ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 332

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
19 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/804/PESK tat-8 ta' Ottubru 2014 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

1

 

 

Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

3

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1232/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 sabiex jiġu adattati r-referenzi li hemm fiha mar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex ikun ikkoreġut ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014

5

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1233/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

11

 

*

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1234/2014 tat-18 ta’ Novembru 2014 li jemenda l-Annessi IIIB, V u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart ( 1 )

15

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1235/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2015 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

18

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1236/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ( 1 )

26

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1237/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

29

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/805/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/366/UE li tistabbilixxi lista ta' programmi ta' kooperazzjoni u tindika l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għal kull programm taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014–2020 (notifikata bid-dokument C(2014) 8423)

31

 

 

2014/806/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2014 dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 )

34

 

 

2014/807/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi interim fir-rigward ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fir-Renju Unit (notifikata bid-dokument C(2014) 8751)  ( 1 )

41

 

 

2014/808/UE

 

*

Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Novembru 2014 dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi (notifikata bid-dokument C(2014) 8752)  ( 1 )

44

 

 

ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/809/UE

 

*

Deċiżjoni Nru 3/2014 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar it-tiġdid tal-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

49

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2014/804/PESK

tat-8 ta' Ottubru 2014

dwar l-iffirmar u l-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(5) u (6), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-10 ta' Frar 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/73/PESK (1) dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA).

(2)

Wara l-adozzjoni, fil-15 ta' April 2014, ta' Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà nnegozja, f'konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun.

(3)

F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fit-tfassil u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom effett fuq id-difiża. Id-Danimarka ma tipparteċipax fl-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni u għalhekk ma tikkontribwixxix għall-finanzjament ta' din l-operazzjoni.

(4)

Il-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kamerun dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun huwa approvat f'isem l-Unjoni.

It-test tal-ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri jinsab mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw l-ittra sabiex l-Unjoni tintrabat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. LUPI


(1)  Deċiżjoni 2014/73/PESK tal-10 ta' Frar 2014 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) (ĠU L 40, 11.2.2014, p. 59).


19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/3


FTEHIM

fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun

A.   Ittra mir-Repubblika tal-Kamerun

Yaoundé, l-1 ta' Settembru 2014

Sinjura Ambaxxatur, Kap tad-Delegazzjoni,

Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li timmobilizza forza fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' ambjent sigur fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. F'din ir-riżoluzzjoni, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti talab lill-Istati ġirien tar-Repubblika Ċentru-Afrikana biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw l-azzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiffaċilitaw it-trasferiment bla xkiel jew dewmien lejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persunal u oġġetti intenzjonati għall-operazzjoni tal-Unjoni.

Kif tiftakar, fis-6 ta' Frar 2008, ir-Repubblika tal-Kamerun kienet ikkonkludiet Ftehim dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun, b'applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jawtorizza lill-Unjoni timmobilizza forza fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li sa mid-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUFOR Tchad/RCA ma għadux fis-seħħ, huma madankollu perfettament adatti għall-bżonnijiet tal-EUFOR RCA.

Għalhekk, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUFOR RCA, bil-ftehim li:

ir-referenzi kollha għall-EUFOR fl-artikoli msemmija jitqiesu bħala referenza għall-EUFOR RCA;

il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 1, paragrafu 4, punt (a), fl-Artikolu 3, paragrafi 2 u 3, fl-Artikolu 4, paragrafu 3 u fl-Artikolu 5, paragrafu 2 jitqiesu li jinkludu l-mezzi tat-trasport li jappartjenu għall-kontinġenti nazzjonali tal-EUFOR RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUFOR RCA;

ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1, paragrafu 4, punt (a) tinftiehem bħala r-referenza għar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-28 ta' Jannar 2014.

Nitolbok ġentilment tinfurmani jekk taqbilx ma' dawn il-proposti.

Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra u l-ittra ta' tweġiba tiegħek ser jikkostitwixxu Ftehim Internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUFOR RCA fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-ittra ta' tweġiba tiegħek.

Dejjem tiegħek.

Għall-Gvern tar-Repubblika tal-Kamerun

Image

L-Eċċellenza Tiegħu Pierre MOUKOKO MBONJO

Ministru tal-Affarijiet Barranin

B.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

Yaoundé, it-30 ta' Ottubru 2014

Sur Ministru,

Nirringrazzjak tal-ittra tiegħek tal-1 ta' Settembru 2014 dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun li taqra kif ġej:

“Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea ddeċidiet li timmobilizza forza fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR RCA) bil-ħsieb li tikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' ambjent sigur fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. F'din ir-riżoluzzjoni, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti talab lill-Istati ġirien tar-Repubblika Ċentru-Afrikana biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw l-azzjoni tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jiffaċilitaw it-trasferiment bla xkiel jew dewmien lejn ir-Repubblika Ċentru-Afrikana ta' persunal u oġġetti intenzjonati għall-operazzjoni tal-Unjoni.

Kif tiftakar, fis-6 ta' Frar 2008, ir-Repubblika tal-Kamerun kienet ikkonkludiet Ftehim dwar l-istatus tal-forzi taħt id-direzzjoni tal-Unjoni Ewropea fi transitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun, b'applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li jawtorizza lill-Unjoni timmobilizza forza fiċ-Ċad u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUFOR Tchad/RCA).

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Ftehim, li sa mid-data tat-tluq tal-aħħar element tal-EUFOR Tchad/RCA ma għadux fis-seħħ, huma madankollu perfettament adatti għall-bżonnijiet tal-EUFOR RCA.

Għalhekk, qed nipproponilek li d-dispożizzjonijiet kollha ta' dak il-Ftehim (l-Artikoli 1 sa 19) isiru applikabbli għall-EUFOR RCA, bil-ftehim li:

ir-referenzi kollha għall-EUFOR fl-artikoli msemmija jitqiesu bħala referenza għall-EUFOR RCA;

il-mezzi tat-trasport imsemmija fl-Artikolu 1, paragrafu 4, punt (a), fl-Artikolu 3, paragrafi 2 u 3, fl-Artikolu 4, paragrafu 3 u fl-Artikolu 5, paragrafu 2 jitqiesu li jinkludu l-mezzi tat-trasport li jappartjenu għall-kontinġenti nazzjonali tal-EUFOR RCA, iżda wkoll dawk mikrijin mill-EUFOR RCA;

ir-referenza għar-Riżoluzzjoni 1778(2007) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta' Settembru 2007 fl-Artikolu 1, paragrafu 4, punt (a) tinftiehem bħala r-referenza għar-Riżoluzzjoni 2134 (2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti tat-28 ta' Jannar 2014.

Nitolbok ġentilment tinfurmani jekk taqbilx ma' dawn il-proposti.

Fil-każ ta' tweġiba pożittiva min-naħa tiegħek, din l-ittra u l-ittra ta' tweġiba tiegħek ser jikkostitwixxu Ftehim Internazzjonali legalment vinkolanti bejn ir-Repubblika tal-Kamerun u l-Unjoni Ewropea dwar l-istatus tal-EUFOR RCA fi tranżitu fit-territorju tar-Repubblika tal-Kamerun, li għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tasal l-ittra ta' tweġiba tiegħek.”

Għandi l-unur ninfurmak li naqbel mat-termini ssuġġeriti fl-ittra tiegħek.

Dejjem tiegħek.

Għall-Unjoni Ewropea

Image

F. COLLET

Ambaxxatur

Kap tad-Delegazzjoni


REGOLAMENTI

19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1232/2014

tat-18 ta' Novembru 2014

li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 sabiex jiġu adattati r-referenzi li hemm fiha mar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u biex ikun ikkoreġut ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8 u l-ħames subparagrafu tal-Artikolu 22(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni meħtieġa għall-ipprogrammar tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (“fondi tal-ESIF”) tkun fis-seħħ u biex tkun tista' ssir l-adozzjoni f'waqtha tal-programmi operattivi rilevanti, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 (2) kien adottat qabel l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 508/2014, ċerti referenzi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 għall-att ġuridiku futur tal-Unjoni dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”) għandhom jiġu sostitwiti b'referenzi għar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(3)

Sa fejn għandu x'jaqsam il-FEMS, ponderazzjonijiet għal miżuri stabbiliti fl-att ġuridiku futur tal-Unjoni dwar il-FEMS fir-rigward tal-livell ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima għal kull wieħed mill-ħames fondi tal-ESIF kif adottati mir-Regolament (UE) Nru 215/2014 kienu marbuta b'mod provviżorju. Ir-referenzi fl-Anness III mar-Regolament (UE) Nru 215/2014 għandhom għalhekk jiġu allinjati mal-aħħar numerazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(4)

Sabiex jiżguraw li fil-kuntest tal-qafas ta' prestazzjoni l-kisba tal-istadju importanti u l-mira għall-indikatur finanzjarju jistgħu jkunu ivvalutati fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet tal-pagamenti ppreżentati lill-Kummissjoni, ir-referenza inkorretta fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 għall-punt (c) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 għandha tiġi kkoreġuta f'referenza għal punt (a) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

(5)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Koordinament għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment,

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (KE) Nru 215/2014 għandu jiġi emendat u kkoreġut skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punti (c) u (d) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) jinbidlu b'dan li ġej:

“(c)

rappurtar mill-Istati Membri dwar l-approprjazzjonijiet finanzjarji u n-nefqa skont il-miżura f'rapporti annwali ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 50(4) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 114(2) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014;

(d)

l-informazzjoni u d-dejta pprovduta mill-Istati Membri dwar operazzjonijiet magħżula għal finanzjament skont l-Artikolu 97(1)(a) u 107(3) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.”

;

(2)

L-Anness III jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 215/2014 huwa emendat kif ġej:

 

Fil-paġna 68, fl-Artikolu 5(2),

flok

:

“2.   Għall-Fondi ESI kollha, ħlief għall-fondi tal-FAEŻR, l-istadju importanti u l-mira għal indikatur finanzjarju jirreferu għall-ammont totali ta' nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni u ċċertifikat mill-Awtorità skont il-punt (c) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Għall-FAEŻR, huma jirreferu għan-nefqa pubblika totali rrealizzata mdaħħla f'sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.”

aqra

:

“2.   Għall-Fondi ESI kollha, ħlief għall-fondi tal-FAEŻR, l-istadju importanti u l-mira għal indikatur finanzjarju jirreferu għall-ammont totali ta' nefqa eliġibbli rreġistrat fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni u ċċertifikat mill-Awtorità skont il-punt (a) tal-Artikolu 126 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Għall-FAEŻR, huma jirreferu għan-nefqa pubblika totali rrealizzata mdaħħla f'sistema ta' monitoraġġ u evalwazzjoni komuni.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 215/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta' metodoloġiji tal-appoġġ għat-tibdil fil-klima, id-determinazzjoni tal-istadji importanti u l-miri fil-qafas tal-prestazzjoni u n-nomenklatura ta' kategoriji ta' intervent għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 65).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1).


