ISSN 1977-074X

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

L 329

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Leġiżlazzjoni

Volum 57
14 ta' Novembru 2014


Werrej

 

II   Atti mhux leġiżlattivi

Paġna

 

 

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

 

 

2014/789/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2014 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, dwar il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

1

 

 

REGOLAMENTI

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1212/2014 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

3

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1213/2014 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

6

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1214/2014 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

8

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1215/2014 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

11

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1216/2014 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

14

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1217/2014 tal-11 ta' Novembru 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

17

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1218/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tar-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali għat-Trichinella fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali porċini domestiċi maħsuba għat-tgħammir, il-produzzjoni jew il-qatla, u tal-laħam frisk tagħhom ( 1 )

20

 

*

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1219/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 rigward il-lista ta' territorji u pajjiżi terzi ( 1 )

23

 

 

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1220/2014 tat-13 ta' Novembru 2014 li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

27

 

 

DEĊIŻJONIJIET

 

 

2014/790/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2014 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, fir-rigward tal-emenda tal-Anness II għal dan il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta'sigurtà soċjali

29

 

 

2014/791/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2014 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.20350 — (C 17/08) (ex NN 1/06) implimentata mir-Repubblika Ċeka għal diversi operaturi tas-servizzi tal-karozzi tal-linja reġjonali fir-Reġjun Ústí (notifikata bid-dokument C(2014) 4081)  ( 1 )

35

 

 

2014/792/UE

 

*

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2014 dwar is-Sistema ta' Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi

68

 

 

Rettifika

 

*

Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE ( ĠU L 187, 16.7.2002 ) (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 03, Volum 036)

81

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat.

It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom.


II Atti mhux leġiżlattivi

FTEHIMIET INTERNAZZJONALI

14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Novembru 2014

dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, dwar il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

(2014/789/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 91, 100(2), 167(3) u 207, flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att ta' Adeżjoni tal-Kroazja, u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/257/UE (1), il-Protokoll Addizjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (“il-Protokoll Addizzjonali”) ġie iffirmat u ġie applikat proviżorjament mill-1 ta' Lulju 2013, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.

(2)

Il-Protokoll Addizzjonali għandu jiġi approvat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali mal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jipproċedu, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, li jagħtu n-notifika prevista fl-Artikolu 9 tal-Protokoll Addizzjonali rigward it-tlestija tal-proċeduri interni għad-dħul fis-seħħ.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  ĠU L 140, 14.5.2014, p. 1.

(2)  It-test tal-Protokoll Addizzjonali se jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tiegħu.


REGOLAMENTI

14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/3


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1212/2014

tal-11 ta' Novembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda mehmuża mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dan il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' din it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott solidu, ċilindriku, bil-kamin magħmul minn liga tat-titanju iebsa ħafna, lest bil-kulur b'tul ta' madwar 12 mm.

Il-prodott għandu sieq b'dijametru ta' barra kostanti ta' 3 mm u ras. Is-sieq hija kollha bil-kamin u b'kamin asimetriku. Ras il-vit hija bil-kamin (li jippermettilha li teħel ma' plakka tal-kompressjoni f'sistemi tat-twaħħil) u hi forma ta' sokit imdaħħal 'il ġewwa.

Il-prodott jikkorrispondi mal-istandards ISO/TC 150 għal viti għall-impjanti u huwa ppreżentat għal użu fil-qasam tal-kirurġija tat-trawmi għall-iffissar tal-ksur. Għandu jiġi installat fil-ġisem bl-użu ta' għodda speċifiċi.

Waqt l-importazzjoni, huwa ppreżentat f'ippakkjar sterilizzat. Il-prodott jiġi mmarkat b'numru u huwa għalhekk traċċabbli tul il-produzzjoni u d-distribuzzjoni.

 (*) Ara l-immaġni.

8108 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, nota 2(a) għat-Taqsima XV, nota 3 għat-Taqsima XV, nota 1(f) għall-Kapitolu 90 u mill-kliem tal-kodiċijiet NM 8108 , 8108 90 u 8108 90 90 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, il-prodott jikkorrispondi b'mod sħiħ ma' vit ta' metall ta' valur baxx, anki jekk huwa intiż għall-użu fil-kirurġija tat-trawmi. Indipendentement mill-użu effettiv tagħhom, il-viti ta' metall ta' valur baxx huma, skont in-nota 2(a) għat-Taqsima XV, partijiet ta' użu ġenerali. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9021 bħala qassaba u apparat ieħor għall-ksur hija għalhekk eskluża bis-saħħa tan-nota 1(f) għall-Kapitolu 90.

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 8108 90 90 , bħala artikoli oħra magħmulin mit-titanju.

Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/6


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1213/2014

tal-11 ta' Novembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott vojt minn ġewwa, ċilindriku, bil-kamin magħmul minn liga tat-titanju iebsa ħafna, b'tul bejn 20 sa 56 mm.

Il-prodott għandu sieq li hija vojta minn ġewwa b'dijametru ta' barra ta' 4 mm u ras b'forma esagonali. Is-sieq hija kolha bil-kamin li jikber b'inkrementi ta' 2 mm.

Il-prodott jikkorrispondi mal-istandards ISO/TC 150 għal viti għall-impjanti u huwa ppreżentat għal użu fil-qasam tal-kirurġija tat-trawmi għall-iffissar tal-ksur.

Għandu jiġi installat fil-ġisem bl-użu ta' għodod speċifiċi u permezz ta' wajer gwida, li jiddaħħal fis-sieq vojta minn ġewwa u li jippermetti t-tqegħid preċiż permezz ta' inċiżjoni żgħira fil-ġisem.

Waqt l-importazzjoni, huwa ppreżentat f'ippakkjar sterilizzat. Il-prodott jiġi mmarkat b'numru u huwa għalhekk traċċabbli tul il-produzzjoni u d-distribuzzjoni.

9021 10 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u bil-kliem tal-kodiċijiet NM 9021 , 9021 10 u 9021 10 90 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-preżenza tas-sieq vojta minn ġewwa, il-prodott ma jikkorrispondix b'mod sħiħ ma' vit ta' metall ta' valur baxx. Bħala konsegwenza, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala parti ta' użu ġenerali (vit) kif riferut fin-nota 2 għat-Taqsima XV. Għaldaqstant il-klassifikazzjoni fl-intestatura 8108 hija eskluża.

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9021 10 90 , bħala qassaba u apparat ieħor għall-ksur.


