ISSN 1977-074X |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
||
|
* |
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2014 tal-20 ta’ Novembru 2014 li jistabilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew tal-Għajnuna Umanitarja (l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE) ( 1 ) |
|
|
|
||
|
|
DIRETTIVI |
|
|
* |
Direttiva tal-Kunsill 2014/102/UE tas-7 ta' Novembru 2014 li tadatta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja ( 1 ) |
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
2014/822/UE |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
2014/823/UE |
|
|
* |
||
|
|
2014/824/UE |
|
|
* |
||
|
|
||
|
|
2014/825/UE |
|
|
* |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/821/PESK
tal-4 ta' Novembru 2014
dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fit-22 ta' Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/486/PESK (1). |
(2) |
Fl-istess jum, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati mal-Ukraina sabiex jiġi konkluż Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-istatus tal-missjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tal-Unjoni Ewropea fl-Ukraina. |
(3) |
Ġie nnegozjat ftehim dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (“il-Ftehim”) bejn l-Unjoni u l-Ukraina. |
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu l-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
S. GOZI
(1) Id-Deċiżjoni 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, p. 42).
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/3 |
TRADUZZJONI
FTEHIM
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar l-istatus tal-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine)
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Unjoni Ewropea” jew “l-UE”,
minn naħa waħda, u
L-UKRAINA, minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Ukraina” jew “l-Istat Ospitanti”,
min-naħa l-oħra,
Flimkien minn hawn 'il quddiem imsejħin “il-Partijiet”,
FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW:
— |
l-ittra ddatata l-11 ta' Lulju 2014 mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukraina lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, |
— |
id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta' Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina (EUAM Ukraine), |
— |
li dan il-Ftehim ma jaffettwax id-drittijiet u l-obbligi tal-Partijiet taħt ftehimiet internazzjonali u strumenti oħrajn li jistabbilixxu qrati u tribunali internazzjonali, inkluż l-Istatut tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, |
FTIEHMU KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet
1. Dan il-Ftehim għandu japplika għall-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea fl-Ukraina (EUAM Ukraine) u l-persunal tagħha.
2. Dan il-Ftehim għandu japplika biss fit-territorju tal-Ukraina.
3. Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim:
(a) |
“EUAM Ukraine” jew “il-Missjoni” għandha tfisser il-Missjoni ta' Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukraina stabbilita mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fid-Deċiżjoni 2014/486/PESK, inklużi l-komponenti, l-unitajiet, il-kwartieri ġenerali u l-persunal tagħha skjerat fit-territorju tal-Istat Ospitanti u assenjat lill-EUAM Ukraine; |
(b) |
“Kap tal-Missjoni” għandha tfisser il-Kap tal-Missjoni tal-EUAM Ukraine, maħtur mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea; |
(c) |
“Unjoni Ewropea (UE)” għandha tfisser il-korpi permanenti tal-UE u l-persunal tagħhom; |
(d) |
“Persunal tal-EUAM Ukraine” għandha tfisser il-Kap tal-Missjoni, il-persunal issekondat mill-Istati Membri tal-UE, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati mhux membri tal-UE mistiedna mill-UE biex jipparteċipaw fl-EUAM Ukraine, il-persunal internazzjonali reklutat fuq bażi kuntrattwali mill-EUAM Ukraine biex iħejji, jappoġġa u jimplimenta l-Missjoni, u l-persunal fuq missjoni għal Stat Mittenti, istituzzjoni tal-UE jew is-SEAE fil-qafas tal-Missjoni. Hija ma għandhiex tinkludi kuntratturi kummerċjali jew persunal impjegat lokalment; |
(e) |
“Kwartieri ġenerali” għandha tfisser il-kwartieri ġenerali prinċipali tal-EUAM Ukraine fi Kiev; |
(f) |
“Stat Mittenti” għandha tfisser kwalunkwe Stat Membru tal-UE jew Stat mhux fl-UE li għandu persunal sekondat għall-Missjoni; |
(g) |
“Faċilitajiet” għandha tfisser il-bini, il-postijiet, l-istallazzjonijiet u l-art kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-attivitajiet tal-Missjoni, kif ukoll għall-akkomodazzjoni tal-persunal tal-Missjoni; |
(h) |
“Persunal impjegat lokalment” għandha tfisser membri tal-persunal li jkunu ċittadini residenti ta', jew residenti permanenti fl-Ukraina; |
(i) |
“Korrispondenza uffiċjali” għandha tfisser kull korrispondenza relatata mal-EUAM Ukraine u mal-funzjonijiet tagħha; |
(j) |
“Mezzi ta' trasport tal-EUAM Ukraine” għandha tfisser kull vettura u mezz ieħor ta' trasport li hija proprjetà ta' jew mikrija mill-EUAM Ukraine; |
(k) |
“Assi tal-EUAM Ukraine” għandha tfisser tagħmir, inkluż mezzi tat-trasport, u prodotti għall-konsumatur meħtieġa għall-attivitajiet tal-EUAM Ukraine. |
Artikolu 2
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. EUAM Ukraine u l-persunal tal-EUAM Ukraine għandhom jirrispettaw il-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Ospitanti u ma għandhom iwettqu l-ebda azzjoni jew attività inkompatibbli mal-objettivi tal-EUAM Ukraine.
2. EUAM Ukraine għandha tkun awtonoma fir-rigward tal-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet tagħha taħt dan il-Ftehim. L-Istat Ospitanti għandu jirrispetta n-natura unitarja u internazzjonali tal-EUAM Ukraine.
3. Il-Kap tal-Missjoni għandu jinforma regolarment lill-Gvern tal-Istat Ospitanti dwar in-numru tal-persunal tal-EUAM Ukraine stazzjonat fit-territorju tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 3
Identifikazzjoni
1. Il-lista tal-persunal tal-EUAM Ukraine, inkluż id-dati tal-wasla u tat-tluq tagħhom, għandha tingħata lill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tal-Ukraina (MAB tal-Ukraina) għad-durata tal-Missjoni u aġġornata kull meta meħtieġ. Il-persunal tal-EUAM Ukraine għandu jiġi pprovdut b'karti ta' identifikazzjoni maħruġa mill-MAB tal-Ukraina u li jikkonfermaw l-istatus tal-persunal tal-EUAM Ukraine.
2. Il-mezzi tat-trasport tal-EUAM Ukraine jista' jkollhom marki distintivi ta' identifikazzjoni tal-EUAM Ukraine, li kampjun tagħhom għandu jiġi pprovdut lill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Ospitanti u pjanċi tal-liċenzja pprovduti għall-missjonijiet diplomatiċi fl-Ukraina.
3. L-EUAM Ukraine għandu jkollha d-dritt li ttajjar il-bandiera tal-UE fil-Kwartieri Ġenerali tagħha u bnadi oħrajn, waħedha jew flimkien mal-bandiera tal-Istat Ospitanti, kif deċiż mill-Kap tal-Missjoni. Il-bnadar nazzjonali jew l-insinji tal-kontinġenti nazzjonali kostitwenti tal-EUAM Ukraine jistgħu jintwerew fuq il-faċilitajiet, il-mezzi tat-trasport tal-EUAM Ukraine kif ukoll fuq l-uniformijiet tal-Missjoni, kif deċiż mill-Kap tal-Missjoni.
Artikolu 4
Qsim tal-fruntieri u moviment fit-territorju tal-Ukraina/tal-istat ospitanti
1. Il-persunal tal-EUAM Ukraine, l-assi tal-EUAM Ukraine u l-mezzi tat-trasport tal-EUAM Ukraine għandhom jaqsmu l-fruntiera tal-Istat Ospitanti fil-punti uffiċjali tal-qsim tal-fruntieri, portijiet marittimi u permezz ta' passaġġi tal-ajru internazzjonali.
2. L-Istat Ospitanti għandu jiffaċilita d-dħul fi u l-ħruġ mit-territorju tal-Istat Ospitanti għall-persunal tal-EUAM Ukraine u l-assi, u l-mezzi tat-trasport tal-EUAM Ukraine. Il-persunal tal-EUAM għandu jaqsam il-fruntiera tal-Ukraina b'passaport validu. Mad-dħul fi u l-ħruġ mit-territorju tal-Istat Ospitanti, il-persunal tal-EUAM Ukraine li għandu karta ta' identifikazzjoni tal-Missjoni jew prova proviżorja ta' parteċipazzjoni fl-EUAM Ukraine għandu jkun eżentat mill-kontrolli doganali, ir-rekwiżiti tal-viża u l-immigrazzjoni, u minn kull forma ta' kontroll tal-immigrazzjoni fit-territorju tal-Istat Ospitanti.
3. Il-persunal tal-EUAM Ukraine għandu jkun eżentat mir-regolamenti tal-Istat Ospitanti li jirregolaw ir-reġistrazzjoni u l-kontroll tal-barranin, iżda ma għandu jikseb ebda dritt għal residenza jew domiċilju permanenti fit-territorju tal-Istat Ospitanti.
4. L-EUAM Ukraine għandu jimporta assi fit-territorju doganali tal-Istat Ospitanti jew jesporta assi mit-territorju doganali tal-Ukraina, inklużi faċilitajiet ta' trasport ipprovduti għall-użu uffiċjali fl-Ukraina, b'eżenzjoni mill-ispezzjoni doganali. Tali oġġetti, inklużi vetturi, għandhom jiġu ddikjarati f'konformità mal-leġislazzjoni doganali tal-Istat Ospitanti applikabbli għall-missjonijiet diplomatiċi.
5. Il-persunal tal-EUAM Ukraine jista' jsuq vetturi, ibaħħar b'bastimenti u jħaddem inġenji tal-ajru u kwalunkwe mezz ieħor ta' trasport fit-territorju tal-Istat Ospitanti dment li dawn ikollhom liċenzji tas-sewqan, ċertifikati ta' kaptan ta' bastiment jew liċenzji ta' bdot nazzjonali jew internazzjonali validi, kif adatt. L-Istat Ospitanti għandu jaċċetta bħala validi, mingħajr taxxa jew ħlas, liċenzji jew permessi tas-sewqan li jkollu l-persunal tal-EUAM Ukraine.
6. L-EUAM Ukraine u l-persunal tal-EUAM Ukraine flimkien mal-vetturi u kwalunkwe mezz ieħor ta' trasport, tagħmir u provvisti tagħhom għandhom igawdu minn moviment liberu u mingħajr restrizzjonijiet fit-territorju kollu tal-Istat Ospitanti, inkluż il-baħar territorjali u l-ispazju tal-ajru tiegħu, f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Ukraina.
Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu konklużi arranġamenti supplimentari f'konformità mal-Artikolu 18.
7. Għall-fini ta' vjaġġi għall-qadi ta' dmirijiet uffiċjali, il-persunal tal-EUAM Ukraine u l-persunal impjegat lokalment, għandu jkun intitolat juża toroq pubbliċi, pontijiet, bastimenti, ajruporti u portijiet mingħajr ħlas ta' dazji, imposti, pedaġġi, taxxi u ħlasijiet oħrajn. L-EUAM Ukraine ma għandhiex tkun eżenti minn ħlasijiet raġonevoli għal servizzi li titlob jew tirċievi taħt il-kondizzjonijiet li japplikaw għal dawk ipprovduti liċ-ċittadini tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 5
Privileġġi u immunitajiet tal-EUAM Ukraine mogħtija mill-istat ospitanti
1. Il-faċilitajiet għandhom ikunu invjolabbli. L-aġenti tal-Istat Ospitanti ma għandhomx jidħlu fihom mingħajr il-kunsens tal-Kap tal-Missjoni.
2. Il-faċilitajiet, it-tagħmir tagħhom u assi oħra fihom kif ukoll il-mezzi tat-trasport tagħhom għandu jkollhom immunità minn kull tfittxija, rekwiżizzjoni, qbid jew eżekuzzjoni.
3. L-EUAM Ukraine, il-proprjetà u l-assi tal-EUAM Ukraine, irrispettivament minn fejn jinsabu u mid-detentur tagħhom, għandu jkollhom immunità minn kull forma ta' proċessi legali.
4. L-arkivji u d-dokumenti għandhom ikunu dejjem invjolabbli, kull fejn ikunu.
5. Il-korrispondenza uffiċjali tal-EUAM Ukraine għandha tkun invjolabbli.
6. L-EUAM Ukraine għandha tkun eżentata mill-imposti, it-taxxi u l-ħlasijiet ta' natura simili kollha nazzjonali, reġjonali u komunali fir-rigward tal-merkanzija mixtrija jew importata, is-servizzi pprovduti u l-faċilitajiet użati mill-EUAM Ukraine għall-finijiet tal-EUAM Ukraine. L-EUAM Ukraine ma għandhiex tkun eżentata mill-imposti, it-taxxi jew il-ħlasijiet li jirrappreżentaw ħlas għal servizzi mwettqa.
7. L-Istat Ospitanti għandu jippermetti d-dħul tal-oġġetti meħtieġa għall-finijiet tal-EUAM Ukraine u għandu jagħti lil dawk l-oġġetti eżenzjoni mid-dazji doganali, l-imposti, il-pedaġġi, it-taxxi u ħlasijiet simili kollha minbarra l-ħlasijiet għal ħżin, trasport u servizzi mwettqa oħrajn.
Artikolu 6
Privileġġi u immunitajiet tal-persunal tal-EUAM Ukraine mogħtija mill-istat ospitanti
1. Il-persunal tal-EUAM Ukraine ma għandu jkun soġġett għall-ebda forma ta' arrest jew detenzjoni.
2. Id-dokumenti, il-korrispondenza u l-assi tal-persunal tal-EUAM Ukraine għandhom ikunu invjolabbli, ħlief fil-każ ta' miżuri ta' eżekuzzjoni li huma permessi skont il-paragrafu 6.
3. Il-persunal tal-EUAM Ukraine għandu jgawdi minn immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali tal-Istat Ospitanti fiċ-ċirkostanzi kollha. Privileġġi mogħtija lill-persunal tal-EUAM u immunità mill-ġurisdizzjoni kriminali tal-Ukraina ma jeżentahx mill-ġurisdizzjoni tal-Istat Mittenti jew l-istituzzjonijiet tal-UE. L-immunità tal-persunal tal-EUAM Ukraine mill-ġurisdizzjoni kriminali tal-Istat Ospitanti tista' tiġi rrinunzjata mill-Istat Mittenti jew mill-istituzzjoni kkonċernata tal-UE, skont il-każ. Tali rinunzja għandha dejjem tkun rinunzja espressa.
4. Il-persunal tal-EUAM Ukraine għandu jgawdi minn immunità mill-ġurisdizzjoni ċivili u amministrattiva tal-Istat Ospitanti fir-rigward tal-kliem bil-fomm jew bil-miktub u l-atti kollha li jwettaq fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu. Jekk jinbdew proċedimenti ċivili kontra l-persunal tal-EUAM Ukraine quddiem kwalunkwe qorti tal-Istat Ospitanti, il-Kap tal-Missjoni u l-awtorità kompetenti tal-Istat Mittenti jew tal-istituzzjoni tal-UE għandhom jiġu notifikati minnufih. Qabel il-bidu tal-proċediment quddiem il-qorti, il-Kap tal-Missjoni u l-awtorità kompetenti tal-Istat Mittenti jew l-istituzzjoni tal-UE għandhom jiċċertifikaw lill-qorti jekk l-att inkwistjoni kienx twettaq mill-persunal tal-EUAM Ukraine fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu. Jekk l-att ikun twettaq fl-eżerċizzju ta' funzjonijiet uffiċjali, il-proċediment ma għandux jinbeda u għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16. Jekk l-att ma kienx twettaq fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet uffiċjali, il-proċediment jista' jitkompla. Iċ-ċertifikazzjoni mill-Kap tal-Missjoni u l-awtorità kompetenti tal-Istat Mittenti jew l-istituzzjoni tal-UE għandha tkun vinkolanti fuq il-ġurisdizzjoni tal-Istat Ospitanti, li ma jistax jikkontestaha. Il-bidu ta' proċedimenti mill-persunal tal-EUAM Ukraine għandu jipprekludih milli jinvoka l-immunità mill-ġurisdizzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe kontrotalba relatata direttament mat-talba prinċipali.
5. Il-persunal tal-EUAM Ukraine ma għandux ikun obbligat li jagħti xhieda.
6. L-ebda miżura ta' eżekuzzjoni ma tista' tittieħed fir-rigward tal-persunal tal-EUAM Ukraine, ħlief fil-każ li jinbeda kontrih proċediment ċivili mhux relatat mal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu. Il-proprjetà tal-persunal tal-EUAM Ukraine, li tkun iċċertifikata mill-Kap tal-Missjoni bħala meħtieġa għat-twettiq tal-funzjonijiet uffiċjali tiegħu, għandha tkun ħielsa minn qbid biex tiġi sodisfatta sentenza, deċiżjoni jew ordni. Fi proċedimenti ċivili, il-persunal tal-EUAM Ukraine ma għandu jkun suġġett għall-ebda restrizzjoni fuq il-libertà personali tiegħu jew għal kwalunkwe miżura oħra ta' limitazzjoni.
7. L-immunità tal-persunal tal-EUAM Ukraine mill-ġurisdizzjoni tal-Istat Ospitanti ma għandhiex teżentah mill-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Mittenti rispettivi.
8. Il-persunal tal-EUAM Ukraine għandu, fir-rigward tas-servizzi mwettqa għall-EUAM Ukraine, ikunu eżentat mid-dispożizzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jistgħu jkunu fis-seħħ fl-Istat Ospitanti.
9. Il-persunal tal-EUAM Ukraine għandu jkun eżentat minn kwalunkwe forma ta' tassazzjoni fl-Istat Ospitanti fuq is-salarju u l-emolumenti mħallsa lilu mill-EUAM Ukraine jew mill-Istati Mittenti, kif ukoll fuq kwalunkwe dħul minn barra l-Istat Ospitanti.
10. L-Istat Ospitanti għandu, f'konformità ma' dawk il-liġijiet u r-regolamenti li jista' jadotta, jippermetti d-dħul ta' oġġetti għall-użu personali tal-persunal tal-EUAM Ukraine, u għandu jagħti eżenzjoni minn kull dazju doganali, taxxa u ħlas relatat ħlief għall-ħlasijiet għal ħżin, trasport u servizzi simili, fir-rigward ta' dawn l-oġġetti. L-Istat Ospitanti għandu wkoll jippermetti l-esportazzjoni ta' dawn l-oġġetti. Ix-xiri tal-oġġetti u s-servizzi fis-suq domestiku mill-persunal tal-EUAM Ukraine għandu jkun eżentat mill-VAT u t-taxxi f'konformità mal-liġijiet tal-Istat Ospitanti.
11. Il-bagalji personali tal-persunal tal-EUAM Ukraine għandhom ikunu eżentati minn spezzjoni, dment li ma jkunx hemm raġunijiet serji sabiex ikun ikkunsidrat li jkollhom fihom oġġetti li ma jkunux għall-użu personali tal-persunal tal-EUAM Ukraine, jew oġġetti li l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħhom tkun projbita mil-liġi jew suġġetta għar-regolamenti dwar il-kwarantina tal-Istat Ospitanti. L-ispezzjoni ta' dawn il-bagalji personali għandha titwettaq biss fil-preżenza tal-membri tal-persunal tal-EUAM Ukraine kkonċernati jew ta' rappreżentant awtorizzat tal-EUAM Ukraine.
Artikolu 7
Persunal impjegat lokalment
Il-persunal impjegat lokalment għandu jgawdi privileġġi u immunitajiet biss sal-punt permess mill-Istat Ospitanti. Madankollu, l-Istat Ospitanti għandu jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fuq dak il-persunal b'tali mod li jevita ndħil indebitu fit-twettiq tal-funzjonijiet tal-EUAM Ukraine.
Artikolu 8
Ġurisdizzjoni kriminali
L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Mittenti, f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Ukraina, għandu jkollhom id-dritt li jeżerċitaw il-ġurisdizzjoni kriminali u s-setgħat dixxiplinarji kollha mogħtija lilhom bil-liġi tal-Istat Mittenti fir-rigward tal-persunal tal-EUAM Ukraine fuq it-territorju tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 9
Sigurtà
1. L-Istat Ospitanti, bil-mezzi tiegħu stess, għandu jiżgura s-sigurtà tal-persunal tal-EUAM Ukraine.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istat Ospitanti għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa għall-protezzjoni, is-sikurezza u s-sigurtà tal-EUAM Ukraine u tal-persunal tal-EUAM Ukraine. Kwalunkwe dispożizzjoni speċifika proposta mill-Istat Ospitanti għandha tiġi maqbula mal-Kap tal-Missjoni qabel ma tiġi implimentata. L-Istat Ospitanti għandu jippermetti, u jappoġġa l-attivitajiet relatati mal-evakwazzjoni medika tal-persunal tal-EUAM Ukraine.
Jekk meħtieġ, għandhom jiġu konklużi arranġamenti supplimentari kif imsemmi fl-Artikolu 18.
Artikolu 10
Uniformi
1. Il-persunal tal-EUAM Ukraine jista' jilbes uniformi nazzjonali jew ilbies ċivili b'identifikazzjoni distintiva tal-EUAM Ukraine.
2. L-ilbies tal-uniformi għandu jkun soġġett għar-regoli maħruġa mill-Kap tal-Missjoni.
Artikolu 11
Kooperazzjoni u aċċess għall-informazzjoni
1. L-Istat Ospitanti għandu jipprovdi kooperazzjoni u appoġġ sħiħ lill-EUAM Ukraine u lill-persunal tal-EUAM Ukraine. Fejn applikabbli, ser isir rikors għall-proċeduri previsti fil-Ftehim bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata tat-13 ta' Ġunju 2005.
Jekk ikun meħtieġ għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, għandhom jiġu konklużi l-arranġamenti supplimentari msemmija fl-Artikolu 18.
2. Il-Kap tal-Missjoni u l-Istat Ospitanti għandhom jikkonsultaw regolarment u jieħdu miżuri adatti biex jiġi żgurat il-kollegament mill-qrib u reċiproku f'kull livell adatt. L-Istat Ospitanti jista' jaħtar uffiċjal ta' kollegament għall-EUAM Ukraine.
Artikolu 12
Appoġġ mill-istat ospitanti u għoti ta' kuntratti
1. L-Istat Ospitanti għandu, fuq talba, jassisti lill-EUAM Ukraine fit-tfittxija għal faċilitajiet adatti.
2. L-Istat Ospitanti għandu jipprovdi mingħajr ħlas, jekk meħtieġ u disponibbli, faċilitajiet li huma proprjetà tiegħu. EUAM Ukraine għandha tkun awtorizzata li tibni, tibdel jew b'mod ieħor timmodifika l-faċilitajiet kif meħtieġ għall-ħtiġijiet operattivi tagħha. L-Istat Ospitanti ma għandu jitlob l-ebda kumpens fir-rigward tal-bini, it-tibdil jew il-modifiki ta' dawk il-faċilitajiet.
Faċilitajiet li jkunu proprjetà ta' entitajiet privati, dment li dawn il-faċilitajiet jintalbu għat-twettiq ta' attivitajiet amministrattivi u operattivi tal-EUAM Ukraine, għandhom jiġu pprovduti abbażi ta' arranġamenti kuntrattwali adatti.
3. Skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tiegħu, l-Istat Ospitanti għandu jassisti fit-tħejjija, l-istabbiliment u l-eżekuzzjoni tal-EUAM Ukraine u b'appoġġ għaliha, inklużi l-faċilitajiet ta' kolokazzjoni u t-tagħmir għall-esperti tal-EUAM Ukraine.
Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu konklużi arranġamenti supplimentari skont l-Artikolu 18.
4. L-assistenza u l-appoġġ tal-Istat Ospitanti għall-EUAM Ukraine għandhom ikunu pprovduti b'tal-inqas l-istess kondizzjonijiet bħall-assistenza u l-appoġġ li huwa jagħti liċ-ċittadini tiegħu stess.
5. L-EUAM Ukraine għandu jkollha l-kapaċità legali meħtieġa skont il-leġislazzjoni tal-Istat Ospitanti biex twettaq il-missjoni tagħha, u b'mod partikolari għall-fini li jinfetħu kontijiet bankarji u biex jinkisbu jew jitneħħew assi u biex tkun parti għal proċedimenti legali.
6. Il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-EUAM Ukraine fl-Istat Ospitanti għandha tkun determinata mid-dispożizzjonijiet rilevanti f'dawk il-kuntratti.
7. Il-kuntratti konklużi mill-EUAM Ukraine jistgħu jistipulaw li l-proċedura tar-riżoluzzjoni tat-tilwim imsemmija fl-Artikolu 15(3) u (4) għandha tapplika għal tilwim li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-kuntratt.
Artikolu 13
persunal deċedut tal-EUAM Ukraine
1. Il-Kap tal-Missjoni għandu jkollu d-dritt li jieħu f'idejh u jagħmel arranġamenti adatti għar-ripatrijazzjoni ta' kwalunkwe membru deċedut tal-persunal tal-EUAM Ukraine, kif ukoll tal-proprjetà personali tiegħu, u jieħu l-miżuri adatti għal din il-fini f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Ukraina.
2. Ma għandha ssir l-ebda awtopsja fuq kwalunkwe membru deċedut tal-EUAM Ukraine mingħajr il-qbil tal-Istat ikkonċernat, u l-preżenza ta' rappreżentant tal-EUAM Ukraine u/jew ta' rappreżentant tal-Istat ikkonċernat.
3. L-Istat Ospitanti u l-EUAM Ukraine għandhom jikkooperaw bl-aktar mod sħiħ possibbli bil-ħsieb tar-ripatrijazzjoni bikrija ta' membru deċedut tal-persunal tal-EUAM Ukraine.
Artikolu 14
Komunikazzjoni
1. L-EUAM Ukraine tista' tinstalla u topera stazzjonijiet li jibagħtu u jirċievu sinjali tar-radju kif ukoll sistemi satellitari 'konformità mal-leġislazzjoni tal-Istat Ospitanti. Hija għandha tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti bil-ħsieb li jiġu evitati l-konflitti fl-użu tal-frekwenzi adatti.
2. L-EUAM Ukraine għandha tgawdi mid-dritt għal komunikazzjoni bla restrizzjonijiet bir-radju (inkluż radju satellitari, mobbli jew tal-idejn), bit-telefon, bit-telegrafu, bil-fax u b'mezzi oħrajn, kif ukoll mid-dritt li tinstalla t-tagħmir meħtieġ għall-manutenzjoni ta' dawn il-mezzi ta' komunikazzjoni fil-faċilitajiet tal-EUAM Ukraine u bejniethom, inkluż it-tqegħid ta' kejbils u linji fissi, għall-fini tal-EUAM Ukraine f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Istat Ospitanti.
3. Fil-faċilitajiet tagħha stess l-EUAM Ukraine tista' tagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex twassal il-posta indirizzata lil jew mill-EUAM Ukraine u/jew il-persunal tal-EUAM Ukraine.
Artikolu 15
Talbiet minħabba mewt, korriment, dannu u telf
1. L-EUAM Ukraine, il-persunal tal-EUAM Ukraine, l-UE u l-Istati Mittenti ma għandhomx ikunu responsabbli għall-ebda dannu għall-proprjetà ċivili jew tal-gvern, jew telf tagħha li jkun relatat mal-ħtiġijiet operattivi jew ikkawżati minn attivitajiet b'rabta ma' disturbi ċivili jew il-protezzjoni tal-EUAM Ukraine.
2. Bil-ħsieb li tintlaħaq soluzzjoni bonarja, it-talbiet għad-danni ta' proprjetà ċivili jew tal-gvern, jew it-telf tagħha li ma jkunux koperti mill-paragrafu 1, kif ukoll it-talbiet minħabba mewt ta' persuni jew il-ħsara kkawżata lilhom u t-talbiet għal dannu ta' proprjetà tal-EUAM Ukraine jew it-telf tagħha, għandhom jiġu ppreżentati lill-EUAM Ukraine permezz tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti, fir-rigward ta' talbiet imressqin minn persuna ġuridika jew fiżika mill-Istat Ospitanti, u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti, fir-rigward ta' talbiet imressqin mill-EUAM Ukraine.
3. Fejn ma tkunx tista' tinstab soluzzjoni bonarja, it-talba għandha tintbagħat lill-kummissjoni għat-talbiet magħmula fuq bażi ugwali minn rappreżentanti tal-EUAM Ukraine u rappreżentanti tal-Istat Ospitanti. Is-soluzzjoni għat-talbiet għandha tintlaħaq bi qbil komuni.
