabbilit f'suq ta' self bankarju b'distorsjonijiet u ma hemm ebda informazzjoni affidabbli mill-banek Ċiniżi fuq il-kejl tar-riskju u l-istabbiliment tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, jitqies neċessarju li l-affidabbiltà kredizja tal-esportaturi Ċiniżi ma tiġix aċċettata hekk kif inhi, iżda għandha tiġi applikata żieda li tirrifletti l-impatt potenzjali tas-suq Ċiniż b'distorsjonijiet fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

(130)

L-istess sitwazzjoni tapplika għas-self denominat f'muniti barranin. Il-bonds korporattivi klassifikati BB b'denominazzjonijiet rilevanti maħruġa matul il-PI intużaw bħala punt ta' riferiment.

(131)

Kif spjegat iktar 'il fuq, kemm il-gvern tar-RPĊ kif ukoll il-produtturi esportaturi li kkooperaw intalbu jipprovdu informazzjoni dwar il-politiki ta' self tal-banek Ċiniżi u l-mod li bih is-self ġie attribwit lill-produtturi esportaturi. Madankollu t-tali informazzjoni ma ġietx ipprovduta. Għaldaqstant, fid-dawl ta' dan in-nuqqas ta' kooperazzjoni u l-fatti kollha disponibbli, u f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(6) tar-Regolament bażiku, jitqies xieraq li jiġi kkunsidrat li l-azjendi kollha fiċ-Ċina jingħataw l-ogħla grad ta' bonds “Mhux ta' livell ta' investiment” biss (BB skont Bloomberg) u li jiġi applikat il-primjum xieraq mistenni fuq il-bonds maħruġa mill-azjendi b'din il-klassifikazzjoni lir-rata ta' self standard tal-People's Bank of China.

(132)

Għalhekk biex tiġi kkalkulata r-rata tal-imgħax tal-istandard għal self lill-kumpaniji fil-kampjun matul il-PI, ġie kklakulat primjum ta' riskju billi tintuża d-differenza bejn ir-rati tal-imgħax fuq bonds maħruġa minn kumpaniji bi klassifikazzjoni BB u bonds maħruġa minn kumpaniji bi klassifikazzjoni AAA (li hija l-klassifikazzjoni tal-kreditu fuq bonds maħruġa minn mir-RPĊ), kif irreġistrat minn Bloomberg. Dan il-primjum ta' riskju kien mbagħad miżjud mar-rati tas-self ippubblikati tal-PBOC għall-bonds ikklassifikati BB bil-kunsiderazzjoni taż-żmien tas-self.

(133)

Il-benefiċċju għall-produtturi esportaturi ġie mbagħad ikkalkulat bħala d-differenza bejn l-imgħax effettivament imħallas matul il-PI mill-kumpaniji u l-interess li kienu jitħallsu jekk ir-rata tal-interess ta' riferiment kienet applikata għas-self. Dan il-benefiċċju kien imbagħad espress bħala perċentwal tal-valur totali tal-bejgħ ta' kull produttur esportatur li kkoopera.

(134)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ afferma li l-Kummissjoni ma misshiex semmiet ebda parametru referenzjarju għall-kalkolu tal-benefiċċju peress li ddikjarat li s-self ingħata fuq termini tas-suq u għalhekk l-ebda benefiċċju ma ngħata.

(135)

Kif spjegat fil-premessi (127)-(130), is-suq għal self mill-banek fir-RPĊ huwa distort u għalhekk il-Kummissjoni tqis li l-fatt li wieħed jirrikorri għal parametru referenzjarju huwa kompletament ġustifikat.

(136)

Barra minn hekk il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-għażla tal-Kummissjoni ta' dan il-parametru referenzjarju partikolari ma kienx motivat biżżejjed.

(137)

Il-Kummissjoni tqis li meta tistabilixxi parametru referenzjarju xieraq għas-self, jitqies raġonevoli li jiġu applikati r-rati tal-imgħax taċ-Ċina, aġġustati biex jirriflettu r-riskju normali tas-suq. F'kuntest fejn il-qagħda finanzjarja attwali tal-esportaturi tkun ġiet stabbilita f'suq mgħawweġ u ma jkun hemm l-ebda informazzjoni kredibbli mill-banek Ċiniżi dwar il-kejl tar-riskju u l-istabbiliment tal-klassifikazzjonijiet tal-kreditu, huwa meqjus neċessarju li tiġi applikata żieda biex tirrifletti l-impatt potenzjali tas-suq mgħawweġ Ċiniż fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom.

(d)   Konklużjoni

(138)

Fuq il-bażi tas-sejbiet tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament fir-RPĊ ibbenefikat minn self preferenzjali matul il-PI, kemm mingħand il-banek tal-istat kif ukoll mingħand banek privati. Il-finanzjament tal-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament tikkostitwixxi sussidju skont it-tifsira tar-Regolament antisussidji bażiku peress li hemm

(a)

kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern kif stipulat fl-Artikolu 3(1)(a)(i),

(b)

inkarigu u ordni mill-gvern kif stipulat fl-Artikolu 3(1)(a)(iv), u

(c)

b'hekk jingħata benefiċċju kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2).

(139)

Fid-dawl tal-eżistenza ta' kontribuzzjoni finanzjarja, benefiċċju għall-produtturi esportaturi u speċifiċità, dan is-sussidju huwa kumpensatorju.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(140)

L-Artikolu 6(b) tar-Regolament antisussidji bażiku jistipula li l-benefiċċju fuq self preferenzjali għandu jiġi kkalkolat bħala d-differenza bejn l-ammont tal-imgħax imħallas u l-ammont li kien jitħallas għal self kummerċjali paragunabbli li l-kumpanija setgħet tikseb mis-suq. Kif stipulat, fin-nuqqas ta' kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju sinifikanti, il-Kummissjoni stabbilixxiet valur referenzjarju tas-suq għal self kummerċjali paragunabbli.

(141)

Il-benefiċċju ġie kkalkolat għall-PI bħala d-differenza bejn l-imgħax li fil-fatt tħallas matul il-PI, u l-imgħax li kien jitħallas bl-użu tal-valur referenzjarju.

(142)

Wieħed mill-produtturi esportaturi stqarr li l-Kummissjoni użat ħażin ir-rata tal-imgħax attwalment imħallsa mill-kumpanija għal self wieħed meta jiġi kkalkulat il-benefiċċju. Din id-dikjarazzjoni ġiet aċċettata u l-Kummissjoni rrevediet il-kalkolu. Il-kalkolu rivedut madankollu ma kellu l-ebda effett fuq il-marġini ta' sussidju misjub.

(143)

Il-marġnijiet tas-sussidju kkalkolati għall-produtturi esportaturi fil-kampjun fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija huma kif ġej:

Self preferenzjali

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

6,3 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (26)

2,6 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

7,4 %

4.2.   Skemi oħra ta' self preferenzjali

(144)

Matul il-PI, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja oħra mill-iskemi ta' self preferenzjali li fadal imsemmijin fis-sezzjoni C.3 iktar 'il fuq.

5.   Programmi ta' għotjiet

(145)

Il-kumpaniji fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-programmi ta' “Marki Popolari”, “Marki Rinomati mad-Dinja miċ-Ċina” jew “Fondi għal Espansjoni 'l Barra tal-Industriji fil-Provinċja ta' Guangdong” matul il-PI.

5.1.   Programmi ta' għotjiet u għotjiet speċifiċi

(a)   Introduzzjoni

(146)

DaIl-kumpaniji fil-kampjun irċivew għotjiet ta' darba mingħand bosta awtoritajiet governattivi f'livelli differenti li rriżultaw fir-riċevuta ta' benefiċċju matul il-PI. Dawn l-għotjiet jitqiesu li jaqgħu taħt l-allegazzjonijiet ta' programmi ta' għotjiet fl-ilment peress li l-ilment allega li l-produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament irċivew għotjiet ta' darba mingħand korpi lokali u provinċjali tal-gvern u li dawn taw benefiċċju peress li l-flejjes ġew riċevuti mingħajr kunsiderazzjoni adegwata.

(147)

Il-Kummissjoni offriet konsultazzjonijiet mal-gvern tar-RPĊ dwar dawn l-għotjiet speċifiċi.

(148)

Il-gvern tar-RPĊ oppona l-konsultazzjonijiet u ddikjara li dawn ma kinux ikunu konformi mal-Ftehim dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji (“ASCM”) peress li t-tali konsultazzjonijiet għandhom isiru qabel ma bdiet l-investigazzjoni u għaliex inkella jkun qed jixħet piż sproporzjonat fuq l-awtoritajiet Ċiniżi sabiex jivverifikaw l-informazzjoni rigward kull skema waħda, waħda.

(149)

Ħafna mill-għotjiet kienu jikkonċernaw ammonti negliġibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni ma komplietx tinvestigahom iktar.

(150)

Madankollu, il-Kummissjoni investigat għotja partikolari relattivament kbira għall-fini ta' bini ta' dormitorji għall-impjegati tal-kumpaniji li ngħatat lil waħda minn dawn il-kumpaniji fil-kampjun u tqieset marbuta mal-allegazzjonijiet ta' programmi ta' għotjiet fl-ilment.

(b)   Konklużjoni

(151)

Il-karattru ad hoc tal-għotja msemmija iktar 'il fuq wera biċ-ċar li ma kinitx disponibbli għal kumpaniji oħrajn u għaldaqstant kienet speċifika kif stipulat fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament antisussidji bażiku. Fuq il-bażi tal-evidenza miġbura fir-rigward tar-riċevuta ta' din l-għotja u fin-nuqqas ta' kwalunkwe informazzjoni oħra, il-Kummissjoni qieset li din l-għotja hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u (2) tar-Regolament antisussidji bażiku u għaldaqstant ingħata benefiċċju lill-produttur esportatur ikkonċernat.

(152)

Wara d-divulgazzjoni, il-kumpanija li tirċievi l-għotja iddikkjarat li l-għotjaingħatat lill-kumpanija għar-rinnovazzjoni ta' assi fissi, li huma amortizzati f' 50 sena. Għaldaqstant, dan is-sussidju għandu jkun allokat fuq perjodu ta' 50 sena u għandu jiġi kkunsidrat biss il-proporzjon 1/50 li jikkorrispondi mal-benefiċċju riċevut matul il-PI fil-kalkolu tal-marġni ta' sussidju.

(153)

Il-kumpanija ma pprovdietx provi li jiġġustifikaw perjodu ta' deprezzament ta' 50 sena għal investiment f'assi fissi, f'dan il-każ bini użat bħala dormitorju għall-persunal. Il-perjodu attwali ta' deprezzament tal-assi fissi ta' kumpanija huwa normalment ħafna iqsar u jikkorrispondi għal perjodu minn 10 sa 20 sena. Abbażi ta' dan il-benefiċċju mġarrab minn din l-għotja huwa negliġibbli u għalhekk ma għandhux jiġi kkumpensat.

6.   Programmi ta' tnaqqis u eżenzjoni tat-taxxa diretta

6.1.   Il-programm “tnejn b'xejn, tlieta bin-nofs” għal impriżi investiti barranin

(a)   Introduzzjoni

(154)

Il-programm “tnejn b'xejn, tlieta bin-nofs” jintitola lil impriżi investiti barranin (“FIEs”) sabiex ma jħallsu ebda taxxa korporattiva fuq id-dħul għall-ewwel sentejn, u jħallsu biss 12,5 % minflok 25 % għat-tliet snin ta' wara.

(b)   Bażi ġuridika

(155)

Il-bażi legali ta' dan il-programm huwa l-Artikolu 8 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal Impriżi b'Investiment Barrani u Impriżi Barranin (il-“Liġi dwar it-Taxxa għall-FIEs”) u l-Artikolu 72 tar-Regoli għall-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq l-Impriżi b'Investiment Barrani u Impriżi Barranin. Skont il-gvern tar-RPĊ, dan il-programm ġie tterminat skont l-Artikolu 57 tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi (“Liġi dwar l-EIT”) tal-2008 b'perjodu transitorju sa tmiem l-2012. Il-liġi għalhekk tagħmilha ċara li jkun hemm benefiċċju b'din l-iskema fis-sena fiskali 2012.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(156)

Din l-iskema ta' “tnejn b'xejn, tlieta bin-nofs” tat benefiċċji lill-kumpaniji matul is-sena fiskali tal-2012 u, wara din is-sena, skont il-gvern tar-RPĊ, l-iskema ġiet irtirata. Xorta waħda l-ebda mill-kumpaniji fil-kampjun ma hija impriża b'sidien barranin li kienet tkun eliġibbli għal din l-iskema tat-taxxa matul il-PI.

(d)   Konklużjoni

(157)

Il-kumpaniji fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja minn dan il-programm matul il-PI. Il-kumpaniji fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja minn dan il-programm matul il-PI.

6.2.   Intrapriżi ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida.

(a)   Introduzzjoni

(158)

Dan il-programm jippermetti sabiex il-kumpaniji li jistgħu juru li jissodisfaw ċertu sett ta' kriterji jiġu rikonoxxuti bħala “Impriża tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida” bl-għan li jirċievu tnaqqis għal 15 % fit-taxxa korporattiva fuq id-dħul tagħhom, meta mqabbla mar-rata standard ta' 25 %.

(b)   Bażi ġuridika

(159)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma l-Artikolu 28(2) tal-Liġi tal-2008 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi (“il-Liġi dwar l-EIT”), flimkien mal-“Miżuri Amministrattivi għad-Determinazzjoni tal-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida” (Guo Ke Fa Huo [2008] Nru 172); u l-Artikolu 93 tar-Regolamenti dwar l-Implimentazzjoni tal-Liġi dwar it-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi, flimkien mal-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar il-kwistjonijiet li jikkonċernaw il-Ħlas tat-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi mill-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida (Guo Shui Han [2008] Nru 985).

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(160)

Din l-iskema tapplika għal Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida rikonoxxuti bħala tali mill-gvern tar-RPĊ. Biex ikunu eliġibbli għal din l-iskema, l-impriżi għandu jkollhom drittijiet tal-proprjetà intellettwali indipendenti ċentrali u jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin stipulati fil-bażi legali u miġburin fil-qosor kif ġej:

(a)

il-produzzjoni tagħhom hija inkluża fil-kamp ta' applikazzjoni tal-prodotti fl-“Oqsma tat-Teknoloġija Avvanzata b'Appoġġ Importanti mill-Istat”;

(b)

l-ispejjeż totali tagħhom għar-R&Ż għandhom jammontaw għal 3-6 % tad-dħul totali tagħhom mill-bejgħ;

(c)

id-dħul tagħhom minn prodotti tat-teknoloġija avvanzata u ġdida għandu jammonta għal iktar 60 % mid-dħul totali tagħhom mill-bejgħ;

(d)

il-persunal attiv fir-R&Ż għandu jammonta għal 10 % mill-persunal totali;

(e)

huma ssodisfati r-rekwiżiti l-oħrajn stabbiliti mil-“Liġi tal-2008 dwar il-Miżuri Amministrattivi għal Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida”.

(161)

Instab li uħud mill-produtturi esportaturi fil-kampjun kienu qed jużaw din l-iskema, u b'hekk kienu qed iħallsu taxxa korporattiva fuq id-dħul ta' 15 % biss minflok 25 %. Dawn il-kumpaniji kienu applikaw sabiex isiru Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida u rċivew notifika uffiċjali li kellhom jissodisfaw il-kriterji tal-iskema u għaldaqstant kienu jkunu intitolati li jimlew id-dikjarazzjoni tat-taxxa korporattiva tagħhom kif xieraq.

(d)   Konklużjoni

(162)

Il-Kummissjoni tqis li din l-iskema hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament antisussidji bażiku għaliex hemm kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-gvern tar-RPĊ li jagħti benefiċċju lill-kumpaniji kkonċernati. Il-benefiċċju għar-riċevituri jissarraf f'taxxa ffrankata.

(163)

Dan is-sussidju huwa speċifiku kif iddefinit fl-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament antisussidji bażiku peress li huwa limitat għall-impriżi li jirċievu ċ-ċertifikazzjoni tal-Impriżi tat-Teknoloġija Avvanzata u Ġdida u jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha tal-miżuri amministrattivi tal-2008. Il-produtturi esportaturi kkonċernati fil-kampjun irċivew it-tali ċertifikazzjoni. La l-leġiżlazzjoni u lanqas l-awtorità awtorizzanti ma stabbilixxew xi kriterji oġġettivi għall-eliġibbiltà.

(164)

Wara d-divulgazzjoni il-Gvern tar-RPĊ kkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, billi sostna li l-kriterji ta' eliġibbiltà kienu oġġettivi u japplikaw bl-istess mod għall-kumpaniji kollha fir-RPĊ. Għalhekk dawn ma jissodisfawx il-kriterju tal-ispeċifiċità.

(165)

Il-Kummissjoni ma taċċettax din id-dikjarazzjoni. L-għtja hi disponibbli biss għal kumpaniji b'karatteristiċi speċifiċi (impriżi ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida) u mhux għall-industriji kollha u għas-setturi kollha. Barra minn hekk, l-eliġibilità wkoll mhijiex awtomatika, iżda tiddependi mill-għoti ta' ċertifikat ta' Intrapriża ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida, li jinħareġ wara proċedura diskrezzjonali mill-awtorità kompetenti. Għalhekk l-iskema hija speċifika fin-natura.

(166)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra dan is-sussidju bħala kumpensabbli.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(167)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju bħala d-differenza bejn l-ammont ta' taxxa li normalment kellu jitħallas matul il-PI u l-ammont ta' taxxa fil-fatt imħallas matul il-PI mill-kumpaniji kkonċernati.

Intrapriżi ta' Teknoloġija Avvanzata u Ġdida.

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

0,0 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (27)

1,3 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

0,8 %

6.3.   Tnaqqis tat-taxxa fuq id-dħul għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul iċ-Ċina

(a)   Introduzzjoni

(168)

Dan il-programm jippermetti lil kumpanija sabiex titlob krediti tat-taxxa fuq ix-xiri ta' tagħmir domestiku jekk proġett ikun konsistenti mal-politiki industrijali tal-gvern tar-RPĊ. Kreditu tat-taxxa li jasal sa 40 % tal-prezz tax-xiri tat-tagħmir domestiku jista' japplika għaż-żieda inkrementali fl-obbligazzjoni tat-taxxa mis-sena ta' qabel.

(b)   Bażi ġuridika

(169)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma l-miżuri Provviżorji dwar il-kreditu tat-taxxa fuq id-dħul tal-impriżi għal investiment f'tagħmir prodott domestikament għal proġetti ta' rinnovazzjoni teknoloġika mill-1 ta' Lulju 1999 u l-Avviż tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar it-Twaqqif tal-Implimentazzjoni tal-Politika ta' Eżenzjoni u Tnaqqis tat-Taxxa fuq id-Dħul għall-Impriżi tal-Investimenti ta' Impriża fix-Xiri ta' Tagħmir Magħmul Domestikament, Nru 52 [2008] tal-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(170)

Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li dan il-programm ilu mitmum minn Jannar 2008 skont l-Avviż imsemmi Nru 52. Madankollu l-investigazzjoni sabet li waħda mill-kumpaniji fil-kampjun kienet ibbenefikat minn dan il-programm matul il-PI.

(d)   Konklużjoni

(171)

Dan il-programm jikkostitwixxi sussidju peress li jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-gvern tar-RPĊ skont l-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Dan il-programm jipprovdi benefiċċju lir-riċevituri għal ammont li jissarraf f'taxxa ffrankata skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku antisussidji. Dan is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament bażiku antisussidji peress li t-taxxi ffrankati huma kontinġenti fuq l-użu ta' prodotti domestiċi u mhux importati.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(172)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju bħala d-differenza bejn l-ammont ta' taxxa li normalment kellu jitħallas matul il-PI u l-ammont ta' taxxa fil-fatt imħallas matul il-PI mill-kumpaniji kkonċernati.

(173)

Ir-rata ta' sussidju stabbilita fir-rigward ta' dan is-sussidju matul il-PI għal Jiangsu Changhai Group ammontat għal 0.2 %.

(174)

Wara d-divulgazzjoni, produttur esportatur wieħed stqarr li ma kienx eliġibbli għal xi kontribuzzjoni finanzjarja taħt l-iskema “Tnaqqis tat-taxxa tad-dħul għal FIEs li jixtru tagħmir magħmul iċ-Ċina” peress li mhuwiex kumpanija li taqa' taħt investiment barrani. Għalhekk il-Kummissjoni allokat bi żball benefiċċju taħt din l-iskema għalih abbażi tal-fatti disponibbli. Iddikjara wkoll li nstabu xi żbalji minuri fil-kalkoli. Iż-żewġ talbiet ġew aċċettati u l-kalkolu tal-marġini tas-sussidju ġew riveduti skont dan.

6.4.   Skemi ta' eżenzjoni u programmi ta' tnaqqis tat-taxxa diretta oħrajn

(175)

Il-kumpens tat-taxxa għar-R&Ż ġie investigat ukoll. Madankollu din il-miżura kienet tikkonċerna ammonti negliġibbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma komplietx tinvestigah iktar.

(176)

Matul il-PI, il-produtturi esportaturi fil-kampjun ma rċivew ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-programmi ta' eżenzjoni mit-taxxa li fadal imsemmijin fis-sezzjoni C.3 iktar 'il fuq.

7.   Programmi tat-Tariffi ta' Importazzjoni u t-Taxxa Indiretta

7.1.   Eżenzjonijiet mill-VAT u rifużjonijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat

(a)   Introduzzjoni

(177)

Dan il-programm jipprovdi eżenzjoni mill-VAT u tariffi ta' importazzjoni favur FIEs jew impriżi domestiċi għal importazzjonijiet ta' tagħmir kapitali użat fil-produzzjoni tagħhom. Biex jibbenefikaw mill-eżenzjoni, it-tagħmir ma jistax ikun jaqa' taħt lista ta' tagħmir mhux eliġibbli u l-impriża li titlob l-eżenzjoni trid tikseb Ċertifikat ta' proġett Imħeġġeġ mill-Istat maħruġ mill-awtoritajiet Ċiniżi jew l-NDRC skont il-leġiżlazzjoni relevanti dwar l-investiment, it-taxxa u d-dwana.

(b)   Bażi ġuridika

(178)

Il-bażijiet legali ta' dan il-programm huma Ċirkulari tal-Kunsill tal-Istat dwar l-Aġġustament tal-Politiki Fiskali fuq Tagħmir Importat, Guo Fa Nru 37/1997, Avviż tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Doganali Ġenerali u l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa dwar l-Aġġustament ta' Ċerti Politiki Preferenzjali ta' Dazju fuq l-Importazzjoni, it-Tħabbira tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Amministrazzjoni Doganali Ġenerali u l-Amministrazzjoni Statali tat-Taxxa [2008] Nru 43, l-Avviż tal-NDRC dwar il-kwistjonijiet relevanti li jikkonċernaw l-Immaniġġjar tal-Ittra ta' konferma dwar Proġetti Domestiċi jew Iffinanzjati minn Barranin imħeġġin mill-Istat sabiex jiġu żviluppati, Nru 316 2006 tat-22 ta' Frar 2006 u l-Katalogu dwar il-Prodotti importati li ma jistgħux jiġu eżentati mid-dazju għall-FIEs jew l-impriżi domestiċi, 2008.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(179)

Il-kumpaniji kollha fil-kampjun ibbenefikaw minn din l-iskema.

(d)   Konklużjoni

(180)

Dan il-programm jitqies li jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta' dħul mitluf mill-gvern tar-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) peress li FIEs u impriżi domestiċi eliġibbli oħrajn ma jħallsux VAT u/jew tariffi li kienu jkunu dovuti. Għaldaqstant, jagħti benefiċċju lill-kumpaniji riċeventi skont it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament antisussidji bażiku. Il-programm huwa speċifiku skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament antisussidji bażiku peress li l-leġiżlazzjoni li fuq il-bażi tagħha topera l-awtorità awtorizzanti tillimita l-aċċess tiegħu għal impriżi li jinvestu f'kategoriji kummerċjali speċifiċi ddefiniti b'mod eżawstiv mil-liġi u li jappartjenu jew għall-kategorija mħeġġa jew inkella għall-kategorija ristretta B fil-Katalogu għall-gwida tal-industriji għal investiment barrani u trasferiment tat-teknoloġija jew dawk li huma konformi mal-Katalogu tal-industriji, il-prodotti u t-teknoloġiji ewlenin li l-iżvilupp tagħhom huwa mħeġġeġ mill-Istat.

(181)

Wara d-divulgazzjoni il-Gvern tar-RPĊ kkontesta l-konklużjonijiet tal-Kummissjoni, billi sostna li l-kriterji ta' eliġibbiltà kienu oġġettivi u japplikaw bl-istess mod għall-kumpaniji kollha fir-RPĊ. Għalhekk dawn ma jissodisfawx il-kriterju tal-ispeċifiċità. Il-Gvern tar-RPĊ madankollu ma indika ebda dispożizzjoni partikolari fil-leġiżlazzjoni li tissostanzja l-opinjonijiet tiegħu u ma pprovda l-ebda evidenza konklużiva li l-eliġibbiltà hija awtomatika.

(182)

Il-Gvern tar-RPĊ, kif ukoll wieħed mill-produtturi esportaturi iddikjaraw ukoll li l-Kummissjoni ma tistax tikkumpensa xi benefiċċji potenzjali tal-VAT li setgħu kienu waslu għand tliet kumpaniji fil-kampjun peress li l-eżenzjonijiet tal-VAT mogħtija fil-passat ma setgħux jibqgħu jintużaw b'effett mis-sena 2009. Għalhekk, anki jekk wieħed jassumi l-medja ta' perijodu ta' deprezzament minn 5 sa 10 snin għat-tagħmir importat in kwistjoni, l-allegat benefiċċju jew se jiskadi qabel l-impożizzjoni tal-miżuri jew aktarx ma jitkompliex matul il-ħames snin sħaħ tal-miżuri.

(183)

Il-Kummissjoni tinnota li l-perjodu ta' deprezzament ta' xi tagħmir importat huwa itwal minn 10 snin u jista' jdum għal 15 jew 20 sena f'xi każijiet. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma għandhiex tikkumpensa kwalunkwe benefiċċju li jasal minn xi xiri wara l-2009 ta' tagħmir importat. Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ jirrikonoxxi li l-kumpaniji setgħu baqgħu jibbenefikaw mill-iskema “ftit wara” l-impożizzjoni tal-miżuri. Għalhekk dan l-argument ma ġiex aċċettat.

(e)   Kalkolu tal-ammont tas-sussidju

(184)

L-ammont tas-sussidju kumpensatorju huwa kkalkolat f'termini tal-benefiċċju mogħti lir-riċevituri, li nstab li eżista matul il-PI. Il-benefiċċju mogħti lill-benefiċjarji huwa kkunsidrat bħala l-ammont tal-VAT u d-dazji eżentati fuq it-tagħmir importat. Sabiex jiġi żgurat li l-ammont kumpensatorju jkopri biss il-perjodu tal-IP, il-benefiċċju riċevut ġie ammortizzat tul il-ħajja tat-tagħmir skont il-proċeduri kontabilistiċi normali tal-produttur esportatur.

(185)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita fir-rigward ta' din l-iskema matul il-PI għall-produtturi esportaturi fil-kampjun tammonta għal:

Eżenzjonijiet mill-VAT u rifużjonijiet tat-tariffa ta' importazzjoni għall-użu ta' tagħmir importat

Kumpanija/Grupp

Rata tas-Sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

0,5 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (28)

0,1 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

0,5 %

7.2.   Programmi ta' tnaqqis u skemi ta' eżenzjoni oħrajn tat-taxxa indiretta

(186)

Ma ġiet riċevuta ebda kontribuzzjoni finanzjarja mill-produtturi esportaturi fil-kampjun mill-programmi li jifdal ta' eżenzjoni mit-taxxa indiretta msemmijin fis-sezzjoni C.3 iktar 'il fuq matul il-PI.

8.   Forniment mill-gvern ta' prodotti u servizzi għal remunerazzjoni inqas minn adegwata

8.1.   Forniment tal-materja prima, forniment tal-elettriku, forniment tal-ilma

(187)

Ma nstab ebda sussidju marbut max-xiri ta' materja prima, l-ilma jew l-elettriku mill-produtturi esportaturi fil-kampjun matul il-PI.

8.2.   Forniment ta' drittijiet ta' użu tal-art

(a)   Introduzzjoni

(188)

Il-kumpaniji mhumiex awtorizzati jixtru art direttament fir-RPĊ, iżda jixtru biss dritt ta' użu tal-art mingħand l-awtoritajiet lokali.

(b)   Bażi ġuridika

(189)

Il-Liġi dwar l-Amministrazzjoni tal-Art tar-RPĊ tistipula li l-art kollha tappartjeni għan-nies, u ma tistax tinxtara jew tinbiegħ, iżda tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom id-drittijiet ta' użu tal-art jistgħu jinbiegħu lil negozji permezz ta' offerti, kwotazzjoni jew irkant.

(c)   Is-sejbiet tal-investigazzjoni

(190)

Fil-prinċipju, sistema ta' rkant tippermetti lis-suq jiġġudika l-prezz ta' dritt ta' użu tal-art partikolari, u għaldaqstant, il-prezz jiġi stabbilit b'mod indipendenti. Madankollu, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li xorta jistabbilixxi prezzijiet minimi għal kull grad ta' art (l-art hija ggradata minn 1 sa 15 fuq il-bażi tal-kwalità tal-ħabel art) u l-prezzijiet għad-dritt ta' użu tal-art ma jistgħux jinżlu iktar minn dan il-minimu.

(191)

Il-gvern tar-RPĊ jikkontrolla wkoll il-provvista tal-art, billi jillimita l-kwota taż-żona ta' art li għaliha jistgħu jinbiegħu d-drittijiet ta' użu tal-art għal skopijiet industrijali jew residenzjali, skont il-provinċja u skont is-sena.

(192)

Xorta waħda, għal kull xirja ta' dritt ta' użu tal-art mill-produtturi esportaturi fil-kampjun, il-Kummissjoni ma sabet ebda evidenza ta' proċess ta' rkant li jistabbilixxi b'mod indipendenti l-prezz tad-dritt ta' użu tal-art. Il-produttur esportatur mogħti l-art offra l-prezz tal-bidu u, peress li kien l-uniku offerent, ingħata d-dritt ta' użu tal-art. Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ stqarr li hu ma jaqbilx mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni li ma hemmx suq funzjonanti għall-bejgħ ta' drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ. Madankollu ma pprovda l-ebda argument ġdid biex jappoġġja din il-fehma.

(193)

Is-sejbiet tal-investigazzjoni jikkonfermaw li s-sitwazzjoni rigward il-forniment u x-xiri tal-art fir-RPĊ mhijiex ċara u mhijiex trasparenti u l-prezzijiet spiss jiġu stabbiliti b'mod arbitrarju mill-awtoritajiet. L-awtoritajiet jistabbilixxu l-prezzijiet skont is-Sistema ta' Evalwazzjoni tal-Art Urbana li fost kriterji oħrajn tordnalhom jieħdu f'kunsiderazzjoni l-politika industrijali wkoll meta jistabbilixxu l-prezz tal-art industrijali (29).

(194)

Barra minn hekk, l-informazzjoni indipendenti disponibbli pubblikament tissuġġerixxi li l-art fir-RPĊ hija pprovduta b'rati inqas minn dawk normali tas-suq (30).

(195)

Għaldaqstant, fil-verità l-kumpaniji fil-kampjun ħallsu l-prezz stabbilit mill-gvern tar-RPĊ. Id-dritt ta' użu tal-art huwa pprovdut għal remunerazzjoni inqas minn adegwata meta mqabbel mal-valur referenzjarju tas-suq, li huwa stipulat fis-sezzjoni (e) iktar 'l isfel.

(196)

Is-sitwazzjoni li tikkonċerna l-art fir-RPĊ hija diskussa wkoll fid-Dokument ta' Ħidma tal-FMI li jikkonferma li l-forniment tad-drittijiet ta' użu tal-art lil industriji Ċiniżi ma jirrispettax il-kundizzjonijiet tas-suq (31).

(d)   Konklużjoni

(197)

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti ta' drittijiet ta' użu tal-art mill-gvern tar-RPĊ għandu jitqies bħala sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament antisussidji bażiku fil-forma ta' forniment ta' prodotti li jagħtu benefiċċju lill-kumpaniji. Peress li l-investigazzjoni ma sabitx l-eżistenza ta' suq funzjonanti għall-bejgħ ta' drittijiet ta' użu tal-art fir-RPĊ, l-użu ta' valur referenzjarju estern (ara s-sezzjoni (e) iktar 'l isfel) juri li l-ammont imħallas għad-drittijiet ta' użu tal-art mill-esportaturi fil-kampjun huwa inqas mir-rata tas-suq.

(198)

Is-sussidju huwa speċifiku skont l-Artikolu 4(2)(a) u 4(2)(c) tar-Regolament antisussidji bażiku għaliex id-Deċiżjoni Nru 40 tal-Kunsill tal-Istat tesiġi li l-awtoritajiet pubbliċi jiżguraw li l-art tiġi pprovduta lil industriji mħeġġin, li fosthom hemm dik tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kif spjegat fil-premessi (67) u (82). L-Artikolu 18 tad-Deċiżjoni Nru 40 jagħmilha ċara li l-industriji li huma “ristretti” mhuwiex ser ikollhom aċċess għal drittijiet ta' użu tal-art.

(e)   Kalkolu tal-marġni tas-sussidju

(199)

Il-benefiċċju huwa d-differenza bejn il-prezz imħallas għad-dritt ta' użu tal-art, u valur referenzjarju estern xieraq.

(200)

Il-Kummissjoni tqis it-Tajpej Ċiniż bħala valur referenzjarju estern xieraq għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

il-livell paragunabbli ta' żvilupp ekonomiku, il-PDG u l-istruttura ekonomika tat-Tajpej Ċiniż u tal-parti l-kbira mill-provinċji u l-ibliet fir-RPĊ fejn huma bbażati l-produtturi esportaturi fil-kampjun;

(b)

il-qrubija fiżika tar-RPĊ u t-Tajpej Ċiniż;

(c)

il-grad għoli ta' infrastruttura industrijali kemm fit-Tajpej Ċiniż kif ukoll f'ħafna provinċji tar-RPĊ;

(d)

ir-rabtiet ekonomiċi u l-kummerċ transfruntier b'saħħithom bejn it-Tajpej Ċiniż u r-RPĊ;

(e)

id-densità għolja ta' popolazzjoni f'ħafna mill-provinċji tar-RPĊ u fit-Tajpej Ċiniż;

(f)

ix-xebh bejn it-tip ta' art u t-tranżazzjonijiet użati għat-tiswir tal-valur referenzjarju relevanti fit-Tajpej Ċiniż ma' dawk tar-RPĊ; u

(g)

il-karatteristiċi demografiċi, lingwistiċi u kulturali komuni bejn it-Tajpej Ċiniż u r-RPĊ.

(201)

Wara d-divulgazzjoni, il-gvern tar-RPĊ ma qabilx mal-użu ta' Taipei fiċ-Ċina bħala valur referenzjarju u ddikjara li d-densità tal-popolazzjoni f'Taipei fiċ-Ċina hija ħafna drabi ogħla milli fir-RPĊ u allura s-sitwazzjoni tal-art u l-prezzijiet fiż-żewġ pajjiżi mhumiex komparabbli. Il-Kummissjoni tqis madankollu li għal ħafna raġunijiet spjegati fil-premessa ta' qabel il-punt referenzjarju ġie magħżul b'mod raġonevoli.

(202)

Barra minn hekk wara d-divulgazzjoni wieħed mill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun issuġġerixxa li l-użu ta' Taipei fiċ-Ċina ma kienx adattat għall-kundizzjonijiet ekonomiċi fil-provinċja partikolari li fiha kien jinsab, iżda ma ssuġġerixxa l-ebda alternattiva oħra. Iddikjara wkoll li l-prossimità fiżika bejn ir-RPĊ u Taipei m'għandhiex titqies bħala kriterju validu li l-għażla ta' dan il-valur referenzjarju partikolari iżda naqas milli jissostanzja l-allegazzjoni tiegħu. Minħabba n-nuqqas ta' suġġerimenti għal valur referenzjarju alternattiv, l-użu tat-Tajpej Ċiniża ġie kkonfermat.

(203)

Filwaqt li jitqiesu dawn il-fatturi kollha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-prezzijiet tad-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ, jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jipprevalu, għall-produtturi esportaturi fil-kampjun, ikunu simili ħafna għal prezzijiet tal-art fit-Taipei Ċiniża.

(204)

Il-prezzijiet medji tal-art fit-Tajpej Ċiniża għall-2012 ittieħdu mill-Uffiċċju Industrijali tal-Ministeru tal-Affarijiet Ekonomiċi u ġew aġġustati lura għall-inflazzjoni u t-tkabbir tal-PDG biex jiġi ffissat prezz referenzjarju għall-art għal kull sena kalendarja. Billi d-drittijiet għall-użu tal-art huma validi għal 50 sena u deprezzati fuq din il-bażi, il-benefiċċju fil-PI ikun 1/50 tad-differenza bejn il-prezz referenzjarju u l-prezz attwalment imħallas.

(205)

Ir-rata tas-sussidju stabbilita għall-forniment tal-art b'remunerazzjoni inqas minn adegwata hija kif ġej:

Forniment tal-art b'LTAR

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

2,9 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (32)

1,6 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

1,6 %

9.   Konklużjoni dwar is-sussidjar

(206)

Il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidju kumpensatorju skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament antisussidji bażiku għall-kumpaniji investigati skema, skema, u għoddot dawn il-figuri flimkien biex tikkalkola ammont totali tas-sussidju għal kull produttur esportatur għall-PI.

(207)

Biex tikkalkola l-marġnijiet tas-sussidju ġenerali ta' hawn taħt, il-Kummissjoni l-ewwel ikkalkolat is-sussidjar f'perċentwal, li huwa l-ammont tas-sussidju fuq il-fatturat totali tal-kumpanija. Imbagħad, dan il-perċentwal intuża biex jiġi kkalkolat is-sussidju allokat għal esportazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI.

(208)

Imbagħad ġie kkalkolat l-ammont tas-sussidju għal kull tunnellata tal-prodott ikkonċernat esportat lejn l-Unjoni matul il-PI, u l-marġnijiet ta' hawn taħt ġew ikkalkolati bħala perċentwal tal-valur tal-Ispejjeż, l-Assigurazzjoni u l-Merkanzija (“CIF”) tal-istess esportazzjonijiet għal kull tunnellata.

(209)

Skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament antisussidji bażiku, il-marġni tas-sussidju totali għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun huwa kkalkolat fuq il-bażi tal-marġni totali medju ponderat tas-sussidju stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun li kkooperaw bl-esklużjoni tal-Grupp li għalih jappartjeni l-produttur esportatur soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1).

Isem il-Kumpanija

Marġni ta' sussidju

Chongqing Polycomp International Corporation

9,7 %

Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd (33)

5,8 %

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

10,3 %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

10,2 %

D.   DANNU

1.   Il-produzzjoni tal-Unjoni u l-industrija tal-Unjoni

(210)

Il-prodott simili ġie mmanifatturat minn tmien produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-'industrija tal-Unjoni' skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 9(1) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(211)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ġiet stabbilita għal bejn 530 000 u 580 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-figura fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni kif ipprovduta mill-APFE. Kif indikat fil-premessa (17), fil-kampjun intgħażlu l-impjanti ta' manifattura tat-tliet produtturi tal-Unjoni li jirrappreżentaw 52 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

(212)

Fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fl-ilment/talba għal rieżami fejn ġew ddivulgatilati l-indikaturi makroekonomiċi propji tal-ilmentaturi/applikanti, u l-fatt li huwa biss numru ferm limitat ta' produtturi tal-Unjoni ma kinux jagħmlu parti mill-ilmentaturi/applikanti, jidher xieraq li ma jiġux iddivulgati l-indikaturi makroekonomiċi aggregati propji marbutin mal-produtturi kollha tal-Unjoni peress li kwalunkwe parti interessata tkun tista' ssib il-figuri neqsin speċifiċi għall-kumpaniji ta' dawk li mhumiex l-ilmentaturi/applikanti.

(213)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ oġġezzjona għal trattament kunfidenzjali u l-provvista ta' firxiet għall-konsum totali tal-Unjoni kif ukoll għal dejta indikatriċi ta' ħsara makroekonomika oħra.

(214)

Wara t-talba biex tagħmel dan u meta ingħatat kawża ġusta, il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tirrispetta d-dejta kunfidenzjali tal-produtturi li ma kinux dawk li għamlu l-ilment. Id-divulgazzjoni tal-indikaturi makroekonomiċi preċiżi tippermetti l-identifikazzjoni tad-dejta kunfidenzjali ta' dawn il-produtturi u tista' tkun ta' ħsara għall-interessi tagħhom. Għaldaqstant, il-dikjarazzjoni mhux aċċettata.

2.   Konsum fl-Unjoni

(215)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum tal-Unjoni fuq il-bażi ta' (i) il-volum ta' bejgħ tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-APFE u (ii) l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fuq il-bażi ta' dejta estratta mill-Eurostat (COMEXT).