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/8


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1214/2014

tal-11 ta' Novembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawn ir-regoli ġenerali, il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta'din it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li l-informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-prodotti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott solidu, ċilindriku, bil-kamin (l-hekk imsejjaħ “pangea dual core screw”) magħmul minn liga tat-titanju iebsa ħafna, b'tul bejn 20 sa 45 mm.

Is-sieq hija kollha bil-kamin u kamin “dual core” li fih żona ta' tranżizzjoni għal bidla fil-qalba tad-dijametru. Għandu dijametru ta' barra kostanti ta' 4,0 mm, bi profil self-tapping u ponta bil-kamin li ma taqtax.

Il-prodott għandu ras ta' forma poliaxjali (mobbli), forma ta' “U” u bil-kamin intern li toffri angolu ta' 25° madwar l-assi tiegħu li jippermetti l-aġġustament tagħha.

Il-prodott għandu sarġ speċjalizzat fl-għatu tal-qfil għall-iffissar ta' virga (ippreżentata separatament) f'rasu.

Il-prodott jikkorrispondi mal-istandards ISO/TC 150 għal viti għat-trapjanti u huwa ppreżentat għal użu fil-kirurġija tat-trawmi bħala parti minn sistema għall-istabbilizzazzjoni ta' wara tax-xewka tad-dahar. Huwa installat bl-użu ta' għodda speċifiċi.

Waqt l-importazzjoni, mhuwiex ippreżentat f'ippakkjar sterilizzat. Il-prodott jiġi mmarkat b'numru u huwa għalhekk traċċabbli tul il-produzzjoni u d-distribuzzjoni.

 (*) Ara l-istampa

9021 10 90

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-regoli ġenerali 1 sa 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda bin-nota 2(b) tal-Kapitolu 90 kif ukoll bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9021 , 9021 10 u 9021 10 90 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, jiġifieri l-preżenza tar-ras ta' forma poliaxjali, forma ta' “U” bl-għatu tal-qfil, il-prodott ma jikkorrispondix b'mod sħiħ ma' vit ta' metall ta' valur baxx. Bħala konsegwenza, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala parti ta' użu ġenerali (vit) kif riferut fin-nota 2 għat-Taqsima XV. Għaldaqstant il-klassifikazzjoni fl-intestatura 8108 hija eskluża.

Għalhekk il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 9021 10 90 , bħala qassaba u apparat ieħor għall-ksur.

Image Image

(*)  L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/11


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1215/2014

tal-11 ta' Novembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-Kumitat tal-Kodiċi Doganali ma ppreżentax opinjoni fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-President tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tkun għadha ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Pannell solari b'qisien ta' madwar 2 × 2 m, li jikkonsisti f'25 tubu vakwu tal-ħġieġ immuntati b'mod parallel u interkonnessi permezz ta' pajp kollettur. Kull tubu vakwu huwa magħmul minn żewġ pajpijiet konċentriċi, li fihom fluwidu għat-trasferiment tas-sħana. Il-pajp ta' ġewwa ta' kull tubu huwa miksi b'saff ta' assorbiment.

L-enerġija solari tiġi assorbita mis-saff fuq il-pajp ta' ġewwa tat-tubi u kkonvertita f'enerġija tas-sħana. Is-sħana mbagħad tiġi trasferita għall-fluwidu tat-trasferiment tas-sħana, li jinbidel f'gass, jogħla u jittrasferixxi s-sħana għall-pajp kollettur (manifold tar-ram).

Is-sħana tiġi sussegwentement ittrasferita mill-pajp kollettur għal tank tal-ħżin tal-ilma permezz ta' sistema ta' tubi li fiha fluwidu tat-trasferiment tas-sħana li jiċċirkola permezz ta' pompa mħaddma minn kontrollur.

Il-pompa, il-kontrollur, is-sistema ta' tubi u t-tank tal-ħżin tal-ilma mhumiex inklużi mal-preżentazzjoni.

Il-pannell solari jintuża f'sistemi solari għat-tisħin tal-ilma u huwa maħsub biex jiġi mmuntat fuq il-bejt.

8419 19 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1, 2(a) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8419 u 8419 19 00 .

Il-pannell solari jitqies li għandu l-karattru essenzjali ta' oġġett komplet jew lest (ħiter tal-ilma) billi jinkludi l-komponenti kollha meħtieġa għall-ġenerazzjoni tas-sħana. Il-komponenti neqsin jintużaw għat-trasferiment tas-sħana u għall-ħżin tal-ilma. Għaldaqstant, hija eskluża l-klassifikazzjoni taħt is-sottointestatura 8419 90 85 bħala partijiet tal-ħiters tal-ilma.

Billi l-pannell solari jikkonverti l-enerġija solari fi sħana, ma jistax jitqies bħala sempliċiment unità ta' trasferiment ta' sħana tas-sottointestatura 8419 50 (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8419 , il-grupp (I) (B)).

Għaldaqstant, il-pannell solari jrid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8419 19 00 bħala ħiters tal-ilma istantanji jew ta' ħażna, mhux tal-elettriku (ara wkoll l-HSEN għall-intestatura 8419 , il-grupp (I), l-aħħar paragrafu).


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/14


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1216/2014

tal-11 ta' Novembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tkun għadha ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Apparat elettroniku b'qisien ta' madwar 10 × 4 × 1 cm, li jinkludi, fost l-oħrajn, il-komponenti li ġejjin:

proċessur,

memorja tas-sistema ta' 1 GB,

memorja interna ta' 4 GB,

modulu mibni fuq ġewwa għal konnessjoni bla fili mal-Internet.

Huwa mgħammar bl-interfaċċi li ġejjin:

HDMI,

USB,

USB mikro,

SDHC mikro.

L-apparat ma jinkorporax tjuner tal-vidjo.

Meta jkun imqabbad ma' sett tat-televixin jew moniter, l-apparat jippermetti lill-utent ikollu aċċess għall-Internet, pereżempju, għal skambju ta' emails, biex jara vidjos, jilgħab logħbiet jew iniżżel applikazzjonijiet ta' softwer. Dan jista' wkoll jirriproduċi fajls multimedjali bħal vidjos, ritratti u mużika minn kards tal-memorja jew memorji tal-USB.

8528 71 91

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1, 3(c) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 3 tal-Kapitolu 85 u l-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8528 , 8528 71 u 8528 71 91 .

