ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 342

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
27 ta' Novembru 2014


Werrej

 

III   Atti oħrajn

Paġna

 

 

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 113/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

1

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 114/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

3

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 115/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

5

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 116/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

6

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 117/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

8

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 118/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

10

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 119/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

12

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 120/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

14

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 121/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

15

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 122/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

17

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 123/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

21

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 124/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

23

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

24

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 126/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

26

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 128/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

27

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 129/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

35

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 130/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

36

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 131/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

38

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 132/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

39

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

40

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

41

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

42

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 136/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim ŻEE

44

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

45

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

46

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 139/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

47

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 140/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

48

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 141/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

49

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 142/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

50

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 143/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

51

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 144/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

52

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 145/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

53

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 146/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim ŻEE

55

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

56

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 148/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

58

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 149/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

59

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 150/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

60

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 151/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

61

 

*

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2014 tas-27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

63

 

 

Avviż lil qarrej

 

*

Nota lill-qarrej (Ara paġna 65)

65

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


III Atti oħrajn

ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/1


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 113/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 84/2014 tat-30 ta' Jannar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' Pediococcus pentosaceus DSM 14021, Pediococcus pentosaceus DSM 23688 jew Pediococcus pentosaceus DSM 23689 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi ta' annimal (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 101/2014 tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-tirosin bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2014 tal-5 ta' Frar 2014 dwar l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf il-klorur tal-kobalt essaidrat, in-nitrat tal-kobalt essaidrat u s-sulfat tal-kobalt monoidrat, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2003 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 121/2014 tas-7 ta' Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-selenometijonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(6)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1zq (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1334/2003):

“—

32014 R 0107: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2014 tal-5 ta' Frar 2014 (ĠU L 36, 6.2.2014, p. 7).”

2.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zzt (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1101/2013):

“2zzu.

32014 R 0084: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 84/2014 tat-30 ta' Jannar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjonijiet ta' Pediococcus pentosaceus DSM 14021, Pediococcus pentosaceus DSM 23688 jew Pediococcus pentosaceus DSM 23689 bħala addittivi tal-għalf għal kull speċi ta' annimal (ĠU L 28, 31.1.2014, p. 30).

2zzv.

32014 R 0101: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 101/2014 tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza L-selenometijonina bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' annimal (ĠU L 34, 5.2.2014, p. 1).

2zzw.

32014 R 0107: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 107/2014 tal-5 ta' Frar 2014 dwar l-irtirar mis-suq tal-addittivi tal-għalf il-klorur tal-kobalt essaidrat, in-nitrat tal-kobalt essaidrat u s-sulfat tal-kobalt monoidrat, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1334/2003 (ĠU L 36, 6.2.2014, p. 7).

2zzx.

32014 R 0121: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 121/2014 tas-7 ta' Frar 2014 dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza L-selenometijonina bħala addittiv fl-għalf għal kull speċi ta' annimal (ĠU L 39, 8.2.2014, p. 53).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 84/2014, (UE) Nru 101/2014 u (UE) Nru 107/2014 u (UE) Nru 121/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 28, 31.1.2014, p. 30.

(2)  ĠU L 34, 5.2.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 36, 6.2.2014, p. 7.

(4)  ĠU L 39, 8.2.2014, p. 53.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/3


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 114/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1404/2013 tal-20 ta' Diċembru 2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer għat-tismin (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 tas-6 ta' Jannar 2014 li jemenda d-Direttiva 2008/38/KE li tistabbilixxi lista ta' użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(5)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 2zzx (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 121/2014):

“2zzy.

32013 R 1365: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1365/2013 tat-18 ta' Diċembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' alfa-galattożidażi prodotta minn Saccharomyces cerevisiae (CBS 615.94) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 120604) bħala addittiv mal-għalf għal speċi minuri tat-tjur tas-simna u għal tiġieġ tal-bajd (detentur tal-awtorizzazzjoni Kerry Ingredients and Flavours) (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 31).

2zzz.

32013 R 1404: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1404/2013 tal-20 ta' Diċembru 2013 dwar l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnieżer tas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 88).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 14c (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/38/KE):

“—

32014 R 0005: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 5/2014 tal-6 ta' Jannar 2014 (ĠU L 2, 7.1.2014, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 5/2014 u tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1365/2013 u (UE) Nru 1404/2013 bl-Islandiż u bin-Norveġiż, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 31.

(2)  ĠU L 349, 21.12.2013, p. 88.

(3)  ĠU L 2, 7.1.2014, p. 3.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 115/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 tal-11 ta' Frar 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 601/2013 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' aċetat tal-kobalt(II) tetraidrat, karbonat tal-kobalt(II), idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat, sulfat tal-kobalt(II) ettaidrat u idrossidu karbonat tal-kobalt(II) (2:3) monoidrat miksi u granulat bħala addittivi tal-għalf (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni dwar l-għalf. Il-leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-għalf ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tiġi estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali fl-Anness I tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

L-Anness I tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiżdiedu wara l-punt 85 (Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2013) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32014 R 0131: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 131/2014 tal-11 ta' Frar 2014 (ĠU L 41, 12.2.2014, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 131/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 41, 12.2.2014, p. 3.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 116/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tal-kriterji mikrobijoloġiċi għan-nibet u r-regoli tal-kampjunar għall-karkassi tat-tjur u l-laħam frisk tat-tjur (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 dwar miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-akkreditament tal-laboratorji uffiċjali li jwettqu t-testijiet uffiċjali għat-Trichinella u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta' mal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(4)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 149 (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1152/2011) fil-Parti 1.2:

“150.

32013 R 0702: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2013 tat-22 ta' Lulju 2013 dwar miżuri tranżitorji għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f'dak li għandu x'jaqsam mal-akkreditament tal-laboratorji uffiċjali li jwettqu t-testijiet uffiċjali għat-Trichinella u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1162/2009 (ĠU L 199, 24.7.2013, p. 3).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) fil-Parti 6.2:

“—

32013 R 0209: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 19).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0209: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 209/2013 tal-11 ta' Marzu 2013 (ĠU L 68, 12.3.2013, p. 19).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 209/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 702/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 68, 12.3.2013, p. 19.

(2)  ĠU L 199, 24.7.2013, p. 3.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/8


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 117/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 fir-rigward tas-salmonella fil-laħam frisk tat-tjur (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar il-kwistjonijiet veterinarji u l-prodotti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II ta' mal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni m'għandhiex tapplika għal-Liechtenstein.

(3)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 52 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) fil-Parti 6.2 u l-punt 8b (ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

“—

32011 R 1086: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 7).”

Artikolu 2

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 54zzzj (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32011 R 1086: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1086/2011 tas-27 ta' Ottubru 2011 (ĠU L 281, 28.10.2011, p. 7).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1086/2011 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 281, 28.10.2011, p. 7.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/10


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 118/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1317/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jemenda l-Annessi II, III u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għat-2,4-D, il-beflubutamid, iċ-ċiklanilid, id-dinikonażol, il-florasulam, il-metolaklor u l-S-metolaklor, u l-milbemektin f'ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2014 tas-16 ta' Jannar 2014 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwu għall-amminopiralid, il-klorantraniliprol, iċ-ċiflufenamid, il-mepikwat, il-metalaksil-M, il-propamokarb, il-pirijofenon u l-kwinossifen f'ċerti prodotti jew fuqhom (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 51/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għad-dimetomorf, l-indossakarb, u l-piraklostrobina f'ċerti prodotti jew fuqhom (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 61/2014 tal-24 ta' Jannar 2014 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għaċ-ċiromażina, il-fenpropidin, il-formetanat, l-ossamil u t-tebukonażol f'ċerti prodotti jew fuqhom (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 li jemenda l-Annessi II, III u V għar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta' residwi għall-bifenażat, il-klorprofam, l-esfenvalerat, il-fludjossonil u t-tijobenkarb f'ċerti prodotti jew fuqhom (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma tapplikax għal-Liechtenstein bil-kundizzjoni li l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. B'hekk, din id-Deċiżjoni ma tapplikax għal-Liechtenstein.