4. Fejn ma tkun tista' tinstab l-ebda soluzzjoni fil-kummissjoni għat-talbiet, it-tilwima għandha tiġi solvuta b'mezzi diplomatiċi bejn l-Istat Ospitanti u r-rappreżentanti tal-UE għal talbiet ta' mhux aktar minn u li jinkludu EUR 40 000. Għat-talbiet li jeċċedu dak l-ammont, it-tilwima għandha titressaq quddiem tribunal tal-arbitraġġ, li d-deċiżjonijiet tagħha għandhom ikunu vinkolanti.
5. It-tribunal tal-arbitraġġ imsemmi fil-paragrafu 4 għandu jkun magħmul minn tliet arbitri, li wieħed minnhom ikun maħtur mill-Istat Ospitanti, ieħor ikun maħtur mill-EUAM Ukraine u t-tielet wieħed ikun maħtur b'mod konġunt mill-Istat Ospitanti u l-EUAM Ukraine. Fejn waħda mill-partijiet ma taħtarx arbitru fi żmien xahrejn jew fejn ma jkun jista' jintlaħaq l-ebda qbil bejn l-Istat Ospitanti u l-EUAM Ukraine dwar il-ħatra tat-tielet arbitru, l-arbitru inkwistjoni għandu jinħatar mill-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
6. Għandu jiġi konkluż arranġament amministrattiv bejn l-EUAM Ukraine u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Ospitanti sabiex jiġu determinati t-termini ta' referenza tal-kummissjoni għat-talbiet u tat-tribunal tal-arbitraġġ, il-proċedura applikabbli f'dawn il-korpi u l-kondizzjonijiet li bihom għandhom jiġu ppreżentati t-talbiet.
Artikolu 16
Kollegament u tilwim
1. Il-kwistjonijiet kollha b'rabta mal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandhom jiġu eżaminati b'mod konġunt mir-rappreżentanti tal-EUAM Ukraine u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Ospitanti.
2. Fil-każ fejn ma tinstab l-ebda soluzzjoni minn qabel, it-tilwim fir-rigward tal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim għandu jiġi riżolt esklużivament b'mezzi diplomatiċi bejn l-Istat Ospitanti u rappreżentanti tal-UE.
Artikolu 17
Dispożizzjonijiet oħrajn
1. Il-Gvern tal-Istat Ospitanti għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-osservanza mill-awtoritajiet lokali kompetenti Ukraini tal-privileġġi, l-immunitajiet u d-drittijiet tal-EUAM Ukraine u tal-persunal tal-EUAM Ukraine kif previsti f'dan il-Ftehim.
2. Xejn f'dan il-Ftehim ma huwa intenzjonat jew għandu jiftiehem li jikkostitwixxi deroga minn kwalunkwe dritt li jista' jkun marbut ma' Stat Membru tal-UE jew kwalunkwe Stat ieħor li jikkontribwixxi għall-EUAM Ukraine taħt ftehimiet oħrajn.
Artikolu 18
Arranġamenti ta' implimentazzjoni
Għall-fini tal-applikazzjoni ta' dan il-Ftehim, il-kwistjonijiet operattivi, amministrattivi u tekniċi jistgħu jkunu s-suġġett ta' arranġamenti separati li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kap tal-Missjoni u l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istat Ospitanti.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ u terminazzjoni
1. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-wasla, permezz ta' kanali diplomatiċi, tal-aħħar notifika bil-miktub dwar it-twettiq mill-Partijiet tal-proċeduri interni meħtieġa għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim u għandu jibqa' fis-seħħ sad-data tat-tluq tal-aħħar membru tal-persunal tal-EUAM Ukraine, kif notifikat mill-EUAM Ukraine.
2. Dan il-Ftehim jista' jiġi emendat jew mitmum abbażi ta' ftehim bil-miktub bejn il-Partijiet.
3. It-terminazzjoni ta' dan il-Ftehim ma għandhiex taffettwa d-drittijiet jew l-obbligi li jirriżultaw mill-eżekuzzjoni ta' dan il-Ftehim qabel tali terminazzjoni.
Magħmul fi Brussell, fis-sbatax il-jum ta' Novembru fis-sena elfejn u erbatax bil-lingwa Ingliża u bil-lingwa Ukraina, iż-żewġ testi ugwalment awtentiċi.
Għall-Unjoni Ewropea
Għall-Ukraina
REGOLAMENTI
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1241/2014
tas-7 ta' Novembru 2014
li jirreġistra denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Westfälischer Pumpernickel (IĠP))
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-applikazzjoni tal-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Westfälischer Pumpernickel” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Il-Kummissjoni ma ġiet innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u d-denominazzjoni “Westfälischer Pumpernickel” għandha għalhekk tiġi rreġistrata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni “Westfälischer Pumpernickel” (IĠP) hija rreġistrata.
Id-denominazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tidentifika prodott tal-klassi 2.3. Ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħra tal-furnara tal-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 (3).
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Phil HOGAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU C 196, 26.6.2014, p. 20.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-13 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 179, 19.6.2014, p. 36).
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/11 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1242/2014
tal-20 ta' Novembru 2014
li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u s-Sajd rigward il-preżentazzjoni ta' data (dejta) kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 97(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, l-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'dejta kumulattiva rilevanti dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament sa tmiem is-sena kalendarja ta' qabel, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarji u l-operazzjonijiet. |
(2) |
Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-kompletezza tad-dejta kumulattiva dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, jeħtieġ li jiġu pprovduti speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u regoli għall-preżentazzjoni ta' dik id-dejta kumulattiva. Għal dak il-għan huwa xieraq li wieħed jirreferi għall-istruttura tal-bażi tad-dejta prevista fl-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 (2). |
(3) |
Sabiex tkun tista' ssir applikazzjoni fil-pront tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom isegwu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u r-regoli għall-preżentazzjoni ta' dejta kumulattiva dwar l-operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament, inklużi l-karatteristiċi ewlenin tal-benefiċjarji u l-operazzjonijiet infushom, kif ipprovdut fl-Artikolu 97(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, skont il-forom u t-tabelli stabbiliti fl-Annessi ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1243/2014 tal-20 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-dejta u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta (Ara paġna 39 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
Informazzjoni li trid tingħata għal kull operazzjoni għall-entrati li ġejjin kif imsemmi fl-istruttura ta' bażi ta' dejta stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1243/2014
Dejta kumulattiva dwar operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru ….
Qasam (etrata) |
Kontenut tal-entrata |
1 |
CCI |
2 |
Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID) |
3 |
Isem l-operazzjoni |
5 |
Kodiċi NUTS |
6 |
Benefiċjarju |
7 |
Sess tal-benefiċjarju |
8 |
Daqs tal-intrapriża |
9 |
Stat ta' progress tal-operazzjoni |
10 |
Spiża totali eliġibbli |
11 |
Spiża totali eliġibbli pubblika |
12 |
Appoġġ mill-FEMS |
13 |
Data tal-approvazzjoni |
14 |
Nefqa totali eliġibbli |
15 |
Nefqa totali eliġibbli pubblika |
16 |
Nefqa eliġibbli mill-FEMS |
17 |
Data tal-aħħar pagament lill-benefiċjarju |
18 |
Miżura kkonċernata |
19 |
Indikatur tal-output |
ANNESS II
Informazzjoni li trid tingħata għal kull operazzjoni biss meta l-operazzjoni tirrigwarda miżuri tal-flotta għal dawn l-entrati li ġejjin kif imsemmi fl-istruttura tal-bażi ta' dejta stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1243/2014
Dejta kumulattiva dwar operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru ….
Entrata |
Kontenut tal-entrata |
1 |
CCI |
2 |
Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID) |
4 |
In-numru tal-bastiment “Numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità” (CFR) |
ANNESS III
Informazzjoni li trid tingħata għal kull operazzjoni għall-entrati li ġejjin kif imsemmi fl-istruttura ta' bażi ta' dejta stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1243/2014
Dejta kumulattiva dwar operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru ….
Entrata |
Kontenut tal-entrata |
1 |
CCI |
2 |
Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID) |
20 |
Dejta ta' implimentazzjoni tal-operazzjoni |
21 |
Valur tad-dejta ta' implimentazzjoni |
ANNESS IV
Informazzjoni li għandha tingħata għal kull operazzjoni dwar indikaturi tar-riżultati għall-entrati li ġejjin kif imsemmi fl-istruttura ta' bażi ta' dejta stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1243/2014
Dejta kumulattiva dwar operazzjonijiet magħżula għall-finanzjament mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru ….
Entrata |
Kontenut tal-entrata |
1 |
CCI |
2 |
Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID) |
22 |
Indikatur(i) tar-riżultat relatat(i) mal-operazzjoni |
23 |
Riżultat indikattiv mistenni mill-benefiċjarju |
24 |
Valur tal-indikatur tar-riżultat meta jiġi vvalidat wara l-implimentazzjoni |
ANNESS V
Tabelli ta' Referenza
Tabella 1 — Dejta ta' implimentazzjoni tal-proġett
Kodiċi tal-miżura |
Miżuri tal-FEMS |
Dejta ta' implimentazzjoni tal-proġett |
Kodiċi tad-dejta ta' implimentazzjoni |
Valur possibbli u t-tip ta' valur |
Numru tar-Reġistru tas-Sajd tal-Komunità (CFR) obbligatorju (Iva jew Le) |
||
Kolonna 18 |
Kolonna 20 |
Kolonna 21 |
|||||
Kapitolu I: Żvilupp sostenibbli tas-sajd |
|||||||
I.1 |
L-Artikolu 26 u l-Artikolu 44(3) Innovazzjoni |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
I.2 |
L-Artikolu 27 u l-Artikolu 44(3) Servizzi ta' konsulenza |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
I.3 |
L-Artikolu 28 u l-Artikolu 44(3) Sħubiji bejn xjenzati u sajjieda |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
|
4 |
Numeriku |
|||||
|
5 |
Numeriku |
|||||
I.4 |
L-Artikolu 29(1) u (2) u l-Artikolu 44(1)(a) Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ lil konjuġi u sħab |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
|
4 |
Numeriku |
|||||
I.5 |
L-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 44(1)(a) Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord l-SSCF |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
I.6 |
L-Artikolu 30 u l-Artikolu 44(4) Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
I.7 |
L-Artikolu 31 u l-Artikolu 44(2) Appoġġ għall-bidu (start-up) għal sajjieda żgħażagħ |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
I.8 |
L-Artikolu 32 u l-Artikolu 44(1)(b) Saħħa u sikurezza |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
I.9 |
L-Artikolu 33 Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd |
|
1 |
Numeriku |
Iva |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
I.10 |
L-Artikolu 34 Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd |
|
1 |
Numeriku |
Iva |
||
I.11 |
L-Artikolu 35 Fond Reċiproku għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali — Ħolqien tal-Fond |
|
1 |
Sensiela ta' karattri |
Le |
||
I.12 |
L-Artikolu 35 Fond reċiproku għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali — Kumpens imħallas |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Iva |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
I.13 |
L-Artikolu 36 Appoġġ għas-sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
|||||
I.14 |
L-Artikolu 37 Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
I.15 |
L-Artikolu 38 u l-Artikolu 44(1)(c) Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament tas-sajd għall-protezzjoni tal-ispeċijiet |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
I.16 |
L-Artikolu 39 u l-Artikolu 44(1)(c) Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
I.17 |
L-Artikolu 40(1a) Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità tal-baħar — ġbir tal-iskart |
|
1 |
Numeriku |
Iva |
||
I.18 |
L-Artikolu 40(1)(b) sa (g) u (i) u l-Artikolu 44(6) Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità tal-baħar — kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni protetti tal-baħar, inkluż siti NATURA 2000, għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
|
4 |
Numeriku |
|||||
|
5 |
Numeriku |
|||||
I.19 |
L-Artikolu 40(1)(h) Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità tal-baħar — skemi għall-kumpens għall-ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar |
|
1 |
Numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
I.20 |
L-Artikolu 41(1)(a) sa (c) u l-Artikolu 44(1)(d) Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — Investimenti abbord, awditi u skemi ta' effiċjenza enerġetika, studji |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar (għall-Artikolu 41(1)(a) biss |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
|
4 |
Numeriku |
|||||
|
5 |
Numeriku |
|||||
I.21 |
L-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 44(1)(d) Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — Is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
|
4 |
Numeriku |
|||||
|
5 |
Numeriku |
|||||
|
6 |
Numeriku |
|||||
|
7 |
Numeriku |
|||||
I.22 |
L-Artikolu 42 u l-Artikolu 44(1)(e) Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
I.23 |
L-Artikolu 43(1) u (3) u l-Artikolu 44(1)(f) Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant jew is-siti ta' żbark u l-postijiet ta' kenn, investimenti sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 2, numeriku |
Iva jekk l-operazzjoni tirrigwarda l-baħar |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 5, numeriku |
|||||
|
3 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
|
4 |
Numeriku |
|||||
|
5 |
Numeriku |
|||||
I.24 |
L-Artikolu 43(2) Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu tal-iżbark tal-qabdiet kollha |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 5, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
Kapitolu II: Żvilupp sostenibbli tal-akkwakultura |
|||||||
II.1 |
L-Artikolu 47 Innovazzjoni |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
II.2 |
L-Artikolu 48(1)(a) sa (d) u (f) sa (h) Investimenti produttivi fl-akkwakultura- |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
II.3 |
L-Artikolu 48(1)(e) u (i) u (j) Investimenti produttivi fl-akkwakultura — effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, jitnaqqas l-użu tal-ilma u ta' kimiċi, sistemi ta' riċirkolazzjoni li jimminimizzaw l-użu tal-ilma |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
II.4 |
L-Artikolu 48(1)(k) Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
II.5 |
L-Artikolu 49 Servizzi ta' ġestjoni, ta' għajnuna u konsulenza għall-farms tal-akkwakultura |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
II.6 |
L-Artikolu 50 Promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
II.7 |
L-Artikolu 51 Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
II.8 |
L-Artikolu 52 Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli |
|
1 |
Numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
II.9 |
L-Artikolu 53 Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
II.10 |
L-Artikolu 54 Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
|
4 |
Numeriku |
|||||
II.11 |
L-Artikolu 55 Miżuri tas-saħħa pubblika |
|
1 |
Numeriku |
Le |
||
II.12 |
L-Artikolu 56 Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|||||
II.13 |
L-Artikolu 57 Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura |
|
1 |
Numeriku |
Le |
||
Kapitolu III: Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura |
|||||||
III.1 |
L-Artikolu 62(1)(a) Appoġġ preparatorju |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
Le |
||
III.2 |
L-Artikolu 63 Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali għażla ta' FLAGs (1) |
|
1 |
Numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
|
4 |
Numeriku |
|||||
|
5 |
Numeriku |
|||||
|
6 |
Numeriku |
|||||
III.3 |
L-Artikolu 63 Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali Proġetti appoġġati mill-FLAGs (inklużi spejjeż operazzjonali u animazzjoni) |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
|||||
III.4 |
L-Artikolu 64 Attivitajiet ta' kooperazzjoni |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
Kapitolu IV: Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar |
|||||||
IV.1 |
L-Artikolu 66 Pjanijiet dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni |
|
1 |
Numeriku |
Le |
||
IV.2 |
L-Artikolu 67 Għajnuna għall-ħażna |
|
1 |
Numeriku |
Le |
||
IV.3 |
L-Artikolu 68 Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
|
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
IV.4 |
L-Artikolu 69 Proċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
Kapitolu V: Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
|||||||
V.1 |
L-Artikolu 70 Reġim ta' kumpens |
|
1 |
Numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
Kapitolu VI: Miżuri ta' akkumpanjament għall-PKS taħt ġestjoni konġunta |
|||||||
VI.1 |
L-Artikolu 76 Kontroll u infurzar |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Iva jekk investimenti abbord |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
|||||
VI.2 |
L-Artikolu 77 Ġbir ta' dejta |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
Le |
||
Kapitolu VII: Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri |
|||||||
VII.1 |
L-Artikolu 78 Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
Kapitolu VIII: It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata |
|||||||
VIII.1 |
L-Artikolu 80(1a) Is-Sorveljanza Marittima Integrata |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
|||||
VIII.2 |
L-Artikolu 80(1)(b) Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Numeriku |
|||||
|
3 |
Numeriku |
|||||
|
4 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
|||||
VIII.3 |
L-Artikolu 80(1)(c) It-titjib tal-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar |
|
1 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 3, numeriku |
Le |
||
|
2 |
Ara l-kodiċi fit-Tabella 4, numeriku |
Tabella 2 — tip ta' sajd
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
1 |
Baħar |
2 |
Sajd Intern |
3 |
It-tnejn |
Tabella 3 — tip ta' operazzjoni
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
Marbuta ma' kodiċi ta' miżura(i) |
1 |
Prodotti u tagħmir |
I.1 |
2 |
Proċess u tekniki |
I.1 |
3 |
Sistema ta' ġestjoni u organizzazzjoni |
I.1 |
4 |
Studji dwar il-fattibbiltà u servizzi ta' konsulenza |
I.2 |
5 |
Pariri professjonali |
I.2 |
6 |
Strateġiji kummerċjali |
I.2 |
7 |
Netwerks |
I.3 |
8 |
Ftehim ta' sħubija jew assoċjazzjoni |
I.3 |
9 |
Ġbir u ġestjoni tad-dejta |
I.3 |
10 |
Studji |
I.3 |
11 |
Proġetti pilota |
I.3 |
12 |
Disseminazzjoni |
I.3 |
13 |
Seminars |
I.3 |
14 |
L-aħjar prattiki |
I.3 |
15 |
Taħriġ u tagħlim |
I.4, I.5 |
16 |
Netwerking |
I.4 |
17 |
Djalogu soċjali |
I.4 |
18 |
Investimenti abbord |
I.6 |
19 |
Turiżmu tas-sajd bil-qasba |
I.6 |
20 |
Restoranti |
I.6 |
21 |
Servizzi ambjentali |
I.6 |
22 |
Attivitajiet edukattivi |
I.6 |
23 |
Investiment abbord |
I.8 |
24 |
Tagħmir individwali |
I.8 |
25 |
Avveniment klimatiku negattiv |
I.12 |
26 |
Inċident ambjentali |
I.12 |
27 |
Spejjeż ta' salvataġġ |
I.12 |
28 |
Disinn |
I.13, I.14 |
29 |
Żvilupp |
I.13, I.14 |
30 |
Monitoraġġ |
I.13, I.14 |
31 |
Evalwazzjoni |
I. 13 |
32 |
Ġestjoni |
I.13 |
33 |
Parteċipazzjoni tal-partijiet interessati |
I.14 |
34 |
Stokkjar mill-ġdid dirett |
I.14 |
35 |
Selettività tal-irkaptu |
I.15 |
36 |
It-tnaqqis tar-rimi jew it-trattament ta' qabdiet mhux mixtieqa |
I.15 |
37 |
L-eliminazzjoni tal-impatti fuq l-ekosistemi u fuq qiegħ il-baħar |
I.15 |
38 |
Il-protezzjoni tal-irkaptu u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar |
I.15 |
39 |
Irkaptu biex jinġemal-ħut fir-reġjuni ultraperiferiċi |
I.15 |
40 |
Żvilupp ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jnaqqas l-impatti |
I.16 |
41 |
Introduzzjoni ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid li jnaqqas l-impatti |
I.16 |
42 |
Żvilupp ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid biex jinkiseb użu sostenibbli |
I.16 |
43 |
Żvilupp ta' għarfien tekniku jew organizzattiv ġdid biex jinkiseb użu sostenibbli |
I.16 |
44 |
Investiment f'faċilitajiet |
I.18 |
45 |
Ġestjoni tar-riżorsi |
I.18 |
46 |
Pjanijiet ta' ġestjoni għal NATURA 2000 u SPA |
I.18 |
47 |
Ġestjoni ta' NATURA 2000 |
I.18 |
48 |
Ġestjoni tal-MPAs |
I.18 |
49 |
Żieda fis-sensibilizzazzjoni |
I.18 |
50 |
Azzjonijiet oħra li jsaħħu l-bijodiversità |
I.18 |
51 |
Tagħmir abbord |
I.20 |
52 |
Irkaptu tas-sajd |
I.20 |
53 |
Awditi u skemi ta' effiċjenza enerġetika |
I.20 |
54 |
Studji |
I.20 |
55 |
Sostituzzjoni tal-magna |
I.21 |
56 |
Modernizzazzjoni |
I.21 |
57 |
Investiment li jżid il-valur lill-prodotti |
I.22 |
58 |
Investimenti abbord li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tas-sajd |
I.22 |
59 |
Kwalità |
I.23 |
60 |
Kontroll u traċċabbiltà |
I.23 |
61 |
Effiċjenza enerġetika |
I.23 |
62 |
Protezzjoni ambjentali |
I.23 |
63 |
Kundizzjonijiet tax-xogħol u tas-sikurezza |
I.23 |
64 |
Żvilupp tal-għarfien |
II.1 |
65 |
Introduzzjoni ta' speċijiet ġodda |
II.1 |
66 |
Studji dwar il-fattibbiltà |
II.1 |
67 |
Produttiv |
II.2 |
68 |
Diversifikazzjoni |
II.2 |
69 |
Modernizzazzjoni |
II.2 |
70 |
Is-saħħa tal-annimali |
II.2 |
71 |
Il-kwalità tal-prodotti |
II.2 |
72 |
Irkupru |
II.2 |
73 |
Attivitajiet komplementari |
II.2 |
74 |
Ambjentali u riżorsi |
II.3 |
75 |
Użu u kwalità tal-ilma |
II.3 |
76 |
Sistemi magħluqa |
II.3 |
77 |
Effiċjenza enerġetika |
II.4 |
78 |
Enerġija rinnovabbli |
II.4 |
79 |
Twaqqif ta' ġestjoni |
II.5 |
80 |
Xiri ta' servizzi ta' konsulenza għall-farms |
II.5 |
81 |
Servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali) |
II.5 |
82 |
Servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali) |
II.5 |
83 |
Servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq il-konformità mal-benessri tal-annimali, is-saħħa u s-sikurezza, u leġiżlazzjonijiet dwar is-saħħa pubblika) |
II.5 |
84 |
Servizzi ta' għajnuna u ta' konsulenza (b'enfasi fuq strateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni u tan-negozju) |
II.5 |
85 |
Taħriġ professjonali |
II.6 |
86 |
Tagħlim tul il-ħajja |
II.6 |
87 |
Disseminazzjoni |
II.6 |
88 |
Ħiliet professjonali ġodda |
II.6 |
89 |
Titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni tas-sikurezza fuq il-post tax-xogħol |
II.6 |
90 |
Netwerking u skambju tal-esperjenzi |
II.6 |
91 |
Identifikazzjoni ta' żoni |
II.7 |
92 |
Titjib ta' faċilitajiet u infrastrutturi ta' appoġġ |
II.7 |
93 |
Prevenzjoni ta' ħsara serja |
II.7 |
94 |
Azzjonijiet wara l-iskoperta ta' żieda fil-mortalità jew mard |
II.7 |
95 |
Konverżjoni għall-akkwakultura organika |
II.9 |
96 |
Parteċipazzjoni fl-EMAS |
II.9 |
97 |
Akkwakultura f'żoni Natura 2000 |
II.10 |
98 |
Konservazzjoni u riproduzzjoni ex-situ |
II.10 |
99 |
Operazzjonijiet tal-akkwakultura, inkluż il-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent u l-bijodiversità |
II.10 |
100 |
Kontroll u l-qerda ta' mard |
II.12 |
101 |
L-aqwa prattiki u kodiċijiet tal-kondotta |
II.12 |
102 |
Tnaqqis tad-dipendenza fuq mediċini veterinarji |
II.12 |
103 |
Studji farmaċewtiċi jew veterinarji u prattiki tajba |
II.12 |
104 |
Gruppi tal-protezzjoni tas-saħħa |
II.12 |
105 |
Kumpens lill-bdiewa tal-molluski |
II.12 |
106 |
Valur miżjud |
III.3 |
107 |
Diversifikazzjoni |
III.3 |
108 |
Ambjent |
III.3 |
109 |
Soċjokulturali |
III.3 |
110 |
Governanza |
III.3 |
111 |
Spejjeż operazzjonali u animazzjoni |
III.3 |
112 |
Appoġġ preparatorju |
III.4 |
113 |
Proġetti fl-istess SM |
III.4 |
114 |
Proġetti ma' SM oħra |
III.4 |
115 |
Proġetti ma' sħab barra mill-UE |
III.4 |
116 |
Ħolqien ta' organizzazzjonijiet tal-Produtturi, assoċjazzjoni jew organizzazzjonijiet interprofessjonali |
IV.3 |
117 |
Sejbien ta' swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (b'enfasi fuq speċi b'potenzjal għall-kummerċjalizzazzjoni) |
IV.3 |
118 |
Sejbien ta' swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (b'enfasi fuq qabdiet mhux mixtieqa) |
IV.3 |
119 |
Sejbien ta' swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni (b'enfasi fuq prodotti b'impatt baxx jew prodotti organiċi) |
IV.3 |
120 |
Promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq iċ-ċertifikazzjoni u l-promozzjoni ta' prodotti sostenibbli) |
IV.3 |
121 |
Promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq skemi tal-kwalità) |
IV.3 |
122 |
Promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq il-kummerċjalizzazzjoni diretta) |
IV.3 |
123 |
Promozzjoni tal-kwalità u l-valur miżjud (b'enfasi fuq l-imballaġġ) |
IV.3 |
124 |
Trasparenza tal-produzzjoni |
IV.3 |
125 |
Traċċabbiltà u ekotikketti |
IV.3 |
126 |
Kuntratti standard |
IV.3 |
127 |
Kampanji informattivi u promozzjonali |
IV.3 |
128 |
Iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent |
IV.4 |
129 |
Titjib tas-sikurezza, tal-iġjene, tas-saħħa u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol |
IV.4 |
130 |
Ipproċessar ta' qabdiet mhux għall-konsum mill-bniedem |
IV.4 |
131 |
Ipproċessar ta' prodotti sekondarji |
IV.4 |
132 |
Ipproċessar ta' prodotti tal-akkwakultura organiċi |
IV.4 |
133 |
Prodotti, proċessi u sistema ta' ġestjoni ġodda jew imtejba |
IV.4 |
134 |
Xiri, installazzjoni u żvilupp tat-teknoloġija |
VI.1 |
135 |
Żvilupp, xiri u installazzjoni tal-komponenti sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni tad-dejta |
VI.1 |
136 |
Żvilupp, xiri u installazzjoni tal-komponenti meħtieġa sabiex tkun żgurata traċabbiltà |
VI.1 |
137 |
Implimentazzjoni tal-programmi għall-iskambju u l-analiżi tad-dejta |
VI.1 |
138 |
Immodernizzar u xiri ta' bastimenti, inġenji tal-ajru u ħelikopters ta' sorveljanza |
VI.1 |
139 |
Xiri ta' mezzi ta' kontroll oħrajn |
VI.1 |
140 |
Żvilupp ta' sistemi innovattivi ta' kontroll u monitoraġġ u proġetti pilota |
VI.1 |
141 |
Programmi ta' taħriġ u ta' skambju |
VI.1 |
142 |
Analiżi tal-kost/benefiċċji u valutazzjonijiet tal-awditi |
VI.1 |
143 |
Seminars u għodod tal-midja |
VI.1 |
144 |
Spejjeż operattivi |
VI.1 |
145 |
Implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni |
VI.1 |
146 |
Implimentazzjoni tal-programm operazzjonali |
VII.1 |
147 |
Sistemi tal-IT |
VII.1 |
148 |
Titjib tal-kapaċità amministrattiva |
VII.1 |
149 |
Attivitajiet ta' komunikazzjoni |
VII.1 |
150 |
Evalwazzjoni |
VII.1 |
151 |
Studji |
VII.1 |
152 |
Kontroll u awditjar |
VII.1 |
153 |
Netwerk ta' FLAGs |
VII.1 |
154 |
Oħrajn |
VII.1 |
155 |
Kontribut għall-IMS |
VIII.1 |
156 |
Kontribut għas-CISE |
VIII.1 |
157 |
MPA |
VIII. 2 |
158 |
NATURA 2000 |
VIII.2 |
159 |
Stabbiliment ta' programm ta' monitoraġġ |
VIII.3 |
160 |
Stabbiliment tal-miżuri għall-MSFD |
VIII.3 |
Tabella 4 — tip ta' benefiċjarju
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
1 |
Awtorità pubblika |
2 |
Persuna ġuridika |
3 |
Persuna fiżika |
4 |
Organizzazzjoni tas-sajjieda |
5 |
Organizzazzjonijiet ta' produtturi |
6 |
NGO |
7 |
Ċentru ta' Riċerka/Università |
8 |
Imħallat |
Tabella 5 — Kategoriji ta' investiment
Kodiċi |
Deskrizzjoni |
Marbuta ma' kodiċi ta' miżura(i) |
1 |
Portijiet tas-sajd |
I.23, I.24 |
2 |
Siti ta' żbark |
I.23, I.24 |
3 |
Swali tal-irkant |
I.23, I.24 |
4 |
Postijiet ta' kenn |
I.23, I.24 |
(1) Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta biss meta tintgħażel il-FLAG
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/39 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1243/2014
tal-20 ta' Novembru 2014
li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, kif ukoll dwar ir-rekwiżiti tad-data (dejta) u s-sinerġiji bejn sorsi potenzjali tad-dejta
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 107(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew (il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd) (EMFF). Dak ir-Regolament jitlob lill-awtoritajiet ta' ġestjoni biex jistabbilixxu sistema sabiex tirreġistra u taħżen f'forma kompjuterizzata dejta dwar kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-verifika, inkluż dejta dwar parteċipanti individwali fl-operazzjonijiet. |
(2) |
L-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (3) jelenka d-dejta li trid tiġi rreġistrata u maħżuna f'forma kompjuterizzata għal kull operazzjoni fis-sistema ta' monitoraġġ stabbilita minn kull Stat Membru. |
(3) |
Regoli addizzjonali dwar reġistrazzjoni u trażmissjoni tad-dejta huma meħtieġa għall-funzjonament tas-sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni prevista mill-Artikolu 107 tar-Regolament (UE) Nru 508/2014. Skont l-Artikolu 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, dawk ir-regoli għandhom jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tintbagħat mill-Istati Membri, filwaqt li jfittxu l-ikbar sinerġiji ma' sorsi potenzjali ta' dejta oħra bħalma huma l-lista tad-dejta li għandha tiġi rreġistrata u maħżuna kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 1303/2014. |
(4) |
Sabiex il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu applikati mingħajr dewmien, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri sabiex jippermettu l-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati bil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”) taħt ġestjoni kondiviża.