ANNESS

“ANNESS III

Il-koeffiċjenti biex jiġu kkalkolati l-ammonti ta' appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil- klima fil-każ tal-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd skont l-Artikolu 3

L-Artikolu tar-Regolament (UE) Nru 508/2014

Titolu tal-Miżura

Koeffiċjent

KAPITOLU I

Żvilupp sostenibbli tas-Sajd

Artikolu 26

Innovazzjoni (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %* (1)

Artikolu 27

Servizzi konsultattivi (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %

Artikolu 28

Sħubiji bejn xjentisti u sajjieda (+ l-Art. 44(3) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 29(1) + (2)

Promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — taħriġ, netwerking, djalogu soċjali, appoġġ lil konjuġi u lis-sieħeb/sieħba għall-ħajja (+ l-Art. 44(1)(a) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 29(3)

Il-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali — apprendisti abbord il-biċċiet tal-baħar SSCF/djalogu soċjali

0 %*

Artikolu 30

Diversifikazzjoni u forom ġodda ta' dħul (+ l-Art. 44(4) Sajd intern)

0 %*

Artikolu 31

Appoġġ fil-bidu għal sajjieda żgħażagħ (+ l-Art. 44(2) Sajd intern)

0 %

Artikolu 32

Saħħa u sikurezza (+ l-Art. 44(1)(b) Sajd intern)

0 %

Artikolu 33

Waqfien temporanju mill-attivitajiet tas-sajd

40 %

Artikolu 34

Waqfien permanenti mill-attivitajiet tas-sajd

100 %

Artikolu 35

Fondi mutwi għal avvenimenti klimatiċi avversi u inċidenti ambjentali

40 %

Artikolu 36

Appoġġ għal sistemi ta' allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd

40 %

Artikolu 37

Appoġġ għad-disinn u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' konservazzjoni u ta' kooperazzjoni reġjonali

0 %

Artikolu 38

Limitazzjoni tal-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-adattament ta' sajd għall-protezzjoni tal-ispeċi (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern)

40 %

Artikolu 39

Innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar (+ l-Art. 44(1)(c) Sajd intern)

40 %

Artikolu 40(1)(a)

Protezzjoni u restawr tal-bijodiversità marittima — ġbir ta' rkaptu tas-sajd li jintilef u skart marittimu

0 %

Artikolu 40(1)(b)-(g) u (i)

Protezzjoni u rkuprar tal-bijodiversità marittima — kontribut għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar, il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' faċilitajiet statiċi jew mobbli, it-tħejjija ta' pjanijiet ta' protezzjoni u ta' ġestjoni marbutin mas-siti NATURA 2000 u żoni ta' spazji protetti, il-ġestjoni, l-irkupru u l-monitoraġġ ta' żoni protetti tal-baħar, inklużi siti ta' NATURA 2000, għarfien ambjentali, il-parteċipazzjoni f'azzjonijiet oħra mmirati lejn iż-żamma u t-titjib tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistemi (+ l-Art. 44(6) Il-fawna u l-flora akkwatika interna)

40 %

Artikolu 40(1)(h)

Protezzjoni u r-restawrazzjoni tal-bijodiversità marittima — skemi ta' kumpens għall-ħsara fil-qbid minn mammiferi u għasafar

0 %

Artikolu 41(1)(a), (b) u (c)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni għat-tibdil fil-klima — dwar investimenti abbord; awditi u skemi għall-effiċjenza enerġetika; studji li jivvalutaw il-kontribut ta' sistemi ta' propulsjoni alternattiva u disinji tal-bastimenti (+ Art. 44(1)(d) Sajd intern)

100 %

Artikolu 41(2)

Effiċjenza enerġetika u mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima — is-sostituzzjoni jew il-modernizzazzjoni ta' magni prinċipali jew anċillari

100 %

Artikolu 42

Il-valur miżjud, il-kwalità tal-prodotti u l-użu ta' qabdiet mhux mixtieqa (+ Art. 44(1)(e) Sajd Intern)

0 %

Artikolu 43(1) + (3)

Portijiet tas-sajd, siti ta' żbark, swali tal-irkant u postijiet ta' kenn — investimenti li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, is-swali tal-irkant jew is-siti ta' żbark u l-postijiet ta' kenn, il-bini ta' postijit ta' kenn sabiex tittejjeb is-sikurezza tas-sajjieda (+ Art. 44(1)(f) Sajd intern)

40 %

Artikolu 43(2)

Il-portijiet tas-sajd, is-siti ta' żbark, is-swali tal-irkant u l-postijiet ta' kenn — investimenti biex tiġi faċilitata l-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art tal-qabdiet kollha

0 %

KAPITOLU II

Żvilupp sostenibbli fl-Akkwakultura

Artikolu 47

Innovazzjoni

0 %*

Artikolu 48(1)(a)-(d), (f), (g) u (h)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura

0 %*

Artikolu 48(1)(e), (i) u (j)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, it-tnaqqis fl-użu tal-ilma u l-kimiċi, sistemi ta' riċirkulazzjoni sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun l-użu tal-ilma

0 %*

Artikolu 48(1)(k)

Investimenti produttivi fl-akkwakultura — żieda fl-effiċjenza enerġetika, enerġija rinnovabbli

40 %

Artikolu 49

Servizzi ta' ġestjoni, ta' għajnuna u konsulenza għall-farms tal-akkwakultura

0 %*

Artikolu 50

Il-promozzjoni tal-kapital uman u tan-netwerking

0 %*

Artikolu 51

Potenzjal akbar għas-siti tal-akkwakultura

40 %

Artikolu 52

Inħeġġu akkwakulturisti ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli

0 %

Artikolu 53

Konverżjoni għal skemi tal-immaniġġar u l-awditjar tal-ambjent u l-akkwakultura organika

0 %*

Artikolu 54

Akkwakultura li tipprovdi servizzi ambjentali

0 %*

Artikolu 55

Miżuri tas-saħħa pubblika

0 %

Artikolu 56

Miżuri għas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali

0 %

Artikolu 57

Assigurazzjoni tal-istokkijiet fis-settur tal-akkwakultura

40 %

KAPITOLU III

Żvilupp sostenibbli taż-Żoni tas-Sajd

Artikolu 62(1)(a)

Appoġġ preparatorju

0 %

Artikolu 63

Implimentazzjoni ta' strateġiji għall-iżvilupp lokali (inklużi spejjeż operattivi u animazzjoni)

40 %

Artikolu 64

Attivitajiet ta' kooperazzjoni

0 %*

KAPITOLU IV

Miżuri relatati mal-Kummerċjalizzazzjoni u l-Ipproċessar

Artikolu 66

Pjanijiet dwar il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni

0 %*

Artikolu 67

Għajnuna għall-ħażna

0 %

Artikolu 68

Miżuri ta' kummerċjalizzazzjoni

0 %*

Artikolu 69

L-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

0 %*

KAPITOLU V

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura

Artikolu 70

Reġim ta' kumpens

0 %

KAPITOLU VI

Miżuri ta' akkumpanjament għall-Politika Komuni tas-Sajd b'ġestjoni konġunta

Artikolu 76

Kontroll u infurzar

0 %

Artikolu 77

Ġbir ta' dejta

0 %*

KAPITOLU VII

Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri

Artikolu 78

Għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Istati Membri

0 %

KAPITOLU VIII

Miżuri dwar politika marittima integrata ffinanzjata b'ġestjoni konġunta

Artikolu 80(1)(a)

Is-Sorveljanza Marittima Integrata

0*%

Artikolu 80(1)(b)

Promozzjoni tal-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali

40 %

Artikolu 80(1)(c)

Jittejjeb l-għarfien dwar il-qagħda tal-ambjent tal-baħar

40 %


(1)  Jista' jiġi assenjat piż sa 40 % tal-miżuri mmarkati bl-* fit-Tabella, skont l-Artikolu 3(2).”


19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1233/2014

tat-18 ta' Novembru 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2597/2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u f'dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari Artikoli 184 u 187 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 153/2002 tal-21 ta' Jannar 2002 fuq ċerti proċeduri għall-applikazzjoni tal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, fuq l-oħra, u għall-applikazzjoni tal-Ftehim Proviżorju bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, min-naħa l-waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra (“il-FSA”) kien iffirmat fil-Lussemburgu fid-9 ta' April 2001 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' April 2004.

(2)

Il-Protokoll mal-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea (3) (“il-Protokoll”) ġie ffirmat fit-18 ta' Lulju 2014. L-iffirmar f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha ġie awtorizzat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/665/UE (4). Sakemm jitlestew il-proċeduri għall-approvazzjoni ta' dan il-Protokoll mill-Kunsill f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, dan japplika b'mod provviżorju b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

(3)

L-Artikolu 5 tal-Protokoll u l-Anness VII tiegħu jipprevedu tibdiliet fil-kwoti tariffarji eżistenti għal ċerti nbejjed f'kontenituri li jġorru aktar minn 2 litri li joriġinaw fdik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja b'effett mill-1 ta' Lulju 2013.

(4)

Skont l-Artikolu 10 tal-Protokoll, għas-sena 2013, il-volumi tal-kwoti tariffarji ġodda u ż-żidiet fil-volumi tal-kwoti tariffarji eżistenti għandhom jiġu kkalkulati bħala pro rata tal-volumi annwali bażiċi speċifikati fil-Protokoll, billi titqies il-parti tal-perjodu li għadda qabel l-1 ta' Lulju 2013.

(5)

Mill-1 ta' Lulju 2013, id-distribuzzjoni ta' żieda fil-volum ta' kwota tariffarja b'40 500 hl għal inbejjed f'kontenituri li jesgħu aktar minn 2 litri għandha ssir billi jiġi żgurat trattament ugwali tal-operaturi li impurtaw inbejjed li joriġinaw fdik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skont il-linji tariffarji rilevanti fl-2013.

(6)

Sabiex wieħed jimplimenta l-kwoti tariffarji għall-inbid kif inhu stabbilit fil-Protokoll, hemm bżonn jiġi adattat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 (5).

(7)

Barra minn hekk, wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, ir-referenzi għall-kwoti tariffarji għal inbejjed li joriġinaw f'dak l-Istat Membru, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2597/2001, għandhom jitħassru.

(8)

Ir-Regolament (KE) Nru 2597/2001 għaldaqstant għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Billi l-Protokoll japplika mill-1 ta' Lulju 2013, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu.

(10)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2597/2001 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-titlu jinbidel b'dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal inbejjed li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja”

;

(2)

L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Meta l-inbejjed imniżżla fl-Anness, li joriġinaw minn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, jitqiegħdu f'ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, għandhom jibbenefikaw minn eżenzjoni ta' dazju doganali, fi ħdan il-limiti tal-kwoti tariffarji annwali tal-Unjoni speċifikati f'dak l-Anness, f'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   Jekk dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja tħallas sussidji tal-esportazzjoni dwar il-prodotti rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju doganali fil-kwoti tariffarji previsti fil-protokoll addizzjonali konkluż bid-Deċiżjoni 2001/916/KE ('il-protokoll addizzjonali dwar l-inbid') għandha tiġi sospiża.”