(216)

Il-konsum fl-Unjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati metriċi)

 

2010

2011

2012

PI

Konsum totali tal-Unjoni

700 000 — 750 000

680 000 — 730 000

710 000 — 760 000

720 000 — 770 000

Indiċi (2010 = 100)

100

97

101

103

Sors: Dejta pprovduta minn APFE Eurostat (COMEXT)

(217)

Bejn l-2010 u l-PI, il-konsum fl-Unjoni żdied bi 3 %.

(218)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, utent wieħed saħaq li l-konsum tal-Unjoni naqas bi kważi 30 % fl-2009. F'dik il-perspettiva, isostni li żieda ta' 3 % mill-2010 mhijiex sinifikanti. Madankollu, il-Kummissjoni ma kinitx tikkwalifika din iż-żieda bħala sinifikanti iżda nnutat li l-konsum żdied matul il-perjodu kkunsidrat.

3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji

(219)

L-analiżi ta' hawn taħt tkopri kemm l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji billi ssegwi l-istess produtturi fil-kampjun fir-RPĊ u l-istess perjodu tal-PI.

(220)

Il-volum tal-importazzjonijiet mir-RPĊ tal-prodott ikkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 2

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi), sehem mis-suq

 

2009

2010

2011

2012

PI

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati)

98 916

152 514

109 172

125 781

130 958

Indiċi (2010 = 100)

65

100

72

82

86

Indiċi (2009 = 100)

100

154

110

127

132

Sehem mis-suq

13 % - 18 %

19 % - 24 %

13 % - 18 %

15 % - 20 %

15 % - 20 %

Indiċi (2010 = 100)

87

100

73

81

83

Indiċi (2009 = 100)

100

115

84

93

97

Sors: Eurostat (COMEXT)

(221)

Il-volum ta' importazzjonijiet mir-RPĊ naqas b'14 % tul il-perjodu kkunsidrat u s-sehem mis-suq tagħhom bi 17 %. Madankollu, l-2010 mhijiex sena ta' referenza xierqa u x-xejriet tal-importazzjoni jiġu analizzati bi preċiżjoni ikbar meta titqies anki s-sena ta' qabel, l-2009, kif muri fit-tabella ta' hawn fuq. L-2010 kienet ikkaratterizzata minn ħżin sinifikanti mill-importaturi tal-Unjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament miċ-Ċina qabel ma ġew imposti d-dazji provviżorji f'Settembru 2010. Tabilħaqq, l-investigazzjoni uriet li matul l-ewwel disa' xhur tal-2010 ġew importanti kwantitajiet ferm ikbar mis-soltu mir-RPĊ. L-importazzjonijiet mir-RPĊ ammontaw għal madwar 99 000 tunnellata fl-2009, filwaqt li fl-2010 saru iktar minn 152 000 tunnellata u mbagħad naqsu fl-2011 għal madwar 109 000 tunnellata. Ix-xejra turi żieda ċara fl-importazzjonijiet mill-2009 'il quddiem. Mill-2011 l-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu b'20 % f'termini ta' volum u dan wassal għal gwadann mill-ġdid ta' 2 punti perċentwali fis-sehem mis-suq.

(222)

Bosta partijiet tennew id-dikjarazzjonijet tagħhom li l-importazzjonijiet mir-RPĊ u s-sehem mis-suq tagħha naqsu bejn l-2010 u tmiem il-PI u li għalhekk ebda żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet ma ġiet issodisfata kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2) tal-ADA u l-Artikolu 15(2) tal-ASCM. Barra minn hekk, huma jiddikjaraw li l-2009 mhijiex sena referenzjarja xierqa għar-raġunijiet li ġejjin: i) ma hemm l-ebda bażi legali fir-Regolament bażiku tal-antidumping u antisussidji u l-Mexico-Steel Pipes and Tubes Panel iddeċieda li “awtorità ta' investigazzjoni hija prekluża milli tuża sottogruppi temporali fi żmien perjodu”, ii) ma hemm l-ebda evidenza għad-dikjarazzjoni li l-importazzjonijiet fl-2010 kienu riżultat ta' kumulazzjoni ta' stokk u iii) dejta tal-2009 ma ġietx ikkunsidrata għal kwalunkwe aspett ieħor tal-valutazzjoni tal-ħsara, li allura rrendiet il-valutazzjoni bħala mhux oġġettiva.

(223)

Fir-rigward tal-ewwel u tat-tielet dikjarazzjoni, ir-Regolament bażiku tal-antidumping u r-Regolament bażiku antisussidji, li huma l-liġi applikabbli, ma jidħlux fid-dettall dwar liema perijodu għandu jiġi kkunsidrat sabiex issir analiżi tax-xejriet. Għalhekk m'hemm l-ebda raġuni għalfejn is-sena 2009 ma tistax tiġi kkunsidrata sabiex jiġu analizzati x-xejriet tal-importazzjonijiet mir-RPĊ. Dan ma jagħmilx l-analiżi mhux oġġettiva, għall-kuntrarju, hija tikkompleta ulterjorment l-analiżi li saret rigward tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni. Huwa biss fir-rigward tal-indikaturi speċifiċi tal-ħsara relatati mal-importazzjonijiet Ċiniżi, li tqieset is-sena 2009 flimkien mal-perjodu kkunsidrat kif spjegat hawn fuq fil-premessa (219). Għal indikaturi oħra ta' ħsara, ma kien hemm l-ebda raġuni oġġettiva għaliex mhux kull sena tal-perjodu kkunsidrat tkun tista' tiġi kkunsidrata kompletament.

(224)

Rigward it-tieni dikjarazzjoni, l-effett tal-istokkjar huwa muri b'mod ċar ħafna fid-dejta tal-importazzjoni ta' kull xahar miksuba mid-database kif stabbilit skont l-Artikolu 14. 6 tar-Regolament bażiku antidumping (ara l-Grafika 1 hawn taħt) (34). Qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji, l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ żdiedu b'mod qawwi fit-tieni u t-tielet kwart tal-2010 (għal konsum qabel tmiem 2010/bidu tal-2011 minħabba l-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa limitata). Din ma tikkorrispondix ma' żieda simili fil-konsum, li tindika li dawn l-importazzjonijiet saru bl-iskop li jsir l-istokk fl-antiċipazzjoni ta' miżuri li għandhom jiġu imposti. Il-Gvern tar-RPĊ ma pprovda ebda spjegazzjoni oħra għal din iż-żieda u għaldaqstant il-Kummissjoni tista' raġonevolment tqis li l-akkumulazzjoni saret qabel l-impożizzjoni tal-miżuri provviżorji fi tmiem l-2010. Dan jidher ukoll mill-fatt li l-livell tal-importazzjonijiet tar-RPĊ fil-perjodu bejn miżuri provviżorji u definittivi (ir-raba' trimestru tal-2010 u l-ewwel trimestru tal-2011) kien baxx ħafna. Meta l-miżuri tnaqqsu fl-istadju definittiv (f'Marzu 2011), il-livelli tal-importazzjoni ta' kull xahar reġgħu żdiedu għal livell stabbli.

Grafika 1

importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ (Kwantità ta' kull xahar)

Image

Sors: Bażi ta' dejta tal-Artikolu 14(6)

3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji

(225)

Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (għajr id-dazji antidumping fis-seħħ) żviluppaw kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet

 

2010

2011

2012

PI

Prezz medju CIF (EUR/tunnellata)

911

877

892

834

Indiċi (2010 = 100)

100

96

98

92

Sors: Eurostat (COMEXT)

(226)

Il-prezzijiet CIF tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (għajr dazji antidumping fis-seħħ) evolvew minn 911-il EUR/tunnellata għal 834 EUR/tunnellata matul il-perjodu kkunsidrat. Dan jirrappreżenta tnaqqis ta' 8 % tul il-perjodu kkunsidrat.

(227)

Il-gvern tar-RPĊ u utent iddikjaraw li tqabbil tal-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet fin-nuqqas ta' analiżi tat-taħlita ta' prodotti kien qarrieqi. Il-gvern tar-RPĊ kompla jiddikjara li l-maġġoranza tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kienet tikkonsisti fl-irħas tip ta' prodott, jiġifieri ftietel.

(228)

Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni, it-taħlita ta' prodotti ttieħdet f'kunsiderazzjoni fl-analiżi hekk kif il-Kummissjoni qabblet il-prezzijiet ta' bejgħ tal-produtturi esportaturi Ċiniżi ma' dawk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun għal kull tip ta' prodott. Fl-investigazzjoni oriġinali ntuża l-istess approċċ.

(229)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ talab il-prezzijiet ta' importazzjoni Ċiniżi għal kull tip ta' prodott f'tabella 3, peress li d-dejta għal kull tip ta' prodott kienet użata għat-twaqqigħ fil-prezz u l-kalkoli tal-marġini tal-ħsara.

(230)

Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi mit-tabella 3 jintuża biex juri t-tendenza matul il-perjodu kkunsidrat. Għal dan l-għan li jintwerew ix-xejriet, l-użu tal-prezzijiet medji huwa xieraq. Għad-determinazzjoni tat-twaqqigħ fil-prezz u l-kalkoli tal-marġini tal-ħsara, ġiet użata d-dejta għal kull tip ta' prodott.

(231)

Sabiex jiġi stabbilit it-twaqqigħ tal-prezz matul il-PI, il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ għal kull tip ta' prodott tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun mitlubin lil konsumaturi mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika, tqabblu mal-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta' prodott tal-importazzjonijiet mill-produtturi Ċiniżi fil-kampjun lill-ewwel konsumatur indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq bażi CIF, bl-aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali, id-dazji antidumping u l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni. It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta' tip, tip għal tranżazzjonijiet fl-istess livell tan-negozju. Ir-riżultat tal-paragun ingħata bħala perċentwal tal-prezz medju ponderat mill-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Għal esportatur kbir miċ-Ċina li jesporta lejn l-Unjoni, dan wera marġni ta' twaqqigħ ta' 2 % minkejja l-miżuri tal-antidumping (u d-dazji doganali) attwali li żiedu mal-prezz tal-importazzjonijiet. Il-maġġoranza l-kbira tal-importazzjonijiet oħra saru b'livelli ta' prezz komparabbli mal-prezzijiet tal-Unjoni.

(232)

Wara l-id-divulgazzjoni definittiva definittiv, wieħed mill-produtturi esportaturi ddikjara li kien hemm xi nuqqas ta' preċiżjoni bil-valuri CIF ta' 3 PCN's.

(233)

Id-dikjarazzjoni ġiet ikkoreġuta u l-Kummissjoni aġġustat il-valuri CIF rispettivi li wasslu għal bidla żgħira fil-prezz u l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz għal dan il-produttur esportatur (ara l-premessa (440)).

(234)

Bosta partijiet iddikjaraw li ma kien hemm l-ebda twaqqigħ tal-prezz sinjifikanti matul il-PI. Huma stqarru li l-marġni ta' twaqqigħ tal-prezz ta' 2 % għal esportatur uniku hu kważi wieħed de minimis u ma jistax jitqies bħala sinjifikanti. Barra minn hekk, jirreferu għal prassi tal-Kummissjoni fejn twaqqigħ tal-prezz limitat jew twaqqigħ tal-prezz ta' 6 % kienu meqjusa bħala bla effett fuq il-livell ġenerali tal-prezzijiet fl-Unjoni minħabba l-volum limitat ta' esportazzjonijiet.

(235)

Minkejja tad-dazji attwali ta' anti-dumping, xorta għad hemm twaqqigħ tal-prezz. Ir-referenza għal il-prattika tal-Kummissjoni hija qarrieqa. Fil-każ tal-'karbonat dens tas-sodju' (35), it-twaqqigħ tal-prezz ta' 6 % kien meqjus bħala wieħedx li prattikament ma kellu l-ebda effett fuq livelli ġenerali ta' prezzijiet minħabba l-volum limitat tal-importazzjonijiet ikkombinati ma' sehem mis-suq ta' 1,4 % min-naħa tal-pajjiż esportatur. B'paragun, is-sehem mis-suq tar-RPĊ waqt il-PI kien bejn 15 % u 20 %. Il-każ ta' “Ċerti sistemi ta' qari ottiku bil-lażer” (36) irrefera għal t-twaqqigħ tal-prezz limitat tal-importazzjonijiet ikkonċernati fid-dawl ta' (i) żieda kbira fil-konsum tal-Unjoni (129 %) u (ii) in-natura tal-prodott konċernat, prodott mhux omoġenju b'varjetà kbira ta' karatteristiċi u differenzi tekniċi u soġġett għal żvilupp teknoloġiku rapidu. Fl-investigazzjonijiet kurrenti, is-suq tal-prodott ikkonċernat huwa ta' natura totalment differenti u b'hekk il-kobor tat-twaqqigħ tal-prezz għandu jitqies f'dak il-kuntest partikolari tas-suq. Il-prodott ikkonċernat huwa t-tisħiħ omoġenju tal-prodott f'suq li huwa pjuttost stabbli. Dan is-suq huwa iktar sensittiv għal differenzi fil-prezzijiet u anke differenza iżgħar tal-prezz jista' jkollha impatt kbir fuq is-suq. Il-fatt li ma kienx hemm twaqqigħ kbir, għalhekk, ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Għall-kuntrarju, dan l-element kien kompletament ikkunsidrat fil-kuntest tal-evalwazzjoni. Fi kwalunkwe każ, kull każ jiġi vvalutat fuq il-merti tiegħu stess u l-istampa tal-ħsara hi magħmula minn ħafna indikaturi u l-ebda wieħed minnhom ma jista' jkun ta' importanza deċiżiva.

4.   Is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

(236)

Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament bażiku antisussidji, l-analiżi tal-impatt tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji fuq l-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li għandhom impatt fuq il-qagħda tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(237)

Kif intqal fil-premessi (17) sa (25), il-kampjunar intuża għas-sejbien tad-dannu possibbli mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

(238)

Għas-sejbien tad-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn indikaturi tad-dannu makroekonomiku u mikroekonomiku. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta pprovduta fl-ilment u fit-talba ta' rieżami kif ukoll f'sottomissjonijiet u ċċekkjati fejn possibbli ma' statistiki sussegwenti. Id-dejta marbuta mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Instab li ż-żewġ settijiet ta' dejta huma rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(239)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: produzzjoni, kapaċità produttiva, użu tal-kapaċità, volum ta' bejgħ, sehem mis-suq, tkabbir, impjiegi, produttività, daqs tal-marġnijiet ta' dumping u sussidju, u rkupru minn dumping jew sussidju fl-imgħoddi.

(240)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: prezzijiet ta' unità medji, kost ta' unità, kostijiet lavorattivi, inventarji, profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti, u ħila ta' żieda tal-kapital.

5.   Indikaturi makroekonomiċi

5.1.   Produzzjoni, kapaċità produttiva u użu tal-kapaċità

(241)

Varjazzjoni fil-produzzjoni annwali hija komuni lill-industrija tal-Unjoni peress li l-fran iridu jerġgħu jinbnew kull 7 sa 10 snin, u dan joħoq volum ta' produzzjoni ikbar fis-sena ta' qabel biex jinbena l-istokk, u volum ta' produzzjoni inqas fis-sena meta l-forn ma jkunx qed jaħdem sakemm jerġa' jinbena. Kull meta forn ma jkunx qed jaħdem sabiex jerġa' jinbena, il-kapaċità produttiva ta' dik is-sena partikolari ser tkun inqas ukoll.

(242)

Filwaqt li ġew ikkunsidrati dawn ir-raġunijiet leġittimi, il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 4

Produzzjoni, kapaċità produttiva u użu tal-kapaċità

 

2010

2011

2012

PI

Volum ta' produzzjoni (f'tunnellati)

560 000 — 610 000

580 000 — 630 000

510 000 — 560 000

530 000 — 580 000

Indiċi

100

103

92

95

Kapaċità ta' produzzjoni (f'tunnellati)

670 000 — 720 000

680 000 — 730 000

650 000 — 700 000

640 000 — 690 000

Indiċi

100

101

97

96

Utilizzazzjoni ta' kapaċità

84 %

86 %

81 %

84 %

Indiċi

100

102

95

99

Sors: Dejta pprovduta minn APFE

(243)

Fil-kuntest ta' konsum fl-Unjoni li kien qed jikber (bi 3 %), il-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili naqset bejn l-2010 u l-PI b'5 %. Il-kapaċità produttiva naqset ukoll bejn l-2010 u l-IP, b'madwar 4 %. L-użu tal-kapaċità baqa' kemxejn stabbli tul il-perjodu kkunsidrat bl-eċċezzjoni ta' tnaqqis fl-2012.

(244)

Bejn l-2011 u l-2012 setgħu jiġu osservati tnaqqis ta' 11-il punt perċentwali fil-produzzjoni u tnaqqis ta' 4 punti perċentwali fil-kapaċità produttiva. Dan kien ir-riżultat ta' ristrutturar tal-industrija tal-Unjoni u l-għeluq ta' wħud mill-impjanti tagħha. Il-produttur tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament Ahlstrom waqqaf il-produzzjoni fi tmiem l-2011 u l-impjant ta' Owens Corning Vado Ligure fl-Italja għalaq fl-2012 peress li ma rnexxilhomx jirkupraw mill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni temmen li wara r-ristrutturar u ladarba jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi, din tista' tibqa' industrija vijabbli, u dan jispjega għaliex l-industrija tal-Unjoni għadha tinvesti fil-bini mill-ġdid tal-fran eżistenti.

(245)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ afferma li l-Kummissjoni rreferiet għal medda tal-ħajja iqsar mill-medja ta' fran u li għalhekk hemm ineffiċjenzi sostanzjali fl-investimenti u/jew l-użu tal-fran tal-produtturi tal-Unjoni.

(246)

Intwera li d-deċiżjonijiet ta' bini mill-ġdid tal-fran mill-industrija tal-Unjoni kienu meħuda fuq il-bażi ta' kunsiderazzjonijiet ta' produzzjoni u ta' effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Ma kien hemm l-ebda indikazzjoni li l-medda tal-ħajja tal-forn kif applikat mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, ma kinitx il-prattika tajba fis-settur u b'konformità mar-rekwiżiti ta' it-taħlita tal-prodott.

(247)

Bosta partijiet iddikjaraw li għandu jiġi kkunsidrat perjodu itwal mill-2010 sal-IP partikolarment minħabba l-ispejjez tal-bini mill-ġdid tal-forn li jaffettwaw lill-indikaturi ekonomiċi kollha kemm dawk makro kif ukoll mikro. Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li l-ebda dejta jew informazzjoni ma ngħatat dwar is-snin li fihom il-produtturi tal-Unjoni impenjaw ruħhom biex jibnu l-fran mill-ġdid.

(248)

Il-bini mill-ġdid tal-fran hu inerenti għall-industrija u rikorrenti. Dawn huma essenzjali biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet u biex tinżamm il-kapaċità. L-investimenti tar-R&Ż li saru huma marbuta direttament mal-kapaċità operattiva u biex wieħed ikun f'pożizzjoni li jiżviluppa prodotti magħmula apposta għall-bżonnijiet tal-konsumatur. Għalhekk, dawn l-investimenti mhumiex eċċezzjonali għall-perijodu kkunsidrat. Ikun xi jkun il-perjodu kkunsidrat, dejjem se jkun hemm effetti ta' tiswijiet jew bini ġdid tal-fran fuq il-volum tal-produzzjoni. Informazzjoni speċifika għall-kumpaniji meta jkunu wettqu xi bini mill-ġdid hija kkunsidrata bħala kunfidenzjali.

(249)

Utent wieħed iddikkjara wkoll li l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi tevita kwalunkwe effett ta' ħsara (ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati) peress li l-użu tal-kapaċità baqa' pjuttost stabbli matul il-perjodu mill-2010 sa tmiem il-PI.

(250)

Il-produzzjoni tal-prodott simili huwa proċess kontinwu li ma jistax jiġi addattat għal ċaqliq f'terminu qasir fid-domanda. L-utilizzazzjoni tal-kapaċità pjuttost stabbli għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl ta' tnaqqis fil-kapaċità tal-produzzjoni. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ntlaqatx.

5.2.   Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq

(251)

Il-volumi tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni kif ukoll il-volumi ta' bejgħ fis-suq ristrett fuq is-suq tal-Unjoni u l-ishma tas-suq rispettivi żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

Tabella 5

Volum ta' bejgħ u sehem mis-suq

 

2010

2011

2012

PI

Volum ta' bejgħ tas-suq ħieles fis-suq tal-Unjoni (f'tunnellati)

420 000 — 470 000

390 000 — 440 000

400 000 — 450 000

420 000 — 470 000

Indiċi

100

94

96

99

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ fis-suq ħieles

58 % - 63 %

56 % - 61 %

55 % - 60 %

56 % - 61 %

Indiċi

100

96

95

97

Volum ta' bejgħ tas-suq magħluq fis-suq tal-Unjoni (f'tunnellati)

20 000 — 70 000

30 000 — 80 000

30 000 — 80 000

30 000 — 80 000

Indiċi

100

114

123

121

Is-sehem mis-suq tal-bejgħ tas-suq magħluq

4 % - 9 %

5 % - 10 %

5 % - 10 %

5 % - 10 %

Indiċi

100

117

122

118

Sors: Dejta pprovduta minn APFE

(252)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum ta' bejgħ tas-suq ħieles mill-industrija tal-Unjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament (jiġifieri lil konsumaturi mhux relatati) naqas ftit b'1 % tul il-perjodu kkunsidrat. Madankollu, fil-kuntest ta' żieda fil-konsum fl-Unjoni bi 3 %, dan irriżulta fi tnaqqis fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 58 % – 63 % fl-2010 għal 56 % – 61 % matul il-PI. Il-volum ta' bejgħ inqas fl-2011 huwa konsegwenza tal-effett ta' ħżin tal-importazzjonijiet Ċiniżi fl-2010, li ddaħħlu fis-suq b'mod gradwali fl-2011.

(253)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-kapaċità ta' bejgħ tas-suq ristrett tal-industrija tal-Unjoni rrappreżenta bejn 11 % u 14 % tal-bejgħ totali (suq ħieles u risrett) tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Il-bejgħ tas-suq ristrett kellu xejra ta' żieda bejnl-2010 u l-2012, u mbgħagħad isir stabbli fil-PI. Iż-żieda tal-bejgħ fis-suq ristrett bejn l-2010 u l-2011 hi limitata meta wieħed iħares lejha f'ċifri assoluti.

5.3.   Impjiegi u produttività

(254)

L-impjiegi u l-produttività tal-produtturi tal-Unjoni żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 6

L-impjiegi u l-produttività

 

2010

2011

2012

PI

Numru ta' impjegati

3 450 — 3 950

3 350 — 3 850

3 200 — 3 700

3 000 — 3 500

Indiċi

100

97

95

89

Produttività (unità/impjegat)

153

163

150

164

Indiċi

100

106

98

107

Sors: Dejta pprovduta minn APFE

(255)

Il-livell ta' impjiegi tal-produtturi tal-Unjoni juri li l-industrija tal-Unjoni ppruvat tirrazzjonalizza l-produzzjoni tul il-perjodu kkunsidrat bl-għan li tnaqqas l-ispejjeż tal-manifattura. Tabilħaqq, tul il-perjodu kkunsidrat, in-numru ta' impjegati naqas bi 11 %.

(256)

L-effett ikkombinat ta' bidla fl-għadd ta' impjegati u l-volum tal-produzzjoni matul l-istess perjodu kkunsidrat, rriżultaw f'żieda fil-produttività tal-ħaddiema tal-produtturi tal-Unjoni, imkejla bħala output (tunnellati) għal kull persuna impjegata, għal kull sena, ta' 7 % bejn l-2010 u l-PI.

5.4.   Tkabbir

(257)

Kif stipulat fil-premessa (217) iktar 'il fuq, il-konsum tal-Unjoni żdied bi 3 % tul il-perjodu kkunsidrat. Minħabba l-ħafna applikazzjonijiet tal-prodott simili, l-industrija tal-Unjoni u l-utenti jistennew li din ix-xejra tat-tkabbir ser tkompli għaddejja fil-futur qarib.

5.5.   Daqs tal-marġni ta' dumping u sussidju u rkupru mid-dumping u s-sussidju fl-imgħoddi

(258)

L-industrija tal-Unjoni baqgħet iġġarrab dannu minħabba l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ sal-2011 meta ddaħħlu d-dazji fis-seħħ. Id-dazji fis-seħħ kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ tfasslu sabiex jipprovdu kundizzjonijiet ekwi li bihom l-industrija tal-Unjoni setgħet tikkompeti b'mod ġust ma' dawn l-importazzjonijiet u tirkupra mid-dannu mġarrab.

(259)

Madankollu, dan ma seħħx. L-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel it-telf mill-ġdid u baqgħet titlef is-sehem mis-suq, anki jekk żdied il-konsum fl-Unjoni. L-importazzjonijiet mir-RPĊ baqgħu jidħlu bi prezzijiet baxxi ħafna u ggwadanjaw sehem mis-suq. Fil-perjodu tal-investigazzjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi kien 3 punti perċentwali ogħla mil-livell qabel l-impożizzjoni tad-dazji (37). L-industrija tal-Unjoni rristrutturat u għalqet uħud mill-impjanti tagħha (ara l-premessa (244) iktar 'il fuq). Jidher ċar li l-irkupru mid-dumping fl-imgħoddi ma seħħx.

(260)

Minħabba d-daqs tal-volum, is-sehem mis-suq u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ, u wara li tqiesu l-marġnijiet eżistenti tad-dumping (9,6 % u 29,7 %) (38), l-impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni jista' jitqies li huwa sinifikanti.

(261)

Peress li din hija l-ewwel investigazzjoni antisussidji rigward il-prodott ikkonċernat, l-irkupru mis-sussidju tal-imgħoddi mhuwiex ikkonċernat fil-valutazzjoni.

6.   Indikaturi mikroekonomiċi

6.1.   Prezzijiet

(262)

Il-prezzijiet ta' unità medji ponderati tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 7

prezzijiet tal-bejgħ fis-suq ħieles kif ukoll dak nagħluq fl-Unjoni

 

2010

2011

2012

PI

Prezz medju ta' bejgħ mill-fabbrika ta' unità fis-suq ħieles fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

1 061

1 144

1 070

1 035

Indiċi (2010 = 100)

100

108

101

98

Prezz medju ta' bejgħ mill-fabbrika ta' unità fis-suq magħluq fl-Unjoni (EUR/tunnellata)

1 006

1 031

1 027

989

Indiċi (2010 = 100)

100

103

102

98

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(263)

Il-prezzijiet ta' bejgħ ta' unità fis-suq ħieles naqsu bi 2 % tul il-perjodu kkunsidrat. Peress li d-dazji provviżorji daħlu fis-seħħ f'Settembru 2010, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet tagħha fl-2011. Madankollu, mill-2011 il-prezzijiet ta' bejgħ ta' unità naqsu b'10 %.

(264)

Dwar il-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità fis-suq ristrett (jiġifieri l-prezzijiet ta' trasferiment), dawn segwew l-istess tendenza bħall-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità fis-suq ħieles fejn l-industrija tal-Unjoni żiedet il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha fis-suq ristrett fl-2011 fejn wara dawk il-prezzijiet tal-bejgħ ta' unità naqsu b' 4 %.

6.2.   Kost medju ta' produzzjoni ta' unità

(265)

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità żviluppa kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 8

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità

 

2010

2011

2012

PI

Spiża għal kull unità tal-produzzjoni (EUR/tunnellati)

964

990

1 032

976

Indiċi (2010 = 100)

100

103

107

101

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(266)

Il-kost medju tal-produzzjoni ta' unità żdied bejn l-2010 u l-2012. Wara l-2012, il-kost medju tal-produzzjoni ta' unità naqas mill-ġdid kważi sal-livell tal-2010. Il-quċċata milħuqa fl-2012 hija attribwita għal sitwazzjoni partikolari fl-investimenti ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Matul il-perjodu kollu kkunsidrat, l-ispiża medja ta' unità tal-produzzjoni żdiedet b' 1 % biss.

(267)

Diversi utenti sostnew li s-sitwazzjoni ta' kumpanija partikolari ma tistax tiġġustifika konklużjonijiet ġenerali. Il-konklużjoni rigward il-kost tal-produzzjoni ta' unità kienet li huwa pjuttost stabbli. Il-quċċata tal-2012 ma tbddilx il-konklużjonijiet ġenerali.

(268)

Il-kost tal-produzzjoni ta' unità huwa bbażat fuq il-volumi ġenerali ta' produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Il-prezz ta' bejgħ ta' unità fit-Tabella 7 huwa bbażat fuq il-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati. B'hekk, iż-żewġ indikaturi għandhom bażi differenti u mhumiex direttament paragunabbli.

(269)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, is-CCCLA sostniet li huwa essenzjali għall-Kummissjoni li tipprovdi biżżejjed dejta kumparabbli biex tivvaluta jekk il-varjazzjoni fl-ispejjeż tal-produzzjoni tistax tispjega t-tnaqqis żgħir fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni.

(270)

Dawn iż-żewġ indikaturi għandhom bażi differenti u billi ċ-ċifri assoluti ma jistgħux jitqabblu direttament, it-tendenzi jistgħu.

6.3.   Kostijiet lavorattivi

(271)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 9

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2010

2011

2012

PI

Pagi medji għal kull impjegat (EUR)

40 518

41 590

42 310

42 917

Indiċi (2010 = 100)

100

103

104

106

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(272)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat kellhom xejra ta' żieda gradwali (+ 6 %) matul il-perjodu kkunsidrat. Dan kien konformi mal-indiċi tal-kost lavorattiv fil-pajjiżi fejn jinsabu l-produtturi tal-kampjun (39).

6.4.   Inventarji

(273)

Il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 10

Inventarji

 

2010

2011

2012

PI

Stokkijiet tal-għeluq (f'tunnellati)

18 539

46 585

50 198

52 805

Indiċi (2010 = 100)

100

251

271

285

Sors: Dejta tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

(274)

L-istokk tal-għeluq l-ewwel żdied b'mod sinifikanti fl-2011 u mbagħad kompla jiżdied tul il-perjodu kkunsidrat.

(275)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-varjazzjonijiet fl-istokk irrapportati fid-dejta pprovduta mill-APFE jixħtu dawl fuq bejgħ mhux irrapportat u ma kinux jindikaw dannu meta mqabblin mal-importazzjonijiet Ċiniżi.

(276)

Id-dikjarazzjoni għandha tiġi injorata. Il-Kummissjoni għamlet l-analiżi tal-indikaturi mikroekonomiċi bħal-livelli ta' stokk fuq il-bażi tad-dejta propja pprovduta mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. L-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma sabet ebda bejgħ mhux irrapportat.

(277)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, utent wieħed allega li l-2010 mhix referenza adatta billi l-livelli tal-ħażniet tal-istokkijiet kienu żgħar ħafna meta mqabbla mal-perjodu 2006 sa Ottubru 2009 (il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali ta' antidumping).

(278)

Id-dikjarazzjoni mhijiex aċċettata peress li entitajiet li ttieħdu bħala kampjun fl-investigazzjonijiet kurrenti huma differenti mill-kampjun fl-investigazzjoni preċedenti u għalhekk id-dejta mhix kumparabbli. Il-Kummissjoni llimitat l-eżami tagħha għall-perijodu kkunsidrat, b'mod partikolari fir-rigward tad-dejta mikroekonomika, u ma għandhiex dejta fil-pussess tagħha rigward il-livelli tal-istokk tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu qabel il-perjodu kkunsidrat. Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li l-livelli tal-istokkijiet fl-2011 huma wkoll ogħla minħabba tnaqqis ta' 3 % fil-konsum tal-Unjoni dik is-sena. Madankollu, dan l-element ma jkollux effett fuq ix-xejra matul il-perjodu kkunsidrat.

6.5.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u ħila ta' żieda tal-kapital

(279)

Il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

Tabella 11

Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

 

2010

2011

2012

PI

Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil konsumaturi mhux relatati (% mill-fatturat tal-bejgħ)

3 %

2 %

– 6 %

– 4 %

Indiċi (2010 = 100)

100

66

– 200

– 134

Fluss tal-flus (EUR)

32 847 910

10 978 839

– 1 297 704

14 660 203

Indiċi (2010 = 100)

100

33

– 4

45

Investimenti (EUR)

7 729 022

9 721 478

30 738 820

32 511 238

Indiċi (2010 = 100)

100

126

398

421

Redditu fuq l-investimenti

2 %

2 %

– 4 %

– 3 %

Indiċi (2010 = 100)

100

69

– 184

– 137

Sors: Id-dejta tal-produtturi tal-unjoni inklużi fil-kampjun

(280)

Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi tat il-profitt qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil konsumaturi mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun naqset b'mod konsiderevoli minn 3 % għal – 4 %.

(281)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-ħila tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus naqas b'mod sinifikanti tul il-perjodu kkunsidrat (– 55 %).

(282)

Il-livell ta' investimenti li saru mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun segwa xejra li tiżdied tul il-perjodu kkunsidrat. Iż-żieda kienet ikbar fl-2012 u l-IP. L-ispejjeż għoljin tal-investimenti kienu marbutin ma' bini mill-ġdid tal-fran. F'din l-industrija intensiva fl-użu tal-kapital, il-fran iridu jerġgħu jinbnew kull 7 sa 10 snin u l-ispejjeż marbutin mal-bini mill-ġdid ta' forn jistgħu jammontaw għal EUR 8 miljun — EUR 13-il miljun (medda mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità). L-investimenti jinkludu wkoll spejjeż sostanzjali tal-investiment strutturali marbutin mal-konsum tal-liga mill-boxxliet u l-bini mill-ġdid rikorrenti tagħhom.

(283)

Ir-redditu fuq l-investiment huwa l-profitt f'perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti. Ir-redditu fuq l-investiment segwa xejra negattiva ċara fil-profittabilità. It-tgħarriq tar-redditu fuq l-investiment huwa indikazzjoni ċara tat-tgħarriq tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

(284)

Is-sitwazzjoni finanzjarja dgħajfa msemmija hawn fuq seħħet minkejja ż-żieda fil-konsum matul il-perjodu kkunsidrat kif deskritt fil-premessa (217) iktar 'il fuq, u l-isforzi tal-industrija tal-Unjoni biex tirrazzjonalizza l-ispejjeż ta' produzzjoni, kif deskritt fil-premessi (244) iktar 'il fuq u (337) iktar 'l isfel.

(285)

L-investigazzjonijiet ma kixfu ebda diffikultà serja affaċċjata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fiż-żieda ta' kapital.

(286)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet innutaw li l-livelli ta' investiment kienu għoljin għall-perjodi 2012 u l-PI, u li dawn l-ispejjeż għoljin tal-investimenti setgħu kienu r-raġuni għaliex l-industrija tal-Unjoni ma kinitx qed tagħmel profitt matul il-PI. Il-gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li t-tnaqqis fil-profittabilità hu marbut direttament maż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni li rriżulta mill-bini mill-ġdid tal-ifran.

(287)

L-ewwel, EUR 32 miljun ta' investimenti matul il-PI mill-1 ta' Ottubru 2012 sat-30 ta' Settembru 2013 in parti jirfes fuq it-EUR 30 miljun fis-sena 2012. It-tieni, l-investimenti li saru f'dawn il-perjodi kienu essenzjali biex il-fran jinbnew mill-ġdid u huma rikorrenti għan-negozju u meqjusa li kienu qed isiru matul il-kors normali tan-negozju kif stipulat fil-premessi (241) — (250). It-tielet, il-livell ta' investimenti kellu impatt fuq ir-riżultati tal-industrija tal-Unjoni minħabba li kien qed jiġġenera spejjeż addizzjonali. Madankollu, l-effetti prinċipali tal-investimenti huma riflessi fil-karta tal-bilanċ u mhux fid-dikjarazzjoni tal-Profitt u t-Telf, li turi l-ispejjeż standard rikorrenti tad-deprezzament, u għalhekk ma jistgħux jispjegaw fihom nfushom is-sitwazzjoni ta' operat b'telf. Dwar l-affermazzjoni tal-Gvern tar-RPĊ, il-bini mill-ġdid tal-ifran huma ppjanati b'attenzjoni minn qabel. Il-kontinwità tal-provvista lill-konsumaturi hija żgurata billi jinbnew stokkijiet ta' bafer. Fl-aħħar, l-impatt ta' dawn l-investimenti fuq l-ispejjeż u r-riżultati tal-kumpanija huma mifruxa fuq bosta snin.

(288)

Barra minn hekk, bosta partijiet argumentaw li (i) l-ispejjeż kapitali akbar huma riflessi f'inqas dħul mill-investiment għas-snin 2012 u l-PI (minħabba li xi investimenti ma wasslux għal redditi immedjati) u (ii) ma tagħmilx sens li tieħu ritratt ta' sentejn mgħobbija żżejjed b'investimenti kbar u tikkonkludi li l-industrija tal-Unjoni marret lura fuq dik il-bażi.

(289)

L-investimenti fil-fran mhumiex eċċezzjonali għall-perijodu kkunsidrat. L-investigazzjoni żvelat li sa mill-2004, l-investimenti tal-fran ilhom isiru kważi kull sena mill-industrija tal-Unjoni. Għalhekk, ikun xi jkun il-perjodu kkunsidrat, dejjem se jkun hemm effetti ta' tiswijiet jew bini ġdid tal-fran fuq il-volum tal-produzzjoni u r-redditu fuq l-investiment. Id-deterjorazzjoni tal-profitabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun indikat li huma ma setgħux jitolbu prezzijiet għall-prodott simili li jippermettu investimenti essenzjali għall-kontinwità tan-negozju.

(290)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li industrija l-ewwel tuża l-kontanti disponibbli qabel ma tuża fondi misselfa u li għalhekk hu normali li l-fluss tal-flus iddeterjora meta l-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun investew bil-kbir fl-2012 u l-PI. Barra minn hekk, huma ddikjaraw li industrija li tkun qed tagħmel it-telf ma setgħetx investiet daqs il-kumpaniji inklużi fil-kampjun.

(291)

L-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament hija negozju globali b'mekkaniżmi ta' finanzjament li jestendu lil hinn mir-responsabbiltà finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Is-sitwazzjonijiet ta' investiment mhux neċessarjament għandhom impatt fuq il-fluss ta' flus. Għalhekk dawn it-tabiet huma riġettati.

7.   Konklużjoni dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(292)

Is-sejbiet tal-investigazzjoni jikkonfermaw li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kif iddefinit mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 8(4) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(293)

L-impożizzjoni ta' miżuri tal-antidumping ippermettiet lill-industrija tal-Unjoni sabiex iżżid il-prezzijiet tagħha fl-2011. Fl-istess ħin, l-industrija tal-Unjoni għamlet sforzi biex iżżid l-effiċjenza u l-produttività. Għad li l-konsum fl-Unjoni qabad jiżdied, l-industrija tal-Unjoni ma kellha ebda għażla ħlief li tnaqqas il-prezzijiet ta' bejgħ ta' unità tagħha mill-ġdid mill-2012 sabiex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha.

(294)

L-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezz, ara l-premessa (231), u x-xejra li qed tonqos tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni, ara l-premessa (263), turi b'mod ċar li l-produtturi tal-Unjoni ppruvaw jikkompetu bil-prezz mal-importazzjonijiet Ċiniżi u għalqu d-diskrepanza fil-prezzijiet. Madankollu, dan wassal għal tgħarriq qawwi tar-riżultati finanzjarji tal-produtturi tal-Unjoni, bl-industrija tal-Unjoni li ilha tirrapporta telf mill-2012. Din is-sitwazzjoni mhijiex sostenibbli fit-terminu qasir u medju.

(295)

Hemm ukoll indikaturi oħrajn żviluppaw b'mod negattiv, anki wara l-impożizzjoni ta' miżuri kontra r-RPĊ, bħall-produzzjoni, il-kapaċità produttiva, l-impjiegi, l-inventarji u l-fluss tal-flus.

(296)

Is-sejbiet taż-żewġ investigazzjonijiet jikkonfermaw ukoll li ċ-ċirkustanzi mibdulin li ġġustifikaw il-bidu tar-rieżami interim parzjali tal-antidumping, jiġifieri r-ristritturar u l-għeluq ta' uħud mill-impjanti fl-Unjoni kif spjegat fil-premessa (244) iktar 'il fuq, huma ta' għamla sostanzjali u dejjiema. Wara l-għeluq ta' impjant, l-impjant jiżżarma kompletament. Barra minn hekk, il-bini ta' forn ġdid jieħu ħafna kapital u żmien u ma jistax isir fuq medda qasira ta' żmien. Għaldaqstant ma għandux jiġi sottovalutat iż-żmien u l-ispejjeż biex jinfetaħ impjant ġdid bi fran. Għalhekk, ir-ristrutturar u l-għeluq ta' uħud mill-impjanti jista' jitqies li huwa ta' għamla sostanzjali u dejjiema.

(297)

Bosta partijiet iddikjaraw li kien hemm sinjali ċari ta' nuqqas ta' dannu. Id-dikjarazzjonijiet huma indirizzati fil-premessi li ġejjin.

