ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 348

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
4 ta' Diċembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1287/2014 tat-28 ta' Novembru 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi ( 1 )

1

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1288/2014 tat-3 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

22

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1289/2014 tat-3 ta' Diċembru 2014 li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota

25

 

 

LINJI GWIDA

 

 

2014/870/UE

 

*

Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta' Novembru 2014 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (BĊE/2014/46)

27

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/687/UE tas-26 ta' Settembru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun ( ĠU L 284, 30.9.2014 )

30

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/767/UE tat-23 ta' Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35062 (13/N-2) implimentata mill-Portugall għal Caixa Geral de Depósitos ( ĠU L 323, 7.11.2014 )

30

 

*

Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 448/2011/UE tad-19 ta' Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis relattivament għad-dazji tal-baħar ( ĠU L 193, 23.7.2011 )

31

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

REGOLAMENTI

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1287/2014

tat-28 ta' Novembru 2014

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33(2) u (3) u l-Artikolu 38(d) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (2) jipprevedi perjodu biex l-entitajiet tal-kontroll u l-awtoritajiet tal-kontroll jissottomettu t-talba tagħhom għal rikonoxximent bi skop ta' konformità skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (KE) Nru 834/2007. Peress li l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rigward importazzjoni ta' prodotti konformi għadha qed tiġi evalwata u l-linji gwida, il-mudelli, il-kwestjonarji u s-sistema ta' trażmissjoni elettronika meħtieġa relatati għadhom qed jiġu żviluppati, l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' talbiet mill-korpi ta' kontroll u mill-awtoritajiet ta' kontroll għandha tiġi mtawla.

(2)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 jistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi li s-sistemi tal-produzzjoni u l-miżuri tal-kontroll tagħhom għall-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli huma rikonoxxuti bħala ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 834/2007.

(3)

Skont it-tagħrif ipprovdut mill-Iżrael, l-istandard tal-produzzjoni rilevanti inbidel u r-rikonoxximent ta' wieħed mill-korpi ta' kontroll li kienu rikonoxxuti qabel ġie rtirat.

(4)

Skont t-tagħrif ipprovdut mit-Tuneżija, ir-rikonoxximent ta' korp wieħed ta' kontroll, li temm l-attivitajiet tiegħu minħabba fużjoni, ġie rtirat, filwaqt li korp ieħor involut fil-fużjoni ġie miżjud mal-lista ta' korpi ta' kontroll rikonoxxuti mit-Tuneżija. Ir-rikonoxximent ta' żewġ korpi ta' kontroll oħra ġie rtirat.

(5)

L-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 fih lista tal-korpi tal-kontroll u tal-awtoritajiet tal-kontroll li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f'pajjiżi terzi għall-iskop ta' ekwivalenza.

(6)

Il-Kummissjoni rċeviet u eżaminat talbiet min-naħa tal-korpi tal-kontroll li għandhom jiġu inklużi fil-lista stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, kif ukoll talbiet li jemendaw l-ispeċifikazzjonijiet tal-korpi ta' kontroll elenkati.

(7)

Il-korpi tal-kontroll li għalihom l-eżami sussegwenti tal-informazzjoni mibgħuta kollha li kien sar wassal għall-konklużjoni li huma jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti għandhom jiġu inklużi fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Għandhom jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tal-korpi tal-kontroll elenkati f'dak l-Anness li l-eżami li sar fir-rigward tagħhom tal-informazzjoni kollha riċevuta wassal għall-konklużjoni li r-rekwiżiti rilevanti huma ssodisfati.

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni konċiża fil-forma ta' rapporti annwali imressqa sal-31 ta' Marzu 2013 jew it-28 ta' Frar 2014 skont l-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 u permezz ta' komunikazzjonijiet mal-korpi ta' kontroll.

(9)

Skont l-Artikolu 12(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, il-Kummissjoni tista', fid-dawl tal-informazzjoni riċevuta jew fid-dawl tan-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa, fi kwalunkwe żmien temenda l-ispeċifikazzjonijiet jew tissospendi d-dħul ta' korp ta' kontroll fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament. Abbażi ta' dan, għandhom jiġu emendati l-ispeċifikazzjonijiet tal-korpi tal-kontroll li l-eżami li sar fir-rigward tagħhom tal-informazzjoni kollha riċevuta wassal għall-konklużjoni li r-rekwiżiti rilevanti ma kinux għadhom rispettati.

(10)

IMOswiss AG, elenkata fl-Anness IV tar- Regolament (KE) Nru 1235/2008, infurmat lill-Kummissjoni fis-17 ta' Ġunju 2014 li kienet temmet l-attività tagħha fiċ-Ċina. Barra minn hekk, tagħrif addizzjonali mogħti minn IMOswiss AG fis-7 ta' Marzu 2014 għar-rapport annwali tal-2012 kien fih id-dikjarazzjoni mill-korp tal-valutazzjoni Swiss Accreditation Service li l-Brażil u s-Surinam ma kinux inklużi fil-valutazzjoni tagħha ta' IMOswiss AG. IMOswiss AG kienet mistiedna mill-Kummissjoni biex tipprovdi rapport ta' valutazzjoni ieħor skont ir-rekwiżiti tar- Regolament (KE) Nru 834/2007, iżda ma weġbitx fi żmien l-iskadenzi stabbiliti. Dawk il-pajjiżi għandhom għalhekk jitneħħew mill-ispeċifikazzjonijiet ta' IMOoswiss AG fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 sakemm tingħata informazzjoni sodisfaċenti.