(7)

Għalhekk, l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I mal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1317: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1317/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 339, 17.12.2013, p. 1),

32014 R 0036: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2014 tas-16 ta' Jannar 2014 (ĠU L 17, 21.1.2014, p. 1),

32014 R 0051: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 51/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 13),

32014 R 0061: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 61/2014 tal-24 ta' Jannar 2014 (ĠU L 22, 25.1.2014, p. 1),

32014 R 0079: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 (ĠU L 27, 30.1.2014, p. 9).”

Artikolu 2

L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu mal-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1317: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1317/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 339, 17.12.2013, p. 1),

32014 R 0036: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 36/2014 tas-16 ta' Jannar 2014 (ĠU L 17, 21.1.2014, p. 1),

32014 R 0051: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 51/2014 tal-20 ta' Jannar 2014 (ĠU L 16, 21.1.2014, p. 13),

32014 R 0061: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 61/2014 tal-24 ta' Jannar 2014 (ĠU L 22, 25.1.2014, p. 1),

32014 R 0079: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 79/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 (ĠU L 27, 30.1.2014, p. 9).”

Artikolu 3

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 1317/2013, (UE) Nru 36/2014, (UE) Nru 51/2014, (UE) Nru 61/2014 u (UE) Nru 79/2014 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 339, 17.12.2013, p. 1.

(2)  ĠU L 17, 21.1.2014, p. 1.

(3)  ĠU L 16, 21.1.2014, p. 13.

(4)  ĠU L 22, 25.1.2014, p. 1.

(5)  ĠU L 27, 30.1.2014, p. 9.

(*)  Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/12


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 119/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li jemenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku rigward il-limiti tal-emissjonijiet, id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2014 tal-11 ta' Frar 2014 li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 fir-rigward ta' emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu I tal-Anness II għall-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punti 45zu (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008):

“—

32014 R 0136: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2014 tal-11 ta' Frar 2014 (ĠU L 43, 13.2.2014, p. 12).”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 45zx (id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 45zzl (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011):

“—

32014 R 0133: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 (ĠU L 47, 18.2.2014, p. 1),

32014 R 0136: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 136/2014 tal-11 ta' Frar 2014 (ĠU L 43, 13.2.2014, p. 12).”

3.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 45zzk (ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32014 R 0133: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 (ĠU L 47, 18.2.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 133/2014 u (UE) Nru 136/2014 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 47, 18.2.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 43, 13.2.2014, p. 12.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 120/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE tad-19 ta' Marzu 2013 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-aerosol dispensers biex id-dispożizzjonijiet tagħha dwar l-ittikkettar jiġu adattati għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 91, 3.4.2013, p. 16, għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 75/324/KEE) tal-Kapitolu VIII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 L 0010: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/10/UE tad-19 ta' Marzu 2013 (ĠU L 77, 20.3.2013, p. 20), kif ikkoreġuta mill-ĠU L 91, 3.4.2013, p. 16.”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/10/UE, kif ikkoreġuti mill-ĠU L 91, 3.4.2013, p. 16, fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 77, 20.3.2013, p. 20.

(*)  L-ebda rekwiżit kostituzzjonali ma huma indikati.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 121/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li jispeċifika proċedura għall-emenda tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 89/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-bis(N-ċikloeżil-diażenju-diossi)-ram (Cu-HDO) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-aċidu dekanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4 18 u 19 (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-S-metopren bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 92/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova ż-żineb bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (5) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2014 tal-31 ta' Jannar 2013 li japprova l-aċidu ottanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4 u 18 (6) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 94/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-jodju inkluż il-jodju polivinilpirrolidon bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 3 4 u 22 (7) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 12 nl (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 564/2013) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“12 nm.

32014 R 0088: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li jispeċifika proċedura għall-emenda tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 3).

12nn.

32014 R 0089: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 89/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-bis(N-ċikloeżil-diażenju-diossi)-ram (Cu-HDO) bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 8 (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 6).

12no.

32014 R 0090: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 90/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-aċidu dekanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4, 18 u 19 (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 9).

12np.

32014 R 0091: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 91/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-S-metopren bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 18 (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 13).

12nq.

32014 R 0092: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 92/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova ż-żineb bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tip 21 (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 16).

12nr.

32014 R 0093: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-aċidu ottanojku bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 4 u 18 (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 19).

12ns.

32014 R 0094: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 94/2014 tal-31 ta' Jannar 2014 li japprova l-jodju inkluż il-jodju polivinilpirrolidon bħala sustanza attiva eżistenti għall-użu fil-prodotti bijoċidali għall-prodotti tat-tipi 1 3 4 u 22 (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 23).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 88/2014, (UE) Nru 89/2014, (UE) Nru 90/2014, (UE) Nru 91/2014, (UE) Nru 92/2014, (UE) Nru 93/2014 u (UE) Nru 94/2014, bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit- 28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 32, 1.2.2014, p. 3.

(2)  ĠU L 32, 1.2.2014, p. 6.

(3)  ĠU L 32, 1.2.2014, p. 9.

(4)  ĠU L 32, 1.2.2014, p. 13.

(5)  ĠU L 32, 1.2.2014, p. 16.

(6)  ĠU L 32, 1.2.2014, p. 19.

(7)  ĠU L 32, 1.2.2014, p. 23.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 122/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/1/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għaċ-ċomb bħala element ta' liga għal berings u uċuħ li jittieklu fit-tagħmir mediku espost għar-radjazzjoni jonizzanti (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/2/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal kadmju fil-kisjiet tal-fosfru f'intensifikaturi tal-immaġni għal ritratti bir-raġġi X sal-31 ta' Diċembru 2019 u fil-parts ta' sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta' Jannar 2020 (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/3/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għall-aċetat taċ-ċomb għall-użu bħala markatur fil-head-frames stereotattiċi għall-użu fis-CT (Computed Tomography) u fl-MRI u fis-sistemi ta' pożizzjonament għat-tagħmir tat-terapija bir-raġġi gamma u t-terapija bil-partikoli (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(4)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/4/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb li jippermetti konnessjonijiet ermetiċi bejn l-aluminju u l-azzar fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet tar-raġġi X (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(5)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/5/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb fl-istann ta' unitajiet ta' ċirkwit stampati, kisjiet tat-terminazzjoni tal-komponenti elettriċi u elettroniċi u kisjiet tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati, stann għall-wajers u l-kejbils ta' konnessjoni, stann għall-konnessjoni ta' transdjusers u sensers reżistenti għall-użu f'temperaturi inqas minn – 20 °C f'kundizzjonijiet normali ta' tħaddim u ħżin (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(6)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/6/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb fil-kisi tal-uċuħ tas-sistemi tal-konnetturi bil-pinnijiet li jirrikjedu konnetturi mhux manjetiċi reżistenti għall-użu f'temperaturi inqas minn – 20 °C f'kundizzjonijiet normali ta' tħaddim u ħżin (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(7)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/7/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb fl-istann, il-kisjiet tat-terminazzjoni tal-komponenti elettriċi u elettroniċi u kisjiet tal-unitajiet ta' ċirkwit stampati, il-konnessjonijiet tal-wajers elettriċi, lqugħ u konnetturi magħluqa li jintużaw a) f'kampi manjetiċi fl-isfera ta' raġġ ta' 1 m madwar l-isoċentru tal-kalamita fit-tagħmir mediku tal-produzzjoni tal-immaġni bir-reżonanza manjetika, inkluż il-monitors tal-pazjenti mfasslin biex jintużaw f'din l-isfera, jew b) fil-kampi manjetiċi inqas minn 1 m distanza mill-uċuħ esterni tal-kalamiti ċiklotroniċi, il-kalamiti għat-trasport tar-raġġi jew għall-kontroll tad-direzzjoni tar-raġġi applikati għat-terapija tal-partikoli (7) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(8)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/8/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb fl-istann għall-immuntar tad-ditekters diġitali tat-tellurur tal-kadmju u tat-tellurur tal-kadmju u ż-żingu mal-bordijiet taċ-ċirkwit stampati (8) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(9)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb u kadmju fir-rabtiet metalliċi li joħolqu ċirkuwiti manjetiċi superkonduttivi fid-ditekters MRI, SQUID, NMR (Nuclear Magnetic Resonance) jew FTMS (Fourier Transform Mass Spectrometer) (9) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(10)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/10/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb fil-ligi, bħala superkunduttur jew kunduttur termali, użat fil-cold heads tar-refriġeraturi krijoġeniċi u/jew fis-sondi kesħin imkessħin b'mod krijoġeniku u/jew fis-sistemi ta' rbit ekwipotenzjali mkessħin b'mod krijoġeniku, f'tagħmir mediku (kategorija 8) u/jew fi strumenti industrijali ta' monitoraġġ u kontroll (10) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(11)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/11/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal kromju eżavalenti fid-dispensaturi tal-alkali għall-ħolqien tal-fotokatodi fl-intensifikaturi tal-immaġnijiet bir-raġġi X sal-31 ta' Diċembru 2019 u fil-parts ta' sostituzzjoni għas-sistemi tar-raġġi X imqiegħda fis-suq tal-UE qabel l-1 ta' Jannar 2020 (11) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(12)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/12/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb fi stann fuq bordijiet ta' ċirkwiti stampati tad-ditekters u l-unitajiet tal-akkwist tad-dejta għal Tomografi tal-Emissjoni tal-Pożitroni li jkunu integrati f'tagħmir tar-Ritratti bir-Reżonanza Manjetika (12) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(13)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/13/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb fi stann fuq bordijiet taċ-ċirkwiti stampati popolati użati f'tagħmir mediku mobbli tal-klassi IIa u IIb tad-Direttiva 93/42/KEE minbarra d-difibrillaturi tal-emerġenza li jinġarru fl-idejn (13) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(14)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/14/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness III tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal 3,5 mg ta' merkurju għal kull bozza f'bozoz fluworexxenti kompatti b'kappa waħda għal skopijiet ta' illuminazzjoni ġenerali < 30 W b'ħajja ta' 20 000 siegħa jew iktar (14) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(15)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/15/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb, kadmju u kromju eżavalenti fil-parts ta' sostituzzjoni użati mill-ġdid, irkuprati minn tagħmir mediku mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2014 u użat f'tagħmir tal-kategorija 8 mqiegħed fis-suq qabel it-22 ta' Lulju 2021, bil-kundizzjoni li dan l-użu mill-ġdid iseħħ f'sistemi ta' rkupru bejn negozji b'ċiklu magħluq u verifikabbli, u li l-użu mill-ġdid tal-partijiet jiġi nnotifikat lill-konsumatur (15) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(16)

Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/16/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 li temenda, għal skopijiet ta' adattament għall-progress tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' eżenzjoni għal ċomb bħala attivatur fit-trab fluworexxenti tal-bozoz bi skariku elettriku meta jintużaw għal bozoz tal-fotofereżi extrakorporea li fihom il-fosfori BSP (BaSi 2 O 5:Pb) (16) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(17)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiżi li ġejjin huma miżjuda mal-punt 12q (id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II mal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 L 0001: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/1/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 45),

32014 L 0002: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/2/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 47),

32014 L 0003: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/3/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 49),

32014 L 0004: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/4/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 51),

32014 L 0005: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/5/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 53),

32014 L 0006: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/6/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 55),

32014 L 0007: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/7/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 57),

32014 L 0008: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/8/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 59),

32014 L 0009: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 61),

32014 L 0010: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/10/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 63),

32014 L 0011: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/11/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 65),

32014 L 0012: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/12/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 67),

32014 L 0013: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/13/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 69),

32014 L 0014: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/14/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 71),

32014 L 0015: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/15/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 73),

32014 L 0016: Id-Direttiva ta' Delega tal-Kummissjoni 2014/16/UE tat-18 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 4, 9.1.2014, p. 75).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttivi ta' Delega 2014/1/UE, 2014/2/UE, 2014/3/UE, 2014/4/UE, 2014/5/UE, 2014/6/UE, 2014/7/UE, 2014/8/UE, 2014/9/UE, 2014/10/UE, 2014/11/UE, 2014/12/UE, 2014/13/UE, 2014/14/UE, 2014/15/UE u 2014/16/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 45.

(2)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 47.

(3)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 49.

(4)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 51.

(5)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 53.

(6)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 55.

(7)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 57.

(8)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 59.

(9)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 61.

(10)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 63.

(11)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 65.

(12)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 67.

(13)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 69.

(14)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 71.

(15)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 73.

(16)  ĠU L 4, 9.1.2014, p. 75.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 123/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 848/2012 tad-19 ta' Settembru 2012 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-komponenti ta' fenilmerkurju (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2013 tal-20 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008 dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XV tal-Anness II għall-Ftehim taż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zc (ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32012 R 0848: ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 848/2012 tad-19 ta' Settembru 2012 (ĠU L 253, 20.9.2012, p. 5).”

2.

Dan li ġej jiżdied mal-punt 12zf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008):

“, kif emendat bi:

32013 R 0254: ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 254/2013 tal-20 ta' Marzu 2013 (ĠU L 79, 21.3.2013, p. 7).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 848/2012 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 254/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 253, 20.9.2012, p. 5.

(2)  ĠU L 79, 21.3.2013, p. 7.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/23


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 124/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2013 tat-8 ta' Mejju 2013 li jemenda, għall-finijiet tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku u xjentifiku, ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 12zze (ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0487: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 487/2013 tat-8 ta' Mejju 2013 (ĠU L 149, 1.6.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 487/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 149, 1.6.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/24


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 125/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 655/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji komuni għall-ġustifikazzjoni ta' pretensjonijiet użati fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 658/2013 tat-10 ta' Lulju 2013 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XVI tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 1a (ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 R 0658: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 658/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 38).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1aa (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/674/UE):

“1b.

32013 R 0655: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 655/2013 tal-10 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji komuni għall-ġustifikazzjoni ta' pretensjonijiet użati fir-rigward tal-prodotti kożmetiċi (ĠU L 190, 11.7.2013, p. 31).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 655/2013 u (UE) Nru 658/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 190, 11.7.2013, p. 31.

(2)  ĠU L 190, 11.7.2013, p. 38.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 126/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2011/88/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Novembru 2011 li temenda d-Direttiva 97/68/KE fir-rigward id-dispożizzjonijiet għal magni introdotti fis-suq skont l-iskema tal-flessibbiltà (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE

(2)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1a (id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XXIV tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:

“—

32011 L 0088: Id-Direttiva 2011/88/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 (ĠU L 305, 23.11.2011, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2011/88/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 305, 23.11.2011, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 128/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/58/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2009/138/KE (Solvenza II) rigward id-data tat-traspożizzjoni tagħha u d-data tal-applikazzjoni tagħha, u d-data tat-tħassir ta' ċerti Direttivi (Solvenza I) (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Id-Direttiva 2013/58/UE tipposponi, sal-1 ta' Jannar 2016, id-data għat-tħassir tad-Direttivi tal-Kunsill 64/225/KEE (2), 73/239/KEE (3), 73/240/KEE (4), 78/473/KEE (5), 84/641/KEE (6), 87/344/KEE (7), 88/357/KEE (8) u 92/49/KEE (9) u d-Direttivi 98/78/KE (10), 2001/17/KE (11), 2002/83/KE (12) u 2005/68/KE (13) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li kienu inkorporati fil-Ftehim ŻEE, u li kienu mħassra skont il-Ftehim ŻEE mid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt KEE Nru 78/2011 tal-1 ta' Lulju 2011 li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) għall-Ftehim ŻEE (14).

(3)

Għaldaqstant, id-Direttivi 64/225/KEE, 73/239/KEE, 73/240/KEE, 78/473/KEE, 84/641/KEE, 87/344/KEE, 88/357/KEE, 92/49/KEE, 98/78/KE, 2001/17/KE, 2002/83/KE u 2005/68/KE għandhom ikunu inkorporati mill-ġdid fil-Ftehim ŻEE u t-tħassir tagħhom skont il-Ftehim ŻEE pospost sal-1 ta' Jannar 2016.