(298)

Is-CCCLA ddikjarat li wieħed mill-produtturi tal-Unjoni, 3B Fibreglass, inxtrat fl-2012 mill-grupp Binani u li l-prestazzjoni ġenerali tal-industrija tal-Unjoni kellha tkun tajba għax l-ebda operatur ekonomiku razzjonali ma kien jinvesti f'industrija li ma tkunx qed tirnexxi. Jikkwotaw ukoll ir-Rapport annwali tal-2013 ta' Braj Binani li “l-prestazzjoni ġenerali taż-2 unitajiet tal-manifattura fil-Belġju u n-Norveġja titqies tajba”. Barra minn hekk, is-CCCLA iddikjarat ukoll li l-fatturat taż-żewġ produtturi tal-Unjoni żdied bejn l-2010 u l-PI u li, għaldaqstant, jidher ċar li l-industrija tal-Unjoni ma hija qed iġġarrab ebda dannu.

(299)

L-Indian Binani Group tabilħaqq akkwista lil 3B Fibreglass fl-2012. Madankollu, kienu x'kienu l-motivazzjonijiet kummerċjali individwali tal-Binani Group, il-Kummissjoni tirreferi għas-sejbiet tal-investigazzjoni tagħha li l-industrija tal-Unjoni tilfet sehem mis-suq u profittabilità. Il-kwotazzjoni għandha titqiegħed f'kuntest u meta tinqara sħiħa tgħid hekk: “Il-prestazzjoni globali taż-żewġ (2) unitajiet ta' manifattura fil-Belġju u n-Norveġja hi meqjusa bħala tajba u l-kapaċità kient parzjalment kostretta li tlaħħaq mad-domanda tas-suq. It-tisħiħ tal-produzzjoni biex tilħaql-effiċjenzi normali sar tajjeb. Madankollu r-realizzazzjoni medja kienet pjuttost baxxa minħabba l-importazzjonijiet irħas mill-Asja.”

(300)

Id-dikjarazzjoni li l-industrija tal-Unjoni mhijiex qed iġġarrab dannu għaliex żewġ produtturi tal-Unjoni żiedu l-fatturat bejn l-2010 u l-PI hija qarrieqa u żbaljata. Is-CCCLA bbażat lilha nfisha għal din l-analiżi fuq il-fatturat mogħti f'kg. Madankollu, il-ġbid ta' konklużjonijiet wara qari tal-kwantitajiet ta' bejgħ superjuri biss mhuwiex preċiż peress li ma jiħux f'kunsiderazzjoni l-livell tal-prezz ta' dak il-bejgħ u, għaldaqstant, l-impatt fuq il-profittabilità tal-kumpanija.

(301)

Il-gvern tar-RPĊ ddikjara li peress li hemm membri tal-APFE li qegħdin jinvestu f'żidiet fil-kapaċità fl-Unjoni u barra minnha (eż. ir-RPĊ, ir-Russja, l-Indja u t-Tuneżija), dan huwa sinjal ċar ta' nuqqas ta' dannu.

(302)

Din l-investigazzjoni tad-dannu hija marbuta mal-prestazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Kif deher fit-tabella 4 iktar 'il fuq, l-industrija tal-Unjoni kellha żieda żgħira ta' 1 % fil-kapaċità fl-2011 u mbagħad wara l-kapaċità naqset b'5 punti perċentwali lejn tmiem il-PI.Għaladqstant, ma hemm ebda żieda fil-kapaċità fl-Unjoni. Madankollu, peress li ħafna mill-produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament huma kumpaniji multinazzjonali, mhijiex xi ħaġa ta' barra minn hawn li dawn il-kumpaniji jinvestu barra l-Unjoni fejn hemm opportunità kummerċjali. L-investiment f'kapaċità żejda barra l-Unjoni jsir biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-swieq emerġenti u bil-prospettiva li jsir profitt. It-twaqqif ta' impjanti f'dawn ir-reġjuni jagħmel sens ukoll fil-kuntest ta' qrubija għal dawk il-konsumaturi. Madankollu, id-deċiżjoni kummerċjali ta' wieħed jiftaħx impjant barra l-Unjoni hija kompletament separata mill-fatt li l-produtturi tal-Unjoni qed iġarrbu dannu. Allegazzjonijiet simili fuq investimenti kbar li sar mill-industrija tal-Unjoni huma indirizzati fis-sezzjoni dwar id-dannu awtoinflitt iktar 'il quddiem.

(303)

Bosta partijiet iddikjaraw li hemm nuqqas ta' dannu peress li ċerti produtturi tal-Unjoni ħabbru li l-prezzijiet tal-prodott simili tagħhom ser jiżdiedu minn Jannar 2014 sabiex jikkumpensaw għaż-żieda ssoktata fl-ispejjeż marbutin mal-materja prima, l-enerġija u t-trasport.

(304)

L-ewwel nett, il-livelli tal-prezzijiet tal-2014 huma marbutin ma' avvenimenti li seħħew wara l-PI. It-tieni, tul l-aħħar snin l-industrija tal-Unjoni kienet qed tassorbi l-parti l-kbira tat-tali żidiet fil-prezz permezz ta' żidiet fil-produttività. Madankollu, jasal punt li fih isir ferm iktar diffiċli li jiġu implimentati żidiet ulterjuri fil-produttività fit-terminu qasir. Peress li fil-PI l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel it-telf u l-assorbiment ta' dawn iż-żidiet fil-prezzijiet ma baqax possibbli, f'ċertu punt isir inevitabbli li t-tali żidiet jingħaddu lill-konsumaturi, f'liema każ jeżisti r-riskju li jkompli jintilef iktar sehem mis-suq. Fuq il-bażi ta' dan li ntqal hawn fuq, id-dikjarazzjonijiet ġew ma ġewx aċċettati.

E.   KAWŻALITÀ

1.   Introduzzjoni

(305)

Skont l-Artikolu 3(6) u l-Artikolu 3(7) tar-Regolament antidumping bażiku u l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 8(7) tar-Regolament antisussidji bażiku, ġie mistħarreġ jekk l-importazzjonijiet li huma s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ ikkaġunawx ħsara lill-industrija tal-Unjoni tant li tista' tiġi kklassifikata bħala materjali.

(306)

Minbarra importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping, ġew analizzati wkoll fatturi magħrufin li fl-istess ħin setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li d-dannu possibbli kkaġunat minn dawn il-fatturi l-oħrajn ma ġiex attrbiwit lill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidju.

1.1.   L-effett tal-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u sussidju

(307)

L-investigazzjonijiet urew li, minkejja l-miżuri tal-antidumping fis-seħħ, l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ żdiedu f'termini ta' volum (32 %) matul il-perjodu kkunsidrat meta l-2009 ittieħdet bħala sena ta' referenza. Dan irriżulta f'żieda fis-sehem mis-suq tar-RPĊ minn 13 % – 18 % fl-2009 għal 15 % – 20 % sa tmiem il-PI.

(308)

Fl-istess ħin, u minkejja ż-żieda fil-konsum, l-industrija tal-Unjoni rat is-sehem mis-suq tagħha jonqos bi tliet punti perċentwali matul il-perjodu kkunsidrat.

(309)

Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidju naqsu bi 8 % bejn l-2010 u l-PI u kienu inqas minn dawk tal-industrija tal-Unjoni matul l-istess perjodu.

(310)

L-industrija tal-Unjoni kienet għadha tagħmel profitt matul l-2010 u l-2011 u bdiet tagħmel it-telf wara, u dan jaħbat bl-eżatt maż-żieda fl-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ. Anki wara li naqqset il-prezz tal-bejgħ tagħha, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha. Dan it-tnaqqis fil-prezz sar a skapitu tal-profittabilità, u dan wassal għal sitwazzjoni ta' telf.

(311)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa konkluż li l-livell tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ flimkien maż-żieda fil-volum, kellhom impatt negattiv konsiderevoli fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni u għaldaqstant kellhom rwol deċiżiv fid-dannu materjali li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(312)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet argumentaw li hemm nuqqas ta' analiżi li turi li l-importazzjonijiet Ċiniżi ikkawżaw id-dipressjoni tal-prezzijiet mill-industrija tal-Unjoni u l-ħsara mġarrba u li l-Kummissjoni sempliċiment tistrieħ fuq il-koinċidenza fiż-żmien fl-analiżi tagħha. Dawn il-partijiet jirreferu għar-rapport tal-bord China X-Ray Equipment: “Il-Bord jirrikonixxi li korrelazzjoni ġenerali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u ħsara lill-industrija domestika jistgħu jappoġġjaw sejba ta' kawżalità. Madankollu, tali analiżi ta' koinċidenza mhix dispożittiv tal-kawżalità in kwistjoni; Il-kawżalità u l-korrelazzjoni huma żewġ kunċetti distinti. Fiċ-ċirkustanzi ta' dan il-każ, […], il-kawżalità in kwistjoni ma tiġix riżolta permezz ta' tali kostatazzjoni ġenerali ta' koinċidenza”  (40).

(313)

Madankollu, il-konklużjonijiet huma bbażati fuq analiżi ta' lista estensiva ta' indikaturi. Kif stabbilit hawn fuq fit-Taqsima D, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u importazzjonijiet sussidjati kien jinkludi evalwazzjoni tal-fatti ekonomiċi rilevanti kollha u l-indiċi li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni. Ħafna indikaturi ġibdu l-attenzjoni lejn sitwazzjoni ta' ħsara. F'sitwazzjoni bħal din l-unika raġuni għall-industrija tal-Unjoni biex tbaxxi l-prezzijiet hija biex iżżomm is-sehem mis-suq, jew għall-inqas ma titlifx aktar sehem mis-suq, meta tiffaċċja kompetizzjoni fuq il-prezz. Wara l-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżid il-prezzijiet tagħha fl-2011, iżda fis-snin ta' wara kellha tbaxxi l-prezzijiet tagħha billi l-ispiża tal-produzzjoni ma naqsitx. Kif spjegat aktar fil-premessi (320) — (335) hawn taħt, l-esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu saru bi prezzijiet għolja matul il-perijodu kollu kkunsidrat, u s-sehem mis-suq ta' pajjiż trerz baqa' pjuttost stabbli u saħansitra niżel sa mill-2011. Għalhekk l-industrija tal-Unjoni ma baxxietx il-prezzijiet tagħha minħabba l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, iżda minħabba r-rata baxxa ta' importazzjonijiet iddampjati u sussidjati mir-RPĊ. Sa mill-2011, kienu biss l-importazzjonijiet mir-RPĊ li żdiedu b'mod sinifikanti, kienu biss l-importazzjonijiet mir-RPĊ ħadu sehem mis-suq mill-industrija tal-Unjoni, u kienu biss il-prezzijiet tal-importazzjoni mir-RPĊ li naqsu. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-dipressjoni tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni u l-ħsara li sofriet kienu ikkawżati miż-żieda fl-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati mir-RPĊ. Fatturi oħra li jistgħu jiksru din ir-rabta kawżali huma analizzati hawn taħt.

(314)

Is-CCCLA u l-gvern tar-RPĊ iddikjaraw li hemm nuqqas ta' dipressjoni fil-prezz jew trażżin tal-prezz bħala “it-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni mhuwiex sinifikanti peress li laħaq biss quċċata ta' 2 % matul il-perjodu kkunsidrat”. Diversi partijiet sostnew ukoll li t-tnaqqis ta' 1 % fil-bejgħ tal-Unjoni, żieda ta' 2 % fis-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ u tnaqqis ta' 3 % fis-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni ma jiġġustifikawx il-miżuri drastiċi proposti.

(315)

Il-Kummissjoni ttenni kif imsemmi hawn fuq li wara d-dazji proviżorji ta' Settembru tal-2010, l-industrija tal-Unjoni kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tagħha fl-2011. Madankollu, mill-2011 il-prezzijiet ta' bejgħ ta' unità naqsu b'10 %. Għalhekk, huwa ċar li hemm tnaqqis sinjifikanti fil-prezzijiet tal-bejgħ. Għalkemm hemm miżuri anti-dumping fis-seħħ, l-industrija tal-Unjoni kompliet issofri minn tnaqqis fil-volum tal-bejgħ, tal-prezz u sehem mis-suq, billi fl-istess ħin li l-importazzjonijiet Ċiniżi żiedu l-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom sa livell kunsiderevolement ogħla minn dak il-perjodu tal-investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali. Normalment, ladarba jiġu imposti l-miżuri, l-industrija tal-Unjoni hija mistennija li tirkupra mill-effetti tad-dumping jew tas-sussidjar preċedenti. Dan żgur li ma kienx il-każ. Wara xi sinjali ta' rkupru immedjatament wara l-impożizzjoni ta' miżuri, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni marret għall-agħar matul il-perjodu kkunsidrat.

(316)

Importatur wieħed mhux relatat qal li ma kienx meħtieġ għall-produtturi tal-Unjoni biex tnaqqas il-prezzijiet sal-punt li jkunu magħmula, peress li s-suq tal-Unjoni kienet aktar domanda milli ta' provvista. Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li t-tnaqqis tal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni kif ukoll it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi ma jistgħux jitqiesu b'mod iżolat minn żviluppi fil-prezz globali tal-prodott ikkonċernat u huma skont l-andament normali tas-suq. Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ allega li l-Kummissjoni ma vverifikatx jekk is-suq jippermettix żidiet fil-prezzijiet fl-2011 (wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-investigazzjoni preċedenti) meta wieħed iqis il-kuntest globali u jekk iva, sa liema punt. Barra minn hekk, il-Kummissjoni irrifjutat b'mod żbaljat li taċċetta evidenza pprovduta dwar iż-żidiet fil-prezz wara l-PI mill-produtturi tal-Unjoni u huma b'dan jirreferu għall-każijiet tal-Ħġieġ solari u tal-Magni personali tal-fax. (41)

(317)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dikjarazzjoni li d-domanda qabżet il-provvista ma kinetx sostanzjata. It-telf fis-sehem mis-suq u ż-żieda fil-livelli tal-istokkijiet ma jindikawx li d-domanda kienet ogħla mill-provvista, anzi pjuttost bil-kontra. Dwar l-affermazzjoni tal-Gvern tar-RPĊ, l-iżviluppi fil-prezzijiet meqjusa huma relatati mal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni u mhux fuq livell globali. Fis-suq tal-Unjoni, il-kompetizzjoni bejn il-prodotti simili u l-prodott kkonċernat hija fil-livell tal-prezz. Kif muri hawn fuq, it-tnaqqis fil-prezz ma jistax jiġi attribwit għal fatturi oħra minn din il-kompetizzjoni fil-prezzijiet (minħabba l-ispejjeż pjuttost stabbli ta' produzzjoni u ta' konsum tal-Unjoni). Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ ma pprovdiex informazzjoni ulterjuri dwar l-iżviluppi fil-prezzijiet globali. Għaldaqstant, instab li din id-dikjarazzjoni ma kinetx sostanzjata. Rigward id-dikjarazzjoni dwar iż-żidiet fil-prezz wara l-PI, l-avvenimenti ta' wara l-PI jmorru lil hinn mill-ambitu ta' din l-investigazzjoni. Fi kwalunkwe każ, ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza sostanzjali ta' żidiet effettivi fil-prezzijiet li kienu jimmaterjalizzaw wara l-PI. Għalhekk, din id-dikjarazzjoni mhix qed tiġi aċċettata.

(318)

Barra minn hekk, is-CCCLA sostniet li t-tnaqqis tal-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi bi 8 % kif imsemmi fil-premessa (226) kellu jqis il-prezzijiet aġġustati għad-dazju doganali u l-immaniġġar, id-dazju anti-dumping, il-marġini tal-profitt għall-importaturi u l-ispejjeż tal-SG&A sostnuti mill-importaturi. Dawk il-prezzijiet aġġustati mbagħad għandhom jiġu fuq livelli komparabbli mal-prezzijiet tal-bejgħ tal-Unjoni, kif iddikjarat fit-Tabella 7, u għalhekk ma setax kellhom rwol deċiżiv fil-ħsara materjali mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(319)

Għall-analiżi tal-indikaturi il-valur CIF tal-bejgħ tal-produtturi esportaturi tat-tabella 3 qed jitqabbel mal-prezz tal-fabbrika tal-produtturi tal-Unjoni tat-tabella 7. Dan il-metodu huwa preċiż għall-analiżi tat-tendenzi. Għall-kalkoli tat-twaqqigħ fil-prezz u l-marġini tal-ħsara, il-prezzijiet aġġustati ntużaw fil-fatt kif spjegat fil-premessa (231) hawn fuq. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tenfasizza li t-twaqqigħ tal-prezzijiet huwa biss indikatur wieħed biex jiġi analizzat, iżda li l-indikaturi kollha ta' ħsara għandhom jittieħdu flimkien għall-analiżi. Għalhekk, it-talba mhijiex aċċettata.

1.2.   Effetti ta' fatturi oħrajn

1.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn

(320)

Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-prezzijiet ta' unità medji u s-sehem mis-suq matul il-perjodu kkunsidrat jintwerew fit-tabella ta' hawn taħt.

Tabella 12

Volum ta' importazzjonijiet (tunnellati metriċi), prezzijiet ta' unità medji (EUR/tunnellata)

 

 

2010

2011

2012

PI

Total ta' pajjiżi terzi

Volumi (tunnellati)

128 378

182 601

183 446

174 553

Indiċi (2010 = 100)

100

142

143

136

Sehem mis-suq

14 % - 19 %

22 % - 27 %

21 % - 26 %

20 % - 25 %

Il-Malasja

Volumi (tunnellati)

37 919

70 847

60 931

60 841

Prezz medju/tunnellata (EUR)

980

1 029

998

958

Sehem mis-suq

2 % - 7 %

7 % - 12 %

5 % - 10 %

5 % - 10 %

In-Norveġja

Volumi (tunnellati)

25 204

30 496

33 277

30 781

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 167

1 044

1 006

944

Sehem mis-suq

0 % - 5 %

1 % - 6 %

1 % - 6 %

1 % - 6 %

It-Turkija

Volumi (tunnellati)

18 430

20 017

23 235

19 233

Prezz medju/tunnellata (EUR)

1 199

1 231

1 064

1 067

Sehem mis-suq

0 % - 5 %

0 % - 5 %

0 % - 5 %

0 % - 5 %

Sors: Eurostat (COMEXT)

(321)

Minbarra r-RPĊ, il-prodott ikkonċernat huwa importat primarjament mill-Malasja, in-Norveġja u t-Turkija. Hemm xi importazzjonijiet żgħar mill-Messiku, l-Istati Uniti u t-Tajwan ukoll. Is-sehem mis-suq ġenerali tal-pajjiżi terzi kien ikkaratterizzat minn żieda qawwija bejn l-2010 u l-2011. Imbagħad, is-sehem mis-suq naqas fil-PI.

(322)

Il-parti l-kbira tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (bl-eċċezzjoni ta' xi kwantitajiet żgħar mit-Tajwan) kellhom prezzijiet ogħla b'mod sinifikanti mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, il-prezzijiet ġenerali medji tal-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn kienu ogħla mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni jew simili għalihom.

(323)

Il-Malasja kellha l-ikbar sehem mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-Unjoni (40 %). Madankollu, l-importazzjonijiet mill-Malasja kienu limitati għal tip wieħed ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament, jiġifieri trofof imqattgħin. Is-sehem mis-suq tal-Malasja fis-suq tal-Unjoni żdied tul il-perjodu kkunsidrat. Bħala medja, Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet it-trofof imqattgħin mill-Malasja kien ogħla wkoll minn dak mir-RPĊ u kważi daqs dak tal-industrija tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-prezzijiet tal-Malasja ma żammewx il-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni milli jiżdiedu bejn l-2010 u l-2011 meta ġew imposti dazji provviżorji kontra r-RPĊ. Li kieku l-prezzijiet tal-Malasja tassew kienu qed jikkawżaw dannu materjali fuq l-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni ma kinux ikunu jistgħu jżidu l-prezzijiet tagħhom meta ġew imposti dazji antidumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet mir-RPĊ. L-importazzjonijiet mill-Malasja qed jikkompetu mal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni iżda baqgħu fattur stabbli tul il-perjodu kkunsidrat, f'termini ta' prezz, tip ta' prodott u kwantitajiet.

(324)

L-importazzjonijiet min-Norveġja kellhom it-tieni l-ikbar sehem tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-Unjoni. Is-sehem mis-suq tan-Norveġja fis-suq tal-Unjoni baqa' stabbli tul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet medji ta' importazzjoni għal kull tip ta' prodott min-Norveġja kienu ogħla minn dawk tar-RPĊ. Dawn l-importazzjonijiet Norveġiżi huma prinċipalment ftietel magħmula minn kumpanija waħda li tappartjeni għall-istess grupp bħal wieħed mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-produzzjoni kollha Norveġiża tinbiegħ mingħand il-produttur tal-Unjoni. Għalhekk ma nqisux in-Norveġja bħala pajjiż terz kompetitur.

(325)

L-importazzjonijiet mit-Turkija kellhom it-tielet l-ikbar sehem ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi fl-Unjoni. Is-sehem mis-suq tat-Turkija fis-suq tal-Unjoni baqa' stabbli tul il-perjodu kkunsidrat. Bħala medja, il-prezzijiet tal-importazzjoni skont it-tip ta' prodott tal-prodott simili kienu b'mod sinifikanti ogħla minn dawk tar-RPĊ.

(326)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li l-istokkijiet tal-Unjoni żdiedu fl-2011 wara żieda enormi fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, filwaqt li l-imporazzjonijiet mir-RPĊ naqsu fl-istess sena.

(327)

Huwa minnu li bejn l-2010 u l-2011 naqsu l-importazzjonijiet Ċiniżi u żdiedu l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni kienet għadha qed tagħmel profitt tul l-2010 u l-2011 u bdiet tagħmel it-telf wara, u dan ħabat bl-eżatt maż-żieda fl-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ. L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu wara l-2011 u għaldaqstant ma setgħux kienu r-raġuni li għaliha l-industrija tal-Unjoni mbagħad bdiet tagħmel it-telf. Għar-raġunijiet ta' hawn fuq, huwa raġonevoli li jiġi konkluż li filwaqt li sehem mill-importazzjonijiet minn pajjiżi oħrajn jista' jkollu effett negattiv fuq l-industrija tal-Unjoni, dan ma seħħx sal-punt li jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ u d-dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(328)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet argumentaw li t-taħlita ta' prodotti kif użati għall-anqaliżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet (tqabbil tal-prezzijiet bejn il-produtturi Ċiniżi u dawk tal-Unjoni) ma kinetx qed tintuża għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-Gvern tar-RPĊ espliċitament talab id-dettalji dwar it-taħlita tal-prodotti tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi li ma jistgħux joħroġu minn statistika tal-Eurostat.

(329)

Il-Kummissjoni qieset kompletament it-taħlita tal-prodotti għall-analiżi tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi billi qabblet il-prezzijiet ta' pajjiżi terzi għal kull tip ta' prodott mal-prezzijiet korrispondenti tal-Unjoni għal kull tip ta' prodott. Minħabba li għat-tliet pajjiżi terzi hemm produttur wieħed biss, l-ebda djeta speċifika ma tista' tiġi ddivulgata għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità.

(330)

Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara li l-konklużjoni tal-Kummissjoni li parti mill-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi setgħet affetwat is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni iżda ma kisritx kawżali mhijiex oġġettiva, u lanqas ma kienet ibbażata fuq analiżi raġunata.

(331)

It-tliet pajjiżi terzi ewlenin li esportaw il-prodott simili lejn l-Unjoni kienu l-Malażja, in-Norveġja u t-Turkija. Kif diġà ntqal hawn fuq, l-importazzjonijiet Malasjani kienu ffokati fuq tip wieħed ta' prodott b'livelli ta' prezz komparabbli għall-industrija tal-Unjoni. Il-produttur Norveġiż mhux meqjus bħala kompetitur minn pajjiż terz għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mit-Turkija baqa' stabbli u relattivament baxx fil-volum matul il-perjodu kkunsidrat. Id-dikjarazzjoni li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ma kisrux ir-rabta kawżali b'dan mhix qed tiġi aċċettata.

(332)

Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li l-Kummissjoni injorat l-effetti tal-importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Messiku fatt li juri bidliet sinifikanti fil-prezzijiet u l-volumi.

(333)

Minħabba l-volumi limitati ta' importazzjonijiet mit-Tajwan u l-Messiku, dawn l-importazzjonijiet ma setax kisser ir-rabta kawżali.

(334)

Barra minn hekk, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-Kummissjoni injorat fl-analiżi tagħha tal-akkumulazzjoni tal-istokkijiet taċ-Ċina, il-fatt li bejn l-2010 u l-2011, importazzjonijiet minn pajjiżi terzi żdiedu b'aktar minn 40 %.

(335)

L-istatistika (ara l-premessa 224) turi li l-ħana tal-istokkijiet tal-prodotti miċ-Ċina saret fit-tieni u t-tielet kwart tal-2010 (għal konsum qabel tmiem 2010/bidu tal-2011 minħabba l-ħajja limitata tal-prodott fuq l-ixkaffa). Iż-żieda fl-importazzjoni minn pajjiżi terzi ġiet irreġistrata fl-2011, meta l-effett tal-istokkijiet spiċċa u meta l-miżuri kontra l-importazzjonijiet mir-RPĊ daħlu fis-seħħ, li rriżulta li kienu ta' benefiċċju għal produtturi ta' pajjiżi terzi. Għalhekk, din il-dikjarazzjoni mhix qed tiġi aċċettata.

1.2.2.   Kost tal-produzzjoni

(336)

Bosta partijiet iddikjaraw li ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni primarjament dovuta għaż-żieda fil-kostijiet marbutin mal-materja prima, l-enerġija, it-trasport u l-persunal ħalliet impatt negattiv fuq il-profittabilità tal-industrija tal-Unjoni. Parti minnhom identifikat ukoll in-nuqqas tal-konsumaturi milli jirritornaw l-irkiekel bħala fattur importanti għall-kostijiet, bla ma kompliet telabora iktar fuq l-impatt fuq il-kost. Sostnew dawn id-dikjarazzjonijiet billi pprovdew kwotazzjonijiet mingħand il-produtturi tal-Unjoni li jgħidu li tabilħaqq kienu qed jaffaċċjaw żidiet fil-kostijiet.

(337)

Huwa minnu li l-industrija tal-Unjoni affaċċjat żidiet fil-kostijiet tal-materja prima, l-enerġija, it-trasport u l-persunal. Madankollu, kif jidher fit-tabella 8 iktar 'il fuq, il-kost medju tal-produzzjoni għall-industrija tal-Unjoni għal kull tunnellata żdied b'1 % biss bejn l-2010 u l-PI. Dan ifisser li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikkumpensa għal ħafna miż-żidiet fil-kostijiet permezz ta' gwadanji fl-effiċjenza u produttività msaħħa. Għaldaqstant, huwa konkluż li ż-żieda fil-kost tal-produzzjoni ma kkontribwixxietx għad-dannu u, għaldaqstant, ma setgħetx tkisser ir-rabta kawżali.

(338)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet tennew id-dikjarazzjonijiet tagħhom mingħajr ma ressqu argumenti ġodda 'l quddiem.

1.2.3.   Żvilupp tal-konsum

(339)

Kif intqal iktar 'il fuq, il-konsum fl-Unjoni żdied bi 3 % bejn l-2010 u l-PI. Il-konsum huwa mistenni jiżdied iktar minħabba l-applikazzjonijiet ġodda li fihom qed jintuża l-prodott simili, kif ġie ddikjarat kemm mill-industrija tal-Unjoni kif ukoll minn ħafna utenti. Madankollu, l-industrija tal-Unjoni ma rnexxilhiex iżżomm is-sehem mis-suq tagħha u tilfet parti minnu, filwaqt li l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ kienuqed iżidu s-sehem mis-suq tagħhom mill-2011. Għalhekk, il-bidliet fil-konsum fl-Unjoni ma setgħux jikru r-rabta ta' kawżalità bejn il-ħsara u l-importazzjonijiet oġġett ta' dumping u dawk issussidjati mir-RPĊ.

1.2.4.   Kapaċità produttiva u stokkijiet insuffiċjenti fl-Unjoni

(340)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li d-dannu, jekk jeżisti, huwa kkaġunat mill-kapaċità produttiva insuffiċjenti tal-produtturi tal-Unjoni. Il-gvern tar-RPĊ irrefera għal għadd ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji mill-produtturi tal-Unjoni. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2010 ta' 3B Fibreglass jistipulaw li “l-kapaċitajiet ta' produzzjoni limitati tagħhom ma ppermettulhomx ikabbru s-sehem mis-suq” u “ġegħluna nlaħħqu mal-evoluzzjoni tad-domanda tal-konsumaturi tagħna b'livell limitat ta' inventarju”. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' 3B Fibreglass jistipulaw li “s-sinjali ta' rkupru tal-ekonomija fl-2010 ġew ikkonfermati fl-ewwel nofs tal-2011 iżda peress li l-livelli ta' prestazzjoni tal-produzzjoni tal-kumpanija kienu inqas minn dawk mistennijin fl-ewwel trimestru, ma stajniex nibbenefikaw bis-sħiħ mill-irpiljar tal-attività u dan wassal sabiex nillimitaw l-impenji kuntrattwali tagħna fl-2011”. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' Lanxess jistipulaw li “Fl-2011, il-produzzjoni tal-fibra tal-ħġieġ f'Lanxess kienet qed topera b'kapaċità massima” u “Fit-tieni trimestru tal-2012, l-għeluq ippjanat tal-forn 1 ser jieħu kważi 10 ġimgħat u għalhekk il-produzzjoni annwali ser tkun 14 % inqas fl-2012”.

(341)

Huwa minnu li l-livelli tal-istokkijiet tal-2010 kienu baxxi, ara t-tabella 10 iktar 'il fuq. Dan kien ir-riżultat ta' tnaqqis fil-livell ta' produzzjoni fl-2009 meta żżarmaw, ingħalqu b'mod temporanju jew tnaqqsu bosta linji ta' produzzjoni fid-dawl tal-erożjoni tal-prezzijiet u t-telf fis-sehem mis-suq ikkaġunati mill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ (42). Madankollu, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-livelli tal-istokk tagħha b'iktar minn 150 % fl-2011 u baqgħet iżżidhom minn dak iż-żmien. Ir-referenza għad-dikjarazzjonijiet ta' wħud dwar l-inventarji għas-sena 2010 biss mhijiex xierqa, u minflok għandha tiġi analizzata x-xejra għall-perjodu sħiħ ikkonċernat.

(342)

Barra minn hekk, uħud mill-kwotazzjonijiet jirreferu għal-livelli mnaqqsin fil-prestazzjoni tal-produzzjoni bħala riżultat ta' tiswijiet/bini mill-ġdid tal-fran. Kif spjegat fil-premessa (241) iktar 'il fuq, it-tali tiswijiet/bini mill-ġdid huma inerenti għal dan is-settur u huwa normali li jinġema' stokk fid-dawl ta' tiswija/bini mill-ġdid ta' forn biex titkompla l-provvista lil konsumaturi importanti.

(343)

Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni tinvesti f'iktar kapaċità li kieku jkun hemm kundizzjonijiet iktar ekwi li jippermettu lill-industrija tal-Unjoni tagħmel profitt li jiġġustifika u jippermetti li ssir espansjoni tal-kapaċità.

(344)

Il-kapaċità produttiva u l-istokkijiet tal-Unjoni mhumiex meqjusin insuffiċjenti u, għalhekk, ma setgħux jikkontribwixxu għad-dannu u għaldaqstant ma setgħux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

1.2.5.   L-impatt tal-kriżi ekonomika

(345)

Bosta partijiet iddikjaraw li d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni kien ikkaġunat mill-kriżi ekonomika li rriżultat fi tnaqqis qawwi fid-domanda mill-industriji utenti (bħall-industrija awtomobilistika u s-suq tal-enerġija mir-riħ).

(346)

Il-gvern tar-RPĊ kkwota bosta produtturi tal-Unjoni bħal pereżempju 2010 dikjarazzjonijiet finanzjarji of European Owens Corning il-fibreglass SPRL (iktar' il quddiem “EOCF”) fejn jingħad li “Dan it-tnaqqis huwa parzjalment spjegat minħabba dipendenza qawwija ta' din l-attività fuq is-suq tal-enerġija mir-riħ, id-degradazzjoni tagħhom kompliet minħabba d-diffikultà biex l-atturi involuti f'dan is-suq li jiffinanzjaw proġetti ġodda”, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' Lanxess fejn jingħad li “wara d-dħul tal-miżuri antidumping kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi Lanxess kienet kapaċi żżid il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha. Fit-tieni nofs tal-2011, madankollu, ninnutaw tnaqqis ta' 16 % meta mqabbla mal-2010 minħabba t-tendenza ekonomika negattiva” u d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2012 tal-EOCF fejn jingħad li l-fatturat tal-2012 “huwa prinċipalment dovut l-kriżi ekonomika kontinwa li ma tippermettilhomx joperaw b'kapaċità sħiħa”.

(347)

Tabilħaqq, bejn l-2010 u l-2011 jista' jiġi osservat tnaqqis ta' 3 % fil-konsum fl-Unjoni ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Madankollu, sa tmiem il-PI, il-konsum fl-Unjoni reġa' żdied b'6 punti perċentwali.

(348)

Il-kwotazzjoni li waħda mill-kumpaniji kellha tnaqqas il-prezzijiet tagħha b'16 % fit-tieni nofs tal-2011 meta mqabbla mal-2010, tagħti biss kuntest parzjali tas-sitwazzjoni tal-2011. L-investigazzjoni sabet żieda ta' 8 % fil-prezzijiet ta' unità għas-sena sħiħa tal-2011 (meta mqabbla mal-2010).

(349)

Barra minn hekk, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni baqgħet tagħmel il-profitt fl-2010 u l-2011, bdiet tagħmel it-telf wara u dan ħabat maż-żieda fl-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ li waqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

(350)

It-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku bejn l-2010 u l-2011 jista' jitqies li jikkontribwixxi għal tgħarriq tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Madankollu, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku ma jispjegax it-telf li l-industrija tal-Unjoni bdiet tagħmel fl-2012 u l-PI. It-telf ewlieni rriżutla biss wara t-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku f'perjodu li fih il-konsum reġa' beda jiżdied.

(351)

Rigward il-kwotazzjoni ta' Owens Corning fl-2011, ta' min jinnota li l-kwotazzjoni ġejja mill-EOCF li hija l-entità negozjanti ta' Owens Corning għan-negozji tagħhom kollha fl-Ewropa u l-Lvant Nofsani. Minbarra l-prodott simili, matul dak il-perjodu l-EOCF biegħet ukoll prodotti mhux minsuġin, drappijiet, prodotti tas-saqqif (għudiet) u prodotti ta' iżolament, li mhumiex koperti mill-proċedura. Għaldaqstant, din il-kwotazzjoni mhijiex speċifika għall-prodott simili fuq is-suq tal-Unjoni.

(352)

Rigward il-kwotazzjoni ta' Owens Corning fl-2012, din tirreferi b'mod speċifiku għan-negozju tad-drappijiet imwettaq mill-EOCF f'wieħed mill-impjanti tagħha. Peress li d-drappijiet mhumiex parti mill-prodott simili, din il-kwotazzjoni mhijiex relevanti.

(353)

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi ta' hawn fuq, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku seta' affettwa b'mod negattiv l-industrija tal-Unjoni iżda mhux sal-punt li seta' jkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

1.2.6.   Kompetittività tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ

(354)

Ċerti partijiet iddikjaraw li t-teknoloġija skaduta tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mat-teknoloġija moderna applikata mill-produtturi esportaturi Ċiniżi kkaġunat id-dannu, u mhux id-dumping u s-sussidjar tal-prodott ikkonċernat.

(355)

Madankollu, l-investigazzjoni kkonfermat li l-industrija tal-Unjoni għandha proċessi tal-produzzjoni aġġornati wkoll. Għaldaqstant, id-dikjarazzjoni li lil-istat tat-teknoloġija tal-industrija tal-Unjoni tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni hija mhijiex aċċettataa.

1.2.7.   Dannu awtoinflitt

(356)

Bosta partijiet iddikjaraw li d-dannu jista' jkun awtoinflitt peress li (i) il-prezzijiet offruti mill-produtturi tal-Unjoni fl-2014 kienu inqas mill-kwotazzjonijiet li t-tali partijiet irċivew mingħand il-produtturi esportaturi Ċiniżi peress li (ii) l-investimenti li saru mill-applikanti fl-aħħar snin jikkontradixxu d-dannu hekk kif l-investimenti diffiċilment jistgħu jiġu rrikonċiljati ma' nozzjoni ta' industrija li qed iġġarrab dannu u ma wasslux għal sehem mis-suq ikbar għall-industrija tal-Unjoni peress li (iii) l-investimenti li saru mill-applikanti setgħu saru fir-ristrutturar u l-installazzjoni ta' kapaċità addizzjonali għall-produzzjoni tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament “il-ħżiena”, pereżempju prodotti li għalihom hemm domanda iktar limitata, u mhux pereżempju fi trofof imqattgħin li għalihom il-partijiet jiddikjaraw li kien hemm domanda sinifikanti u fil-fatt nuqqas potenzjali ta' provvista fl-Unjoni.

(357)

Rigward l-ewwel dikjarazzjoni fuq il-prezzijiet irħas offruti mill-produtturi tal-Unjoni, ta' min jinnota li din l-allegazzjoni tikkonsisti f'avveniment li seħħ wara l-PI u li l-livelli tal-prezzijiet tal-2014 ma setgħux jiġu kkunsidrati. Barra minn hekk, peress li l-fran jaħdmu 24 siegħa kuljum u li t-tnaqqis tal-produzzjoni jiswa ħafna flus, l-industrija tal-Unjoni għażlet li tipprova żżomm is-sehem mis-suq billi tbiegħ bi prezzijiet orħos u għaldaqstant tibqa' tkopri parti mill-ispejjeż fissi tagħha.

(358)

Fir-rigward tal-investimenti l-kbar li għamlet l-industrija tal-Unjoni fl-aħħar snin, ta' min ifakkar li f'din l-industrija intensiva fl-użu tal-kapital, il-fran iridu jerġgħu jinbnew kull 7 sa 10 snin u l-ispejjeż marbutin mal-bini mill-ġdid ta' forn jistgħu jammontaw għal EUR 8 miljun — EUR 13-il miljun (medda mogħtija għal raġunijiet ta' kunfidenzjalità). Parti mdaqqsa mill-ispejjeż għoljin l-oħrajn tal-investimenti iktar strutturali hija marbuta mal-konsum tal-liga mill-boxxliet u l-bini mill-ġdid konsegwenti tal-boxxliet. Għalhekk, dawn l-investimenti huma inerenti għall-industrija u huma meħtieġa biex tinżamm il-kapaċità attwali. L-investimenti li huma ddedikati lir-R&Ż huma neċessarji wkoll sabiex jibqgħu fis-suq u jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

(359)

Rigward it-tielet dikjarazzjoni dwar investimenti allegatament “żbaljati” għal prodotti oħrajn għajr trofof imqattgħin, ta' min jinnota li (i) l-industrija tal-Unjoni rristrutturat sabiex tkun tista' toffri firxa wiesgħa ta' prodotti. Ma ġiet ipprovduta ebda evidenza li t-tali ristrutturar ma kienx ekonomikament vijabbli, u (ii) il-produzzjoni mwaqqfa tat-trofof imqattgħin li seħħet minħabba r-ristrutturar tul l-aħħar snin ġiet ittrasferita f'impjant tal-produzzjoni ieħor li ġie kkonvertit.

(360)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-produtturi tal-Unjoni kienu qed jaħżnu stokkijiet tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u kkwota d-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' wieħed mill-produtturi tal-Unjoni fejn huwa stipulat li: “L-inventarji tal-merkanzija (€21.4 miljun fil-31 ta' Diċembru 2011) qed jiżdiedu minħabba tnaqqis kummerċjali globali fis-setur tagħna matul it-tieni nofs tas-sena, bl-istokk li jikkonsisti sa 75 % tal-prodotti lesti importati mill-kumpanija tal-grupp […][tagħna] barra l-Ewropa, bil-bqija li primarjament huma materjali u prodotti meħtieġa għall-attività ta' Fabrics”.

(361)

Iż-żieda fil-livelli tal-istokk irrapportat fl-2011 minn dan il-produttur tal-Unjoni hija spjegata minn stokkjar sabiex iforni lil wieħed mill-impjanti mhux fl-UE tiegħu meta dan kellu jerġa' jibni forn fl-2012. Ma kienet issir ebda importazzjoni oħra minn impjanti oħrajn mhux mill-UE li kieku dawk il-prodotti għall-impjant mhux mill-UE setgħu jiġu prodotti fl-Unjoni.

(362)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ talab biex ikun ċar jekk dawn l-importazzjonijiet kinux mir-RPĊ jew minn x'imkien ieħor u kemm kienu l-volumi. Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun ma xtrawx il-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fil-perjodu kkunsidrat.

(363)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li d-dannu jista' jkun awtoinflitt peress li l-produttur tal-Unjoni 3B Fibreglass iddeċieda li jerġa' jibni l-istokk għall-BASF fl-2011 fi żminijiet meta kien hemm produzzjoni nieqsa. B'hekk jikkwota mid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-2011 ta' 3B Fibreglass: “sabiex nerġgħu nibnu l-istokkijiet tagħna għall-BASF u biex nkampaw fit-tiswija tal-forn Nru 2.”.