(11)

Organic Food Development Center huwa elenkat fl-Anness IV tar-Regulation (KE) Nru 1235/2008 għaċ-Ċina. Il-Kummissjoni talbet iktar informazzjoni dwar ir-rapport annwali ta' Organic Food Development Center fir-rigward tal-attivitajiet ta' kontroll fl-2012. Barra minn hekk, fid-dawl ta' diversi residwi ta' pestiċidi misjuba f'kampjuni ta' prodotti organiċi importati fl-Unjoni miċ-Ċina, il-Kummissjoni talbet lil Organic Food Development Center biex jieħu azzjoni u japplika miżuri ta' kontroll imsaħħa fir-rigward taċ-Ċina. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda risposta għal dawn it-talbiet fi żmien l-iskadenzi stabbiliti. Organic Food Development Center għandu għalhekk jitneħħa mil-lista fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 sakemm tingħata informazzjoni sodisfaċenti.

(12)

Skont l-informazzjoni li waslet minn IBD Certifications Ltd u Organska Kontrola, elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, l-indirizzi tagħhom inbidlu.

(13)

IMO Control Private Limited nnotifikat lill-Kummissjoni bil-bidliet li jikkonċernaw l-indirizz tal-Internet.

(14)

L-Istituto Mediterraneo di Certificazione s.r.l. (IMC) u CCPB Srl innotifikaw lill-Kummissjoni li ż-żewġ korpi ta' kontroll għaqqdu l-attivitajiet tagħhom mill-1 ta' Lulju 2014, li l-IMC temmet l-operazzjonijiet tagħha u li s-CCPB Srl ser tkompli l-attivitajiet tagħha. L-Istituto Mediterraneo di Certificazione s.r.l. għandu għalhekk jitneħħa mil-lista fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008.

(15)

Skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, il-Kummissjoni tista', f'ċerti każi, tirtira korp ta' kontroll, jew referenza għal kategorija speċifika ta' prodotti jew għal pajjiż terz speċifiku b'rabta ma' dak il-korp tal-kontroll, mil-lista fl-Anness IV ta' dak ir-Regolament. Abbażi ta' dan, għandhom jiġu rtirati minn dik il-lista l-korpi ta' kontroll li għalihom l-eżami sussegwenti tal-informazzjoni riċevuta kollha li sar wassal għall-konklużjoni li huma ma jikkonformawx mar-rekwiżiti rilevanti.

(16)

Bio Latina Certificadora hija elenkat fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Bio Latina Certificadora kienet intalbet mill-Kummissjoni biex tipprovdi r-riżultati tal-investigazzjonijiet tagħha fuq sitt każijiet ta' irregolaritajiet innotifikati mill-Kummissjoni, iżda din ma weġbitx sal-iskadenza ta' żmien mogħtija, u lanqas wara li ġiet imfakkra. Għalhekk, il-pajjiżi u l-kategoriji tal-prodotti kkonċernati għandhom jiġu rtirati mill-kamp ta' applikazzjoni tar-rikonoxximent tagħha kif jistipula l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Barra minn hekk, Bio Latina Certificadora nnotifikat lill-Kummissjoni bil-bidliet fl-indirizz tagħha li għandhom ikunu riflessi fl-entrata tagħha f'dak l-Anness.

(17)

Australian Certified Organic, BCS Öko-Garantie GmbH, Bioagricert S.r.l., Control Union Certifications u Organic agriculture certification Thailand huma elenkati fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-“Burma/Mjanmar”. Skont il-metodoloġija rakkomandata, l-isem li jintuża f'atti tal-Unjoni, “Burma/il-Mjanmar” għandu jiġu sostitwit b' “il-Mjanmar/Burma”.

(18)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 (3) jelenka lil Bioagricert S.r.l. bħala korp ta' kontroll rikonoxxut għall-kategorija ta' prodotti A. Peress li l-Indja hija elenkata fl-Anness III tar- Regolament (KE) Nru 1235/2008 għall-kategoriji ta' prodotti A u F, Bioagricert S.r.l. ma setgħetx tiġi rikonoxxuta għall-Indja għal dawk il-kategoriji ta' prodotti, skont l- Artikolu 10(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008. Ir-rikonoxximent għall-kategorija ta' prodotti A għandu għalhekk jiġi mħassar. Bioagricert S.r.l. ġew mistiedna mill-Kummissjoni biex ma jiċċertifikawx prodotti li jaqgħu fi ħdan il-kategorija A abbażi ta' referenza żbaljata għal dik il-kategorija ta' prodotti.

(19)

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 kif emendat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2014 (4) fih żball b'rabta man-numru tal-kodiċi għaż-Żambja għall-korp ta' kontroll Control Union Certifications. Dak l-iżball għandu jiġi kkorreġut.

(20)

Għalhekk, l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 għandhom jiġu emendati skont dan.

(21)

Sabiex tiġi żgurata l-estensjoni tal-iskadenza għat-tressiq ta' talbiet għal rikonoxximent bi skop ta' konformità mal-Artikolu 32 tar- Regolament (KE) Nru 834/2007, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu. Madankollu, sabiex jippermettu lill-operaturi jaddattaw l-emendi magħmula għal-listi fl-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008, id-dispożizzjonijiet li jemenda dawn l-Annessi għandhom japplikaw biss wara perjodu ta' żmien raġjonevoli.