(4)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32013 L 0058: Id-Direttiva 2013/58/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 341, 18.12.2013, p. 1).”

2.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 1a (imħassar):

364 L 0225: Id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE tal-25 ta' Frar 1964 dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment u l-libertà li jkunu pprovduti servizzi fir-rigward tar-riassigurazzjoni u tar-retroċessjoni (ĠU 56, 4.4.1964, p. 878/64).

Għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, id-disposizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattazzjoni li ġejja:

L-Artikolu 3 majapplikax”

.

3.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-punt 2 (imħassar):

373 L 0239: L-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE tal-24 ta' Lulju 1973 dwar il-koordinament ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrigwardaw il-bidu u t-twettiq tan-negozju tal-assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3) kif emendata bi:

376 L 0580: Id-Direttiva tal-Kunsill 76/580/KEE tad-29 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 189, 13.7.1976, p. 13),

384 L 0641: Id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE tal-10 ta' Diċembru 1984 li temenda, b'mod partikolari fir-rigward ta' assistenza turistika, l-ewwel direttiva (73/239/KEE) dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21).

387 L 0343: Id-Direttiva tal-Kunsill 87/343/KEE tat-22 ta' Ġunju 1987 li temenda, fir-rigward ta' assigurazzjoni ta' kreditu u assigurazzjoni ta' sigurtajiet, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 72),

387 L 0344: Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta' Ġunju 1987 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77).

388 L 0357: It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta' Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma'assigurazzjoni diretta ta' xort 'oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1).

390 L 0618: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE tat-8 ta' Novembru 1990 li temenda, b'mod partikolari fir-rigward ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà ta' vetturi bil-mutur, id-Direttiva 73/239/KEE u d-Direttiva 88/357/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 330, 29.11.1990, p. 44),

392 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 (ĠU L 228, tal-11.8.1992, p. 1),

395 L 0026: Id-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7), kif l-aħħar emendata bi:

32002 L 0083: Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 345, tad-19.12.2002, p. 1), kif emendata bi:

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26 ta' April 2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

32000 L 0026: Id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 (ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65),

32002 L 0013: Id-Direttiva 2002/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Marzu 2002 (ĠU L 77, 20.3.2002, p. 17),

1 03 T: Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija mwaqqfa l-Unjoni Ewropea, adottat fis-16 ta' April 2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33).

32002 L 0087: Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1),

1 94 N: L-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, r-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Isvezja, u l-arranġamenti li saru lit-Trattat li fuqu hi msejsal-Unjoni Ewropea (ĠU C 241, 29.8.1994, p. 21 kif emendat permezz tal-ĠU L 1, 1.1.1995, p. 1),

32005 L 0001: Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9),

32005 L 0068: Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1),

32006 L 0101: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/101/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 238).

Għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 4:

‘(f)

fl-Islanda

il-Gżejjer Viðlagatrygging.’

(b)

dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 8:

‘—

fil-każ tal-Islanda:

Hlutafélag.

fil-każ tal-Liechtenstain:

Aktiengesellschaft, Genossenschaft.

fil-każ tan-Norveġja:

Aksjeselskaper, Gjensidige selskaper.’

(ba)

Fl-Artikolu 17a, il-kliem ‘L-indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumatur magħmula mill-Istati Membri kollha’ ikunu sostitwiti bil-kliem ‘L-indiċi taż-ŻEE tal-prezzijiet tal-konsumatur magħmula mill-Partijiet Kontraenti kollha.’

(c)

L-Artikolu 29 ma japplikax; id-dispożizzjoni li ġejja tkun applikabbli:

Kull Parti Kontraenti tista', permezz ta' ftehimiet konklużi ma' pajjiż terz jew ma' diversi pajjiżi terzi, taqbel mal-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet differenti minn dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 23 sa 28 tad-Direttiva bil-kondizzjoni li jkun żgurat li l-persuni assigurati tagħha jingħataw protezzjoni xierqa u ekwivalenti. Il-Partijiet Kontraenti jinfurmaw u jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jiġu konklużi tali ftehimiet. Il-Partijiet Kontraenti ma japplikawx id-dispożizzjonijiet fuq il-friegħi tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom 'il barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti li jkunu jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-friegħi tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fi ħdan it-territorju tal-Partijiet Kontraenti;

(d)

L-Artikoli 30, 31, 32 u 34 ma japplikawx; id-dispożizzjoni li ġejja tkun applikabbli:

Intrapriżi ta' assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja li għandhom jiġu identifikati separatament mill-Islanda u n-Norveġja jkunu eżenti mill-Artikoli 16 u 17. L-awtorità ta' superviżjoni kompetenti għandha teħtieġ li dawn l-impriżi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dawn l-Artikoli sal-1 ta' Jannar 1995. Qabel dik id-data, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jeżamina s-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriżi li għadhom ma jilħqux ir-rekwiżiti u jagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa. Sakemm l-impriża tal-assigurazzjoni tonqos milli tilħaq ir-rekwiżiti tal-Artikoli 16 u 17 hija ma tistabbilixxix fergħa jew tipprovdi servizzi fit-territorju ta' Parti Kontraenti oħra. L-impriżi li jixtiequ jestendu l-operazzjonijiet tagħhom fis-sens tal-Artikolu 8(2) jew l-Artikolu 10 ma jistgħux jagħmlu hekk sakemm ma jikkonformawx immedjetament mar-regoli ta' din id-Direttiva;

(e)

f'dak li jirrigwarda r-relazzjoniet ma' impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiżi terzi deskritti fl-Artikolu 29b (ara l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE) japplika dan li ġej:

1.

Bil-għan li jkun milħuq il-grad massimu ta' konverġenza fl-applikar ta' impenn tal-pajjiż terz fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni, il-Partijiet Kontraenti jwettqu skambju tal-informazzjoni kif deskritt fl-Artikoli 29b(1) u 29b(5) jsiru konsultazzjonijiet rigward il-materji riferuti fl-Artikoli 29b(2), 29b(3) u 29b(4), fil-qafas tal-Kumitat Konġunt ŻEE u skont il-proċeduri speċifiċi li jkunu mifthiema bejn il-Partijiet Kontraenti.

2.

Awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti lill-impriżi tal-assigurazzjoni ta' Parti Kontraenti li huma sussidjarji diretti jew indiretti tal-impriżi prinċipali rregolati bil-liġijiet ta' pajjiż terz ikollhom il-validità b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva fit-territorju kollu tal-Partijiet Kontraenti. Iżda,

(a)

meta pajjiż terz jimponi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-istabbiliment ta' impriżi tal-assigurazzjoni ta' Stat EFTA, jew jimponi restrizzjonijiet fuq tali impriżi tal-assigurazzjoni li huwa ma jkunx jimponi fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni tal-Komunità, awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-Komunità lill-impriżi tal-assigurazzjoni li huma sussidjarji diretti jew inderetti ta' impriżi prinċipali rregolati bil-liġijiet ta' dak il-pajjiż terz ikollhom biss il-validità fil-Komunità, apparti minn meta Stat EFTA jiddeċiedi mod ieħor għall-ġurisdizzjoni tiegħu stess;

(b)

meta l-Komunità tkun iddeċidiet li deċiżjonijiet li jirrigwardjaw awtorizzazzjonijiet ta' impriżi tal-assigurazzjoni li huma s-sussidjari diretti jew inderetti ta' impriżi prinċipali rregolati bil-liġijiet ta' pajjiż terz għandhom ikunu limitati jew sopiżi, kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità kompetenti ta' Stat EFTA lil tali impriżi tal-assigurazzjoni tkun valida biss fil-ġurisdizzjoni tiegħu, għajr meta Parti Kontraenti oħra tiddeċiedi mod ieħor dwar il-ġurisdizzjoni tagħha,

(c)

il-limitazzjonijiet jew is-sospensjonijiet imsemmija fis-subparagrafi (a) u (b) jistgħu ma jkunux applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew għas-sussidjarji tagħhom li jkunu diġa awtorizzati fir-territorju ta' Parti Kontraenti.