(364)

Madankollu, fin-negozju hija prattika normali li wieħed jara li jkollu stokk biex ikun jista' jissodisfa obbligi kuntrattwali ma' kontijiet importanti. Barra minn hekk, il-kwotazzjoni tirreferi wkoll għal tiswija ppjanata ta' forn li teħtieġ provvisti tal-istokk biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jiġu jinqdew (u sabiex jiġu ssodisfati l-ftehimiet ta' provvista kuntrattwali ta' 3B lill-konsumaturi tagħha) matul it-tiswija.

(365)

Għaldaqstant, fid-dawl ta' dak stipulat hawn fuq, id-dikjarazzjoni ta' dannu awtoinflitt li tikser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni mhijiex aċċettata.

1.2.8.   Bejgħ minn esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni u rilokazzjonijiet għall-qrubija tas-swieq

(366)

Il-gvern tar-RPĊ jiddikjara li d-dannu allegat, jekk jeżisti, kien ikkaġunat mid-deċiżjoni li jirriloka fil-post tal-industriji tal-utenti. Żied li dan ma jseħħx biss fil-livell tal-Unjoni iżda anki fuq skala globali. Il-gvern tar-RPĊ jiddikjara li l-produttur tal-Unjoni P+D espanda l-attivitajiet tiegħu fir-Russja u l-Indja, il-produttur tal-Unjoni 3B fit-Tuneżija, il-produttur tal-Unjoni PPG fir-RPĊ u l-produttur tal-Unjoni Ahlstrom ħa l-produzzjoni tiegħu mill-Ewropa għar-RPĊ kmieni fl-2011 biex jaqdi aħjar is-swieq tal-enerġija mir-riħ li qed jikbru b'mod partikolari fl-Asja u r-RPĊ.

(367)

Peress li ħafna produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament huma kumpaniji multinazzjonali, mhijiex sorpriża li dawn il-kumpaniji jinvestu wkoll barra l-Unjoni fejn ikun hemm opportunità kummerċjali. L-investiment f'kapaċità żejda barra l-Unjoni jsir biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-swieq emerġenti u bil-prospettiva li jsir profitt. Il-ftuħ ta' impjanti f'dawn ir-reġjuni tabilħaqq joqgħod fil-kuntest ta' qrubija għall-konsumaturi. Madankollu, deċiżjoni dwar jekk jinfetaħx impjant barra l-Unjoni hija kompletament separata mill-fatt li l-produtturi tal-Unjoni qed iġarrbu dannu.

(368)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ tenna l-argument tiegħu li l-investimenti barranin il-kbar ħadu l-produzzjoni, l-impjiegi u l-bejgħ għall-esportazzjoni 'il barra mill-Unjoni u għalhekk ikkawżaw il-ħsara.

(369)

Din it-talba mhijiex sostanzjata. Il-produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament joperaw skont mudell ta' prossimità reġjonali fejn il-konsumaturi huma pprovduti mill-impjant ta' produzzjoni rispettiv tagħhom fir-reġjun. L-indikaturi relatati mal-kapaċità u l-impjiegi ma jurux li saru investimenti potenzjali barranin kbar għad-detriment operazzjonijiet tal-Unjoni.

(370)

Il-Gvern tar-RPĊ iddikjara wkoll li t-tnaqqis tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kellu effetti negattivi serji li ma kinux analizzati mill-Kummissjoni.

(371)

Fl-investigazzjonijiet preżenti, il-piż tal-bejgħ tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni (lil konsumaturi relatati u mhux relatati) kien jammonta għal bejn 11 % u 13 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni (lil konsumaturi relatati u mhux relatati) matul il-perjodu 2010 sa tmiem il-PI. Bl-istess mod, matul l-investigazzjoni orġiniali antidumping dan il-piż kien ivarja bejn l-10 % u l-14 % mill-2006 sa Settembru tal-2009. Peress li l-varjazzjonijiet tal-volumi tal-esportazzjoni mhumiex sinifikanti u skont il-volumi tal-esportazzjoni fl-investigazzjoni anti-dumping preċedenti, l-evoluzzjoni tal-bejgħ tal-esportazzjoni ma kellux effetti negattivi serji kif iddikjarat hawn fuq.

(372)

Għar-raġunijiet stipulati hawn fuq, il-bejgħ minn esportazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni u r-rilokazzjonijiet ma kkontribwixxewx għad-dannu u għaldaqstant ma jistgħux ikissru r-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

1.2.9.   Ir-rata tal-kambju EUR/USD

(373)

Il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-provvisti Ċiniżi jinvolvu riskji marbutin ma' kumplessità loġistika ikbar u ċaqliqiet fir-rati tal-kambju u li għalhekk il-konsumaturi jibqgħu lura milli jesponu ruħhom wisq għat-tali riskji. Utent minnhom iddikjara li l-prezzijiet tal-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament miċ-Ċina jiddependu ħafna mir-rata tal-kambju bejn l-EUR u l-USD. Peress li maż-żmien il-USD iddgħajjef meta mqabbel mal-EUR mis-sena 2000, allegatament dan seta' kisser ir-rabta kawżali.

(374)

Tabilħaqq, kmieni fis-sena 2000, l-EUR kienet iktar dgħajfa meta mqabbla mal-USD mil-lum. Madankollu, ta' min jinnota li r-rata tal-kambju EUR/USD baqgħet kemxejn stabbli tul il-perjodu kkunsidrat. Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun xorta waħda naqset b'mod konsiderevoli minn 3 % għal -4 %. Anki jekk ir-rata tal-kambju EUR/USD tista' titqies li tikkontribwixxi għad-dannu, dan bl-ebda mod ma jista' jċekken l-effetti dannużi tal-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi li kienu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni tul il-perjodu bejn l-2011 u tmiem il-PI.

(375)

Għaldaqstant, ir-rata tal-kambju EUR/USD ma kkontribwixxietx għad-dannu u ma setgħetx tkisser ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u d-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

1.3.   Konklużjonijiet dwar il-kawżazzjoni

(376)

Bħala konklużjoni, l-analiżi ta' hawn fuq uriet li kien hemm żieda fil-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ. Il-pressjoni eżerċitata miż-żieda fl-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji fis-suq tal-Unjoni ma ħallietx lill-industrija tal-Unjoni tistabbilixxi l-prezzijiet ta' bejgħ tagħha skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq u ż-żidiet irreġistrati fil-kostijiet. Anki wara li naqqsu l-prezz tal-bejgħ tagħhom, il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ma rnexxilhomx iżommu s-sehem mis-suq. Dan it-tnaqqis fil-prezz sar b'detriment għall-profittabilità, u dan wassal għal sitwazzjoni ta' telf insostenibbli.

(377)

L-analiżi ta' hawn fuq għamlet distinzjoni u sseparat kif xieraq l-effetti tal-fatturi kollha magħrufin fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping. Fuq il-bażi ta' din l-analiżi, il-konklużjoni hija li l-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji mir-RPĊ ikkaġunaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 3(6) tar-Regolament anti-dumping bażiku u l-Artikolu 8(5) tar-Regolament antisussidji bażiku.

(378)

Il-fatturi magħrufa minbarra l-importazzjonijiet issussidjati u oġġett ta' dumping, ġew evalwati kif jitlob l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 8(6) tar-Regolament bażiku antisussidji. L-ebda wieħed minnhom, analizzati kemm individwalment kif ukoll b'mod kumulattiv, ma nstab li jiksru r-rabta kawżali ta' bejn l-importazzjonijiet sussidjati u l-ħsara mġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(379)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, il-gvern tar-RPĊ iddikjara li l-Kummissjoni kull ma għamlet kien li warrbet l-argumenti tal-partijiet interessati minflok ma eżaminat il-fatturi magħrufa kollha għajr l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping li qegħdin jikkawżaw ħsara lill-industrija tal-Unjoni.

(380)

Il-Kummissjoni studjat l-effett tal-fatturi l-oħrajn li ġejjin: importazzjonijiet minn pajjiżi oħra, l-ispiża tal-produzzjoni, l-iżvilupp tal-konsum, il-kapaċitajiet tal-produzzjoni u l-istokkijiet, il-kriżi ekonomika, il-kompetittività tal-importazzjonijiet mir-RPĊ, il-ħsara awtoinflitta, il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni u r-rilokazzjonijiet, u r-rata tal-kambju EUR/USD. L-investigazzjoni ma żvelatx xi fatturi oħra li possibilment setgħu kisru r-rabta kawżali.

F.   INTERESS TAL-UNJONI

(381)

Skont l-Artikolu 31 tar-Regolament antisussidji bażiku, il-Kummissjoni analizzat jekk, minkejja l-konklużjoni fuq is-sussidjar dannuż, kinux jeżistu raġunijiet validi għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jiġu adottati miżuri f'dan il-każ partikolari. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-bosta interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, l-importaturi u l-utenti.

(382)

Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jaqsmu fehemthom skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament antisussidji bażiku. Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lil 5 importaturi indipendenti u lil 34 utent. Eventwalment, 2 importaturi u 13-il utent issottomettew tweġiba sħiħa għall-kwestjonarju fi ħdan il-limiti ta' żmien stabbiliti. Barra minn hekk, bosta utenti u assoċjazzjonijiet tal-utenti daħlu f'kuntatt matul l-investigazzjoni b'ittri li fihom spjegaw l-oppożizzjoni għal kwalunkwe miżura possibbli f'dan il-każ. Il-gvern tar-RPĊ u l-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina (CCCLA) għamlu anki sottomissjonijiet b'dikjarazzjonijiet kontra kwalunkwe miżura possibbli f'dan il-każ.

(383)

Fl-investigazzjoni antidumping oriġinali, l-impożizzjoni ta' miżuri ma tqisitx li tmur kontra l-interess tal-Unjoni. Peress li r-rieżami interim kien limitat għad-dannu, is-sejbiet tal-interess tal-Unjoni f'dak iż-żmien għadhom validi. Għaldaqstant, l-analiżi ta' hawn taħt tikkonċerna l-investigazzjoni antisussidji.

1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(384)

Il-miżuri tal-antidumping eżistenti ma wasslux għal tnaqqis fl-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ u ma tawx nifs lill-industrija tal-Unjoni. Kif intqal iktar 'il fuq, l-industrija tal-Unjoni baqgħet iġġarrab dannu materjali wara l-erożjoni tal-prezzijiet ikkaġunata mill-importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping mir-RPĊ. In-nuqqas ta' impożizzjoni ta' miżuri aktarx li jwassal għal kontribuzzjoni tax-xejra negattiva tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni. Is-sitwazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun kienet immarkata b'mod partikolari minn tnaqqis fil-profittabilità minn + 3 % fl-2010 għal – 4 % sa tmiem il-PI. Kwalunkwe tnaqqis ulterjuri fil-prestazzjoni finalment iwassal għal tnaqqis fil-linji ta' produzzjoni u l-għeluq ta' iktar siti tal-produzzjoni, u għaldaqstant jipperikola l-impjiegi u l-investimenti fl-Unjoni.

(385)

L-impożizzjoni tal-miżuri ġġib lura l-kompetizzjoni ġusta fis-suq. Ix-xejra negattiva fil-profitabbiltà tal-industrija tal-Unjoni hija l-konsegwenza tad-diffikultà tagħha biex tikkompeti mal-importazzjonijiet issussidjati u bi prezzijiet baxxi li oriġinaw mir-RPĊ. Għaladaqstant, huwa mistenni li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji ttemm l-għafsa fuq il-prezzijiet u t-telf fis-sehem mis-suq u li l-prezz tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni jibda jirkupra, b'tali mod li dan kollu jirriżulta f'titjib tal-profitabilità tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusin neċessarji għal din l-industrija intensiva fl-użu tal-kapital.

(386)

Il-miżuri jkunu qed jagħtu lill-industrija tal-Unjoni l-opportunità li tirkupra mid-dumping dannuż li nstab matul l-investigazzjoni.

(387)

Għalhekk, huwa konkluż li jkun ċar li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji tmur kontra l-interess tal-industrija tal-Unjoni.

(388)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, assoċjazzjoni industrijali waħda iddikjarat li żieda fil-miżuri ma hi se ġġib ebda solliev għall-industrija tal-Unjoni minħabba li l-miżuri oriġinali tal-2011 apparentement ma kellhom ebda effett.

(389)

Il-Kummissjoni ma taċċettax din id-dikjarazzjoni u tirreferi għall-premessi hawn fuq fejn ġie konkluż li jekk ma jiġux imposti aktar miżuri, dan wisq probabbli jwassal għall-issoktar tax-xejra negattiva tal-qagħda finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

2.   L-interess tal-importaturi

(390)

Bħalma ġie indikat hawn fuq, ma ttiħidx kampjun fil-każ tal-importaturi mhux relatati, u żewġ importaturi mhux relatati kkoperaw bis-sħiħ f'din l-investigazzjoni billi ppreżentaw kwestjonarju mwieġeb. L-attivitajiet marbutin mal-prodott ikkonċernat jirrappreżentaw biss sehem żgħir mill-fatturat globali taż-żewġ importaturi (inqas minn 0,5 %). It-tnejn li huma kienu kontra żieda potenzjali fil-miżuri tal-antidumping peress li qiesu li din tista' twassal għal waqfien tal-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ.

(391)

F'daqqa, l-importazzjonijiet iddikjarati minn dawn iż-żewġ importaturi kienu jirrappreżentaw sehem konsiderevoli mill-importazzjonijiet kollha mir-RPĊ tul il-PI u b'hekk tqiesu li huma rappreżentattivi tal-importaturi fl-Unjoni. Ebda importatur ieħor ma kkoopera billi ssottometta tweġiba għall-kwestjonarju jew kummenti sostanzjati. Fuq dik il-bażi, huwa konkluż li, minħabba s-sehem limitat tal-prodott ikkonċernat fl-attività globali tal-importaturi, l-impożizzjoni tal-miżuri mhuwiex ser ikollha effetti negattivi sinifikanti fuq l-interess ġenerali tal-importaturi tal-Unjoni.

3.   Interess tal-utenti

(392)

Il-prodott simili jintuża għal numru kbir ta' applikazzjonijiet bħal applikazzjonijiet tal-industrija awtomobilistika, it-turbini tal-enerġija mir-riħ, marittimi, tat-trasport, ajruspazjali u infrastrutturali. Il-kooperazzjoni nkisbet minn firxa wiesgħa ta' utenti li tqassmu fi gruppi skont is-settur li joperaw fih: manifatturi ta' kompożiti, manifatturi ta' materjali kompożiti, nissieġa tad-drapp multiassjali u manifatturi tat-turbini tar-riħ. Dan ippermetta sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-impatt tal-miżuri miżjudin fuq tipi differenti ta' utenti.

(393)

L-utenti li kkooperaw xtraw madwar 13 % tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ matul il-PI. Skont dan, il-maġġoranza l-kbira tal-prodott ikkonċernat inxtrat minn sorsi oħra bħal pajjiżi terzi u l-industrija tal-Unjoni. Kienu biss ftit minnhom li kienu jixtru l-prodott ikkonċernat esklussivament mir-RPĊ.

(394)

Hemm firxa wiesgħa ta' industriji downstream li jużaw il-prodott simili u jvarjaw fid-daqs ukoll, tant li jvarjaw minn kumpaniji globali sa SMEs. Mill-informazzjoni sottomessa matul l-investigazzjoni, jidher ukoll li l-industrija tal-utenti tal-Unjoni tħaddem numru sinifikanti ta' nies, stmat għal madwar 100 000 ruħ, għad li ma ġiet sottomessa ebda dejta komprensiva u sostanzjata.

3.1.   L-impatti possibbli tal-miżuri fuq il-profittabbiltà tal-utenti

(395)

B'mod ġenerali, fuq il-bażi tat-tweġibiet għall-kwestjonarju, instab li l-industriji tal-utenti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kienu f'qagħda relattivament tajba. Tabilħaqq, ħafna mill-utenti li kkooperaw irrapportaw profitti fuq il-bejgħ tal-prodotti tagħhom li użaw il-prodott ikkonċernat matul il-perjodu kkunsidrat. Filwaqt li kienu biss ftit l-utenti li rrapportaw telf f'din l-attività matul il-PI, il-profitt ta' ħafna oħrajn varja bejn 2 % u 22 %. Għalhekk, anki bil-miżuri attwali, l-industriji tal-utenti kien qed jirnexxilhom jagħmlu profitt.

(396)

Fuq il-bażi tad-dejta riċevuta, saret analiżi tal-impatt tal-utenti għal kull wieħed mill-gruppi tal-utenti.

(397)

L-investigazzjoni sabet li, skont il-karatteristiċi tal-bosta industriji tal-utenti, il-ħila li tingħadda kwalunkwe żieda fid-dazju lill-konsumaturi tagħhom hija differenti u, b'hekk, l-impatt ta' żieda fid-dazju fuq il-marġni tal-profitt ser ikun differenti għal kull industrija tal-utenti.

(398)

Fi ftit kliem, l-impożizzjoni tal-miżuri mħalltin f'daqqa tirriżulta fi tnaqqis tal-profitt tal-utenti b'inqas minn punt perċentwali għall-maġġoranza assoluta tal-industriji tal-utenti, ħlief l-industrija tan-nissieġa multiassjali. Għal din tal-aħħar, is-sehem tal-prodott ikkonċernat mill-ispejjeż tal-produzzjoni huwa ogħla minn dak għall-industirji l-oħrajn ikkunsidrati tal-utenti. B'hekk, dawn l-utenti partikolari ser ikunu affettwati iktar meta mqabblin mal-utenti l-oħrajn ivvalutati.

(399)

Fuq il-bażi tal-analiżi ta' hawn fuq, huwa ferm probabbli li l-utenti fl-industriji tal-kompostar, il-kompożiti u t-turbini tar-riħ jistgħu jassorbu parti jew it-total taż-żieda fil-kostijiet. Barra minn hekk, jaf ikunu jistgħu jgħaddu parti mill-kostijiet miżjudin lill-konsumaturi tagħhom. F'dan ir-rigward, utent attiv ewlieni tal-manifattura tat-turbini tar-riħ ikkummenta li aċċetta l-konklużjonijiet tal-investigazzjoni u li se jassorbi d-dazji.

(400)

Dan l-impatt limitat ġenerali fuq il-profittabilità jfisser ukoll li l-impjiegi fil-livell tal-industrija tal-utenti mhumiex ipperikolati minħabba ż-żieda proposta fid-dazji sal-punt allegat minn bosta utenti.

(401)

Xorta waħda, kwalunkwe effett negattiv potenzjali jiġi mmitigat mill-aċċess issoktat tal-utenti għal importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. L-impożizzjoni tal-miżuri ma tipprekludix lill-utenti milli jsibu sorsi mingħand fornituri differenti.

(402)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi utenti sostnew li l-argumenti tal-utenti ma ġewx aċċettati fuq il-bażi ta' rapporti kwalitattivi biss. Huma sostnew ukoll li t-tnaqqis tal-marġini ta' profitt tagħhom huwa ħafna ogħla minn punt perċentwali kif iddikjarat fil-premessa (398) hawn fuq, speċjalment meta meqjusa fuq bażi ta' prodotti individwali.

(403)

Dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex qed jiġu aċċettati għar-raġunijiet li ġejjin. Fuq il-bażi tad-dejta mogħtija mill-utenti, il-Kummissjoni wettqet kalkoli dettaljati li jivvalutaw l-impatt kwantitattiv ta' żieda fil-miżuri fuq il-profitabbiltà tal-utent. L-industriji li jużaw il-prodott ikkonċernat huma eteroġenji u juru ħafna differenzi f'termini ta' daqs (li jvarjaw minn SMEs għal intrapriżi multinazzjonali), id-dipendenza tagħhom fuq il-prodott ikkonċernat u l-applikazzjonijiet tal-prodott finali tagħhom u l-bażi tagħhom ta' konsumaturib (minn kumpaniji żgħar għal kbar, bejgħ fl-Unjoni meta mqabbla ma' bejgħ għall-esportazzjoni). Kif diġà ġie spjegat fil-premessa (398) hawn fuq, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li xi segmenti tal-utenti ser ikunu aktar affettwati minn oħrajn. Fuq il-bażi ta' dejta provduta mill-utenti li kkoperaw, is-sehem tal-prodott ikkonċernat li kien użat, mixtri mir-RPĊ, kien pjuttost limitat (inqas minn 13 % — ara l-premessa (393)). Barra minn hekk, is-sehem tal-prodott ikkonċernat mir-RPĊ fl-ispiża totali tal-produzzjoni bħala medja kien ukoll limitat, jiġifieri inqas minn 4 %. Din tal-aħħar hi b'mod sinifikanti l-ogħla nisġa pluriassjali eżaminata. L-impatt taż-żieda fid-dazji kien ikkalkulat skont is-suppożizzjonijiet li volum simili ta' fibra tal-ħġieġ se jinxtara mir-RPĊ kif irrappurtat fil-PI, u li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi jkunu soġġetti għal dazji ta' xi 30 %, għalkemm il-maġġoranza l-kbira tal-produtturi esportaturi Ċiniżi se jkunu soġġett għal dazji aktar baxxi. Skont dawn is-suppożizzjonijiet, il-kalkoli wrew li, fil-medja, għall-utenti kollha li kkooperaw, l-impatt ta' żieda fil-prezz tal-prodott ikkonċernat li joriġina mir-RPĊ fuq il-profitabilità ser ikun inqas minn punt perċentwali kif imsemmi hawn fuq.

3.2.   Nuqqas ta' interkambjabbiltà

(404)

Bosta utenti ddikjaraw li ħafna mill-prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament meħtieġa mill-industrija tal-utenti ma setgħux jinxtraw minn fuq l-ixkaffa. Minflok, jeħtieġ li l-fornituri jgħaddu minn proċess ta' kwalifikazzjoni fit-tul u kkumplikat, li jista' jdum bejn sitt (6) xhur u 12-il xahar, mingħajr garanzija ta' suċċess. Għaldaqstant, bidla tal-fornitur sabiex jevitaw milli jħallsu dazji tiswa ħafna flus, u hija impossibbli fit-terminu qasir u riskjuża minn perspettiva teknoloġika.

(405)

F'dan ir-rigward, huwa rikonoxxut li, f'applikazzjonijiet partikolari, il-karatteristiċi tal-prodott ikkonċernat tabilħaqq jistgħu jirriżultaw fi proċess ta' kwalifika twil li jinkludi l-ittestjar. Madankollu, anki fid-dawl tal-kummenti riċevuti minn bosta utenti, bħalissa jeżistu diversi sorsi għall-biċċa l-kbira tal-każijiet. Barra minn hekk, l-investigazzjoni sabet li normalment l-utenti jkollhom bosta għażliet għall-provvista bħala pożizzjoni ta' riżerva u spiss ikunu kkwalifikaw il-prodott ta' bosta fornituri sabiex ma jkunux jiddependu fuq fornitur wieħed biss. Ta' min ifakkar ukoll li l-miżuri ma għandhomx l-għan li jċaħħdu l-aċċess għas-suq tal-Unjoni lil ċerti fornituri — peress li kwalunkwe miżura proposta għandha l-uniku għan li ġġib lura l-kummerċ ġust u tikkoreġi sitwazzjoni ta' distorsjoni tas-suq.

(406)

Għaldaqstant, mhuwiex probabbli li l-impożizzjoni ta' miżuri fuq il-prodott ikkonċernat mir-RPĊ ser tirriżulta f'waqfien temporanju tal-provvista tal-materja prima lill-industrija tal-utenti.

3.3.   Nuqqas ta' possibbiltà li jingħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet tal-kostijiet u kompetizzjoni ikbar minn prodotti downstream mhux mill-Unjoni

(407)

Bosta utenti ddikjaraw li qed jaffaċċjaw kompetizzjoni ħarxa minn produtturi mhux mill-Unjoni u, għaldaqstant, ma jkunux f'pożizzjoni li jgħaddu ż-żidiet fil-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat lill-konsumaturi tagħhom peress li dan iwassal għal telf fil-bejgħ. Minħabba d-diversità bejn il-kumpaniji tal-utenti, il-ħila li jingħaddu żidiet potenzjali fil-kostijiet lill-konsumaturi ser tvarja minn tip ta' utent għal ieħor. Minkejja dan, fuq il-bażi tad-dejta fit-tweġibiet għall-kwestjonarju, għal utenti li mhumiex f'pożizzjoni li jgħaddu ħafna miż-żieda tal-kostijiet, fil-parti l-kbira tal-każijiet, il-fatturat u l-profittabilità tagħhom ikunu affettwati biss sa ċertu punt limitat.

(408)

Bosta utenti esprimew it-tħassib li l-impożizzjoni tad-dazji antisussidji toħloq żvantaġġ kompetittiv lil fornituri mhux mill-Unjoni li għandhom aċċess għall-prodott ikkonċernat bla miżuri. L-utenti jiddikjaraw li huma f'kompetizzjoni ma' importazzjonijiet mir-RPĊ fis-swieq downstream tagħhom. L-impożizzjoni tal-miżuri f'daqqa tkompli tgħarraq is-sitwazzjoni kompetittiva. Fid-dawl ta' dawn iċ-ċirkustanzi, ġie argumentat li ma jkunx possibbli li żieda fil-prezz tal-materja prima tagħhom tingħadda lill-konsumaturi. Ġie argumentat ukoll li dan iwassal għar-rilokazzjoni tal-produzzjoni barra l-Unjoni u b'hekk ikun hemm telf importanti ta' impjiegi.

(409)

Ta' min jinnota li l-fatt li l-impożizzjoni ta' miżuri kompensatorji tista' żżid il-kompetizzjoni ma jistax ikun raġuni biex ma jiġux imposti miżuri, jekk iġġustifikati. Dawn l-investigazzjonijiet jikkonċernaw prodott speċifiku. Kwalunkwe industrija tal-utenti hija kompletament intitolata li tirrikorri għal-liġi tal-Unjoni dwar in-negozju u titlob investigazzjoni antidumping għall-prodotti tagħha. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet dwar il-postijiet korporattivi jiddependu fuq numru kbir ta' fatturi. Mhuwiex probabbli li deċiżjoni ta' rilokazzjoni tiddependi biss fuq dazji ta' materja prima waħda.

(410)

Bosta partijiet iddikjaraw li l-produtturi tal-Unjoni huma kumpaniji globali ta' proprjetà barranija u li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji imħallta huma, madankollu, żgħar jew medji u ta' propjetà lokali. Dawn l-SMEs iddikjaraw li d-dazji se jwasslu għal aktar telf ta' impjiegi. Is-CCCLA iddikjarat li se jseħħ telf ta' impjiegi fl-Unjoni meta l-utenti jirrilokaw minħabba żieda fid-dazji. Barra minn hekk, utent wieħed stqarr ukoll li kull rilokazzjoni mill-utenti se twassal ukoll għal inqas tal-bejgħ għall-industrija tal-Unjoni.

(411)

Il-Kummissjoni tikkunsidra ugwalment l-impjiegi kollha fl-Unjoni, irrispettivament mis-sjieda u d-daqs tal-kumpanija. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tirreferi wkoll għall-premessi (400) u (403). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis it-talbiet dwar ir-rilokazzjoni, it-telf potenzjali ta' impjiegi, u ta' bejgħ aktar baxx għall-industrija tal-Unjoni bħala spekulattivi u mhux sostanzjati.

(412)

Diversi partijiet iddikjaraw li l-prodotti huma attwalment manifatturati fl-Unjoni għas-suq dinji f'kompetizzjoni ma' pajjiżi terzi. Utent wieħed stqarr li jista' jimporta l-prodott ikkonċernat taħt kontroll ta' pproċessar attiv mingħajr ma jħallas dazji tal-anti-dumping sakemm il-prodott lest li jimmanifattura imbagħad jiġi esportat barra mill-Unjoni. Madankollu, ir-riżultat ta' dan ikun li dan l-utent jista' joffri lill-konsumaturi tiegħu mhux tal-Unjoni prezzijiet aktar kompetittivi minn konsumaturi tiegħu tal-Unjoni.

(413)

Tabilħaqq, l-utenti jistagħu jagħmlu użu mill-prodott ikkonċernat taħt kontroll ta' pproċessar attiv mingħajr ma jħallas dazji tal-anti-dumping sakemm il-prodott lest li jimmanifattura imbagħad jiġi esportat barra mill-Unjoni. Dan madankollu ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni f'din l-investigazzjoni.

3.4.   Nuqqas ta' provvista

(414)

Utent minnhom iddikjara li l-industrija tal-Unjoni mhijiex f'pożizzjoni li tissodisfa bis-sħiħ id-domanda fl-Unjoni b'mod partikolari fir-rigward ta' ċerti tipi ta' ordnijiet kbar ta' prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament imfassla apposta. Barra minn hekk, dak l-utent jiddikjara li wisq probabbli minħabba l-kapaċitajiet limitati tal-produzzjoni tal-Unjoni, ebda produttur tal-Unjoni ma huwa ser ikun lest li jiddedika parti kbira mill-kapaċità tiegħu sabiex jaqdi lil konsumatur wieħed. Utent ieħor iddikjara li ma hemm ebda provvista eċċessiva ta' trofof imqattgħin u li l-esklużjoni tar-RPĊ mis-suq tal-Unjoni, speċjalment fid-dawl ta' żieda fid-domanda, twassal għal problemi kbar fil-provvista fis-suq tal-Unjoni. Il-gvern tar-RPĊ jikkwota lill-produttur tal-Unjoni 3B li ma ġiet installata ebda kapaċità ta' tidwib ġdida fl-industrija mill-2002 'l hawn u li sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tas-suq, b'mod partikolari fl-Ewropa, hemm bżonn ta' kapaċità addizzjonali ta' produzzjoni ta' 200 000 tunnellata.

(415)

F'dan ir-rigward, l-ewwel ta' min jinnota li l-iskop tal-miżuri kompensatorji huwa li jirrimedjaw prattiki kummerċjali inġusti li għandhom effett dannuż fuq l-industrija tal-Unjoni u terġa' tiġi stabbilita sitwazzjoni ta' kompetizzjoni effettiva fis-suq tal-Unjoni, u mhux li jiġu eliminati l-importazzjonijiet. Il-miżuri hekk kif proposti mhumiex tali li jagħlqu s-suq tal-Unjoni għall-produtturi esportaturi mir-RPĊ, anki bi prezzijiet mhux dannużi u, għaldaqstant, jippermettu l-preżenza kontinwa tal-importazzjonijiet ta' trofof imqattgħin, kif ukoll prodotti oħrajn tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament mir-RPĊ fis-suq tal-Unjoni.

(416)

Fir-rigward tal-ħila tal-industrija tal-Unjoni sabiex tikkumpensa għal kwalunkwe nuqqas potenzjali ta' trofof imqattgħin, il-livell attwali ta' użu tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni jagħti lok għal xi produzzjoni addizzjonali mill-industrija tal-Unjoni.

(417)

trofof imqattgħin, bħal kwalunkwe tip ieħor ta' prodott tal-prodott ikkonċernat, jista' jiġi importat fl-Unjoni minn pajjiżi terzi bħall-Malasja wkoll.

(418)

Barra minn hekk, produtturi tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament miċ-Ċina bdew jiftħu impjanti eqreb lejn l-Unjoni (l-Eġittu u l-Baħrejn) bħala bażi għal provvista għas-suq tal-Unjoni.

(419)

Fir-rigward ta' dan li ntqal hawn fuq, jista' jiġi konkluż li nuqqas potenzjali fil-provvista ta' trofof imqattgħin jista' jiġi indirizzat bl-użu estiż tal-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni, importazzjonijiet minn pajjiżi sors oħrajn kif ukoll billi jitkomplew l-importazzjonijiet mir-RPĊ bi prezz mhux dannuż.

(420)

Fuq il-bażi tas-sezzjonijiet ta' hawn fuq huwa konkluż li l-effett ġenerali tal-impożizzjoni tal-miżuri f'daqqa fuq l-industriji downstream tal-Unjoni huwa limitat u ma jegħlibx l-effett pożittiv tal-miżuri għall-industrija tal-Unjoni.

(421)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, assoċjazzjoni tal-industrija ddikjarat li huwa diffiċli li wieħed jifhem li l-produtturi tal-Unjoni għandhom kapaċità wieqfa meta teżisti skarsezza ta' fibra tal-ħġieġ b'żidiet fil-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni. Bosta partijiet tennew id-dikjarazzjoniet tagħhom li jimponu miżuri ulterjuri se jwasslu għal skarsezza ta' provvista minn produtturi tal-Unjoni.

(422)

Għall-perjodu kkunsidrat, l-investigazzjoni ma żvelat l-ebda skarsezza fil-provvista. Fir-rigward tal-iskarsezza potenzjali fil-provvista futura, il-Kummissjoni tikkunsidra li żieda fid-dazji ma twaqqafx l-importazzjonijiet fl-Unjoni mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi kif stabbilit hawn fuq.

4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(423)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, huwa mistenni li l-impożizzjoni tal-miżuri f'daqqa tipprovdi opportunità għall-industrija tal-Unjoni sabiex din ittejjeb is-sitwazzjoni tagħha permezz ta' żieda fil-prezzijiet ta' bejgħu u s-sehem mis-suq. Filwaqt li uħud mill-effetti negattivi jistgħu jseħħu fil-forma ta' żidiet fil-kostijiet għal ċerti utenti, aktarx li jkunu kkumpensati mill-benefiċċji mistennija għall-industrija tal-Unjoni u l-fornituri tagħha.

(424)

Għaldaqstant, huwa konkluż li, bħala bilanċ, ma teżisti ebda raġuni mmotivata kontra l-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġinaw mir-RPĊ.

(425)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, diversi partijiet argumentaw li l-konsegwenzi tal-miżuri proposti huma sottovalutati. Huma jiddikjaraw li l-Kummissjoni tagħti aktar widen għad-dikjarazzjonijiet ta' grupp żgħir tal-fibra tal-ħġieġ milli ta' reżistenza minn grupp ħafna akbar, imma frammentat ta' sottofornituri żgħar u medji li ma kellhomx opportunità vera li jirrispondu bl-istess saħħa.

(426)

Dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex aċċettati għaliex l-utenti ingħataw bosta opportunitajiet biex jippreżentaw ruħhom matul l-investigazzjoni. Ħafna minnhom għamlu dan, u d-dejta tagħhom ġiet eżaminata fid-dettall u meqjusa. Ingħatat importanza lill-partijiet interessati kollha matul l-investigazzjoni.

G.   MIŻURI TAL-ANTIDUMPING U KOMPENSATORJI DEFINITTIVI

(427)

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar is-sussidju, id-dannu, il-kawża u l-interess tal-Unjoni, għandhom jiġu imposti miżuri definittivi sabiex jiġi evitat milli jiġi kkaġunat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping u ta' sussidji.

1.   Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

(428)

Biex jinstab il-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni l-ewwel stabbilixxiet l-ammont tad-dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(429)

Id-dannu jiġi eliminat jekk l-industrija tal-Unjoni tkun kapaċi tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha u tagħmel profitt qabel it-taxxa fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Unjoni li jista' jinkiseb b'mod raġonevoli f'kundizzjonijiet normali ta' kompetizzjoni minn industrija ta' dan it-tip fis-settur, jiġifieri fin-nuqqas ta' importazzjonijiet li jkunu s-suġġett ta' dumping. Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, intuża profitt mira ta' 5 %.

(430)

L-APFE talbet profitt mira ta' 10 %-12 %. L-APFE ddikjarat li l-profitt mira għall-analiżi għandu jqis il-ħtieġa għal industrija intensiva fl-użu tal-kapital li tinkiseb redditu sodisfaċenti fuq il-kapital imħaddem kif mistenni mill-investituri. L-APFE tirreferi wkoll għal rapport ta' Stern Business School tal-Università ta' New York li fih huma kalkolati l-ispejjeż medji ponderati tal-kapital (WACC), billi jingħaqdu l-kost tal-ekwità u l-kost tad-dejn għal bosta setturi industrijali (43). Ir-rapport ta' Stern jikkalkola d-WACC medji għall-industrija tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament għal bejn 8,3 % u 8,4 %. Barra minn hekk, l-APFE tirreferi għall-profitt ta' 8.3 % użat fil-każ tal-pannelli solari miċ-Ċina (44). Jiddikjaraw ukoll li minħabba li l-kostijiet tal-ekwità u tad-dejn huma kemxejn ogħla fl-Unjoni meta mqabblin mal-Istati Uniti, il-medda tar-rata għall-Unjoni għandha tkun ftit ogħla, fil-medda ta' 10 % sa 12 %.

(431)

Il-profitt proprju li sar matul il-perjodu kkunsidrat ma jistax jintuża peress li kien għad hemm volumi importanti ta' importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping ġejjin mir-RPĊ minkejja d-dazji attwali fis-seħħ.

(432)

Fil-każ tal-ħġieġ solari mir-RPĊ, intuża profitt mira ta' 8,3 % peress li dan kien il-profitt medju miksub mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fl-2010 meta l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat kienu għadhom żgħar u għaldaqstant ma setgħux joħolqu distorsjoni fil-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni sa dak iż-żmien (jiġifieri profitt li kien għadu mhux affettwat minn importazzjonijiet li kienu s-suġġett ta' dumping).

(433)

Filwaqt li ma hemmx dubju li l-industrija tal-Unjoni hija industrija ferm intensiva fl-użu tal-kapital, l-APFE ma rnexxilhiex turi li l-profitt mira bbażat fuq id-WACC tar-Rapport ta' Stern jissodisfa t-test applikabbli. Għaldaqstant id-dikjarazzjoni ma ġietx aċċettata.

(434)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, l-APFE argumentat li s-sejbiet dwar il-profitt fil-mira għandu jiġi rivedut minħabba li l-industrija tal-Unjoni hija kapaċi tilħaq livelli ta' profitt ogħla minn 5 % fir-rigward ta' tipi ta' prodotti, trofof imqattgħin ta' użu fuq l-imxarrab (WUCS) għal materjali mhux minsuġin u WUCS għall-ġibs, fejn jistgħu jikkompetu b'mod ġust ma' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u ma jiffaċċjawx twaqqigħ aggressiv tal-prezz minn prodotti tal-fibra tal-ħġieġ oġġett ta' dumping u ssussidjati miċ-Ċina.

(435)

Fl-investigazzjoni preċedenti intużat mira ta' profitt ta' 5 %. Fl-assenza ta' argumenti issostanzjati rigward il-kundizzjonijiet ġodda tas-suq li jiġġustifikaw livell ogħla ta' mira ta' qligħ, dan il-profitt fil-mira nżamm.

(436)

Barra minn hekk, billi l-WUCS, bħal kwalunkwe tip ieħor tal-prodott ikkonċernat, jintużaw bħala materjali tat-tisħiħ, il-WUCS għandhom ħajja limitata fuq l-ixkaffa u spejjeż ogħla tat-trasport minħabba l-piż addizzjonali tal-kontenut tal-ilma (ara premessa (63). Il-WUCS jiġu importati fl-Unjoni fi kwantitajiet ferm aktar baxxi minn prodotti oħra tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament. Il-marġni ta' profitt unikament għal din it-tip ta' prodott huwa għalhekk mhux rappreżentattiv għall-prodott ikkonċernat.

(437)

Imbagħad, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta' paragun tal-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet tal-produtturi esportaturi fil-kampjun mir-RPĊ, bil-prezz medju ponderat mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil kienet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponerat tal-importazzjoni.

(438)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, wieħed mill-produtturi esportaturi ddikjara li kien hemm xi nuqqas ta' preċiżjoni bil-valuri CIF ta' 3 PCN's.

(439)

Wara verifikazzjoni, il-Kummissjoni aġġustat il-valuri CIF rispettivi li wasslu għal bidla żgħira fil-marġni tat-twaqqigħ u sottokwotazzjoni tal-prezzijiet għal dan il-produttur esportatur.

(440)

Għaldaqstant, ġew stabbiliti l-livelli ta' eliminazzjoni tad-dannu li ġejjin:

Il-Kumpanija

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

Jushi Group

24,8 %

Jiangsu Changhai Group

4,9 %

Chongqing Polycomp International Corporation

29,6 %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

26,1 %

(441)

Utent minnhom iddikjara li l-fatti kollha baqgħu l-istess u li, għaldaqstant, l-uniku mod li bih il-Kummissjoni tista' tasal għal konklużjoni li d-dannu allegatament ikkaġunat mill-importazzjonijiet mir-RPĊ mar għall-agħar huwa jekk il-Kummissjoni tħaddem metodoloġija differenti biex tikkalkola l-marġni tad-dannu meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali.

(442)

Il-fatti ma baqgħux l-istess. Għalhekk, bl-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-investigazzjoni oriġinali, il-kalkolu tal-marġni ta' dannu attwali iwassal għal riżultat differenti, fid-dawl ta' bidliet fid-dejta sottostanti, bħall-kostijiet, il-prezzijiet u t-telf.

(443)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, wieħed mill-produtturi esportaturi staqsa x'jistgħu jkunu dawk it-tibdiliet fiċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw kalkolu bbażat fuq PCN ta' marġini ta' ħsara meta mqabbla mar-rata medja sempliċi ta' tqabbil ta' prezz ma' prezz kif sar fl-investigazzjoni oriġinali.

(444)

Il-Kummissjoni tqis li metodoloġija bażika tal-investigazzjonijiet attwali hija l-istess bħal dik applikata fl-investigazzjoni preċedenti. Gie applikat teħid ta' kampjuni u sar kwalunkwe paragun fuq bażi inter pares. Kalkolu bbażat fuq PCN ta' marġini ta' ħsara ippermetta għal kalkolu aktar dettaljat u preċiż, iżda dan ma jistax jiġi kkunsidrat bħala bidla fil-metodoloġija.