(22)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 4(1), “il-31 ta' Ottubru 2014” għandha tinbidel b'“il-31 ta' Ottubru 2015”;

(2)

L-Anness III huwa emendat skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

(3)

L-Anness IV huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, il-punti (2) u (3) tal-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-24 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).

(3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 355/2014 tat-8 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 106, 9.4.2014, p. 15).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 829/2014 tal-30 ta' Lulju 2014 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (KE) Nru 1235/2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta' prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 228, 31.7.2014, p. 9).


ANNESS I

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata dwar l-Iżrael għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

Il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Standard tal-produzzjoni: Liġi li Tirregola l-Prodotti Organiċi, 5765-2005, u r-Regolamenti rilevanti tagħha”

(b)

Fil-punt 5, l-entrata għal IL-ORG-005 titħassar.

(2)

Fl-entrata li tirrigwardja t-Tuneżija, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.

Korpi tal-kontroll:

Numru tal-kodiċi

Isem

Indirizz tal-Internet

TN-BIO-001

Ecocert SA en Tunisie

www.ecocert.com

TN-BIO-003

BCS

www.bcs-oeko.com

TN-BIO-006

Institut National de la Normalisation et de la Propriété Industrielle (INNORPI)

www.innorpi.tn

TN-BIO-007

Suolo e Salute

www.suoloesalute.it

TN-BIO-008

CCPB Srl

www.ccpb.it”


ANNESS II

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 hu emendat u kkoreġut kif ġej::

(1)

Fl-entrata dwar “Australian Certified Organic”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Awstralja

AU-BIO-107

x

x

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-107

x

x

Il-Gżejjer Cook

CK-BIO-107

x

Fiġi

FJ-BIO-107

x

x

Il-Gżejjer Falkland

FK-BIO-107

x

Ħong Kong

HK-BIO-107

x

x

L-Indoneżja

ID-BIO-107

x

x

Il-Korea t'Isfel

KR-BIO-107

x

Il-Madagaskar

MG-BIO-107

x

x

Mjanmar/Burma

MM-BIO-107

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-107

x

x

Il-Papwa Ginea Ġdida

PG-BIO-107

x

x

Singapor

SG-BIO-107

x

x

It-Tajwan

TW-BIO-107

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-107

x

x

Tonga

TO-BIO-107

x

x

Il-Vanwatu

VU-BIO-107

x

x

—”

(2)

Fl-entrata dwar “BCS Öko-Garantie GmbH”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Albanija

AL-BIO-141

x

x

L-Alġerija

DZ-BIO-141

x

x

L-Angola

AO-BIO-141

x

x

L-Armenja

AM-BIO-141

x

x

L-Ażerbajġan

AZ-BIO-141

x

x

Il-Belarus

BY-BIO-141

x

x

x

Il-Bolivja

BO-BIO-141

x

x

Il-Botswana

BW-BIO-141

x

x

Il-Brażil

BR-BIO-141

x

x

x

x

Il-Kambodja

KH-BIO-141

x

x

Iċ-Ċad

TD-BIO-141

x

x

Iċ-Ċilì

CL-BIO-141

x

x

x

x

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-141

x

x

x

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-141

x

x

x

Il-Kosta Rika

CR-BIO-141

x

Il-Côte d'Ivoire

CI-BIO-141

x

x

x

Kuba

CU-BIO-141

x

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-141

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-141

x

x

x

x

x

L-Eġittu

EG-BIO-141

x

x

L-El Salvador

SV-BIO-141

x

x

x

x

L-Etjopja

ET-BIO-141

x

x

x

x

Il-Ġeorġja

GE-BIO-141

x

x

x

Il-Gana

GH-BIO-141

x

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-141

x

x

x

Il-Ginea Bissaw

GW-BIO-141

x

x

x

Ħaiti

HT-BIO-141

x

x

Il-Ħonduras

HN-BIO-141

x

x

x

Ħong Kong

HK-BIO-141

x

x

L-Indja

IN-BIO-141

x

L-Indoneżja

ID-BIO-141

x

x

L-Iran

IR-BIO-141

x

x

x

Il-Ġappun

JP-BIO-141

x

x

Il-Kenja

KE-BIO-141

x

Il-Kosovo (*)

XK-BIO-141

x

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-141

x

x

x

Il-Laos

LA-BIO-141

x

x

Il-Lesoto

LS-BIO-141

x

x

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-BIO-141

x

x

Il-Malawi

MW-BIO-141

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-141

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-141

x

x

x

x

Il-Moldova

MD-BIO-141

x

x

Il-Montenegro

ME-BIO-141

x

x

Il-Możambik

MZ-BIO-141

x

x

Mjanmar/Burma

MM-BIO-141

x

x

x

In-Namibja

NA-BIO-141

x

x

In-Nikaragwa

NI-BIO-141

x

x

x

x

L-Oman

OM-BIO-141

x

x

x

Il-Panama

PA-BIO-141

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-141

x

x

x

x

Il-Perù

PE-BIO-141

x

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-141

x

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-141

x

x

x

L-Arabja Sawdija

SA-BIO-141

x

x

x

x

Is-Senegal

SN-BIO-141

x

x

Is-Serbja

RS-BIO-141

x

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-141

x

x

x

x

Il-Korea t'Isfel

KR-BIO-141

x

x

x

x

Is-Sri Lanka

LK-BIO-141

x

x

Is-Sudan

SD-BIO-141

x

x

Is-Sważiland

SZ-BIO-141

x

x

Il-Polineżja Franċiża

PF-BIO-141

x

x

It-Tajwan

TW-BIO-141

x

x

x

It-Tanzanija

TZ-BIO-141

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-141

x

x

x

x

It-Turkija

TR-BIO-141

x

x

x

x

L-Uganda

UG-BIO-141

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-141

x

x

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-141

x

x

L-Urugwaj

UY-BIO-141

x

x

x

x

Il-Venezwela

VE-BIO-141

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-141

x

x

x

(3)