3.

Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz fuq il-bażi tal-Artikolu 29b(3) u 29b(4), sabiex takkwista trattament nazzjonali u aċċess effettiv tas-suq għall-impriżi tal-assigurazzjoni tagħha, hija tfittex li takkwista trattament ugwali għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-Istati EFTA.”

4.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-punt 3 (imħassar):

373 L 0240: Id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE tal-24 ta' Lulju 1973 li tabolixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' stabbiliment fin-negozju ta' assigurazzjoni diretta apparti minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20).

Għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-addattament li ġej:

L-Artikoli 1, 2 u 5 ma japplikawx.”

5.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-punt 4 (imħassar):

378 L 0473: Id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE tat-30 ta' Mejju 1978 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' koassigurazzjoni Komunitarja (ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25.).

Għall-għanijiet tal-Ftehim preżenti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-addattament li ġej:

L-Artikolu 9 ma japplikax.”

6.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-punt 5 (imħassar):

384 L 0641: Id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE tal-10 ta' Diċembru 1984 li temenda, b'mod partikolari fir-rigward ta' assistenza turistika, l-Ewwel Direttiva (73/239/KEE) dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi- li għandhom x'jaqsmu mal-bidu u l-eżerċizzju tal-kummerċ ta' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21).”

7.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-punt 6 (imħassar):

387 L 0344: Id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta' Ġunju 1987 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77).”

8.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-punt 7 (imħassar):

388 L 0357: It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta' Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma'assigurazzjoni diretta ta' xort 'oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1), kif emendat bi:

390 L 0618: Id-Direttiva tal-Kunsill 90/618/KEE tat-8 ta' Novembru 1990 li temenda, b'mod partikolari fir-rigward ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà ta' vetturi bil-mutur, id-Direttiva 73/239/KEE u d-Direttiva 88/357/KEE dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja (ĠU L 330, 29.11.1990, p. 44),

392 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1),

32000 L 0026: Id-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Mejju 2000 (ĠU L 181, 20.7.2000, p. 65),

32005 L 0014: Id-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 14).”

9.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7a (imħassar):

392 L 0049: Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta' Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja) (ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1).

395 L 0026: Id-Direttiva 95/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' Ġunju 1995 (ĠU L 168, 18.7.1995, p. 7), kif l-aħħar emendata bi:

32002 L 0083: Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1), kif emendata bi:

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26 ta' April 2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

32000 L 0064: Id-Direttiva 2000/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Novembru 2000 (ĠU L 290, 17.11.2000, p. 27),

32002 L 0083: Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1), kif emendata bi:

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26 ta' April 2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35).

32002 L 0087: Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1),

32005 L 0001: Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9),

32005 L 0068: Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1),

32007 L 0044: Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

Għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikoli 15, 15a, 15b u 15c dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta' akkwirent propost ma japplikawx meta l-akkwirent propost, kif definit fid-Direttiva, jinsab jew huwa rregolat barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

(b)

fl-Artikolu 48, il-kliem ‘notifika ta' din id-Direttiva’ jinqara ‘deċiżjoni meħuda mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-inklużjoni ta' din id-Direttiva fil-Ftehim ŻEE’,

(c)

il-Liechtenstein jista' jipposponi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għall-assigurazzjoni obligatorja kontra l-inċidenti sal-1 ta' Jannar 1996. Is-sitwazzjoni tkun rieżaminata mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE matul l-1995.”

10.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 7b (imħassar):

32005 L 0068: Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1), kif emendat bi:

32007 L 0044: Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

Għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

L-Artikoli 19, 19a u 20 dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta' akkwirent propost ma japplikawx meta l-akkwirent propost, kif definit fid-Direttiva, jinsab jew huwa rregolat barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

(b)

Dawn li ġejjin ikunu miżjuda fl-Anness I:

‘—

fil-każ tal-Prinċipat tal-Liechtenstein: “Aktiengesellschaft”, “Europäische Aktiengesellschaft (Societas Europaea)”“Genossenschaft”;

fil-każ tar-Renju tan-Norveġja: “aksjeselskaper”, “allmennaksjeselskaper”, “gjensidige selskaper”;

fil-każ tar-Repubblika tal-Irlanda: “hlutafélög”, “gagnkvæm félög”.’”

11.

Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 10 (imħassar):

“(iia) l-Assigurazzjoni fuq il-ħajja”

12.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-punt 11 (imħassar):

32002 L 0083: Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja (ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1), kif emendata bi:

32002 L 0087: Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1),

32004 L 0066: Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/66/KE tas-26 ta' April 2004 (ĠU L 168, tal-1.5.2004, p. 35),

32005 L 0001: Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9),

32005 L 0068: Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 (ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1),

32006 L 0101: Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/101/KE tal-20 ta' Novembru 2006 (ĠU L 363, tal-20.12.2006, p. 238),

32007 L 0044: Id-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 (ĠU L 247, 21.9.2007, p. 1).

Għall-finijiet tal-Ftehim preżenti, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

dan li ġej jiżdied mal-Artikolu 6.1(a):

‘—

fil-każ tal-Islanda:

Hlutafélag, Gagnkvæmt félag.

fil-każ ta' Liechtenstain:

Aktiengesellschaft, Genossenschaft, Stiftung.

fil-każ tan-Norveġja:

Aksjeselskaper, Gjensidige selskaper.’

(b)

L-Artikoli 15, 15a, 15b u 15c dwar il-valutazzjoni prudenzjali ta' akkwirent propost ma japplikawx meta l-akkwirent propost, kif definit fid-Direttiva, jinsab jew huwa rregolat barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti.

(c)

L-Artikolu 57 ma japplikax; id-dispożizzjoni li ġejja tkun applikabbli:

Kull Parti Kontrtaenti tista, permezz ta' ftehim konkluż ma' pajjiż terz wieħed jew aktar, taqbel mal-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet differenti minn dawk li hemm provvediment dwarhom fl-Artikoli 51, 52 u 54 sa 56 tad-Direttiva bil-kondizzjoni li l-persuni assigurati tagħha jkunu mogħtija protezzjoni adekwata u ekwivalenti.

Il-Partijiet Kontraenti jinfurmaw u jikkonsultaw lil xulxin qabel ma jiġu konklużi tali ftehimiet.

Il-Partijiet Kontraenti ma japplikawx dispożizzjonijiet fuq friegħi tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom 'il barra mit-territorju tal-Partijiet Kontraenti li jkunu jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lill-friegħi tal-impriżi tal-assigurazzjoni li jkollhom l-uffiċċju ewlieni tagħhom fit-territorju tal-Partijiet Kontraenti;

(d)

F'dak li jirrigwarda r-relazzjoniet ma' impriżi tal-assigurazzjoni minn pajjiżi terzi deskritti fl-Artikolu 59, dan li ġej ikun applikabbli:

1.

Bil-għan li jintlaħaq livell massimu ta' konverġenza fl-applikazzjoni ta' reġim ta' pajjiż terz għall-impriżi tal-assigurazzjoni, il-Partijiet Kontraenti jiskambjaw informazzjoni kif deskritt fl-Artikoli 59(1) u 59(5). Il-konsultazzjonijiet isiru dwar kwistjonijiet msemmija fl-Artikoli 59(2), 59(3) u 59(4), fil-qafas tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE u skont il-proċeduri speċifiċi li għandhom jiġu miftehma mill-Partijiet Kontraenti.

2.

Awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti lill-impriżi tal-assigurazzjoni ta' Parti Kontraenti li huma sussidjarji diretti jew inderetti tal-impriżi prinċipali regolati bil-liġijiet ta' pajjiż terz, ikollhom il-validità b'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva matul it-territorju kollu tal-Partijiet Kontraenti.