(445)

L-istess produttur esportatur iddikjara wkoll li twapet ta' trofof imqattgħin magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ jiffurmaw parti mill-prodott ikkonċernat, iżda dak il-kalkolu tal-marġni tal-ħsara ma jirriflettix il-PCNs tat-twapet magħmula minn trofof imqattgħin. Il-produttur esportatur staqsa jekk (i) il-produtturi tal-Unjoni kinux qegħdin jipproduċu aktar dawk it-twapet ta' trofof imqattgħin u (II) għaliex il-Kummissjoni ma jidhirx li fil-passat kellha xi diffikultà biex issib sostitut għal tip ta' prodott maġġuri għall-iskop ta' kalkolu ta' marġni ta' ħsara anke jekk ma kienx hemm qbil preċiż abbażi tal-PCN.

(446)

Il-prodott ikkonċernat fil-fatt jinkludi xi twapet ta' trofof imqattgħin u xi (entitajiet ta') produtturi tal-Unjoni jipproduċu dawn it-twapet. Il-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun ipproduċew tipi ta' twapet li ma kinux importati mir-RPĊ matul il-PI. Madankollu, b'mod ġenerali, il-PCN li qabel kien għoli u għalhekk ma kienx hemm ħtieġa li wieħed jirrikorri għal xi sostitut.

(447)

Barra minn hekk, dan il-produttur esportatur staqsa i) għaliex livell ta' aġġustament tal-kummerċ (“LOT”) kien meħtieġ u lil min il-produtturi tal-Unjoni attwalment ibiegħu l-prodotti tagħhom, u ii) għaliex, għal bejgħ Ċiniżi, ma ġewx ikkunsidrati fil-marġni tal-ħsara l-ispejjeż tal-UE tat-trasport lejn il-maħżen u l-ispejjeż tal-ħażna.

(448)

Il-bejgħ mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun isir fil-biċċa l-kbira direttament lill-utenti finali. Għal tal-esportaturi Ċiniżi fil-kampjun, dan ma kienx il-każ. Aktar bejgħ kien qed isir permezz tad-distributuri jew kanali oħra intermedjarji ta' bejgħ. Għalhekk, biex il-prezzijiet ikunu komparabbli aħjar, il-bejgħ kollu inġeb għal-livell ta' utent finali tal-bejgħ. Skont il-metodoloġija standard, il-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz jqis l-ispejjeż ta' wara l-importazzjoni filwaqt illi l-marġini ta' ħsara huwa bbażat fuq il-valur CIF tal-bejgħ tal-esportazzjonijiet Ċiniżi.

(449)

Il-produttur esportatur staqsa wkoll għaliex id-dazju eżistenti antidumping mhuwiex inkluż fil-marġini ta' ħsara peressli l-inklużjoni ta' dan id-dazju fil-valur CIF ikun konsistenti mal-metodoloġija tat-twaqqigħ tal-prezz applikata.

(450)

Il-marġni tal-eliminazzjoni tal-ħsara kif ippreżentata f'dan ir-Regolament jirrifletti l-marġni sħiħ meħtieġ sabiex jiġi eliminat id-dannu. Meta l-marġni eżistenti tal-antidumping kien jiġi inkluż fil-marġini tat-tneħħija tal-ħsara, wieħed kien jikseb biss marġni ta' eliminazzjoni parzjali.

(451)

Ward-divulgazzjoni definittiva, l-ilmentatur iddikjara li minħabba l-fatt li Jiangsu Changhai Group instab li ma kienx qed jikkoopera bis-sħiħ mal-investigazzjoni (ara t-taqsima C. 2.1. hawn fuq), l-informazzjoni relatata mal-prezz tal-esportazzjoni ta' Jiangsu Changhai Group ma kinitx affidabbli u għalhekk m'għandhiex tintuża fil-kalkolu tal-marġni ta' ħsara. L-ilmentatur argumenta li l-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp jista' jkun difettuż fil-każ li jkun ġie stabbilit fuq il-bażi tal-ispejjeż ta' produzzjoni tal-kumpanija li ma setgħux jiġu verifikati b'mod xieraq minħabba n-nuqqas tal-kumpanija li tikkoopera bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Il-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp għandu pjuttost jiġi stabbilit fuq il-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18(1) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 28(1) tar-Regolament bażiku antisussidji.

(452)

Kif spjegat fil-premessa (92), fi ħdan il-grupp, il-prodott ikkonċernat ma kienx esportat mill-kumpanija li pprovdiet informazzjoni qarrieqa iżda biss minn OCH. Dan tal-aħħar madankollu kkoopera bis-sħiħ fiż-żewġ investigazzjonijiet u pprovda informazzjoni affidabbli dwar il-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp (eż. ġew ipprovduti fatturi u ġew ivverifikati mill-Kummissjoni fuq il-post). Għalhekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda raġuni biex tiddubita l-prezz tal-esportazzjoni tal-grupp. Il-kalkolu tal-marġini tal-ħsara sar fuq il-bażi tal-prezz reali verifikat tal-esportazzjoni -kif kien jidher fuq il-fatturi tal-bejgħ -irrispettivament kif kien qed jiġi stabilit jew jekk kienx ibbażat fuq l-ispejeż tal-produzzjoni tal-kumpanija.. Għaldaqstant, dan l-argument ma ġiex aċċettat.

2.   Miżuri definittivi

(453)

L-investigazzjoni antisussidji saret b'mod parallel mar-rieżami tal-miżuri tal-antidumping, limitati għad-dannu. Fid-dawl tal-użu tar-regola dwar id-dazju inferjuri u l-fatt li l-marġnijiet ta' sussidji definittivi huma inqas mil-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament antisussidji bażiku, għandha timponi d-dazju kumpensatorju definittiv fil-livell tal-marġnijiet ta' sussidju definittivi stabbiliti u mbagħad timponi d-dazju anti-dumping definittiv sal-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu relevanti.

(454)

Fuq il-bażi ta' din il-metodoloġija u tal-fatti tal-każ, b'mod partikolari l-fatt li l-miżuri huma limitati bil-marġini tal-ħsara, il-Kummissjoni tqis li l-ebda kwistjoni ta' “għadd doppju” ma qamet f'dan il-każ.

(455)

Minħabba r-rata għolja ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, id-dazju tal-'kumpaniji kollha l-oħrajn' ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla dazju li jrid jiġi impost fuq il-kumpaniji fil-kampjun jew li kkooperaw fl-investigazzjonijiet. Id-dazju tal-'kumpaniji kollha l-oħrajn' ser jiġi applikat għal dawk il-kumpaniji li ma kkooperawx fl-investigazzjonijiet.

(456)

Għall-produtturi esportaturi Ċiniżi l-oħrajn mhux fil-kampjun li kkooperaw elenkati fl-Anness I, ir-rata tad-dazju definittiv hija stabbilita bil-medja ponderata tar-rati stabbiliti għall-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-kampjun bl-esklużjoni tal-Grupp li fih jappartjeni l-produttur esportatur soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28(1).

(457)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, produttur esportatur talab li jikkwalifika għal trattament individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku antidumping u biex jirċievi kalkolu individwali tal-marġni tad-dumping.

(458)

Madankollu, minħabba li r-rieżami interim parzjali huwa limitata għall-ħsara, il-marġnijiet ta' dumping kif stabbilit fl-investigazzjoni anti-dumping preċedenti jibqgħu l-istess. Għalhekk it-talba għal marġini individwali ta' dumping ma ġietx aċċettata.

(459)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, ir-rati li bihom se jiġu imposti dawn id-dazji huma stabbiliti kif ġej:

Esportatur Ċiniż

Marġni tad-dumping (stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali)

Marġni ta' sussidju

Il-livell ta' eliminazzjoni tad-dannu

Dazju kompensatorju

Dazju antidumping

Jushi Group

29,7 %

10,3 %

24,8 %

10,3 %

14,5 %

Jiangsu Changhai Group

9,6 %

5,8 %

4,9 %

4,9 %

0 %

Chongqing Polycomp International Corporation

29,7 %

9,7 %

29,6 %

9,7 %

19,9 %

Kumpaniji oħra li kkooperaw

29,7 %

10,2 %

26,1 %

10,2 %

15,9 %

Ir-rati tad-dazju tal-kumpaniji l-oħra kollha

 

 

 

10,3 %

19,9 %

(460)

Ir-rata tad-dazju antidumping u antisussidji tal-kumpanija individwali speċifikata f'dan ir-Regolament ġiet stabbilita fuq il-bażi tas-sejbiet ta' dawn l-investigazzjonijiet. Għaldaqstant, tirrifletti s-sitwazzjoni li nstabet matul dawn l-investigazzjonijiet fir-rigward tal-kumpanija kkonċernata. B'hekk, din ir-rata tad-dazju (għall-kuntrarju tad-dazju applikabbli għall-pajjiż sħiħ għall-“kumpaniji kollha l-oħrajn”) hija applikabbli b'mod esklussiv għal importazzjonijiet ta' prodotti li joriġinaw mill-pajjiż ikkonċernat u prodotti mill-kumpanija msemmija. Il-prodotti importati minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b'mod speċifiku fil-parti operattiva ta' dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma' dawk imsemmijin b'mod speċifiku, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata ta' dazju applikabbli għall-'kumpaniji kollha l-oħrajn'.

(461)

Kumpanija tista' titlob l-applikazzjoni tar-rata ta' dazju individwali jekk imbagħad tibdel isem l-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (45). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni relevanti kollha biex ikun jista' jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla ta' isem il-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata ta' dazju li tapplika għaliha, ser jiġi ppubblikat avviż dwar il-bidla tal-isem f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(462)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazju antidumping, il-livell ta' dazju għall-kumpaniji kollha l-oħrajn ma għandux ikun japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx, iżda anki għal dawk il-prodotturi li ma kellhom ebda esportazzjoni lejn l-Unjoni matul il-PI.

3.   L-impriża

(463)

Produttur esportatur Ċiniż offra impenn fuq il-prezz skont it-tifsira tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku antidumping u l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku antisussidji. L-offerta tal-impenn fiha Prezzijiet Minimi tal-Importazzjoni (MIPs) għal diversi tipi ta' prodotti ewlenin u tipi ta' prodotti sekondarju tal-prodott ikkonċernat.

(464)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-prodott ikkonċernat jeżisti f'diversità ta' tipi ta' prodotti sekondarji u ta' gradi fejn id-differenza fil-prezzijiet tvarja sa 700 %. Għalhekk hemm riskju għoli għal kumpens trasversali. Fi ħdan tip wieħed ta' prodott, il-prezzijiet jistgħu jvarjaw sa 550 %, skont is-sub tipi tal-prodott. Barra minn hekk, l-MIPs differenti kif proposti mill-produttur esportatur Ċiniż kienu ferm 'l isfel mill-prezz mhux dannuż u għalhekk ma jneħħux il-ħsara kif imġarrba mill-industrija tal-Unjoni.

(465)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, għad-dwana, ma jkunx possibbli li wieħed jiddistingwi l-ispeċifikazzjoni bla analiżi individwali ta' kull tranżazzjoni importata sabiex jiġi ddeterminat f'liema grupp tal-MIP jidħol il-prodott, u għaldaqstant il-monitoraġġ isir goff wisq, jekk mhux ukoll imprattikabbli.

(466)

Barra minn hekk, il-kumpanija tesporta lejn l-Unjoni wkoll prodotti oħra li mhumiex soġġetti għall-miżuri. Għaldaqstant, jeżisti r-riskju ta' kumpens jekk dawn il-prodotti jkunu mibjugħa lill-istess konsumaturi. Ċerti konsumaturi tagħha fl-Unjoni huma kumpaniji li jikkumerċjaw ukoll ma' kumpaniji relatati oħrajn minn barra l-Unjoni. Dawn ir-rabtiet kumplessi ta' kummerċ u negozju joħolqu aktar riskji potenzjali ta' kumpens trasversali.

(467)

Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, l-offerta ta' impenn fuq il-prezz ma ġietx aċċettata.

(468)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku antidumping ma tax opinjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(1)   Bil-preżenti huwa impost dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b'tul ta' mhux iktar minn 50 mm; ftietel tal-fibra tal-ħġieġ, għajr ftietel tal-fibra tal-ħġieġ li huma mxappin u miksijin u għandhom telf mat-tqabbid ta' iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf minerali li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (kodiċi TARIC 7019120021, 7019120022, 7019120023, 7019120025, 7019120039) u 7019 31 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(2)   Ir-rata tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpanniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-Kumpanija

Dazju kumpensatorju definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

10,3

B990

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd; u Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd; Changzhou Tianma Group Co., Ltd

4,9

A983

Chongqing Polycomp International Corporation

9,7

B991

Kumpaniji oħra li kkooperaw elenkati fl-Anness I

10,2

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

10,3

A999

(3)   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju kumpensatorju speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(4)   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

Bil-preżenti, l-Artikolu 1 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 huwa sostitwit ma' dan li ġej.

(1)

Bil-preżenti huwa impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' trofof imqattgħin tal-fibra tal-ħġieġ, b'tul ta' mhux iktar minn 50 mm; ftietel tal-fibra tal-ħġieġ, għajr ftietel tal-fibra tal-ħġieġ li huma mxappin u miksijin u għandhom telf mat-tqabbid ta' iktar minn 3 % (kif stipulat mill-Istandard tal-ISO 1887); u twapet magħmula minn filamenti tal-fibra tal-ħġieġ minbarra twapet tas-suf minerali li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7019 11 00, ex 7019 12 00 (kodiċi TARIC 7019120021, 7019120022, 7019120023, 7019120025, 7019120039) u 7019 31 00 u li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

(2)

Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej:

Il-Kumpanija

Dazju antidumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Jushi Group Co., Ltd; Jushi Group Chengdu Co., Ltd; Jushi Group Jiujiang Co., Ltd

14,5

B990

Changzhou New Changhai Fiberglass Co., Ltd; Jiangsu Changhai Composite Materials Holding Co., Ltd; Changzhou Tianma Group Co., Ltd

0

A983

Chongqing Polycomp International Corporation

19,9

B991

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness 1

15,9

 

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

19,9

A999

(3)

L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 gћandha sseћћ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II. Jekk l-ebda tali fattura ma tiġi ppreżentata, japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

(4)

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51

(3)  Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 tad-9 ta' Marzu 2011 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1).

(4)  Notifika ta' bidu ta' proċediment antisussidji fir-rigward tal-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ tal-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU C 362, 12.12.2013, p. 66

(5)  Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011, ĠU L 67, 15.3.2011

(6)  Notifika ta' bidu ta' rieżami interim parzjali tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU C 371, 18.12.2013, p. 19.

(7)  Rapport tal-Korp tal-Appell, Komunitajiet Ewropej — Miżuri antidumping Definittivi fuq Ċerti Qfieli tal-Ħadid jew tal-Azzar miċ-Ċina, WT/DS397/AB/R, p. 152

(8)  Ir-Regolament UE Nru 765/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ĠU L 237, 3.9.2012, p. 1,2.

(9)  Avviż dwar is-sentenza tal-Korp għall-Ftehim fuq Tilwim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ adottata fit-28 ta' Lulju 2011, ĠU C 86, 23.3.2012, p. 5

(10)  3B Fibreglass SPRL, Owens Corning Fibreglass France u Johns Manville Slovakia a.s.

(11)  It-trofof imqattgħin huma trofof tal-ħġieġ kontinwi mqattgħin f'tul mixtieq u disponibbli b'firxa wiesgħa ta' trattamenti tal-uċuħ biex tiġi żgurata kompatibbiltà ma' ħafna mis-sistemi ta' reżini. Dawn jistgħu jkunu trofof imqattgħin għal użu fuq in-niexef jew trofof imqattgħin għal użu fuq l-imxarrab.

(12)  Il-ftietel huma trofof tal-ħġieġ kontinwi, miġbura flimkien, mingħajr ebda tinja mekkanika u mkebbin, sabiex jifformaw pakkett ċilindriku tubulari.

(13)  Twapet tal-filament huma trofof kontinwi marbutin imqattgħin.

(14)  Ftietel minsuġin huma ftietel li jinħallu minn rukkell għall-ieħor u f'dak il-proċess jiġu voluminizzati/minsuġin b'makkinarju tal-insiġ li jonfoħ l-arja ġot-trofof tal-ftietel diretti.

(15)  Il-Kapitolu XIV, punt 6 tal-Katalgu għall-industriji li jinkoraġġixxi l-investiment barrani jirreferi għall-prodotti tal-fibra tal-ħgieg b'mod espliċitu: “Il-produzzjoni tal-prodotti tal-fibra tal-ħgieg u fibra tal-ħġieġ speċjali”,

(16)  Kapitolu II, Artikolu 5 tad-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(17)  Kapitolu III, Artikolu 17 tad-Dispożizzjonijiet Temporanji dwar il-Promozzjoni tal-Aġġustament tal-Istruttura Industrijali.

(18)  It-“tielet” sett ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati kien datat il-15 ta' Mejju 2014 filwaqt li ż-żjara ta' verifika fil-bini tal-kumpanija saret fid-29-30 ta' Mejju 2014.

(19)  Id-Deċiżjoni Nru 40, Artikolu 17.

(20)  Il-liġi tar-RPĊ dwar il-Progress Xjentifiku u Teknoloġiku (Ordni Nru 82) (Artikolu 18) li tistipula li L-Istat għandu jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet finanzjarji sabiex iwettqu n-negozju ta' ipotekar ta' drittijiet tal-proprjetà intellettwali, iħeġġu u jagħtu gwida lit-tali istitutzzjonijiet b'appoġġ tal-applikazzjonijiet ta' avvanzi xjentifiċi u teknoloġiċi u l-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida billi jagħtu self, eċċ., u jħeġġu lill-aġenziji tal-assigurazzjoni sabiex jintroduċu prodotti tal-assigurazzjoni fid-dawl tal-ħtieġa tal-iżvilupp ta' industriji tat-teknoloġija avvanzata u ġdida

(21)  Iċ-Ċirkulari tal-PBOC fuq il-Kwistjonijiet dwar l-Aġġustament tar-Rati tal-Imgħax fuq Depożiti u Self-Yinfa (2004) Nru 251 (“Ċirkulari 251”).

(22)  ĠU L 325, 5.12.2013, p. 66

(23)  ĠU L 142, 14.5.2014, p. 32.

(24)  L-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Banek Kummerċjali.

(25)  “trafilaġġ tal-forn tal-fibra tal-ħġieġ-E […], l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' fibra tal-ħġieġ bi prestazzjoni għolja u l-prodotti tagħha.”

(26)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89).

(27)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89)

(28)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 215/2013 tal-11 ta' Marzu 2013, premessa 116.

(30)  George E. Peterson, Land leasing and land sale as an infrastructure-financing option (Kiri ta' art u bejgħ ta' art bħala alternattiva ta' finanzjament tal-infrastruttura), Dokument ta' Ħidma 4043 tar-Riċerka fuq Politiki tal-Bank Dinji, fis-7 ta' Novembru 2006, Dokument ta' Ħidma tal-FMI (WP/12/100), An End to China's Imbalances (Tmiem l-Iżbilanċi taċ-Ċina), April 2012, p. 12

(31)  Dokument ta' Ħidma tal-FMI (WP/12/100), An End to China's Imbalances, April 2012, p. 12.

(32)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89).

(33)  Il-kalkolu tal-marġni tas-sussidju għal dan il-grupp kien ibbażat fuq il-fatti disponibbli kif spjegat fil-premessa (89).

(34)  Id-database tal-14(6) mid-DĠ TRADE fiha dejta dwar l-importazzjoni ta' prodotti li huma soġġetti għal miżuri jew investigazzjonijiet ta' anti-dumping jew antisussidji, kemm mill-pajjiżi kkonċernati mill-proċediment u minn pajjiżi terzi oħra, fuq il-livell ta' Kodiċi TARIC b' 10 numri.

(35)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Settembru 1990 li ttemm ir-rieżami tal-miżuri anti-dumping dwar karbonat dens tas-sodju li joriġina fl-Istati Uniti tal-Amerika, ĠU 1999, L 283, p. 38

(36)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 1998 li twaqqaf il-proċeduri tal-antidumping fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' ċerti sistemi ta' qari ottiku bil-lażer, u l-elementi kostitwenti prinċipali, għall-użu f'vetturi bil-mutur, li joriġinaw fil-Ġappun, il-Korea, il-Malasja, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan, ĠU 1999, L 18, p. 62

(37)  Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011, ĠU L 67, 15.3.2011, p. 6, premessa 64

(38)  Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kummissjoni (UE) Nru 248/2011, ĠU L 67, 15.3.2011, p. 6, premessa 54

(39)  Ycharts.com

(40)  Ir-rapport tal-Bord -China — Definitive Anti-Dumping Duties on X-Ray Security Inspection Equipment from the European Union -WT/DS425/R, para. 7.247

(41)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 471/2014 tat-13 ta' Mejju 2014 li jimponi dazji definittivi kumpensatorji fuq l-importazzjonijiet ta' ħġieġ solari li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ĠU [2014] L142/23, Premessa 319.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 495/2002 tat-18 ta' Marzu 2002 li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 904/98 rigward l-impożizzjoni ta' dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' magni personali tal-fax, li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Malasja, Singapor, it-Tajwan u t-Tajlandja, ĠU [2002] L78/1, premessa 12.

(42)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 812/2010, ĠU L 243, 16.9.2010, p. 47, premessa 69

(43)  http://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/New_Home_Page/datafile/wacc.htm

(44)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 470/2014, ĠU L 142, 14.5.2014, p. 15, premessa 136

(45)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate H, Office CHAR 04/039, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België


ANNESS I

Produtturi esportaturi li kkooperaw iżda mhux inklużi fil-kampjun:

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Taishan Fiberglass Inc.;

PPG Sinoma Jinjing Fiber Glass Company Ltd

B992

Xingtai Jinniu Fiberglass Co., Ltd

B993

Weiyuan Huayuan Composite Material Co., Ltd

B994

Changshu Dongyu Insulated Compound Materials Co., Ltd

B995

Glasstex Fiberglass Materials Corp.

B996


ANNESS II

Dikrazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format segwenti, trid tidher fuq il-fattura kummerċjali valida imsemmija fl-Artikolu 1(3) u l-Artikolu 2(3):

1.

L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li qed toħroġ il-fattura kummerċjali.

2.

Id-dikjarazzjoni li jmiss: Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-prodotti magħmula mill-filament tal-fibra tal-ħġieġ mibjugħin biex jiġu esportati lejn l-Unjoni Ewropea koperti minn din il-fattura ġie manifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-RPĊ. Niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hija kompluta u korretta.

3.

Data u firma,


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/82


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1380/2014

tas-17 ta' Diċembru 2014

li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar OKS Unika) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 81(1) u 83(4), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) ħassar u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, l-Artikolu 230(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprevedi li, fir-rigward tas-sistema tal-limitazzjoni tal-produzzjoni tal-ħalib, it-Taqsima III tal-Kapitolu III tat-Titolu I tal-Parti II tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif ukoll l-Artikolu 55, l-Artikolu 85 tiegħu u l-Annessi IX u X tiegħu jkomplu japplikaw sal-31 ta' Marzu 2015.

(2)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe dubju rigward l-obbligi tax-xerrejja u tal-produtturi fir-rigward tal-aħħar sena tal-kwota tal-ħalib 2014/2015, kif ukoll l-obbligu li tinġabar l-imposta għaż-żejjed wara l-31 ta' Marzu 2015, ikun xieraq li jiġi ċċarat l-Artikolu 15(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 (3) b'referenza għad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 595/2004, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Qabel l-1 ta' Ottubru ta' kull sena, ix-xerrejja u, fil-każ ta' bejgħ dirett, il-produtturi li jinżammu responsabbli għall-imposta għandhom iħallsu lill-awtorità kompetenti l-ammont dovut skont ir-regoli stabbiliti mill-Istat Membru, billi x-xerrejja huma responsabbli għall-ġbir tal-imposta għaż-żejjed fuq il-kunsinni dovuta mill-produtturi skont l-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, f'konformità mal-Artikolu 81(1) ta' dak ir-Regolament.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 595/2004 tat-30 ta' Marzu 2004 li jniżżel regoli dettaljati biex japplika r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi imposta fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 22).


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/83


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1381/2014

tat-22 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

76,1

EG

176,9

IL

69,8

MA

90,5

TN

241,9

TR

107,1

ZZ

127,1

0707 00 05

IL

241,9

TR

147,2

ZZ

194,6

0709 93 10

MA

80,1

TR

142,0

ZZ

111,1

0805 10 20

AR

35,3

MA

68,6

TR

57,7

UY

32,5

ZA

50,8

ZW

33,9

ZZ

46,5

0805 20 10

MA

69,1

ZZ

69,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

94,1

JM

161,9

MA

75,3

TR

76,6

ZZ

102,0

0805 50 10

TR

71,9

US

236,5

ZZ

154,2

0808 10 80

BR

59,0

CA

135,6

CL

80,3

NZ

90,6

US

99,6

ZA

54,1

ZZ

86,5

0808 30 90

CN

98,8

US

141,4

ZZ

120,1


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DIRETTIVI

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/86


DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/112/UE

tad-19 ta' Diċembru 2014

li timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni konkluż mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 155(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-maniġment u l-ħaddiema, minn hawn 'il quddiem imsejħa “s-sħab soċjali” , jistgħu, f'konformità mal-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jitolbu b'mod konġunt li l-ftehimiet konklużi minnhom fil-livell tal-Unjoni, f'materji koperti mill-Artikolu 153 tat-TFUE, jkunu implimentati permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar proposta tal-Kummissjoni.

(2)

Permezz ta' ittra tal-10 ta' Diċembru 2007, l-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) infurmaw lill-Kummissjoni dwar ix-xewqa tagħhom li jidħlu f'negozjati taħt l-Artikolu 155(1) tat-TFUE bil-ħsieb li jikkonkludu ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(3)

Fil-15 ta' Frar 2012, l-EBU, l-ESO u l-ETF ikkonkludew Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni ( “il-Ftehim” ).

(4)

Il-Ftehim kien jinkludi talba konġunta li l-Ftehim jiġi implimentat permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 155(2) tat-TFUE.

(5)

L-istrument adatt biex jiġi implimentat il-Ftehim huwa direttiva.

(6)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Parlament Ewropew bil-proposta tagħha.

(7)

Il-Kummissjoni ħejjiet abbozz tal-proposta tagħha għal Direttiva, f'konformità mal-Komunikazzjoni tagħha tal-20 ta' Mejju 1998 dwar l-adattament u l-promozzjoni tad-djalogu soċjali fil-livell tal-Komunità, b'kont meħud tal-istatus rappreżentattiv tal-partijiet firmatarji u l-legalità ta' kull paragrafu tal-Ftehim.

(8)

Sabiex isir kontribut għal qafas legali koerenti fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tieħu kont tal-leġislazzjoni eżistenti tal-Unjoni u, minħabba l-kontenut tal-Ftehim, b'mod partikolari d-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1). Dik id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi ta' saħħa u sikurezza għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, inkluż dak tal-ħaddiema fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni.

(9)

Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jafdaw lis-sħab soċjali, fuq it-talba konġunta tagħhom, bl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm l-Istati Membri jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-objettivi ta' din id-Direttiva jistgħu jintlaħqu.

(10)

Għall-finijiet tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/88/KE, din id-Direttiva u l-Ftehim anness magħha jistabbilixxu rekwiżiti relatati mal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għall-ħaddiema mobbli fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni li huma aktar speċifiċi minn dawk ta' dik id-Direttiva.

(11)

Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe leġiżlazzjoni tal-Unjoni li hija aktar speċifika jew li tagħti livell ogħla ta' protezzjoni lill-ħaddiema mobbli fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni.

(12)

Din id-Direttiva ma għandhiex tintuża biex tiġġustifika tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma koperti mill-Ftehim.

(13)

Din id-Direttiva u l-Ftehim anness magħha jistabbilixxu standards minimi. Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri u s-sħab soċjali li jkunu jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar favorevoli.

(14)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tagħha.

(15)

Minħabba li l-objettivi ta' din id-Direttiva, li hija maħsuba għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema f'settur prevalentement transkonfinali ma jistgħux jintlaħqu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(16)

L-implimentazzjoni tal-Ftehim tikkontribwixxi sabiex jintlaħqu l-objettivi taħt l-Artikolu 151 tat-TFUE.

(17)

F'konformità mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (2), il-fatt li attività msemmija f'direttiva tkun għadha ma teżistix fi Stat Membru, dan ma jistax jeħles lil dak l-Istat Membru mill-obbligu tiegħu li jadotta liġijiet jew regolamenti sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet kollha tad-direttiva jiġu trasposti b'mod korrett. Kemm il-prinċipju ta' ċertezza legali kif ukoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tad-direttivi, fil-liġi u mhux biss fil-fatt, jirrikjedu li l-Istati Membri kollha jirriproduċu r-regoli tad-direttiva konċernata f'qafas ċar, preċiż u trasparenti li jipprovdi dispożizzjonijiet legali obbligatorji. Tali obbligu japplika għall-Istati Membri sabiex tiġi antiċipata kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni eżistenti fihom f'mument partikolari u sabiex jiġi żgurat li l-persuni ġuridiċi kollha fil-Komunità, inklużi dawk fl-Istati Membri fejn attività partikolari msemmija f'direttiva ma teżistix, jistgħu jkunu jafu b'mod ċar u preċiż, liema huma, fiċ-ċirkostanzi kollha, id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Skont il-każistika, huwa biss fejn it-traspożizzjoni ta' direttiva tkun għalxejn għal raġunijiet ta' ġeografija li hija ma tkunx mandatorja. L-Istati Membri għandhom f'tali każijiet jinformaw lill-Kummissjoni dwarhom.

(18)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (3), l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti ta' strumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur jikkunsidra li t-trasmissjoni ta' tali dokumenti hija ġġustifikata,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Din id-Direttiva timplimenta l-Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, konkluż fil-15 ta' Frar 2012 mill-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU), l-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF), kif jinsab fl-Anness magħha.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

2.   L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandha taħt l-ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġuni suffiċjenti biex tiġġustifika tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-Istati Membri u tas-sħab soċjali li jistabbilixxu, fid-dawl ta' ċirkostanzi li jinbidlu, arranġamenti leġislattivi, regolatorji jew kuntrattwali differenti minn dawk prevalenti fil-ħin tal-adozzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu konformi mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f'din id-Direttiva.

3.   L-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni, konswetudini jew prattika tal-Unjoni jew nazzjonali li tipprevedi kondizzjonijiet aktar favorevoli lill-ħaddiema konċernati.

Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw liema pieni huma applikabbli meta jinkisru d-dispożizzjonijiet nazzjonali promulgati konformement ma' din id-Direttiva. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2016. Huma għandhom jinformaw minnufih lill-Kummissjoni dwarhom.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin fil-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 5

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 6

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).

(2)  Ara, inter alia, is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta' Jannar 2010 fil-Każ C-343/08, Kummissjoni v Repubblika Ċeka ([2010] ECR I — 275).

(3)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


ANNESS

Ftehim Ewropew dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/88/KE li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tistabbilixxi standards minimi ġenerali li, bl-eċċezzjoni tat-taqsimiet stabbiliti fl-Artikolu 20(1) (il-perjodi ta' serħan kuljum u fil-ġimgħa, il-pawżi għas-serħan, l-ammont ta' xogħol matul il-lejl) jirrelataw ukoll mal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni. Madankollu, billi dawn ir-regolamenti ma jikkunsidrawx biżżejjed il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien speċifiċi għas-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, jinħtieġu aktar regoli speċifiċi, skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2003/88/KE.

(2)

Dawn ir-regoli aktar speċifiċi għandhom jassiguraw livell għoli ta' saħħa u sikurezza tal-ħaddiema fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni.

(3)

It-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huwa forma ta' trasport internazzjonali kkaratterizzat l-ewwel u qabel kollox minn attivitajiet transfruntieri fuq it-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni Ewropej. Għalhekk is-settur tat-trasport Ewropew fl-ilmijiet navigabbli interni għandu jfittex li joħloq kondizzjonijiet ta' qafas omoġenji għas-suq tax-xogħol f'dan is-settur u jevita l-kompetizzjoni inġusta msejsa fuq id-differenzi bejn l-istrutturi statutorji tal-ħin tax-xogħol.

(4)

Fid-dawl tal-importanza tas-settur tat-trasport għall-kompetittività ekonomika, l-Unjoni Ewropea stabbilixxiet għaliha stess il-mira li tħeġġeġ dawn il-modi ta' trasport li jużaw inqas enerġija, li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent jew li huma aktar sikuri (1). It-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huwa mod ta' trasport li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent b'kapaċità disponibbli li tagħti kontribut sostenibbli għat-tneħħija tal-merkanzija mit-toroq u mil-linji ferrovjarji tal-Ewropa.

(5)

L-organizzazzjoni tax-xogħol tvarja fis-settur. L-għadd ta' ħaddiema u l-ħin tax-xogħol tagħhom abbord ivarjaw skont il-mod li bih jiġi organizzat ix-xogħol, l-impriża kkonċernata, iż-żona ġeografika ta' operazzjoni, it-tul tal-vjaġġ u d-daqs tal-inġenju. Xi wħud mill-bastimenti jaħdmu kontinwament, jiġifieri 24 siegħa kuljum, bil-persunal jaħdem bix-xift. Min-naħa l-oħra, b'mod partikolari impriżi ta' daqs medju għandhom it-tendenza li jħaddmu l-bastimenti tagħhom 14-il siegħa kuljum għal ħames jew sitt ijiem fil-ġimgħa. Fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, il-ħin tax-xogħol ta' ħaddiem abbord mhux l-istess bħall-ħin tal-operat ta' inġenju.

(6)

Wieħed mill-fatturi speċjali tas-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huwa li l-ħaddiema jista' jkollhom mhux biss il-post tax-xogħol tagħhom abbord iżda wkoll l-akkomodazzjoni jew il-kwartieri fejn jgħixu fuq il-bastiment. Għalhekk, ta' sikwit il-ħaddiema jqattgħu wkoll il-ħin ta' serħan abbord. Ħafna mill-ħaddiema fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, speċjalment dawk li jkunu 'l bogħod mid-dar, jaħdmu bosta jiem konsekuttivi abbord biex ifaddlu s-sigħat ta' vjaġġar u b'hekk ikunu jistgħu jqattgħu ħafna jiem id-dar jew f'postijiet oħra tal-għażla tagħhom. Pereżempju, bil-mudell tax-xogħol 1:1, ħaddiem ikollu l-istess għadd ta' jiem ta' serħan u jiem ta' xogħol. Għal din ir-raġuni l-għadd ta' jiem ta' xogħol konsekuttivi abbord u l-għadd ta' jiem ta' serħan jistgħu jikkorrispondu għal ċifra ogħla minn kif inhu l-każ għal xogħol fuq l-art.

(7)

Il-medja tal-ħin tax-xogħol fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni jinkludi normalment ammont sinifikanti ta' ħin on-call għal dak li jista' jinqala' (pereżempju minħabba ħin ta' stennija mhux ippjanat fix-xtiebi ta' kanal jew matul it-tagħbija u l-ħatt tal-inġenju), li jistgħu jseħħu wkoll billejl. Għalhekk il-ħin massimu tax-xogħol ta' kuljum u fil-ġimgħa jista' jkun itwal minn dak stabbilit fid-Direttiva 2003/88/KE.

(8)

Fl-istess ħin irid jiġi rikonoxxut li l-ammont tax-xogħol fit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni huwa influwenzat minn diversi fatturi, bħall-istorbju, il-vibrazzjoni u l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta' Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (2), huwa previst li jsiru eżamijiet tas-saħħa kull sena għall-protezzjoni tal-ħaddiema, filwaqt li jitqiesu l-kondizzjonijiet tax-xogħol speċifiċi f'dan is-settur.

(9)

Għandu jitqies il-piż addizzjonali li jinġarr mill-membri tal-ekwipaġġ matul ix-xogħol billejl billi l-għadd massimu ta' sigħat permessi billejl jiġi limitat u billi x-xogħol jiġi organizzat kif xieraq.

(10)

Apparti jimpjega l-ħaddiema, is-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni iħaddem ukoll ħaddiema għal rashom (3). L-istatus ta' ħaddiem għal rasu huwa determinat f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

(11)

Il-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien fuq il-bastimenti tal-passiġġieri jvarjaw minn dawk fuq forom oħra ta' trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u għalhekk dispożizzjonijiet speċjali huma ġġustifikati. L-ambjent soċjali differenti, l-attivitajiet ta' xogħol diversi u n-natura staġunali ta' dan is-subsettur tas-settur tat-trasport Ewropew fl-ilmijiet navigabbli interni jidhru wkoll fid-differenzi fil-mod ta' kif ix-xogħol huwa organizzat.

Taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 154 u 155(2) tiegħu, il-firmatarji jitolbu b'mod konġunt li dan il-Ftehim konkluż fil-livell tal-UE jiġi implimenatat b'Deċiżjoni tal-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni. Il-partijiet firmatarji qablu dwar dan li ġej:

Paragrafu 1

Kamp ta' applikazzjoni

1.

Dan il-Ftehim għandu japplika għal ħaddiema mobbli li jkunu impjegati bħala membri tal-persunal tan-navigazzjoni (membri tal-ekwipaġġ) jew b'funżjoni oħra (persunal abbord) fuq inġenju li jopera fit-territorju ta' Stat Membru fis-settur kummerċjali tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni.

2.

L-operaturi tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni ma għandhomx jitqiesu bħala ħaddiema skont it-tifsira ta' dan il-Ftehim, anki jekk ikollhom l-istatus ta' ħaddiema fl-impriża tagħhom stess.

3.

Dan il-ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali marbuta mas-sikurezza tat-trasport bil-baħar li japplikaw għal ħaddiema mobbli u għall-persuni msemmija fil-Paragrafu 1.2.

4.

Fejn ikunu jeżistu differenzi rigward il-perjodi ta' serħan għal ħaddiema mobbli bejn dan il-ftehim u xi dispożizzjonijiet nazzjonali u internazzjonali li jikkonċernaw is-sikurezza tat-trasport bil-baħar, dawk id-dispożizzjonijiet li joffru grad ogħla ta' protezzjoni għas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema għandu jkollhom preċedenża.

5.

Il-ħaddiema mobbli li jkunu impjegati abbord inġenju li jopera fit-territorju ta' Stat Membru barra s-settur kummerċjali tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni u li l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom huma s-suġġett ta' negozjar kollettivi u ftehimiet salarjali konklużi bejn l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema jistgħu jkunu koperti b'dan il-ftehim wara li dawn l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema jkunu ġew ikkonsultati u jkunu taw il-kunsens tagħhom, fejn id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim ikunu aktar favorevoli għall-ħaddiema.

Paragrafu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“inġenju” tfisser bastiment jew unità li żżomm f'wiċċ l-ilma;

(b)

“bastiment tal-passiġġieri” tfisser bastiment li jintuża għal mawra ta' jum jew bastiment bil-kabini mibni u mgħammar biex iġorr aktar minn 12-il passiġġier;

(c)

“ħin tax-xogħol” tfisser il-ħin li matulu ħaddiem huwa skedat li jaħdem jew li matulu jrid ikun disponibbli li jaħdem (ħin “on call”) fuq u għal inġenju skont l-istruzzjonijiet ta' min iħaddem jew tar-rappreżentant ta' min iħaddem;

(d)

“ħin ta' serħan” tfisser il-ħin barra l-ħin tax-xogħol; dan it-terminu jkopri l-perjodi ta' serħan fuq inġenju li qed ibaħħar, fuq inġenju wieqaf, u fuq l-art. Ma jinkludix pawżi qosra (sa 15-il minuta);

(e)

“jum ta' serħan” tfisser perjodu kontinwu ta' serħan ta' 24 siegħa li l-ħaddiem iqatta' f'post tal-għażla tiegħu;

(f)

“operatur fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni” tfisser kull persuna li topera bastimenti għal raġunijiet kummerċjali fis-settur tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni fuq kont tagħha;

(g)

“skeda tax-xogħol” tinkludi l-jiem ta' xogħol ippjanati flimkien mal-jiem ta' serħan komunikati lill-ħaddiem bil-quddiem minn min iħaddem;

(h)

“ħin ta' billejl” tfisser il-ħin bejn il-23:00 u s-06:00;

(i)

“ħaddiem ta' billejl” tfisser

(aa)

minn naħa: kull ħaddiem li, tul il-ħin ta' billejl, jaħdem tal-inqas tliet sigħat tal-jum tax-xogħol tiegħu bħala ħidma normali;

(bb)

min-naħa l-oħra, kull ħaddiem li aktarx li billejl jaħdem ċertu proporzjon tal-ħin annwali tax-xogħol tiegħu, kif definit skont l-għażla tal-Istat Membru kkonċernat:

(aaa)

bil-leġiżlazzjoni nazzjonali, wara konsultazzjoni maż-żewġ partijiet tal-industrija,

jew

(bbb)

bi ftehimiet kollettivi jew ftehimiet konklużi bejn iż-żewġ partijiet tal-industrija fil-livell nazzjonali jew reġjonali

(j)

“ħaddiem bix-xift” tfisser kull ħaddiem li l-iskeda tax-xogħol tiegħu hija parti minn xogħol bix-xift;

(k)

“il-persunal abbord” huwa ddefinit skont id-definizzjoni Nru 103 fl-Artikolu 1.01 tal-Anness II tad-Direttiva 2006/87/KE (4);

(l)

“ħaddiem mobbli” tfisser kull ħaddiem impjegat bħala membru ta' persunal tal-ivvjaġġar minn impriża li topera servizzi ta' trasport għall-passiġġieri jew għall-merkanzija fl-ilmijiet navigabbli interni; u referenza għall-“ħaddiema” f'dan il-Ftehim għandha tinftiehem skont dan;

(m)

“staġun” tfisser perjodu ta' mhux aktar minn disa' xhur konsekuttivi minn tnax-il xahar li matulu l-attivitajiet ikunu marbuta ma' ċerti żminijiet tas-sena minħabba f'ċirkostanzi esterni, eż. il-kondizzjonijiet meteoroloġiċi jew id-domanda għat-turiżmu.