Fit-test li jirrigwardja lil “Bioagricert S.r.l.”, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Il-Brażil

BR-BIO-132

x

x

Il-Kambodja

KH-BIO-132

x

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-132

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-132

x

x

Il-Polineżja Franċiża

PF-BIO-132

x

x

L-Indja

IN-BIO-132

x

Il-Laos

LA-BIO-132

x

x

In-Nepal

NP-BIO-132

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-132

x

x

x

Il-Marokk

MA-BIO-132

x

x

Il-Mjanmar/Burma

MM-BIO-132

x

x

San Marino

SM-BIO-132

x

Is-Serbja

RS-BIO-132

x

x

Il-Korea t'Isfel

KR-BIO-132

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-132

x

x

x

It-Togo

TG-BIO-132

x

x

It-Turkija

TR-BIO-132

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-132-

x

x

—”

(4)

L-entrata dwar “Bio Latina Certificadora” għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Jr. Domingo Millán 852, Jesús Maria, Lima 11, Lima- Peru”

(b)

il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Il-Bolivja

BO-BIO-118

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-118

x

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-118

x

x

Il-Ħonduras

HN-BIO-118

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-118

x

x

In-Nikaragwa

NI-BIO-118

x

x

Il-Panama

PA-BIO-118

x

x

Il-Perù

PE-BIO-118

x

x

x

L-El Salvador

SV-BIO-118

x

x

Il-Venezwela

VE-BIO-118

x

x

—”

(5)

Fl-entrata dwar “CCPB Srl”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

Iċ-Ċina

CN-BIO-102

x

x

L-Eġittu

EG-BIO-102

x

x

x

L-Iraq

IQ-BIO-102

x

x

Il-Libanu

LB-BIO-102

x

x

x

Il-Marokk

MA-BIO-102

x

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-102

x

x

San Marino

SM-BIO-102

x

x

x

Is-Sirja

SY-BIO-102

x

x

It-Tuneżija

TN-BIO-102

x

It-Turkija

TR-BIO-102

x

x

x

—”

(6)

Fl-entrata dwar “CERES Certification of Environmental Standards GmbH”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Albanija

AL-BIO-140

x

x

x

L-Ażerbajġan

AZ-BIO-140

x

x

Il-Benin

BJ-BIO-140

x

x

Il-Bolivja

BO-BIO-140

x

x

x

Il-Burkina Faso

BF-BIO-140

x

x

Il-Butan

BT-BIO-140

x

x

Il-Brażil

BR-BIO-140

x

x

x

Iċ-Ċilì

CL-BIO-140

x

x

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-140

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-140

x

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-140

x

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-140

x

x

x

L-Eġittu

EG-BIO-140

x

x

x

L-Etjopja

ET-BIO-140

x

x

x

Il-Gana

GH-BIO-140

x

 

 

 

 

 

Il-Grenada

GD-BIO-140

x

x

x

L-Indoneżja

ID-BIO-140

x

x

x

L-Iran

IR-BIO-140

x

x

Il-Ġamajka

JM-BIO-140

x

x

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-140

x

x

Il-Kenja

KE-BIO-140

x

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-140

x

x

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-BIO-140

x

x

x

il-Mali

ML-BIO-140

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-140

x

x

x

Il-Moldova

MD-BIO-140

x

x

x

Il-Marokk

MA-BIO-140

x

x

x

Il-Papwa Ginea Ġdida

PG-BIO-140

x

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-140

x

x

x

Il-Perù

PE-BIO-140

x

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-140

x

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-140

x

x

x

Ir-Rwanda

RW-BIO-140

x

x

x

L-Arabja Sawdija

SA-BIO-140

x

x

x

Is-Senegal

SN-BIO-140

x

x

Is-Serbja

RS-BIO-140

x

x

x

Singapor

SG-BIO-140

x

x

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-140

x

x

x

Santa Luċija

LC-BIO-140

x

x

x

It-Tajwan

TW-BIO-140

x

x

x

It-Tanzanija

TZ-BIO-140

x

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-140

x

x

x

It-Turkija

TR-BIO-140

x

x

x

It-Togo

TG-BIO-140

x

x

L-Uganda

UG-BIO-140

x

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-140

x

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-140

x

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-140

x

x

x

—”

(7)

Fl-entrata dwar “Control Union Certifications”, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Afganistan