(3)

L-Artikolu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 3

Minkejja l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (5)(a) tal-Anness I mal-protokoll addizzjonali dwar l-inbid, l-importazzjoni tal-inbid ta' kwoti tariffarji fl-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament huwa soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-protokoll applikabbli dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti oriġinarji u l-metodi tal-kooperazzjoni amministrattiva għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, min-naħa l-oħra.”

(4)

L-Artikolu 5 huwa mħassar.

(5)

L-Anness jinbidel bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Japplika mill-1 ta' Lulju 2013.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 25, 29.1.2002, p. 16.

(3)  ĠU L 276, 18.9.2014, p. 3.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/665/UE tat-18 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 276, 18.9.2014, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2597/2001 tat-28 ta' Diċembru 2001 li jiftaħ u li jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti nbejjed li joriġinaw fir-Repubblika tal-Kroazja u fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (ĠU L 345, 29.12.2001, p. 35).


ANNESS

“ANNESS

Il-kwoti tariffarji għall-inbejjed li joriġinaw minn dik li kieent ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja importati fl-Unjoni

Numru tal-ordni

Kodiċi NM (1)

TARIC estensjoni

Deskrizzjoni

Volum tal-kwota 2013 (f'hl)

Il-volum tal-kwota għall-2014 u s-snin ta' wara (f'hl) (3)

Dazju fuq il-kwota tariffarja

09.1558

2204 10 93

 

Inbid effervexxenti ta' kwalità, minbarra Xampanja jew Asti spumante; inbid ieħor ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu 2 litri jew inqas

85 000

91 000  (4)

Eżenzjoni

2204 10 94

 

2204 10 96

 

2204 10 98

 

2204 21 06

 

2204 21 07

 

2204 21 08

 

2204 21 09

 

ex 2204 21 93

19, 29, 31, 41 u 51

ex 2204 21 94

19, 29, 31, 41 u 51

2204 21 95

 

ex 2204 21 96

11, 21, 31, 41 u 51

2204 21 97

 

ex 2204 21 98

11, 21, 31, 41 u 51

09.1559

2204 29 10

 

Inbid ieħor ta' għeneb frisk, f'kontenituri li jesgħu iktar minn 2 litri

354 500  (2)

389 000  (5)

Eżenzjoni

2204 29 93

 

ex 2204 29 94

11, 21, 31, 41 u 51

2204 29 95

 

ex 2204 29 96

11, 21, 31, 41 u 51

2204 29 97

 

ex 2204 29 98

11, 21, 31, 41 u 51


(1)  Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem għad-deskrizzjoni tal-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati li m'għandhomx aktar minn valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali ddeterminata, fil-kuntest ta' dan l-Anness, mill-kopertura tal-kodiċijiet tan-NM. Meta jiġu indikati ex kodiċijiet tan-NM, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita abbażi ta' applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM u tad-deskrizzjoni korrispondenti meħudin flimkien.

(2)  Għas-sena 2013, iż-żieda fil-volum tal-kwota tariffarja b'40 500 hl mill-1 ta' Lulju 2013, ikkalkulata bħala pro rata tal-volum bażiku billi titqies il-parti tal-perjodu li għaddiet qabel l-1 ta' Lulju 2013, għandhom jitqassmu, skont min japplika l-ewwel u soġġett għal applikazzjoni, fost operaturi li impurtaw inbejjed li joriġinaw fl-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja skont dawn il-linji tariffarji fl-2013.

(3)  Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet fuq talba ta' xi waħda mill-Partijiet Kontraenti sabiex jiġu adattati l-kwoti billi jiġu trasferiti kwantitajiet ta' akbar minn 6 000 hl mill-kwota li tapplika għall-pożizzjoni ex 2204 29 (numru tal-ordni 09.1559) mill-kwota li tapplika għall-pożizzjonijiet ex 2204 10 u ex 2204 21 (numru tal-ordni 09.1558).

(4)  Mill-1 ta' Jannar 2015, dan il-volum ta' kwota għandu jiżdied kull sena b'6 000 hl.

(5)  Mill-1 ta' Jannar 2015, dan il-volum ta' kwota għandu jitnaqqas kull sena b'6 000 hl.”


19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1234/2014

tat-18 ta’ Novembru 2014

li jemenda l-Annessi IIIB, V u VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta' skart

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta' skart (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-ħdax-il laqgħa tagħha li ltaqgħet bejn it-28 ta' April u l-10 ta' Mejju 2013 f'Ġinevra, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom (“Konvenzjoni ta' Basilea”) adottat id-deċiżjoni BC-11/6 li temenda l-Anness IX tal-Konvenzjoni ta' Basilea. L-Anness IX tal-Konvenzjoni ta' Basilea huwa elenkat fl-Anness V, il-Parti 1, l-Elenku B tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. L-emenda, li tinkludi żewġ entrati tal-iskart ġodda, issir effettiva mal-iskadenza ta' sitt xhur mis-26 ta' Novembru 2013 f'konformità mal-Artikolu 18(2)(b) tal-Konvenzjoni ta' Basilea.

(2)

Il-flussi tal-iskart deskritti biż-żewġ entrati l-ġodda B3026 u B3027 jikkorrispondu ma' dawk ta' tliet entrati eżistenti tal-Anness IIIB tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Dawk l-entrati huma BEU01, BEU02 u BEU03. L-ewwel u t-tieni subinċiżi tal-entrata B3026 jikkorrispondu mal-entrati BEU02 u BEU03, rispettivament. L-entrata B3027 tikkorrispondi mal-entrata BEU01.

(3)

Biex tiqies id-deċiżjoni BC-11/6, l-entrati B3026 u B3027 jeħtieġ li jiddaħħlu fl-Anness V, il-Parti 1, l-Elenku B tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006. Fl-istess waqt, l-entrati BEU01, BEU02 u BEU03 għandhom jitħassru mill-Anness IIIB tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006, li fih skart mhux klassifikat fuq bażi proviżorja sakemm toħroġ deċiżjoni fuq l-inklużjoni tiegħu fl-Annessi relevanti tal-Konvenzjoni ta' Basilea jew tad-Deċiżjoni tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku.

(4)

Fl-istess laqgħa, il-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basilea adottata bid-deċiżjoni BC-11/15 it-taqsimiet 1, 2, 4 u 5 tad-dokument ta' gwida dwar il-ġestjoni ambjentalment b'saħħitha ta' tagħmir tal-kompjuter użat u li ma għadux jintuża. Wara din l-adozzjoni, l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 għandu jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 39 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IIIB, V u VII tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mis-26 ta' Mejju 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.

(2)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).


ANNESS

L-Annessi tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006 huma emendati kif ġej:

1.

Fl-Anness IIIB, l-entrati BEU01, BEU02 u BEU03 huma mħassrin mill-punt 2.

2.

Fl-Anness V, il-Parti 1, l-Elenku B iż-żewġ entrati li ġejjin huma mdaħħla wara l-entrata B3020:

“B3026

L-iskart li ġej mit-trattament ta' qabel ta' ppakkjar kompost għal-likwidi, li ma fihx materjali tal-Anness I f'konċentrazzjonijiet biżżejjed biex ikunu manifestati karatteristiċi tal-Anness III:

Frazzjoni ta' plastik mhux separabbli

Frazzjoni ta' plastik-aluminju mhux separabbli

B3027

Skart ta' laminat ta' tikketti li jeħlu weħidhom li fih materja prima użata fil-produzzjoni tal-materjal tat-tikketti”

.

3.

L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Punt 1.14 jinbidel b'dan li ġej:

“14.

Id-Dokument ta' Gwida dwar l-Immaniġġar Ambjentalment San ta' Tagħmir tal-Kompjuter Użat u li ma Għadux Jintuża, it-Taqsimiet 1, 2, 4 u 5 (1).

(1)  Adottati mill-ħdax-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Basilea dwar il-Kontroll tal-Movimenti li Jaqsmu l-Fruntieri tal-Iskart ta' Riskju u d-Disponiment Minnhom, it-28 ta' April sal-10 ta' Mejju 2013.”"

(b)

It-tieni entrata fil-punt II hija sostitwita b'dan li ġej:

“Kompjuters personali użati u skartati (2)

(2)  Adottata mill-Kumitat tal-Politika tal-Ambjent tal-OECD fi Frar tal-2003 (id-dokument ENV/EPOC/WGWPR(2001)3/FINAL).”"



19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/18


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1235/2014

tat-18 ta' Novembru 2014

li jistipula r-regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2015 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti tat-tessuti minn għadd ta' terzi pajjiżi mhux koperti minn ftehim bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli tal-importazzjoni speċifika tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3) u (6) u l-Artikolu 21(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 517/94 stabbilixxa restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi biex jiġu allokati fuq bażi ta' min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel.

(2)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 517/94 huwa possibbli li f'ċerti ċirkustanzi jintużaw metodi oħra ta' allokazzjoni, jinqasmu l-kwoti f'qatgħat, jew li jiġi riżervat proporzjon ta' limitu kwantitattiv speċifiku esklużivament għall-applikazzjonijiet li huma sostnuti mill-evidenza tar-riżultati tar-rendiment tal-importazzjoni fl-imgħoddi.

(3)

Ir-regoli għall-ġestjoni tal-kwoti stabbiliti għall-2015 għandhom jiġu adottati qabel ma tibda s-sena tal-kwota biex b'hekk il-kontinwità fil-flussi tal-kummerċ ma tiġix affettwata mingħajr bżonn.

(4)

Il-miżuri adottati fis-snin ta' qabel, bħal dawk li hemm fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2013 (2), urew li huma sodisfaċenti u għalhekk huwa xieraq li jiġu adottati regoli simili għall-2015.

(5)

Biex jiġi ssodisfat l-akbar numru ta' operaturi possibbli huwa xieraq li l-metodu ta' allokazzjoni ta' “min ikun l-ewwel, jinqeda l-ewwel” isir aktar flessibbli billi jitpoġġa limitu massimu fuq il-kwantitajiet li jistgħu jkunu allokati lil kull operatur b'dak il-metodu.

(6)

Biex jiġi ggarantit livell ta' kontinwità fil-kummerċ u l-ġestjoni effiċjenti tal-kwoti, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta' importazzjoni inizjali tagħhom għall-2015 ekwivalenti għall-kwantità li importaw fl-2014.

(7)

Biex jinkiseb l-aħjar użu tal-kwantitajiet, operatur li uża tal-inqas nofs l-ammont diġà awtorizzat għandu jitħalla japplika għal ammont ieħor, u dan kemm-il darba l-kwantitajiet ikunu disponibbli fil-kwoti.