Artikolu 2
Lista tad-dejta u l-istruttura tal-bażi ta' dejta
1. Fil-bażi ta' dejta tiegħu, kull Stat Membru għandu jirreġistra kif imsemmi fl-Artikolu 125(2) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u għandu jipprovdi lill-Kummissjoni lista tad-dejta li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 u li hi konformi mal-istruttura stabbilita fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.
2. Il-lista tad-dejta għandha tiġi rreġistrata u pprovduta lill-Kummissjoni għal kull operazzjoni magħżula għal finanzjament bil-programm operazzjonali appoġġat mill-FEMS.
Artikolu 3
Id-dħul ta' informazzjoni fil-bażi ta' dejta
Id-dejta msemmija fl-Artikolu 2 għandha tiddaħħal fil-bażi ta' dejta f'dawn iż-żewġ stadji li ġejjin:
(a) |
fil-ħin tal-approvazzjoni ta' operazzjoni, |
(b) |
meta operazzjoni titlesta, |
Artikolu 4
Dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni
L-informazzjoni msemmija fil-Parti D tal-Anness I (Dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni) għandha tkun ibbażata fuq l-oqsma (entrati) deskritti fl-Anness II.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(3) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
ANNESS I
STRUTTURA TAL-BAŻI TA' DEJTA
PARTI A
Informazzjoni amministrativa
Qasam (entrata) |
Kontenut tal-entrata |
Deskrizzjoni |
Ħtiġijiet tad-dejta u sinerġiji |
||||||||||||
1 |
CCI |
Kodiċi Komuni ta' Identifikazzjoni tal-programm operazzjonali |
Entrata tad-dejta 19 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (1) |
||||||||||||
2 |
Identifikatur Uniku tal-Operazzjoni (ID) |
Meħtieġ għall-operazzjonijiet kollha appoġġati mill-Fond |
Entrata tad-dejta 5 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 |
||||||||||||
3 |
Isem l-operazzjoni |
Jekk disponibbli u jekk it-t 2 hija numru |
Entrata tad-dejta 5 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 |
||||||||||||
4 |
In-numru tal-bastiment “In-numru tar-Reġistru tal-Flotta tal-Komunità” (CFR (2)) |
Fejn rilevanti. |
Speċifiku għall-FEMS |
||||||||||||
5 |
Kodiċi NUTS (3) |
Qiegħed l-aktar livell NUTS rilevanti (awtomatikament = livell III) |
Speċifiku għall-FEMS |
||||||||||||
6 |
Benefiċjarju |
Isem il-benefiċjarju (entitajiet legali u persuni fiżiċi biss skont il-liġi nazzjonali) |
Entrata tad-dejta 1 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 |
||||||||||||
7 |
Tip ta' benefiċjarju |
Fejn rilevanti (valur possibbli: 1: raġel, 2: mara, 3: ieħor) |
Speċifiku għall-FEMS |
||||||||||||
8 |
Daqs tal-intrapriża |
Fejn rilevanti (4) (valuri possibbli: 1: mikro, 2: żgħira, 3: ta' daqs medju, 4: kbira) |
Speċifiku għall-FEMS |
||||||||||||
9 |
Stat tal-progress tal-operazzjoni |
ċifra waħda:
|
Speċifiku għall-FEMS |
PARTI B
Tbassir tan-nefqa (Fil-munita applikabbli għall-operazzjoni)
Qasam (entrata) |
Kontenut tal-entrata |
Deskrizzjoni |
Rekwiżiti tad-dejta u sinerġiji |
10 |
Spiża eliġibbli totali |
L-ammont tal-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjoni approvata fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ. |
Entrata tad-dejta 41 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 |
11 |
Spiża pubblika eliġibbli totali |
L-ammont tal-ispejjeż totali eliġibbli li jikkostitwixxu nefqa pubblika kif definit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013. |
Entrata tad-dejta 42 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 |
12 |
Appoġġ mill-FEMS |
L-ammont ta' appoġġ pubbliku, kif indikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ. |
Speċifiku għall-FEMS |
13 |
Data tal-approvazzjoni |
Data tal-ħruġ tad-dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ |
Entrata tad-dejta 12 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 |
PARTI C
Implimentazzjoni finanzjarja tal-operazzjoni (f'EUR)
Qasam (entrata) |
Kontenut tal-entrata |
Deskrizzjoni |
Ħtiġijiet tad-dejta u sinerġiji |
14 |
In-nefqa eliġibbli totali |
L-ispiża eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi ta' spejjeż realment imġarrba u mħallsa, flimkien ma' kontribuzzjonijiet in natura u deprezzament, fejn applikabbli. |
Entrata tad-dejta 53 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 |
15 |
In-nefqa pubblika eliġibbli totali |
In-nefqa pubblika, kif iddefinit fl-Artikolu 2(15) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 li tikkorrispondi man-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni stabbilita fuq il-bażi tal-ispejjeż fil-fatt irrimborżati u mħallsa, flimkien ma' kontribuzzjonijiet in natura u deprezzamenti, fejn applikabbli. |
Entrata tad-dejta 54 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 |
16 |
Nefqa eliġibbli tal-FEMS |
Nefqa tal-FEMS li tikkorrispondi għan-nefqa eliġibbli ddikjarata lill-Kummissjoni |
Speċifiku għall-FEMS |
17 |
Data tal-aħħar pagament lill-benefiċjarju |
|
Entrata tad-dejta 45 tal-Anness III tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 (id-data tal-pagament finali biss lill-benefiċjarju) |
PARTI D
Data ta' implimentazzjoni tal-operazzjoni
Qasam (entrata) |
Kontenut tal-entrata |
Kumment |
Ħtiġijiet tad-dejta u sinerġiji |
18 |
Miżura kkonċernata |
Kodiċi tal-miżura (ara l-Anness II) |
Speċifiku għall-FEMS |
19 |
Indikatur tal-output |
Valur numeriku |
Speċifiku għall-FEMS |
20 |
Dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni |
Ara l-Anness II |
Speċifiku għall-FEMS |
21 |
Valur tad-dejta dwar l-implimentazzjoni |
Valur numeriku |
Speċifiku għall-FEMS |
PARTI E
Indikaturi tar-riżultat
Qasam |
Kontenut tal-entrata |
Kumment |
Ħtiġijiet tad-dejta u sinerġiji |
22 |
Indikatur(i) tar-riżultat relatat(i) mal-operazzjoni |
Numru tal-kodiċi tal-indikatur tar-riżultat (5) |
Speċifiku għall-FEMS |
23 |
Riżultat indikattiv mistenni mill-benefiċjarju |
Valur numeriku |
Speċifiku għall-FEMS |
24 |
Valur tal-indikatur tar-riżultat ivvalidat wara l-implimentazzjoni |
Valur numeriku |
Speċifiku għall-FEMS |
(1) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).
(2) L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 26/2004 tat-30 ta' Diċembru 2003 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 25).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(4) Skont l-Artikolu 2(28) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320) għall-SMEs.
(5) Stabbilit f'konformità mal-Artikolu 107(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.
ANNESS II
DEJTA DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-OPERAZZJONI
Kodiċi tal-miżura |
Miżuri fir-Regolament (UE) Nru 508/2014 |
Dejta dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni |
||||||||||||||
Kapitolu I: Żvilupp sostenibbli tas-sajd |
||||||||||||||||
I.1 |
L-Artikolu 26 u l-Artikolu 44(3) Innovazzjoni |
|
||||||||||||||
I.2 |
L-Artikolu 27 u l-Artikolu 44(3) Servizzi ta' konsulenza |
|
||||||||||||||
I.3 |
L-Artikolu 28 u l-Artikolu 44(3) Sħubiji bejn xjenzati u sajjieda |
|
||||||||||||||
I.4 |
L-Artikoli 29(1) u (2) u l-Artikolu 44(1)(a) Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ għal konjuġi u sħab |
|
||||||||||||||
I.5 |
L-Artikolu 29(3) u l-Artikolu 44(1)(a) Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord l-SSCF |
|
||||||||||||||
I.6 |
L-Artikolu 30 u l-Artikolu 44(4) Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul |
|
||||||||||||||
I.7 |
L-Artikolu 31 u l-Artikolu 44(2) Appoġġ għall-bidu (start-up) għal sajjieda żgħażagħ |
|
||||||||||||||
I.8 |
L-Artikolu 32 u l-Artikolu 44(1)(b) Saħħa u sikurezza |
|
||||||||||||||
I.9 |
L-Artikolu 33 Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd |
|
||||||||||||||
I.10 |
L-Artikolu 34 Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd |
|
||||||||||||||
I.11 |
L-Artikolu 35 Fond reċiproku għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali — Ħolqien tal-Fond |
|
||||||||||||||
I.12 |
L-Artikolu 35 Fond reċiproku għal avvenimenti klimatiċi negattivi u inċidenti ambjentali — Kumpens imħallas |
|
||||||||||||||
I.13 |
L-Artikolu 36 Appoġġ għas-sistemi ta' allokazzjoni ta'opportunitajiet tas-sajd |
|
||||||||||||||
I.14 |
L-Artikolu 37 Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali |
|
||||||||||||||
I.15 |
L-Artikolu 38 u l-Artikolu 44(1)(b) Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament tas-sajd għall-protezzjoni tal-ispeċijiet |
|
||||||||||||||
I.16 |
L-Artikolu 39 u l-Artikolu 44(1)(b) Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar |
|
||||||||||||||
I.17 |
L-Artikolu 40(1).(a) Protezzjoni u rkupru tal-bijodiversità tal-baħar — |
|
||||||||||||||
I.18 |
L-Artikolu 40(1).(b) sa (g) u (i) u l-Artikolu 44(6) Il-Protezzjoni u rkupru tal-bijodiversità tal-baħar — il-kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni marittimi protetti, inkluż ta' siti NATURA 2000, l-għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi |
|
||||||||||||||
I.19 |
L-Artikolu 40(1)(h) Protezzjoni u rkupru tal-bijodiversità tal-baħar — skemi għall-kumpens għal ħsara li ssir lill-qabdiet ikkawżata minn mammiferi u għasafar |
|
||||||||||||||
I.20 |
L-Artikoli 41(1)(a),(b) u (c) u 44(1)(d) Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — Investimenti abbord, awditi u skemi ta' effiċjenza enerġetika, studji |
|
||||||||||||||
I.21 |
L-Artikolu 41(2) u l-Artikolu 44(1)(d) Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — Sostituzzjoni jew modernizzazzjoni tal-magni |
|
||||||||||||||
1.22 |
L-Artikolu 42 u l-Artikolu 44(1)(e) Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa |
|
||||||||||||||
1.23 |
L-Artikoli 43(1) u (3) u l-Artikolu 44(1)(f) Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti fit-titjib tal-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd u tas-swali tal-irkant jew siti ta' żbark u postijiet ta' kenn; investimenti sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda |
|
||||||||||||||
I.24 |
L-Artikolu 43(2) Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu ta' żbark tal-qabdiet kollha |
|
||||||||||||||
Kapitolu II: Żvilupp sostenibbli tal-akkwakultura |
||||||||||||||||
II.1 |
L-Artikolu 47 Innovazzjoni |
|
||||||||||||||
II.2 |
L-Artikolu 48(1)(a) sa (d) u (f) sa (h) Investimenti produttivi fl-akkwakultura |
|
||||||||||||||
II.3 |
L-Artikolu 48(1)(e), (i) u (j) Investimenti produttivi fl-akkwakultura — l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis fl-użu tal-ilma u l-kimiċi, sistemi ta' riċirkolazzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-użu tal-ilma |
|
||||||||||||||
II.4 |
L-Artikolu 48(1)(k) Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli |
|
||||||||||||||
II.5 |
L-Artikolu 49 Servizzi ta' ġestjoni, għajnuna u konsulenza għal farms fis-settur tal-akkwakultura |
|
||||||||||||||
II.6 |
L-Artikolu 50 Promozzjoni tal-kapital uman u netwerking |
|
||||||||||||||
II.7 |
L-Artikolu 51 Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura |
|
||||||||||||||
II.8 |
L-Artikolu 52 Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli |
|
||||||||||||||
II.9 |
L-Artikolu 53 Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġjar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika |
|
||||||||||||||
II.10 |
L-Artikolu 54 Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali |
|
||||||||||||||
II.11 |
L-Artikolu 55 Miżuri tas-saħħa pubblika |
|
||||||||||||||
II.12 |
L-Artikolu 56 Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali |
|
||||||||||||||
II.13 |
L-Artikolu 57 Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura |
|
||||||||||||||
Kapitolu III: Żvilupp sostenibbli taż-żoni tas-sajd u tal-akkwakultura |
||||||||||||||||
III.1 |
Artikolu 62(1)(a) Appoġġ mill-FEMS għal żvilupp lokali mmexxi mill-komunità — appoġġ preparatorju |
|
||||||||||||||
III.2 |
L-Artikolu 63 Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali — għażla ta' FLAGs (1) |
|
||||||||||||||
III.3 |
L-Artikolu 63 Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali mmexxija mill-komunità — proġetti appoġġati minn FLAGs (inkluż spejjeż operazzjonali u animazzjoni) |
|
||||||||||||||
III.4 |
L-Artikolu 64 Attivitajiet ta' kooperazzjoni |
|
||||||||||||||
Kapitolu IV: Miżuri relatati mal-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar |
||||||||||||||||
IV.1 |
L-Artikolu 66 Pjani dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni |
|
||||||||||||||
IV.2 |
L-Artikolu 67 Appoġġ għall-ħażna |
|
||||||||||||||
IV.3 |
L-Artikolu 68 Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni |
|
||||||||||||||
IV.4 |
L-Artikolu 69 Proċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
|
||||||||||||||
Kapitolu V: Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura |
||||||||||||||||
V.1 |
L-Artikolu 70 Reġim ta' kumpens |
|
||||||||||||||
Kapitolu VI: Miżuri ta' akkumpanjament għall-PKS taħt ġestjoni konġunta |
||||||||||||||||
VI.1 |
L-Artikolu 76 Kontroll u infurzar |
|
||||||||||||||
VI.2 |
L-Artikolu 77 Ġbir tad-data (dejta) |
|
||||||||||||||
Kapitolu VII: Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri |
||||||||||||||||
VII.1 |
L-Artikolu 78 Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri |
|
||||||||||||||
Kapitolu VIII: It-trawwim tal-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata |
||||||||||||||||
VIII.1 |
Artikolu 80(1)(a) Sorveljanza Marittima Integrata |
|
||||||||||||||
VIII.2 |
L-Artikolu 80(1)(b) Jipproteġu l-ambjent tal-baħar u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali |
|
||||||||||||||
VIII.3 |
L-Artikolu 80(1)(c) itejbu l-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar |
|
(1) Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta biss meta tintgħażel il-FLAG
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/52 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1244/2014
tal-20 ta’ Novembru 2014
li jistabilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew tal-Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew tal-Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(3), 10(1) u 12(6) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament (UE) Nru 375/2014, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi standards u proċeduri li jkopru l-kundizzjonijiet, l-arranġamenti u r-rekwiżiti meħtieġa li għandhom jiġu applikati mill-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti meta jidentifikaw, jagħżlu, iħejju, jimmaniġġaw u jimmobilizzaw il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex jappoġġjaw l-operazzjonijiet tal-Għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi. Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 jipprovdi biex dawn l-istandards jiġu adottati permezz ta' atti delegati u l-proċeduri li għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. |
(2) |
Il-partijiet interessati kollha tal-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inkluż il-voluntiera nfushom u l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti, għandhom jiġu mħeġġa jaqsmu sens ta' identità fl-inizjattiva. |
(3) |
Huwa importanti li l-voluntiera kandidati huma identifikati u magħżula b'mod mhux diskriminatorju, permezz ta' proċedura ġusta u trasparenti, abbażi ta' sħubija bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti, li jissodisfa r-rekwiżiti reali espressi fil-livell lokali mill-organizzazzjonijiet ospitanti. |
(4) |
Induzzjoni bir-reqqa għandha tiġi pprovduta miż-żewġ organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti biex tiġi evitata konfużjoni dwar ir-rwoli u l-aspettattivi u sabiex jipprovdu lill-voluntiera bi tħejjija prattika u xierqa ta' esperjenzi għal kollokamenti. Dan kieku jistabbilixxi l-bażi għall-fiduċja u l-aċċettazzjoni fi ħdan komunitajiet ospitanti b'kont sħiħ meħud ta' sensitivitajiet kulturali rilevanti. |
(5) |
It-taħriġ huwa parti essenzjali tat-tħejjija ta' qabel l-iskjerament li għandha tingħata lill-voluntiera kandidati kollha f'programm strutturat ta' korsijiet obbligatorji u fakultattivi. Barra minn hekk, professjonisti żgħażagħ għandhom ikunu awtorizzati, fejn rilevanti permezz ta' kollokamenti ta' apprendistat, biex ikomplu jiżviluppaw il-kompetenzi tagħhom u jakkwistaw għarfien speċifiku u ħiliet rilevanti għas-settur umanitarju. B'mod partikolari, dan għandu jkun xieraq għall-attivitajiet u l-kuntest tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti. |
(6) |
Għandha tiġi implimentata sistema ta' sorveljanza xierqa u ta' ġestjoni mill-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti. Huma għandhom ukoll konġuntament jissorveljaw u jivvalutaw il-prestazzjoni u l-kisbiet ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u jipprovdu feedback dwar il-kompiti u l-objettivi tagħhom. Dan għandu jgħin biex titjieb ir-responsabbiltà tal-inizjattiva tal-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE. |
(7) |
Mentoring għandu jikkumplimenta s-superviżjoni u l-ġestjoni u jipprovdi lill-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE b'appoġġ addizzjonali qabel, matul u wara l-iskjerament. |
(8) |
Għandu jiġi stabbilit kanal għal komunikazzjoni kontinwa u appoġġ addizzjonali mingħand l-organizzazzjoni emittenti waqt l-iskjerament f'pajjiżi terzi. Debriefing u t-tmiem ta' appoġġ ta' kollokament għandu jingħata lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kollha. |
(9) |
Provvista ta' kundizzjonijiet adegwati ta' xogħol u għajxien huma meħtieġa biex jippermettu lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex iwettqu l-karigi tagħhom f'ambjent sikur u sanitarju, u biex jilħqu l-bżonnijiet bażiċi tagħhom mingħajr ma jsofru tbatija personali, filwaqt li jirrispettaw l-ispirtu ta' stil ta' ħajja modest u mhux fieragħ bħala voluntier. Provvedimenti ta' sussistenza u pagamenti oħra allokati lil Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE mhumiex maħsuba li jirrappreżentaw is-salarju għal impjieg regolari. Ir-rati għal dawn il-pagamenti m'għandhomx jiġu stabbiliti fid-dawl ta' esperjenza professjonali, għarfien espert jew ir-riżultati ta' assenjazzjoni ta' kompiti tal-voluntier: huma jimmiraw b'mod uniku biex ikopru l-ispejjeż tal-ħajja matul l-iskjerament. Sabiex jiġi żgurat livell għoli u ugwali ta' ħarsien, il-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom ikunu koperti minn polza tal-assigurazzjoni komprensiva mfassla speċifikament biex tipproteġihom matul il-perjodu kollu tal-iskjerament tagħhom f'pajjiżi terzi u kwalunkwe perjodi rilevanti qabel u wara. |
(10) |
L-obbligu ta' diliġenza huwa tal-akbar importanza u huwa responsabbiltà konġunta. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom, sa fejn huwa possibbli, jieħdu ħsieb is-saħħa, is-sikurezza, is-sigurtà u l-benesseri tal-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE u jiżviluppaw proċeduri ta' sigurtà, saħħa u sikurezza. Il-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom, bl-istess mod, jagħmlu dak kollu possibbli biex jiżguraw is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà, u dik tal-oħrajn, fuq il-post tax-xogħol. |
(11) |
Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandha tkun proċess kontinwu fis-sistema kollha ta' kollokament. Dan għandu jkun ibbażat fuq is-superviżjoni u sistema ta' ġestjoni tal-prestazzjoni u billi tiġi pprovduta dejta li turi sa liema punt il-prestazzjoni individwali tal-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE tikkontribwixxi — fuq il-livell tar-riżultati u l-impatti — għall-objettivi tal-proġett u l-inizjattiva globali. |
(12) |
Huwa meħtieġ mekkaniżmu robust ta' ċertfikazzjoni li jiżgura li l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti jikkonformaw mal-istandards stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u l-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. Tali mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipji tas-simplifikazzjoni u n-nonduplikazzjoni, id-differenzjazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti, il-kost-effettività, it-trasparenza u l-imparzjalità, l-inkoraġġiment tad-diversità u l-aċċessibbiltà. |
(13) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. |
(14) |
Sabiex tassigura implimentazzjoni fil-ħin tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti peress li din tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ibbażati fuq liema organizzazzjonijiet ta' implimentazzjoni għandhom jibagħtu Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżi terzi. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU 1
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin elenkati fl-Artikoli 9(3), 10(1) u 12(6) tiegħu:
(a) |
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-identifikazzjoni, l-għażla u t-tħejjija neċessarja ta' qabel l-iskjerament tal-voluntiera kandidati, inklużi l-kollokamenti ta' apprendistat, meta rilevanti; |
(b) |
l-arranġamenti għall-programm ta' taħriġ u l-proċedura għall-valutazzjoni ta' kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu mmobilizzati; |
(c) |
dispożizzjonijiet għall-iskjerament u l-ġestjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'pajjiżi terzi, inklużi fost l-oħrajn, superviżjoni fil-post, appoġġ kontinwu permezz tal-ikkowċjar, mentoring, taħriġ addizzjonali, il-kundizzjonijiet ta' ħidma neċessarji, appoġġ wara l-mobilizzazzjoni; |
(d) |
dispożizzjonijiet għall-kopertura tal-assigurazzjoni u l-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-voluntiera, inklużi l-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni, l-ivvjaġġar u spejjeż oħra rilevanti; |
(e) |
il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti qabel, matul u wara l-iskjerament sabiex ikunu żgurati d-dover ta' attenzjoni u miżuri ta' sikurezza u sigurtà xierqa, inklużi protokolli ta' evakwazzjoni medika u pjanijiet ta' sigurtà li jkopru l-evakwazzjoni ta' emerġenza minn pajjiżi terzi, inklużi l-proċeduri neċessarji għall-koordinazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali; |
(f) |
il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(g) |
mekkaniżmu ta' ċertfikazzjoni li jiżgura li l-organizzazzjonijiet emittenti jikkonformaw mal-istandards u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014, u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet ospitanti. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għar-raġunijiet ta' dan ir-Regolament, se japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u d-definizzjonijiet li hemm fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. Għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“Qafas ta' Kompetenza” tfisser qafas skont it-tifsira stabbilita bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014; |
(b) |
“Pjan ta' Tagħlim u żvilupp” tfisser pjan skont it-tifsira stabbilita bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014; |
(c) |
“Ħarrieġ” tfisser persuna impjegata mill-fornitur tat-taħriġ li twassal moduli ta' taħriġ wieħed jew aktar jew l-iffaċilitar ta' eżerċizzji ta' simulazzjoni bbażata fuq il-kuntest u biex tevalwa l-kompetenzi tal-voluntiera kandidati; |
(d) |
“Ħarrieġ mentor” tfisser ħarrieġ, impjegat mill-fornitur tat-taħriġ, bi rwol ta' koordinament biex jivvaluta l-eliġibbiltà ta' voluntiera kandidati għall-iskjerament. Huwa jew hija j/tkun responsabbli għal grupp ta' voluntiera kandidati. J/tikkoordina l-valutazzjoni tal-kompetenzi tagħhom abbażi ta' feedback minn ħarrieġa oħrajn, u j/tinvolvi ruħu/ruħha ma' voluntiera kandidati individwalment biex jirriflettu dwar il-valutazzjoni tagħhom stess u l-valutazzjoni tal-għalliema; |
(e) |
“Mentoring” tfisser proċess ta' komunikazzjoni informali ta' għarfien, il-kapital soċjali u l-appoġġ psikosoċjali rilevanti għax-xogħol, il-karriera jew l-iżvilupp professjonali. Mentoring jinvolvi komunikazzjoni informali, ġeneralment wiċċ imb' wiċċ u fuq tul ta' żmien, bejn persuna identifikata mill-organizzazzjoni ospitanti bħala l-mentor, minn naħa waħda, li hu pperċepit li għandu l-għarfien, il-kompetenzi u l-esperjenza rilevanti, u l-Volontier tal-Għajnuna tal-UE, min-naħa l-oħra; |
(f) |
“Debriefing” tfisser proċess li jipprovdi lill-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti u lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE b'informazzjoni ċara dwar ir-riżultati tal-assenjar, il-kisbiet tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, u rakkomandazzjonijiet jew tagħlim mill-esperjenza tagħhom kif ukoll il-kapitalizzazzjoni, it-tagħlimiet miksuba u l-għeluq professjonali pożittiv tal-kollokament. |
KAPITOLU 2
PROĊEDURI GĦALL-IDENTIFIKAZZJONI U L-GĦAŻLA TA' VOLUNTIERA KANDIDATI
Artikolu 3
L-identifikazzjoni u l-proċedura ta' għażla
1. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jistabbilixxu flimkien il-proċedura tal-identifikazzjoni u l-għażla. Ir-rwoli, ir-responsabbiltajiet u l-proċessi għandhom ikunu definiti biex tkun żgurata proċedura trasparenti, ġusta u effettiva fil-proċess ta' reklutaġġ fir-rigward tal-istandard dwar it-trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-non-diskriminazzjoni, kif stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.
2. Il-proċeduri tal-identifikazzjoni u l-għażla għandhom ikunu bbażati fuq sħubija bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk ospitanti u komunikazzjoni f'waqtha u kontinwa. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiżgura li l-organizzazzjoni ospitanti hija konsistentement involuta tul il-proċess kollu ta' reklutaġġ.
3. Il-proċedura ta' identifikazzjoni u ta' għażla maqbula għandha tkun applikabbli għall-istadji kollha tal-proċess ta' reklutaġġ.