AF-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Albanija

AL-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Bermuda

BM-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Butan

BT-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Brażil

BR-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Burkina Faso

BF-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kambodja

KH-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kanada

CA-BIO-149

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kosta Rika

CR-BIO-149

x

x

x

Il-Côte d'Ivoire

CI-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Eġittu

EG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Etjopja

ET-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Gana

GH-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Ginea

GN-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Ħonduras

HN-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Ħong Kong

HK-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Indja

IN-BIO-149

x

x

x

x

L-Indoneżja

ID-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Iran

IR-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Iżrael

IL-BIO-149

x

x

x

Il-Ġappun

JP-BIO-149

x

x

x

Il-Korea t'Isfel

KR-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Laos

LA-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-149

x

x

x

x

x

x

il-Mali

ML-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Mawrizju

MU-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Moldova

MD-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Możambik

MZ-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Mjanmar/Burma

MM-BIO-149

x

x

x

x

x

x

In-Nepal

NP-BIO-149

x

x

x

x

x

x

In-Niġerja

NG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Pakistan

PK-BIO-149

x

x

x

x

x

x

It-Territorju Palestinjan Okkupat

PS-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Panama

PA-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Perù

PE-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Ir-Rwanda

RW-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Is-Serbja

RS-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Is-Sjerra Leone

SL-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Singapor

SG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Is-Sri Lanka

LK-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Isvizzera

CH-BIO-149

x

Is-Sirja

SY-BIO-149

x

x

x

x

x

x

It-Tanzanija

TZ-BIO-149

x

x

x

x

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Timor Leste

TL-BIO-149

x

x

x

x

x

x

It-Turkija

TR-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Uganda

UG-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Istati Uniti

US-BIO-149

x

L-Urugwaj

UY-BIO-149

x

x

x

x

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-149

x

x

x

x

x

x

Iż-Żambja

ZM-BIO-149

x

x

x

x

x

x”

(8)

Fl-entrata dwar “Ecocert SA”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Alġerija

DZ-BIO-154

x

x

L-Andorra

AD-BIO-154

x

x

L-Ażerbajġan

AZ-BIO-154

x

x

Il-Baħrejn

BH-BIO-154

x

Il-Benin

BJ-BIO-154

x

x

Il-Bożnija-Ħerzegovina

BA-BIO-154

x

x

Il-Brażil

BR-BIO-154

x

x

x

x

x

Il-Brunej

BN-BIO-154

x

Il-Burkina Faso

BF-BIO-154

x

x

Il-Burundi

BI-BIO-154

x

x

Il-Kambodja

KH-BIO-154

x

x

Il-Kamerun

CM-BIO-154

x

x

Il-Kanada

CA-BIO-154

x

Iċ-Ċad

TD-BIO-154

x

Iċ-Ċina

CN-BIO-154

x

x

x

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-154

x

x

x

Il-Komoros

KM-BIO-154

x

x

Il-Côte d'Ivoire

CI-BIO-154

x

x

Kuba

CU-BIO-154

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-154

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-154

x

x

x

x

Fiġi

FJ-BIO-154

x

x

Il-Gana

GH-BIO-154

x

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-154

x

x

Il-Ginea

GN-BIO-154

x

x

Il-Gujana

GY-BIO-154

x

x

Ħaiti

HT-BIO-154

x

x

L-Indja

IN-BIO-154

x

x

L-Indoneżja

ID-BIO-154

x

x

L-Iran

IR-BIO-154

x

x

Il-Ġappun

JP-BIO-154

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-154

x

Il-Kenja

KE-BIO-154

x

x

Il-Kuwajt

KW-BIO-154

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-154

x

x

Il-Laos

LA-BIO-154

x

x

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

MK-BIO-154

x

x

x

Il-Madagaskar

MG-BIO-154

x

x

x

x

Il-Malawi

MW-BIO-154

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-154

x

x

x

il-Mali

ML-BIO-154

x

x

Il-Mawrizju

MU-BIO-154

x

x

Il-Messiku

MX-BIO-154

x

x

Il-Moldova

MD-BIO-154

x

x

Monako

MC-BIO-154

x

x

x

Il-Mongolja

MN-BIO-154

x

Il-Marokk

MA-BIO-154

x

x

x

x

x

Il-Możambik

MZ-BIO-154

x

x

x

In-Namibja

NA-BIO-154

x

In-Nepal

NP-BIO-154

x

x

In-Niġer

NE-BIO-154

x

In-Niġerja

NG-BIO-154

x

Il-Pakistan

PK-BIO-154

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-154

x

x

Il-Perù

PE-BIO-154

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-154

x

x

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-154

x

Ir-Rwanda

RW-BIO-154

x

x

Sao Tome u Principe

ST-BIO-154

x

x

L-Arabja Sawdija

SA-BIO-154

x

x

x

x

Is-Senegal

SN-BIO-154

x

x

Is-Serbja

RS-BIO-154

x

x

x

Is-Somalja

SO-BIO-154

x

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-154

x

x

x

x

x

Il-Korea t'Isfel

KR-BIO-154

x

x

Is-Sudan

SD-BIO-154

x

x

Is-Sważiland

SZ-BIO-154

x

x

Is-Sirja

SY-BIO-154

x

x

It-Tanzanija

TZ-BIO-154

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-154

x

x

x

x

x

It-Togo

TG-BIO-154

x

x

It-Tuneżija

TN-BIO-154

x

x

It-Turkija

TR-BIO-154

x

x

x

x

x

x

L-Uganda

UG-BIO-154

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-154

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-154

x

x

L-Istati Uniti

US-BIO-154

x

L-Urugwaj

UY-BIO-154

x

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-154

x

Il-Vanwatu

VU-BIO-154

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-154

x

x

Iż-Żambja

ZM-BIO-154

x

x

Iż-Żimbabwe

ZW-BIO-154

x

x

x”

(9)

L-entrata dwar “Ecoglobe” għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Afganistan

AF-BIO-112

x

x

L-Armenja

AM-BIO-112

x

x

Il-Belarus

BY-BIO-112

x

x

L-Iran

IR-BIO-112

x

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-112

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-112

x

x

Il-Pakistan

PK-BIO-112

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-112

x

x

It-Taġikistan

TJ-BIO-112

x

x

It-Turkmenistan

TM-BIO-112

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-112

x

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-112

x

x

—”

(b)

il-punt 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: Prodotti fil-fażi tal-konverżjoni.”