(8)

Biex tkun żgurata ġestjoni tajba, l-awtorizzazzjonijiet tal-importazzjoni għandhom ikunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ iżda sa mhux aktar tard mill-aħħar tas-sena. L-Istati Membri għandhom joħorġu l-liċenzji biss wara li jkunu notifikati mill-Kummissjoni li l-kwantitajiet huma disponibbli u joħorġuhom biss jekk l-operatur jista' jipprova l-eżistenza ta' kuntratt u jista' jiċċertifika, fin-nuqqas ta' dispożizzjoni speċifika li tgħid il-kuntrarju, li hu għadu ma ġiex allokat awtorizzazzjoni ta' importazzjoni lejn il-Komunità f'konformità ma' dan ir-Regolament għall-kategoriji u l-pajjiżi kkonċernati. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, għandhom, madankollu jkunu awtorizzati, bi tweġiba għall-applikazzjonijiet tal-importaturi, biex jestendu bi tliet xhur u sal-31 ta' Marzu 2016, liċenzji li minnhom tal-anqas nofshom ġew użati sad-data tal-applikazzjoni.

(9)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tessili stabbilit bl-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 517/94,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistipula r-regoli tal-ġestjoni tal-kwoti kwantitattivi għall-importazzjoni ta' ċerti prodotti tat-tessuti stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 517/94 għas-sena 2015.

Artikolu 2

Il-kwoti msemmija fl-Artikolu 1 ikunu allokati kronoloġikament skont meta l-Kummissjoni tkun irċeviet in-notifikazzjonijiet mill-Istati Membri tal-applikazzjonijiet minn operaturi individwali, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantità massima għal kull operatur kif imniżżel fl-Anness I.

Il-kwantitajiet massimi madankollu, ma japplikawx għal operaturi li jkunu kapaċi jagħtu prova lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, meta jagħmlu l-ewwel applikazzjoni tagħhom għall-2015, li, fir-rigward ta' kategoriji partikolari u pajjiżi terzi partikolari, importaw aktar mill-kwantitajiet massimi speċifikati għal kull kategorija skont il-liċenzji ta' importazzjoni mogħtija lilhom għall-2014.

Fil-każ ta' operaturi bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw importazzjonijiet ta' mhux aktar mill-kwantitajiet importati fl-2014 minn pajjiżi terzi partikolari u f'kategoriji partikolari, u dan kemm-il darba jkun hemm biżżejjed kapaċità ta' kwota disponibbli.

Artikolu 3

Kull importatur li jkun diġà uża sa 50 % jew aktar mill-ammont allokat lilu skont dan ir-Regolament jista' jagħmel applikazzjoni oħra, fir-rigward tal-istess kategorija u tal-istess pajjiż ta' oriġini, għal ammonti li ma jaqbżux il-kwantitajiet massimi stipulati fl-Anness I.

Artikolu 4

1.   L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali mniżżla fl-Anness II jistgħu, mill-10.00 ta' filgħodu tat-8 ta' Jannar 2015, javżaw lill-Kummissjoni bl-ammonti koperti mit-talbiet ta' awtorizzazzjonjiet ta' importazzjoni.

Il-ħin stabbilit fl-ewwel subparagrafu jinftiehem bħala l-ħin ta' Brussell.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti joħorġu awtorizzazzjonijiet biss wara li jkunu ġew innotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 517/94 li l-kwantitajiet huma disponibbli għall-importazzjoni.

Huma joħorġu l-awtorizzazzjonijiet biss jekk operatur:

(a)

jagħti prova tal-eżistenza ta' kuntratt li għandu x'jaqsam mal-provvista tal-merkanzija; kif ukoll

(b)

jiċċertifika bil-miktub li, fir-rigward tal-kategoriji u tal-pajjiżi kkonċernati:

(i)

l-operatur ma kienx diġà ġie allokat awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament; jew

(ii)

l-operatur ġie allokat awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament iżda uża tal-anqas 50 % minnha.

3.   L-awtorizzazzjonijiet ta' importazzjoni jkunu validi għal disa' xhur mid-data tal-ħruġ, iżda sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2015.

Madankollu, fuq talba tal-importatur, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jagħtu estensjoni ta' tliet xhur għall-awtorizzazzjonijiet li jkun intuża tal-anqas 50 % minnhom meta ssir it-talba. Estensjoni bħal din ma għandha qatt tiskadi aktar tard mill-31 ta' Marzu 2016.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1281/2013 tal-10 ta' Diċembru 2013 li jistipula regoli għall-ġestjoni u d-distribuzzjoni tal-kwoti tat-tessuti stabbiliti għas-sena 2014 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 (ĠU L 332, 11.12.2013, p. 5).


ANNESS I

Ammonti massimi msemmija fl-Artikoli 2 u 3

Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Il-Bjelorussja

 

 

 

 

1

Kilogrammi

20 000

 

2

Kilogrammi

80 000

 

3

Kilogrammi

5 000

 

4

Biċċiet

20 000

 

5

Biċċiet

15 000

 

6

Biċċiet

20 000

 

7

Biċċiet

20 000

 

8

Biċċiet

20 000

 

15

Biċċiet

17 000

 

20

Kilogrammi

5 000

 

21

Biċċiet

5 000

 

22

Kilogrammi

6 000

 

24

Biċċiet

5 000

 

26/27

Biċċiet

10 000

 

29

Biċċiet

5 000

 

67

Kilogrammi

3 000

 

73

Biċċiet

6 000

 

115

Kilogrammi

20 000

 

117

Kilogrammi

30 000

 

118

Kilogrammi

5 000


Pajjiż ikkonċernat

Kategorija

Unità

Ammont massimu

Il-Korea ta' Fuq

1

Kilogrammi

10 000

 

2

Kilogrammi

10 000

 

3

Kilogrammi

10 000

 

4

Biċċiet

10 000

 

5

Biċċiet

10 000

 

6

Biċċiet

10 000

 

7

Biċċiet

10 000

 

8

Biċċiet

10 000

 

9

Kilogrammi

10 000

 

12

Pari

10 000

 

13

Biċċiet

10 000

 

14

Biċċiet

10 000

 

15

Biċċiet

10 000

 

16

Biċċiet

10 000

 

17

Biċċiet

10 000

 

18

Kilogrammi

10 000

 

19

Biċċiet

10 000

 

20

Kilogrammi

10 000

 

21

Biċċiet

10 000

 

24

Biċċiet

10 000

 

26

Biċċiet

10 000

 

27

Biċċiet

10 000

 

28

Biċċiet

10 000

 

29

Biċċiet

10 000

 

31

Biċċiet

10 000

 

36

Kilogrammi

10 000

 

37

Kilogrammi

10 000

 

39

Kilogrammi

10 000

 

59

Kilogrammi

10 000

 

61

Kilogrammi

10 000

 

68

Kilogrammi

10 000

 

69

Biċċiet

10 000

 

70

Pari

10 000

 

73

Biċċiet

10 000

 

74

Biċċiet

10 000

 

75

Biċċiet

10 000

 

76

Kilogrammi

10 000

 

77

Kilogrammi

5 000

 

78

Kilogrammi

5 000

 

83

Kilogrammi

10 000

 

87

Kilogrammi

8 000

 

109

Kilogrammi

10 000

 

117

Kilogrammi

10 000

 

118

Kilogrammi

10 000

 

142

Kilogrammi

10 000

 

151 A

Kilogrammi

10 000

 

151 B

Kilogrammi

10 000

 

161

Kilogrammi

10 000


ANNESS II

Lista tal-Uffiċċji ta' awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 4

1.   Il-Belġju

FOD Economie, Kmo, Middenstand en Energie

Algemene Directie Economische Analyses en Internationale Economie

Dienst Vergunningen

Vooruitgangstraat 50

1210 Brussel

Tel. +32 22776713

Fax +32 22775063

SPF Économie, PME, Classes moyennes et Énergie

Direction générale des analyses économiques et de l'économie internationale

Service Licences

Rue du Progrès 50

1210 Bruxelles

Tél. + 32 22776713

Fax + 32 22775063

2.   Il-Bulgarija

Министерство на икономиката и енергетиката

Дирекция „Регистриране, лицензиране и контрол“

ул. „Славянска“ № 8

1052 София

Tel.: +359 29407008/+359 29407673/+359 29407800

Fax: +359 29815041/+359 29804710/+359 29883654

Ministry of Economy and Energy

8, Slavyanska Str., Sofia 1052, Bulgaria

Tel.: +359 29407008/+359 29407673/+359 29407800

Fax: +359 29815041/+359 29804710/+359 29883654

3.   Ir-Repubblika Ċeka

Ministerstvo průmyslu a obchodu (Ministry of Industry and Trade)

Licenční správa

Na Františku 32

CZ – 110 15 Praha 1

Tel: (420) 224 907 111

Fax: (420) 224 212 133

4.   Id-Danimarka

Erhvervs- og Vækstministeriet (Ministry for Business and Growth)

Erhvervsstyrelsen

Langelinie Allé 17

2100 København

DANMARK

Tlf. + 45 35291000

Fax + 45 35291001

5.   Il-Ġermanja

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA) [Federal Office of Economics and Export Control]

Frankfurter Str. 29-35

D-65760 Eschborn

Tel.: +49 6196908-0

Fax +49 6196908800

6.   L-Estonja

Majandus- ja Kommunikatsiooniministeerium

Harju 11

15072 Tallinn

Eesti

Tel: +372 6256400

Faks: +372 6313660

7.   L-Irlanda

Department of Jobs, Enterprise and Innovation

Licensing Unit

Kildare Street

Dublin 2

IRELAND

Tel. +353 16312545

Fax +353 16312562

8.   Il-Greċja

Υπουργείο Ανάπτυξης και Ανταγωνιστικότητας

Γενική Διεύθυνση Διεθνούς Οικονομικής Πολιτικής

Διεύθυνση Καθεστώτων Εισαγωγών-Εξαγωγών, Εμπορικής Άμυνας

Κορνάρου 1

105 63 Αθήνα

Τηλ. +30 2103286041-43, 2103286021

Φαξ +30 2103286094

Ministry of Development and Competitiveness

General Directorate for International Economic Policy,

Directorate of Import-Export Regimes, Trade Defence Instruments

1 Kornarou Str.

10563 Αθήνα

Τηλ. + 30 2103286041-43, 2103286021

Φαξ + 30 2103286094

9.   Spanja

Ministerio de Economía y Competitividad

Dirección General de Comercio e Inversiones

Paseo de la Castellana no 162

E-28046 Madrid

Tel. +34 913493817, 3493874

Fax +34 913493831

Correo electrónico: sgindustrial.sscc@comercio.mineco.es

10.   Franza

Ministère de l'économie, de l'industrie et du numérique

Direction générale des entreprises (DGE)

Service de l'industrie (SI)

Sous-direction de la chimie, des matériaux et des éco-industries (SDCME)

Bureau des matériaux

67 rue Barbès — BP 80001

94201 Ivry-sur-Seine Cedex

Tél. +33 179843449

Courriel: isabelle.paimblanc@finances.gouv.fr

11.   Il-Kroazja

Ministarstvo vanjskih i europskih poslova

Samostalni sektor za trgovinsku politiku i gospodarsku multilateralu

Trg N. Š. Zrinskog 7-8

10000 Zagreb

Tel. 00 385 1 6444626

Faks 00 385 1 6444601

Ministry of Foreign and European Affairs

Directorate for Trade Policy and Economic Multilateral Affairs

Trg N. Š. Zrinskog 7-8

10000 Zagreb

Tel. 00 385 1 6444626

Faks 00 385 1 6444601

12.   L-Italja

Ministero dello Sviluppo Economico

Dipartimento per l'impresa e l'internazionalizzazione

Direzione Generale per la Politica Commerciale Internazionale

Divisione III — Politiche settoriali

Viale Boston, 25

00144 Roma

Tel. +39 0659647517, 59932202, 59932406

Fax +39 0659932263, 59932636

E-mail: polcom3@mise.gov.it

13.   Ċipru

Κλάδος Έκδοσης Αδειών Εισαγωγής/Εξαγωγής

Υπηρεσία Εμπορίου

Υπουργείο Ενέργειας, Εμπορίου, Βιομηχανίας και Τουρισμού

Ανδρέα Αραούζου 6

1421 Λευκωσία

Τηλ. +357 22867100

Φαξ +357 22375443

Imports/Exports Licensing Section

Trade Service

Ministry of Energy, Commerce, Industry and Tourism

6, Andrea Araouzou Str.