4. Il-proċedura ta' identifikazzjoni u ta' għażla għandha tinkludi bħala minimu:
(a) |
Definizzjoni ta' assenjazzjoni ta' kompiti, il-profil tal-kompetenza u l-kriterji tal-għażla tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kif stabbilit fl-Artikolu 4; |
(b) |
It-tħabbir u l-applikazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 5; |
(c) |
Il-valutazzjoni, it-tniżżil fil-preselezzjoni u l-ewwel selezzjoni tal-applikanti kif stabbilit fl-Artikolu 6; |
(d) |
L-għażla kif imsemmija fl-Artikolu 7. |
Artikolu 4
Definizzjoni ta' assenjazzjoni ta' kompiti, il-profil tal-kompetenza u l-kriterji tal-għażla għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE
1. Fuq il-bażi ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet li għandha ssir skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġu adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014, l-organizzazzjoni ospitanti għandha tipproponi, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness I, l-assenjazzjoni ta' kompiti għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inklużi elementi ta' flessibbiltà biex jitqiesu ladarba jiġi impjegat l-input tal-voluntier meta jkun magħżul.
2. L-organizzazzjoni emittenti għandha tirrevedi l-assenjazzjoni ta' kompiti biex timmodifikaha, kif meħtieġ, sabiex jiġi żgurat tqabbil xieraq u realistiku, b'kont meħud tal-kompetenzi mistennija tal-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE u l-kapaċità ta' assorbiment u l-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni ospitanti.
3. Abbażi tal-assenjazzjoni ta' kompiti u l-qafas ta' kompetenza, l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiddefinixxu profil ta' kompetenza tal-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE b'rekwiżiti minimi li għandhom jintużaw fil-proċess tar-reklutaġġ. Il-profil tal-kompetenza għandu jindika wkoll jekk il-voluntier huwiex uffiċjal anzjan jew żagħżugħ professjonali u l-ħtieġa għal kwalunkwe kollokament ta' apprendistat.
Artikolu 5
It-tħabbir u l-applikazzjoni
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha tkun responsabbli għat-tħabbir ta' dan il-kollokament. B'input mill-organizzazzjoni ospitanti, għandha tagħmel pakkett ta' informazzjoni ta' tħabbir sabiex tinfurma dwar l-inizjattiva u tattira voluntiera kandidati.
2. It-tħabbir għandu jkun mill-inqas bl-Ingliż, miktub b'lingwaġġ ċar, konkret u aċċessibbli, u jipprovdi informazzjoni dwar il-pożizzjoni offruta lill-voluntier kandidat skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness I.
3. Għandu jiġi ppubblikat għal minimu ta' xahar fuq il-pjattaforma ċentrali tal-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bil-possibbiltà li jintużaw iktar opportunitajiet ta' promozzjoni biex jiġu attirati applikanti mal-pjattaforma ċentrali. F'ċirkostanzi debitament ġustifikati għal kollokamenti għal reazzjoni għal kriżi għall-għajnuna umanitarja, it-tħabbir jista' jiġi assenjat għal inqas minn xahar, iżda mhux inqas minn ġimgħa.
4. L-applikanti għandhom japplikaw billi jużaw formola ta' applikazzjoni standard, inkluż CV strutturat. L-applikanti għandhom ukoll jimlew kwestjonarju ta' awtovalutazzjoni standardizzat li jivvaluta l-kompetenzi tagħhom kif meħtieġ għall-qafas ta' kompetenza u l-adattabilità tagħhom għal assenjazzjoni ta' kompiti u l-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol imsemmi fit-tħabbir. Fuq dawn, huma għandhom ikunu meħtieġa jagħtu l-kunsens tagħhom.
Artikolu 6
il-Valutazzjoni, it-tqegħid fil-preselezzjoni u l-ewwel selezzjoni
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha tivvaluta applikanti abbażi tal-informazzjoni mogħtija fil-formola tal-applikazzjoni u kwestjonarju ta' awtovalutazzjoni, dikjarazzjoni tal-motivazzjoni tagħhom biex jipparteċipaw fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE — u l-kollokament speċifiku — u l-valutazzjoni tal-kapaċità tagħhom li jiġi analizzat xenarju rilevanti ta' għajnuna umanitarja permezz ta' test bil-miktub, f'forma ta' komponiment jew testijiet simili.
2. Abbażi tal-valutazzjoni, l-organizzazzjoni emittenti għandha tipprovdi preselezzjoni tal-applikanti lill-organizzazzjoni ospitanti bil-ħsieb ta' ftehim konġunt dwar lista qasira ta' applikanti li jridu jiġu intervistati.
3. Kandidati tal-ewwel selezzjoni għandhom jiġu mistiedna għal intervista strutturata bbażata fuq il-qafas ta' kompetenza. L-intervista tista' ssir wiċċ imb wiċċ jew bl-użu ta' teknoloġiji tat-telekomunikazzjoni, fejn possibbli, bil-parteċipazzjoni tal-organizzazzjoni ospitanti. Metodi ta' valutazzjoni addizzjonali jistgħu jinkludu ċ-ċentri tal-valutazzjoni, l-attivitajiet tal-grupp u eżerċizzji ta' simulazzjoni tax-xogħol.
4. L-organizzazzjoni emittenti tista' twettaq, fejn meħtieġ, referenza personali u professjonali ta' verifiki ta' referenza qabel l-għażla finali. L-applikanti għandhom ikunu informati dwar il-proċess analitiku fil-bidu tal-proċess fit-tħabbir.
Artikolu 7
L-Għażla
1. L-organizzazzjoni ospitanti għandha tieħu d-deċiżjoni finali dwar il-voluntier kandidat magħżul u għandha tikkonferma l-għażla tagħha lill-organizzazzjoni emittenti, li se tkun responsabbli għall-għoti ta' pożizzjoni u tħejji l-fażi ta' induzzjoni. Għal kull pożizzjoni, voluntiera sostituti jistgħu jintgħażlu biex jissostitwixxu l-kandidat f'każ li huwa jew hija j/tirriżenja jew ma għadux/għadhiex disponibbli.
2. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom ikunu kapaċi li juru u jiġġustifikaw kif ikunu ħadu d-deċiżjoni tal-għażla tagħhom fir-rigward tal-prinċipji ta' trattament ugwali, l-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni fis-sistema kollha ta' identifikazzjoni u l-proċess tal-għażla.
3. Il-proċedura tal-għażla għandha titlesta fi żmien raġonevoli. L-organizzazzjoni emittenti għandha tinforma l-applikanti kollha dwar id-deċiżjoni tal-għażla u tinfurmahom dwar il-possibbiltà li jingħataw feedback. Hija għandha tistieden lill-voluntier kandidat magħżul b'suċċess biex jikkonferma bil-miktub l-interess tiegħu biex jipparteċipa fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
4. L-organizzazzjoni emittenti għandha tassigura li d-dokumentazzjoni relatata mal-identifikazzjoni u l-proċess ta' għażla tkun traċċabbli u miżmuma skont l-istandard għall-protezzjoni tad-dejta kif stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.
Artikolu 8
il-Valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta' tagħlim
1. Abbażi tar-riżultati tal-proċess ta' reklutaġġ, il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni emittenti u l-iskjerament previst, l-organizzazzjoni emittenti għandha tivvaluta, b'konsultazzjoni mal-organizzazzjoni ospitanti u l-voluntier kandidat, il-ħtiġijiet tat-tagħlim u jidentifikaw moduli ta' taħriġ għal parteċipazzjoni abbażi tal-kriterji li ġejjin:
(a) |
Anzjanità, bil-possibbiltà għal professjonisti anzjani li jiffokaw fuq moduli obbligatorji u li jagħżlu l-livell xieraq ta' tmexxija ta' proġetti ta' taħriġ u moduli ottiċi speċjalizzati; |
(b) |
Il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni ospitanti għal kompetenzi speċifiċi, li għandha tiġi indirizzata permezz ta' parteċipazzjoni tal-voluntier kandidat f'moduli ottiċi; |
(c) |
Kompetenzi ġenerali tal-voluntier kandidat, li għandhom jiġu indirizzati permezz ta' parteċipazzjoni f'moduli ottiċi. |
2. L-organizzazzjoni emittenti għandha timla l-pjan ta' tagħlim u ta' żvilupp kif stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u jiġu identifikati l-kompetenzi valutati tal-voluntiera kandidati magħżula b'suċċess u l-ħtiġijiet ta' tagħlim tagħhom, li għandhom jiġu trasmessi lill-fornituri tat-taħriġ.
KAPITOLU 3
IL-PROGRAMM TA' TAĦRIĠ TAL-INIZJATTIVA VOLONTIERA TAL-GĦAJNUNA TAL-UE
Artikolu 9
Il-programm ta' taħriġ
1. Programm ta' taħriġ għall-voluntiera kandidati magħżula b'suċċess għandu jiġi implimentat permezz ta' taħriġ tal-fornitur(i), fejn rilevanti, minn organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti u voluntiera tal-passat.
2. Il-programm ta' taħriġ għandu jkun ibbażat fuq il-qafas ta' kompetenza u għandu jkun adattabbli għall-ħtiġijiet kemm ta' professjonisti żgħażagħ u anzjani.
3. Il-programm ta' taħriġ għandu jkun jikkonsisti f'approċċ ta' tagħlim magħqud imsejjes fuq it-tagħlim elettroniku u l-moduli fil-klassi.
4. Moduli obbligatorji għall-voluntiera kandidati kollha għandhom jinkludu:
(a) |
Introduzzjoni ġenerali lill-Unjoni fir-relazzjonijiet esterni tagħha u s-sistema ta' rispons għal kriżijiet; |
(b) |
Introduzzjoni għal azzjoni umanitarja, il-politika ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni u l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(c) |
Il-ġestjoni tas-sikurezza personali, is-sigurtà u s-saħħa; |
(d) |
Il-ġestjoni tal-proġett; |
(e) |
L-għarfien interkulturali (u kwistjonijiet trasversali); |
(f) |
Eżerċizzju ta' simulazzjoni bbażat fuq il-kuntest ta' voluntiera kandidati li jeħtieġu juru l-kompetenzi miksuba. |
5. Il-moduli ottiċi għandhom jinkludu:
(a) |
Il-promozzjoni u l-komunikazzjoni; |
(b) |
L-ewwel għajnuna psikoloġika; |
(c) |
It-taħriġ tal-multiplikaturi; |
(d) |
Il-ġestjoni tal-volontiera; |
(e) |
L-iżvilupp organizzazzjonali; |
(f) |
Moduli mfassla apposta, fejn ikun meħtieġ, b'mod partikolari li jirrigwardaw l-adattament tal-kompetenzi tekniċi ta' voluntiera kandidati għall-kuntest tal-għajnuna umanitarja. |
6. Voluntiera kandidati għandhom jattendu l-moduli kollha obbligatorji u jistgħu jattendu modulu/i fakultattiv/i wieħed jew aktar li għandhom jintgħażlu skont l-Artikolu 8.
7. Il-kurrikulu ta' taħriġ, b'dettalji ta' kull modulu, inkluż l-istatus tiegħu, il-grupp fil-mira, l-iskeda taż-żmien, il-kompetenzi indirizzati u l-eżiti tat-tagħlim marbutin, għandu jkun kif stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 10
Il-valutazzjoni ta' voluntiera kandidati matul u wara t-taħriġ
1. Matul it-taħriġ u mat-tlestija, voluntiera kandidati għandhom jiġu vvalutati għal kemm ikunu ppreparati għall-iskjerament ibbażat fuq il-qafas ta' kompetenza.
2. Il-valutazzjoni għandha tiġi organizzata konġuntament mal-ħarrieġa, bi rwol ewlieni fil-koordinazzjoni li għandu jkollu l-mentor tat-taħriġ tal-voluntiera kandidati.
3. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-ħarrieġa tal-voluntier kandidat, l-għarfien, il-ħiliet u l-attitudni, fosthom:
(a) |
L-awtovalutazzjoni għandha timtela mill-voluntier kandidat wara l-eżerċizzju ta' simulazzjoni bbażat fuq il-kuntest; |
(b) |
Noti ta' osservazzjoni li għandhom jiġu pprovduti mill-ħarrieġa wara kull modulu u wara l-eżerċizzju ta' simulazzjoni bbażat fuq il-kuntest; |
(c) |
Valutazzjoni tat-taħriġ tal-mentor li tipprovdi analiżi kritika tal-awtovalutazzjoni u n-noti ta' osservazzjoni minn sessjoni ta' mentoring personali bejn il-mentor tat-taħriġ u l-voluntier kandidat abbażi ta' feedback mill-ħarrieġa. |
4. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi kollha għandha tiġi inkluża fil-pjan ta' tagħlim u żvilupp tal-voluntier kandidat li għandu jiġi aġġornat wara t-tlestija tat-taħriġ u jindika l-korsijiet segwiti u r-riżultati miksuba.
5. Il-voluntiera kandidati li jkollhom livell ta' profiċjenza baxxa fi kwalunkwe mill-kompetenzi transversali jew speċifiċi għandhom jiġu skwalifikati. Il-ħarrieġa u l-mentor tat-taħriġ għandhom ikunu kapaċi jispjegaw u jiġġustifikaw, jekk ikun meħtieġ, tali valutazzjoni u deċiżjoni.
KAPITOLU 4
IL-PROĊEDURI TA' TĦEJJIJA TA' QABEL L-ISKJERAMENT TA' VOLUNTIERA KANDIDATI
Artikolu 11
Il-programm ta' induzzjoni
1. Il-proċess ta' induzzjoni għandu jiffamiljarizza l-kandidat jew il-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE permezz tal-kultura, il-politiki u l-prattiki tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti, u l-aspettattivi tal-assenjazzjoni ta' kompiti.
2. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt programm ta' induzzjoni. Il-programm għandu jiddefinixxi r-rwoli u r-responsabbiltajiet tagħhom abbażi tal-inputs mibgħuta lura minn Volontiera tal-Għajnuna tal-UE, fejn possibbli, biex jibbenefikaw mit-tagħlim u l-esperjenza diretta tagħhom. Il-programm għandu jinkludi:
(a) |
Induzzjoni ta' qabel l-iskjerament mill-organizzazzjoni emittenti prevista fl-Artikolu 12; |
(b) |
Induzzjoni ta' qabel l-iskjerament mill-organizzazzjoni emittenti prevista fl-Artikolu 18. |
3. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom, fejn huwa xieraq, jorganizzaw sessjonijiet konġunti li jinvolvu Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jew il-kandidati kollha flimkien.
Artikolu 12
L-induzzjoni ta' qabel l-iskjerament
1. L-organizzazzjonijiet emittenti għandhom jiżguraw li l-voluntiera kandidati kollha jirċievu induzzjoni bir-reqqa u xierqa wiċċ imb' wiċċ qabel l-iskjerament tagħhom. Din għandha tinkludi bħala minimu, li ġej:
(a) |
L-organizzazzjoni u l-istruttura ta' ġestjoni u l-proċessi, it-timijiet involuti fil-proġett (inkluż il-maniġer tal-proġett, l-uffiċjal tal-ġestjoni tal-kriżi, ir-riżorsi umani), il-missjoni u l-objettivi organizzjonali fir-rigward tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(b) |
Informazzjoni komprensiva għall-kuntest tal-proġett li fih il-voluntier kandidat għandu jopera, l-assenjazzjoni ta' kompiti tiegħu u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet li hija bbażata fuqu; u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien maħsuba kif ipprovduti fl-Artikoli 22 u 24-27; |
(c) |
Il-qafas legali rilevanti applikabbli lill-volontier kif stabbilit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014; |
(d) |
L-istandards u l-proċeduri rilevanti lill-volontier, inklużi lmenti u azzjonijiet dixxiplinarji, kontra l-frodi u l-korruzzjoni, il-ħarsien tat-tfal u tal-adulti vulnerabbli, il-kodiċi ta' kondotta kif stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014; |
(e) |
Briefing tas-sigurtà obbligatorju speċifiku għall-kuntest u tgħarrif tas-saħħa u s-sigurtà (inkluż eżami mediku qabel it-tluq) kif stabbilit fl-Artikoli 28 u 30; |
(f) |
Superviżjoni u s-sistema ta' ġestjoni tal-prestazzjoni u ta' proċedura, u mekkaniżmi ta' appoġġ eżistenti, inkluż mentoring u appoġġ ieħor kif stabbilit fl-Artikoli 19, 20 u 21; |
(g) |
Il-pjan ta' taħriġ u żvilupp; |
(h) |
Informazzjoni dwar in-netwerk għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u kif hi tappoġġja l-voluntieri qabel, matul u wara l-iskjerament; |
(i) |
Informazzjoni dwar il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-attivitajiet previsti fil-proġett, ibbażat fuq il-pjan ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014, inkluż l-Uffiċjal tal-Informazzjoni Reġjonali responsabbli tal-Kummissjoni. |
(j) |
Debriefing permezz ta' mistoqsijiet fl-Artikolu 23; |
2. Fil-kuntest tal-induzzjoni, l-organizzazzjoni emittenti għandha wkoll tipprovdi informazzjoni dwar l-uffiċċju tal-għajnuna umanitarja fuq il-post tal-Kummissjoni responsabbli għall-pajjiż ta' skjerament u tgħarraf dan l-uffiċċju bl-iskjerament imminenti tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
3. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha pprovduta matul il-proċess tal-induzzjoni tinqara u tinftiehem faċilment mill-voluntiera kandidati u tibqa' faċilment aċċessibbli matul il-parteċipazzjoni tagħhom fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
Artikolu 13
Kollokamenti ta' apprendistat għal professjonisti żgħażagħ
1. Voluntiera kandidati li huma professjonisti żgħażagħ jistgħu jkunu meħtieġa, apparti t-taħriġ, li jagħmlu kollokament ta' apprendistat ma' organizzazzjoni emittenti biex jitgħallmu l-proċeduri, l-etika u l-kuntest għall-ħidma umanitarja u biex ikomplu jitħejjew għal skjerament previst bħala Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. It-tul ta' żmien tal-apprendistat għandu jkun għal perjodu massimu ta' sitt xhur b'possibbiltà għal estensjoni limitata f'każijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati.
2. L-organizzazzjoni emittenti, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjoni emittenti u l-apprentist voluntier, għandha tirrevedi u taġġorna l-ħtiġijiet tat-tagħlim u l-pjan ta' żvilupp tat-tagħlim skont il-ħtiġijiet ta' kollokament ta' apprendistat. Il-pjan ta' taħriġ u żvilupp għandu jiddefinixxi b'mod partikolari:
(a) |
Ir-riżultati tat-tagħlim tal-apprentist voluntier li huwa mistenni li jilħaq matul il-perjodu tal-apprendistat tiegħu; |
(b) |
Il-kompiti l-apprentist voluntier se jwettaq bħala parti mill-proċess ta' tagħlim u r-riżorsi li għandhom jiġu stabbiliti; |
(c) |
L-objettivi u r-riżultati li l-apprentist voluntier huwa mistenni li jilħaq fi tmiem il-perjodu ta' apprendistat. |
3. L-artikoli li ġejjin ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-kollokamenti ta' apprendistat ma' obbligi għal organizzazzjonijiet emittenti li jospitaw l-apprentisti voluntiera:
(a) |
L-Artikolu 19(4), (5), (6) u (9), l-Artikoli 21 u 22. |
(b) |
L-Artikolu 24 ħlief għall-paragrafu 5. Voluntiera kandidati li jiġu minn pajjiżi tal-UE jew minn pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 23(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 skont il-kundizzjonijiet imsemmija f'dak l-Artikolu, li huma koperti minn skema nazzjonali ta' sigurtà soċjali jew assigurazzjoni fil-pajjiż ta' residenza tagħhom u li qed jagħmlu kollokament ta' apprendistat fil-pajjiżi msemmija hawn fuq għandhom jirċievu biss kopertura komplementari. Dan ifisser li l-kopertura tal-assigurazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għall-ispejjeż minbarra l-kopertura pprovduta mis-sistema nazzjonali ta' sigurtà soċjali jew l-iskema ta' assigurazzjoni. F'każijiet ġustifikati b'mod eċċezzjonali, fejn jew l-iskema tal-assigurazzjoni tas-sigurtà soċjali nazzjonali tkopri biss parti jew xejn mill-ispejjeż stabbiliti fl-Artikolu 24(5), 100 % tal-ispejjeż għandhom ikunu koperti. |
(c) |
L-Artikolu 25, ħlief għall-paragrafu 6, l-Artikolu 26 u l-Artikolu 27(1), fejn rilevanti. |
(d) |
L-Artikolu 28(1), (8) u (14) u l-Artikolu 30(1), (4), (5), (6) and (7). |
Artikolu 14
Valutazzjoni tal-voluntiera kandidati wara l-apprendistat
1. Fi tmiem l-apprendistat, l-apprendist volontier għandu jimla awtovalutazzjoni abbażi tal-qafas ta' kompetenzi u l-pjan ta' tagħlim u ta' żvilupp.
2. Is-superjur mill-organizzazzjoni emittenti, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjoni ospitanti, għandu jirrevedi l-istima tagħha stess u jivvaluta l-apprentist volontier b'mod partikolari:
(a) |
Jivvaluta l-prestazzjoni tal-apprentist volontier skont l-objettivi tiegħu; |
(b) |
Jirrieżamina jekk ir-riżultati miftehma intlaħqux; |
(c) |
Jidentifika r-riżultati tat-tagħlim. |
3. Voluntiera kandidati li jkollhom livell ta' profiċjenza baxx fi kwalunkwe waħda mill-kompetenzi transversali jew speċifiċi għandhom jiġu skwalifikati u m'għandhomx ikunu eliġibbli biex isiru Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Is-superjur mill-organizzazzjoni emittenti għandu jkun kapaċi jispjega u jiġġustifika, jekk ikun meħtieġ, tali valutazzjoni u deċiżjoni.
Artikolu 15
Taħriġ ta' qabel l-iskjerament addizzjonali
Mingħajr preġudizzju għall-parteċipazzjoni tal-voluntier kandidat fil-programm ta' taħriġ jew bħala apprendist volontier, l-organizzazzjoni emittenti tista' tipprovdi taħriġ xieraq addizzjonali ta' qabel l-iskjerament, bħal taħriġ li jirrigwarda l-adattament tal-kompetenzi tekniċi ta' voluntiera kandidati biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-organizzazzjoni ospitanti, it-taħriġ fil-lingwi meħtieġa għall-pajjiż ta' skjerament, eċċ.
Artikolu 16
Il-kuntratt mal-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE
1. Abbażi ta' dak li joħroġ mill-induzzjoni ta' qabel l-iskjerament u, fejn rilevanti, il-kollokament ta' apprendistat u t-taħriġ ieħor ta' qabel l-iskjerament imsemmi fl-Artikoli 13-15, l-organizzazzjoni emittenti, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjoni ospitanti, għandha tikkonferma il-valutazzjoni finali għall-eliġibbiltà tal-voluntier kandidat biex jiġi mobilizzat bħala Volontier tal-Għajnuna tal-UE.
2. L-organizzazzjoni emittenti u l-Volontier tal-Għajnuna tal-UE vvalutat b'suċċess għandhom jiffirmaw kuntratt ta' skjerament kif stabbilit fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.
3. Il-kuntratt, li għandu jiġi ddefinit f'konsultazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet ospitanti, għandu jistipula t-termini speċifiċi tal-iskjerament u d-drittijiet u l-obbligi tal-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE. Għandu jindika wkoll il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-ġurisdizzjoni tal-kuntratt skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u jinkludi bħala minimu l-elementi li ġejjin:
(a) |
Speċifikazzjoni dwar ir-rwol tal-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE, it-titolu, it-tul ta' żmien u l-post ta' kollokament, u l-kompiti li għandhom jitwettqu kif definit fl-assenjazzjoni ta' kompiti inklużi l-elementi li ġejjin mill-pjan ta' komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014; |
(b) |
It-tul ta' żmien tal-kuntratt, inkluża d-data tal-bidu u tat-tmiem; |
(c) |
Il-ġestjoni tal-prestazzjoni, inklużi:
|
(d) |
Il-kondizzjonijiet tax-xogħol, inklużi s-sigħat tax-xogħol u liv; |
(e) |
Id-drittijiet u l-obbligi finanzjarji tal-Volontier ta' Għajnuna tal-UE, inklużi l-arranġamenti meħtieġa għall-provvista tagħhom:
|
(f) |
L-arranġamenti prattiċi:
|
(g) |
Il-kunfidenzjalità; |
(h) |
Il-kondotta mistennija mill-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE, inkluża l-integrità u l-kodiċi ta' kondotta, u li jħarsu lit-tfal u l-adulti vulnerabbli inkluża tolleranza żero lejn l-abbuż sesswali, li tiġi annessa mal-kuntratt; |
(i) |
Il-politika dixxiplinari u t-terminazzjoni tal-istatus ta' voluntier; |
(j) |
Il-mekkaniżmu ta' medjazzjoni għal riżoluzzjoni ta' problemi, ilmenti u tilwim; |
(k) |
Ir-responsabbiltajiet u l-linji politiċi applikabbli għal ġestjoni tas-sigurtà u s-saħħa u s-sikurezza; |
(l) |
It-tagħlim u l-iżvilupp:
|
4. F'każ ta' tilwim bejn l-organizzazzjoni li topsita jew emittenti u l-Volontier tal-Għajnuna tal-UE, il-Volontier tal-Għajnuna tal-UE għandu jkollu d-dritt għal rimedju legali effettiv, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali applikabbli lill-organizzazzjoni emittenti.
Artikolu 17
Dħul fil-bażi tad-dejta
Malli tirċievi l-kunsens espliċitu mill-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE, l-organizzazzjoni emittenti għandha tidħol fil-bażi tad-dejta tal-Volontier tal-Għajnuna tal-UE msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 (“il-bażi tad-dejta”). Kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali b'rabta ma' din il-bażi tad-dejta għandu jsir skont l-istandard għall-protezzjoni tad-dejta kif stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. Għal kwalunkwe pproċessar ta' dejta personali b'rabta ma' din il-bażi ta' dejta mill-Kummissjoni, ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (2) huwa applikabbli.
KAPITOLU 5
IL-PROĊEDURI GĦALL-ISKJERAMENT U L-ĠESTJONI TA' VOLONTIERA TAL-GĦAJNUNA TAL-UE
Artikolu 18
L-induzzjoni fil-pajjiż stess
1. L-organizzazzjonijiet ospitanti għandhom jiżguraw li l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jirċievu kollha induzzjoni bir-reqqa u xierqa fil-pajjiż mal-wasla tagħhom fil-pajjiż ta' skjerament li, bħala minimu, tkopri li ġej:
(a) |
L-organizzazzjoni u l-istruttura ta' ġestjoni u l-proċessi; it-timijiet involuti fil-proġett (inklużi l-uffiċjal ta' ġestjoni tal-proġett, it-tim operazzjonali u tekniku, l-uffiċjal tal-ġestjoni ta' kriżi, it-timijiet ta' appoġġ bħar-riżorsi umani u l-finanzi); is-sit(i) tal-proġett; u l-missjoni u l-objettivi organizzazzjonali fir-rigward tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(b) |
Informazzjoni komprensiva dwar il-missjoni, il-mandat u l-proġetti tal-organizzazzjoni li qed tospita; il-komunitajiet involuti; il-kuntest operazzjonali; u l-aspettativi dwar l-eżiti u r-riżultati mill-assenjazzjoni ta' kompiti u valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE li hija bbażata fuqha; |
(c) |
Il-qafas legali lokali rilevanti applikabbli għall-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE; |
(d) |
Briefing tas-sigurtà obbligatorju speċifiku għall-kuntest u briefing tas-saħħa u s-sigurtà kif stabbilit fl-Artikoli 28 u 30; |
(e) |
Superviżjoni u s-sistema ta' ġestjoni tal-prestazzjoni u ta' proċedura, u mekkaniżmi ta' appoġġ eżistenti, inkluż mentoring u appoġġ ieħor kif stabbilit fl-Artikoli 19, 20 u 21; |
(f) |
Briefing kulturali dwar il-pajjiż, ir-reġjun u l-lokalità ta' skjerament, inkluża gwida dwar imġiba xierqa; |
(g) |
Debriefing tal-pajjiż permezz ta' mistoqsijiet kif stabbilit fl-Artikolu 23. |
2. L-organizzazzjoni li qed tospita għandha tiżgura li l-informazzjoni kollha pprovduta matul il-proċess tal-induzzjoni tinqara u tinftiehem faċilment mill-voluntiera kandidati u tibqa' faċilment aċċessibbli matul il-parteċipazzjoni tagħhom fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
Artikolu 19
Is-superviżjoni u l-ġestjoni tal-prestazzjoni
1. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiżviluppaw flimkien sistema ta' ġestjoni tal-prestazzjoni, abbażi tar-riżultati mistennija, biex jitkejjel il-progress u l-kwalità tal-ħidma tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE skont il-kompitu assenjat.