Skont it-tifsira tan-nota 3 tat-Taqsima XVI, l-apparat huwa ddisinjat biex iwettaq żewġ funzjonijiet alternattivi jew aktar (l-ipproċessar awtomatiku tad-dejta tal-intestatura 8471 , it-telekomunikazzjoni tal-intestatura 8517 , ir-riproduzzjoni tal-vidjo tal-intestatura 8521 u r-riċezzjoni għat-televiżjoni tal-intestatura 8528 ). Mhuwiex possibbli li tiġi ddeterminata l-funzjoni prinċipali tal-apparat billi kull funzjoni għandha l-istess importanza għall-użu tal-apparat. Għaldaqstant, l-apparat irid jiġi kklassifikat taħt l-intestatura li tiġi l-aħħar f'ordni numerika fost dawk li wkoll jistħoqqilhom kunsiderazzjoni. Għalhekk, il-klassifikazzjoni taħt l-intestaturi 8471 , 8517 jew 8521 hija eskluża.

Billi l-apparat ma fihx tjuner tal-vidjo u jippermetti skambju interattiv ta' informazzjoni, għandu għalhekk jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8528 71 91 bħala apparat b'tagħmir ibbażat fuq mikroproċessur li jinkorpora mowdem sabiex jinkiseb aċċess għall-Internet, u li jkollu l-funzjoni tal-iskambju interattiv tal-informazzjoni, kapaċi jirċievi sinjali tat-televixin (hekk imsejħa “kaxxi ta' fuq is-sett li għandhom funzjoni ta' komunikazzjoni”, inkluż dawk li jinkorporaw tagħmir li jwettaq funzjonijiet ta' rekordjar jew riproduzzjoni, sakemm, iżommu l-karattru essenzjali tagħhom bħala kaxxa ta' fuq is-sett li għandha funzjoni ta' komunikazzjoni).


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/17


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1217/2014

tal-11 ta' Novembru 2014

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tkun għadha ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Heinz ZOUREK

Direttur-Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi tan-NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Oġġett (hekk imsejjaħ “filtru tal-elettriku”) li jikkonsisti f'kapasiter taċ-ċeramika b'ħafna saffi tat-tip alimentatur għall-immuntar fil-wiċċ, b'qisien ta' madwar 8 × 3 × 3 mm.

Dan huwa ppreżentat bħala filtru low pass għall-użu bħala filtru ta' interferenza elettromanjetika (EMI), pereżempju f'amplifikaturi tal-enerġija, provvisti tal-enerġija, kontrolli tat-temperatura u tal-mutur u ċirkwiti tas-sewwieqa.

 (*) Ara l-immaġni 1

8532 24 00

Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 2(a) għat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċi tan-NM 8532 u 8532 24 00 .

L-oġġett jintuża bħala komponent f'firxa ta' magni. Billi huwa magħmul biss minn kapasiter, irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8532 24 00 bħala kapasiters fissi ta' dielettriku taċ-ċeramika, ħafna saffi.

2.

Oġġett (hekk imsejjaħ “filtru tal-elettriku”) li jikkonsisti f'kapasiter u żewġ żibeġ tal-ferrite, b'qisien ta' madwar 7 × 2 × 2 mm.

Iċ-ċirkwit elettriku ekwivalenti huwa magħmul minn żewġ indutturi, wieħed għal kull żibġa tal-ferrite, imqiegħda f'serje għall-passaġġ tal-kurrent DC u mwaħħla mal-konduttur fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin tal-kapasiter alimentatur għall-immuntar fil-wiċċ.

Iż-żewġ żibeġ tal-ferrite jaġixxu bħala indutturi u l-funzjoni tagħhom timminimizza r-reżonanza maċ-ċirkwiti tal-madwar għar-restrizzjoni tal-kurrenti elettriċi bi frekwenza għolja.

Huwa ppreżentat għall-użu bħala filtru ta' interferenza elettromanjetika (EMI), pereżempju, f'applikazzjonijiet industrijali u tal-karozzi.

 (*) Ara l-immaġni 2

8548 90 90

Il-klassifikazzjoni hija ddeterminata mir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda (GIR), in-nota 2(c) tat-Taqsima XVI u mill-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 8548 , 8548 90 u 8548 90 90 .

Minħabba l-karatteristiċi oġġettivi tal-oġġett, jiġifieri li dan huwa magħmul mhux biss minn kapasiter iżda wkoll minn żewġ żibeġ tal-ferrite, dan ma jikkorrispondix kompletament għall-kliem fl-intestatura 8532 (kapasiters).

Barra minn hekk, billi kemm iż-żibeġ tal-ferrite kif ukoll il-kapasiter huma importanti indaqs għall-funzjonament ġenerali tal-filtru tal-elettriku, il-funzjoni ta' dan l-oġġett tmur lil hinn mill-ambitu tal-intestatura 8532 . Il-klassifikazzjoni taħt din l-intestatura bl-applikazzjoni tal-GIR 1 u n-nota 2(a) tat-Taqsima XVI hija għalhekk eskluża.

L-oġġett jintuża bħala komponent f'firxa ta' magni. Minħabba li mhuwiex adegwat biex jintuża biss jew prinċipalment ma' magna jew klassi ta' magna partikolari, għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 8548 90 90 bħala partijiet ta' elettriku ta' magni jew apparat oħra, mhux speċifikati jew inklużi xi mkien ieħor fil-Kapitolu 85.


Immaġni 1

Immaġni 2

(Ċirkwit)

(Ċirkwit ekwivalenti)

Image

Image


(*)  L-immaġnijiet huma biss għal finijiet ta' informazzjoni.


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/20


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1218/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li jemenda l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fir-rigward tar-rekwiżiti għas-saħħa tal-annimali għat-Trichinella fil-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali porċini domestiċi maħsuba għat-tgħammir, il-produzzjoni jew il-qatla, u tal-laħam frisk tagħhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2004/68/KE tas-26 ta' April 2004 li tistabbilixxi r-regoli tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni lejn u t-transitu matul il-Komunità għal ċerti annimali ungulati ħajjin, u temenda d-Direttivi 90/426/KEE u 92/65/KEE u tħassar id-Direttiva 72/462/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(e) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2)(b) u l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (3), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (4) jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, ir-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti kunsinni ta' annimali ħajjin jew ta' laħam frisk. Dan jistipula li l-kunsinni tal-bhejjem tal-ifrat għandhom jiġu introdotti fl-Unjoni biss jekk jikkonformaw ma' ċerti rekwiżiti u jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat veterinarju xieraq, magħmul skont il-mudell rilevanti stabbilit f'dak ir-Regolament.