1421 Nicosia

Κύπρος

Τηλ. +357 22 867 100

Φαξ +357 22 375 443

14.   Il-Latvja

Latvijas Republikas Ārlietu ministrija

Kr.Valdemāra iela 3

LV-1395 Rīga

Tālr.: 00 371 6701 6201

Fakss: 00 371 6782 8121

15.   Il-Litwanja

Lietuvos Respublikos ūkio ministerija

Gedimino pr. 38/Vasario 16-osios g. 2

LT-01104 Vilnius, Lietuva

Tel. +370 70664658, +370 70664808

Faks. +370 70664762

E. paštas vienaslangelis@ukmin.lt

16.   Il-Lussemburgu

Ministère de l'économie

Office des licences

19-21, boulevard Royal

2449 Luxembourg

Tél. +352 226162

Fax +352 466138

office.licences@eco.etat.lu

17.   L-Ungerija

Magyar Kereskedelmi Engedélyezési Hivatal

(Hungarian Trade Licencing Office)

1124 Budapest

Németvölgyi út 37–39.

MAGYARORSZÁG

Tel. +36 14585503

Fax +36 14585814

E-mail: keo@mkeh.gov.hu

18.   Malta

Ministry for the Economy, Investment and Small Business

Commerce Department, Trade Services Directorate

Lascaris

Valletta VLT2000

Malta

Telefon: 00 356 256 90 202

Faks: 00 356 212 37 112

19.   Il-Pajjiżi l-Baxxi

Belastingdienst/Douane

Centrale dienst voor in- en uitvoer

Kempkensberg 12

Postbus 30003

9700 RD Groningen

Tel. +31 881512122

Fax +31 881513182

20.   L-Awstrija

Bundesministerium für Wissenschaft, Forschung und Wirtschaft (Federal Ministry of Science, Research and Economy)

Abteilung C2/9 — Außenwirtschaftskontrolle

Stubenring 1

A — 1010 Wien

Tel: +43 171100-8353

Fax +43 171100-8366

21.   Il-Polonja

Ministerstwo Gospodarki

pl. Trzech Krzyży 3/5

00-507 Warszawa

POLSKA

Tel. +48 226935553

Faks +48226934021

22.   Il-Portugall

Ministério das Finanças

Direção-Geral das Alfândegas e dos Impostos Especiais sobre o Consumo

Rua Terreiro do Trigo

Edifício da Alfândega

1149-006 Lisboa

Portugal

Tel. (351-1) 218 814 263

Fax: (351-1) 218 814 261

Endereço eletrónico: dsl@dgaiec.min-financas.pt

23.   Ir-Rumanija

Ministerul Economiei,

Comerțului și Mediului de Afaceri

Direcția Politici Comerciale

Calea Victoriei, nr. 152, sector 1

București

Cod poștal: 010096

Tel: + 40 21 3150081

Fax: + 40 21 3150454

E-mail: clc@dce.gov.ro

24.   Is-Slovenja

Ministrstvo za finance (Ministry of Finance)

Davčna uprava Republike Slovenije

Spodnji plavž 6c

SI-4270 Jesenice

SLOVENIJA

Tel. +386 42974470

Faks +386 42974472

E-naslov: taric.cuje@gov.si

25.   Is-Slovakkja

Ministerstvo hospodárstva SR (Ministry of Economy of the Slovak Republic)

Odbor výkonu obchodných opatrení

Mierová 19

827 15 Bratislava

Tel. +421 248547019

Fax +421 243423915

E-mail: jan.krocka@mhsr.sk

26.   Il-Finlandja

Tulli (Finnish Customs)

PL 512

FI-00101 Helsinki

SUOMI/FINLAND

Puhelin: +358 295 5200

Faksi: +358 204922852

Sähköposti: kirmo@tulli.fi

Tullen

PB 512

FI-00101 Helsingfors

FINLAND

Fax +358 204922852

27.   L-Isvezja

Kommerskollegium

Box 6803

SE-113 86 Stockholm

SVERIGE

Tfn +46 86904800

Fax +46 8306759

E-post: registrator@kommers.se

28.   Ir-Renju Unit

Import Licensing Branch (ILB)

Department for Business Innovation and Skills

E-mail: enquiries.ilb@bis.gsi.gov.uk


19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/26


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1236/2014

tat-18 ta' Novembru 2014

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202). Flimkien ma' dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) fl-opinjoni tagħha tat-2 ta' Lulju 2014 (2) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) ma għandhiex effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent u li titqies bħala sors effikaċi tal-aċidu amminiku L-valina, essenzjali għan-nutrizzjoni tal-annimali. L-Awtorità tqis li ma hemmx bżonn ta' rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-L-valina prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202) turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' dik is-sustanza għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal 2014; 12(7):3795.


ANNESS

Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

Kategorija tal-addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom.

3c369

L-valina

Kompożizzjoni tal-addittiv

L-valina b'minimu ta' 98 % (abbażi ta' materja niexfa)

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

L-valina ((2S)-2-ammino-3-aċidu metilbutanojku) prodotta mill-Corynebacterium glutamicum (DSM 25202).

Formula kimika: C5H11NO2

Numru CAS: 72-18-4

Metodu analitiku  (1)

Sabiex tiġi ddeterminata l-L-valina fl-addittiv tal-għalf: Il-Codex tal-Kimiċi tal-Ikel “Monografija tal-L-valina”.

Sabiex tiġi ddeterminata l-valina fit-taħlitiet lesti minn qabel, l-għalf kompost u l-materjali tal-għalf: kromatografija bi skambju ta' joni flimkien ma' derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni spettrofotometrika (HPLC/VIS) — ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009.

L-ispeċijiet kollha

 

 

1.

Dikjarazzjonijiet li jridu jsiru fuq it-tikkettar tal-addittiv:

kontenut ta' umdità.

2.

Għas-sikurezza tal-utent: waqt l-immaniġġar għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs, nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza.

3.

Meta d-dikjarazzjoni volontarja tal-addittiv issir fuq it-tikkettar tal-materjali tal-għalf u l-għalf kompost, għandu jiġi inkluż dan li ġej:

l-isem u n-numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv,

l-ammont miżjud tal-addittiv.

Id-9 ta' Diċembru 2024


(1)  Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jistgħu jinstabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/29


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1237/2014

tat-18 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

83,5

MA

78,0

MK

78,8

ZZ

80,1

0707 00 05

AL

57,9

JO

194,1

TR

126,6

ZZ

126,2

0709 93 10

AL

65,0

MA

46,8

TR

126,6

ZZ

79,5

0805 20 10

MA

131,7

ZZ

131,7

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

TR

68,6

ZZ

68,6

0805 50 10

TR

79,3

ZZ

79,3

0806 10 10

BR

304,1

LB

348,1

PE

317,7

TR

152,3

US

246,6

ZZ

273,8

0808 10 80

BR

53,2

CA

135,3

CL

86,7

MD

29,7

NZ

96,9

US

102,4

ZA

108,9

ZZ

87,6

0808 30 90

CN

75,6

ZZ

75,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/31


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Novembru 2014

li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/366/UE li tistabbilixxi lista ta' programmi ta' kooperazzjoni u tindika l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għal kull programm taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014–2020

(notifikata bid-dokument C(2014) 8423)

(2014/805/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment stabbilit bl-Artikolu 150(1) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (2),

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/366/UE (3), skont l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, il-Kummissjoni stabbiliet il-kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), iżda kienet għadha mhijiex f'pożizzjoni li tindika wkoll il-kontribuzzjoni mill-FEŻR lil programmi transfruntiera u dawk tal-baċini tal-baħar taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(2)

Skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (UE) Nru 1299/2013, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR lil programmi transfruntiera u dawk tal-baċini tal-baħar taħt l-ENI għal kull Stat Membru għandha tingħata bil-kundizzjoni li mill-inqas ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-ENI.

(3)

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/366/UE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/366/UE hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 4a

Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR għall-programmi transfruntiera u tal-baċini tal-baħar taħt l-Istrument Ewropew ta' Viċinat (ENI) fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 232/2014 għal kull Stat Membru tkun kif stabbilita fl-Anness V”

.

(2)

It-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament huwa miżjud bħala l-Anness V.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Corina CRETU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(3)  Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/366/UE tas-16 ta' Ġunju 2014 li tistabbilixxi lista ta' programmi ta' kooperazzjoni u tindika l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għal kull programm taħt l-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014–2020 (ĠU L 178, 18.6.2014, p. 18).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27).


ANNESS

“ANNESS V

Kontribuzzjoni mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għal programmi transfruntiera u tal-baċini tal-baħar taħt l-ENI għal ċerti Stati Membri

(EUR, prezzijiet kurrenti)

Stati Membri

Trasferiment lill-ENI

Il-Bulgarija

3 244 476

L-Estonja

10 230 000

Il-Greċja

9 471 678

Spanja

117 620 933

Franza

12 200 000

L-Italja

81 539 000

Ċipru

500 000

Il-Latvja

26 100 000

Il-Litwanja

50 000 000

L-Ungerija

22 976 000

Malta

1 000 000

Il-Polonja

135 800 000

Il-Portugall

743 294

Ir-Rumanija

88 000 000

Is-Slovakkja

6 000 000

Il-Finlandja

60 000 000

L-Isvezja

9 000 000

TOTAL

634 425 381


19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/34


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta' Novembru 2014

dwar l-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/806/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' CO2 minn vetturi ħfief (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-fornitur Webasto Roof & Components SE (l-“Applikant”) issottometta applikazzjoni għall-approvazzjoni tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto bħala teknoloġija innovattiva. Instab li l-applikazzjoni kienet kompleta u l-perjodu għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni mill-Kummissjoni beda l-għada tad-data tal-wasla uffiċjali tagħha, jiġifieri s-6 ta' Marzu 2014.