2. Il-proċedura ta' ġestjoni ta' prestazzjoni għandha tispeċifika r-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għas-superviżjoni tal-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE.
3. Matul iż-żmien ta' induzzjoni, l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jistabbilixxu, flimkien mal-Volontier tal-Għajnuna tal-UE, l-objettivi tagħhom tal-prestazzjoni u tagħtihom l-opportunità li jikkummentaw dwar elementi ta' flessibbiltà fl-assenjazzjoni ta' kompiti.
4. L-organizzazzjoni li qed tospita għandha taħtar superjur li ser ikun responsabbli biex jissorvelja l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, li magħhom is-superjur għandu jkollu frekwenza raġonevoli u prattika ta' laqgħat ta' superviżjoni.
5. Fejn xieraq, skont it-tul tal-kollokament, l-organizzazzjoni emittenti u s-superjur mill-organizzazzjoni ospitanti, flimkien mal-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE, għandha twettaq analiżi konġunta tal-prestazzjoni ta' nofs it-terminu biex formalment tevalwa l-proċess ta' integrazzjoni, il-progress fuq l-objettivi, u li taġġusta mill-ġdid l-objettivi u l-assenjazzjoni ta' kompiti u l-pjan ta' tagħlim u ta' żvilupp.
6. Meta l-konklużjoni tar-rieżami ta' nofs il-perjodu huwa li l-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE juru profiċjenza baxxa fi kwalunkwe kompetenza trasversali jew speċifika, l-organizzazzjoni ospitanti bi ftehim mal-organizzazzjoni emittenti tista' tieħu d-deċiżjoni li ttemm l-iskjerament qabel iż-żmien. Għandhom ikunu kapaċi jispjegaw u jiġġustifikaw, jekk ikun meħtieġ, tali valutazzjoni u deċiżjoni.
7. L-organizzazzjoni emittenti u s-superjur mill-organizzazzjoni ospitanti, flimkien mal-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE, għandhom iwettqu rieżami tal-prestazzjoni finali biex jevalwaw fi tmiem il-kollokament il-kisbiet tal-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE mal-objettivi għal assenjazzjoni tal-kompiti tagħhom u l-pjan tat-tagħlim u ta' żvilupp.
8. Ir-riżultati minn dan ir-rieżami tal-prestazzjoni għandhom jiġu integrati fil-pjan tat-tagħlim u ta' żvilupp tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE
9. L-organizzazzjoni emittenti għandha żżomm rekords tar-rieżami tal-prestazzjoni skont l-istandards tal-protezzjoni tad-dejta kif stabbilit fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014 u tibgħat konferma għall-bażi ta' dejta jekk il-kollokament tlestiex b'suċċess u, jekk le, ir-raġuni tagħha.
Artikolu 20
Appoġġ kontinwu minn organizzazzjonijiet emittenti
1. Qabel l-iskjerament, l-organizzazzjoni emittenti għandha taħtar persuna ta' kuntatt li għandha tkun disponibbli għat-tul tal-iskjerament u li għandha jkollha kuntatti regolari mal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex
(a) |
tappoġġja s-sistemazzjoni u t-tranżizzjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(b) |
tipprovdi appoġġ addizzjonali meħtieġ lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-organizzazzjoni ospitanti; |
(c) |
tieħu sehem f'dan ir-rieżami ta' nofs il-perjodu u finali u f'laqgħat oħra, jekk meħtieġ; kif ukoll |
(d) |
tipprovdi appoġġ ta' medjazzjoni f'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-organizzazzjoni ospitanti u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. |
2. Jekk il-persuna ta' kuntatt maħtura m'għadhiex kapaċi taqdi dan ir-rwol matul l-iskjerament, għandu jinstab sostitut malajr kemm jista' jkun sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta' appoġġ.
Artikolu 21
Il-Mentoring
1. L-organizzazzjoni ospitanti għandha tinnomina wieħed jew aktar mentors għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li jipprovdi/u appoġġ f'oqsma bħal:
(a) |
l-iżvilupp ta' ħiliet professjonali u t-titjib tal-prestazzjoni u l-għarfien; |
(b) |
l-integrazzjoni kulturali u l-akklimatizzazzjoni; |
(c) |
it-taħriġ relatat mal-kompitu assenjat; kif ukoll |
(d) |
jittrattaw kwistjonijiet psikosoċjali. |
2. Il-mentors maħtura(in) għandu/hom ikollu/hom aċċess għal, u jibbaża/w l-appoġġ tagħhom, fuq il-pjan ta' tagħlim u żvilupp u l-assenjazzjoni ta' kompiti tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Il-mentor(s) għandu/hom jiltaqgħu regolarment mal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li jirrifletti fuq il-progress tagħhom u jgħin biex issolvi kwalunkwe kwistjonijiet personali u relatati mal-kollokament;
3. Il-mentoring għandu jqis ir-realtajiet lokali u għandu, fejn possibbli, ikun adattat għal voluntiera lokali wkoll.
4. L-organizzazzjoni emittenti għandha tħaffef il-provvista ta' mentoring permezz ta' ħidma fi sħubija mal-organizzazzjoni ospitanti biex tipprovdi analiżi, taħriġ u appoġġ għall-bini tal-kapaċità, u billi jiġu identifikati fl-istrutturi u fin-netwerks tagħhom stess individwi b'ħiliet komplimentari u maħtura f'każ ta' livell baxx ta' disponibbiltà ta' għarfien lokali.
5. Fejn xieraq, mentoring remot jista' jiġi kkunsidrat, b'mod partikolari bl-użu tan-netwerk għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
Artikolu 22
Il-kondizzjonijiet tax-xogħol
1. Il-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE kollha se jkollhom kundizzjonijiet adegwati tax-xogħol sabiex ikollhom prestazzjoni tajba waqt il-kollokamenti tagħhom u biex jiġi żgurat il-benesseri tagħhom, il-motivazzjoni, is-saħħa u s-sigurtà. Huma għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 89/391/KE (3) u d-Direttiva 2003/88/KE (4).
2. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jaħdmu flimkien biex jiddefinixxu l-kundizzjonijiet tax-xogħol adegwati bbażati fuq kuntesti operattivi lokali u nazzjonali.
3. L-organizzazzjoni ospitanti għandha tipprovdi l-informazzjoni meħtieġa u tipproponi l-kondizzjonijiet tax-xogħol sakemm huma adattati u xierqa li għandhom jiġu vvalutati mill-organizzazzjoni emittenti biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-obbligu tagħhom ta' diliġenza u mal-politiki u l-prattiki ġenerali tal-organizzazzjoni emittenti.
4. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiżguraw b'mod konġunt li r-riskji tas-sigurtà u s-saħħa jiġu prevenuti, ġestiti u mnaqqsa u li l-kundizzjonijiet tax-xogħol proposti maqbula jsegwu l-proċeduri ta' sigurtà, saħħa u sikurezza msemmija fl-Artikoli 28, 29 u 30, u jkunu konformi mar-rekwiżiti ta' sigħat tax-xogħol, il-liv, il-perjodi minimi ta' serħan kuljum u fil-ġimgħa u mal-ispazju għax-xogħol imsemmija fil-punt 3 tal-Anness I.
Artikolu 23
It-tmiem tal-kollokament u l-appoġġ post-skjerament
1. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti se jiddeċiedu flimkien dwar il-kontenut u l-proċess tad-debriefing li għandhom jiġu previsti għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kollha, inklużi dawk li jirritornaw qabel iż-żmien.
2. L-organizzazzjoni ospitanti għandha tipprovdi lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE b'debriefing personali jew ta' grupp, bl-inklużjoni tal-aħħar rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 19(7), u, fejn xieraq, trasferiment tal-proġett sabiex it-tim u l-kontropartijiet li ser ikomplu l-attivitajiet imwettqa mill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, bil-għan li jiġu żgurati s-sostenibbiltà u l-kontinwità.
3. L-organizzazzjoni emittenti għandha tagħti lill-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE li jkunu rritornaw b'debriefing personali jew ta' grupp u operazzjonali jew debriefing tal-proġett abbażi tal-feedback mill-organizzazzjoni ospitanti u l-finalizzazzjoni tal-pjan tat-tagħlim u ta' żvilupp.
4. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiffaċilita kontroll mediku ta' wara l-iskjerament mar-ritorn tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u toffri sessjoni(jiet) ta' debriefing psikosoċjali u appoġġ ta' pariri li l-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE jistgħu jattendu volontarjament.
5. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiggwidaw lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE f'opportunitajiet biex jibqgħu involuti fi kwistjonijiet relatati mal-għajnuna umanitarja u ċ-ċittadinanza Ewropea attiva, inkluża l-promozzjoni u l-involviment man-netwerk għall-inizjattiva għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
6. L-organizzazzjoni emittenti għandha tistieden lill-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE li jkunu rritornaw biex jipprovdu feedback kostruttiv dwar l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inkluż billi tispjega kif il-kontribuzzjonijiet tagħhom ikunu jistgħu jinfurmaw kollokamenti fil-futur.
KAPITOLU 6
ID-DISPOŻIZZJONIJIET GĦALL-ASSIGURAZZJONI U L-KUNDIZZJONIJIET TAL-GĦAJXIEN
Artikolu 24
Il-kopertura tal-assigurazzjoni
1. Il-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE kollha għandhom ikunu koperti minn polza tal-assigurazzjoni komprensiva mfassla speċifikament biex jipproteġuhom matul il-perjodu kollu tal-użu tagħhom f'pajjiżi terzi u kwalunkwe perjodi rilevanti qabel u wara.
2. Il-kopertura tal-assigurazzjoni għandha tgħodd madwar id-dinja kollha, 24 siegħa kuljum. Dan għandu jibda mill-jum minn meta l-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE jitilqu mid-dar fit-triq lejn il-pajjiż terz ta' skjerament sal-jum li fih il-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE iħallu l-pajjiż terz ta' skjerament fit-triq lejn, u jaslu lura fid-djar tagħhom (“l-ewwel perjodu ta' kopertura”).
3. Għal kopertura tal-assigurazzjoni itwal minn 12-il ġimgħa, din se tiġi estiża għal perjodu ta' 8 ġimgħat fil-pajjiż tad-domiċilju tal-persuna assigurata għall-kopertura ta' kura medika ta' mard u korrimenti li seħħew matul l-ewwel perjodu ta' kopertura.
4. Il-kopertura għandha tkun applikabbli għal kull attività marbuta mal-inizjattiva Volontiera tal-Għajnuna tal-UE u l-attivitajiet privati tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE wkoll matul l-ewwel perjodu ta' kopertura.
5. Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kollha għandhom ikunu koperti għal 100 % (kopertura totali) għal dan li ġej:
(a) |
kura medika u tas-snien; |
(b) |
tqala u l-ħlas; |
(c) |
aċċident; |
(d) |
ripatrijazzjoni; |
(e) |
assigurazzjoni tal-ħajja; |
(f) |
diżabilità u inkapaċità permanenti jew temporanja; |
(g) |
responsabbiltà ta' parti terza; |
(h) |
telf jew serq ta' dokumenti, biljetti tal-ivvjaġġar u affarijiet personali; |
(i) |
assistenza kumplimentari. |
6. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u l-kopertura tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE kollha, il-Kummissjoni tista' tagħti kuntratt lil wieħed jew diversi fornituri tal-assigurazzjoni permezz ta' proċedura ta' akkwist.
Artikolu 25
Konċessjoni għas-sussistenza u għal stabbiliment mill-ġdid
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha tipprovdi l-għajxien għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE fil-kapaċità tagħhom bħala persuni qiegħda fil-forma ta' ħlasijiet ta' somma f'daqqa li għandhom jitħallsu fi żmien xieraq u b'pagamenti akkont regolari.
2. Ħlasijiet ta' somom f'daqqa ta' sussistenza għandhom ikunu bbażati fuq ir-rata ta' konsum li jkopru spejjeż regolari tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għal dawn li ġejjin:
(a) |
ikel; |
(b) |
prodotti iġjeniċi u prodotti tad-djar; |
(c) |
ħwejjeġ; |
(d) |
trasport lokali u t-trasport fil-pajjiż; |
(e) |
spejjeż mixxellanji meqjusa bħala meħtieġa sabiex jiġi żgurat livell xieraq ta' għajxien u l-parteċipazzjoni fis-soċjetà lokali (massimu ta' 20 % tal-ammont totali tal-oġġetti elenkati fil-punti (a) sa (d) jistgħu jiżdiedu biex jinkludu spejjeż oħra bħal attivitajiet ta' divertiment, kura tax-xagħar, gazzetti u kartolerija). |
(f) |
ammont ta' kontinġenza għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li joqogħdu f'żoni b'indiċijiet 'il fuq mill-medja tal-pajjiż (massimu ta' 10 % għall-oġġetti elenkati fil-punti (a) sa (d)). |
3. L-ispejjeż ta' akkomodazzjoni ma għandhomx ikunu parti tas-somom f'daqqa tas-sussistenza.
4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar somom f'daqqa tas-sussistenza għal pajjiżi ta' skjerament fuq il-bażi ta' indiċijiet tal-pajjiż. Bżonnijiet speċjali marbuta ma' diżabbiltà jew ċirkostanzi oħra debitament ġustifikati b'mod eċċezzjonali jistgħu jiġu rimborżati flimkien mal-kumpens għall-pagament tas-sussistenza.
5. Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom ikunu infurmati fil-ħin dwar il-bidliet fl-indiċijiet u fir-rati ta' sussitenza li jaffettwawhom matul il-kollokament tagħhom, b'mod partikolari f'pajjiżi b'inflazzjoni għolja jew rati ta' tnaqqis (deflation).
6. Meta jitlesta b'suċċess l-iskjerament, l-organizzazzjoni emittenti għandha tipprovdi għal Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li jirritornaw b'konċessjoni ta' stabbiliment mill-ġdid indiċjat b'mod regolari ta' EUR 100 fix-xahar, skont it-tul tal-iskjerament tagħhom.
Artikolu 26
L-Akkomodazzjoni
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiżgura li l-organizzazzjoni ospitanti tipprovdi akkomodazzjoni xierqa għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bi spiża raġonevoli fil-kuntest lokali.
2. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiżguraw b'mod konġunt li r-riskji tas-sigurtà u s-saħħa jiġu prevenuti, ġestiti u mnaqqsa u li l-akkomodazzjoni proposta maqbula ssegwi l-proċeduri ta' sigurtà, saħħa u sikurezza msemmija fl-Artikoli 28, 29 u 30, u jkunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness I.
3. L-ispejjeż ta' akkomodazzjoni, tisħin u spejjeż oħra li jkollhom x'jaqsmu direttament għandhom jitħallsu direttament mill-organizzazzjoni ospitanti, fejn possibbli. L-organizzazzjoni ospitanti għandha twettaq ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn is-sidien u tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tinforma l-korpi ospitanti u s-sidien dwar l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
Artikolu 27
Spejjeż tal-ivvjaġġar u dawk relatati
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha torganizza l-ivvjaġġar għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE lejn u mill-post tal-iskjerament, inkluż f'każijiet ta' ritorn kmieni, u għandha tkopri l-ispejjeż tal-ivvjaġġar.
2. Fuq talba tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, l-organizzazzjoni emittenti għandha torganizza u tkopri l-ispejjeż tal-vjaġġ ta' ritorn addizzjonali għal:
(a) |
Liv għad-dar tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE liema perjodu ta' skjerament jaqbeż 18-il xahar; |
(b) |
Il-liv tal-ġenituri tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li jkollhom wild wieħed jew aktar dipendenti mhux miżżewweġ fl-età ta' 12, jekk il-perjodu tagħhom ta' skjerament jaqbeż sitt xhur; |
(c) |
Liv speċjali f'każ ta' funeral jew mard serju medikament iċċertifikat ta' qarib dirett axxendenti jew dixxendenti, konjuġi jew sieħeb reġistrat jew ħu, oħt. |
3. L-ispejjeż tal-ivvjaġġar jistgħu jkunu bbażati jew fuq l-ispejjeż reali tal-ekonomija jew fuq tariffi tat-tieni klassi jew rimborżati fil-forma ta' somma waħda bbażata fuq metodoloġija raġonevoli għal kalkolu tad-distanza.
4. L-organizzazzjoni emittenti għandha tipprovdi informazzjoni u appoġġ loġistiku għall-organizzazzjoni tal-viża għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-organizzazzjoni ospitanti għandha tappoġġa l-proċess tal-viża, kif meħtieġ. L-organizzazzjoni emittenti għandha tkopri l-ispejjeż relatati għall-ksib tal-viża, inkluż l-ispejjeż tal-ivvjaġġar meħtieġa.
KAPITOLU 7
PROĊEDURI LI JIŻGURAW L-OBBLIGU TA' KURA, IS-SIKUREZZA U S-SIGURTÀ
Artikolu 28
Il-ġestjoni tas-sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha tistabbilixxi politika ta' sigurtà organizzattiva u proċeduri ta' valutazzjoni tar-riskju li għandhom ikunu adattati u applikabbli għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu adattati.
2. Fuq il-bażi tal-politika ta' sigurtà organizzattiva tal-organizzazzjoni emittenti, l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt pjanijiet ta' amministrazzjoni ta' sigurtà u pjan ta' evakwazzjoni għal azzjonijiet skont l-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Dawn il-pjanijiet għandhom mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 5 tal-Anness I.
3. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiżviluppaw b'mod konġunt valutazzjoni bil-miktub tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà u għall-ivvjaġġar għall-pajjiż ta' skjerament. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom mill-inqas ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 6 tal-Anness I.
4. Il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiġi rieżaminata u aġġornata regolarment kif meħtieġ skont il-kuntest u, bħala minimu, qabel l-iskjerament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Fejn il-valutazzjoni tar-riskju twassal għall-konklużjoni li skjerament sseħħ fiż-żona ta' konflitt armat internazzjonali jew mhux internazzjonali, jew fejn hemm theddid, l-iskjerament ma għandux ikun previst jew għandu jiġi kkanċellat f'każ li diġà ġew magħżula l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
5. Rekwiżiti relatati mal-għarfien tas-sigurtà u mġiba xierqa fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju u tas-sigurtà għandhom jiġu inklużi fid-deskrizzjoni ta' assenjazzjoni ta' kompiti u fil-proċess ta' reklutaġġ.
6. L-organizzazzjoni emittenti għandha tinforma lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti tal-Istati Membri u ta' pajjiżi parteċipanti oħra, f'konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014, qabel ma wieħed miċ-ċittadini tagħhom jiġi mobilizzat bħala Voluntier tal-Għajnuna tal-UE. Qabel l-iskjerament, l-organizzazzjoni emittenti li qed timmobilizza l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li ma jkunux ċittadini tal-Unjoni għandha taċċerta r-regoli għall-protezzjoni konsulari pprovduta mill-pajjiż tal-volontier ta' nazzjonalità jew pajjiż ieħor.
7. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jiżguraw li l-informazzjoni kollha dwar il-proċeduri ta' sikurezza u ta' sigurtà huma kondiviżi u mifhuma mill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Matul iż-żmien ta' induzzjoni, għandu jiġi pprovdut briefing ta' sigurtà speċifiku għall-kuntest qabel it-tluq u fi żmien 24 siegħa wara l-wasla fil-pajjiż ta' skjerament. Din għandha tinkludi r-riżultati mill-valutazzjoni tar-riskju, l-evakwazzjoni u l-pjan ta' ġestjoni tas-sigurtà, inkluż ir-rappurtaġġ tal-inċidenti ta' sigurtà, il-proċeduri għall-evakwazzjoni u r-ripatrijazzjoni, il-komunikazzjoni, l-uffiċjal(i) ta' kuntatt għall-immaniġġar ta' kriżijiet, u d-dettalji ta' ambaxxati, tal-pulizija u l-istazzjonijiet għat-tifi tan-nar, u l-isptarijiet.
8. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiżgura li l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE huma koperti, bħala minimu, mill-assigurazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 24.
9. Minbarra taħriġ obbligatorju ta' sigurtà fil-kuntest tal-programm ta' taħriġ, l-organizzazzjoni emittenti għandha tipprovdi lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE b'kull taħriġ ta' sigurtà ieħor rilevanti ipprovdut lil persunal internazzjonali tagħha stess.
10. Mal-iffirmar tal-kuntratt li hemm referenza għalih fl-Artikolu 16(2), il-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom jagħrfu l-għarfien u l-konformità mal-proċeduri ta' ġestjoni ta' sigurtà, inkluż l-impenn li jżommu ruħhom informati u aġġornati b'sitwazzjonijiet attwali ta' sigurtà; ir-responsabbiltà personali tagħhom li jikkonċerna l-ġestjoni għalihom infushom, l-oħrajn u l-organizzazzjoni; u l-impenn li jieqfu minn imġiba ta' riksju. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jagħmlu l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE konxji mill-konsegwenzi ta' kwalunkwe ksur tal-proċeduri tas-sigurtà, b'mod partikolari dawk li jirriżultaw fi tmiem prematur ta' kollokament.
11. L-organizzazzjoni emittenti għandha tirrakkomanda li l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE biex jirreġistraw mal-ambaxxata jew il-konsolat tan-nazzjonalità tagħhom mal-wasla fil-pajjiż ta' skjerament, u jinfurmawhom dwar il-possibbiltà li jitolbu għal assistenza konsulari. Jekk il-pajjiż ta' nazzjonalità tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE ma jkollux rappreżentanza konsulari fil-pajjiż ta' skjerament, l-organizzazzjoni emittenti għandha tirrakkomanda lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li huma ċittadini tal-Unjoni sabiex jirreġistraw ma' konsulat jew ambaxxata ta' Stat Membru ieħor, u jinfurmawhom dwar il-possibbiltà li jitolbu għall-assistenza konsulari tagħha.
12. Abbażi tal-aġġornamenti mill-organizzazzjoni ospitanti, l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom regolarment jaġġornaw il-pjan ta' evakwazzjoni biex ikun żgurat li jibqa' tajjeb għall-ambjent operattiv f'kull ħin. Ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju għandu jinforma l-frekwenza li biha l-pjan għandu jiġi rieżaminat u l-organizzazzjoni ospitanti għandha tuża d-dejta tal-passat u aġġornamenti attwali biex taġġustaha, kif meħtieġ. Il-pjan ta' evakwazzjoni għandu jinżamm f'post li jkun faċilment aċċessibbli għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
13. L-organizzazzjoni ospitanti għanda tiżgura li l-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE jiġi aġġornat f'każ ta' tibdil fl-ambjent operattiv u l-emenda konsegwenti fi kwalunkwe mill-proċeduri jew protokolli ta' sigurtà.
14. L-organizzazzjoni ospitanti għandha tkun taf fejn jinsab il-Volontier tal-Għajnuna tal-UE, u n-numru ta' kuntatt sabiex jintlaħaq f'kull ħin, inkluż meta jkun bil-liv.
Artikolu 29
Il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti fil-każ ta' inċident jew ta' evakwazzjoni
1. Fil-każ ta' inċident relatat mas-sigurtà, il-Volontier tal-Għajnuna tal-UE għandu jiġi infurmat mill-aktar fis possibbli. Skont il-gravità tal-inċident u l-proċeduri fis-seħħ fl-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti, dan id-debriefing jista' jittieħed mis-superjur jew mill-mentor mill-organizzazzjoni ospitanti, jew mill-uffiċjal tal-ġestjoni ta' kriżijiet fl-organizzazzjoni emittenti, u tista' tinkludi appoġġ psikoloġiku professjonali.
2. Fil-każ ta' evakwazzjoni, għandu jiġi segwit pjan ta' evakwazzjoni u l-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE għandu jingħata l-attenzjoni xieraq f'kull ħin, wara, fejn rilevanti, il-proċeduri stabbiliti f'konsulati jew ambaxxati fejn il-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE jkun ġie rreġistrat skont l-Artikolu 28(11).
3. L-organizzazzjoni emittenti għandha tikkuntattja lill-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE mal-wasla lura tagħhom u jiżguraw li jirċievu segwitu adegwat, inkluż debriefing, appoġġ mediku u psikosoċjali.
4. Is-sigurtà għandha tiġi inkluża fil-qafas ta' monitoraġġ u evalwazzjoni tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti u t-tagħlimiet miksuba minn inċidenti ta' sigurtà għandhom iservu bħala informazzjoni ta' rieżami tal-proġett u titjib.
Artikolu 30
Is-saħħa u s-sigurtà
1. L-organizzazzjoni emittenti għandha tistabbilixxi politika ta' saħħa u sigurtà organizzattiva li għandha tkun adattata u applikabbli għall-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u, fejn ikun meħtieġ, għandhom jiġu adattati, inklużi linji gwida:
(a) |
dwar is-saħħa personali, bħalma huma s-saħħa fiżika (il-prevenzjoni ta' mard, ikel u pariri tal-irqad, l-għarfien tar-riskji dwar perikli klimatiċi u ġeografiċi, aċċess għal trattament); |
(b) |
saħħa mentali (pariri dwar il-bilanċ bejn il-ħajja privata u dik professjonali, il-maniġment tal-istress, il-mekkaniżmi ta' sopravvivenza u metodi ta' rilassament, il-punti ta' kuntatt għal appoġġ psikosoċjali). |
2. Fuq il-bażi tal-politika ta' saħħa u sigurtà organizzattiva tal-organizzazzjoni emittenti, l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom b'mod konġunt jiżviluppaw sett komprensiv ta' politiki tas-saħħa u tas-sikurezza u linji gwida biex jintlaħqu l-obbligi mid-dmir ta' diliġenza tagħhom u li jiżguraw il-benesseri fiżiku u emozzjonali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
3. Bħala parti tal-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 28(3) u qabel ma jiddefinixxu l-assenjazzjoni ta' kompiti, l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jivvalutaw b'mod konġunt jekk il-kollokament jipprovdi l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien sikuri għall-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE bbażati fuq il-bażi tal-indikaturi stabbiliti fil-punt 7 tal-Anness I.
4. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiżgura li l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE huma koperti, bħala minimu, minn assigurazzjoni medika u tal-ivvjaġġar ipprovduta skont l-Artikolu 24.
5. Matul iż-żmien ta' induzzjoni, l-organizzazzjoni emittenti għandha tinfurma lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE dwar politiki tas-saħħa u tas-sikurezza u l-linji gwida msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inkluż il-mard, l-appoġġ tal-ewwel għajnuna, il-manutenzjoni għal kull post, il-manutenzjoni ta' vetturi u tagħmir, stazzjonijiet tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, l-inċidenti tas-saħħa u tas-sigurtà, il-proċedura ta' evakwazzjoni medika.
6. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiżgura li l-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE jikkompletaw eżami mediku bir-reqqa qabel it-tluq, u jipprovdu mediċina u tilqim rakkomandat għar-riskji fil-pajjiż ta' skjerament u t-tagħmir, bħal kitts tal-ewwel għajnuna u tan-nemus, fejn meħtieġ.
7. L-organizzazzjoni ospitanti għandha tiżgura li l-obbligu ta' diliġenza huwa integrat fil-ġestjoni tal-volontarjat ta' kuljum u, matul iż-żmien ta' induzzjoni, jipprovdi lill-Volontiera tal-Għajnuna tal-UE:
(a) |
b'informazzjoni aġġornata dwar ir-riżorsi lokali li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà bħalma huma d-dettalji ta' kuntatt ta' tobba, l-isptarijiet, is-servizzi paramediċi; |
(b) |
gwida dwar id-dwana lokali u n-normi fil-pajjiż tagħhom bħala parti mill-briefing sabiex jiġu limitati r-riskji għas-sikurezza u biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni. |
8. L-organizzazzjoni emittenti għandha tiffaċilita kontroll mediku ta' wara l-iskjerament mar-ritorn tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u toffri sessjoni(jiet) ta' debriefing psikosoċjali jew appoġġ ta' pariri bħala parti mill-proċess ta' informazzjoni. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jippromwovu netwerk għall-inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE bħala mekkaniżmu alternattiv ta' appoġġ qabel, matul u wara l-iskjerament.