Iżda,

(a)

meta pajjiż terz jimponi restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-istabbiliment ta' impriżi tal-assigurazzjoni ta' Stat EFTA, jew jimponi restrizzjonijiet fuq tali impriżi tal-assigurazzjoni li huwa ma jkunx jimponi fuq l-impriżi tal-assigurazzjoni tal-Komunità, awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-Komunità lill-impriżi tal-assigurazzjoni li huma sussidjarji diretti jew inderetti ta' impriżi prinċipali rregolati bil-liġijiet ta' dak il-pajjiż terz ikollhom biss il-validità fil-Komunità, apparti minn meta Stat EFTA jiddeċiedi mod ieħor għall-ġurisdizzjoni tiegħu stess;

(b)

meta l-Komunità tkun iddeċidiet li deċiżjonijiet li jirrigwardjaw awtorizzazzjonijiet ta' impriżi tal-assigurazzjoni li huma s-sussidjari diretti jew inderetti ta' impriżi prinċipali rregolati bil-liġijiet ta' pajjiż terz għandhom ikunu limitati jew sopiżi, kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija minn awtorità kompetenti ta' Stat EFTA lil tali impriżi tal-assigurazzjoni tkun valida biss fil-ġurisdizzjoni tiegħu, għajr meta Parti Kontraenti oħra tiddeċiedi mod ieħor dwar il-ġurisdizzjoni tagħha,

(c)

il-limitazzjonijiet jew is-sospensjonijiet riferuti fis-subparagrafi (a) u (b) jistgħu ma jkunux applikabbli għall-impriżi tal-assigurazzjoni jew għas-sussidjarji tagħhom li jkunu diġà awtorizzati fir-territorju ta' Parti Kontraenti.

3.

Kull meta l-Komunità tinnegozja ma' pajjiż terz fuq il-bażi tal-Artikolu 59(3) u 59(4), sabiex takkwista trattament nazzjonali u aċċess effettiv tas-suq għall-impriżi tal-assigurazzjoni tagħha, hija tfittex li takkwista trattament ugwali għall-impriżi tal-assigurazzjoni tal-Istati EFTA;

(e)

Fl-Artikolu 30(1), il-kliem ‘Indiċi Ewropew tal-prezzijiet tal-konsumaturi li jinkludu l-Istati Membri kollha’ ikunu mibdula bil-kliem ‘Indiċi ŻEE tal-prezzijiet tal-konsumaturi li jinkludu l-Partijiet Kontraenti kollha’.”

13.

It-test li ġej jiddaħħal wara l-punt 12c (imħassar):

398 L 0078: Id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar is-superviżjoni supplimentari ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni u ta' grupp ta' assigurazzjoni (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1), hi emendata kif ġej:

32002 L 0087: Id-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 (ĠU L 35, 11.2.2003, p. 1),

32005 L 0001: Id-Direttiva 2005/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2005 (ĠU L 79, 24.3.2005, p. 9),

32005 L 0068: Id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2005 (ĠU L 323, tal-9.12.2005, p. 1).”

14.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 13a (imħassar):

32001 L 0017: Id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' impriżi tal-assigurazzjoni (ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28).”

15.

It-test tal-punti 1a (id-Direttiva tal-Kunsill 64/225/KEE), 2 (l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 73/239/KEE), 3 (id-Direttiva tal-Kunsill 73/240/KEE), 4 (id-Direttiva tal-Kunsill 78/473/KEE), 5 (id-Direttiva tal-Kunsill 84/641/KEE), 6 (id-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE), 7 (it-Tienie Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE), 7a (id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE), 7b (id-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 12c (id-Direttiva 98/78/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 13a (id-Direttiva 2001/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u t-test tal-punt 11, u l-intestatura relatata miegħu (id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassar b'effett mill-1 ta' Jannar 2016.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/58/UE bil-lingwa Islandiż u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE. (*)

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 341, 18.12.2013, p. 1.

(2)  ĠU 56, tal-4.4.1964, p. 878.

(3)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 3.

(4)  ĠU L 228, 16.8.1973, p. 20.

(5)  ĠU L 151, 7.6.1978, p. 25.

(6)  ĠU L 339, 27.12.1984, p. 21.

(7)  ĠU L 185, 4.7.1987, p. 77.

(8)  ĠU L 172, 4.7.1988, p. 1.

(9)  ĠU L 228, 11.8.1992, p. 1.

(10)  ĠU L 330, 5.12.1998, p. 1.

(11)  ĠU L 110, 20.4.2001, p. 28.

(12)  ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1.

(13)  ĠU L 323, 9.12.2005, p. 1.

(14)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 45.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 129/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2013 tat-30 ta' April 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 809/2004 fir-rigward tar-rekwiżiti tad-divulgazzjoni għal konvertibbli u titoli ta' dejn skambjabbli (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness IX tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 29ba (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004) tal-Anness IX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 0759: Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 759/2013 tat-30 ta' April 2013 (ĠU L 213, 8.8.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 759/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 213, 8.8.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 130/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XI (Komunikazzjoni elettronika, servizzi awdjoviżivi u soċjetà tal-informazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), li hu inkorporat fil-Ftehim ŻEE, u li konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness XI mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5cp (ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XI għall-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan li ġej:

32013 R 0526: Ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004 (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, it-test tar-Regolament jinqara b'dawn l-adattamenti:

(a)

Sakemm mhux stipulat mod ieħor aktar 'l isfel, u minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll Nru 1 għall-Ftehim, it-terminu ‘Stat/i Membru/i’ u termini oħrajn li jirreferu għall-entitajiet pubbliċi tagħhom fir-Regolament, b'żieda mat-tifsira tagħhom fir-Regolament, għandhom jinftiehem li jinkludu l-Istati Membri tal-EFTA u l-entitajiet pubbliċi tagħhom. Il-Paragrafu 11 tal-Protokoll 1 japplika.

(b)

Fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, skont kif u meta xieraq, l-Aġenzija tassisti lill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA jew lill-Kumitat Permanenti, skont il-każ, fil-qadi tal-kompiti rispettivi tagħhom.

(c)

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 6:

‘5.   L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw b'mod sħiħ fil-Bord Amministrattiv u fi ħdanu jkollhom l-istess drittijiet u obbligi bħall-Istati Membri tal-UE, ħlief id-dritt għall-vot.’

(d)

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 18:

‘4.   Għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 japplika għal kull dokument tal-Aġenzija fir-rigward tal-Istati tal-EFTA wkoll.’

(e)

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 19:

‘12.   L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fil-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1. Għal dan il-għan, il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 82(1)(a) u l-Protokoll 32 tal-Ftehim japplikaw mutatis mutandis.’

(f)

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 22:

‘Permezz ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kundizzjonijiet tal-impjieg ta' Persunal Ieħor, persuni bin-nazzjoanlità tal-Istati tal-EFTA li jgawdu d-drittijiet kollha tagħhom bħala ċittadini jistgħu jiddaħħlu jaħdmu b'kuntratt mill-awtorità ta' reklutaġġ tal-Aġenzija.’

(g)

Il-paragrafu li ġej jiżdied fl-Artikolu 23:

‘L-Istati tal-EFTA japplikaw għall-Aġenzija u l-persunal tagħha, il-Protokoll 7 tal-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u regoli oħra applikabbli adottati skont il-Protokoll.’”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(2)  ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 131/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/794/UE tad-19 ta' Diċembru 2013 dwar ir-rikonoxximent tal-Ġeorġja skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistemi tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (1) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 56jq (id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/783/UE) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“56jr.

32013 D 0794: Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/794/UE tad-19 ta' Diċembru 2013 dwar ir-rikonoxximent tal-Ġeorġja skont id-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sistemi tat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-baħħara (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 105).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/794/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jkunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 349, 21.12.2013, p. 105.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/39


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 132/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat għal eCall interoperabbli fl-UE kollha (1) għandu jiddaħħal fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 17kd (ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 886/2013) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“17ke.