(2)

Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' annimali porċini domestiċi għat-tgħammir u/jew il-produzzjoni, u għall-qtil immedjat huma stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 rispettivament bħala l-mudelli “POR-X” u “POR-Y”. Dawn il-mudelli ma jinkludux garanziji għat-Trichinella.

(3)

Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' laħam frisk ta' annimali porċini domestiċi huwa stipulat fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 bħala l-mudell “POR”. Dan il-mudell jinkludi garanziji għat-Trichinella.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 (5) jistabbilixxi regoli għat-teħid ta' kampjuni ta' karkassi ta' speċijiet suxxettibbli għall-infezzjoni tat-Trichinella u għad-determinazzjoni tal-istatus ta' azjendi li jżommu ħnieżer domestiċi.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 (6) li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2075/2005 jagħti deroga mid-dispożizzjonijiet tal-ittestjar waqt il-qatla għal azjendi li huma uffiċjalment rikonoxxuti li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni. Barra minn hekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2014 (7) jistipula li azjenda fejn jinżammu ħnieżer domestiċi, tista' tiġi rikonoxxuta biss li qed tapplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni jekk, fost l-oħrajn, l-operatur tan-negozju tal-ikel jintroduċi ħnieżer domestiċi ġodda fl-azjenda jekk dawn joriġinaw biss u jkunu ġejjin minn azjendi li wkoll ikunu uffiċjalment rikonoxxuti li japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni.

(6)

Il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “POR-X” u “POR-Y” stabbiliti fl-Anness I tal-mudell taċ-ċertifikat “POR” stabbilit fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandhom jiġu emendati biex jirriflettu r-rekwiżiti relatati mal-importazzjonijiet ta' annimali porċini domestiċi u l-laħam frisk tagħhom stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2075/2005, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 216/2014. B'mod partikolari, l-informazzjoni dwar ir-rikonoxximent uffiċjali tal-azjenda ta' provenjenza ta' ħnieżer domestiċi għandha tiġi inkluża jew tiġi emendata rispettivament fil-mudelli taċ-ċertifikati sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-reġim xieraq tal-ittestjar għat-Trichinella waqt il-qatla, biex l-istatus tal-azjenda ta' destinazzjoni tal-ħnieżer domestiċi għat-tgħammir u/jew għall-produzzjoni ma jiġix ipperikolat u biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-laħam frisk.

(7)

Veterinarju uffiċjali għandu jinkludi garanziji supplimentari u kundizzjonijiet speċifiċi b'rabta mal-kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni fir-rigward tat-Trichinella fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “POR-X”, “POR-Y” u “POR”.

(8)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 għandu jiġi emendat skont dan.

(9)

Biex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' kunsinni ta' annimali porċini domestiċi u ta' laħam frisk tagħhom, l-użu ta' ċertifikati maħruġa f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fil-verżjonijiet tagħhom qabel l-emendi li qed jiġu introdotti permezz ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu awtorizzati matul il-perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma f'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 206/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-entrata li ġejja tiżdied ma' Kundizzjonijiet Speċifiċi fil-Parti 1 tal-Anness I:

“‘XI’

:

azjendi jew kompartimenti rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005.”

(2)

Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR-X” fil-Parti 2 tal-Anness I, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej II.1.3. jiddaħħal wara l-punt II.1.2.:

“(2) (10) [II.1.3.

huma annimali porċini domestiċi li ġejjin minn azjenda li hija rikonoxxuta uffiċjalment li tapplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 jew mhumiex miftuma u għandhom inqas minn 5 ġimgħat.]”

(b)

in-nota ta' qiegħ il-paġna li ġejja tiżdied wara n-nota ta' qiegħ il-paġna (9):

“(10)

Għal pajjiżi terzi biss l-entrata ‘XI’ fil-kolonna 6 ‘Kundizzjonijiet speċifiċi’ fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.”

(3)

Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR-X” fil-Parti 2 tal-Anness I, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt li ġej II.1.3. jiddaħħal wara l-punt II.1.2.:

“(2) (5) [II.1.3.

huma annimali porċini domestiċi li ġejjin minn azjenda li hija rikonoxxuta uffiċjalment li tapplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 jew mhumiex miftuma u għandhom inqas minn 5 ġimgħat.]”

(b)

in-nota ta' qiegħ il-paġna li ġejja tiżdied wara n-nota ta' qiegħ il-paġna (4):

“(5)

Għal pajjiżi terzi biss l-entrata ‘XI’ fil-kolonna 6 ‘Kundizzjonijiet speċifiċi’ fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.”

(4)

L-entrata li ġejja “K” tiżdied ma' SG (Garanziji supplimentari) fil-Parti 2 tal-Anness II:

“‘K’

:

azjendi jew kompartimenti rikonoxxuti li qegħdin japplikaw kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005.”

(5)

Il-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR-X” fil-Parti 2 tal-Anness II, huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt II.1.3. jinbidel b'dan li ġej:

“II.1.3.

il-laħam jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam, u b'mod partikolari:

(1) jew

[kien soġġett għal eżaminazzjoni permezz ta' metodu ta' diġestjoni b'riżultati negattivi;]

(1) inkella

[kien soġġett għal trattament tal-iffriżar skont l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005;]

(1) (7) jew

[huma annimali porċini domestiċi li ġejjin minn azjenda li hija rikonoxxuta uffiċjalment li tapplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta' sistemazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2075/2005 jew mhumiex miftuma u għandhom inqas minn 5 ġimgħat.]”

(b)

in-nota ta' qiegħ il-paġna li ġejja tiżdied wara n-nota ta' qiegħ il-paġna (6):

“(7)

Għal pajjiżi terzi biss l-entrata ‘K’ fil-kolonna ‘SG’ fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010.”

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Marzu 2015, il-kunsinni ta' annimali ħajjin u laħam frisk akkumpanjati biċ-ċertifikati veterinarji xierqa maħruġa sa mhux aktar tard mill-1 ta' Marzu 2015 skont il-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji “POR-X” u “POR-Y” stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 u l-mudell taċ-ċertifikat veterinarju “POR” stabbilit fl-Anness II ta' dak ir-Regolament fil-verżjonijiet tagħhom qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fl-Unjoni.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 321.