KAPITOLU 8
IL-PROĊEDURI GĦALL-MONITORAĠĠ U L-VALUTAZZJONI TAL-PRESTAZZJONI INDIVIDWALI TAL-VOLUNTIERA TAL-GĦAJNUNA TAL-UE
Artikolu 31
Il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE
1. Ibbażata fuq il-proċedura ta' ġestjoni ta' superviżjoni u mmaniġġjar tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 19, l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jimmonitorjaw u jivvalutaw il-prestazzjoni individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, il-kejl tal-progress, il-produzzjoni u r-riżultati b'referenza għal assenjazzjoni ta' kompiti tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-objettivi tagħha.
2. Il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-prestazzjoni individwali tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom ikunu proċess kontinwu fis-sistema kollha ta' kollokament ma' rieżamijiet speċifiċi, bħala minimu, f'dawn l-istadji li ġejjin:
(a) |
fejn rilevanti, fi tmiem ta' kollokament ta' apprendistat imsemmi fl-Artikolu 14; |
(b) |
matul l-aħħar rieżami tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 19 u fil-każ ta' li rieżami ta' nofs it-terminu huwa meqjus xieraq li għandu jitwettaq; |
(c) |
matul id-debriefing imsemmi fl-Artikolu 23. |
3. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jipprovdu informazzjoni li turi sa liema punt tal-prestazzjoni individwali l-Volontier tal-Għajnuna tal-UE jikkontribwixxi — fuq il-livell tar-riżultati u l-impatti — għall-objettivi tal-proġett u tal-inizjattiva globali, filwaqt li jitqiesu l-indikaturi msemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 375/2014. Id-dejta għandha tinkludi reġistri tal-kwalità tal-outputs u tar-riżultati tal-ħidma tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li se tiġi anonimizzata u tkun disponibbli għal finijiet ta' evalwazzjoni. Din id-dejta se tiġi pproċessata skont l-istandards ta' protezzjoni ta' dejta kif stabbilit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandu jiġi adottat fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.
4. L-organizzazzjonijiet emittenti għandhom jipprovdu appoġġ biex jinbnew il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti sabiex jitkejjel il-progress, il-produzzjoni u r-riżultati b'referenza għal assenjazzjoni ta' kompiti tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-objettivi.
KAPITOLU 9
MEKKANIŻMU TA' ĊERTIFIKAZZJONI GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET EMITTENTI U OSPITANTI
Artikolu 32
Il-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet ospitanti
1. L-organizzazzjonijiet ospitanti li jaspiraw għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu objettiv ta' awtovalutazzjoni oġġettiv u onest skont ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 1 tal-Anness III, biex jivvalutaw il-politiki u l-prattiki eżistenti kontra r-rekwiżiti tal-istandards u l-proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni li għandhom jiġu adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014.
2. Fl-awtovalutazzjoni, l-organizzazzjoni ospitanti għandha tiżvela kwalunkwe nuqqasijiet u oqsma ta' ħtieġa għal titjib li jista' jeħtieġ it-tisħiħ fil-kapaċitajiet sabiex jintlaħaq livell ta' konformità sħiħa.
3. L-organizzazzjoni ospitanti għandha tipprovdi flimkien mal-awtovalutazzjoni tliet referenzi skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness III sabiex tipprovdi informazzjoni komprensiva dwar kull rekwiżit tal-istandards u l-proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. Ir-referenzi għandhom jiġu minn minimu ta' żewġ gruppi tal-partijiet interessati li ġejjin:
(a) |
Ċertifikat ta' organizzazzjoni emittenti jew dawk ospitanti li l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti diġà kellu, jew biħsiebhu jwaqqaf, sħubija għall-parteċipazzjoni fl-inizjattiva Volontiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(b) |
Sħab ta' għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni b'qafas (sħubija) ta' ftehim fis-seħħ, li miegħu l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti jkun ħadem b'suċċess proġett ta' għajnuna umanitarja; |
(c) |
Organizzazzjoni internazzjonali rilevanti jew organizzazzjoni bla profitt jew korp tad-dritt pubbliku ta' natura ċivili li bih l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti jkun ħadem b'suċċess proġett ta' għajnuna umanitarja; |
(d) |
Organizzazzjoni ta' akkreditazzjoni jew tal-awditjar li tkun iċċertifikat l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti f'oqsma rilevanti għall-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, f'liema każ l-akkreditament rilevanti jew id-dokumenti ta' awditjar għandhom jiġu pprovduti wkoll. |
4. L-awtovalutazzjoni mimlija għandha tiġi ffirmata minn persuna awtorizzata biex tirrappreżenta u torbot legalment l-organizzazzjoni ospitanti u emittenti, flimkien mar-referenzi imsemmija fil-paragrafu 3, lill-Kummissjoni.
5. Abbażi tal-awtovalutazzjoni u r-referenzi, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni u tista' tieħu waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin:
(a) |
Biex tagħti ċertifikazzjoni f'każijiet fejn l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti huwa vvalutat bħala totalment konformi mar-rekwiżiti tal-istandards u l-proċeduri; |
(b) |
Biex tagħti ċertifikazzjoni f'każijiet fejn l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti huwa vvalutat bħala mhux totalment konformi mar-rekwiżiti tal-istandards u l-proċeduri. |
6. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti dwar l-eżitu ta' ċertifikazzjoni, fejn tispeċifika wkoll opportunitajiet għal appoġġ għall-bini ta' kapaċità, jekk meħtieġ, bil-ħsieb li jerġa' jissottometti applikazzjoni. F'każ li jkun hemm kwalunkwe ħtiġijiet identifikati li huma sodisfatti skont strateġija għall-bini ta' kapaċità biex tiġi pprovduta mill-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti, dan tal-aħħar għandu jkun eliġibbli u jkollu prijorità għas-sostenn għall-bini tal-ħiliet.
Artikolu 33
Il-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet emittenti
1. Organizzazzjonijiet emittenti li jaspiraw għaċ-ċertifikazzjoni għandhom jipprovdu qafas ta' awtoevalwazzjoni bbażat fuq il-provi oġġettivi u veri skont ir-rekwiżiti msemmija fil-punt 2 tal-Anness III, jivvalutaw il-politiki u l-prattiki eżistenti kontra r-rekwiżiti tal-istandards u l-proċeduri dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE.
2. Fl-awtovalutazzjoni ibbażat fuq evidenza, l-organizzazzjoni ospitanti għandha tiżvela kwalunkwe nuqqasijiet u oqsma ta' ħtieġa għal titjib li jista' jeħtieġ it-tisħiħ fil-kapaċitajiet sabiex jintlaħaq livell ta' konformità sħiħa. Hija għandha tinkludi wkoll evidenza tal-kampjun u mezzi ta' verifika li l-politiki u l-prattiki msemmija f'kull rekwiżit tal-istandards u l-proċeduri huma implimentati, partikolarment fir-rigward ta' voluntiera.
3. L-awtovalutazzjoni mimlija bbażata fuq evidenza għandha tiġi ffirmata minn persuna awtorizzata biex tirrappreżenta u torbot legalment l-organizzazzjoni ospitanti u emittenti, flimkien mar-referenzi msemmija fil-paragrafu 2, lill-Kummissjoni.
4. Ibbażata fuq l-awtovalutazzjoni bbażata fuq evidenza u d-dokumenti li jakkumpanjaw, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni u tista' tieħu waħda mid-deċiżjonijiet li ġejjin:
(a) |
Biex tagħti ċertifikazzjoni f'każijiet fejn l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti huwa vvalutat bħala totalment konformi mar-rekwiżiti tal-istandards u l-proċeduri; |
(b) |
Biex ma tagħtix ċertifikazzjoni f'każijiet fejn l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti huwa vvalutat bħala mhux totalment konformi mar-rekwiżiti tal-istandards u l-proċeduri. |
5. Fi żmien sitt xhur minn meta tirċievi l-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti dwar l-eżitu ta' ċertifikazzjoni, fejn tispeċifika wkoll opportunitajiet għal assistenza teknika, jekk meħtieġ, bil-ħsieb li jerġa' jissottometti applikazzjoni. F'każ li jkun hemm kwalunkwe ħtiġijiet identifikati li huma sodisfatti skont strateġija għall-assistenza teknika biex tiġi pprovduta mill-organizzazzjoni ospitanti, din tal-aħħar għandha tkun eliġibbli u jkollha prijorità għas-sostenn għall-bini tal-ħiliet.
Artikolu 34
Rimedji legali
1. Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix ċertifikazzjoni u tirrifjuta l-applikazzjoni għandha tindika li l-organizzazzjoni miċħuda li qed tapplika tista' biss tapplika mill-ġdid wara perjodu ta' tnax-il xahar, li jibda mid-data tal-wasla għand l-applikant tad-deċiżjoni ta' rifjut. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika wkoll ir-rimedji legali disponibbli kontra d-deċiżjoni.
2. Skont l-Artikoli 256 u 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni fuq atti tal-Kummissjoni Ewropea maħsuba biex jipproduċu effetti legali fil-konfront ta' partijiet terzi. Bl-istess mod, skont l-Artikoli 256, 268 u 340 tat-TFUE, il-Qorti Ġenerali għandha ġurisdizzjoni f'tilwim relatat ma' kumpens għal danni kkawżati mill-Kummissjoni Ewropea fil-każ ta' responsabbiltà mhux kuntrattwali.
Artikolu 35
Il-vijabbiltà finanzjarja u l-kapaċità organizzjonali tal-organizzazzjonijiet
Il-valutazzjoni tal-vijabbiltà finanzjarja u l-kapaċità ta' organizzazzjoni tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti ċċertifikati huwa barra l-ambitu tal-proċedura ta' ċertifikazzjoni. Bħala prekundizzjoni biex tiġi riċevuta l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni, din il-vijabbiltà u kapaċità għandha tkun ivvalutata fl-istadju tal-proċess ta' applikazzjoni wara sejħa għal proposti.
Artikolu 36
Il-validità taċ-ċertifikazzjoni u kontrolli regolari
1. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti għandhom jgħaddu minn ċertifikazzjoni mill-ġdid wara tliet snin mill-wasla tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti ċ-ċertifikazzjoni jew f'kull ħin fil-każ ta' emendi sostanzjali għall-istandards jew il-proċeduri tal-kwistjonijiet ikkonċernati.
2. Fi żmien il-perjodu ta' validità ta' ċertifikati taċ-ċertifikazzjoni, l-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti ċertifikati jistgħu jkunu meħtieġa, meta meħtieġ, li jgħaddu minn kontrolli regolari li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni.
3. L-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti iċċertifikati għandhom jgħarrfu minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla fis-sitwazzjoni legali, finanzjarja, teknika jew organizzattiva tagħhom li tista' tqiegħed fid-dubju l-konformità tagħhom mal-istandards u proċeduri, jew li jistgħu joħolqu kunflitti ta' interessi. Huma għandhom jinfurmaw ukoll lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe bidla f'isimhom, fl-indirizz jew fir-rappreżentant ġuridiku.
Artikolu 37
Is-sospensjoni u t-tmiem taċ-ċertifikazzjoni
1. Ibbażata fuq l-informazzjoni miksuba mill-organizzazzjoni emittenti jew ospitanti, inkluż minn verifiki regolari msemmija fl-Artikolu 36(2) jew l-informazzjoni miksuba permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor, il-Kummissjoni tista' tikkunsidra li l-organizzazzjoni emittenti jew ospitanti ċċertifikata ma tkunx għadha tikkonforma ma' wieħed jew aktar minn dawn l-istandards jew proċeduri. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista' tieħu azzjoni xierqa, inkluż li tissospendi jew ittemm iċ-ċertifikazzjoni, skont il-proċedura stipulata fil-punt 3 tal-Anness III.
2. L-organizzazzjoni emittenti jew ospitanti soġġetta għal ċertifikazzjoni sospiża jew itterminata m'għandhiex tuża jew tospita Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE mid-data tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni u m'għandhomx ikunu eliġibbli li jirċievu assistenza finanzjarja mill-Unjoni għal dak l-għan.
3. Fid-dawl tar-raġunijiet għas-sospensjoni jew terminazzjoni taċ-ċertifikazzjoni, b'mod partikolari s-sikurezza u s-sigurtà tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, il-Kummissjoni tista' tesiġi r-ripatrijazzjoni ta' Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li huma skjerati fiż-żmien tas-sospensjoni jew it-terminazzjoni.
4. L-organizzazzjoni emittenti jew ospitanti m'għandhiex tkun intitolata li titlob kumpens minħabba s-sospensjoni jew it-terminazzjoni ta' ċertifikazzjoni.
Artikolu 38
Responsabbiltà għad-danni
Il-Kummissjoni m'għandhiex tkun responsabbli għal kwalunkwe telf jew dannu kkawżat jew imġarrab mill-organizzazzjonijiet emittenti jew ospitanti, jew partijiet terzi, minħabba l-istatus ċertifikat tal-organizzazzjoni emittenti jew ospitanti.
KAPITOLU 10
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 39
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta; ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.
(3) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KE dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex iħeġġu titjib fis-sikurezza u s-saħħa ta' ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/88/KE tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).
ANNESS I
1. Rekwiżiti għal assenjazzjoni ta' kompiti
L-assenjazzjoni ta' kompiti għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:
(a) |
speċifikazzjoni dwar ir-rwol, it-titlu, id-deskrizzjoni tat-tim u line management, it-tul tal-kollokament, post(ijiet); |
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-attivitajiet ibbażata fuq il-ħtiġijiet rilevanti kif ivvalidat mill-organizzazzjoni ospitanti u ħidmiet definiti tajjeb li jsiru mill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, inklużi l-elementi bbażati fuq il-pjan ta' komunikazzjoni għall-inizjattiva; |
(c) |
speċifikazzjoni ta' kompetenzi rikjesti għall-kompiti abbażi tal-qafas ta' kompetenza; |
(d) |
id-definizzjoni tal-objettivi ta' prestazzjoni, filwaqt li jitqies it-tul u l-ispeċifiċitajiet ta' kollokament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, u r-rwoli xierqa għal pożizzjoni ta' volontier; |
(e) |
indikaturi dwar eżiti, riżultati mistennija u, fejn possibbli, riżultati, fl-assenjazzjoni biex tintuża l-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(f) |
elementi ta' flessibbiltà li jippermettu, b'mod realistiku, lill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE li jinfluwenzaw u jifformaw il-kompiti skont il-profil individwali tagħhom u l-interessi; |
(g) |
id-dettalji dwar is-sigħat tax-xogħol, il-liv, il-post tax-xogħol u l-appoġġ ta' mentoring; |
(h) |
l-allokazzjoni ċara ta' responsabbiltajiet ta' ġestjoni u ta' ġestjoni ta' sigurtà bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u osipitanti; kif ukoll |
(i) |
informazzjoni dwar is-sensibilizzazzjoni tas-sigurtà u mġiba xierqa fir-rigward tal-ġestjoni tar-riskju u tas-sigurtà, fejn rilevanti. |
2. Rekwiżiti għall-aħbar
Din l-aħbar għandha tinkludi bħala minimu l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
informazzjoni ċara u preċiża dwar l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, in-natura umanitarja tagħha u l-finijiet ta' volontarjat; |
(b) |
deskrizzjoni tal-proġett, inklużi d-dettalji tal-kuntest operazzjonali u ta' sigurtà u/jew informazzjoni dwar jekk l-organizzazzjonijiet emittenti u/jew ospitanti humiex organizzazzjonijiet ibbażati fuq fidi; |
(c) |
deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu mill-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(d) |
deskrizzjoni tal-kompetenzi u l-motivazzjoni meħtieġa għat-tqabbil tal-profil; |
(e) |
kriterji ta' eliġibbiltà u ta' eċċezzjoni (jekk ikun hemm) fir-rigward tal-opportunitajiet indaqs u tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni; |
(f) |
kriterji ta' għażla u rekwiżiti minimi biex iservu bħala kriterji ta' esklużjoni, jekk applikabbli (bħal-livell ta' kompetenzi, il-motivazzjoni u kriterji rilevanti oħra bħalma huma l-esperjenza, il-ħiliet lingwistiċi, il-kapaċità medika għall-ivvjaġġar biex taħdem f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, id-disponibbiltà) u indikazzjoni dwar jekk profili professjonali ta' żagħżagħ jew ta' anzjani humiex imfittxija; |
(g) |
indikazzjoni dwar jekk il-pożizzjoni hijiex mistennija li tingħaqad ma' kollokament ta' apprendistat; |
(h) |
kundizzjonijiet ta' servizz, inklużi dettalji dwar it-tul ta' skjerament, opportunitajiet ta' tagħlim, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja, inklużi l-pagamenti tal-akkomodazzjoni u tal-indennizzi ta' kuljum, titjiriet, kopertura tal-assigurazzjoni, mediċi u tilqim meħtieġ, eċċ.; |
(i) |
data u ħin ta' skadenza biex jintbagħtu l-applikazzjonijiet; |
(j) |
l-ewwel selezzjoni u l-ħin tal-intervista(i); |
(k) |
il-proċess tal-intervisti; |
(l) |
id-data mistennija ta' deċiżjoni dwar l-eżitu; kif ukoll |
(m) |
l-iskeda taż-żmien mistennija (data ta' taħriġ, fejn rilevanti, tal-kollokament ta' apprendistat, it-tħejjija ta' qabel l-iskjerament u l-induzzjoni, l-iskjerament u l-attivitajiet taż wara l-iskjerament). |
3. Rekwiżiti għal sigħat tax-xogħol, kwota għal liv u spazju għax-xogħol
Fatturi |
Rekwiżiti ġenerali |
Rekwiżiti minimi |
||||||||||||||||||||
Ħinijiet tax-xogħol |
|
|
||||||||||||||||||||
Il-kwota ta' liv |
|
|
||||||||||||||||||||
Iż-żmien ta' liv |
|
|
||||||||||||||||||||
Spazju għax-xogħol |
|
|
4. Rekwiżiti għal akkomodazzjoni
1. |
Kull Voloniter tal-Għajnuna tal-UE għandu jkollu kamra nadifa li tissakkar b'aċċess għal ilma nadif u faċilitajiet tas-sanità. Il-kamra għandha tinsab f'distanza raġonevoli mill-post ta' ħidma prinċipali tal-Voluntier tal-Għajnuna tal-UE. |
2. |
Akkomodazzjoni għal Volontiera tal-Għajnuna tal-UE tista' tieħu l-forma b'mod partikolari ta' kamra ma' familja ospitanti, jew djar individwali jew djar ma' Volontiera tal-Għajnuna tal-UE oħrajn. |
3. |
Sa fejn ikun possibbli, l-akkomodazzjoni għandha tiffaċilita l-integrazzjoni ta' Volontiera tal-Għajnuna tal-UE fil-komunità lokali u tippermettilhom li jinteraġixxu ma' komunità ta' espatrijati. |
4. |
Kunsiderazzjonijiet lingwistiċi għandhom jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni ta' għażliet ta' akkomodazzjoni. |
5. |
Il-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandu jkollhom aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni li jippermettilhom li jikkuntattjaw lill-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti kif ukoll lill-qrabathom. |
5. Rekwiżiti għall-pjan ta' ġestjoni tas-sigurtà u ta' evakwazzjoni
Il-pjan ta' ġestjoni tas-sigurtà u ta' evakwazzjoni għandu jinkludi bħala minimu dawn li ġejjin:
(a) |
informazzjoni dwar l-uffiċjal/it-tim tal-ġestjoni tal-kriżi fl-organizzazzjoni emittenti u d-dettalji ta' kuntatt rilevanti għandhom jiġu kondiviżi bejn l-organizzazzjoni ospitanti u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE; |
(b) |
l-iskeda organizzazzjonali ta' kwalunkwe persunal li jkollu responsabbiltajiet ta' ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà kemm fl-organizzazzjoni emittenti u f'dik ospitanti, inklużi d-dettalji ta' kuntatt attwali; |
(c) |
proċeduri, rwoli u responsabbiltajiet ċari f'każ ta' emerġenza; |
(d) |
mekkaniżmu ta' rrapurtar ta' inċident ta' sigurtà għall-organizzazzjonijiet emittenti u dawk ospitanti; |
(e) |
pjan ta' evakwazzjoni; |
(f) |
dispożizzjonijiet għal evakwazzjoni medika f'konformità mad-dispożizzjonijiet għal assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 24; |
(g) |
informazzjoni speċifika għall-kuntest, linji gwida u r-regoli pprovduti skont l-organizzazzjoni ospitanti; |
(h) |
mekkaniżmu għal rieżami regolari mill-organizzazzjoni emittenti, b'aġġornamenti pprovduti mill-organizzazzjoni ospitanti (kif meħtieġ skont l-ambjent speċifiku għall-pajjiż); |
(i) |
ippjanar tax-xenarji organizzat mill-organizzazzjoni emittenti mal-organizzazzjoni ospitanti biex tivvaluta sitwazzjonijiet potenzjali ta' sigurtà u test għall-pjan ta' ġestjoni tas-sigurtà u ta' evakwazzjoni; fejn possibbli, eżerċizzji ta' prattika għandhom ikunu organizzati sabiex tkun żgurata l-kooperazzjoni bla xkiel bejn l-organizzazzjonijiet emittenti u dawk ospitanti f'xenarju ta' emerġenza; kif ukoll |
(j) |
l-appoġġ disponibbli f'organizzazzjonijiet emittenti u dawk ospitanti għas-siġurtà u s-sikurezza fiżika, materjali u psikoloġika tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. |
6. Rekwiżiti għall-valutazzjoni tar-riskju
Il-valutazzjoni tar-riskju għandha tinkludi tal-anqas dan li ġej:
(a) |
is-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż ta' skjerament (bħas-sitwazzjoni ekonomika, l-istorja reċenti u l-bidliet mistennija li jistabbilixxu livelli ta' riskju u inċertezza dwar l-instabbiltà politika u l-kumplessità, kunflitti, inkwiet ċivili, id-dinamiċi etniċi u reliġjużi, eċċ. biex tiġi stabbilita mappa ta' theddid, il-probabbiltà ta' kull theddida li sseħħ u l-impatti mistennija tagħhom); |
(b) |
mmappjar ta' riskju għal diżastri naturali; |
(c) |
l-attitudni lokali u l-livell ta' komunitajiet lokali u l-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE/l-inizjattiva; |
(d) |
l-aġenziji oħra li joperaw fl-istess post; |
(e) |
il-kontinġenzi u l-pjanijiet ta' evakwazzjoni; |
(f) |
il-faċilitajiet (uffiċċji u akkomodazzjoni); |
(g) |
il-mekkaniżmi ta' rappurtar u monitoraġġ għal inċidenti ta' sigurtà; |
(h) |
il-konnettività u l-komunikazzjonijiet disponibbli u t-tagħmir għall-komunikazzjoni (inkluż l-aċċessibbiltà u l-livell ta' affidabbiltà); kif ukoll |
(i) |
id-disponibbiltà ta' trasport u l-mapep attwali, inkluż il-libertà ta' moviment u l-faċilità ta' aċċess. |
7. Indikaturi għal xogħol sikur u b'saħħtu u l-kundizzjonijiet tal-għajxien
Għandhom ikunu użati l-indikaturi li ġejjin għal kundizzjonijiet ta' xogħol sikuri u favur is-saħħa:
(a) |
L-immappjar ta' mard prevalenti fiż-żona (ilma, imwassal permezz ta' nemus, bnedmin, staġjonali, eċċ.), inkluż il-livell ta' probabbiltà u l-impatti; |
(b) |
id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà ta' appoġġ tal-ewwel għajnuna (internament u esternament), gwardjani tan-nar u servizzi, faċilitajiet mediċi u professjonisti (pereżempju l-isptarijiet, l-infermiera, l-aċċess għal mediċini); |
(c) |
il-livell ta' manutenzjoni għal kull post (uffiċċji u akkomodazzjoni); il-provvista ta' punti tal-elettriku, dawl, ventilazzjoni, faċilitajiet sanitarji u ta' iġjene; |
(d) |
il-livell ta' manutenzjoni ta' vetturi, spezzjoni u manutenzjoni regolari, tagħmir xieraq (bħal radju, kitts għall-ewwel għajnuna, iċ-ċinturini tas-sikurezza, l-ilma, kutra); |
(e) |
id-disponibbiltà u l-kwalità tal-ispazju għal imwejjed, siġġijiet, tagħmir tal-kompjuter; |
(f) |
id-dispożizzjonijiet dwar liv u ħinijiet tax-xogħol; l-aċċess għal attivitajiet ta' rikreazzjoni u faċilitajiet sportivi, libreriji, swieq, eċċ.; il-grad ta' distanza; l-aċċess għal spazju privat, binjiet reliġjużi; kif ukoll |
(g) |
il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ u rappurtar ta' inċidenti tas-saħħa u s-sigurtà. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/88/KE tal-4 ta' Novembru 2003 dwar ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9).