(10)

Fl-entrata dwar “IBD Certifications Ltd”, il-punt 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Rua Amando de Barros 2275, Centro, CEP: 18.602.150, Botucatu SP, Il-Brażil”

(11)

Fl-entrata dwar “IMOswiss AG”, il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Afganistan

AF-BIO-143

x

x

x

L-Albanija

AL-BIO-143

x

x

L-Armenja

AM-BIO-143

x

x

L-Ażerbajġan

AZ-BIO -143

x

x

Il-Bangladexx

BD-BIO-143

x

x

x

Il-Bolivja

BO-BIO-143

x

x

Il-Bożnija-Ħerzegovina

BA-BIO-143

x

x

Il-Burkina Faso

BF-BIO-143

x

Il-Kamerun

CM-BIO-143

x

Il-Kanada

CA-BIO-143

x

x

Iċ-Ċilì

CL-BIO-143

x

x

x

x

x

Il-Kolombja

CO-BIO-143

x

x

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

CD-BIO-143

x

x

Il-Côte d'Ivoire

CI-BIO-143

x

x

Ir-Repubblika Dominikana

DO-BIO-143

x

x

L-Ekwador

EC-BIO-143

x

x

L-El Salvador

SV-BIO-143

x

x

L-Etjopja

ET-BIO-143

x

x

Il-Ġeorġja

GE-BIO-143

x

x

Il-Gana

GH-BIO-143

x

x

Il-Gwatemala

GT-BIO-143

x

x

Ħaiti

HT-BIO-143

x

x

L-Indja

IN-BIO-143

x

x

L-Indoneżja

ID-BIO-143

x

x

Il-Ġappun

JP-BIO-143

x

x

Il-Ġordan

JO-BIO-143

x

x

Il-Kazakistan

KZ-BIO-143

x

x

Il-Kenja

KE-BIO-143

x

x

Il-Kirgiżistan

KG-BIO-143

x

x

Il-Liechtenstein

LI-BIO-143

x

il-Mali

ML-BIO-143

x

Il-Messiku

MX-BIO-143

x

x

Il-Marokk

MA-BIO-143

x

x

In-Namibja

NA-BIO-143

x

x

In-Nepal

NP-BIO-143

x

x

In-Nikaragwa

NI-BIO-143

x

x

In-Niġer

NE-BIO-143

x

x

In-Niġerja

NG-BIO-143

x

x

It-Territorju Palestinjan Okkupat

PS-BIO-143

x

x

Il-Pakistan

PK-BIO-143

x

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-143

x

x

Il-Perù

PE-BIO-143

x

x

x

Il-Filippini

PH-BIO-143

x

x

Ir-Russja

RU-BIO-143

x

x

x

Ir-Rwanda

RW-BIO-143

x

x

Is-Sjerra Leone

SL-BIO-143

x

x

Singapor

SG-BIO-143

x

L-Afrika t'Isfel

ZA-BIO-143

x

x

Is-Sri Lanka

LK-BIO-143

x

x

Is-Sudan

SD-BIO-143

x

x

Is-Sirja

SY-BIO-143

x

It-Taġikistan

TJ-BIO-143

x

x

It-Tajwan

TW-BIO-143

x

x

It-Tanzanija

TZ-BIO-143

x

x

It-Tajlandja

TH-BIO-143

x

x

It-Togo

TG-BIO-143

x

x

L-Uganda

UG-BIO-143

x

x

x

L-Ukraina

UA-BIO-143

x

x

x

x

L-Emirati Għarab Magħquda

AE-BIO-143

x

L-Uzbekistan

UZ-BIO-143

x

x

x

Il-Venezwela

VE-BIO-143

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-143

x

x

x

—”

(12)

Fl-entrata dwar “BioGro New Zealand Limited”, il-punt 2 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“2.

Indirizz tal-Internet: www.imocontrol.in”

(13)

L-entrata dwar l-“Istituto Mediterraneo di Certificazione s.r.l.” hija mħassra.

(14)

L-entrata dwar “Letis S.A.” għandha tiġi emendata kif ġej:

(a)

il-punt 3 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Arġentina

AR-BIO-135

x

Il-Bolivja

BO-BIO-135

x

x

Il-Kanada

CA-BIO-135

x

Il-Paragwaj

PY-BIO-135

x

x

Il-Perù

PE-BIO-135

x

x

L-Urugwaj

UY-BIO-135

x

—”

(b)

il-punt 4 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“4.

Eċċezzjonijiet: prodotti fil-fażi tal-konverżjoni, prodotti koperti bl-Anness III”

(15)

Fl-entrata dwar “Organic agriculture certification Thailand”, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.