(2)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 2075/2005 tal-Kummissjoni tal-5 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 338, 22.12.2005, p. 60).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 216/2014 tas-7 ta' Marzu 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 69, 8.3.2014, p. 85).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1114/2014 tal-21 ta' Ottubru 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2075/2005 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 302, 22.10.2014, p. 46).


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/23


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1219/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li jemenda l-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 rigward il-lista ta' territorji u pajjiżi terzi

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1160/2014 (2), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ġiet inkluża fil-lista stabbilita fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(2)

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, li jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 998/2003 b'effett mid-29 ta' Diċembru 2014, il-pajjiżi u t-territorji elenkati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 huma elenkati minn dik id-data fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 (4).

Għaldaqstant, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja għandha tiġi inkluża fil-lista stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013.

(3)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u sabiex jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Adeżjoni tal-Kroazja u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/419/UE (5), huwa xieraq li jiġu emendati l-Partijiet 1 u 2 tal-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 u li jinbidel l-Anness II tiegħu fl-intier tiegħu.

(4)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 għandu jiġi emendat skont dan.

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness II tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 għandu jiġu sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-29 ta' Diċembru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 1160/2014 tat-30 ta' Ottubru 2014 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 311, 31.10.2014, p. 17).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar il-ħtiġiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (ĠU L 146, 13.6.2003, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta' Ġunju 2013 dwar id-dokumenti tal-identifikazzjoni tal-mudell għall-moviment mhux kummerċjali ta' klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta' listi ta' territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma' ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131).


ANNESS

“ANNESS II

Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Il-PARTI 1

Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Kodiċi ISO

Territorju jew pajjiż terz

AD

Andorra

CH

L-Isvizzera

FO

Il-Gżejjer Faeroe

GI

Ġibiltà

GL

Il-Groenlandja

IS

L-Islanda

LI

Il-Liechtenstein

MC

Monako

NO

In-Norveġja

SM

San Marino

VA

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan

Il-PARTI 2:

Lista tat-territorji u l-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013

Kodiċi ISO

Territorju jew pajjiż terz

Territorji inklużi

AC

Il-Gżira ta' Ascension

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

AG

Antigwa u Barbuda

 

AR

L-Arġentina

 

AU

L-Awstralja

 

AW

Aruba

 

BA

Il-Bosnja-Ħerzegovina

 

BB

Il-Barbados

 

BH

Il-Baħrejn

 

BM

Il-Bermuda

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES)

 

BY

Il-Bjelorussja

 

CA

Il-Kanada

 

CL

Iċ-Ċilì

 

CW

Curaçao

 

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

HK

Ħong Kong

 

JM

Il-Ġamajka

 

JP

Il-Ġappun

 

KN

Saint Kitts u Nevis

 

KY

Il-Gżejjer Kajman

 

LC

Santa Luċija

 

MS

Montserrat

 

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

 

MU

Il-Mawrizju

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malasja

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

 

NZ

In-New Zealand

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

RU

Ir-Russja

 

SG

Singapor

 

SH

Sant'Elena

 

SX

Sint Maarten

 

TT

Trinidad u Tobago

 

TW

It-Tajwan

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerika

AS — Is-Samoa Amerikana

GU — Gwam

MP — Il-Gżejjer tal-Marjanas tat-Tramuntana

PR — Puerto Rico

VI — Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti”

VC

Saint Vincent u l-Grenadini

 

VG

Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

 

VU

Il-Vanwatu

 

WF

Wallis u Futuna

 


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/27


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1220/2014

tat-13 ta' Novembru 2014

li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu.

(2)

Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Jerzy PLEWA

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

(2)  ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1.


ANNESS

Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex

(EUR/100 kg)

Kodiċi tan-NM

Kodiċi tal-pajjiż terz (1)

Valur standard tal-importazzjoni

0702 00 00

AL

80,9

MA

76,7

MK

67,1

ZZ

74,9

0707 00 05

AL

67,1

JO

194,1

TR

127,6

ZZ

129,6

0709 93 10

AL

65,0

MA

51,6

TR

124,5

ZZ

80,4

0805 20 10

MA

121,8

TR

74,4

ZZ

98,1

0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90

MK

74,3

TR

75,7

ZZ

75,0

0805 50 10

TR

88,9

ZZ

88,9

0806 10 10

BR

291,7

LB

369,0

PE

246,7

TR

149,3

US

305,8

ZZ

272,5

0808 10 80

BR

51,7

CA

136,0

CL

87,9

NZ

144,9

US

192,5

ZA

131,6

ZZ

124,1

0808 30 90

CN

75,6

ZZ

75,6


(1)  In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.


DEĊIŻJONIJIET

14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/29


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta' Novembru 2014

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni, fir-rigward tal-emenda tal-Anness II għal dan il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta'sigurtà soċjali

(2014/790/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 48, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”) ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Artikolu 18 tal-Ftehim jistipula li l-Kumitat Konġunt stabbilit taħt l-Artikolu 14 tal-Ftehim (“il-Kumitat Konġunt”) jista', b'deċiżjoni, jadotta emendi għall-Anness II għall-Ftehim dwar il-koordinazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali.

(3)

Biex tinżamm l-applikazzjoni konsistenti tal-atti legali tal-Unjoni u biex jiġu evitati diffikultajiet amministrattivi u dawk legali possibbli, jeħtieġ li l-Anness II għall-Ftehim jiġi emendat biex jinkludi atti legali ġodda tal-Unjoni li bħalissal-Ftehim ma jagħmilx referenza għalihom.

(4)

Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendar tal-Anness II għall-Ftehim.

(5)

Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (“il-Kumitat Konġunt”) għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Tibdiliet tekniċi minuri fl-abbozz tad-Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt mingħajr il-bżonn ta' Deċiżjoni tal-Kunsill ulterjuri.

Artikolu 2

Wara l-adozzjoni tagħha, id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

M. MARTINA


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.


ABBOZZ TA'

DEĊIŻJONI Nru …/… TAL-KUMITAT KONĠUNT

stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni

ta'…

li temenda l-Anness II għal dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1) (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 14 u 18 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Ftehim ġie ffirmat fil-21 ta' Ġunju 1999 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

(2)

L-Anness II għall-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali ġie sostitwit bid-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt tal-31 ta' Marzu 2012 (2).