ANNESS II
Kurrikulu ta' taħriġ
Titlu tal-Modulu |
Jiem ta' taħriġ wiċċ imb' wiċċ |
Il-grupp fil-mira/status |
Ir-riżultati ta' tagħlim ewlenin: il-parteċipanti għandhom … |
Il-kompetenzi ewlenin indirizzati |
||||||||||||||||||||||||
|
0,5 |
Il-gruppi kollha/obbligatorji |
Il-fehim u d-deskrizzjoni tal-UE u l-funzjonament u l-prinċipji bażiċi tagħha; Il-fehim u d-deskrizzjoni tal-azzjoni esterna tal-UE, inkluża l-politika estera u ta' sigurtà komuni u s-sistema ta' rispons għall-kriżijiet kif ukoll l-approċċ komprensiv tal-UE għall-kriżijiet esterni; Il-fehim u d-deskrizzjoni tar-rwol tad-Direttorat Ġenerali għall-Għajnuna Umanitarja u l-Protezzjoni Ċivili f'għajnuna umanitarja u protezzjoni ċivili, inkluż in-netwerk fil-qasam tiegħu; |
Ftehim tal-kuntesti umanitarji u l-applikazzjoni tal-prinċipji umanitarji |
||||||||||||||||||||||||
|
1,5 |
Il-gruppi kollha/obbligatorji |
|
|
||||||||||||||||||||||||
Il-politika ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni u l-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE |
|
|
Il-fehim tal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE inkluż il-pjan ta' komunikazzjoni tagħha, kif taħdem u x'jistgħu jagħmlu biex jibqgħu parti minnha; Jiffaċċjaw il-kollokament tagħhom ma' aspettattivi realistiċi; Jaġixxu b'mod awtonomu u joħolqu “esperjenza ta' volontarjat” tagħhom stess; Jifhmu kif l-azzjoni pubblika tagħhom u l-imġiba taffettwa d-dehra ta' inizjattiva tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u l-missjoni li se jagħmlu parti minnha; kif ukoll Ikunu konxji dwar x'għandhom jagħmlu jew m'għandhomx jagħmlu matul l-iskjerament dwar kwistjonijiet bħal komunikazzjoni mal-midja, il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni fuq il-midja soċjali, parteċipazzjoni f'dimostrazzjonijiet, eċċ. |
Ftehim tal-kuntesti umanitarji u l-applikazzjoni tal-prinċipji umanitarji Awtonomija Turija ta' tmexxija Ġestjoni tal-aspettattivi tal-persuna stess Il-mentalità tal-volontarjat Komunikazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
Il-qafas ġenerali ta' azzjoni umanitarja |
|
|
Jipprovdu definizzjonijiet ta' għajnuna umanitarja; Isemmu tliet prinċipji umanitarji; Jifhmu u jiddeskrivu l-elementi ewlenin tas-sistema internazzjonali ta' tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, rispons u l-għajnuna umanitarja u l-irkupru; Jifhmu u jiddeskrivu r-rwoli u r-responsabbiltajiet ta' partijiet interessati internazzjonali ewlenin f'diżastru, qabel u wara d-diżastri; Jifhmu u jispjegaw ir-rwol ta' koordinazzjoni ċentrali u globali tan-NU fil-promozzjoni ta' rispons internazzjonali koerenti għall-kriżijiet umanitarji; Jkunu jafu dwar il-mekkaniżmi għal kooperazzjoni reġjonali fil-ġestjoni tad-diżastri; Jifhmu u jispjegaw ir-rekwiżiti, il-limiti u l-objettivi ta' diversi partijiet interessati u l-isfidi għall-koordinazzjoni tal-partijiet interessati f'azzjoni umanitarja, ir-rabta bejn l-għajnuna u r-rijabilitazzjoni ta' diżastri u l-bini ta' reżiljenza; Jifhmu l-paradigmi tal-għajnuna u l-iżvilupp li jinbidlu, l-approċċ ta' reżiljenza; kif ukoll L-aġenda internazzjonali ta' wara l-2015. |
Ftehim tal-kuntesti umanitarji u l-applikazzjoni tal-prinċipji umanitarji Responsabbiltà politika Ksib u għoti tar-riżultati tal-azzjoni u l-bini tal-kapaċità Ħidma ma' oħrajn |
||||||||||||||||||||||||
Il-liġi umanitarja internazzjonali |
|
|
Isem il-punti ewlenin tal-Konvenzjonijiet I-IV ta' Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli Addizzjonali tal-1977; Jifhmu r-rwol tal-liġi umanitarja internazzjonali (IHL) fis-sistema internazzjonali umanitarja u l-applikazzjonijiet tagħha għal sitwazzjonijiet konkreti ta' emerġenza; Ikollhom għarfien bażiku dwar ir-rispons tal-liġi internazzjonali ta' għad-diżastri u l-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; kif ukoll Ikunu jafu l-punti ewlenin tal-Kunsens Ewropew dwar l-għajnuna umanitarja u l-kunsens Ewropew dwar l-għajnuna għall-iżvilupp. |
Ftehim tal-kuntesti umanitarji u l-applikazzjoni tal-prinċipji umanitarji Responsabbiltà politika |
||||||||||||||||||||||||
Introduzzjoni għas-setturi tal-għajnuna umanitarja |
|
|
Għarfien u deskrizzjoni tal-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawn is-setturi ta' għajnuna umanitarja:
|
Ftehim tal-kuntesti umanitarji u l-applikazzjoni tal-prinċipji umanitarji Turija ta' tmexxija |
||||||||||||||||||||||||
Kodiċijiet ta' kondotta u standards |
|
|
Għarfien u applikazzjoni tal-istandards prinċipali Sphere u l-prinċipji ta' protezzjoni; Għarfien u applikazzjoni tal-Kodiċi ta' People in Aid; Għarfien u applikazzjoni tas-standard ta' Sħubija għar-Responsabbiltà Umanitarja (HAP) f'Ġestjoni ta' Responsabbiltà u ta' Kwalità; Għarfien u applikazzjoni tal-Karta ta' responsabbiltà tal-Organizzazzjonijiet Internazzjonali mhux Governattivi (INGO); Għarfien u interpretazzjoni tad-definizzjoni ta' responsabbiltà skont HAP; Tkun tista' ssemmi s-sitt riferimenti HAP; Tkun tista' ssemmi d-sisa' prinċipji ta' tal-Karta INGO; kif ukoll Għarfien u eżerċitar tar-responsabbiltà lejn il-benefiċjarji finali tal-għajnuna umanitarja. |
Ftehim tal-kuntesti umanitarji u l-applikazzjoni tal-prinċipji umanitarji Responsabbiltà politika Turija ta' tmexxija |
||||||||||||||||||||||||
|
1.5 |
Il-voluntiera kollha/obbligatorji |
Għarfien u segwitu tal-istrateġiji u l-proċeduri ta' sigurtà; Fehim tal-importanza ta' proċeduri ta' sikurezza tal-organizzazzjonijiet li ġejjin meta jiġu skjerati; Għarfien dwar kif għandek tħejji qabel l-iskjerament; Tkun tista' tidentifika, tipprevjeni u ttaffi r-riskji waqt missjoni; Tkun tista' taġixxi f'sitwazzjonijiet fejn hemm theddida; Ikollhom il-ħiliet bażiċi tal-ewwel għajnuna; kif ukoll Ikollhom ħiliet bażiċi ta' ġestjoni tal-istress u ħiliet tal-ewwel għajnuna psikoloġika. |
Ġestjoni tas-sikurezza personali, is-saħħa u s-sigurtà Awtokoxjenza u r-reżiljenza Awtonomija |
||||||||||||||||||||||||
|
1.5 |
Professjonisti żgħażagħ |
Deskrizzjoni tal-istadji prinċipali taċ-ċiklu tal-proġett u l-prinċipji speċifiċi applikati għal dawn fil-kuntest tal-għajnuna umanitarja; Żviluppar ta' pjan għall-applikazzjoni bażika ta' proġett; Twettiq ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet bażiċi taħt is-superviżjoni ta' kollega aktar anzjan; Tfassil ta' pjan ta' implimentazzjoni għal proġett sempliċi fil-qasam tal-għarfien espert tagħhom, f'konsultazzjoni ma' kollegi aktar anzjani; Żviluppar ta' għodod bażiċi għal ġestjoni finanzjarja ta' proġett; Identifikar tar-rwoli u l-kompiti ewlenin għal persuni oħra meħtieġa fil-proġett; Żviluppar ta' approċċ għal monitoraġġ ta' proġett sempliċi; kif ukoll It-tfassil ta' approċċ ta' evalwazzjoni għal proġett sempliċi. |
Ġestjoni ta' proġetti f'kuntesti umanitarji Responsabbiltà politika Turija ta' tmexxija Ksib u għoti tar-riżultati tal-azzjoni u l-bini tal-kapaċità |
||||||||||||||||||||||||
|
1.5 |
Professjonisti anzjani |
Applikar tal-esperjenza tagħhom taċ-ċiklu tal-proġett għas-settur tal-għajnuna umanitarja li fihom se jkunu attivi; Fehim u kapaċità ta' applikazzjoni tal-prinċipji ta' għajnuna umanitarja għaċ-ċiklu tal-proġett fejn jidħol l-involviment tal-komunitajiet lokali, ir-responsabbiltà, l-attenzjoni speċifika mogħtija lil kwistjonijiet ta' sessi u gruppi vulnerabbli; Twettiq ta' valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal proġett fil-qasam ta' kompetenza tiegħu/tagħha; Żviluppar ta' applikazzjoni tal-proġett applikazzjoni; Tfassil ta' pjan ta' implimentazzjoni għal proġett fil-qasam tal-għarfien espert tagħhom; Żviluppar ta' għodod għal ġestjoni finanzjarja ta' proġett; Identifikar tar-rwoli u l-kompiti ewlenin għal persuni oħra meħtieġa fil-proġett; Identifikar tal-ħtiġijiet ta' informazzjoni u gwida; Twettiq tal-valutazzjoni tar-riskju għall-proġett; Żviluppar ta' approċċ għall-monitoraġġ tal-proġett; Tfassil ta' approċċ ta' evalwazzjoni għall-proġett; Fehim tal-prinċipji ewlenin għal rappurtar b'suċċess; kif ukoll Identifikazzjoni tal-ħtiġijiet ewlenin tar-rappurtar finanzjarju u amministrattiv. |
Ġestjoni ta' proġetti f'kuntesti umanitarji Responsabbiltà politika Turija ta' tmexxija Ksib u għoti tar-riżultati tal-azzjoni u l-bini tal-kapaċità |
||||||||||||||||||||||||
|
1 |
Il-voluntiera kollha/obbligatorji |
Fehim tal-importanza li tintwera sensittività kulturali; Fehim tal-konsegwenzi negattivi possibbli ta' imġiba b'kull manjiera sterjotipata; Deskrizzjoni ta' x'inhuma l-istereotipi u kif jiġu mwassla; Deskrizzjoni tar-reazzjonijiet differenti fil-kuntest ta' kultura ġdida (irtirar, riżentiment, impressjoni ta' superjorità, identifikazzjoni żejda, eċċ.); Fehim tal-karatteristiċi ewlenin tal-kultura u kif dawn jiġu tradotti fil-prattika; Fehim tal-importanza ta' komunikazzjoni nonverbali; Fehim tad-differenzi fl-istili ta' komunikazzjoni u aġġustament tal-komunikazzjoni; Deskrizzjoni u applikazzjoni tal-prinċipji ewlenin li tagħti feedback kostruttiv dwarhom; Tkun konxju tal-importanza li tiġi żviluppata u implimentata imġiba sensittiva għall-ġeneru; kif ukoll Fehim tal-prinċipji ewlenin tal-integrazzjoni. |
Għarfien interkulturali Ħidma ma' oħrajn Komunikazzjoni Ġestjoni tal-aspettattivi tal-persuna stess |
||||||||||||||||||||||||
|
3 |
Il-voluntiera kollha/obbligatorji |
Dan il-komponent huwa mmirat lejn l-ittestjar kif il-parteċipanti kisbu riżultati ta' tagħlim ewlenin ta' moduli preċedenti u ttestjar tal-abbiltà tagħhom li:
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
1 |
Il-gruppi kollha/fakultattiv |
Fehim tal-importanza ta' kunsiderazzjonijiet etiċi fil-kuntest tal-promozzjoni ta' għajnuna umanitarja; Applikazzjoni ta' sensittività kulturali mal-komunikazzjoni u l-promozzjoni; Twettiq ta' mmappjar ta' partijiet interessati/benefiċjarji fil-kuntest tal-għajnuna umanitarja u identifikazzjoni ta' liema mezzi ta' komunikazzjoni huma l-iżjed adattati biex jilħqu dawn l-objettivi; Tfassil ta' strateġija ta' komunikazzjoni; kif ukoll Rieżami b'mod kritiku tal-istrateġiji ta' komunikazzjoni u identifikazzjoni għal titjib. |
Komunikazzjoni Turija ta' tmexxija Għarfien interkulturali |
||||||||||||||||||||||||
|
1 |
Il-gruppi kollha/fakultattiv |
Identifikazzjoni tal-erba' oqsma fejn l-emozzjonijiet tal-bniedem huma espressi permezz ta' ċiklu ta' kriżi wara diżastru, emerġenza jew avveniment trawmatiku ieħor; Definizzjoni ta' żewġ tipi differenti u l-ambitu ta' diżastru u emerġenza; Deskrizzjoni ta' żewġ prinċipji tar-rispons tas-saħħa fl-imġiba; Turija ta' kompetenza f'mill-inqas tlieta mill-ħiliet PFA mgħallma fit-taħriġ; Identifikazzjoni tal-modalitajiet li bihom jista' jitwassal il-PFA; kif ukoll Identifikazzjoni tal-popolazzjonijiet li għalihom il-PFA huwa xieraq. |
Ġestjoni tas-sikurezza personali, is-saħħa u s-sigurtà Awtokoxjenza u r-reżiljenza |
||||||||||||||||||||||||
|
2 |
Volontiera professjonali anzjani/fakultattiv |
Isem il-prinċipji tat-tagħlim għall-adulti u l-applikazzjoni tagħhom; Isem l-istadji taċ-ċiklu ta' taħriġ u r-rekwiżiti ewlenin għal kull stadju; Formulazzjoni tal-miri u r-riżultati ta' tagħlim ta' korsijiet ta' taħriġ; Għarfien u eżerċitar tal-approċċ iffokat fuq min qed jitgħallem għall-għoti tat-taħriġ; Applikazzjoni tad-diversi ħiliet u tekniki ta' taħriġ; L-għażla ta' metodi xierqa, materjal ta' qari u riżorsi għat-taħriġ relatat ma' xogħol umanitarju; kif ukoll Żviluppar ta' għodod għal evalwazzjoni wara t-taħriġ. |
Ksib u għoti tar-riżultati tal-azzjoni u l-bini tal-kapaċità Komunikazzjoni |
||||||||||||||||||||||||
|
1 |
Volontiera professjonali anzjani/fakultattiv |
Fehim u implimentazzjoni ta' oqfsa legali għal ġestjoni tal-volontarji; Ippjanar tax-xogħol ta' voluntiera lokali fil-pajjiż li qed jirċievi; Organizzar tar-reklutaġġ u l-għażla ta' volontiera; Stabbiliment u sistemi ta' implimentazzjoni ta' sorveljanza regolari, appoġġ u ġestjoni tal-voluntiera; Il-pjan ta' induzzjoni u sessjonijiet qosra ta' taħriġ għall-voluntiera, kif rilevanti; Stabbiliment tas-sistemi li jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza ta' voluntiera lokali; Żgurar li l-ġestjoni fl-organizzazzjoni lokali tkun ħadet ir-responsabbiltà formali għall-voluntiera, b'qafas xieraq u sistema ta' rappurtar ta' ġestjoni ġerarkika; kif ukoll Twaqqif u sorveljanza tas-sistemi. |
Ksib u għoti tar-riżultati tal-azzjoni u l-bini tal-kapaċità Turija ta' tmexxija Ħidma ma' oħrajn Għarfien interkulturali |
||||||||||||||||||||||||
|
2 |
Volontiera professjonali anzjani/fakultattiv |
Semmi xi karatteristiċi ewlenin ta' bini ta' kapaċità; Semmi u ddeskrivi firxa ta' interventi ta' żvilupp ta' organizzazzjoni differenti; Deskrizzjoni tal-elementi differenti ta' valutazzjoni organizzjonali (OA); Valutazzjoni tal-punti b'saħħithom u oħrajn dgħajfin ta' organizzazzjoni lokali; Ikunu jistgħu jwettqu valutazzjoni tal-ħtiġijiet għal bini ta' kapaċità; Għajnuna lill-organizzazzjonijiet lokali fl-iżvilupp ta' politiki ġodda; kif ukoll Żviluppar ta' indikaturi tal-kapaċità għall-monitoraġġ tal-iżvilupp organizzazzjonali. |
Ksib u għoti tar-riżultati tal-azzjoni u l-bini tal-kapaċità Turija ta' tmexxija |
ANNESS III
1. Awtovalutazzjoni u referenzi għal organizzazzjonijiet ospitanti
1. |
L-awtovalutazzjoni minn organizzazzjonijiet ospitanti għandha tkopri standards u proċeduri, fejn applikant mill-organizzazzjoni ospitanti għandu jkollu politika jew prattika fis-seħħ, li jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. L-organizzazzjoni għandha tistqarr, għal kull rekwiżit ta' kull standard u l-proċedura, jekk:
|
2. |
L-awtovalutazzjoni għandha tinkludi wkoll tweġibiet għall-mistoqsijiet li ġejjin fir-rigward tas-sikurezza u s-sigurtà u għal ġestjoni tal-volontarji:
|
3. |
Ir-referenza għandha tkopri dak li hu meħtieġ minn organizzazzjoni ospitanti matul l-iskjerament tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE u tfittex l-esperjenza tar-referì fir-rigward ir-rekwiżiti meħtieġa ta' kull standard u l-proċedura meta jkunu f'pożizzjoni li jipprovdu informazzjoni. B'mod partikolari, għandha:
|
4. |
Biex tippromwovi s-simplifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-istandards u l-proċeduri fejn l-applikant mill-organizzazzjoni ospitanti jeħtieġ li jieħu azzjoni jekk dan tal-aħħar huwa s-sieħeb li jirċievi l-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni li ffirma (is-sħubija) il-ftehim qafas fis-seħħ. |
2. Awtoevalwazzjoni bbażata fuq l-evidenza għal organizzazzjonijiet emittenti
1. |
L-awtovalutazzjoni bbażata fuq evidenza minn organizzazzjonijiet emittenti għandha tkopri l-istandards u l-proċeduri kollha, fejn l-organizzazzjoni għandha jkollha politika jew prattika fis-seħħ, biex tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa dwar il-voluntiera kandidati u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE. L-organizzazzjoni emittenti għandha tistqarr, għal kull rekwiżit ta' kull standard u l-proċedura, jekk:
|
2. |
Biex jiġġustifika l-istqarriji fl-awtoevalwazzjoni, l-applikant tal-organizzazzjoni emittenti għandha turi prova ta' konformità u tinkludi wkoll evidenza tal-kampjun u mezzi ta' verifika li l-politiki u l-prattiki msemmija f'kull rekwiżit tal-istandards u l-proċeduri huma implimentati, partikolarment fir-rigward ta' voluntiera. |
3. |
Li tiġi promossa s-simplifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tidentifika l-istandards u l-proċeduri fejn l-applikant tal-organizzazzjoni emttienti għandux jieħu l-ebda azzjoni jekk dan tal-aħħar huwa s-sieħeb li jirċievi l-għajnuna umanitarja tal-Kummissjoni li ffirma (sħubija) il-ftehim qafas fis-seħħ. |
4. |
Fi kwalunkwe punt tal-proċess ta' ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni tista' titlob lill-applikant tal-organizzazzjoni emittenti li jipprovdi evidenza addizzjonali, jekk ikun meħtieġ. |
3. Il-proċedura għal sospensjoni jew terminazzjoni taċ-ċertifikazzjoni
1. |
Jekk il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tissospendi jew ittemm, iċ-ċertifikazzjoni, hija għandha tinnotifika formalment l-organizzazzjoni emittenti jew dik ospitanti bil-quddiem u tispeċifika r-raġunijiet u tistedinha li tissottometti osservazzjonijiet fi żmien 45 jum kalendarju minn meta tkun irċeviet in-notifika. |
2. |
Jekk, wara l-eżami tal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-organizzazzjoni emittenti jew ospitanti, il-Kummissjoni tiddeċiedi li tittermina l-proċedura ta' sospensjoni jew ta' terminazzjoni, hija tinnotifikaha formalment dwar din tad-deċiżjoni. |
3. |
Jekk l-ebda osservazzjoni ma tiġi sottomessa jew jekk, minkejja l-osservazzjonijiet sottomessi, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ssegwi l-proċedura ta' sospensjoni jew ta' terminazzjoni, hija għandha rispettivament:
|
4. |
Is-sospensjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-wasla mill-organizzazzjoni emittenti jew ospitanti tan-notifika msemmija fil-punt 3(a), jew f'data aktar tard fejn l-avviż jipprevedi dan. |
5. |
Sakemm iċ-ċertifikazzjoni ġiet itterminata skont il-punt 3(b), il-Kummissjoni għandha, hekk kif tqis li r-raġunijiet għas-sospensjoni m'għadhomx japplikaw jew il-verifiki meħtieġa jkunu twettqu, tinnotifika formalment li l-organizzazzjoni emittenti jew ospitanti bit-tneħħija tas-sospensjoni. |
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/84 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1245/2014
tal-20 ta' Novembru 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
(EUR/100 kg) |
||
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
0702 00 00 |
AL |
76,3 |
MA |
76,7 |
|
MK |
78,8 |
|
ZZ |
77,3 |
|
0707 00 05 |
AL |
68,7 |
JO |
194,1 |
|
TR |
137,4 |
|
ZZ |
133,4 |
|
0709 93 10 |
MA |
40,4 |
TR |
132,7 |
|
ZZ |
86,6 |
|
0805 20 10 |
MA |
113,2 |
ZZ |
113,2 |
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
PE |
74,4 |
TR |
70,6 |
|
ZZ |
72,5 |
|
0805 50 10 |
TR |
79,2 |
ZZ |
79,2 |
|
0808 10 80 |
AU |
203,7 |
BR |
53,1 |
|
CA |
133,4 |
|
CL |
87,9 |
|
MD |
29,7 |
|
NZ |
155,4 |
|
US |
135,6 |
|
ZA |
138,6 |
|
ZZ |
117,2 |
|
0808 30 90 |
CN |
73,0 |
US |
201,1 |
|
ZZ |
137,1 |
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DIRETTIVI
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/86 |
DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2014/102/UE
tas-7 ta' Novembru 2014
li tadatta d-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji, dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari l-Artikolu 50 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 50 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jirrikjedu l-adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma jkunux previsti fl-Att ta' Adeżjoni jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għal dak l-għan, jadotta l-atti meħtieġa, jekk l-att oriġinali ma ġiex adottat mill-Kummissjoni. |
(2) |
It-tipi rilevanti ta' impriżi Kroati għandhom jiddaħħlu fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) sabiex jipprovdu għall-kamp ta' applikazzjoni rilevanti tal-miżuri ta' koordinazzjoni previsti minn dik id-Direttiva fil-Kroazja. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-emendi għandu jkun limitat għal adattamenti tekniċi meħtieġa minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja. |
(3) |
Id-Direttiva 2013/34/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sal-20 ta' Lulju 2015. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-miżuri msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom l-ewwel japplikaw għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji li jirrigwardaw is-snin finanzjarji li jibdew mill-1 ta' Jannar 2016 jew matul is-sena kalendarja 2016.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fil-mument tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-metodi dwar kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
ANNESS
Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
. |
(2) |
fl-Anness II, dan li ġej jiddaħħal wara l-entrata għal Franza:
. |
DEĊIŻJONIJIET
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/88 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta' Ottubru 2014
dwar kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012
(2014/822/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 — C7-0054/2014), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 (2) li tipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, u r-riżoluzzjoni ta' akkumpanjament, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (5), u b' mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u b' mod partikolari Artikolu 108 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0011/2014). |
1. |
Jagħti kwittanza lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2012; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 9.
(2) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 353.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/90 |
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta' Ottubru 2014
b'kummenti li jiffurmaw parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 — C7-0054/2014), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 (2) li tipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, u r-riżoluzzjoni ta' akkumpanjament, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (5), u b' mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u b'mod partikolari Artikolu 108 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0011/2014), |
Kummenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet
1. |
Jinnota li sabiex jindirizza n-nuqqasijiet relatati mal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, l-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (“l-Uffiċċju”) inkluda fil-Manwal Finanzjarju u ta' Kontabilità tiegħu proċeduri ċari, passi dettaljati u flussi ta' xogħol li għandhom jintużaw mill-atturi finanzjarji kollha; jilqa' l-fatt li proċessi relatati mal-eżerċizzju ta' riport kienu suġġetti għal attenzjoni partikolari; |
Baġit u ġestjoni finanzjarja
2. |
Jikkonferma mill-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju li kemm ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 89,55 % kif ukoll ir-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 76,57 % wrew titjib meta mqabbla mar-riżultati tal-2012; jirrikonoxxi l-passi meħuda biex titjieb r-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit; jikkunsidra, madankollu, li għad fadal lok għal titjib u jistieden lill-Uffiċċju jtejjeb aktar fil-futur l-isforzi tiegħu ta' monitoraġġ tal-baġit; |
Impenji u riporti
3. |
Jilqa' l-miżuri meħuda mill-Uffiċċju sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet relatati mal-impenji u r-riporti, bħal ippjanar baġitarju mtejjeb u monitoraġġ strett ta' pagamenti fix-xahar u fi tmiem is-sena; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju żgura r-reklutaġġ ta' karigi ewlenin b'impatt dirett fuq iċ-ċirkwit finanzjarju u tejjeb il-politika tiegħu dwar il-preżentazzjoni u r-rimborż f'waqthom ta' spejjeż ta' missjonijiet mitluba minn esperti; |
4. |
Jinnota bi tħassib li r-rata ta' approprjazzjonijiet ta' impenn ikkanċellati riportati fis-sena finanzjarja 2013 kienet 28 %, ċifra li għadha għolja, għalkemm tirrappreżenta tnaqqis sinifikanti mir-rata tas-sena ta' qabel ta' 45 %; jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri li dawn ir-riporti kienu fil-parti l-kbira relatati ma' kuntratti ffirmati fit-tieni semestru tal-2013 għal attivitajiet ippjanati għall-2013 u l-2014; |
5. |
Jinnota li r-rata ta' approprjazzjonijiet mhux użati naqset minn 17 % fl-2012 għal 14,6 % fl-2013, kif ukoll ir-rata ta' riporti għall-2014, li naqset minn EUR 611 223 (19 %) għal EUR 461 983 (13 %); jitlob lill-Uffiċċju jkompli jtejjeb l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tiegħu u jnaqqas aktar ir-rati ta' riporti; |
Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ
6. |
Jirrikonoxxi l-inklużjoni ta' lista ta' kontroll tal-akkwisti obbligatorja u dettaljata fil-Manwal Finanzjarju tal-Uffiċċju, kif ukoll il-ħatra ta' Uffiċjal għall-Akkwisti u taħriġ għal akkwisti ġenerali għall-persunal kollu; jilqa' l-fatt li dawn il-miżuri rriżultaw fi tħejjija, eżekuzzjoni, dokumentazzjoni u koordinament aħjar tal-proċeduri ta' akkwist tal-Uffiċċju; |
7. |
Jilqa' l-bidliet u t-titjib li saru għall-proċeduri ta' akkwist eżistenti sabiex iwieġbu t-talbiet tal-awtorità ta' kwittanza u jżidu t-trasparenza tal-proċess ta' reklutaġġ u, b'mod partikolari, tal-punti li ġejjin:
|
8. |
Jilqa' l-politika tal-komunikazzjoni riveduta tal-Uffiċċju, li tiżgura li telefons ċellulari jingħataw lill-persunal abbażi ta' esiġenzi professjonali, u l-kontrolli interni magħmula għall-monitoraġġ tal-konformità ma' din il-politika; |
9. |
Jinnota l-inklużjoni ta' kuntratt bankarju ġdid għall-operazzjonijiet f'kontanti tal-Uffiċċju ma' bank bi klassifikazzjoni “A+/A-1”; jirrikonoxxi l-inklużjoni ta' linji gwida ta' ġestjoni tat-teżor fil-Manwal tal-Kontabilità tal-Uffiċċju; |
Prevenzjoni u ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi u trasparenza
10. |
Jirrikonoxxi li d-dikjarazzjonijiet annwali tal-kunflitt ta' interessi mill-Bord ta' Regolaturi, il-Kumitat ta' Ġestjoni u Meniġer Amministrattiv tal-Uffiċċju saru disponibbli permezz ta' sezzjonijiet speċjali tar-reġistru pubbliku ta' dokumenti tal-Uffiċċju; jinnota li l-politika tal-kunflitti ta' interessi rigward il-membri tal-persunal tal-Uffiċċju ssegwi l-istess prinċipji, u li d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interessi tal-membri tal-persunal huma disponibbli wkoll mir-reġistru pubbliku tal-Uffiċċju; |
11. |
Jinnota li l-Uffiċċju ma ppjanax rieżami tal-politika fis-seħħ dwar il-kunflitti ta' interessi, u li jikkunsidra l-politiki rilevanti kollha dwar il-kunflitti ta' interessi, sa minn Diċembru 2013, bħala konformi mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju għandu l-għan li jissensibilizza dwar il-politika tiegħu marbuta mal-kunflitti ta' interessi, kif ukoll ta' dik tal-Bord tiegħu, u li se jsegwi mill-qrib il-bidliet rilevanti f'dan il-qasam; |
Awditjar intern
12. |
Jinnota li l-Uffiċċju ssodisfa r-rekwiżiti formali kollha għall-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) dwar l-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICS 12); |
13. |
Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju qed jadatta l-ippjanar u r-rappurtar tiegħu biex jinkludi miri li jistgħu jitkejlu bil-għan li jimplimenta l-ICS għal Objettivi u Indikaturi tal-Prestazzjoni (ICS 5); jinnota li l-Uffiċċju ffinalizza l-manwali ta' proċeduri tiegħu stess u adotta proċedura interna dettaljata għar-reġistrazzjoni tal-avvenimenti kollha mhux konformi biex jimplimenta l-ICS għal Proċessi u Proċeduri (ICS 8); jinnota li l-Uffiċċju adotta l-proċeduri interni tiegħu dwar ġestjoni ta' dokumenti sabiex jikkonforma mal-ICS għal Ġestjoni ta' Dokumenti (ICS 11); |
14. |
Jinnota li l-Uffiċċju stabbilixxa proċedura ta' inventarju rigward ir-reġistrazzjoni u d-disponiment ta' assi fissi li ġiet adottata bħala parti mill-Manwal Finanzjarju tiegħu; jinnota li twettaq inventarju fiżiku f'Awwissu 2013; jilqa' l-fatt li, skont il-proċeduri tal-Uffiċċju, għandu jitlesta inventarju tal-assi kull sena; |
15. |
Jinnota li huwa programmat rieżami tal-ICS mis-Servizz ta' Awditjar Intern; jitlob lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tar-rieżami hekk kif ikunu disponibbli; |
Prestazzjoni
16. |
Jilqa' l-passi meħuda dan l-aħħar mill-Uffiċċju lejn komunikazzjoni aħjar maċ-ċittadini Ewropej dwar l-impatt li xogħlu għandu fuqhom, b'mod partikolari l-enfasi fuq objettivi li jistgħu jitkejlu u definiti b'mod ċar li jippermettu valutazzjoni aħjar tal-attivitajiet tiegħu; |
17. |
Jinnota li l-Uffiċċju beda jżid il-profil tiegħu bħala korp tal-Unjoni billi tella' l-logo tal-Unjoni fuq xi paġni tas-sit web tiegħu, u jistenna bil-ħerqa li dan jiġi estiż għall-paġna ewlenija tal-BEREC u sistematikament fuq il-komunikazzjonijiet kollha, u b'hekk tiġi żgurata l-viżibilità tal-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet. |
18. |
Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 (8) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji. |
(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 9.