Paragrafu 3

Ħin tax-xogħol u perjodu ta' referenza

1.

Mingħajr preġudizzju għall-Paragrafu 4, l-istandard tal-ħin tax-xogħol huwa msejjes fuq jum ta' tmien sigħat.

2.

Il-ħin tax-xogħol jista' jiġi estiż skont il-Paragrafu 4 sakemm il-medja ta' 48 siegħa fil-ġimgħa ma tinqabiżx fi 12-il xahar (il-perjodu ta' referenza).

3.

Il-ħin massimu ta' xogħol fil-perjodu ta' referenza huwa ta' 2 304 sigħat (bażi tal-kakolu: 52 gimgħa li minnhom jitnaqqsu minimu ta' erba' ġimgħat liv × 48 siegħa). Il-perjodi ta' liv annwali bi ħlas u l-perjodi ta' liv tal-mard ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-medja jew inkella għandhom ikunu newtralizzati. L-intitolament għall-ħin ta' serħan li jirriżulta mill-btajjel pubbliċi statutorji għandu jitnaqqas ukoll.

4

Għar-relazzjonijiet tal-impjieg b'inqas żmien mill-perjodu ta' referenza, il-ħin massimu tax-xogħol permess għandu jiġi kkalkolat pro rata.

Paragrafu 4

Ħin tax-xogħol ta' kuljum u fil-ġimgħa

1.

Il-ħin tax-xogħol ma għandux jaqbeż:

(a)

14-il siegħa f'kull perijodu ta' 24 siegħa, u

(b)

84 siegħa f'kull perjodu ta' sebat ijiem.

2.

Jekk skont l-iskeda tax-xogħol hemm aktar jiem ta' xogħol minn jiem ta' serħan, il-medja ta' 72 siegħa ta' ħin tax-xogħol fil-ġimgħa ma għandhiex tinqabeż fuq perjodu ta' erba' xhur.

Paragrafu 5

Jiem ta' xogħol u ta' serħan

1.

L-għadd tal-jiem ta' xogħol konsekuttivi ma jistax jaqbeż il-31.

2.

Jekk, skont l-iskeda tax-xogħol, l-għadd ta' jiem ta' xogħol ma jaqbiżx l-għadd ta' jiem ta' serħan, il-jiem ta' xogħol konsekuttivi għandhom ikunu segwiti minnufih bl-istess għadd ta' jiem ta' serħan konsekuttivi. L-eċċezzjonijiet għall-għadd ta' jiem ta' serħan konsekuttivi li jridu jingħataw minnufih għandhom ikunu permessi bil-kondizzjoni li:

(a)

l-għadd massimu ta' 31 jum ta' xogħol konsekuttivi ma jinqabiżx, u

(b)

l-għadd minimu ta' jiem ta' serħan konsekuttivi msemmi fi 3.a), 3.b) jew 3.c) jingħata minnufih wara l-jiem ta' xogħol konsekuttivi maħduma, u

(c)

il-perjodu ta' jiem ta' xogħol estiż jew skambjat jiġi bbilanċjat fil-perjodu ta' referenza.

3.

Jekk skont l-iskeda tax-xogħol, hemm aktar jiem ta' xogħol milli jiem ta' serħan, l-għadd minimu ta' jiem ta' serħan konsekuttivi li jsegwu minnufih il-jiem ta' xogħol konsekuttivi għandu jkun kif ġej:

(a)

Mill-ewwel jum sal-għaxar jum ta' xogħol konsekuttivi: 0.2 jiem ta' serħan għal kull jum ta' xogħol konsekuttiv (eż. 10 jiem ta' xogħol konsekuttivi = 2 jiem ta' serħan);

(b)

Mill-11-il jum sal-20 jum ta' xogħol konsekuttivi: 0.3 jiem ta' serħan għal kull jum ta' xogħol konsekuttiv (eż. 20 jiem ta' xogħol konsekuttivi = 5 jiem ta' serħan);

(c)

Mill-21 jum sal-31 jum ta' xogħol konsekuttivi: 0.4 jiem ta' serħan għal kull jum ta' xogħol konsekuttiv (pereżempju 31 jum ta' xogħol konsekuttivi = 9,4 jiem ta' serħan).

B'dan il-kalkolu, il-jiem ta' serħan parzjali għandhom jiżdiedu mal-għadd minimu ta' jiem ta' serħan konsekuttivi u jingħaddu biss bħala jiem sħaħ.

Paragrafu 6

Xogħol staġunali fuq bastimenti tal-passiġġieri

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 4 u 5 tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu applikati għall-ħaddiema kollha impjegati fuq bastiment tal-passiġġieri matul l-istaġun:

1.

Il-ħin tax-xogħol ma għandux jaqbeż:

(a)

12-il siegħa f'kull perijodu ta' 24 siegħa; u

(b)

72 siegħa f'kull perjodu ta' sebat ijiem.

2.

Għal kull jum ta' xogħol kull ħaddiem għandu jingħata kumpens ta' 0,2 jiem ta' serħan. Fil-fatt għandhom jingħataw tal-inqas jumejn ta' serħan għal kull perjodu ta' 31 jum. Il-bqija tal-jiem ta' serħan għandhom jingħataw skont ftehim.

3.

Filwaqt li jitqiesu s-subparagrafu preċedenti, il-Paragrafu 3, u s-subparagrafu 4, il-jiem ta' serħan għandhom jingħataw u l-medja tal-ħin tax-xogħol ta' 48 siegħa għandha tinżamm skont il-Paragrafu 3 abbażi tal-ftehimiet kollettivi jew tal-ftehimiet bejn iż-żewġ partijiet tal-industrija jew, fl-assenza ta' ftehimiet bħal dawn, il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Paragrafu 7

Perjodi ta' serħan

Il-ħaddiema għandu jkollhom perjodi ta' serħan regolari li jkunu twal u kontinwi biżżejjed u li jitkejlu f'unitajiet ta' ħin biex jassiguraw li minħabba l-għeja jew tendenzi irregolari tax-xogħol, ma jkorrux lilhom infushom, lil ħaddiema sħabhom jew lil oħrajn u li ma jkunux ta' ħsara għal saħħithom, la fi żmien qasir u lanqas fit-tul.

Il-perjodi ta' serħan ma għandhomx ikunu iqsar minn:

(a)

10 sigħat f'kull perjodu ta' 24 siegħa li minnhom tal-inqas sitt sigħat ikunu kontinwi, u

(b)

84 siegħa f'kull perjodu ta' sebat ijiem.

Paragrafu 8

Pawżi

Kull ħaddiem li l-ħin tax-xogħol ta' kuljum tiegħu jaqbeż is-sitt sigħat għandu jingħata pawża ta' serħan li d-dettalji tagħha, b'mod partikolari t-tul u l-kondizzjonijiet biex tingħata, għandhom jiġu stipulati fil-ftehimiet kollettivi jew fil-ftehimiet bejn is-sħab soċjali jew, fl-assenza ta' dawn, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Paragrafu 9

Ħin tax-xogħol massimu billejl

Fuq il-bażi ta' ħin ta' billejl ta' seba' sigħat, il-ħin massimu tax-xogħol billejl għal kull ġimgħa għandu jkun 42 siegħa għal kull perjodu ta' sebat ijiem.

Paragrafu 10

Liv annwali

Kull ħaddiem għandu jkun intitolat għal liv annwali bi ħlas ta' mill-inqas erba' ġimgħat, jew għal proporzjon korrispondenti minnu jekk il-perjodu ta' impjieg ikun inqas minn sena, skont il-kondizzjonijiet għall-intitolament u l-għoti ta' liv bħal dan stipulat bil-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew bil-prassi nazzjonali.

Il-perjodu minimu ta' liv annwali bi ħlas ma jistax jinbidel b' allowance in lieu, għajr meta r-relazzjoni tal-impieg tintemm.

Paragrafu 11

Protezzjoni tal-minorenni

1.

Il-ħaddiema li għadhom taħt it-18-il sena għandhom ikunu koperti bid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 94/33/KE dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol (5).

2.

Bħala eċċezzjoni, permezz ta' dispożizzjoni leġiżlattiva jew regolatorja, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw ix-xogħol ta' żgħażagħ li għandhom aktar minn 16-il sena u li ma għadhomx aktar soġġetti għall-obbligu tal-iskola full-time skont il-liġi nazzjonali matul il-perjodu li fih ix-xogħol ta' billejl huwa pprojbit skont id-Direttiva 94/33/KE jekk dan huwa meħtieġ biex jinkiseb l-għan ta' kors ta' taħriġ rikonoxxut u diment li jingħataw il-ħin ta' serħan kumpensatorju xieraq u sakemm l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 94/33/KE ma jiġux kompromessi.

Paragrafu 12

Verifiki

1.

Kuljum għandhom jinżammu r-rekords tal-ħinijiet tax-xogħol u l-ħinijiet ta' serħan ta' kull ħaddiem, biex tkun tista' tiġi vverifikata l-konformità mad-dispożizzjonjiet tal-Paragrafi 3, 4, 5, 6, 7, 9, 10, 11 u 13.

2.

Dawn ir-rekords għandhom jinżammu abbord tal-inqas sa tmiem il-perjodu ta' referenza.

3.

Ir-rekords għandhom jiġu eżaminati u approvati f'intervalli xierqa (mhux aktar tard mill-aħħar tax-xahar li jsegwi) b'mod konġunt minn min iħaddem jew mir-rapprezentant tiegħu u mill-ħaddiem.

4.

Ir-rekords għandu jkollhom tal-inqas dan it-tagħrif li ġej:

(a)

isem il-bastiment,

(b)

isem il-ħaddiem,

(c)

isem il-kaptan kompetenti,

(d)

id-data,

(e)

jum ta' xogħol jew ta' serħan,

(f)

il-ħin tal-bidu u tat-tmiem tal-perjodi ta' xogħol u ta' serħan ta' kuljum.

5.

Il-ħaddiema għandhom jingħataw kopja tar-rekords approvati li jirreferu lilhom. Dawn għandhom iżommuhom dejjem magħhom għal sena.

Paragrafu 13

Sitwazzjonijiet ta' emerġenza

1.

Il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jkollu d-dritt li jitlob li ħaddiem jagħmel kwalunkwe għadd ta' sigħat ta' xogħol meħtieġa għas-sikurezza immedjata tal-inġenju, tal-persuni abbord jew tat-merkanzija, jew biex jassisti lil vapuri jew persuni oħra fil-perikolu fuq il-baħar.

2.

Skont is-subparagrafu 1, il-kaptan tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu jista' jitlob lil ħaddiem jagħmel kemm-il siegħa ta' xogħol li tkun meħtieġa sakemm is-sitwazzjoni terġa lura għan-normal.

3.

Hekk kif ikun prattikabbli wara li s-sitwazzjoni terġa' lura għan-normal, il-kaptan tal-vapur jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jiżgura li l-ħaddiema kollha li jkunu wettqu xogħolhom matul perjodu skedat ta' serħan jingħatalhom perjodu xieraq ta' serħan.

Paragrafu 14

Eżami mediku

1.

Il-ħaddiema kollha għandhom ikunu intitolati għal eżami mediku mingħajr ħlas kull sena. Matul dan l-eżami għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġu identifikati sintomi jew kondizzjonijiet li jistgħu jkunu r-riżultat tax-xogħol abbord flimkien mal-perjodi minimi ta' serħan kuljum u/jew l-għadd minimu ta' jiem ta' serħan skont il-Paragrafi 5 u 6.

2.

Il-ħaddiema ta' billejl li jsofru minn problemi ta' saħħa rikonoxxuti bħala problemi marbuta mal-fatt li huma jwettqu xogħol ta' billejl għandhom jiġu ttrasferiti kull meta jkun possibbli lejn xogħol ta' binhar li għalih huma aktar adattati.

3.

L-eżami mediku bla ħlas għandu jkun konformi mal-prinċipju tal-kunfidenzjalità medika.

4.

L-eżami mediku bla ħlas jista' jsir taħt is-sistema nazzjonali tas-saħħa.

Paragrafu 15

Protezzjoni tas-sikurezza u tas-saħħa

1.

Il-ħaddiema ta' billejl u l-ħaddiema tax-xift għandu jkollhom il-protezzjoni tas-sikurezza u tas-saħħa xierqa għan-natura ta' xogħolhom.

2.

Is-servizzi jew il-faċilitajiet ta' protezzjoni u ta' prevenzjoni xierqa fir-rigward tas-sikurezza u s-saħħa tal-ħaddiema ta' billejl u tal-ħaddiema tax-xift għandhom ikunu ekwivalenti għal dawk applikabbli għal ħaddiema oħrajn u disponibbli f'kull waqt.

Paragrafu 16

Tendenzi tax-xogħol

Jekk min iħaddem ikollu l-intenzjoni li jorganizza x-xogħol skont ċerta tendenza, għandu jqis il-prinċipju ġenerali tal-adattazzjoni tax-xogħol għall-ħaddiem, b'mod partikolari bil-għan li jtaffi l-monotonija tax-xogħol u x-xogħol b'rata ta' xogħol predeterminata, li jiddependi mit-tip tal-attività u tar-rekwiżiti tas-sikurezza u tas-saħħa, speċjalment fir-rigward tal-pawżi matul il-ħin tax-xogħol.

Paragrafu 17

Dispożizzjonijiet finali

1.   Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

Dan il-Ftehim għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri

(a)

biex iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji; jew

(b)

biex jiffaċilitaw jew jippermettu l-applikazzjoni ta ' ftehimiet kollettivi jew ftehimiet bejn iż-żewġ naħat tal-industrija

li huma aktar favorevoli għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema mid-dispożizzjonijiet stipulati f'dan il-Ftehim.

2.   Klawsola ta' nonrigressjoni

Fl-ebda ċirkostanza, l-implimentazzjoni ta' dan il-ftehim ma għandha tikkostitwixxi raġunijiet biżżejjed għal ġustifikazzjoni għat-tnaqqis fil-livell ġenerali ta' protezzjoni tal-ħaddiema koperti b'dan il-Ftehim.

3.   Is-segwitu għall-Ftehim

Is-sħab soċjali għandhom jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim fil-kuntest tal-kumitat dwar id-djalogu settorjali għat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, b'mod partikolari rigward kwistjonijiet tas-saħħa okkupazzjonali.

4.   Reviżjoni

Is-sħab soċjali għandhom jirrivedu d-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq sentejn wara t-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill li ddaħħal fis-seħħ dan il-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Frar 2012.

L-Unjoni tan-Navigazzjoni Interna (EBU)

L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Kaptani (ESO)

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF)


(1)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-promozzjoni tat-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni “Naiades”, COM(2006) 6 final, 17.1.2006.

(2)  ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.

(3)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2010) 373 final, 13.7.2010: Li ttenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri, sezzjoni 1.1.

(4)  Id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, 30.12.2006, p. 1-260).

(5)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 12.


DEĊIŻJONIJIET

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/96


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-17 ta' Diċembru 2014

li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2014/942/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-13 ta' Settembru 2010 l-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/570/UE, Euratom li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perijodu mill-21 ta' Settembru 2010 sal-20 ta' Settembru 2015 (1).

(2)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat tas-Sur Göke FRERICHS, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Gerhard HANDKE, Generaldirektor des Bundesverbandes Großhandel, Außenhandel, DienstleistungenBGA, huwa b'dan maħtur bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

G. L. GALLETI


(1)  ĠU L 251, 25.9.2010, p. 8.


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/97


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL

tad-19 ta' Diċembru 2014

dwar il-ħatra tal-President, il-Viċi President u l-membri l-oħra full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

(2014/943/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 56(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill daħal fis-seħħ fid-19 ta' Awwissu 2014.

(2)

Sabiex jiġi żgurat proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet rapidu u effettiv fi kwistjonijiet ta' riżoluzzjoni, il-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni stabbilit permezz tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (“il-Bord”) għandu jkun aġenzija speċifika tal-Unjoni bi struttura speċifika li tikkorrispondi għall-kompiti tiegħu.

(3)

Il-kompożizzjoni tal-Bord għandha tiżgura li jitqiesu kif dovut l-interessi rilevanti kollha involuti fil-proċeduri ta' riżoluzzjoni. B'kont meħud tal-kompitu tal-Bord, għandhom jinħatru President, Viċi President u erba' membri addizzjonali full-time tal-Bord.

(4)

Skont l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-ewwel President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni maħtur wara d-dħul fis-seħħ ta' dak ir-Regolament hu taż tliet snin, li jista' jiġġedded għal perjodu ta' ħames snin. Skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-mandat tal-Viċi President u tal-erba' membri l-oħra full-tima tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni hu ta' ħames snin.

(5)

Fid-19 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni pprovdiet elenkar qasir tal-kandidati għall-ħatra ta' President, Viċi President u erba' membri oħra full-time tal-Bord lill-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014. Fil-5 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni ssottomettiet lill-Parlament Ewropew proposta għall-ħatra tal-President, il-Viċi President u erba' membri oħra full-time tal-Bord. Il-Parlament Ewropew approva din il-proposta fis-16 ta' Diċembru 2014.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura bħala membru full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal mandat ta' tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni:

 

Is-Sinjura Elke KÖNIG, President.

2.   Il-persuni li ġejjin huma b'dan maħtura bħala membri full-time tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal mandat ta' ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni:

Is-Sur Timo LÖYTTYNIEMI, Viċi President

Is-Sur Mauro GRANDE, Direttur tal-Istrateġija u l-Koordinazzjoni

Is-Sur Antonio CARRASCOSA, Direttur għall-Ippjanar tar-Riżoluzzjoni

Is-Sinjura Joanne KELLERMANN, Direttur għall-Ippjanar tar-Riżoluzzjoni

Is-Sur Dominique LABOUREIX, Direttur għall-Ippjanar tar-Riżoluzzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/99


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta' Ġunju 2014

dwar l-Għajnuna mill-Istat S.A.26818 (C 20/10) (ex N 536/08 e NN 32/10) li l-Italja wettqet favur SO.G.A.S. — Kumpanija għall-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto

(notifikata bid-dokument C(2014) 3571)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/944/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,

wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

wara li stiednet il-partijiet interessati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom b'konformità mal-artikoli msemmija (1) u kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati,

billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fis-27 ta' Ottubru 2008 l-awtoritajiet Taljani nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjoni tar-Reġjun ta' Calabria li jagħti għajnuna fil-forma ta' injezzjonijiet ta' kapital biex ikopri t-telf finanzjarju mġarrab fl-2004 u fl-2005 minn SO.G.A.S. S.p.A. — Kumpanija għall-Ġestjoni tal-Ajruport ta' Stretto (minn hawn 'il quddiem “SO.G.A.S.” jew “il-benefiċjarju”) li tiġġestixxi l-ajruport ta' Reggio Calabria.

(2)

Matul l-eżami preliminari l-Kummissjoni saret taf dwar l-eżistenza ta' miżuri oħra ta' appoġġ favur l-istess benefiċjarju li setgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali. Dawn il-miżuri kienu inklużi fl-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni.

(3)

Wara li ġiet infurmata dwar il-fatt li l-għajnuna mill-Istat kienet fil-fatt ingħatat qabel ma hi setgħet tivvaluta l-kompatibilità tagħha mas-suq intern, il-Kummissjoni rreġistrat il-każ bħala għajnuna mhux innotifikata bin-numru NN 32/10.

(4)

Il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-miżura notifikata bl-ittri tas-27 ta' Novembru 2008, tat-23 ta' Frar 2009 u tad-19 ta' Mejju 2009, li l-Italja wieġbet fl-14 ta' Jannar 2009, fis-26 ta' Marzu 2009 u fid-9 ta' Ottubru 2009.

(5)

Permezz ta' ittra tal-20 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni infurmat lill-Italja dwar id-deċiżjoni tagħha li tibda proċedura ta' investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE dwar il-miżuri ta' għajnuna mogħtija lil SO.G.A.S. (minn hawn 'il quddiem “deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura”).

(6)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda l-proċedura kienet ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2). Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom.

(7)

Permezz ta' ittra tad-19 ta' Novembru 2010, il-benefiċjarju ppreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar id-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura. Fl-20 ta' Diċembru 2010 l-Kummissjoni ssottomettiet dawn l-osservazzjonijiet lill-awtoritajiet Taljani, u tagħthom l-opportunità li jikkummentaw dwarhom. Fid-29 ta' April 2011, wara tfakkira tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2011, wasslu l-osservazzjonijiet tal-Italja. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda osservazzjoni oħra mill-partijiet interessati.

(8)

L-awtoritajiet Taljani ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar id-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura b'ittri tat-23 ta' Settembru 2010 u tal-15 ta' Diċembru 2010.

(9)

Permezz ta' ittra tat-30 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni talbet aktar informazzjoni dwar il-miżuri li kienu qed jiġu investigati, li eventwalment ġiet sottomessa mill-awtoritajiet Taljani permezz ta' ittra tat-30 ta' April 2012.

2.   DESKRIZZJONI DETTALJATA TAL-MIŻURI

2.1.   Il-benefiċjarju

(10)

Il-benefiċjarju tal-miżuri huwa l-kumpanija ta' ġestjoni tal-Ajruport ta' Reggio Calabria, SO.G.A.S.

(11)

SO.G.A.S. hija kumpanija pubblika li taqa' taħt il-liġi Taljana, stabbilita f'Marzu 1981 u tappartjeni kompletament lil entitajiet pubbliċi.

(12)

Il-volum ta' traffiku ġestit mill-ajruport żdied minn 272 859 passiġġier fl-2004 għal 571 694 passiġġier fl-2012 (3).

2.2.   Il-miżuri kkontestati

(13)

Il-miżura notifikata mill-Italja dwar l-injezzjoni ta' kapital ta' EUR 1 824 964 mir-Reġjun ta' Calabria biex tkopri t-telf imġarrab minn SO.G.A.S. fl-2004 u fl-2005.

(14)

F'Ġunju tal-2005 u l-2006, l-azzjonarji pubbliċi ta' SO.G.A.S. ddeċidew li jagħmlu tajjeb għat-telf imġarrab mill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport (EUR 1 392 900 u EUR 2 257 028 rispettivament) fis-sentejn ta' qabel, permezz ta' injezzjonijiet ta' kapital proporzjonali. Dak iż-żmien, ir-Reġjun ta' Calabria kellu 50 % tal-kapital, filwaqt li l-bqija kienu ishma miżmuma mill-Muniċipalità ta' Reggio Calabria, mill-Provinċja ta' Reggio Calabria, mill-Provinċja ta' Messina, mill-Muniċipalità ta' Messina, mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Reggio Calabria u mill-Kamra tal-Kummerċ ta' Messina.

(15)

Abbażi tal-informazzjoni li kellha l-Kummissjoni fiż-żmien meta adottat id-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura, il-Provinċja ta' Reggio Calabria, il-Muniċipalità ta' Messina, il-Municipalità ta' Reggio Calabria u l-Kamra tal-Kummerċ ta' Messina kienu diġà għamlu injezzjonijiet ta' kapital proporzjonali.

(16)

Fl-2006 l-kumpanija maniġerjali tal-ajruport irreġistrat telf ieħor ta' EUR 6 018 982. F'Diċembru 2007 l-azzjonisti ta' SO.G.A.S. iddeċidew li jikkonvertu r-riżervi tal-kumpanija f'ekwità u li jwettqu tnaqqis tal-kapital tal-kumpanija biex ikopru l-bqija tat-telf. Il-kapital iddeterminat f'dan il-mod xorta kien inqas mill-ammont minimu preskritt mil-liġi Taljana għall-kumpanija maniġerjali tal-ajruport. L-azzjonisti ta' SO.G.A.S. sadanittant iddeċidew li jżidu l-kapital tal-kumpanija ta' EUR 2 742 919 għal-livelli konformi mal-obbligi legali. Iż-żieda fil-kapital twettqet permezz ta' konverżjoni tal-bonds li qabel kienu sottoskritti minn uħud mill-azzjonisti ta' SO.G.A.S., għal total ta' EUR 2 742 919. Minħabba li r-Reġjun ta' Calabria ma kienx parti mill-azzjonisti li kellhom tali bonds konvertibbli, is-sehem tiegħu tal-kapital tal-kumpanija naqas minn 50 % għal 6,74 %.

2.3.   L-awtorità li tat l-għajnuna

(17)

Ir-Reġjun ta' Calabria huwa l-awtorità li wettqet il-miżuri msemmija.

(18)

Kif diġà spjegat hawn fuq, anki l-Provinċja ta' Reggio Calabria, il-Muniċipalità ta' Reggio Calabria, il-Provinċja ta' Messina, il-Muniċipalità ta' Messina, il-Kamra tal-Kummerċ ta' Reggio Calabria u l-Kamra tal-Kummerċ ta' Messina taw fondi pubbliċi lil SO.G.A.S. permezz ta' injezzjonijiet ta' kapital proporzjonali destinati biex ikopru t-telf irreġistrat fl-2004, fl-2005 u fl-2006 u biex iġibu l-kapital tal-kumpanija għal-livelli li jikkonformaw mal-obbligi tal-liġi.

2.4.   Bilanċ

(19)

L-awtoritajiet Taljani nnotifikaw l-injezzjoni ta kapital ta' EUR 1 824 964 li jikkorrispondi għas-sehem tar-Reġjun ta' Calabria tal-kapital ta' SO.G.A.S., kif deċiż f'Ġunju tal-2005 u l-2006 rispettivament. Barra minn hekk, kif diġà enfasizzat, it-telf ekwivalenti għal EUR 1 824 964 kien eliminat mill-azzjonisti pubbliċi l-oħra. Injezzjoni oħra ta' kapital ta' EUR 2 742 919 twettqet f'Diċembru 2007.

(20)

L-allokazzjoni totali tal-miżuri li qed jiġu investigati tammonta għalhekk għal EUR 6 392 847.

2.5.   Proċeduri ġudizzjarji nazzjonali

(21)

Minħabba li r-Reġjun ta' Calabria kien iddeċieda li ma jwettaqx l-injezzjonijiet ta' kapital deċiżi mill-azzjonisti f'Ġunju 2005 u l-2006 qabel deċiżjoni awtorizzata mill-Kummissjoni, SO.G.A.S. daħlet fi proċeduri ta' appell quddiem it-Tribunal ta' Reggio Calabria. It-Tribunal iddeċieda favur SO.G.A.S. u l-oppożizzjoni tar-Reġjun ġiet miċħuda f'Mejju 2009.

(22)

Għalkemm irrikonoxxa l-kompetenza tal-Kummissjoni li tiddeċiedi rigward il-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat mas-suq intern, l-imħallef Taljan iddeċieda li kienet fil-kompetenza tal-imħallfin nazzjonali li jiddeċiedu jekk miżura ta' għajnuna tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat jew le. L-imħallef sostna li, fil-każ involut, il-finanzjament pubbliku ma kienx għajnuna mill-Istat fis-sens li t-tali finanzjament ma kienx att li jgħawweġ il-kompetizzjoni, u lanqas ma kellu impatti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. L-imħallef osserva wkoll li l-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq kien issodisfat fil-każ tal-miżura msemmija, irrispettivament mit-telf imġarrab fl-2004 u fl-2005, minħabba li fiż-żmien li ngħatat l-għajnuna diġà kienu jeżistu prospettivi raġjonevoli ta' vijabilità fit-tul.

(23)

Ir-Reġjun ippreżenta appell kontra d-deċiżjoni tat-Tribunal ta' Reggio Calabria fejn argumenta li l-miżura kienet għajnuna mill-Istat u għalhekk mhux suppost li titwettaq qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni. F'Diċembru 2009 l-awtoritajiet Taljani infurmaw lill-Kummissjoni li l-appell kien ġie miċħud u li ma kellhomx mezzi oħra proċedurali biex jappellaw il-konċessjoni tal-kontribuzzjoni pubblika lil SO.G.A.S.

3.   RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI

(24)

Fid-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni qieset, b'mod preliminari, li kemm l-injezzjonijiet proporzjonali tar-Reġjun u tal-azzjonisti l-oħra pubbliċi li jkopru t-telf imġarrab fl-2004 u fl-2005, kif ukoll l-injezzjonijiet ta' kapital approvati mill-azzjonisti ta' SO.G.A.S. f'Diċembru 2007 jammontaw għal għajnuna mill-Istat għar-raġunijiet li ġejjin:

(a)

kienu jikkonsistu minn trasferiment ta' fondi minn serje ta' awtoritajiet reġjonali u lokali, jiġifieri, ir-Reġjun ta' Calabria, il-Provinċja ta' Reggio Calabria, il-Muniċipalità ta' Reggio Calabria, il-Provinċja ta' Messina u l-Muniċipalità ta' Messina u, minn entitajiet lokali awtonomi li jaqgħu taħt il-liġi pubblika, jiġifieri l-Kamra tal-Kummerċ ta' Reggio Calabria u l-Kamra ta' Kummerċ ta' Messina, lil SO.G.A.S. u għalhekk kienu jirrigwardaw riżorsi pubbliċi u kienu attribwibbli għall-Istat;

(b)

ma kinux jirrispettaw il-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq u għalhekk kienu jagħtu vantaġġ selettiv lil SO.G.A.S.;

(c)

kienu atti li jxekklu l-kompetizzjoni u kellhom impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(25)

Il-Kummissjoni qieset, b'mod preliminari, li l-miżuri kkontestati kienu inkompatibbli mas-suq intern. L-ewwel nett, il-Kummissjoni osservat li l-Italja kienet iddikjarat espressament li SO.G.A.S. ma kellhiex il-piż ta' spejjeż tas-servizz pubbliku ta' interess ġenerali (“SGEI”). It-tieni, il-Kummissjoni nnutat li, kif ikkonfermat mill-awtoritajiet Taljani, il-miżuri ma kienu jirreferu għal ebda investiment speċifiku tal-ajruport u għalhekk qieset, b'mod preliminari, li l-kompatibilità tal-miżuri ma setgħetx tiġi vvalutata abbażi tal-kriterji stipulati mil-Linji Gwida Komunitarji dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna pubblika tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (4) (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005”). It-tielet, l-awtoritajiet Taljani, għalkemm sostnew li SO.G.A.S. kienet f'diffikultà skont il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar”) (5), speċifikaw li l-miżuri ma kinux jiffurmaw parti minn pjan ta' ristrutturar u li fil-fatt ma kien jeżisti l-ebda pjan bħal dan. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri ma kinux kompatibbli mal-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b'għan reġjonali għall-perijodu 2007-2013 (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat b'għan reġjonali”) (6) li jagħtu l-kwadru għall-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat mogħtija abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-TFUE.

(26)

Fir-rigward ta' dak li jikkonċerna l-azzjonijiet proposti quddiem l-imħallef nazzjonali kontra r-rifjut tar-Reġjun li jagħti l-kontribuzzjoni proprja proporzjonali qabel l-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni qieset li, minħabba s-supremazija tal-liġi tal-Unjoni fuq il-liġi nazzjonali u sakemm in-notifika ma kinitx irtirata formalment, l-Italja kellha l-obbligu li tikkonforma mal-klawżola ta' sospensjoni msemmija fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-Kummissjoni qieset li l-pożizzjoni li adottaw l-imħallfin nazzjonali kellha tiġi miċħuda u li l-awtoritajiet Taljani ma kellhomx iwettqu l-miżura notifikata sakemm kienet għadha pendenti l-proċedura dwar l-għajnuna mill-Istat, minħabba l-primat tal-obbligu ta' sospensjoni msemmi fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

4.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(27)

Il-Kummissjoni rċeviet biss l-osservazzjonijiet tal-benefiċjarju SO.G.A.S., li jappoġġjaw u jintegraw l-argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Taljani matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali.

4.1.   L-eżistenza ta' għajnuna

(28)

Il-benefiċjarju jsostni li l-miżuri taħt investigazzjoni ma jirrappreżentawx għajnuna mill-Istat, għaliex ma ġewx issodisfatti s-suppożizzjonijiet kollha stipulati mill-Artikolu 107(1) tat-TFUE. B'mod aktar speċifiku, il-benefiċjarju jafferma li l-miżura: (i) ma għandhiex impatti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jew, alternattivament, (ii) ma tagħtix vantaġġ ekonomiku selettiv lil SO.G.A.S. u iii) ma xxekkilx il-kompetizzjoni.

(29)

SO.G.A.S. tafferma li l-miżuri kkontestati ġew konċessi skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq u għalhekk huma kompatibbli mal-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq. Il-kumpanija ssostni wkoll li l-miżuri huma kompatibbli mal-Artikoli 2446 u 2447 tal-Kodiċi Ċivili Taljana, li jobbligaw lill-azzjonisti ta' kumpanija li tkun irreġistrat telf li jaqbeż terz tal-kapital ikopru t-telf sabiex jevitaw il-likwidazzjoni tal-kumpanija. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' kopertura tat-telf tal-kumpanija maniġerjali tal-ajruport min-naħa tal-azzjonisti kieku kien jikkawża r-revoka (skont l-Artikolu 13 tad-D.M. tat-12 ta' Novembru 1997, nru 521) tal-ġestjoni parzjali tal-ajruport ta' Stretto mogħtija lil SO.G.A.S. abbażi tal-Artikolu 17 D.L. 67/1997, u jwassal biex il-kumpanija żgur ma tiksibx il-konċessjoni tal-ġestjoni sħiħa, għal liema kien ġie ppreżentat att promotur lill-Ministeru tat-Trasport. Għalhekk huwa raġjonevoli li jitqies li anki azzjonist privat, li jsib ruħu quddiem tali alternattiva, kieku kien jaġixxi fl-istess mod biex iżid il-valur tal-parteċipazzjoni proprja.

(30)

Il-benefiċjarju fakkar li t-Tribunal ta' Reggio Calabria kien ikkummissjona valutazzjoni indipendenti tal-kumpanija f'Ġunju 2008 u li l-valur tal-kumpanija kien ġie stmat f'intervall inkluż bejn EUR 12 000 000 u EUR 17 000 000.

(31)

Sabiex jagħti prova tal-prospetti ta' dħul tal-kumpanija, il-benefiċjarju ppreżenta lill-Kummisjoni pjan industrijali u finanzjarju ppreparat f'Ottubru 2008 minn konsulent estern f'isem SO.G.A.S. li jagħti ipoteżi tal-irkupru tal-vijabilità tal-kumpanija fl-2013.

(32)

SO.G.A.S. spjegat ukoll li f'Lulju 2007 ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti għall-privatizzazzjoni parzjali tal-kapital soċjali proprju. F'dan il-kuntest, assoċjazzjoni temporanja ta' impriżi (ATI) italo-arġentina ppreżentat offerta għall-akkwist ta' 35 % tal-kapital soċjali ta' SO.G.A.S. Offerta bħal din tqieset ekonomikament żvantaġġuża mill-azzjonisti ta' SO.G.A.S. F'Marzu 2010 ġiet ippubblikata sejħa għall-offerti ġdida għall-akkwist ta' 35 % tal-ishma ta' SO.G.A.S. Skont SO.G.A.S., iż-żewġ offerti li rċevew bħala risposta għas-sejħa għall-offerti juru, flimkien mal-offerta inizjali tal-ATI, li f'dan il-każ il-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq kien irrispettat.

(33)

Barra minn hekk, il-benefiċjarju jqis żbaljata l-osservazzjoni tal-Kummissjoni li l-passiġġieri li jużaw l-ajruport ta' Stretto jistgħu, skont il-post ta' residenza tagħhom, jużaw minflok l-ajurporti ta' Catania, Lamezia Terme u Crotone u li għalhekk il-miżuri miċħuda jistgħu potenzjalment ixekklu l-kompetizzjoni fil-livell ta' kumpanija maniġerjali tal-ajruport.

(34)

L-ewwel nett, l-ajruport ta' Stretto u l-ajruporti ta' Catania, Lamezia Terme u Crotone huma ajruporti reġjonali destinati għat-titjiriet diretti, li żoni ta' lħuq tagħhom mhumiex sovraposti; barra minn hekk, l-ajruport ta' Stretto ma qed jikkompeti ma l-ebda ajruport ieħor Taljan jew tal-Unjoni. L-ispeċifikazzjonijiet ġeografiċi flimkien ma' dawk infrastrutturali tar-Reġjun ta' Calabria jeskludu kull sovrapożizzjoni potenzjonali taż-żona ta' lħuq tal-ajruport ta' Stretto ma' dawk ta' ajruporti oħra Taljani qrib. L-ajruport ta' Lamezia Terme jinsab aktar minn 130 km 'il bogħod, b'ħin medju ta' vvjaġġar bil-karozza ta' madwar siegħa mill-ajruport ta' Stretto. Ma jeżistux kollegamenti diretti ta' veloċità għolja bejn l-ajruport ta' Stretto u dak ta' Crotone, li jinsabu madwar tlett sigħat 'il bogħod minn xulxin. L-ajruport ta' Catania jinsab f'żona ġeografika oħra, aktar minn 130 km 'il bogħod u b'ħin medju ta' vvjaġġar bil-karozza ta' madwar siegħa u tletin/erbgħin minuta.

(35)

F'dan ir-rigward, SO.G.A.S. ippreżentat tabella li tagħti l-koeffiċjenti ta' korrelazzjoni bejn il-fluss ta' passiġġieri li jaslu l-ajruport ta' Stretto u dak tal-ajruporti ta' Lamezia Terme, Crotone u Catania. It-tabella turi li l-passiġġieri tal-ajruport ta' Stretto jikkostitwixxu komponent ġdid ta' traffiku reġjonali. Għaldaqstant, l-għeluq eventwali tal-ajruport iwassal għal telf ta' parti mid-domanda għas-servizzi ta' trasport bl-ajru aktar milli r-ridistribuzzjoni bejn l-ajruporti l-oħra. SO.G.A.S. ippreżentat ukoll tabella li turi li l-miżuri li qed jiġu investigati ħolqu effettivament domanda ġdida għas-servizzi ta' trasport bl-ajru fiż-żona, li ħoloq vantaġġi pożittivi kemm għall-operaturi tal-ajru li jixtiequ jeffettwaw kollegamenti ġodda bejn l-ajruport ta' Stretto u l-ajruporti l-oħra nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll għall-ajruporti l-oħra li jridu jiffaċċjaw żieda fid-domanda.

(36)

SO.G.A.S. ċaħdet ukoll il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni li tgħid li l-miżuri setgħu jxekklu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi tal-ajru. Il-benefiċjarju osserva li f'dan il-każ il-finanzjament pubbliku ma ġie ttrasferit lil ebda operatur tal-ajru fil-forma ta' taxxi tal-inżul aktar baxxi jew benefiċċji oħra. It-taxxi tal-inżul u kundizzjonijiet oħra operattivi tal-ajruport huma stabbiliti mill-awtorità pubblika kompetenti mingħajr ebda marġini ta' diskrezzjoni għall-kumpanija maniġerjali tal-ajruport. Barra minn hekk, il-benefiċjarju sostna li l-ajruport ta' Stretto kien servut l-aktar minn Alitalia (li kienet tipprovdi sitt titjiriet fuq total ta' kuljum ta' tmienja) u li xejn ma kien jagħti x'jifhem li l-operaturi charter u low cost kienu interessati jwettqu kollegamenti ġodda li jitilqu mill-ajruport ta' Stretto.

(37)

SO.G.A.S. ikkonkludiet billi affermat li, fil-valutazzjoni tal-impatt tal-miżura fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni suppost qieset iżjed iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ u eskludiet li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

4.2.   Kompatibilità tal-għajnuna

(38)

Fir-rigward tal-kompatibilità tal-miżuri skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, SO.G.A.S. enfasizzat li l-finanzjament pubbliku li qed jiġi investigat kellu l-għan li jżomm lill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport topera u li jiġu żviluppati ċerti attivitajiet ekonomiċi. Dan l-għan huwa ġġustifikat bil-fatt li l-ajruporti ta' daqs żgħir normalment mhumiex kapaċi jiġġeneraw biżżejjed dħul biex ikopru l-ispejjeż meħtieġa biex jiggarantixxu l-osservazzjoni tal-istandards tas-sigurtà. Barra minn hekk, l-ajruport ta' Stretto, b'kont meħud tal-karatteristiċi infrastrutturali tiegħu u tar-restrizzjonijiet konsegwenzjali imposti mill-ENAC (7), diffiċilment jista' jilqa' operaturi tal-ajru charter u low cost.