32013 R 0305: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta' Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta' eCall interoperabbli fl-UE kollha (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament Delegat (UE) Nru 305/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/40


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 133/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2012 tas-17 ta' April 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” (1) tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 280/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” (2) tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-segwenti jiżdied mal-punt 37h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“, kif emendat bi:

32012 R 0328: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2012 tas-17 ta' April 2012 (ĠU L 106, 18.4.2012, p. 14),

32013 R 0280: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 280/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 (ĠU L 84, 23.3.2013, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 328/2012 u (UE) Nru 280/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 106, 18.4.2012, p. 14.

(2)  ĠU L 84, 23.3.2013, p. 17.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/41


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 134/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66nf (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 R 0083: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 (ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 83/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 135/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ttehim taż-ŻEE.

(2)

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:

1.

Wara l-punt 66wm jiżdied dan li ġej (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013):

“66wn.

32011 R 0677: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

It-terminu ‘Maniġer tan-Netwerk’ ikun jirreferi għall-Maniġer tan-Netwerk, li ġie nnominat kemm għall-Istati Membri tal-UE kif ukoll għall-Istati tal-EFTA taż-ŻEE.

(b)

Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 1 tal-Ftehim, it-terminu ‘Stat/i Membru(i)’ ikun jinftiehem li jinkludi, b'żieda mat-tifsira tiegħu fir-Regolament, lill-Istati tal-EFTA.

(c)

Fl-Artikolu 3(3), fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘Deċiżjoni tal-Kummissjoni wara li jiġi kkonsultat il-Kumitat dwar l-Ajru Uniku skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 549/2004 u’ għandu jaqra ‘Deċiżjoni mill-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’ u l-kelma ‘Kummissjoni’ għandha tinqara ‘Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’.

(d)

Fl-Artikolu 4(4), il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.

(e)

Fl-Artikolu 7(5), il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.

(f)

Fl-Artikolu 16(3)(b), il-kliem ‘kif ukoll rappreżentant wieħed mill-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħal wara l-kelma ‘il-Kummissjoni’.

(g)

L-Artikolu 17(2)(a) ma jkunx japplika għall-Istati tal-EFTA.

(h)

Fl- Artikolu 18(2), il-kliem ‘, rappreżentant wieħed tal-Istat tal-EFTA li jkollu l-presidenza tal-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kelma ‘Kunsill’.

(i)

Fl-Artikolu 20(3), l-ewwel sentenza, il-kliem ‘il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA, l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kliem ‘lill-Kummissjoni’.

(j)

Fl-Artikolu 21, l-ewwel sentenza, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kelma ‘Kummissjoni’ tkun tinqara ‘l-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA’.”

2.

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66xa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 691/2010):

“—

32011 R 0677: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 677/2011 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (2), skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.

(*)  Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.

(2)  ĠU L 154, 22.5.2014, p. 28.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/44


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 136/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XVIII (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-liġi tax-xogħol u t-trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2013/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XVIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 16jc (id-Direttiva 2004/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XVIII tal-Ftehim ŻEE jinbidel b'dan li ġej:

32013 L 0035: Id-Direttiva 2013/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE (ĠU L 179, 29.6.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2013/35/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 179, 29.6.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/45


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 137/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2013 tal-21 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1089/2010 li jimplimenta d-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-interoperabbiltà tas-settijiet ta' dejta u servizzi ġeografiċi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fil-punt 1je jiżdied l-inċiż li ġej (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1089/2010) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1253: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1253/2013 tal-21 ta' Ottubru 2013 (ĠU L 331, 10.12.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 1253/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 331, 10.12.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/46


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 138/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/793/UE tad-19 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2007/506/KE, biex tittawwal il-validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-ekotikketta tal-UE għas-spapen, ix-xampus u l-conditioners tax-xagħar (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 2y (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/506/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 0793: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/793/UE tad-19 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 349, 21.12.2013, p. 104).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2013/793/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 349, 21.12.2013, p. 104.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/47


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 139/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE fir-rigward tal-kontenut ta' kubrit fil-karburanti għal użu marittimu (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21ad (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/32/KE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32012 L 0033: Id-Direttiva 2012/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 (ĠU L 327, 27.11.2012, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2012/33/UE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, dejjem jekk ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 327, 27.11.2012, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/48


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 140/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra (1) għandha tiġi inkorportata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 21al (id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 D 1359: Id-Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 1359/2013/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 343, 19.12.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/49


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 141/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjonijiet 2010/2/UE u 2011/278/UE fir-rigward tas-setturi u s-subsetturi li huma meqjusa esposti għal riskju sinifikanti ta' rilaxx tal-karbonju (1), trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punti 21alb (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE) u 21alc (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“—

32014 D 0009: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/9/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni 2014/9/UE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 9, 14.1.2014, p. 9.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/50


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 142/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Għalhekk, l-Anness XX ta' mal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej jiżdied wara l-punt 32ffb (ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1179/2012) tal-Anness XX tal-Ftehim ŻEE:

“32ffc.

32013 R 0715: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 715/2013 tal-25 ta' Lulju 2013 li jistabbilixxi kriterji li jiddeterminaw meta r-ruttam tar-ram ma jibqax jitqies bħala skart skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 14).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom jinqraw bl-adattament li ġej:

Fl-Artikolu 2(4), il-kliem ‘jew fit-territorju tal-Istati tal-EFTA’ jiddaħħlu wara l-kliem ‘fit-territorju doganali tal-Unjoni’.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 715/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 201, 26.7.2013, p. 14.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 143/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2014 tas-27 ta' Jannar 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2015 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-parteċipazzjoni soċjali u kulturali u t-tiċħid materjali (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18xa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 646/2009) tal-Anness XXI għall-Ftehim ŻEE:

“18xb.

32014 R 0067: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 67/2014 tas-27 ta' Jannar 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirrigwarda l-istatistika Komunitarja dwar l-introjtu u l-kondizzjonijiet tal-għixien (UE-SILC) fir-rigward tal-lista tal-2015 tal-fatturi varjabbli sekondarji fil-mira dwar il-parteċipazzjoni soċjali u kulturali u t-tiċħid materjali (ĠU L 23, 28.1.2014, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 67/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 23, 28.1.2014, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/52


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 144/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta' Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS) (1) għandu jkun inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

L-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 18z3 (ir-Regolament (KE) Nru 1260/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XXI tal-Ftehim ŻEE:

“18Z4.

32013 R 0141: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 141/2013 tad-19 ta' Frar 2013 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol, fir-rigward tal-istatistika bbażata fuq l-Istħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa permezz ta' Intervisti (EHIS) (ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 141/2013 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 47, 20.2.2013, p. 20.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/53


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 145/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi (1) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2011 tas-27 ta' April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (2) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-lista ta' sustanzi attivi (3) għandu jiġi integrat fil-Ftehim ŻEE.

(4)

L-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa mdaħħal wara l-punt 24c (ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Anness XXI mal-Ftehim ŻEE:

“24d.

32009 R 1185: Ir-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar statistika li tikkonċerna l-pestiċidi (ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattament li ġej:

Il-Liechtenstein huwa eżentat milli jiġbor id-dejta kif meħtieġ minn dan ir-Regolament.

24da.

32011 R 0408: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 408/2011 tas-27 ta' April 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tal-format tat-trażmissjoni (ĠU L 108, 28.4.2011, p. 21).

24db.

32011 R 0656: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 656/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1185/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika li tikkonċerna l-pestiċidi, fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-lista ta' sustanzi attivi (ĠU L 180, 8.7.2011, p. 3).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nru 1185/2009, (UE) Nru 408/2011 u (UE) Nru 656/2011 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*), jew fil-jum tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE li tinkorpora r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), skont liema minnhom jiġi l-aktar tard.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE mal-, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 324, 10.12.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 108, 28.4.2011, p. 21.

(3)  ĠU L 180, 8.7.2011, p. 3.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.