(2) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 353.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
(8) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 359.
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/93 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta' Ottubru 2014
dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012
(2014/823/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju (1), |
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-18 ta' Frar 2014 (05849/2014 — C7-0054/2014), |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014 (2) li tipposponi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, u r-riżoluzzjoni ta' akkumpanjament, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 185 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li tirrevoka r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (5), u b' mod partikolari tal-Artikolu 13 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), u b' mod partikolari Artikolu 108 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0011/2014), |
1. |
Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2012; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 365, 13.12.2013, p. 9.
(2) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 353.
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(5) ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.
(6) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(7) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/94 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta' Ottubru 2014
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
(2014/824/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)570 — C7-0275/2013) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom (4), ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-3 ta' April 2014 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta' ma' dik id-deċiżjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0010/2014), |
1. |
Jiċħad il-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għas-sena finanzjarja 2012; |
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Martin SCHULZ
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 334, 15.11.2013, p. 1.
(3) ĠU C 331, 14.11.2013, p. 1.
(4) ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
(5) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 24.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/95 |
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta' Ottubru 2014
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, Taqsima II — Il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill
IL-PARLAMENT EWROPEW,
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (1), |
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali kkonsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2013)570 — C7-0275/2013) (2), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), |
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll dwar il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom (4), ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2012, skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-3 ta' April 2014 (5) li tipposponi d-deċiżjoni ta' kwittanza għas-sena finanzjarja 2012, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta' ma' dik id-deċiżjoni, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (6), u b'mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (7), u b'mod partikolari l-Artikoli 164, 165 u 166 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (8), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra t-tieni rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0010/2014), |
A. |
billi l-istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jagħtu rendikont sħiħ liċ-ċittadini tal-Unjoni għall-fondi fdati lilhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni; |
B. |
billi l-Kunsill Ewropew u l-Kunsill, bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandhom ikunu soġġetti għar-responsabilità demokratika fir-rigward taċ-ċittadini tal-Unjoni peress li huma benefiċjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, |
C. |
billi l-Parlament huwa l-uniku korp elett direttament fost l-istituzzjonijiet Ewropej u għandu r-responsabilità li jagħti l-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni; |
1. |
Jenfasizza r-rwol tal-Parlament speċifikat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward tal-kwittanza baġitarja; |
2. |
Jindika li, skont l-Artikolu 335 tat-TFUE, “l-Unjoni għandha tkun rappreżentata minn kull waħda mill-istituzzjonijiet, bis-saħħa tal-awtonomija amministrattiva tagħhom, fi kwistjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-operat rispettiv tagħhom”, u li, b'konsegwenza, waqt li jitqies l-Artikolu 55 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-Regolament Finanzjarju), l-istituzzjonijiet huma responsabbli b'mod individwali għall-implimentazzjoni tal-baġits tagħhom; |
3. |
Jenfasizza r-rwol tal-Parlament u ta ' istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-proċedura ta' kwittanza hekk kif irregolat mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju, b'mod partikolari l-Artikoli 164 u 166 tiegħu; |
4. |
Jinnota li, skont l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, “id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta' għoti ta' kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għandhom japplikaw bl-istess mod għall-proċedura ta' għoti ta' kwittanza […] lill-persuni responsabbli mill-implimentazzjoni tal-baġits ta' istituzzjonijiet u organi oħra tal-Unjoni Ewropea bħal ma huma l-Kunsill (f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet tiegħu bħala eżekuttiv)”; |
Opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill fid-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tagħha għas-sena finanzjarja 2012
5. |
Jenfasizza l-fatt li fir-rapport annwali li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2012, il-Qorti tal-Awdituri inkludiet osservazzjonijiet dwar il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill rigward żbalji fit-tfassil tal-proċeduri ta' akkwist; josserva li żball wieħed jirrelata mal-prestazzjoni ta' proċedura nnegozjata u li ieħor jirrelata mal-applikazzjoni ta' kriterju ta' għażla; |
6. |
Jieħu nota tat-tweġiba tal-Kunsill li,“Il-Kunsill u l-Kunsill Ewropew għandhom qafas solidu u ċentralizzat ta' akkwist li reċentement ġie adattat għar-Regolament Finanzjarju l-ġdid u r-regoli ta' applikazzjoni, u li ser jissaħħaħ bid-disinn ta' mudelli ġodda ta' kuntratti u stediniet għal offerti kif ukoll l-iżvilupp ta' korsijiet speċifiċi ta' taħriġ dwar kif jiġu definiti u applikati l-kriterji ta' selezzjoni u ta' aġġudikazzjoni”; |
7. |
Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-uffiċjali awtorizzanti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kunsill għandhom itejbu t-tfassil, il-koordinazzjoni u l-prestazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist permezz ta' kontrolli xierqa u gwida aħjar; |
8. |
Jieħu nota li l-Kunsill ma jipprovdi ebda tweġiba ulterjuri għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri; |
Kwistjonijiet pendenti
9. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jinforma lill-Parlament dwar il-progress tal-kostruzzjoni u l-projezzjoni tal-ispejjeż finali tal-bini “Ewropa”; |
10. |
Jistieden lill-Kunsill jispjega l-miżuri kollha implimentati matul il-kostruzzjoni tal-bini “Ewropa” sabiex titjieb l-eżekuzzjoni tal-proġett; |
11. |
Ifakkar lill-Kunsill bit-talba tal-Parlament għal rapport ta' progress dwar il-proġett ta' bini “Résidence Palace” u analiżi dettaljata tal-ispejjeż li tħallsu sal-lum; |
12. |
Iħeġġeġ lill-Kunsill jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub u dettaljata dwar l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet użati fix-xiri tal-bini “Résidence Palace”, il-partiti baġitarji li minnhom ittieħdu dawn l-approprjazzjonijiet, il-pagamenti parzjali li tħallsu s'issa, il-pagamenti parzjali li għad iridu jitħallsu u l-iskop li se jaqdi l-bini; |
13. |
Itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jipprovdi informazzjoni dwar il-proċess ta' modernizzazzjoni amministrattiva tiegħu, b'mod partikolari dwar il-miżuri konkreti ta' implimentazzjoni ta' dak il-proċess u l-impatt antiċipat fuq il-baġit tal-Kunsill; |
14. |
Jiddispjaċih bid-diffikultajiet li tfaċċaw ripetutament fil-proċeduri ta' kwittanza sal-lum, li seħħew minħabba nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill; jinnota li l-Parlament ċaħad l-għoti tal-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-snin finanzjarji 2009, 2010 u 2011 għar-raġunijiet stipulati fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Mejju 2011 (9), tal-25 ta' Ottubru 2011 (10), tal-10 ta' Mejju 2012 (11), tat-23 ta' Ottubru 2012 (12), tas-17 ta' April 2013 (13) u tad-9 ta' Ottubru 2013 (14), u ppospona d-deċiżjoni tiegħu li jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill fir-rigward tas-sena finanzjarja 2012 għar-raġunijiet stipulati fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014; |
15. |
Jinsisti li eżerċizzju ta' kontroll baġitarju effikaċi jeħtieġ il-kooperazzjoni tal-Parlament u l-Kunsill, kif stipulat fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' April 2014; jikkonferma li l-Parlament mhuwiex fil-qagħda li jieħu deċiżjoni infurmata dwar l-għoti tal-kwittanza; |
16. |
Ifakkar li bħala riżultat tad-deċiżjoni ta' kwittanza tiegħu adottata fis-17 ta' April 2013, il-Parlament bagħat il-mistoqsijiet tal-Kunsill lill-Kummissjoni, u li l-Kummissjoni wieġbet b'ittra tat-23 ta' Jannar 2014; ifakkar lill-Kunsill bl-opinjoni tal-Kummissjoni, li l-istituzzjonijiet kollha huma parti sħiħa mill-proċess ta' segwitu għall-osservazzjonijiet magħmula mill-Parlament fl-eżerċizzju ta' kwittanza u li l-istituzzjonijiet kollha għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-funzjonament mingħajr xkiel tal-proċedura ta' kwittanza; |
17. |
Jinnota li fl-ittra imsemmija hawn fuq il-Kummissjoni sostniet li mhijiex se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-baġits tal-istituzzjonijiet l-oħra u li l-fatt li tagħti risposta għal mistoqsijiet indirizzati lil istituzzjoni oħra jikser l-awtonomija ta' dik l-istituzzjoni biex timplimenta t-taqsima tagħha stess tal-baġit; |
18. |
Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu qed jonqos milli jipprovdi tweġiba għall-mistoqsijiet tal-Parlament; ifakkar fil-konklużjonijiet tas-sessjoni ta' ħidma tal-Parlament tas-27 ta' Settembru 2012 dwar id-Dritt tal-Parlament li jagħti kwittanza lill-Kunsill, li fiha l-biċċa l-kbira tal-esperti legali u akkademiċi qablu dwar id-dritt tal-Parlament għall-informazzjoni; f 'dan ir-rigward jirreferi għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 15 tat-TFUE li jistipula li kull istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija għandha tiżgura li l-proċeduri tagħha jkunu trasparenti; |
19. |
Jinsisti li n-nefqa tal-Kunsill għandha tgħaddi minn skrutinju bħal dik ta ' istituzzjonijiet oħra u li l-elementi fundamentali ta' skrutinju bħal dan huma stipulati fir-riżoluzzjonijiet ta ' kwittanza tiegħu tas-snin li għaddew, b'mod par tikolari ir-riżoluzzjoni ta' kwittanza tat-23 ta' Ottubru 2012; |
20. |
Jenfasizza l-prerogattiva tal-Parlament li jagħti l-kwittanza skont l-Artikoli 316, 317 u 319 TFUE, bi qbil mal-interpretazzjoni u l-prattika attwali, speċifikament li jagħti l-kwittanza għal kull intestatura tal-baġit b'mod individwali sabiex jinżammu t-trasparenza u l-obbligu demokratiku li jingħata rendikont lill-kontribwenti tal-Unjoni; |
21. |
Hu tal-fehma li n-nuqqas li jitressqu d-dokumenti rikjesti lill-Parlament fuq kollox idgħajfu d-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-informazzjoni u t-trasparenza u qed isir raġuni ta' tħassib, li jirrifletti ċertu defiċit demokratiku fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill għalhekk biex ma jqisx it-talbiet tal-Parlament għall-aċċess għal informazzjoni bħala tentattiv ta' supremazija istituzzjonali iżda li jagħti prijorità lid-dritt tal-pubbliku li jkun totalment infurmat; |
22. |
Jemmen li huwa meħtieġ li jitqiesu possibilitajiet differenti biex jiġu aġġornati r-regoli dwar l-għoti ta' kwittanza kif stipulati fit-TFUE; |
23. |
Iħoss li l-Parlament u l-Kunsill jistgħu jiksbu xi progress billi joħolqu flimkien proċedura ta' “modus vivendi” b'lista ta' dokumenti li għandhom jiġu skambjati sabiex ir-rwoli rispettivi tagħhom jiġu sodisfatti fil-proċess ta' kwittanza; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kunsill ifittex soluzzjoni politika għall-kwittanza tal-Kunsill minkejja l-fehmiet legali differenti li l-Parlament u l-Kunsill qed ikomplu jħaddnu; |
24. |
Iqis li kooperazzjoni sodisfaċenti bejn il-Parlament, il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill bħala riżultat ta' djalogu jew proċedura miftuħa tista' tkun sinjal pożittiv li jista' jingħata liċ-ċittadini tal-Unjoni. |
(2) ĠU C 334, 15.11.2013, p. 1.
(3) ĠU C 331, 14.11.2013, p. 1.
(4) ĠU C 334, 15.11.2013, p. 122.
(5) ĠU L 266, 5.9.2014, p. 24.
(6) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(7) ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.
(8) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(9) ĠU L 250, 27.9.2011, p. 25.
(10) ĠU L 313, 26.11.2011, p. 13.
(11) ĠU L 286, 17.10.2012, p. 23.
(12) ĠU L 350, 20.12.2012, p. 71.
(13) ĠU L 308, 16.11.2013, p. 22.
(14) ĠU L 328, 7.12.2013, p. 97.
21.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 334/98 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-20 ta' Novembru 2014
li tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali u tan-network tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/168/KE
(2014/825/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(4) u 53(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali ġie stabbilit skont l-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 għan-netwerking ta' netwerks, organizzazzjonijiet, u amministrazzjonijiet nazzjonali attivi fil-qasam tal-iżvilupp rurali fil-livell tal-Unjoni. |
(2) |
In-netwerk ta' Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (“l-EIP”) ġie stabbilit skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 li jappoġġa l-EIP għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola msemmija fl-Artikolu 55 ta' dak ir-Regolament u biex jippermetti netwerking ta' gruppi operattivi, servizzi konsultattivi u riċerkaturi. |
(3) |
Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġu adottati regoli li jistabbilixxu l-istruttura organizzattiva u l-operat kemm tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali (“l-ENRD”) u kemm tan-Netwerk tal-EIP. |
(4) |
Bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi tan-netwerking rurali fil-livell Ewropew stabbiliti fl-Artikoli 52(2) u 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u sabiex jitwettqu l-kompiti previsti fl-Artikoli 52(3) and 53(3) ta' dak ir-Regolament għan-netwerks tal-ENRD u tal-EIP rispettivament, jinħtieġ li tiġi stabbilita Assemblea tan-Netwerks Rurali u li jiġu ddefiniti l-kompiti u l-istruttura tagħha, f'konformità mal-White Paper mill-Kummissjoni bl-isem ta' European governance (2), u f'konformità mal-Komunikazzjoni mill-President tal-Kummissjoni bl-isem ta' Framework for Commission expert groups: horizontal rules and public register (3) (“Framework for Commission expert groups”). |
(5) |
L-Assemblea għandha tippromwovi b'mod partikolari l-iskambju u n-netwerking fost l-entitajiet pubbliċi u privati attivi fl-iżvilupp rurali u l-innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola. Għandha tiżgura l-koordinazzjoni bejn l-ENRD u n-netwerk tal-EIP, tipprovdi l-qafas strateġiku għall-attivitajiet tagħhom, fosthom il-ħidma tematika, u tiżgura monitoraġġ u valutazzjoni xierqa ta' din attività. Għandha tipproponi l-membri tal-Grupp ta' Tmexxija. |
(6) |
L-Assemblea għandha tkun magħmula min-netwerks rurali nazzjonali, l-awtoritajiet tal-ġestjoni, l-aġenziji tal-pagamenti, l-organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-iżvilupp rurali fil-livell tal-Unjoni, il-gruppi ta' azzjoni lokali tal-LEADER, il-fornituri tas-servizzi konsultattivi agrikoli attivi fis-servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni marbuta ma' gruppi operattivi u l-istituti tar-riċerka attivi fl-attivitajiet ta' innovazzjoni marbuta ma' gruppi operattivi. |
(7) |
Sabiex tiġi garantita rappreżentazzjoni miftuħa, trasparenti u bilanċjata, il-membri tal-Assemblea li huma organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-iżvilupp rurali fil-livell tal-Unjoni għandhom ikunu dawk maħtura fi ħdan il-grupp ta' djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/767/UE (4) (minn hawn 'il quddiem “il-grupp ta' djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali”). |
(8) |
Bil-ħsieb li tiġi żgurata organizzazzjoni effettiva u effiċjenti tal-attività tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP, skont l-opinjonijiet tal-Assemblea, jinħtieġ li jitwaqqaf Grupp ta' Tmexxija tan-Netwerks Rurali u li jiġu ddefiniti l-kompiti u l-istruttura tiegħu. |
(9) |
Il-Grupp ta' Tmexxija għandu b'mod partikolari jħejji l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-attivitajiet tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP. Għandu jikkoordina l-ħidma tematika tan-networks u jiżgura l-koordinazzjoni tal-ħidma tal-Assemblea ma' dik ta'gruppi oħra ta' esperti u l-kumitati stabbiliti fil-kuntest tal-iżvilupp rurali u tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment. |
(10) |
Il-Grupp ta' Tmexxija għandu jkun magħmul mill-awtoritajiet tal-ġestjoni u/jew in-netwerks rurali nazzjonali, l-organizzazzjonijiet madwar l-UE kollha attivi fil-qasam tal-iżvilupp rurali, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-evalwazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali, il-fornituri ta' servizzi ta' konsulenza agrikola u/jew l-istituti ta' riċerka agrikola. |
(11) |
Bil-għan li jinżamm skambju miftuħ u regolari bejn l-ENRD, in-netwerk tal-EIP u l-grupp ta' djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali, il-President u l-Viċi Presidenti tal-grupp ta' djalogu ċivili għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija bħala osservaturi. |
(12) |
Għandhom jiġu stipulati regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni mill-membri tal-Assemblea u tal-Grupp ta' Tmexxija. |
(13) |
Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(14) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/168/KE (6) tipprovdi għall-istruttura organizzattiva tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għall-perjodu 2007-2013. Għalhekk dik id-Deċiżjoni għandha titħassar. |
(15) |
Il-miżuri pprovduti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU I
SUĠĠETT
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva u l-operat tan-netwerk Ewropew għall-iżvilupp rurali (“l-ENRD”) u tan-network tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola (“in-netwerk tal-EIP”) permezz tal-istabbiliment ta' Assemblea u Grupp ta' Tmexxija, u tipprovdi għall-kompożizzjoni tagħhom u għall-kompiti tagħhom u tistipula r-regoli għall-operat tagħhom.
KAPITOLU II
ASSEMBLEA TAN-NETWERKS RURALI
Artikolu 2
Assemblea tan-Netwerks Rurali
L-Assemblea tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP, minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala “l-Assemblea”, hija b'dan stabbilita.
Artikolu 3
Kompiti tal-Assemblea
Il-kompiti tal-Assemblea għandhom ikunu b'mod partikolari:
(a) |
il-promozzjoni tal-iskambju u n-netwerking fost l-entitajiet pubbliċi u privati attivi fl-iżvilupp rurali u l-innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola; |
(b) |
l-iżgurar tal-koordinazzjoni bejn l-ENRD u n-netwerk tal-EIP; |
(c) |
il-provvista ta' qafas strateġiku għall-attivitajiet tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP, fosthom il-ħidma tematika; |
(d) |
l-iżgurar ta' monitoraġġ u valutazzjoni tal-attivitajiet tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP b'mod xieraq fir-rigward tal-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 52(2) u 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u l-kompiti elenkati fl-Artikoli 52(3) u 53(3) ta' dak ir-Regolament; |
(e) |
il-proposta tal-membri tal-Grupp ta' Tmexxija lid-Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (“id-Direttur Ġenerali”). |
Artikolu 4
Sħubija fl-Assemblea
1. L-Assemblea għandha tkun magħmula mill-membri li ġejjin:
(a) |
netwerks rurali nazzjonali msemmija fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (membru wieħed minn kull Stat Membru); |
(b) |
awtoritajiet tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (membru wieħed minn kull Stat Membru); |
(c) |
aġenziji tal-pagament msemmija fl-Artikolu 7 tar- Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (membru wieħed minn kull Stat Membru); |
(d) |
organizzazzjonijiet mhux governattivi madwar l-UE kollha, li huma rreġistrati fir-Reġistru Konġunt Ewropew tat-Trasparenza, li ġew maħtura bħala membri tal-grupp ta' djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali skont id-Deċiżjoni 2013/767/UE (minn hawn 'il quddiem “il-grupp ta' djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali”) u li jkunu esprimew l-interess tagħhom li jipparteċipaw fl-Assemblea (massimu ta' 29 membru); |
(e) |
organizzazzjonijiet madwar l-UE li jirrappreżentaw l-awtoritajiet reġjonali u/jew lokali attivi fl-iżvilupp rurali, fosthom il-konnessjonijiet bejn iż-żoni rurali u dawk urbani (massimu ta' 3 membri); |
(f) |
gruppi ta' azzjoni lokali LEADER msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 (membru wieħed minn kull Stat Membru); |
(g) |
fornituri tas-servizzi ta' konsulenza agrikola attivi fis-servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni marbuta ma' gruppi operattivi (membru wieħed minn kull Stat Membru); |
(h) |
istituti ta' riċerka agrikola attivi f'attivitajiet ta' innovazzjoni marbuta ma' gruppi operattivi (membru wieħed minn kull Stat Membru). |
2. Il-membri msemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c), (f), (g) u (h) għandhom jinħatru mill-Istat Membru rispettiv.
Il-membri msemmija fil-paragrafu 1(e) għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali abbażi ta' sejħa għall-applikazzjonijiet.
3. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jinnominaw lir-rappreżentanti permanenti għal kull waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c), (f), (g) u (h).
L-organizzazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(d) u (e) għandhom jinnominaw ir-rappreżentanti permanenti tagħhom.
4. Il-membri tal-Assemblea għandhom jiġu ppubblikati fir-Reġistru tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni u entitajiet simili oħrajn (“ir-Reġistru”) u fuq is-siti tal-Internet tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP.
5. Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi proċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
Artikolu 5
Operat tal-Assemblea
1. L-Assemblea għandha tkun preseduta minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-President għandu jsejjaħ laqgħa tal-inqas darba fis-sena.
2. Bi ftehim mal-Kummissjoni, l-Assemblea tista' twaqqaf sottogruppi fuq suġġetti speċifiċi relatati mal-objettivi u l-kompiti ta' ENRD u tan-netwerk tal-EIP, fosthom sottogruppi permanenti dwar:
(a) |
innovazzjoni għall-produttività u s-sostenibbiltà agrikola; |
(b) |
żvilupp immexxi minn LEADER u mill-komunità; kif ukoll |
(c) |
l-evalwazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali. |
Is-sottogruppi għandhom iwettqu ħidma tematika abbażi ta' mandat iddefinit mill-Assemblea.
Is-sottogruppi mhux permanenti għandhom jiġu xolti malli jwettqu l-mandat tagħhom.
3. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista' jistieden esperti u osservaturi minn barra l-Assemblea b'kompetenza speċifika f'suġġett tal-aġenda biex jipparteċipaw fil-ħidma tal-Assemblea jew f'sottogruppi fuq bażi ad hoc.
4. Il-membri tal-Assemblea, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u r-regoli tal-implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà relatata mal-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata tal-UE, stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom (8). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha.
5. Il-laqgħat tal-Assemblea u tas-sottogruppi tagħha għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni, sakemm il-President ma jiddeċidix mod ieħor. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali. Uffiċjali tal-Kummissjoni li għandhom interess fil-proċeduri jistgħu jattendu għal-laqgħat tal-Assemblea u tas-sottogruppi tagħha.
6. L-Assemblea għandha tadotta r-regoli ta' proċedura tagħha abbażi tar-regoli standard ta' proċedura għal gruppi ta' esperti adottati mill-Kummissjoni.
7. Il-Kummissjoni tippubblika d-dokumenti kollha rilevanti dwar l-attivitajiet imwettqa mill-Assemblea (bħal aġendi, minuti u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti) billi jew tinkludihom fir-Reġistru jew permezz ta' ħolqa mir-Reġistru għal sit tal-Internet iddedikat.
8. Il-ħidma tal-Assemblea għandha tkun ikkoordinata ma' dik ta' gruppi oħra ta' esperti u kumitati stabbiliti fil-kuntest tad-djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali kif ukoll fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament;
Artikolu 6
Rimborż tal-ispejjeż
1. Il-membri tal-Assemblea ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi li jagħtu.
2. L-ispejjeż għall-ivvjaġġar u għall-għajxien li jġarrbu l-membri tal-Assemblea għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat tal-Assemblea, inklużi s-sottogruppi, għandhom jiġu rimborżati mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni.
3. L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rimborżati sal-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.
KAPITOLU III
GRUPP TA' TMEXXIJA TAN-NETWERKS RURALI
Artikolu 7
Grupp ta' Tmexxija tan-netwerks rurali
Il-Grupp ta' Tmexxija tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP, minn hawn 'il quddiem magħruf bħala “l-Grupp ta' Tmexxija”, huwa b'dan stabbilit.
Artikolu 8
Kompiti tal-Grupp ta' Tmexxija
Il-kompiti tal-Grupp ta' Tmexxija għandhom ikunu b'mod partikolari:
(a) |
it-tħejjija, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-attivitajiet tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP, f'konformità mal-qafas strateġiku previst mill-Assemblea; |
(b) |
il-koordinazzjoni tal-ħidma tematika skont il-qafas ipprovdut mill-Assemblea u s-segwitu tal-implimentazzjoni tagħha; |
(c) |
il-valutazzjoni fuq bażi kontinwa tal-effettività u l-effiċjenza tal-attivitajiet tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP; |
(d) |
l-iżgurar tal-koordinazzjoni tal-ħidma tal-Assemblea ma' dik ta' gruppi oħra ta' esperti u kumitati stabbiliti fil-kuntest tad-djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali kif ukoll fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament; |
(e) |
ir-rappurtar lill-Assemblea dwar l-attivitajiet tiegħu. |
Artikolu 9
Sħubija fil-Grupp ta' Tmexxija
1. Il-Grupp ta' Tmexxija għandu jkun magħmul mill-membri li ġejjin tal-Assemblea:
(a) |
l-awtoritajiet ta' ġestjoni u/jew netwerks rurali nazzjonali (membru wieħed minn kull Stat Membru); |
(b) |
l-organizzazzjonijiet madwar l-UE kollha msemmija fl-Artikolu 4(1)(d) u (e) (massimu ta' 12-il membru); |
(c) |
l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-evalwazzjoni tal-programmi ta' żvilupp rurali (massimu ta' 4 membri); |
(d) |
il-fornituri tas-servizzi ta' konsulenza agrikola u/jew l-istituti ta' riċerka agrikola msemmija fl-Artikolu 4(1)(g) u (h) (massimu ta' 4 membri). |
2. Il-membri tal-Grupp ta' Tmexxija għandhom jinħatru mid-Direttur Ġenerali wara proposta tal-Assemblea li tkun tirrifletti d-diversità ġeografika u tematika tal-membri tal-ENRD u tan-netwerk tal-EIP u bbażata fuq l-impenn volontarju tal-membri proposti.
Għal kull waħda mill-kategoriji msemmija fil-paragrafu 1, l-Assemblea tista' tipproponi rotazzjoni tal-membri tal-Grupp ta' Tmexxija.
3. Membru tal-Grupp ta' Tmexxija jista' jiġi sostitwit mid-Direttur Ġenerali wara proposta tal-Assemblea meta:
(a) |
jirtira mill-Grupp ta' Tmexxija; |
(b) |
ma jaħtarx b'mod regolari rappreżentanti għal-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija; |
(c) |
ma jkunx għadu kapaċi jagħti kontribut b'mod effettiv għall-kompiti tal-Grupp ta' Tmexxija; |
(d) |
ma jkunx konformi mar-rekwiżit ta' nuqqas ta' divulgazzjoni fejn tidħol informazzjoni koperta mill-obbligu tas-segretezza professjonali stabbilit fl-Artikolu 339 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE. |
4. Il-President u l-Viċi Presidenti tal-grupp ta' djalogu ċivili dwar l-iżvilupp rurali jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija bħala osservaturi.
Artikolu 10
Operat u spejjeż tal-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija
L-Artikoli 5 u 6 għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-operat u l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Grupp ta' Tmexxija.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 11
Tħassir
Id-Deċiżjoni 2008/168/KE hija mħassra.
Artikolu 12
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) White Paper tal-Kummissjoni — European governance, il-25 ta' Lulju 2001, COM(2001) 428 final.
(3) Komunikazzjoni mill-President tal-Kummissjoni — Framework for Commission expert groups: horizontal rules and public register, l-10 ta' Novembru 2012, C(2010) 7649 final.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/767/UE tas-16 ta' Diċembru 2013 li twaqqaf qafas għal djalogu ċivili fi kwistjonijiet koperti mill-politika agrikola komuni u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/391/KE (ĠU L 338, 17.12.2013, p. 115).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
(6) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/168/KE tal-20 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-istruttura organizzattiva tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 31).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Novembru 2001 li temenda r-Regoli Interni tal-Proċedura (ĠU L 317, 3.12.2001, p. 1).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).