(2)

L-applikazzjoni ġiet ivvalutata skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 (2) u skont il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (il-Linji Gwida Tekniċi) (3).

(3)

L-applikazzjoni tirreferi għas-saqaf solari tal-marka kummerċjali Webasto. Is-saqaf solari jikkonsisti minn pannell fotovoltajku li jiġi nstallat fuq is-saqaf tal-vettura. Il-pannell fotovoltajku jibdel l-enerġija ambjentali f'waħda elettrika, li permezz ta' konvertitur-DC-DC tinħażen f'batterija abbord. Il-Kummissjoni ssib li l-informazzjoni li l-applikant ta fl-applikazzjoni turi li l-kundizzjonijiet u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 u fl-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011 ġew issodisfati.

(4)

L-Applikant wera li fis-sena ta' referenza 2009 l-ammont ta' karozzi ġodda mgħammra b'saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tat-tip deskritt f'din l-applikazzjoni ma kienx jaqbeż it-3 %.

(5)

Sabiex jiġi stabbilit l-iffrankar tad-CO2 li t-teknoloġija innovattiva se tagħti meta vettura tiġi mgħammra biha, jeħtieġ li tiġi ddefinita l-vettura ta' referenza li magħha għandha titqabbel l-effiċjenza tal-vettura mgħammra bit-teknoloġija innovattiva kif previst fl-Artikoli 5 u 8 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011. Il-Kummissjoni jidhrilha li l-vettura ta' referenza għandha tkun varjant ta' vettura li fl-aspetti kollha hija l-istess bħall-vettura ekoinnovattiva, bl-eċċezzjoni ta' saqaf solari u, fejn applikabbli, mingħajr batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu. Għal verżjoni ġdida ta' vettura li fiha jkun installat pannell tas-saqaf solari, il-vettura ta' referenza għandha tkun il-vettura li fiha l-pannell tas-saqaf solari jkun skonnettjat u l-bidla fil-piż minħabba l-installazzjoni ta' soqfa solari tittieħed inkonsiderazzjoni.

(6)

L-Applikant ipprovda metodoloġija għall-ittestjar tat-tnaqqis tad-CO2 li tinkludi formoli li huma bbażati fuq il-linji gwida tekniċi fir-rigward ta' ċċarġjar tal-batterija tas-saqaf solari. Il-Kummissjoni tqis li barra minn hekk għandu jintwera sa liema grad il-konsum ġenerali tal-enerġija tal-vettura fir-rigward tal-funzjoni tat-trasport tagħha huwa aħjar minn dik li l-enerġija kkunsmata għall-operazzjoni ta' apparati li għandhom l-għan li jtejbu l-kumdità tas-sewwieq jew tal-passiġġieri.

(7)

Sabiex jiġi ddeterminat l-iffrankar huwa neċessarju wkoll li tittieħed inkonsiderazzjoni l-kapaċità ta' ħażna ta' batterija waħda abbord jew il-preżenza ta' batterija addizzjonali ddedikata biss għall-ħażna tal-elettriku mis-saqaf solari

(8)

Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-metodoloġija għall-ittestjar se tagħti riżultati li huma verifikabbli, ripetibbli u komparabbli u li l-metodoloġija kapaċi turi b'mod realistiku l-benefiċċji f'termini tal-emissjonijiet tad-CO2 tat-teknoloġija innovattiva b'sinifikat statistiku qawwi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011.

(9)

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ssib li l-Applikant wera b'mod sodisfaċenti li t-tnaqqis fl-emissjonijiet miksub mit-teknoloġija innovattiva huwa tal-anqas ta' 1 g CO2/km.

(10)

Peress li test tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tad-CO2 imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (5) ma jqisx il-preżenza ta' saqaf solari u l-enerġija addizzjonali pprovduti permezz ta' din it-teknoloġija, il-Kummissjoni hija sodisfatta li s-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto mhux kopert biċ-ċiklu tat-test standard. Il-Kummissjoni ssib li r-rapport ta' verifika tħejja minn TÜV SÜD Czech s.r.o., li huwa korp indipendenti u ċċertifikat, u li r-rapport jappoġġa s-sejbiet imniżżlin fl-applikazzjoni.

(11)

F'dan l-isfond, il-Kummissjoni ma ssib l-ebda oġġezzjoni fir-rigward tal-approvazzjoni tat-teknoloġija innovattiva inkwistjoni.

(12)

Bil-għan li tiġi stabbilita l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li għandha tintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti skont l-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE, għandha tiġi speċifikata l-kodiċi individwali li għandha tintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Is-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto għall-użu f'vetturi M1 huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.

2.   It-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-CO2 li jiġi mill-użu tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi stabbilit bl-użu tal-metodoloġija mogħtija fl-Anness.

3.   Il-kodiċi individwali tal-ekoinnovazzjoni li għandha tiddaħħal fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip li għandha tintuża għat-teknoloġija innovattiva approvata permezz ta' din id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni għandu jkun “7”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 725/2011 tal-25 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ĠU L 194, 26.7.2011, p. 19.

(3)  http://ec.europa.eu/clima/policies/transport/vehicles/cars/docs/guidelines_en.pdf (verżjoni ta' Frar 2013).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 tat-18 ta' Lulju 2008 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura (ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1).


ANNESS

IL-METODOLOĠIJA BIEX JIĠI DDETERMINAT IT-TNAQQIS TAL-EMISSJONIJIET TAD-CO2 MINĦABBA L-UŻU TAS-SAQAF SOLARI LI JIĊĊARĠJA L-BATTERIJA TAL-MARKA KUMMERĊJALI WEBASTO

1.   Introduzzjoni

Il-proċedura tat-testijiet u l-kundizzjonijiet tat-testijiet li għandhom jiġu applikati sabiex jiġi ddeterminat it-tnaqqis tad-CO2 li jista' jiġi attribwit għall-użu tas-saqaf solari li jiċċarġja l-batterija tal-marka kummerċjali Webasto f'vettura M1 kif stipulat fil-punti 2 u 3.

2.   Il-proċedura tat-testijiet

L-output ta' punt massimu (PP) tal-pannell PV għandu jiġi ddeterminat b'mod sperimentali għal kull varjant ta' vettura. Il-kejl għandu jsir skont il-metodoloġija tal-ittestjar speċifikata fl-istandard internazzjonali IEC 61215:2005 (1).

Għandu jintuża pannell PV komplet żarmat. L-erba' angoli tal-panell għandhom jolqtu l-panell ta' kejl orizzontali.

Il-kejl kollu għandu jitwettaq b'mod konsekuttiv għall-anqas ħames darbiet.

L-angolu tal-inklinazzjoni mit-tul u l-kapaċità totali tal-ħżin (jew il-Koeffiċjent ta' Korrezzjoni Solari (SCC) li jirriżulta) għandhom jiġu pprovduti mill-manifattur tal-vettura.

L-inklinazzjoni mit-tul possibbli tas-saqaf tal-karozzi għandu jkun ikkoreġut b'mod matematiku wara billi tiġi applikata l-funzjoni tal-cosine.

3.   Formuli

1.

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output tal-enerġija massima għandha tiġi kkalkulata bil-formula (1).

Formula (1):

Formula

Fejn:

Formula

:

Id-devjazzjoni standard tal-medja aritmetika tal-output ta' potenza massima (Wp);

PPi

:

Il-valur tal-kejl tal-output ta' enerġija massima (Wp);

Formula

:

Il-medja aritmetika tal-output ta' potenza massima (Wp);

n

:

Numru ta' kejl

Il-gwadann ta' potenza elettrika addizzjonali jiddependi fuq il-kapaċità ta' ħażna abbord tal-elettriku disponibbli li għandha tiġi vverifikata. Jekk il-kapaċità hija anqas minn 0,666 Ah għal kull tal-qawwa massima tal-pannell PV, ir-radjazzjoni solari li tirriżulta f'jiem xemxin u ċari tas-sajf ma tistax tintuża kompletament minħabba batteriji ċċarġjati kompletament. F'dan il-każ, il-koeffiċjent ta' korrezzjoni solari msemmi fil-punt 2 għandu japplika sabiex jittieħed is-sehem li jista' jintuża tal-enerġija solari li tkun ġejja.

2.

Għall-kalkolu tal-potenzjal tat-tfaddil tad-CO2 użat għandha tintuża d-dejta tal-input li ġejja:

irradjazzjoni solari medja PSR speċifikata fil-Kapitolu 5.7.1 tal-Linji Gwida Tekniċi (2), i.e.120 W/m2;

fattur tal-użu/l-effett tad-dell UFIR peċifikat fil-Kapitolu 5.4.2 tal-Linji Gwida Tekniċi, jiġifieri 0,51;

l-effiċjenza tas-sistema solari ηSS speċifikata fil-Kapitolu 5.1.3 tal-Linji Gwida Tekniċi, jiġifieir 0,76;

il-koeffiċjent ta' korrezzjoni solari SCC speċifikat fit-Tabella 1 u fil-Kapitolu 5.7.2 tal-Linji Gwida Tekniċi;

Tabella 1

Il-kapaċità tal-ħżin totali disponibbli (12 V)/il-potenza massima tal-PV (Ah/Wp) (3)

0,10

0,20

0,30

0,40

0,50

0,60

> 0,666

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni solari (SCC)

0,481

0,656

0,784

0,873

0,934

0,977

1

il-konsum tal-potenza effettiva għal vetturi li jaħdmu bil-petrol VPe – P u vetturi li jaħdmu bid-diżil VPe – D peċifikat fit-Tabella 2 u fil-Kapitolu 5.1.1 tal-Linji Gwida Tekniċi;

Tabella 2

Tip ta' magna

Konsum tal-enerġija effettiva VPe (l/kWh)

Petrol (VPe – P)

0,264

Diżil (VPe – D)

0,22

l-effiċjenza tal-alternatur ηΑ, speċifikata fil-Kapitolu 5.1.2 tal-Linji Gwida Tekniċi, jiġifieri 0,67;

Għall-fatturi ta' konverżjoni CF għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 3:

Tabella 3

Tip ta' fjuwil

Fattur ta' konverżjoni (l/100 km) → (g CO2/km) (100 g/l)

Petrol (CFP)

23,3 (= 2 330  g CO2/l)

Diżil (CFD)

26,4 (= 2 640  g CO2/l)

Għall-kilometraġġ medju annwali għandha tintuża d-dejta fit-Tabella 4 (km/sena):

Tabella 4

Tip ta' fjuwil

Il-kilometraġġ medju annwali (km/sena)

Petrol (MP)

12 700

Diżil (MD)

17 000

B'din id-data tal-input l-iffrankar ta' CO2 għal vetturi li jaħdmu bil-petrol għandu jiġi kkalkulat bil-Formola (2).