Il-pajjiżi terzi, in-numri tal-kodiċijiet u l-kategoriji tal-prodotti konċernati:

Pajjiż terz

Numru tal-kodiċi

Kategorija tal-prodotti

 

 

A

B

C

D

E

F

L-Indoneżja

ID-BIO-121

x

x

Il-Laos

LA-BIO-121

x

x

Il-Malasja

MY-BIO-121

x

Il-Mjanmar/Burma

MM-BIO-121

x

In-Nepal

NP-BIO-121

x

It-Tajlandja

TH-BIO-121

x

x

Il-Vjetnam

VN-BIO-121

x

x

—”

(16)

L-entrata dwar “Organic Food Development Center” hija mħassra.

(17)

Fl-entrata dwar “Organska Kontrola”, il-punt 1 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“1.

Indirizz: Dzemala Bijedića BR. 71000, 2 Sarajevo, il-Bożnja u Ħerzegovina”


(*)  Din id-deżinjazzjoni hija bla preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u hija konformi mal-UNSCR 1244 u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni ta' indipendenza tal-Kosovo.”


4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/22


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1288/2014

tat-3 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

95,4

IL

114,8

MA

90,6

TR

116,2

ZZ

104,3

0707 00 05

AL

53,8

JO

206,0

MA

170,1

TR

129,7

ZZ

139,9

0709 93 10

MA

53,5

TR

125,5

ZZ

89,5

0805 10 20

TR

74,4

UY

52,1

ZA

46,1

ZW

27,0

ZZ

49,9

0805 20 10

MA

74,5

ZZ

74,5

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

IL

112,8

JM

168,3

TR

78,8

ZZ

120,0

0805 50 10

AL

64,4

TR

75,3

ZZ

69,9

0808 10 80

BA

18,0

BR

54,7

CA

134,8

CL

80,2

MK

38,0

NZ

96,9

US

119,1

ZA

172,4

ZZ

89,3

0808 30 90

CN

81,0

TR

112,6

US

163,9

ZZ

119,2


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/25


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1289/2014

tat-3 ta' Diċembru 2014

li jistabbilixxi perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-ħruġ tal-liċenzji tal-esportazzjoni, li jirrifjuta l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni u li jissospendi t-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma' pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7e flimkien mal-Artikolu 9(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tar-Regolament (KE) Nru 1308/2013, iz-zokkor prodott matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 136 ta' dak ir-Regolament jista' jiġi esportat biss fil-limitu kwantitattiv stabbilit mill-Kummissjoni.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 776/2014 tas-16 ta' Lulju 2014 li jiffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2014/15 (3) jistabbilixxi t-tali limiti kwantitattivi.

(3)

Il-kwantitajiet ta' zokkor koperti mill-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni jaqbżu l-limitu kwantitattiv iffissat mir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 776/2014. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit perċentwali ta' aċċettazzjoni għall-kwantitajiet li saret applikazzjoni għalihom mill-24 sat-28 ta' Novembru 2014. L-applikazzjonijiet kollha għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor mressqin wara t-28 ta' Novembru 2014 għandhom jiġu rrifjutati kif xieraq u għandu jiġi sospiż it-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Għandhom jinħarġu liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota li għalih ikunu tressqu applikazzjonijiet mill-24 sat-28 ta' Novembru 2014 għall-kwantitajiet mitlubin, immultiplikati b'perċentwali ta' aċċettazzjoni ta' 30,097818 %.

2.   L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota mressqin fl-1, 2, 3, 4 u 5 ta' Diċembru 2014 b'dan qed jiġu rrifjutati.

3.   It-tressiq tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għaz-zokkor barra mill-kwota għandu jiġi sospiż għall-perjodu mit-8 ta' Diċembru 2014 sat-30 ta' Settembru 2015.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Diċembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

(3)  ĠU L 210, 17.7.2014, p. 11.


LINJI GWIDA

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/27


LINJA GWIDA TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tad-19 ta' Novembru 2014

li temenda l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9

(BĊE/2014/46)

(2014/870/UE)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1 u l-Artikoli 12.1, 14.3, 18.1 u 18.2 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont il-Linja Gwida BĊE/2014/31 (1), ir-rekwiżiti minimi tal-Eurosistema għal limiti minimi tal-kwalità tal-kreditu, kif speċifikat fir-regoli ta' qafas tal-Eurosistema dwar il-valutazzjoni tal-kreditu għal assi kummerċjabbli fit-Taqsima 6.3.2 tal-Anness I tal-Linja ta Gwida BĊE/2011/14 (2), ma japplikawx għal strumenti ta' dejn kummerċjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mill-gvernijiet ċentrali ta' Stati Membri taż-żona tal-euro, sakemm jikkonformaw ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali.

(2)

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jikkunsidra li r-Repubblika Ellenika hija konformi ma' programm tal-Unjoni Ewropea/Fond Monetarju Internazzjonali. Strumenti ta dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u li jissodisfaw il-kriterji l-oħrajn kollha ta' eliġibbiltà b'hekk jikkostitwixxu kollateral eliġibbli għall-finijiet ta' operazzjonijiet ta kreditu tal-Eurosistema, soġġett għal skeda speċifika ta' haircut.

(3)

Fid-dawl tat-titjib ġenerali fil-kundizzjonijiet tas-suq għal assi negozjabbli Griegi, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jirrevedi l-iskeda tal-haircut applikabbli għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika. Din l-iskeda hija stabbilita fil-Linja Gwida BĊE/2014/31.