(3)

L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi aġġornat biex jieħu inkunsiderazzjoni l-atti legali l-ġodda tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li daħlu fis-seħħ sadanittant, b'mod partikolari emendi għar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) miġjuba mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 (5), ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) and r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 (7).

(4)

Għandhom ikunu kkunsidrati wkoll id-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali biex jiġu implimentati r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 wara d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni Nru 1/2012 tal-Kumitat Konġunt.

(5)

L-Anness II għall-Ftehim għandu jiġi aġġornat skont it-tibdiliet fl-atti legali rilevanti tal-Unjoni Ewropea,

IDDEĊIDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (“il-Ftehim”) huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni ġiet stabbilita fil-lingwa Bulgara, Kroata, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola u Svediża, u t-testi f'kull waħda minn dawn il-lingwi huma ugwalment awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data tal-adozzjoni tagħha mill-Kumitat Konġunt.

Magħmul fi Brussell

Għall-Kumitat Konġunt

Il-President

Is-Segretarji


(1)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(2)  ĠU L 103, 13.4.2012, p. 51.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1 kif ikkorreġuta fil-ĠU L 200, 7.6.2004, p. 1.)

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.)

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 (ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4.)

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 (ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.)

ANNESS

L-Anness II għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni huwa emendat kif ġej:

(1)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 1, il-kliem “kif emendat permezz tar-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali, u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (1)” jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“kif emendat permezz ta':

Ir-Regolament (KE) Nru 988/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u li jiddetermina l-kontenut tal-Annessi tiegħu (2);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (3);

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (4);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (5).”

.

(2)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 1, taħt l-intestatura “Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 jiġi adatt kif ġej:”, l-entrata fl-ittra h, punt 1 il-kliem “Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tad-19 ta' Marzu 1965)” jiġi sostitwit minn dan li ġej:

“L-Att Federali dwar il-Benefiċċji Supplimentari tas-6 ta' Ottubru 2006”.

(3)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 2, dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-kliem “Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (6)”:

“kif emendat bir-

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1244/2010 tad-9 ta' Diċembru 2010 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (7);

Ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (8);

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1224/2012 tat-18 ta' Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (9).”

.

(4)

F'Taqsima A: L-Atti legali msemmija, Punt 2, taħt l-intestatura “Għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, ir-Regolament (KE) Nru 987/2009 jiġi adatt kif ġej:”, il-kliem li ġej jitneħħa:

“Arranġament bejn l-Isvizzera u l-Italja tal-20 ta' Diċembru 2005 li jistabbilixxi l-proċeduri speċjali għar-rimborż tal-benefiċċji tal-kura tas-saħħa”

.

(5)

F'Taqsima B: Atti legali li l-Partijiet Kontraenti għandhom iqisu bir-reqqa, dan li ġej jiġi miżjud wara l-Punt 21:

“(22)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E2 tat-3 ta' Marzu 2010 dwar l-istabbiliment ta' proċedura tal-ġestjoni tat-tibdil li tapplika għad-dettalji tal-korpi definiti fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li huma elenkati fid-direttorju elettroniku li hu parti inerenti tal-EESSI (10),

(23)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru E3 tad-19 ta' Ottubru 2011 dwar il-perjodu tranżitorju kif definit fl-Artikolu 95 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11),

(24)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru H6 tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar l-applikazzjoni ta' ċerti prinċipji fir-rigward tal-aggregazzjoni ta' perjodi skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (12),

(25)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S8 tal-15 ta' Ġunju 2011 dwar l-għoti ta' proteżi, apparat maġġuri u benefiċċji sostanzjali oħrajn in natura previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni ta' sistemi tas-sigurtà soċjali (13),

(26)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru U4 tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-proċeduri ta' rimborż skont l-Artikolu 65(6) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) No 987/2009 (14).”

.

(6)

F'Taqsima C: Atti legali li l-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tagħhom, dan li ġej jiġi miżjud wara l-Punt 2:

“(3)

Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni ta' Sistemi tas-Sigurtà Soċjali Nru S1 tal-15 ta' Marzu 2012 dwar l-aspetti finanzjarji ta' donazzjonijiet transfruntieri ta' organi ħajjin (15).”

.


(1)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 43.

(3)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.

(4)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4.

(5)  ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.

(6)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1.

(7)  ĠU L 338, 22.12.2010, p. 35.

(8)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 4.

(9)  ĠU L 349, 19.12.2012, p. 45.

(10)  ĠU C 187, 10.7.2010, p. 5. [Skambju Elettroniku ta' Informazzjoni tas-Sigurtà Soċjali]

(11)  ĠU C 12, 14.1.2012, p. 6.

(12)  ĠU C 45, 12.2.2011, p. 5.

(13)  ĠU C 262, 6.9.2011, p. 6.

(14)  ĠU C 57, 25.2.2012, p. 4.

(15)  ĠU C 240, 10.8.2012, p. 3.


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/35


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Ġunju 2014

dwar l-għajnuna mill-Istat SA.20350 — (C 17/08) (ex NN 1/06) implimentata mir-Repubblika Ċeka għal diversi operaturi tas-servizzi tal-karozzi tal-linja reġjonali fir-Reġjun Ústí

(notifikata bid-dokument C(2014) 4081)

(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/791/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 108(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Permezz ta' ittra tal-14 ta' Frar 2005, il-Kummissjoni rċeviet ilment mingħand Dopravní podnik Ústeckého kraje a.s. (minn hawn 'il quddiem “DPÚK”) kontra l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija lill-operaturi tat-trasport tal-karozzi tal-linja reġjonali fir-Reġjun Ústí tar-Repubblika Ċeka. Id-DPÚK hija kumpanija b'ishma konġunti u operatur ta' servizzi tat-trasport tal-karozzi tal-linja reġjonali fir-Reġjun Ústí.

(2)

Il-Kummissjoni talbet informazzjoni mingħand l-awtoritajiet Ċeki fil-11 ta' Mejju 2005, fit-23 ta' Jannar 2006, fil-5 ta' Ottubru 2006 u fid-19 ta' Lulju 2007.

(3)

L-awtoritajiet Ċeki wieġbu fit-22 ta' Novembru 2005, fis-7 ta' April 2006, fil-21 ta' Diċembru 2006, fis-17 ta' Ottubru 2007 u fil-25 ta' Marzu 2008.

(4)

Id-DPÚK bagħtet informazzjoni addizzjonali permezz ta' ittri tal-21 ta' Frar 2006 u tal-31 ta' Ottubru 2006.