(39)

B'mod partikolari, abbażi tal-parametri tal-ENAC (Aġenzija Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili), l-ajruport ta' Stretto jikkwalifika bħala ajruport tal-Livell II. Il-klassifikazzjoni mwettqa mill-ENAC hija bbażata fuq id-daqs tal-infrastrutturi aktar milli l-volum ta' traffiku tal-passiġġieri u tobbliga lill-ajruporti b'livelli baxxi ta' traffiku jsostnu l-istess spejjeż għall-konformità mal-istandards tas-sigurtà bħal ajruporti b'aktar minn miljun passiġġier fis-sena.

(40)

Mingħajr il-finanzjament pubbliku li qed jiġi investigat, l-ajruport ikun kostrett joħroġ mis-suq b'konsegwenzi negattivi fuq livell reġjonali fuq il-mobilità tar-residenti. Dan kieku kien iwaqqaf lill-azzjonisti milli jgawdu kwalunkwe possibilità ta' dħul fuq l-investiment tagħhom.

(41)

Fl-aħħar nett, jew alternattivament, SO.G.A.S. issostni li, minħabba li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE (8) dwar servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali tapplika għal dan il-każ, il-miżuri kkontestati xorta jistgħu jitqiesu kompatibbli mas-suq intern u jkunu eżenti mill-obbligu ta' notifika.

(42)

SO.G.A.S. affermat li minħabba li t-traffiku annwali tal-ajruport ma kienx jaqbeż il-miljun passiġġier fil-perjodu ta' referenza, il-ġestjoni kumplessiva tiegħu kienet tirrappreżenta SGEI skont l-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni 2005/842/KE. Barra minn hekk, SO.G.A.S. spjegat li skont id-D.L. Nru 250 tal-25 ta' Lulju 1997, l-entitajiet pubbliċi lokali jistgħu jżommu l-parteċipazzjoni tagħhom biss f'dawk il-kumpaniji li l-kapital tagħhom kien jipproduċi servizzi ta' interess ġenerali. SO.G.A.S. minn dejjem kienet miżmuma mill-entitajiet pubbliċi lokali ta' Calabria u ta' Messina, li juri suppost in-natura ta' SGEI rikonoxxuta għall-ġestjoni tal-ajruport. Sabiex turi li l-ġestjoni tal-ajruport hija SGEI, SO.G.A.S. ippreżentat lill-Kummissjoni d-determinazzjonijiet tas-27 ta' Lulju 2010 u tad-19 ta' Ġunju 2010 tal-Muniċipalità ta' Reggio Calabria b'referenza għall-importanza tas-servizzi tal-ajruport fuq livell reġjonali.

(43)

Il-kumpens tal-obbligi ta' servizz pubbliku huwa limitat għall-eliminazzjoni tat-telf imġarrab mill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport għall-fornitura tal-SGEI u għalhekk huwa konformi mal-prinċipji ta' ħtieġa u proporzjonalità stipulati fl-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 2005/842/KE. Fir-rigward tan-nuqqas ta' att li jaħtar effettivament lill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport biex tipprovdi l-SGEI, SO.G.A.S. ipproponiet it-tħejjija ta' abbozz ta' konvenzjoni, sabiex jiġi eliminat kwalunkwe dubju, f'dak li jirrigwarda l-ajruport ta' Stretto, rigward il-konformità mal-erbgħa kundizzjonijiet kumulattivi msemmija fis-sentenza Altmark (9).

5.   OSSERVAZZJONIJIET TAL-AWTORITAJIET TALJANI

(44)

Fid-deċiżjoni ta' bidu l-Kummissjoni osservat li, dak iż-żmien, l-Italja kienet ikkonfermat li SO.G.A.S. ma kinitx uffiċjalment f'diffikultà minħabba l-ispejjeż tas-servizz pubbliku ta' interess ġenerali, u għalhekk ma setgħetx tiġi vvalutata l-kompatibilità mal-miżuri miċħuda b'referenza għar-regoli tal-SGEI.

5.1.   In-natura ta' SGEI tal-attivitajiet tal-ajruport

(45)

Matul l-investigazzjoni, l-Italja sostniet li l-miżuri li qed jiġu investigati kienu jikkostitwixxu kumpens għall-provvista ta' SGEI min-naħa ta' SO.G.A.S. Skont l-awtoritajiet Taljani, ma setgħax jiġi eskluż — fin-nuqqas ta' provi għall-kuntrarju — li l-konformità mar-regoli tal-Unjoni rigward l-SGEI setgħet tiġi kkonfermata, fil-każ ta' SO.G.A.S., permezz ta' “valutazzjoni ex post”.

(46)

L-Italja ssostni li l-pożizzjoni tal-Kummissjoni tagħti importanza eċċessiva lir-rekwiżiti formali minflok ir-rekwiżiti sostanzjali tal-SGEI. Biex tappoġġa t-tali affermazzjoni, l-Italja tat valutazzjoni rapida tal-erba' kriterji tas-sentenza Altwark. Din iddikjarat li huwa fatt li SO.G.A.S ġiet fdata b'missjoni ta' servizz pubbliku. Dan l-inkarigu huwa kkonfermat, direttament u indirettament, minn diversi atti amministrattivi li ġew adottati mill-awtoritajiet lokali. F'dan ir-rigward, l-Italja tat il-minuti tad-deliberazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' Reggio Calabria tas-17 ta' Ottubru 2007 dwar id-deċiżjoni li jiġi ssussidjat it-telf tal-kumpanija maniġerjali tal-ajruport, kif ukoll il-minuti tal-Kunsill Lokali ta' Reggio Calabria tas-16 ta' Ġunju 2009 u tal-31 ta' Diċembru 2009, li juru li l-attivitajiet tal-ajruport jistgħu jitqiesu bħala SGEI. Tabilħaqq, fil-minuti tal-Kunsill Lokali ta' Reggio Calabria tas-17 ta' Ottubru 2007 hemm miktub “ir-Reġjun ta' Calabria qies ċerti attivitajiet imwettqa fl-ajruport ta' Reggio Calabria meħtieġa biex jitwettaq servizz ta' interess ekonomiku ġenerali, u impona fuq SO.G.A.S. s.p.a. serje ta' obbligi ta' servizz pubbliku sabiex jiggarantixxi li l-interess tal-pubbliku ġenerali jiġi mħares kif xieraq; f'każijiet simili, il-parti responsabbli għall-ġestjoni tal-ajruport tista' tkun issussidjata mill-awtoritajiet pubbliċi fil-każ ta' spejjeż żejda li jirriżultaw mill-obbligi ta' servizz pubbliku li jkunu tali li ma jeskludux li l-ġestjoni ta' ajruport fit-totalità tiegħu ma tistax titqies bħala servizz ekonomiku ta' interess ġenerali”.

(47)

B'mod aktar ġenerali, ir-Reġjun ta' Calabria jikkonforma mal-Protokoll għall-iżvilupp tal-ajruporti ta' Lamezia Terme — Crotone — Reggio Calabria, li minnu jirriżulta kif is-servizzi tal-ajruport għandhom in-natura ta' servizzi pubbliċi meħtieġa għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-Reġjun u bħala tali jistgħu jkunu s-suġġett ta' finanzjament mir-riżorsi tal-Unjoni, jew riżorsi nazzjonali jew reġjonali.

(48)

L-Italja enfasizzat ukoll li fit-28 ta' Diċembru 2008 l-kumpanija maniġerjali tal-ajruport talbet lill-azzjonisti jipprovdu għat-tnaqqis tat-telf proprju minħabba l-obbligu ta' servizz pubbliku u li l-ebda operatur mhu se jagħti s-servizz ta' ġestjoni tal-ajruport abbażi ta' kundizzjonijiet purament kummerċjali. L-ewwel kriterju Altmark għalhekk kien rispettat.

(49)

L-awtoritajiet Taljani jaffermaw li l-parametri tal-kumpens huma implikati mill-bilanċ ta' SO.G.A.S., li fih l-ispejjeż tal-ġestjoni huma murija b'mod trasparenti. Il-finanzjament pubbliku huwa limitat għalhekk biex ikopri t-telf, mingħajr ebda marġini favur id-destinatarju.

(50)

Fir-rigward tat-tielet kriterju tas-sentenza Altmark, l-Italja enfasizzat li fil-każ tas-servizzi pubbliċi l-interventi tal-azzjonist pubbliku ma jistgħux jiġu pparagunati ma' dawk ta' investitur privat. L-imġiba tal-entitajiet pubbliċi tista' tiġi ġġustifikata mill-insegwiment ta' objettiv ta' interess pubbliku li bħala tali huwa indipendenti mill-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat. Minħabba li f'dan il-każ l-imġiba tal-azzjonisti pubbliċi ma kinitx iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet kummerċjali, ma tistax tiġi pparagunata ma' dik ta' investitur tas-suq. L-Italja kkonkludiet li t-tielet kriterju Altmark, li suppost jimplika l-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat, ma japplikax għall-każ li qed jiġi investigat.

(51)

L-Italja fl-aħħar ikkonkludiet li, minħabba n-natura ta' SGEI tal-attività mwettqa minn SO.G.A.S., l-injezzjonijiet ta' kapital jistgħu jitqiesu, abbażi tal-valutazzjoni ex post, bħala kumpens għat-twettiq ta' SGEI u li għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

5.2.   Kompatibilità tal-għajnuna

(52)

L-Italja affermat li anki kieku kienu meqjusin bħala għajnuna mill-Istat, il-miżuri inkwistjoni xorta għandhom jitqiesu bħala kompatibbli mal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni 2005/842/KE.

5.3.   Nuqqas ta' tgħawwiġ tal-kompetizzjoni

(53)

L-Italja rreferiet għall-punt 39 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005, li jgħid li “il-finanzjament mogħti lill-ajruporti reġjonali żgħar (kategorija D) m'għanduxixekkel il-kompetizzjoni jew jaffettwa il-kummerċ kuntrarjament għall-interess komuni”.

(54)

L-awtoritajiet Taljani affermaw ukoll li l-attivitajiet tal-ajruport mhumiex vijabbli. Ċirkostanza bħal din hija evidenzjata mill-fatt li, minkejja li ngħatat ħafna pubbliċità lill-intenzjoni tal-bidu li titwettaq privatizzazzjoni parzjali tal-kumpanija, il-proċedura ma kellhiex riżultat pożittiv. Meta jitqies li l-investituri potenzjali kien ikollhom jassumu l-obbligu li jagħmlu tajjeb għat-telf previst għas-snin sussegwenti, kif stabbiliti mill-pjan industrijali-finanzjarju ppubblikat fis-sejħa għall-offerti, u li l-unika offerta li ġiet riċevuta ma kinitx tqieset ekonomikament vijabbli, huwa ovvju li dik involuta hija attività li min-natura tagħha hija destinata li tagħmel telf. Barra minn hekk, il-fatt li ma kienx hemm offerenti interessati li jieħdu responsabbiltà għat-telf kollu potenzjali, iżda biss f'limiti stabbiliti minn qabel, juri n-nuqqas ta' suq attraenti għall-investituri, li fih innifsu jeskludi l-possibilità li l-miżuri jista' jkollhom impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

6.   L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-ITALJA DWAR L-OSSERVAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI

(55)

B'ittra tas-27 ta' April 2012, l-awtoritajiet Taljani ppreżentaw, f'isem ir-Reġjun ta' Calabria, il-kummenti proprji dwar l-osservazzjonijiet ta' SO.G.A.S. fl-investigazzjoni

(56)

L-Italja sostniet l-argumenti ppreżentati mill-benefiċjarju, inklużi dawk relatati man-natura ta' SGEI tal-miżuri li qed jiġu investigati, u żiedet li proprju minħabba din in-natura, dawn ma setgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat.

(57)

In-natura tal-miżuri, barra minn hekk, mhijiex tali li xxekkel il-kompetizzjoni u/jew ikollha impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.   VALUTAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

7.1.   L-eżistenza tal-għajnuna

(58)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, huma inkompatibbli mas-suq intern, sa fejn ikollhom impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, kull forma ta' għajnuna mogħtija mill-Istati, jiġifieri permezz ta' riżorsi tal-Istat, li jiffavorixxu ċerti impriżi jew ċerti produtturi, li jxekklu jew jheddu li jxekklu l-kompetizzjoni, minbarra d-derogi koperti mit-TFUE.

(59)

Il-kriterji stabbiliti bl-Artikolu 107(1) huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri notifikati jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, trid tiġi aċċertata l-preżenza tal-kundizzjonijiet kollha indikati hawn fuq. B'mod partikolari l-appoġġ finanzjarju:

(a)

tingħata mill-Istat, jew permezz ta' riżorsi tal-Istat,

(b)

tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti prodotturi,

(c)

twassal għal xkiel jew theddida ta' xkiel tal-kompetizzjoni,

(d)

għandha impatt fuq il-kummerċbejn l-Istati Membri.

(60)

Fis-sentenza Flughafen Leipzig-Halle  (10), it-Tribunal iddikjara li l-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta' ajruport ċivili hija attività ta' natura ekonomika. L-unika eċċezzjoni hija relatata ma' ċerti attivitajiet li normalment jaqgħu taħt l-awtoritajiet pubbliċi u għalhekk ma jistgħux jitqiesu bħala attivitajiet ekonomiċi. Il-finanzjament ta' ċerti attivitajiet mill-Istat ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Għalhekk huwa mingħajr dubju li SO.G.A.S. tikkostitwixxi impriża skont il-liġi dwar l-għajnuna mill-Istat, minħabba li din iġġestixxi l-ajruport ta' Stretto u toffri servizzi tal-ajruport bi ħlas lill-operaturi ekonomiċi (b'mod partikolari lit-trasportaturi tal-ajru) li jinsabu fl-ajruport.

7.1.1.   Riżorsi tal-Istat

(61)

Il-kunċett ta' għajnuna mill-Istat jinkludi kull vantaġġ dirett jew indirett, iffinanzjat minn riżorsi pubbliċi u mogħti direttament mill-Istat jew minn entitajiet intermedji li jaġixxu fil-kompetenzi mogħtija lilhom mill-Istat. Bħala konsegwenza, dan jinkludi wkoll l-għajnuna mogħtija minn entitajiet reġjonali jew lokali tal-Istati Membri, irrispettivament mill-istatut tagħhom jew mid-deskrizzjoni tagħhom (11).

(62)

Fil-premessi 27 u 28 tad-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni osservat li l-miżura li qed tiġi investigata kienet tikkonsisti minn trasferiment ta' fondi minn serje ta' awtoritajiet reġjonali u lokali lil SO.G.A.S. Għalhekk, il-Kummissjoni qieset li l-miżuri inkwistjoni kienu jikkonċernaw riżorsi pubbliċi u kienu attribwibbli għall-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qieset li r-riżorsi tal-kmamar tal-kummerċ Taljani kienu jikkostitwixxu riżorsi tal-Istat. Billi l-kmamar tal-kummerċ huma entitajiet pubbliċi suġġetti għad-dritt pubbliku, li jqishom bħala parti integrali tal-amministrazzjoni pubblika, u huma responsabbli għal ċerti funzjonijiet pubbliċi, il-Kummissjoni qieset li d-deċiżjonijiet tagħhom kienu attribwibbli għall-Italja. Abbażi ta' dan, ir-riżorsi tal-Kamra tal-Kummerċ ta' Messina għandhom jitqiesu bħala riżorsi pubbliċi u t-trasferiment tagħhom jista' jkun attribwibbli għall-Istat. La l-Italja u lanqas il-partijiet terzi interessati ma kkontestaw ir-riżultati preliminari matul l-investigazzjoni.

(63)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonfermat li l-miżuri kollha li qed jiġu investigati huma mogħtija permezz ta' riżorsi tal-Istati u huma attribwibbli għalih.

7.1.2.   Vantaġġ ekonomiku selettiv

(64)

Il-finanzjament pubbliku hu selettiv għaliex dan jibbenefika impriża waħda: SO.G.A.S. F'dan il-każ partikolari, dan ikopri t-telf li ġġarrab il-kumpanija fit-twettiq tal-attivitajiet normali tagħha.

(65)

Il-Kummissjoni tqis li, sa fejn il-kostruzzjoni u l-ġestjoni ta' infrastruttura tal-ajruport jikkostitwixxu attività ta' natura ekonomika, il-finanzjament pubbliku mogħti lill-ġestjoni tat-tali infrastruttura biex ikopri l-ispejjeż li normalment għandhom jitħallsu minnha stess jikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għal SO.G.A.S., għaliex dan isaħħaħ il-pożizzjoni fis-suq tagħha u jimpedixxi li l-forzi li huma preżenti fis-suq jipproduċu l-effetti normali tagħhom (12).

(66)

Il-Kummissjoni tinnota li filwaqt li fil-fażi preliminari l-Italja kienet sostniet li l-provvista ta' SGEI ma kinitx ġiet fdata b'mod formali lill-ajruport, wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' bidu tal-proċedura, l-Italja bidlet il-pożizzjoni tagħha u sostniet li l-finanzjament pubbliku inkwistjoni kien jirrappreżenta fil-fatt kumpens pubbliku għall-konformità mal-obbligi ta' servizz pubbliku (“OSP”) (13).

(67)

Sabiex jiġi stabbilit jekk il-kumpens għall-provvista ta' SGEI jikkostitwixxix vantaġġ skont l-Artikolu 107 tat-TFUE, il-Qorti, fis-sentenza tal-Kawża Altmark, iddefiniet il-kriterji li ġejjin (14):

(1)

l-impriża benefiċjarja trid tkun responsabbli effettivament sabiex twettaq obbligi ta' servizz pubbliku, u tali obbligi jridu jkunu ddefiniti b'mod ċar (minn hawn 'il quddiem “l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark”);

(2)

il-parametri li fuqhom huwa kkalkolat il-kumpens iridu jkunu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti (minn hawn 'il quddiem “it-tieni kriterju tas-sentenza Altmark”);

(3)

il-kumpens ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż kollha jew parti minnhom, li jirriżultaw mit-twettiq ta' obbligi ta' servizz pubbliku, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' tali obbligi (minn hawn 'il quddiem “it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark”);

(4)

meta, f'każ speċifiku, l-impriza li għandha twettaq l-obbligi ta' servizz pubbliku mhijiex magħżula permezz ta' proċedura ta' appalt pubbliku li tippermetti li jintgħażel il-kandidat kapaċi li jipprovdi tali servizzi bl-inqas spiża għall-komunità, il-livell tal-kumpens neċessarju għandu jkun stabbilit abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż, li impriża medja, immexxija tajjeb u adegwatament mogħnija b'mezzi ta' trasport sabiex tkun tista' tissodisfa l-bżonnijiet neċessarji ta' servizz pubbliku, kienet tagħmel sabiex twettaq tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti kollu kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' dawn l-obbligi (minn hawn 'il quddiem “ir-raba' kriterji tas-sentenza Altmark”).

7.1.2.1.   L-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark

(68)

L-ewwel kundizzjoni stabbilita mis-sentenza Altmark tikkoinċidi mar-rekwiżit ta' affidament u definizzjoni tal-SGEI ċara stabbilit fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE (15).

(69)

L-ewwel nett, l-Artikolu 106(2) tat-TFUE japplika b'mod esklussiv għal “kull impriża responsabbli sabiex topera” SGEI. Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ripetutament il-ħtieġa ta' att ta' affidament (16). Fil-fatt, dan l-att huwa meħtieġ sabiex jiddefinixxi l-obbligi tal-impriża u tal-Istat. Fin-nuqqas ta' att uffiċjali bħal dan, il-missjoni speċifika tal-impriża ma tkunx magħrufa u ma jkunx possibbli li jiġi ddeterminat kumpens ekwu (17). Għalhekk, il-ħtieġa ta' definizzjoni ċara tal-SGEI hija parti integrali u essenzjali tal-kunċett ta' affidament u tirriżulta għalhekk b'mod dirett mill-Artikolu 106(2) TFUE. L-affidament ta' servizz lil impriża jrid ikun anki, loġikament, akkumpanjat mid-definizzjoni tiegħu.

(70)

Fil-Komunikazzjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali tal-2001, il-Kummissjoni kienet diġà enfasizzat il-konnessjoni bejn id-definizzjoni ta' affidament u l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-kumpens tal-SGEI skont l-Artikolu 106(2) TFUE (18). Il-punt 22 tal-Komunikazzjoni jiċċara li “f'kull wieħed mill-każijiet, sabiex tapplika l-eċċezzjoni provvduta bl-Artikolu 106(2) TFUE, il-missjoni tas-servizz pubbliku teħtieġ li tiġi ddefinita biċ-ċar u trid tiġi fdata b'mod espliċitu permezz ta' att ta' awtorità pubblika (…). Dan l-obbligu huwa meħtieġ sabiex jiġu żgurati ċ-ċarezza legali kif ukoll it-trasparenza rigward iċ-ċittadini u huwa indispensabbli għall-Kummissjoni li twettaq l-istima tagħha tal-proporzjonalità”. L-affidament u d-definizzjoni għalhekk huma suppożizzjonijiet loġiċi essenzjali għal kull valutazzjoni sinifikanti tal-proporzjonalità tal-kumpens. L-imħallfin tal-Unjoni enfasizzaw ripetutament il-ħtieġa ta' definizzjoni ċara tal-obbligi ta' servizz pubbliku għall-applikazzjoni kemm tad-deroga msemmija fis-sentenza Altmark kif ukoll tal-Artikolu 106(2) TFUE (19).

(71)

Il-Qafas għall-SGEI tal-2005 (20) jikkonferma t-tali strateġija. Abbażi tal-punt 8 tal-Qafas, il-Kummissjoni tista' tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq intern il-kumpens ta' servizz pubbliku li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) TFUE, sakemm japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Qafas stess. Tali kundizzjonijiet jinkludu, b'mod partikolari, l-affidament tal-SGEI permezz ta' att uffiċjali wieħed jew iżjed minn wieħed, li jindikaw in-natura preċiża u d-dewmien tal-obbligi ta' servizz pubbliku, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, kif ukoll il-mod kif jiġi evitat il-kumpens żejjed u r-rimborż eventwali tiegħu (punt 13 tal-Qafas għall-SGEI tal-2005).

(72)

Anki l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (21) tal-2011 tiċċara li l-SGEI u l-obbligi ta' servizz pubbliku jridu jkunu ddefiniti minn qabel b'mod ċar. Skont il-punt 51 tat-tali Komunikazzjoni, “sabiex japplika l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, it-tħaddim ta' SGEI irid ikun fdat lil impriża waħda jew aktar. L-impriżi interessati jridu għalhekk ikunu ġew inkarigati b'kompitu speċjali mill-Istat. Anki l-ewwel kriterju ta' Altmark jitlob li l-impriża jkollha obbligu ta' servizz pubbliku xi twettaq. B'hekk, sabiex ikun konformi mal-ġurisprudenza Altmark, huwa meħtieġ li jingħata inkarigu ta' servizz pubbliku li jiddefinixxi l-obbligi tal-impriżi inkwistjoni u tal-awtorità”. Il-punt 52 suċċessiv jistabbilixxi li l-missjoni ta' servizz pubbliku trid tingħata permezz ta' att wieħed jew iżjed li jridu jiddefinixxu b'mod preċiż tal-anqas il-kontenut u t-terminu ta' żmien tal-obbligi ta' servizz pubbliku; l-impriża u, fejn applikabbli, it-territorju kkonċernat; in-natura ta' kwalunkwe drittijiet esklussivi jew speċjali mogħtija lill-impriża mill-awtorità inkwistjoni; il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens kif ukoll l-arranġamenti biex jiġi evitat u jiġi rkuprat kull kumpens eċċessiv.

(73)

Madankollu, l-awtoritajiet Taljani qed isostnu li l-approċċ tal-Kummissjoni huwa formali wisq u li lil SO.G.A.S. kienet ġiet fdata effettivament ir-responsabbiltà ta' SGEI, l-aktar fuq il-bażi ta' dokumenti li ġew imħejjija wara l-adozjoni tal-miżuri li qed jiġu investigati.

(74)

Skont l-Italja, il-kwalifikazzjoni bħala servizz ta' interess ekonomiku ġenerali tal-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto għandha tiġi inferita mid-diversi riżoluzzjonijiet reġjonali li jikkwotaw l-interess pubbliku kopert mis-servizzi tal-ajruport u r-rwol tagħhom fl-appoġġ tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun. Madankollu, l-ebda waħda minn dawn ir-riżoluzzjonijiet reġjonali msemmija ma tat definizzjoni espliċita tal-missjoni ta' servizz pubbliku preżunta mogħtija lill-ġestjoni tal-ajruport, u lanqas ir-regoli li jirregolaw il-kumpens tiegħu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-atti inkwistjoni kienu ppubblikati sa mill-2007 u għalhekk ġew wara l-istabbiliment preżunt tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, jiġifieri wara l-attività tal-ajruport fil-perjodu kopert bejn l-2004 u l-2006. Barra minn hekk, l-Italja ma tat l-ebda dokument lill-Kummissjoni li sar qabel l-2004 u li kien jiddefinixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi ta' servizz pubbliku preżunti imponuti fuq il-benefiċjarju.

(75)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li fil-każ li qed jiġi investigat l-SGEI preżunt ma ġiex fdat kif xieraq lill-benefiċjarju.

(76)

Il-Kummissjoni ma tistax tilqa' l-argument tal-awtoritajiet Taljani li jgħid li l-obbligi ta' servizz pubbliku jistgħu jiġu kkumpensati b'mod legali anki kieku s-servizz ma kienx ikkwalifikat minn qabel bħala SGEI u fdat bħala tali lill-benefiċjarju ex ante. Kieku dan kien possibbli, l-Istati Membri jkunu jistgħu, għad-diskrezzjoni tagħhom, jikkunsidraw mill-ġdid ex post il-ħtieġa li jimponu obbligi ta' servizz pubbliku. Fi kliem ieħor, jekk impriża jkollha telf finanzjarju, l-Istati Membri jistgħu jafdawha b'obbligi ta' servizz pubbliku li permezz tagħhom ikunu jistgħu jagħtuha kumpens bħala għajnuna, irrispettivament minn kwalunkwe valutazzjoni ex ante tal-ħtieġa li jingħata tali servizz fl-interess ġenerali. Dan l-approċċ mhuwiex kompatibbli mal-kundizzjoni li s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jridu jingħataw lill-impriża inkwistjoni permezz ta' att uffiċjali wieħed jew iżjed li jiddefinixxu, b'mod partikolari, il-kontenut u t-terminu ta' żmien tal-obbligi ta' servizz pubbliku, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, kif ukoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-prevenzjoni u l-irkupru eventwali ta' kumpens eċċessiv. L-allegazzjoni tal-awtoritajiet Taljani li s-servizzi tal-ajruport huma essenzjali għall-iżvilupp ekonomiku tar-reġjun mhijiex biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li l-SGEI ingħata b'mod korrett lill-benefiċjarju, minħabba li l-obbligi ta' servizz pubbliku u r-regoli relatati mal-kumpens ma ġewx iddefiniti minn qabel u b'mod trasparenti.

(77)

Barra minn hekk, jekk tilqa' l-pożizzjoni tal-awtoritajiet Taljani li skontha l-Istati Membri jistgħu jafdaw SGEI ex post, dan ifisser li tkun qed tiffavorixxi dawk l-Istati li kisru l-obbligi ta' notifika u sospensjoni. Stati bħal dawn jistgħu jsostnu li l-għajnuna mill-Istat mhux legali mogħtija lil impriża sservi biex tikkumpensal-ispejjeż ta' servizz pubbliku mogħti inċidentalment mill-benefiċjarju (mingħajr ma t-tali servizz ikun ġie ddefinit minn qabel jew fdat lill-impriża). Mill-banda l-oħra, dawk l-Istati Membri li kellhom l-intenzjoni li jirrispettaw l-obbligu ta' notifika jridu jafdaw u jiddefinixxu b'mod ċar l-SGEI ex ante, sabiex jirrispettaw ir-regoli tal-SGEI u l-ġurisprudenza Altmark.

(78)

Dan iwassal għal inċentiv biex l-Istati Membri ma jagħtux notifika ta' għajnuna ġdida mill-Istat, li jmur kontra l-prinċipju kkonsolidat li abbażi tiegħu l-Istati Membri li ma jagħtux notifika ta' għajnuna mill-Istat ma jistgħux jiġu ppreferuti fuq l-Istati Membri l-oħra li jagħtu notifika (22).

(79)

Fil-qosor, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel kundizzjoni stipulata fis-sentenza Altmark me ġietx osservata; tqis ukoll li fil-każ li qed jiġi investigat lanqas il-bqija tal-kundizzjonijiet Altmark ma ġew osservati, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet li żviluppaw wara.

7.1.2.2.   It-tieni kriterju tas-sentenza Altmark

(80)

Fil-każ li qed jiġi investigat, l-ebda parametru għall-kalkolu tal-kumpens ma ġie stabbilit minn qabel. L-atti ta' affidament imsemmija li jirreferu għalihom l-awtoritajiet Taljani ma jagħtux deskrizzjoni dettaljata tas-servizzi li għandu jipprovdi l-benefiċjarju, lanqas ma jistabbilixxu mekkaniżmu ta' kumpens għall-missjoni pubblika preżunta mogħti lilu.

7.1.2.3.   It-tielet kriterju tas-sentenza Altmark

(81)

Skont it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark, il-kumpens riċevut għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku ma jistax ikun iktar minn dak li hu neċessarju sabiex ikunu koperti l-ispejjeż imġarrba kollha jew parti minnhom, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti, kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' tali obbligi.

(82)

Il-Kummissjoni ma tistax tilqa' l-argument tal-Italja li jgħid li l-ajruport inkwistjoni rċieva biss il-finanzjament pubbliku meħtieġ għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku minħabba li t-tali finanzjament kien limitat għall-kumpens tat-telf li rriżulta mit-twettiq tas-servizz. Prinċipju fundamentali tal-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-kumpens hu li huma biss l-ispejjeż netti mġarrba mill-operatur pubbliku għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku li jistgħu jwasslu għal kumpens. Fin-nuqqas ta' definizzjoni ċara tal-obbligi imposti fuq il-benefiċjarju, il-Kummissjoni ma tistax tistabbilixxi b'mod inekwivokabbli l-ispejjeż li għandhom jiġu kkunsidrati għall-kalkolu tal-kumpens.

(83)

Anki fejn il-ġestjoni kumplessiva tal-ajruport tista' tiġi kklassifikata bħala SGEI, ċerti attivitajiet li mhumiex marbuta b'mod dirett mal-attivitajiet bażiċi, li jinkludu, fost affarijiet oħra, il-kostruzzjoni, il-finanzjament, l-użu u l-kiri tal-ispazji u l-proprjetà immobbli għall-uffiċini, l-imħażen, il-lukandi u l-impriżi industrijali taż-żona tal-ajruport, kif ukoll il-ħwienet, ir-restoranti u l-ispazji tal-parkeġġ, mhumiex parti mill-missjoni ta' SGEI u għalhekk ma jistgħux jingħataw għajnuna skont ir-regoli tal-SGEI. L-awtoritajiet Taljani ma ppreżentaw l-ebda att li juri li ma ngħatatx għajnuna għal attivitajiet li mhumiex marbuta b'mod dirett mal-attivitajiet bażiċi tal-ajruport, skont il-punti 34 u 53(iv), il-punt iv tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005.

7.1.2.4.   Ir-raba' kriterju tas-sentenza Altmark

(84)

Ir-raba' kriterju tas-sentenza Altmark jistabbilixxi li sabiex ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, il-kumpens irid ikun limitat għall-ammont minimu meħtieġ. Dan il-kriterju huwa meqjus issodisfatt fejn id-destinatarju tal-kumpens jintgħażel wara proċedura ta' sejħa għall-offerti pubblika jew, minflok, jekk il-kumpens jiġi kkalkolat b'referenza għall-ispejjeż ta' impriża effiċjenti.

(85)

Fil-każ inkwistjoni, il-benefiċjarju ma ntgħażilx permezz ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti pubblika. Lanqas ma l-Italja tat lill-Kummissjoni xi prova tal-fatt li l-livell ta' kumpens ġie ddeterminat abbażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża ta' daqs medju, ġestita b'mod effiċjenti u li għandha l-kapaċitajiet meħtieġa biex tissodisfa l-ħtiġijiet ta' servizz pubbliku mitluba, kieku jkollha biex twettaq it-tali obbligi, filwaqt li jiġi kkunsidrat id-dħul rilevanti, kif ukoll il-profitt raġjonevoli għat-twettiq ta' tali obbligi. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li ma jistax jiġi konkluż li l-finanzjament pubbliku inkwistjoni ġie ddeterminat abbażi tal-ispejjeż ta' impriża effiċjenti.

(86)

Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-benefiċjarju ta s-servizzi inkwistjoni għal inqas spejjeż għas-soċjetà.

(87)

Għal raġunijiet ta' kompletezza, il-Kummissjoni tosserva li, matul l-investigazzjoni, il-benefiċjarju ppreżenta anki l-argument li l-miżuri jikkonformaw mal-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq. Anki jekk il-ġestjoni tal-ajruport sofriet telf, huwa leġittimu li jiġi preżunt li l-attività kienet tinvolvi l-profitti.

(88)

F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva l-ewwel nett li, għall-kuntrarju ta' dak li jsostni l-benefiċjarju, l-Italja, matul l-investigazzjoni, ma affermatx li l-Istat kien investa fil-kumpanija maniġerjali tal-ajruport bl-iskop ta' vijabilità tagħha u li, għall-kuntrarju, sostniet li l-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq ma kienx japplika għall-każ li qed jiġi investigat (ara l-premessa 49).

(89)

It-tieni, għall-fini tal-valutazzjoni bbażata fuq il-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk, f'ċirkostanzi simili, investitur privat kienx jaġixxi fl-istess mod. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li, jekk l-aġir tal-investitur privat, li għandu jiġi mqabbel miegħu l-intervent tal-investitur pubbliku li jsegwi objettivi ta' politika ekonomika, mhuwiex neċessarjament dak tal-investitur komuni li jalloka l-kapital skont il-kapaċità tiegħu li jagħti introjtu għall-perjodi pjuttost qosra, dan irid jikkorrispondi għal dak ta' kumpanija holding privata jew ta' grupp imprenditorjali privat li jsegwi politika strutturali, globali jew settorjali, iggwidat mill-prospettiva ta' vijabilità fuq perjodu itwal (23). Sabiex jiġi stabbilit jekk l-Istat adottax jew le l-aġir ta' investitur attent f'ekonomija tas-suq, wieħed irid iqis il-kuntest taż-żmien li fih ġew adottati l-miżuri ta' appoġġ finanzjarju sabiex tiġi vvalutata r-raġuni ekonomika għall-aġir tal-Istat u għalhekk wieħed irid jevita li jsiru valutazzjonijiet ibbażati fuq sitwazzjoni suċċessiva (24). Skont il-ġurisprudenza stabbilita, jekk Stat Membru japplika l-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq matul il-proċeduri amministrattivi, hija r-responsabbiltà tiegħu, fil-każ ta' dubju, li jagħti prova b'mod inekwivokabbli u abbażi ta' elementi oġġettivi u li jistgħu jiġu vverifikati li l-miżura mwettqa hija attribwibbli għall-pożizzjoni tiegħu ta' azzjonist. Elementi bħal dawn iridu juru b'mod ċar li l-Istat Membru interessat ħa, minn qabel jew fl-istess żmien tal-konċessjoni tal-benefiċċju ekonomiku, id-deċiżjoni li jipproċedi, bil-miżura stabbilita b'mod effettiv, għal investiment fl-impriża pubblika kkontrollata (25).

(90)

F'dan is-sens, il-Kummissjoni ma tistax tilqa' l-argument, sostnut mill-benefiċjarju, li jgħid li l-miżuri li qed jiġu investigati kienu ddeterminati mill-prospett ta' qligħ tal-kumpanija, kif deskritt fil-pjan korporattiv imħejji fl-2008, li kellu bħala għan li jirrestawra l-vijabilità, minħabba li t-tali pjan kien ikkompletat wara li kienu diġà ġew deċiżi l-miżuri inkwistjoni. Il-Kummissjoni tqis li investitur privat se jġib miegħu kapital ġdid f'kumpanija li l-kapital tagħha huwa taħt il-livell minimu legali, bħal fil-każ ta' SO.G.A.S., biss jekk, fiż-żmien li titwettaq it-tali miżura, dan ikun jista' jipprevedi ir-restawr tal-vijabilità tal-kumpanija fi żminijiet raġjonevoli. Minħabba li la l-awtoritajiet Taljani u lanqas SO.G.A.S. ma taw elementi konkreti li jkopru l-perjodu tal-miżuri li qed jiġu investigati li juru li l-awtoritajiet pubbliċi kellhom l-intenzjoni li jagħmlu investiment u li setgħu raġjonevolment jistennew li jkollhom prestazzjoni ekonomika mit-tali operazzjoni li tkun aċċettabbli għal investitur privat u li l-Italja kkonfermat b'mod espliċitu li l-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq ma japplikax f'dan il-każ, il-Kummissjoni kkonkludiet li t-tali miżuri ma jirrispettawx il-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq.

7.1.2.5.   Konklużjonijiet

(91)

Il-Kummissjoni tqis li l-każ li qed jiġi investigat ma jikkonforma mal-ebda mill-erbgħa kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Altmark u li l-miżuri involuti ma jikkonformawx mal-prinċipju tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżuri involuti, jiġifieri l-injezzjonijiet ta' kapital li saru biex ikopru t-telf imġarrab minn SO.G.A.S. fl-2004, fl-2005 u fl-2006, jagħtu vantaġġ ekonomiku lill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport.

7.1.3.   Tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(92)

Fir-rigward tat-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, l-Italja enfasizzat li, abbażi tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005, “il-finanzjament mogħti lill-ajruporti reġjonali żgħar (kategorija D) m'għanduxixekkel il-kompetizzjoni jew jaffettwa il-kummerċ kuntrarjament għall-interess komuni”. It-test ikkwotat, madankollu, jirreferi għall-valutazzjoni tal-kompatibilità tal-għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE u mhuwiex maħsub biex jeskludi li l-finanzjament pubbliku ta' ajruporti żgħar jista' jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

(93)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-punt 40 tal-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005 jistabbilixxi li “lil hinn minn dawn l-indikazzjonijiet ġenerali, mhux possibbli li tistabbilixxi regoli li jkopru kull każ possibbli, b'mod partikolari għall-ajruporti f'kategoriji C u D. Għal din ir-raġuni jkun meħtieġ li tiġi nnotifikata kull miżura li tista' tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat favur ajruport, sabiex ikun jista' jiġi eżaminat l-impatt tagħha fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u tiġi vvalutata eventwalment il-kompatibilità tagħha.”

(94)

L-ajruport ta' Stretto hu wieħed mit-tliet ajruporti tar-reġjun ta' Calabria, li jinsab fl-estremità tan-Nofshinar tal-Peniżola Taljana. It-traffiku tal-ajruport dejjem kien taħt il-miljun passiġġier (26). Fiż-żmien li twettqet il-miżura li qed tiġi investigata, l-ajruport kien jappartjeni għall-kategorija D “ajruporti reġjonali żgħar”, skont il-Linji Gwida tal-Avjazzjoni tal-2005. Madankollu, it-traffiku tal-passiġġieri ġestit mill-ajruport fl-2012 huwa d-doppju ta' dak tal-2004.

(95)

Il-Kummissjoni nnotat li s-suq tal-ġestjoni tal-ajruport, li jinkludi l-ajruporti żgħar reġjonali, huwa suq miftuħ għall-kompetizzjoni, li fih joperaw numru ta' impriżi privati u pubbliċi fl-Unjoni kollha. Dan huwa kkonfermat anki mill-fatt li l-Italja kellha l-għan li tipprivatizza parti mill-kumpanija maniġerjali tal-ajruport ta' Stretto u li, għal dan il-għan, fl-2007 ppubblikat sejħa għall-offerti miftuħa għal impriżi ta' kull Stat Membru tal-Unjoni (ara l-premessa 32). Għalhekk, il-finanzjament pubbliku ta' kumpanija maniġerjali tal-ajruport jista' jxekkel il-kompetizzjoni fis-suq ta' ġestjoni tal-istrutturi tal-ajruport. Barra minn hekk, anki l-ajruporti li jappartjenu għal żoni ta' lħuq differenti jistgħu joperaw f'kompetizzjoni reċiproka biex jattiraw it-traffiku. Fil-fatt, sa ċertu punt u għal ċerti passiġġieri, ċerti destinazzjonijiet differenti huma interkambjabbli. Għalhekk, il-finanzjament pubbliku favur l-ajruporti jista' jxekkel il-kompetizzjoni u jkollu impatt fuq il-kummerċ fis-suq tat-trasport bl-ajru tal-Unjoni.