(4)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/55


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 146/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 21 (Dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal-5 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 802/2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Il-Protokoll 21 tal-Ftehim ŻEE għandu għaldaqstant jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jkun miżjud mal-punt 2 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004) tal-Artikolu 3(1) tal-Protokoll 21 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1269: Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1269/2013 tal-5 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1).”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1269/2013 bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ma' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE jkunu saru (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE ma', Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 336, 14.12.2013, p. 1.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/56


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 147/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2014 sal-2017 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1383/2013 (2) u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea.

(2)

Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2003 sal-2007 mhuwiex aktar applikabbli u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE.

(3)

Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:

1.

Il-kelma “2013” fit-titolu tal-Artikolu 5 hija sostitwita bil-kliem “2013 sal-2017”.

2.

Dan li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 5(1):

“, kif emendant minn:

32013 R 1383: ir-Regolament (UE) Nru 1383/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 354, 28.12.2013. p. 84).”

3.

Il-kliem “31 ta' Diċembru 2013” fl-Artikolu 5(2) huma sostitwiti bil-kliem “31 ta' Diċembru 2017”.

4.

It-test tal-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Għandu jiġi żviluppat Programm Statistiku Annwali speċifiku taż-ŻEE għall-perjodu 2013 sal-2017 b'mod konġunt mill-Uffiċju tal-Istatistika tal-EFTA u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku annwali taż-ŻEE għandu jissejjes fuq subsett ta', u jitfassal b'mod parallel ma', il-programm ta' ħidma annwali mħejji mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 99/2013. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom stess.”

5.

It-test tal-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament, f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tal-Ftehim, għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 05 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 05 (Politika ta' informazzjoni statistika — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013 u għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 01 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 01 (Politika ta' informazzjoni statistika — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2014 sal-2017.”

6.

It-test tal-Artikolu 2 huwa mħassar.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12.

(2)  ĠU L 354, 28.12.2013, p. 84.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/58


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 148/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim taż-ŻEE sabiex tinkludi l-kooperazzjoni rigward il-moviment ħieles tal-ħaddiema, il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-miżuri għall-migranti, inklużi l-migranti minn pajjiżi terzi,

(2)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 5 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż--ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 12:

“13.

Mill-1 ta' Jannar 2014, l-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-intestatura baġitarja li ġejja, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014:

Linja Baġitarja 04 03 01 03: ‘Moviment ħieles tal-ħaddiema, koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali u miżuri għall-migranti, inklużi migranti minn pajjiżi terzi’.”

2.

Fil-paragrafu 5, il-kliem “u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-snin finanzjarji 2012 u 2013 imsemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012” huma ssostitwiti bil-kliem “, fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linji tal-baġit għas-snin finanzjarji 2012 u 2013 imsemmija fil-paragrafu 12 mill-1 ta' Jannar 2012 u fl-azzjonijiet iffinanzjati mil-linja tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 imsemmija fil-paragrafu 13 mill-1 ta' Jannar 2014”.

3.

Fil-paragrafi 6 u 7, il-kliem “paragrafi 8 u 12” huma sostitwiti bil-kliem “il-paragrafi 8, 12 u 13”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*).

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 149/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji (COSME) (2014 — 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa miżjud fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“—

32013 R 1287: Ir-Regolament (UE) Nru 1287/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-intrapriżi żgħar u medji (COSME), (2014 — 2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33).

Il-Liechtenstein u n-Norveġja jingħataw eżenzjoni mill-parteċipazzjoni fi, u l-kontribuzzjoni finanzjarja għal, dan il-programm.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għal, Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 33.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/60


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 150/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-subparagrafu li ġej jizdied mal-Artikolu 10(8) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:

“(d)

L-atti tal-Komunità li jidħlu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014:

32013 D 1313: Id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924).

Il-Liechtenstein jingħata eżenzjoni milli parteċipazzjoni fil-programm u milli jħallas kontribuzzjoni finanzjarja għalih.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/61


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 151/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim taż-ŻEE tiġi estiża u tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (“EaSI”) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni Soċjali (1).

(2)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 15 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Fil-paragrafu 2, il-kliem “u li huma mwettqa qabel l-1 ta' Jannar 2014,” jiżdiedu wara l-kliem “paragrafu 1”.

2.

Dan li ġej jiżdied fil-paragrafu 8:

“—

32013 R 1296: Ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (‘EaSI’) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE li tistabbilixxi Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress għall-impjiegi u l-inklużjoni soċjali (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238).

Il-Liechtenstein jingħata eżenzjoni mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm, u milli jħallas kontribut finanzjarju għalih. In-Norveġja tipparteċipa biss fl-assi tal-EURES tal-programm, u tikkontribwixxi finanzjarjament għalihom.”

3.

It-test tal-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati tal-EFTA jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-ewwel inċiż tal-paragrafu 8 sa mill-1 ta' Jannar 1999, fl-attivitajiet imsemmija fit-tieni inċiż sa mill-1 ta' Jannar 2003 u fl-attivitajiet li hemm referenza għalihom fit-tielet inċiż sa mill-1 ta' Jannar 2014.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 238.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 152/2014

tas-27 ta' Ġunju 2014

li temenda l-Anness XV (Għajnuna mill-Istat) tal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

(2)

Ir-Regolament (UE) Nru 651/2014 iħassar, b'effett mill-1 ta' Lulju 2014, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 (2) li huwa inkorporat fil-Ftehim ZEE, u li konsegwentement irid jitħassar skont il-Ftehim ŻEE b'effett mill-1 ta' Lulju 2014.

(3)

L-Anness XV tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 1j (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008) tal-Anness XV tal-Ftehim ŻEE ġie sostitwit, b'effett mill-1 ta' Lulju 2014, b'dan li ġej:

32014 R 0651: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

It-terminu ‘l-Artikolu 107(1) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61(1) tal-Ftehim ŻEE’;

(b)

It-terminu ‘l-Artikolu 107 u 108 tat-Trattat KE’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61 u 62 tal-Ftehim ŻEE’;

(c)

It-terminu ‘l-Artikolu 107(3) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61(3) tal-Ftehim ŻEE’;

(d)

It-terminu ‘l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61(3)(a) tal-Ftehim ŻEE’;

(e)

It-terminu ‘l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 61(3)(c) tal-Ftehim ŻEE’;

(f)

Fir-rigward tal-Istati EFTA, It-terminu ‘Artikolu 108(3) tat-Trattat’ għandu jinqara ‘l-Artikolu 1(3) tal-Parti I tal-Protokoll 3 tal-Ftehim ta' Sorveljanza u tal-Qorti’;

(g)

It-terminu ‘kompatibbli mas-suq intern’ għandu jinqara ‘kompatibbli mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE’;

(h)

It-terminu ‘Stat Membru’ għandu jinqara ‘Stat Membru tal-UE jew Stat tal-EFTA’. It-terminu ‘Stati Membri’ għandu jinqara ‘Stati Membri tal-UE jew Stati tal-EFTA’;

(i)

It-terminu ‘Kummissjoni’ għandu jinqara ‘l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti kif definita fl-Artikolu 62 tal-Ftehim ŻEE’;

(j)

It-terminu ‘l-Anness I tat-Trattat’ għandu jinqara ‘elenkat fl-Appendiċi ma' dan l-Anness u kopert bl-ambitu tal-Ftehim ŻEE’;

(k)

It-terminu ‘reġistri tal-Unjoni’ għandu jinqara ‘reġistri fit-territorji koperti mill-Ftehim ŻEE’;

(l)

It-terminu ‘finanzjament tal-Unjoni’ għandu jinqara ‘finanzjament tal-Unjoni jew taż-ŻEE’;

(m)

It-terminu ‘Liġi tal-Unjoni’ għandu jinqara ‘l-Ftehim ŻEE’;

(n)

referenzi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma jimplikawx li l-Istati tal-EFTA huma obbligati li jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni meta tali leġiżlazzjoni ma ġietx inkorporata fil-Ftehim.”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Gianluca GRIPPA


(1)  ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1.

(2)  ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3.

(*)  Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Avviż lil qarrej

27.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 342/65


NOTA LILL-QARREJ

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 127/2014 ġiet irtirata qabel l-adozzjoni u għaldaqstant ma teżistix.