Id-differenza fil-piż bejn vettura ta' xenarju bażi u l-vettura ekoinnovattiva minħabba l-installazzjoni ta' soqfa solari u fejn rilevanti, batterija addizzjonali, għandha tiġi kkunsidrata billi jiġi applikat il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tal-massa (4). Il-vettura tax-xenajru bażi għandha tkun vettura varjant li fl-aspetti kollha hija l-istess bħall-vettura ekoinnovattiva, bl-eċċezzjoni ta' saqaf solari u, fejn applikabbli, mingħajr batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu.

Għal verżjoni ġdida ta' vettura b'saqaf solar installat, il-vettura ta' xenarju bażi għandha tiġi speċifikata kif ġej: hija l-vettura li fiha l-pannell tas-saqaf solari mhuwiex imqabbad u titqies il-bidla fil-massa minħabba l-installazzjoni tas-saqaf solari. F'każ li l-pannell tas-saqaf solari jkun magħmul mill-ħġieġ għandha tiġi aġġornata l-bidla fil-massa, jiġifieri żieda ta' massa ta' 3,4 kg. F'każ li l-pannell tas-saqaf solari jkun magħmul minn materjal sintetiku ħafif ma għandha ssir l-ebda korrezzjoni għall-bidla fil-massa. Fuq din il-bidla fil-piż il-manifattur irid jgħaddi dokumentazzjoni vverifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

Formula (2):

Formula

Fejn:

CCO 2

:

Iffrankar tad-CO2 (g CO2/km);

PSR

:

Insolazzjoni medja (W/m2);

UFIR

:

Il-fattur tal-użu/effett tad-dell (-);

ηSS

:

L-effiċjenza tas-sistema solari (-);

PP

:

L-output ta' potenza massima (Wp);

SCC

:

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni solari (-);

VPe – P

:

Il-konsum tal-potenza effettiva għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol (l/kWh);

ηA

:

L-effiċjenza tal-alternatur (-);

CFP

:

Il-fattur tal-konverżjoni għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol (100 g/l);

MP

:

Il-kilometraġġ medju annwali għall-vetturi li jaħdmu bil-petrol (km/sena);

Φ

:

L-inklinazzjoni fit-tul tal-pannelli solari (°);

ΔCO2mP

:

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tad-CO2 minħabba tibdil fil-massa wara li jiġi nstallat is-saqaf solari u fejn applikabbli, il-batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija saolari f'elettriku u l-ħżin tagħha għal vetturi li jaħdmu bil-petrol (g CO2/km).

L-iffrankar tad-CO2 għal vetturi li jaħdmu bid-diżil għandu jiġi kkalkulat bil-Formula (3).

Id-differenza fil-massa bejn vettura ta' xenarju bażi u vettura ekoinnovattiva minħabba l-installazzjoni ta' soqfa solari u, fejn rilevanti, batterija addizzjonali għandu jiġi kkunsidrat billi jiġi applikat il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tal-massa (4). Il-vettura tax-xenajru bażi għandha tkun vettura varjant li fl-aspetti kollha hija l-istess bħall-vettura ekoinnovattiva, bl-eċċezzjoni ta' saqaf solari u, fejn applikabbli, mingħajr il-batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu.

Għal verżjoni ġdida ta' vettura b'saqaf solari installat, il-vettura ta' xenarju bażi għandha tiġi speċifikata kif ġej: hija l-vettura li fiha l-pannell tas-saqaf solari mhuwiex imqabbad u titqies il-bidla fil-massa minħabba l-installazzjoni tas-saqaf solari. F'każ li l-pannell tas-saqaf solari jkun magħmul mill-ħġieġ għandha tiġi aġġornata l-bidla fil-massa, jiġifieri żieda ta' massa ta' 3,4 kg. F'każ li l-pannell tas-saqaf solari jkun magħmul minn materjal sintetiku ħafif ma għandha ssir l-ebda korrezzjoni għall-bidla fil-massa. Fuq din il-bidla fil-piż il-manifattur irid jgħaddi dokumentazzjoni vverifikata lill-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip.

Formula (3):

Formula

Fejn:

VPe – D

:

Il-konsum tal-potenza effettiva għal vetturi li jaħdmu bid-diżil (l/kWh);

CFD

:

Il-fattur ta' konverżjoni għal vetturi li jaħdmu bid-diżil (100 g/l);

MD

:

Il-kilometraġġ medju annwali għal vetturi li jaħdmu bid-diżil (km/year);

ΔCO2mD

:

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tad- CO2 minħabba tibdil fil-massa wara li jiġi nstallat is-saqaf solari u fejn applikabbli, il-batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni tal-enerġija saolari f'elettriku u l-ħżin tagħha għal vetturi li jaħdmu bil-petrol (g CO2/km).

Il-koeffiċjent ta' korrezzjoni tad-CO2 minħabba l-bidla fil-massa għandu jiġi kkalkulat bil-Formuli (4) u (5).

Formula (4):

Formula

għal vettura li taħdem bil-petrol

u

Formula (5):

Formula

għal vettura li taħdem bid-diżil

Fejn:

Δm

:

Bidla fil-piż minħabba l-installazzjoni ta' soqfa solari u, fejn applikabbli, batterija addizzjonali u tagħmir ieħor meħtieġ speċifikament għall-konverżjoni ta' enerġija tax-xemx f'elettriku u l-ħażna tiegħu, (eż. 5 kg).

3.

L-iżball fl-iffrankar tad-CO2 għandu jiġi kkalkulat bil-Formula (6).

Formula (6):

Image

Where:

Formula

:

Żball tal-iffrankar totali tad-CO2 (g CO2/km);

Image

:

Is-sensittività tal-iffrankar ta'CO2 kkalkulat marbut mal- imkejjel matul it-test I;

n

:

Numru ta' kejl

Sabiex l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 għal vetturi li jaħdmu bil-petrol jiġi kkalkulat, ir-riżultati tal-formula (6) għandhom jiġu applikati fil-formula (2) skont il-formula li ġejja (7):

Formula (7):

Formula

Sabiex l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 ta' vettura li taħdem bi fjuwil tad-diżil jiġi kkalkulat, ir-riżultati tal-formula (6) għandhom jiġu applikati fil-formula (3), li twassal għal formula (8). Dan huwa l-iżball fl-iffrankar tad-CO2 għal vettura li taħdem bil-fjuwil.

Formula (8):

Formula

4.

Sabiex jintwera li l-limitu minimu ta' 1 gCO2/km inqabeż b'mod sinifikanti statistikament għandha tintuża l-Formula (9) li ġejja:.

Formula (9):

Formula

Fejn:

MT

:

Limitu minimu (g CO2/km), jiġifieri 1 g CO2/km;

CCO 2

:

Iffrankar totali ta' CO2 (g CO2/km);

Formula

:

Żball tal-iffrankar totali tad-CO2 (g CO2/km).

Meta l-iffrankar fl-emissjonijiet tad-CO2, bħala riżultat tal-kalkolu bl-użu tal-formula (9), jkun taħt il-livell limitu speċifikat fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 725/2011, għandu japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(2) ta' dak ir-Regolament.


(1)  Moduli fotovoltajċi terrestri tas-siliċju kristallin (PV) — Kwalifikazzjoni tad-disinn u l-approvazzjoni tat-tip. Numru ta' referenza IEC 61215:2005(E).

(2)  Il-Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta' teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 (verżjoni ta' Frar 2013).

(3)  Il-kapaċità totali tal-ħżin tinkludi mezz ta' ħżin medja li tista' intuża tal-batterija tal-istartjar b'kapaċità ta' 10 Ah (12 V). Il-valuri kollha jirreferu għal radjazzjoni solari medja annwali ta' 120 W/m2, sehem ta' sfumaturi ta' 0,49 u medja ta' ħin ta' sewqan tal-vettura ta' siegħa kuljum għal qawwa elettrika meħtieġa ta' 750 W.

(4)  Il-Kapitolu 5, Par. 5.1 tal-istudju JRC ta' referenza, http://europa.eu/!qN68wc


19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/41


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Novembru 2014

dwar ċertu miżuri protettivi interim fir-rigward ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5 fir-Renju Unit

(notifikata bid-dokument C(2014) 8751)

(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/807/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda, u dawn jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża biss sintomi ħfief filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja għandha rati tal-imwiet għoljin ferm f'ħafna mill-ispeċijiet tat-tjur. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tat-tjur.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Jekk tfaqqa' l-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jixtered fi stabbilimenti oħra fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz tal-kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċertu miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejbien kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati jekk tfaqqa' din il-marda fit-tjur jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jekk tfaqqa' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza.

(5)

Ir-Renju Unit għarraf lill-Kummissjoni b'tifqigħa tal-influwenza avjarja b'patoġenità għolja tas-sottotip H5 fi stabbiliment fit-territorju tiegħu fejn kienu qed jitrabbew it-tjur jew għasafar oħra u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mar-Renju Unit u ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment proprju fejn ġiet konfermata t-tifqigħa.

(7)

Sabiex issir prevenzjoni minn kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ tal-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati fil-kummerċ li jimponu pajjiżi terzi, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fir-Renju Unit jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

(8)

Għaldaqstant, sakemm jerġa' jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fir-Renju Unit, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jiġu definiti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-Renju Unit għandu jiżgura li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika sat-22 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

PARTI A

Iż-żona ta' protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

UK

Ir-Renju Unit

Kodiċi ADNS

Żona li tinkludi:

 

 

00053

Din il-parti f'East Riding of Yorkshire li tinsab fiċ-ċirku b'raġġ ta' 3 kilometri biċ-ċentru fuq ir-referenza TA0654959548. Il-koordinati ta' referenza huma għall-Istħarriġ ta' Ordinanza Landranger serje 1:100 000 .

PARTI B

Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

UK

Ir-Renju Unit

Kodiċi ADNS

Żona li tinkludi:

 

 

00053

Iż-żona f'dik il-parti f'East Riding of Yorkshire lil hinn miż-żona msemmija fiż-żona ta' protezzjoni li tinsab fiċ-ċirku b'raġġ ta' 10 kilometri biċ-ċentru fuq ir-referenza TA0654959548. Il-koordinati ta' referenza huma għall-Istħarriġ ta' Ordinanza Landranger serje 1:100 000 .