(96)

Fil-każ li qed jiġi investigat, filwaqt li jiġi kkunsidrat li dak iż-żmien l-ajruport ta' Stretto kien iservi l-aktar destinazzjonijiet nazzjonali u żewġ rotot internazzjonali (Pariġi u Malta) u li grazzi għall-fondi riċevuti l-ajruport seta' jibqa' fis-suq u jespandi b'mod sinifikanti l-attività tiegħu, il-Kummissjoni tqis li l-miżuri li qed jiġu investigati setgħu xekklu l-kompetizzjoni u seta' kellhom impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

7.1.4.   Konklużjoni dwar l-eżistenza tal-għajnuna

(97)

Fid-dawl ta' dak imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-injezzjonijiet ta' kapital konċessi lil SO.G.A.S. mill-azzjonisti pubbliċi proprji biex ikopru t-telf mill-attivitajiet tal-2004, l-2005 u l-2006, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

7.2.   Leġittimità tal-għajnuna

(98)

Il-miżuri li qed jiġu investigati twettqu qabel l-approvazzjoni formali tal-Kummissjoni; għalhekk, l-Italja ma kkonformatx mal-obbligu ta' sospensjoni msemmi fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE.

7.3.   Kompatibilità tal-għajnuna

7.3.1.   Kompatibilità skont ir-regoli tal-SGEI

(99)

SO.G.A.S. issostni li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(100)

L-Artikolu 106(2) jistabbilixxi li “kull impriża responsabbli sabiex topera servizzi ta' importanza ekonomika ġenerali jew li jkollha l-karattru ta' monopolju fiskali għandha tkun suġġetta għar-regoli tat-Trattati, b'mod partikolari dawk li jirriferu għall-kompetizzjoni, sa fejn l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli ma jostakolawx it-twettiq de jure jew de facto tal-funzjonijiet speċifiċi mogħtija lil dik l-impriża. L-iżvilupp tal-kummerċ ma għandux jiżviluppa b'mod kuntrarju għall-interessi tal-Unjoni”.

(101)

Tali artikolu jintroduċi deroga għall-projbizzjoni ta' konċessjoni ta' għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 107 tat-TFUE sa fejn l-għajnuna hija meħtieġa u proporzjonali biex tiggarantixxi l-provvista tal-SGEI għal kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli. Skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 106 tat-TFUE, il-Kummissjoni tissorvelja l-applikazzjoni ta' dan l-artikolu, fost affarijiet oħra, billi tispeċifika l-kundizzjonijiet għas-sodisfazzjon tal-kriterji ta' ħtieġa u proporzjonalità.

(102)

Qabel il-31 ta' Jannar 2012 il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (minn hawn 'il quddiem “il-Qafas għall-SGEI tal-2005”) (27) u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005, kienu jirrappreżentaw il-leġiżlazzjoni adottata mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tad-deroga msemmija fl-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(103)

Fil-31 ta' Jannar 2012 daħal fis-seħħ pakkett ġdid dwar l-SGEI, li jinkludi l-Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (2011) (minn hawn 'il quddiem “il-Qafas għall-SGEI tal-2011”) (28) u d-Deċiżjoni 2012/21/UE tal-Kummissjoni (29).

7.3.1.1.   Kompatibilità skont id-Deċiżjoni 2005/842/KE

(104)

Il-miżuri involuti kienu konċessi f'Ġunju 2004, f'Ġunju 2005 u f'Diċembru 2007. Il-benefiċjarju jsostni li l-miżuri involuti huma eżenti mill-obbligu ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni 2005/842/KE.

(105)

Id-Deċiżjoni 2005/842/KE kienet tiddikjara bħala kompatibbli l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku mogħti fir-rigward tal-SGEI lill-impriżi li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-istess deċiżjoni. B'mod partikolari, id-Deċiżjoni 2005/842/KE tiddikjara bħala kompatibbli l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku għall-ajruporti i) fejn it-traffiku annwali li ma jkunx jaqbeż il-miljun passiġġier, ii) b'fatturat totali qabel it-taxxa ta' inqas minn EUR 100 miljun matul is-sentejn finanzjarji ta' qabel dik is-sena li fiha jkun ingħatalha s-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali li jirċievu kumpens annwali għas-servizz inkwistjoni ta' anqas minn EUR 30 miljun (30).

(106)

Id-Deċiżjoni 2005/842/KE kienet tapplika biss għall-għajnuna fil-forma ta' kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku relatati mas-servizzi attwali ta' interess ekonomiku ġenerali. Sabiex ikun jista' jibbenefika mit-tali eżenzjoni, il-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku għat-twettiq tal-SGEI ried jissodisfa l-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 tal-istess Deċiżjoni (31).

(107)

L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2005/842/KE jipprevedi li s-servizz ta' interess ekonomiku ġenerali jingħata lill-impriża inkwistjoni permezz ta' att uffiċjali wieħed jew iżjed li jiddefinixxu, fost l-oħrajn, in-natura u l-perjodu ta' validità tal-obbligi ta' servizz pubbliku, il-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, kif ukoll l-arranġamenti biex jiġi evitat u jiġi rkuprat kumpens eċċessiv. L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2005/842/KE jistabbilixxi li l-kumpens għandu jkun limitat għal dak meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż determinati għat-twettiq tal-obbligi ta' servizz pubbliku, wara li jittieħed kont tad-dħul rilevanti u ta' marġni ta' profitt raġjonevoli. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni 2005/842/KE jipprevedi li l-Istati Membri jwettqu kontrolli regolari sabiex jiżguraw li l-impriżi ma jirċevux kumpens li jkun aktar mill-ammont determinat b'konformità mal-Artikolu 5.

(108)

Għar-raġunijiet deskritti fil-punt 7.1.2.1 ta' din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li la l-benefiċjarju, u lanqas l-awtoritajiet Taljani ma wrew li ġew fdati lil SO.G.A.S. obbligi ta' servizz pubbliku ddefiniti b'mod ċar. Barra minn hekk, dawn ma tawx prova li l-parametri għall-kalkolu, il-kontroll u r-reviżjoni tal-kumpens, u l-arranġamenti biex jiġi evitat u jiġi rkuprat kumpens eċċessiv kienu inklużi fi kwalunkwe mod fl-imsemmija atti ta' affidament adottati minnhom stess. Jirriżulta li r-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6 tad-Deċiżjoni 2005/842/KE relatati mal-atti ta' affidament ma ġewx issodisfatti.

(109)

Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens tat-telf tal-ġestjoni tal-ajruport ta' Stretto ma kienx kompatibbli mas-suq intern, lanqas ma kien eżentat mill-obbligu ta' notifika abbażi tad-Deċiżjoni 2005/842/KE.

(110)

Barra minn hekk, fin-nuqqas ta' definizjoni ċara tal-obbligi ta' servizz pubbliku imposti fuq SO.G.A.S., il-miżura ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern u eżenti mill-obbligu ta' notifika minn qabel imsemmi fl-Artikolu 10(b) tad-Deċiżjoni 2012/21/UE. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat jekk il-miżura tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont il-punt 69 tal-Qafas għall-SGEI tal-2011, li jistabbilixxi li “l-Kummissjoni ser tapplika l-prinċipji stabbiliti f'din il-Komunikazzjoni għal għajnuna li ma tkunx skont il-liġi li dwarha tieħu deċiżjoni wara l-31 ta' Jannar 2012 anki jekk l-għajnuna tkun ingħatat qabel dik id-data”.

7.3.1.2.   Kompatibilità skont il-Qafas għall-SGEI tal-2011

(111)

Il-punt 16 tal-Qafas għall-SGEI tal-2011 jistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa sabiex l-affidament ta' SGEI jkun jista' jitqies validu. B'mod partikolari, il-punt a) li jsegwi l-punt 16 jistabbilixxi li l-att ta' affidament irid jindika b'mod ċar il-kontenut u t-terminu ta' żmien tal-obbligi tas-servizz pubbliku. Għalhekk, għall-istess raġunijiet diġà mogħtija fil-punt 7.1.2.1 ta' din id-deċiżjoni, il-miżuri ta' għajnuna li qed jiġu investigati ma jistgħux jitqiesu kompatibbli skont il-Qafas għall-SGEI tal-2011. B'mod partikolari, il-ġestjoni tal-ajruport fit-total tiegħu ma ġietx fdata b'mod ċar lill-benefiċjarju fil-forma ta' SGEI. Il-Kommissjoni ma rċeviet l-ebda att ta' affidament li jiddefinixxi ex ante b'mod uniku l-SGEI mogħti lill-benefiċjarju, lanqas id-dritt tiegħu għal kumpens. Barra minn hekk, ma ġewx sottomessi lill-Kummissjoni elementi li juru li l-punti 17 u 18 tal-Qafas għall-SGEI tal-2011 ġew osservati.

(112)

Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-miżura ta' għajnuna li qed tiġi investigata ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106(2) tat-TFUE.

(113)

Għall-fini ta' kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li l-punt 9 tal-Qafas għall-SGEI tal-2011 jistabbilixxi li l-kumpens għal SGEI mogħti lill-impriżi f'diffikultà jrid jiġi vvalutat skont il-Linji Gwida Komunitarji dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar ta' Impriżi f'Diffikultà.

(114)

Matul il-fażi ta' valutazzjoni preliminari, l-Italja kienet sostniet fil-fatt li SO.G.A.S. kienet impriża f'diffikultà skont il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar. Madankollu, l-Italja kienet sostniet ukoll li l-miżuri li qed jiġu investigati ma kinux parti minn pjan ta' ristrutturar u li pjan tat-tali natura ma kienx jeżisti. Għalhekk, fid-deċiżjoni tagħha ta' bidu tal-proċedura, il-Kummissjoni kienet qieset li t-tali miżuri ma setgħux jitqiesu kompatibbli mal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar.

(115)

Matul l-investigazzjoni formali, l-Italja ma komplietx issostni li l-ġestjoni tal-ajruport kien f'diffikultà fil-mument tal-konċessjoni tal-miżuri ta' għajnuna u li bħala konsegwenza l-għajnuna kienet kompatibbli abbażi tal-linji gwida msemmija.

(116)

Fin-nuqqas ta' elementi li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibilità tal-miżuri li qed jiġu investigati abbażi tal-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-Salvataġġ u r-Ristrutturar, din ma tistax tiddikjara t-tali miżuri kompatibbli mas-suq intern skont il-linji gwida msemmija.

7.3.2.   Kompatibilità skont il-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni

(117)

Fil-31 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru” (minn hawn 'il quddiem “il-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni”) (32). Dawn japplikaw għall-għajnuna għall-funzjonament tal-ajruporti konċessa qabel il-31 ta' Marzu 2014.

(118)

L-għajnuna għall-funzjonament mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni tista' tiġi ddikjarata kompatibbli għall-ispejjeż kollha tat-twettiq mhux koperti sakemm jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

kontribut għal mira definita sew ta' interess komuni: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfatta, fost affarijiet oħra, jekk l-għajnuna żżid il-mobilità taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-konnettività tar-reġjuni jew tiffaċilita l-iżvilupp reġjonali (33),

il-bżonn għal intervent pubbliku: l-għajnuna għandha tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn tali għajnuna tistà ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jistax jagħti hu stess (34),

eżistenza ta' effett ta' inċentiv: din il-kundizzjoni tiġi ssodisfatta jekk huwa probabbli li, mingħajr l-għajnuna, u waqt li tkun ikkunsidrata l-preżenza possibbli ta' għajnuna għall-investiment u l-livell ta' traffiku, il-livell ta' attività ekonomika tal-ajruport ikkonċernat jonqos b'mod sinifikanti (35),

il-proporzjonalità tal-għajnuna (l-għajnuna limitata għall-minimu neċessarju): sabiex tkun proporzjonali, għajnuna għall-ġestjoni lill-ajruporti għandha tkun limitata għall-minimu neċessarju biex isseħħ l-attività li qed tirċievi l-għajnuna (36),

l-evitar ta' effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ (37).

(119)

Skont dak iddikjarat mill-awtoritajiet Taljani, il-pożizzjoni ġeografika periferali u n-nuqqas ta' żvilupp tat-trasport tal-merkanzija jikkostitwixxu sitwazzjonijiet kritiċi gravi għar-reġjun ta' Calabria, speċjalment minħabba n-nuqqas ta' infrastrutturi xierqa. L-Italja ddikjarat li l-miżuri li qed jiġu investigati huma parti minn proġett ikbar li għandu l-għan li jsaħħaħ in-netwerks tat-trasport f'Calabria. Miżuri bħala dawn jippermettu lil SO.G.A.S. ittejjeb l-infrastrutturi u s-servizzi offruti mill-ajruport fid-dawl tal-istrateġija reġjonali l-ġdida li għandha l-għan li tirrinforza n-netwerks tat-trasport u tiggarantixxi aċċess aktar faċli għar-reġjun.

(120)

Fid-dawl ta' dak imsemmi, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għall-finanzjament mogħtija lil SO.G.A.S. ikkontribwixxiet għall-ilħuq ta' għan ta' interess komuni li tittejjeb l-aċċessibilità, il-konnettività u l-iżvilupp reġjonali permezz tal-iżvilupp ta' infrastruttura għat-trasport bl-ajru sikura u affidabbli.

(121)

Kif osservat mil-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni, l-ajruporti żgħar jista' jkollhom problemi jiffinanzjaw l-attività tagħhom mingħajr fondi pubbliċi. Skont il-punt 118 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni, l-ajruporti bi traffiku annwali ta' inqas minn 700 000 passiġġier jistgħu ma jkunux kapaċi jkopru porzjon sostanzjali tal-ispejjeż ta' ġestjoni tagħhom. It-traffiku tal-ajruport ta' Stretto dejjem kellu inqas minn 700 000 passiġġier. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna kienet meħtieġa għaliex ippermettiet titjib tal-konnettività tar-reġjun ta' Calabria, li s-suq waħdu ma kienx se joffri.

(122)

Mingħajr l-għajnuna, l-attivitajiet tal-benefiċjarju kienu jonqsu b'mod sinifikanti, jew saħansitra kien ikollhom jieqfu. Fl-istess ħin, l-għajnuna ma qabżitx l-ammont meħtieġ biex ikopri t-telf tal-ġestjoni u għalhekk kienet limitata għall-minimu neċessarju biex jippermetti t-twettiq tal-attività li qed tirċievi l-għajnuna.

(123)

L-ebda ajruport ieħor ma jinsab fl-istess żona ta' lħuq, (38) minħabba li, kif deskritt qabel, l-ajruport l-aktar viċin jinsab aktar minn 130 kilometru 'l bogħod. Barra minn hekk, l-Italja kkonfermat li l-infrastruttura tal-ajruport tpoġġiet għad-dispożizzjoni tal-operaturi kollha tal-ajru għal kundizzjonijiet mhux diskriminatorji. La l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u lanqas l-osservazzjonijiet tal-partijiet interessati ppreżentati matul l-investigazzjoni ma qajmu l-ebda kwistjoni dwar l-aċċess mhux diskriminatorju tal-infrastruttura.

(124)

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet ta' kompatibilità ddefiniti mil-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni huma ssodisfatti.

7.3.3.   Konklużjoni dwar il-kompatibilità tal-għajnuna

(125)

Fuq il-bażi tal-valutazzjoni msemmija, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ta' għajnuna notifikata hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-TFUE.

(126)

Din il-konklużjoni, ifformulata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, hija mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni, inklużi dawk ambjentali.

8.   KONKLUŻJONIJIET

(127)

Il-Kummissjoni tqis li l-Italja wettqet l-għajnuna inkwistjoni b'mod illegali, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, abbażi tal-valutazzjoni msemmija, iddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna, minħabba li din hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li l-Italja wettqet favur SO.G.A.S. S.p.A. (Kumpanija għall-Ġestjoni tal-Ajruport ta' Stretto) għal ammont ugwali għal EUR 6 392 847 hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Ir-Repubblika Taljana hija d-destinatarja ta' din id-deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquin ALMUNIA

Viċi President


(1)  ĠU C 292, 28.10.2010, p. 30.

(2)  Ara n-nota ta' qiegħ il-paġna 1.

(3)  Abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

(4)  ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1 (punti 53–63).

(5)  ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2.

(6)  ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.

(7)  Aġenzija Nazzjonali għall-Avjazzjoni Ċivili.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/842/KE tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).

(9)  Il-Kawża C-280/00 Altmark, Ġabra 2003, p. I-7747.

(10)  Is-sentenza tat-Tribunal tal-24 ta' Marzu 2011, il-Kawżi Magħquda T-455/08 Flughafen Leipzig-Halle GmbH u Mitteldeutsche Flughafen AG vs Il-Kummissjoni u T-443/08 Freistaat Sachsen u Land Sachsen-Anhalt vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2011, p. 01311.

(11)  Is-sentenza tal-Qorti tal-14 ta' Ottubru 1987, il-Kawża 248/84 Iir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Ġabra 1987, p. 04013 u s-sentenza tat-Tribunal tat-12 ta' Mejju 2011, il-Kawżi Magħquda Région Nord-Pas-de-Calais (T-267/08) u Communauté d'agglomération du Douaisis (T-279/08) vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ġabra 2011, p. II-0000, punt 108.

(12)  Sentenza tal-Qorti tal-14 ta' Frar 1990, il-Kawża C-301/87 Franza vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1990, p. I-307, punt 41.

(13)  Il-Kummissjoni tinnota li l-osservazzjonijiet ippreżentati mill-awtoritajiet Taljani matul il-proċedura ta' investigazzjoni formali kienu differenti minn dawk li kienu taw qabel id-deċiżjoni tagħha li tibda tali proċedura fir-rigward tal-miżuri li qed jiġu investigati. B'mod partikolari, fid-deċiżjoni ta' bidu l-Kummissjoni osservat li, dak iż-żmien, l-Italja kienet ikkonfermat li SO.G.A.S. ma kinitx uffiċjalment f'diffikultà minħabba l-ispejjeż tas-servizz pubbliku ta' interess ġenerali, u għalhekk ma setgħetx tiġi vvalutata l-kompatibilità mal-miżuri kkontestati b'referenza għar-regoli tal-SGEI. Wara dan, matul l-investigazzjoni, l-Italja spjegat li SO.G.A.S. kienet fil-fatt ingħatat ir-responsabbiltà għat-twettiq ta' SGEI u li l-miżuri li kienu qed jiġu investigati mill-Kummissjoni jikkostitwixxu, għalhekk, kumpens leġittimu għat-twettiq ta' servizz pubbliku.

(14)  Sentenza tal-Qorti tal-24 ta' Lulju 2003, il-Kawża C280/00 Altmark Trans u Regierungspräsidium Magdeburg Ġabra 2003, p. I7747.

(15)  Il-paragrafu 47 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għal kumpens mogħti għall-forniment ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 15).

(16)  Il-Kawża 127/73 Belgische Radio en Televisie vs SV SABAM u NV Fonior, Ġabra 1974 p. 313, punti 19 u 20; il-Kawża 66/86 Ahmed Saeed Flugreisen u Silver Line Reisebüro GmbH vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs e.V, Ġabra 1989, p. 803, punti minn 55 sa 57; il-Kawża 7/82 Gesellschaft zur Verwertung von Leistungsschutzrechten mbH (GVL) vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1983, p. 483; il-Kawża 172/80 Gerhard Züchner vs Bayerische Vereinsbank AG, Ġabra 1981, p. 2021.

(17)  Il-punt 5.1 tad-Dokument ta' Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2007“Frequently asked questions in relation with Commission Decision of 28 November 2005 on the application of Article 86(2) of the EC Treaty to State aid in the form of public service compensation granted to certain undertakings entrusted with the operation of services of general economic interest, and of the Community Framework for State aid in the form of public service compensation” (L-aktar mistoqsijiet komuni rigward id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat tal-KE lill-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil ċerti impriżi fdati bl-operat ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u tal-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens għal servizz pubbliku) li jakkumpanja l-Komunikazzjoni “Servizzi ta' interess ġenerali, inklużi s-servizzi soċjali ta' interess ġenerali: impenn Ewropew ġdid”. Id-dokument ta' ħidma huwa disponibbli bl-Ingliż fuq l-indirizz: http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007SC1516:EN:HTML

(18)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-servizzi ta' interess ġenerali fl-Ewropa (il-Komunikazzjoni dwar l-SGEI tal-2001) (ĠU C 17, 19.1.2001, p. 4).

(19)  Il-Kawża C-280/00 Altmark, Ġabra 2003, p. I-7747, paragrafu 87; il-Kawża T-137/10 CBI vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tas-7 ta' Novembru 2012 li għadha ma ġietx ippubblikata, punti 97 u 98.

(20)  Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' kumpens ta' servizz pubbliku (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).

(21)  ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.

(22)  Il-Kawża 301/87 Franza vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1990, p. 307, punt 11; il-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, minn T-600/97 sa 607/97, T-1/98, minn T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98 Alzetta Mauro et vs Il-Kummissjoni, Ġabra 2000, p. II-2319, punt 79 u l-ġurisprudenza kkwotata fihom; il-Kawżi Magħquda T-394/08, T-408/08, T-453/08 u T-454/08 Regione autonoma della Sardegna et vs Il-Kummissjoni, is-sentenza tal-20 ta' Settembru 2011, li għadha ma ġietx ippubblikata, punt 91.

(23)  Ara b'mod partikolari l-Kawżi Magħquda C-278/92, C-279/92 u C-280/92 Spanja vs Il-Kummissjoni, Ġabra 1994, p. I-4103, paragrafi 20–22.

(24)  Is-sentenza Stardust Marine, paragrafu 71.

(25)  Ara l-Kawża C-124/10 P Il-Kummissjoni vs Électricité de France (EDF), punti 82 u 83 u l-Kawżi Magħquda T-268/08 u T-281/08 Land Burgenland (l-Awstrija) u ir-Repubblika tal-Awstrija vs Il-Kummissjoni Ewropea, punt 155.

(26)  Dejta uffiċjali.

(27)  ĠU C 297, 29.11.2005.

(28)  ĠU C 8, 11.1.2012.

(29)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istati taħt il-forma ta' kumpens għas--servizz pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).

(30)  L-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni.

(31)  Ara l-Artikolu 10 tal-istess Deċiżjoni għall-informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni dwar l-SGEI tal-2005 u, b'mod partikolari, dwar id-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(c), (d) u (e), u tal-Artikolu 6 tagħha.

(32)  ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3.

(33)  Il-paragrafi 137 u 113 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.

(34)  Il-paragrafi 137 u 116 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.

(35)  Il-paragrafi 137 u 124 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.

(36)  Il-paragrafi 137 u 125 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.

(37)  Il-paragrafi 137 u 131 tal-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni.

(38)  Iddefinit mil-Linji Gwida l-ġodda tal-Avjazzjoni bħala is-suq ġeografiku li l-konfini tiegħu jinsabu madwar 100 kilometru jew madwar 60 minuta ta' vvjaġġar bil-karozza, bix-xarabank, tren jew ferrovija ta' veloċità għolja.


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/115


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta' Diċembru 2014

li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Ġermanja

(notifikata bid-dokument C(2014) 10261)

(It-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/945/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda, u dawn jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża biss sintomi ħfief filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja twassal għal rati ferm għoljin ta' mwiet fil-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet tat-tjur tal-irziezet. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-qligħ mit-trobbija tat-tjur.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Fil-każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja, hemm riskju li l-virus tal-marda jinfirex f'azjendi oħrajn fejn jitrabbew tjur jew għasafar oħrajn. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri preventivi li għandhom x'jaqsmu mas-sorveljanza u d-detezzjoni minn kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi ta' kontroll li jridu jkunu applikati f'każ ta' tifqigħa ta' din il-marda fit-tjur jew għasafar oħra miżmuma fil-magħluq. Dik id-Direttiva tistipula li f'każ ta' tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jiġu stabbiliti żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza.

(5)

Il-Ġermanja għarrfet lill-Kummissjoni b'tifqigħa ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 f'azjenda fit-territorju tagħha fejn jinżammu t-tjur u din minnufih ħadet il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż l-istabbiliment ta' żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza, li għandhom jiġu definiti fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Ġermanja, u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri ta' dawk iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza li stabbilixxiet l-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru, jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-azjenda proprja fejn ġiet konfermata t-tifqigħa.

(7)

Sabiex ikun evitat kull xkiel bla bżonn għall-kummerċ fl-Unjoni u jkunu evitati ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ li jimponu pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu deskritti malajr iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fir-rigward tal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja fil-Ġermanja fil-livell tal-Unjoni

(8)

Għaldaqstant iż-żoni ta' protezzjoni u ta' sorveljanza fil-Ġermanja, fejn il-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Deċiżjoni 2005/94/KE huma applikati, għandhom ikunu ddefiniti f'din id-Deċiżjoni u t-tul ta' żmien ta' dan il-konfinament stipulat

(9)

Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ġermanja għandha tiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-influwenza avjarja u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

PARTI A

Iż-żona ta' protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva 2005/94/KE

DE

Il-Ġermanja

Kodiċi postali

Iż-żona li tinkludi:

fid-9 ta' Jannar 2015.

 

 

26676

Barßel

Fil-muniċipalità ta' Barßel, id-distrett ta' Cloppenburg, is-Sassonja t'Isfel:

Mill-punt fejn il-linja ferrovjarja taqsam il-fruntiera tal-lvant tal-muniċipalità ta' Barßel tul il-fruntiera ta' dik il-muniċipalità fid-direzzjoni tan-nofsinhar, imbagħad tal-punent u wara tat-tramuntana sal-linja ferrovjarja f'Elisabethfehn, u minn hemm, tul il-linja ferrovjarja fid-direzzjoni tal-lvant sal-punt tal-bidu ta' fejn il-linja ferrovjarja taqsam il-fruntiera tal-lvant tal-muniċipalità.

 

 

 

26689

Apen

26188

Edewecht

Fil-muniċipalitajiet ta' Apen u Edewecht, id-distrett ta' Ammerland, is-Sassonja t'Isfel:

Mill-punt fejn il-fruntiera tad-distrett taqsam il-Kortemoorstraße, Kortemoorstraße, Hübscher Berg, Lohorster Straße, Wittenberger Straße, Edewechter Straße, Rothenmethen, Kanalstraße, Am Voßbarg, il-linja agrikola bejn “Am Voßbarg” u “Am Jagen”, Am Jagen, Edewechter Straße, Ocholter Straße, Nordloher Straße, il-linja ferrovjarja fid-direzzjoni ta' Barßel sal-fruntiera tad-distrett tul dik il-fruntiera f'direzzjoni tax-xlokk sal-punt fejn il-fruntiera tad-distrett taqsam Kortenmoorstraße.

Iż-żona ta' protezzjoni tinkludi l-azjendi tat-tjur fuq iż-żewġ naħat ta' kwalunkwe triq li tifforma l-fruntiera taż-żona.

 

PARTI B

Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-Pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

Id-data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 31 tad-Direttiva 2005/94/KE

DE

Il-Ġermanja

Kodiċi postali

Iż-żona li tinkludi:

It-18 ta' Jannar 2015

 

 

26676

Barßel

26683

Saterland

26169

Friesoythe

Fid-distrett ta' Cloppenburg, is-Sassonja t'Isfel:

Mill-punt fejn il-B 401 jaqsam ma' B 72 f'direzzjoni tat-tramuntana tul B 72 sal-fruntiera tad-distrett u mbagħad tul dik il-fruntiera f'direzzjoni tal-lvant u tax-xlokk sa L 831 f'Edewechterdamm, u minn hemm, tul L 831 (Altenoyther Straße) f'direzzjoni tal-ilbiċ sa Lahe-Ableiter u tul din f'direzzjoni tal-majjistral sa Buchweizendamm, tal dik li tgħaddi mir-Ringstraße, Zum Kellerdamm, Vitusstraße, An der Mehrenkamper Schule, Mehrenkamper Straße u Lindenweg sa K 297 (Schwaneburger Straße) u tul dik f'direzzjoni tal-majjistral sa B 401 u tul dik f'direzzjoni tal-punent sal-punt tal-bidu fejn B 401 jaqsam B 72.

 

 

 

26689

Apen

26160

Bad Zwischenahn

26188

Edewecht

26655

Westerstede

Fil-muniċipalitajiet ta' Apen, Bad Zwischenahn, Edewecht u l-belt ta' Westerstede, id-distrett ta' Ammerland, is-Sassonja t'Isfel:

Mill-punt fejn il-fruntiera tad-distrett taqsam l-Edamer Straße, Edamer Straße Hauptstraße, Auf der Loge, Zur Loge, Lienenweg, Zur Tonkuhle, Burgfelder Straße, Wischenweg, Querensteder Straße, Langer Damm, An den Feldkämpen, Pollerweg, Ocholter Straße, Westerstede Straße, Steegenweg, Rostruper Straße, Rüschendamm, Torsholter Hauptstraße, Südholter Straße, Westersteder Straße, Westerloyer Straße, Strohen, In der Loge, Buernstreet, Am Damm, Moorweg, Plackenweg, Ihausener Straße, Eibenstraße, Eichenstraße, Klauhörner Straße, Am Kanal, Aper Straße, Stahlwerkstraße, Ginsterweg, Am Uhlenmeer, Grüner Weg, Südgeorgsfehner Straße, Schmuggelpadd, Wasserzug Bitsche rispettivament, il-fruntiera tad-distrett, Hauptstraße, tul il-fruntiera tad-distrett f'direzzjoni tax-xlokk sal-punt fejn il-fruntiera tad-distrett taqsam Edamer Straße.

Iż-żona ta' sorveljanza tinkludi l-azjendi tat-tjur fuq iż-żewġ naħat ta' kwalunkwe triq li tifforma l-fruntiera taż-żona.

 

 

 

26847

Detern

Fil-muniċipalità ta' Jümme, parti minn Detern, id-distrett ta' Leer, is-Sassonja t'Isfel:

Fil-punt tal-bidu tal-fruntiera tad-distrett Cloppenburg-Leer fuq B72 fl-altitudni ta' Ubbehausen f'direzzjoni tat-tramuntana fil-kantuniera ta' “Borgsweg” u “Lieneweg” aktar lil hinn f'direzzjoni tat-tramuntana li tagħti għal “Deelenweg” u mbagħad għal “Handwiserweg”. Tul dik f'direzzjoni tal-grigal sa “Barger Straße” u aktar lil hinn f'direzzjoni tat-tramuntana li tagħti għat-triq “Am Barger Schöpfswerkstief”.

Tul dik it-triq, l-ewwel f'direzzjoni tal-lvant u wara f'direzzjoni tat-tramuntana li tagħti għat-triq “Fennen”u tul dik it-triq f'direzzjoni tat-tramuntana li tagħti għat-triq “Zur Wassermühle”

F'direzzjoni tat-tramuntana li taqsam il-Jümme tul Aper Tief sal-altitudni ta' “Französischer Weg” li tagħti għal “Osterstraße” . Minn hemm lejn il-fruntera tad-distrett għal Ammerland u tul dik sal-punt tal-bidu ta' Ubbehausen.

 


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/119


DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U TA' ASSOĊJAZZJONI UE-SERBJA

tas-17 ta' Diċembru 2014

li tissostitwixxi l-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

(2014/946/UE)

IL-KUNSILL TA' STABILIZZAZZJONI U ASSOĊJAZZJONI UE-SERBJA,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, iffirmat fil-Lussemburgu fid-29 ta' April 2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti oriġinarji” u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva,

Billi:

(1)

L-Artikolu 44 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”) jirreferi għall-Protokoll 3 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u dwar il-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva (“Protokoll 3”) li jistipula r-regoli tal-oriġini u jipprovdi għal akkumulazzjoni ta' oriġini bejn l-Unjoni, is-Serbja, it-Turkija u kwalunkwe pajjiż jew territorju li jipparteċipa fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni.

(2)

L-Artikolu 39 tal-Protokoll 3 jipprovdi li l-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal- Artikolu 119 tal-Ftehim jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dak il-protokoll.

(3)

Il-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (2) (“il-Konvenzjoni”) għandha l-għan li tissostitwixxi l-protokolli dwar ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa fost il-pajjiżi taż-żona pan-Ewro-Mediterranja, f'att legali wieħed. Is-Serbja u parteċipanti oħra tal-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni fil-Balkani tal-Punent ġew mistiedna jingħaqdu mas-sistema pan-Ewropea ta' akkumulazzjoni djagonali ta' oriġini fl-aġenda ta' Tessaloniki, approvata mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2003. Huma ġew mistiedna jissieħbu mal-Konvenzjoni b'deċiżjoni tal-Konferenza Ministerjali Ewro-Mediterranja ta' Ottubru 2007.

(4)

L-Unjoni u s-Serbja ffirmaw il-Konvenzjoni fil-15 ta' Ġunju 2011 u t-12 ta' Novembru 2012, rispettivament.

(5)

L-Unjoni u s-Serbja ddepożitaw l-istrumenti tagħhom ta' aċċettazzjoni għand id-depożitarju tal-Konvenzjoni fis-26 ta' Marzu 2012 u fl-1 ta' Lulju 2013, rispettivament. B'konsegwenza ta' hekk, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 10(3) tal-Konvenzjonji, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ f'relazzjoni mal-Unjoni u s-Serbja fl-1 ta' Mejju 2012 u fl-1 ta' Settembru 2013, rispettivament.

(6)

Fejn it-tranżizzjoni lejn il-Konvenzjoni ma tkunx simultanja għall-Partijiet Kontraenti kollha fiż-żona ta' kumulazzjoni, m'għandhiex twassal għal sitwazzjoni anqas favorevoli minn qabel skont il-Protokoll 3.

(7)

Il-Protokoll 3 għandu għalhekk jiġi sostitwit bi protokoll ġdid li jagħmel referenza għall-Konvenzjoni.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa, u r-Repubblika tas-Serbja, min-naħa l-oħra, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Frar 2015.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni

Il-President

J. JOKSIMOVIĆ


(1)  ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.

(2)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.


ANNESS

Protokoll 3

dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' “prodotti ta' oriġini” u dwar metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

Artikolu 1

Regoli ta' oriġini applikabbli

Għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim, għandhom japplikaw l-Appendiċi I u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni Reġjonali dwar ir-regoli preferenzjali tal-oriġini pan-Ewro-Mediterranji (1), (“il-Konvenzjoni”).

Ir-referenzi kollha għal “ftehim rilevanti” fl-Appendiċi I u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II għall-Konvenzjoni għandhom jiġu interpretati bħala li jfissru dan il-Ftehim.

Artikolu 2

Soluzzjoni tat-Tilwim

Fejn iqumu tilwimiet b'rabta mal-proċeduri ta' verifikazzjoni tal-Artikolu 32 tal-Appendiċi I għall-Konvenzjoni li ma jkunux jistgħu jissolvew bejn l-awtoritajiet doganali li jkunu qed jitolbu l-verifikazzjoni u l-awtoritajiet doganali li jkunu responsabbli milli jwettqu din il-verifikazzjoni, jiġu sottomessi lill-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni.

Fil-każijiet kollha s-soluzzjonijiet tat-tilwim bejn l-importatur u l-awtoritajiet doganali tal-pajjiż tal-importazzjoni jsiru skont il-leġislazzjoni tal-pajjiż imsemmi.

Artikolu 3

Emendi għall-Protokoll

Il-Kunsill ta' Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jista' jiddeċiedi li jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll.

Artikolu 4

Irtirar mill-Konvenzjoni

1.   Jekk l-Unjoni Ewropea jew is-Serbja jagħtu avviż bil-miktub lid-depożitarju tal-Konvenzjoni dwar l-intenzjoni tagħhom li jirtiraw mill-Konvenzjoni skont l-Artikolu 9 tagħha, l-Unjoni Ewropea u s-Serbja jidħlu minnufih f'negozjati dwar ir-regoli tal-oriġini għall-iskop tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim.

2.   Sad-dħul fis-seħħ ta' dawn ir-regoli ta' oriġini appena nnegozjati, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu f'Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni, applikabbli fil-mument ta' rtirar, jibqgħu japplikaw għal dan il-Ftehim. Madankollu, mill-mument ta' rtirar, ir-regoli tal-oriġini li jinsabu fl-Appendiċi I u, fejn xieraq, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Appendiċi II tal-Konvenzjoni jiġu interpretati fis-sens li jippermettu kumulazzjoni bilaterali bejn l-UE u s-Serbja biss.

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet tranżitorji — Kumulazzjoni

1.   Minkejja l-Artikolu 3 tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, ir-regoli dwar il-kumulazzjoni previsti fl-Artikoli 3 u 4 tal-Protokoll 3 ta' dan il-Ftehim, kif adottati mill-Unjoni Ewropea u s-Serbja dwar il-konklużjoni tal-Ftehim (2), għandhom ikomplu japplikaw bejn il-Partijiet għal dan il-Ftehim sakemm il-Konvenzjoni ssir applikabbli għall-Partijiet Kontraenti kollha għall-Konvenzjoni elenkati f'dawk l-Artikoli.

2.   Minkejja l-Artikoli 16(5) u 21(3) tal-Appendiċi I tal-Konvenzjoni, fejn il-kumulazzjoni tinvolvi biss l-Istati tal-EFTA, il-Gżejjer Faroe, l-Unjoni Ewropea, it-Turkija u l-parteċipanti fil-Proċess ta' Stabilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni, il-prova tal-oriġini tista' tkun ċertifikat taċ-ċirkolazzjoni EUR.1 jew dikjarazzjoni tal-oriġini.


(1)  ĠU L 54, 26.2.2013, p. 4.

(2)  ĠU L 278, 18.10.2013, p. 16.


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/122


DEĊIŻJONI Nru 1/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT SKONT IL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-ISTATI MEMBRI TAGĦHA, MIN-NAĦA L-WAĦDA, U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA, MIN-NAĦA L-OĦRA, DWAR IL-MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI

tat-28 ta' Novembru 2014

li temenda l-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

(2014/947/UE)

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness II għall-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali ġie sostitwit bid-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt tal-31 ta' Marzu 2012 (2).

(3)

L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi aġġornat biex jieħu inkunsiderazzjoni l-atti legali l-ġodda tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ sadanittant, b'mod partikolari emendi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) miġjuba mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 (5), ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) and r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 (7).

(4)

Għandhom ikunu kkunsidrati wkoll id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu implimentati r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt.

(5)

L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi aġġornat skont it-tibdiliet fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (“il-Ftehim”) huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilita fil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, u t-testi f'kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2014.

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Mario GATTIKER


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)  ĠU L 103, 13.4.2012, p. 51.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1)

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinament tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45).


ANNESS

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:

(1)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 1, il-kliem “kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (1)” jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (*);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (**);

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (***);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (****).

(*)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43."

(**)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35."

(***)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4."

(****)  ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.”"

.

(2)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 1, taħt l-intestatura “Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jiġi adatt kif ġej:”, l-entrata fl-ittra h, punt 1 il-kliem “Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tad-19 ta' Marzu 1965)” jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“L-Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta' Ottubru 2006”.

(3)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 2, dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem “Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (2)”:

“kif emendat bir-

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (*****);

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (******);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (*******).

(*****)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35."

(******)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4."

(*******)  ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.”"

.

(4)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 2, taħt l-intestatura “Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 jiġi adatt kif ġej:”, il-kliem li ġej jitneħħa:

“Arranġament bejn l-Isvizzera u l-Italja tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimborż tal-benefiċċji tal-kura tas-saħħa”.

(5)

F'Taqsima B: Atti legali li l-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu bir-reqqa, dan li ġej jiġi miżjud wara l-Punt 21:

“(22)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E2 tat-3 ta' Marzu 2010 dwar l-istabbiliment ta' proċedura tal-ġestjoni tat-tibdil li tapplika għad-dettalji tal-korpi definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma elenkati fid-direttorju elettroniku li hu parti inerenti tal-EESSI (********),

(23)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E3 tad-19 ta' Ottubru 2011 dwar il-perjodu tranżitorju kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*********),

(24)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H6 tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti prinċipji fir-rigward tal-aggregazzjoni ta' perjodi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (**********),

(25)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S8 tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar l-għoti ta' proteżi, apparat maġġuri u benefiċċji sostanzjali oħrajn in natura previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (***********),

(26)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U4 tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proċeduri ta' rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) No 987/2009 (************).

(********)  ĠU C 187, 10.7.2010, p. 5. [Skambju Elettroniku ta' Informazzjoni tas-Sigurtà Soċjali]"

(*********)  ĠU C 12, 14.1.2012, p. 6."

(**********)  ĠU C 45, 12.2.2011, p. 5."

(***********)  ĠU C 262, 6.9.2011, p. 6."

(************)  ĠU C 57, 25.2.2012, p. 4”"

.

(6)

F'Taqsima C: Atti legali li l-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tagħhom, dan li ġej jiġi miżjud wara l-Punt 2:

“(3)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S1 tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-aspetti finanzjarji ta' donazzjonijiet transfruntieri ta' organi ħajjin (*************).

(*************)  ĠU C 240, 10.8.2012, p. 3.”"

.

(1)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.


Rettifika

23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/126


Rettifika għar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 311 tal-31 ta' Ottubru 2014 )

F'paġna 4, fl-Anness, fil-Parti II, it-titolu:

minflok:

“II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin stipulati fl-Anness I għad-Deċiżjoni (KE) Nru 765/2006 huma sostitwiti b'dan li ġej:”

aqra:

“II.

L-entrati għall-persuni u l-entitajiet li ġejjin stipulati fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huma sostitwiti b'dan li ġej:”


23.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 367/126


Rettifika għar-Regolament (KE) Nru 491/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi programm ta' għajnuna finanzjarja u teknika lil pajjiżi terzi fl-oqsma tal-immigrazzjoni u tal-eżilju (AENEAS)

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 80 tat-18 ta' Marzu 2004 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Volum 07)

Fit-titolu fil-werrej u f'paġna 33 u fir-Regolament kollu:

It-terminu “eżilju” għandu jiġi sostitwit b' “asil” fil-forma grammatikali xierqa.