(4)

Għalhekk, il-Linja Gwida BĊE/2014/31 għandha tiġi emendata f'dan is-sens,

ADOTTA DIN IL-LINJA GWIDA:

Artikolu 1

Emendi għall-Anness I tal-Linja Gwida BĊE/2014/31

L-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2014/31 huwa ssostitwit bl-Anness għal din il-Linja Gwida.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ, implimentazzjoni u applikazzjoni

1.   Din il-Linja Gwida għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

2.   Il-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jikkonformaw ma' din il-Linja Gwida u japplikawhom mill-15 ta' Diċembru 2014. Huma għandhom jinnotifikaw lill-BĊE bit-testi u l-mezzi relatati ma' dawk il-miżuri sa mhux aktar tard mill-10 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 3

Destinatarji

Din il-Linja Gwida hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.

Magħmul fi Frankfurt am Main, id-19 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  Linja Gwida BĊE/2014/31 tad-9 ta' Lulju 2014 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta' operazzjonijiet ta' rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (ĠU L 240, 13.8.2014, p. 28).

(2)  Linja Gwida BĊE/2011/14 tal-20 ta' Settembru 2011 dwar l-istrumenti u l-proċeduri tal-politika monetarja tal-Eurosistema (ĠU L 331, 14.12.2011, p. 1).


ANNESS

L-Anness I għal-Linja Gwida BĊE/2014/31 huwa sostitwit minn dan li ġej:

“ANNESS I

Skeda ta' tnaqqis impost applikabbli għal strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġin jew iggarantiti għal kollox mir-Repubblika Ellenika

Bonds tal-Gvern Grieg (GGBs — Greek Government bonds)

Maturità residwa (snin)

Kupun b'rata fissa u varjabbli

Kupun żero

0-1

6,5

6,5

1-3

11,0

12,0

3-5

16,5

18,0

5-7

23,0

26,0

7-10

34,0

39,5

> 10

40,0

52,5

Bonds ta' bank iggarantiti minn Gvern (GGBBs) u bonds korporattivi mhux finanzjarji ggarantiti minn gvern

Maturità residwa (snin)

Kupun b'rata fissa u varjabbli

Kupun żero

0-1

13,5

14,0

1-3

19,0

20,0

3-5

24,5

26,5

5-7

31,5

35,0

7-10

43,5

49,5

> 10

50,0

62,0”


Rettifika

4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/30


Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/687/UE tas-26 ta' Settembru 2014 li tistabbilixxi l-konklużjonijiet tal-aħjar metodi tekniċi disponibbli (BAT), skont id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għall-produzzjoni tal-polpa, il-karta u l-kartun

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 284 tat-30 ta' Settembru 2014 )

Fil-paġna 124, fit-Taqsima 1.7.2.1, fejn it-Teknika hija deskritta bħala “Prevenzjoni u eliminazzjoni tal-bijoriti permezz ta' metodi li jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-bijoċidi” kif ġej: “[…] Meta tintuża diżinfezzjoni katalittika bil-perossidu tal-idroġenu, il-bijoriti u l-mikrobi liberi fl-ilma tal-proċess u l-materjal insolubbli tal-karta jiġu eliminati mingħajr l-użu ta' bijoċidi”,

minflok:

“mingħajr l-użu ta' bijoċidi”,

aqra:

“permezz ta' metodi li jimminimizzaw l-emissjonijiet tal-bijoċidi”.


4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/30


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/767/UE tat-23 ta' Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35062 (13/N-2) implimentata mill-Portugall għal Caixa Geral de Depósitos

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 323 tas-7 ta' Novembru 2014 )

Fil-qoxra u f'paġna 19:

minflok:

“Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/767/UE tat-23 ta' Lulju 2013 għajnuna mill-Istat SA.35062 (13/N-2) implimentata mill-Portugall għal Caixa Geral de Depósitos”

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/767/UE tal-24 ta' Lulju 2013 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35062 (13/N-2) implimentata mill-Portugall għal Caixa Geral de Depósitos”

F'paġna 32:

minflok:

“Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Lulju 2013”

aqra:

“Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Lulju 2013”


4.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 348/31


Rettifika tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 448/2011/UE tad-19 ta' Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis relattivament għad-dazji tal-baħar

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 193 tat-23 ta' Lulju 2011 )

Fil-paġna tal-Werrej u fil-paġna 1, it-titolu:

minflok:

“Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 448/2011/UE tad-19 ta' Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis relattivament għad-dazji tal-baħar”

aqra:

“Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 448/2011/UE tad-19 ta' Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2004/162/KE fir-rigward tal-prodotti li jistgħu jibbenefikaw minn eżenzjoni jew tnaqqis relattivament għall-octroi de mer”

Fil-paġna 1, l-ewwel sentenza tal-ewwel premessa:

minflok:

“(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-10 ta' Frar 2004 dwar is-sistema tad-dażju tal-baħar fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li testendi d-Deċiżjoni 89/688/KEE (2) tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi biex japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis relattivament għad-dażju tal-baħar għall-prodotti lokali fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej imsemmija fl-Anness tagħha. …”

aqra:

“(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE tal-10 ta' Frar 2004 dwar is-sistema tal-octroi de mer fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li testendi d-Deċiżjoni 89/688/KEE (2) tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi biex japplikaw eżenzjonijiet jew tnaqqis relattivament għall-octroi de mer għall-prodotti lokali fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej imsemmija fl-Anness tagħha. …”