19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/44


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta' Novembru 2014

dwar ċertu miżuri protettivi interim marbuta mal-influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N8 fil-Pajjiżi l-Baxxi

(notifikata bid-dokument C(2014) 8752)

(It-test bl-Olandiż biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/808/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta' ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja hi marda virali infettiva fl-għasafar, inklużi t-tjur. L-infezzjonijiet bil-viruses tal-influwenza avjarja fit-tjur jikkawżaw żewġ forom ta' dik il-marda, u dawn jingħarfu mill-virulenza tagħhom. Ġeneralment il-forma b'patoġeniċità baxxa tikkawża biss sintomi ħfief filwaqt li l-forma b'patoġeniċità għolja għandha rati tal-imwiet għoljin ferm f'ħafna mill-ispeċijiet tat-tjur. Din il-marda jaf tħalli impatt qawwi fuq il-profitabbiltà tat-trobbija tat-tjur.

(2)

L-influwenza avjarja tinstab l-aktar fl-għasafar, iżda xi drabi jaf ikun hemm infezzjonijiet ukoll fil-bnedmin minkejja li r-riskju hu ġeneralment baxx ħafna.

(3)

Jekk tfaqqa' l-influwenza avjarja, hemm riskju li l-aġent tal-marda jixtered fi stabbilimenti oħra fejn jinżammu t-tjur jew għasafar oħra mrobbijin. Minħabba f'hekk, din tista' tinfirex minn Stat Membru għal Stati Membri oħra jew għal pajjiżi terzi permezz ta' kummerċ tat-tjur ħajjin jew il-prodotti tagħhom.

(4)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (3) tistabbilixxi ċertu miżuri preventivi relatati mas-sorveljanza u s-sejbien kmieni tal-influwenza avjarja u l-miżuri minimi tal-kontroll li jridu jiġu applikati jekk tfaqqa' din il-marda fit-tjur jew f'għasafar oħra mrobbijin. Dik id-Direttiva tistipula li jekk tfaqqa' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja għandhom jitwaqqfu żoni ta' protezzjoni u sorveljanza.

(5)

Il-Pajjii l-Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b'patoġenità għolja tas-sottotip H5N8 fi stabbiliment fit-territorju tagħhom fejn kienu qed jitrabbew it-tjur jew għasafar oħrajn u ħadet minnufih il-miżuri meħtieġa skont id-Direttiva 2005/94/KE, inkluż it-twaqqif ta' żoni ta' protezzjoni u sorveljanza. Bħala miżura ta' prevenzjoni u sabiex issir evalwazzjoni tas-sitwazzjoni u jonqos kemm jista' jkun ir-riskju li t-tifqigħa konfermata tkompli tixtered, l-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi qed jipprojbixxu l-moviment tat-tjur ħaj u ta' ċertu prodotti tat-tjur fi ħdan it-territorju kollu.

(6)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri b'kollaborazzjoni mal-Pajjiżi l-Baxxiu ħarġet sodisfatta li l-fruntieri taż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru jinsabu 'l bogħod biżżejjed mill-istabbiliment proprju fejn ġiet konfermata t-tifqigħa.

(7)

Sabiex issir prevenzjoni minn kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ tal-Unjoni u sabiex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati fil-kummerċ li jimponu pajjiżi terzi, jeħtieġ li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti fil-Pajjiżi l-Baxxi jiġu stabbiliti fil-livell tal-Unjoni f'kollaborazzjoni ma' dak l-Istat Membru.

(8)

Għaldaqstant, sakemm jerġa' jitlaqqa' l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Pajjiżi l-Baxxi, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta' kontroll għas-saħħa tal-annimali stipulati fid-Direttiva 2005/94/KE, għandhom jiġu definiti fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni u għandu jiġi stabbilit it-tul taż-żmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(9)

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jiżguraw li ż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza stabbiliti skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2005/94/KE ikunu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta' protezzjoni u sorveljanza fil-Parti A u fil-Parti B tal-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni tapplika sat-22 ta' Diċembru 2014.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Vytenis ANDRIUKAITIS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16).


ANNESS

PARTI A

Iż-żona ta' protezzjoni kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi postali/ADNS

Żona li tinkludi:

 

 

 

Minn fejn N228 taqta' ma' Goverwellesingel, minn Goverwellesingel fid-direzzjoni tat-tramuntana mill-Mina Goverwelle sa Achterwillenseweg.

Minn Achterwillenseweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Vlietdijk.

Minn Vlietdijk fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Platteweg sa Korssendijk.

Minn Korssendijk fid-direzzjoni tat-tramuntana minn Ree fid-direzzjoni tal-lvant sa Nieuwenbroeksedijk.

Minn Nieuwenbroeksedijk fid-direzzjoni tal-lvant sa Kippenkade.

Minn Kippenkade fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Wierickepad.

Minn Wierickepad fid-direzzjoni tat-tramuntana u mbagħad id-direzzjoni tal-lvant fi Kerkweg lejn Groendijk u sa Westeinde.

Minn Westeinde fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Oosteinde sa Tuurluur.

Minn Tuurluur fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Papekopperdijk.

Minn Papekopperdijk fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn de Johan J Vierbergenweg lejn Zwier Regelinkstraat sa N228.

Minn N228 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Damweg.

Minn Damweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Zuidzijdseweg.

Minn Zuidzijdseweg fid-direzzjoni tal-punent lejn Slangenweg sa West-Vlisterdijk.

Minn West-Vlisterdijk fid-direzzjoni tat-tramuntana mbagħad fid-direzzjoni tal-punent lejn Bredeweg u fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Grote Haven sa N228.

Minn N228 fid-direzzjoni tal-punent.

PARTI B

Iż-żona ta' sorveljanza kif jissemma fl-Artikolu 1:

Kodiċi ISO tal-pajjiż

Stat Membru

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Kodiċi postali/ADNS

Żona li tinkludi:

 

 

 

Minn fejn N207 taqta' ma' N11, minn N11 fid-direzzjoni tax-xlokk sa N458.

Minn N458 fid-direzzjoni tal-lvant sa Buitenkerk.

Minn Buitenkerk fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Kerkweg.

Minn Kerkweg fid-direzzjoni tal-lvant sa Meije.

Minn Meije fid-direzzjoni tal-grigal sa Middenweg.

Minn Middenweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Hoofdweg lejn Zegveldse Uitweg sa N458.

Minn N458 fid-direzzjoni tal-lvant lejn Rembrandtlaan sa Westdam.

Minn Westdam fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Rijnstraat lejn Oostdam sa Oudelandseweg.

Minn Oudelandseweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Geestdorp.

Minn Geestdorp fid-direzzjoni tal-lvant sa N198.

Minn N198 fid-direzzjoni tal-lvant u fid-direzzjoni tan-nofsinhar, imbagħad fid-direzzjoni tal-lvant u fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa Strijkviertel.

Minn Strijkviertel fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa A12.

Minn A12 fid-direzzjoni tal-lvant sa A2.

Minn A2 fid-direzzjoni tan-nofsinhar sa N210.

Minn N210 fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn id-direzzjoni tal-punent imbagħad lejn id-direzzjoni tan-nofsinhar sa S.L. van Alterenstraat.

Minn S.L. van Alterenstraat fid-direzzjoni tan-nofsinhar sax-xmara De Lek.

Mix-xmara De Lek fid-direzzjoni tal-punent sa Bonevlietweg.

sa Melkweg.

Minn Melkweg fid-direzzjoni tan-nofsinhar lejn Peppelweg sa Essenweg.

Minn Essenweg fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Graafland sa Irenestraat.

Minn Irenestraat fid-direzzjoni tal-punent sa Beatrixstraat.

Minn Beatrixstraat fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Voorstraat.

Minn Voorstraat fid-direzzjoni tal-punent lejn Sluis, lejn Opperstok, lejn Bergstoep sal-vapur fi Bergambacht-Groot Ammers.

Mill-vapur fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Veerweg.

Minn Veerweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N210.

Minn N210 fid-direzzjoni tal-punent sa Zuidbroekse Opweg.

Minn Zuidbroekse Opweg fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Oosteinde.

Minn Oosteinde fid-direzzjoni tal-punent sa Kerkweg.

Minn Kerkweg fid-direzzjoni tal-punent sa Graafkade.

Minn Graafkade fid-direzzjoni tal-lvant sa Wellepoort.

Minn Wellepoort fid-direzzjoni tal-majistrall lejn Schaapjeshaven sa Kattendijk.

Minn Kattendijk fid-direzzjoni tal-lvant sal-vapur fi Hollandsche IJssel.

Mill-vapur fid-direzzjoni tat-tramuntana sa Veerpad.

Minn Veerpad fid-direzzjoni tat-tramuntana lejn Kerklaan lejn Middelweg sa N456

Minn N456 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N207.

Minn N207 fid-direzzjoni tat-tramuntana sa N11.


ATTI ADOTTATI MINN KORPI STABBILITI PERMEZZ TA' FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

19.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 332/49


DEĊIŻJONI Nru 3/2014 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

tat-23 ta' Ottubru 2014

dwar it-tiġdid tal-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

(2014/809/UE)

IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-grupp tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn banda waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (1), kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (2) u t-tieni darba f'Ouagadougou fit-22 ta' Ġunju 2010 (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 3(5) tal-Anness III tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 5/2013 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tas-7 ta' Novembru 2013 dwar l-Istatuti taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1) ta' dawk l-Istatuti,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu Nru 2/2010 tad-19 ta' Marzu 2010, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE ħatar lis-Sur Michael HAILU bħala d-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA) għal mandat ta' ħames snin, li jiskadi fit-28 ta' Frar 2015;

(2)

Skont l-Artikolu 7(1) tal-Istatuti taċ-ĊTA, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Bord Eżekuttiv, abbażi ta' prestazzjoni eċċellenti, il-Kumitat tal-Ambaxxaturi jista', taħt ċirkostanzi eċċezzjonali, iġedded il-ħatra tad-Direttur għal perijodu massimu ta' ħames snin;

(3)

Fit-3 ta' April 2014 il-Bord Eżekuttiv taċ-ĊTA ta r-rakkomandazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-ħatra tas-Sur HAILU;

(4)

Matul is-sessjoni tiegħu mis-16 sat-18 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill tal-Ministri AKP approva t-tiġdid tal-kuntratt tad-Direttur għat-tieni mandat ta' ħames snin;

(5)

Għaldaqstant, huwa xieraq li l-ħatra tas-Sur HAILU tiġġedded għal perijodu ta' ħames snin,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat jista' jintalab jieħu skont il-prerogattivi tiegħu, il-ħatra tas-Sur Michael HAILU (Etjopja) hija b'dan imġedda bħala Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta' Koperazzjoni Agrikola u Rurali b'effett mill-1 ta' Marzu 2015 sad-29 ta' Frar 2020.

Magħmul fi Brussell fit-23 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

Il-President

S. SANNINO


(1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

(2)  Ftehim li jemenda l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000 (ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27).

(3)  Ftehim li jemenda għat-tieni darba l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000, kif emendat għall-ewwel darba fil-Lussemburgu fil-25 ta' Ġunju 2005 (ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3).

(4)  ĠU L 309, 19.11.2013, p. 50.