(5)

Il-Kummissjoni kellha laqgħa mad-DPÚK fis-26 ta' Lulju 2007 u mal-awtoritajiet Ċeki fit-28 ta' Awwissu 2007.

(6)

Permezz ta' ittra tas-16 ta' April 2008, il-Kummissjoni informat lir-Repubblika Ċeka li kienet iddeċidiet tibda l-proċedura stipulata fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat fir-rigward ta' ċerti miżuri li allegatament jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat (minn hawn 'il quddiem “id-Deċiżjoni ta' Ftuħ”). Ir-Repubblika Ċeka bagħtet kummenti dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ fil-21 ta' Awwissu 2008.

(7)

Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar l-allegata għajnuna permezz tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (2).

(8)

Il-Kummissjoni rċeviet kummenti minn parti interessata waħda, id-DPÚK fit-22 ta' Awwissu 2008. Hija bagħtet dawk il-kummenti lir-Repubblika Ċeka, li ngħatat l-opportunità li tirrispondi; ir-risposta tagħha waslet f'ittra tal-4 ta' Diċembru 2008.

(9)

Fil-15 ta' Lulju 2010, il-Kummissjoni talbet lir-Repubblika Ċeka biex tipprovdi kummenti fuq l-intenzjoni tal-Kummissjoni li teżamina l-kompatibbiltà ta' wħud mill-miżuri kkontestati taħt ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Ir-Repubblika Ċeka pprovdiet il-kummenti tagħha fit-12 ta' Awwissu 2010.

2.   DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI

(10)

Skont id-DPÚK, l-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí taw kumpens lil ċerti operaturi tat-trasport tal-karozzi tal-linja reġjonali għall-qadi tal-obbligi tas-servizz pubbliku bejn l-2004 u l-2007 Barra minn hekk, ingħataw numru ta' allegati miżuri ta' għajnuna lil dawk l-operaturi f'diversi forom, jiġifieri permezz ta' self b'imgħax baxx, għotjiet, garanziji, żieda fil-kapital tal-ekwità, kiri ta' vetturi, kiri ta' stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja u t-tħaddim ta' miters tal-parkeġġ.

(11)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma setgħetx tevalwa l-kompatibbiltà ta' numru ta' miżuri mat-Trattat minħabba li dawk il-miżuri kienu ġew implementati qabel ir-Repubblika Ċeka aderiet mal-Unjoni. Għal miżuri oħrajn, il-Kummissjoni kienet diġà sabet fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li dawn ma kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat.

(12)

Bħala riżultat, il-Kummissjoni esprimiet dubji fir-rigward tal-miżuri li ġejjin:

(a)

kumpensi pprovduti mir-Reġjun Ústí lil ċerti operaturi tat-trasport tal-karozzi tal-linja reġjonali għall-qadi tal-obbligi tas-servizz pubbliku fil-qasam tas-servizzi tat-trasport fl-2005 u l-2006;

(b)

kumpensi mogħtija mir-Reġjun Ústí lil ċerti operaturi tat-trasport tal-karozzi tal-linja reġjonali għall-qadi ta' obbligi tas-servizz pubbliku għall-perjodu bejn id-9 ta' Settembru 2006 u t-2 ta' Ġunju 2007;

(c)

kumpensi mogħtija mir-Reġjun Ústí lil ċerti operaturi tat-trasport tal-karozzi tal-linja reġjonali għall-qadi ta' obbligi tas-servizz pubbliku għall-perjodu bejn id-9 ta' Settembru 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006;

(d)

garanziji pprovduti mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem lil Dopravní podnik města Ústí nad Labem a.s. (minn hawn 'il quddiem “DP Ústí”) fit-23 ta' Lulju 2004 u l-11 ta' April 2005 li jiżguraw self għall-valur ta' CZK 35 miljun u CZK 5 miljun rispettivament;

(e)

żieda fil-kapital tal-ekwità ta' DP Ústí minn CZK 160 miljun ipprovduta mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem fl-2006.

2.1.   QAFAS LEGALI RILEVANTI MATUL IL-PERJODU 2004-2007

(13)

Fir-Repubblika Ċeka, is-servizzi tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja jistgħu jiġu pprovduti biss minn operaturi li għandhom liċenzja. Hemm żewġ reġimi għall-operat tas-servizzi tat-trasport bil-karozzi tal-linja pubbliku fir-Repubblika Ċeka. L-ewwel reġim jikkonċerna servizzi tat-trasport ipprovduti fuq bażi kummerċjali bbażati fuq il-liċenzji maħruġa lil operaturi li huma detenturi ta' awtorizzazzjoni ġenerali (“koncese”) għall-attivitajiet tat-trasport tal-karozzi tal-linja pubbliku. It-tieni reġim jikkonċerna servizzi tat-trasport b'obbligu ta' servizz pubbliku bbażat fuq liċenzji għal-linji individwali maħruġa lill-operaturi li huma detenturi ta' awtorizzazzjoni ġenerali (“koncese”) għal attivitajiet tat-trasport bil-karozzi tal-linja pubbliku u fuq (i) kuntratt għal obbligu ta' servizz pubbliku, jew (ii) deċiżjoni tal-awtorità rilevanti dwar l-impożizzjoni ta' obbligu ta' servizz pubbliku (4).

(14)

Fir-Repubblika Ċeka, is-servizzi tat-trasport bil-karozzi tal-linja pubbliku jistgħu jiġu pprovduti biss minn operaturi li għandhom liċenzja. Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-liċenzja tikkostitwixxi permess mogħti mill-awtoritajiet biex joperaw servizz regolari tat-trasport pubbliku. L-għan ta' tali liċenzja huwa li tiggarantixxi li t-trasport bil-karozzi tal-linja jitwettaq biss minn operaturi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti ta' kwalità. Skont it-taqsima 18 tal-Att Nru 111/1994 Coll., dwar it-trasport bit-triq (minn hawn 'il quddiem il-“Liġi dwar it-Trasport bit-Triq” (5)), dawk ir-rekwiżiti jinkludu, b'mod partikolari, l-obbligu li jiġu pprovduti servizzi b'konformità mal-iskeda approvata ta' ħinijiet, li jkun żgurat ċertu livell ta' sigurtà għall-passiġġieri, u li jiġu ppubblikati skedi ta' ħinijiet u li l-karozzi tal-linja jiġu mmarkati bl-ismijiet tal-linji. Is-servizzi tat-trasport bil-karozzi tal-linja reġjonali ġew liberalizzati kompletament fir-Reġjun Ústí matul il-perjodu investigat peress li kwalunkwe operatur minn Stat Membru ieħor li ssodisfa l-kundizzjonijiet sabiex tinkiseb liċenzja seta' jipprovdi servizzi reġjonali tat-trasport bil-karozzi tal-linja fir-Repubblika Ċeka matul il-perjodu investigat. Is-sistema fil-forma attwali tagħha ilha teżisti mill-2004.

(15)

It-Taqsima 19 tal-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq tipprovdi li obbligu ta' servizz pubbliku għandu jinftiehem bħala li jfisser obbligu mwettaq minn operatur fl-interess pubbliku li dak l-operatur kieku ma jaċċettax jew jaċċetta parzjalment biss minħabba l-iżvantaġġi ekonomiċi tiegħu. L-obbligi tas-servizz pubbliku huma fdati lill-operatur permezz ta' ftehim bil-miktub mal-awtoritajiet pubbliċi rilevanti (6). L-obbligu tas-servizz pubbliku huwa definit permezz ta' referenza diretta għall-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 (7), li jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu li “kuntratt ta' servizz pubbliku jista' jkopri l-aktar: — servizzi tat-trasport li jissodisfaw standards stabbiliti ta' kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità; — servizzi ta' trasport addizzjonali; — servizzi ta' trasport b'rati speċifiċi u bla ħsara għal kundizzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari għal ċerti kategoriji ta' passiġġieri jew fuq ċerti rotot; — aġġustamenti ta' servizzi għal ħtiġijiet attwali”.

(16)

Skont il-Liġi tat-Trasport bit-Triq, l-awtorità pubblika rilevanti hija obbligata li tikkumpensa t-telf li tista' tingħata prova tiegħu li jagħmel l-operatur bħala riżultat tat-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku (8). Skont it-taqsima 19b ta' dik il-liġi, it-telf li tista' tingħata prova tiegħu fit-trasport tal-linja pubbliku tal-passiġġieri huwa definit bħala “d-differenza bejn it-total tal-ispejjeż ekonomikament sostanzjati u l-qligħ adegwat (9), u l-irċevuti miksuba u d-dħul iġġenerat mill-operatur waqt li jiġi mwettaq l-obbligu tas-servizz pubbliku”.

(17)

It-Taqsima 19b(3) tal-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq tipprovdi li l-operatur jissottometti stima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu għall-perjodu kollu li għalih il-kuntratt tal-obbligu tas-servizz pubbliku huwa konkluż bħala rekwiżit obbligatorju għall-konklużjoni tal-kuntratt tas-servizz pubbliku. Ir-reġjun għandu jirrimborsa t-telf li tista' tingħata prova tiegħu sa ammont li ma jaqbiżx l-istima oġġettiva, miżjud biss bi spejjeż mhux prevedibbli. Din l-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu hija stima tat-telf mistenni mħejji minn espert indipendenti qabel ma jitwettaq is-servizz. Skont it-taqsima 19b(3) tal-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq, anke jekk l-operatur jitlob kumpens ogħla għal telf wara l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet pubbliċi sejrin jirrispettaw il-limitu stabbilit minn qabel stabbilit minn dik l-istima. Jekk, b'kuntrast ma' dan, it-telf reali jkun anqas mill-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, it-telf reali biss jiġi kkumpensat. Spejjeż mhux prevedibbli li saru matul it-twettiq tal-kuntratt, li ma setgħux jitbassru meta l-kuntratt ġie konkluż, jistgħu jiġu kkumpensati wkoll.

(18)

Id-determinazzjoni tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, il-metodu ta' kalkolu tal-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, ir-regoli għall-allokazzjoni ta' fondi mill-baġits rilevanti, id-dokumenti li għandhom jappoġġaw il-kalkolu tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, u l-mod li bih il-monitoraġġ tal-gvern għandu jiġi eżerċitat fuq l-iffinanzjar tas-servizzi tat-trasport huma determinati minn regolament ta' implimentazzjoni (10).

(19)

Mill-1 ta' Jannar 2003, l-awtoritajiet reġjonali, inklużi dawk tar-Reġjun Ústí, saru responsabbli biex jikkonkludu kuntratti ma' operaturi tat-trasport għall-għoti ta' servizzi tat-trasport pubbliku reġjonali fir-Repubblika Ċeka. L-għoti ta' servizzi tat-trasport ġenerali bil-karozza tal-linja fir-Repubblika Ċeka huwa żgurat b'żewġ modi possibbli. L-ewwel, servizzi ta' trasport bażiċi, li skont it-taqsimiet 19a u 19b tal-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq għandhom jinftiehmu bħala servizzi li jiżguraw it-trasport reġjonali, huma ġestiti mill-awtoritajiet reġjonali rilevanti. It-telf li tista' tingħata prova tiegħu huwa kopert mir-reġjuni mill-baġits tagħhom. It-tieni, servizzi oħra tat-trasport, li skont it-taqsima 19c tal-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq għandhom jinftiehmu bħala li jiżguraw il-bżonnijiet tat-trasport tal-muniċipalitajiet lil hinn mis-servizz bażiku tat-trasport tar-reġjun, huma ġestiti mill-muniċipalitajiet. Fir-rigward ta' dawk is-servizzi l-oħra tat-trasport, il-muniċipalità tikkonkludi kuntratt ta' servizz pubbliku mal-operatur u tkopri mill-baġit tagħha stess it-telf li tista' tingħata prova tiegħu ġġenerat mit-twettiq tal-obbligu tas-servizz pubbliku. Il-kumpens għal servizzi bażiċi u servizzi oħra tat-trasport ma jistgħux jikkoinċidu: jekk it-telf ta' linja partikolari jkun kopert minn awtorità reġjonali, l-istess telf ma jistax jiġi kkumpensat mill-muniċipalità, u viċi versa, sabiex ma jkunx possibbli li jingħata kumpens doppju.

2.2.   KUMPENSI GĦALL-QADI TAL-OBBLIGI TA' SERVIZZ PUBBLIKU FL-2005 U L-2006

(20)

Skont l-awtoritajiet Ċeki, ir-Reġjun Ústí pprova jissostitwixxi l-kuntratti pluriennali eżistenti għall-għoti ta' servizzi tat-trasport pubbliku reġjonali bil-karozza tal-linja, b'kuntratti ġodda u possibbilment orħos fil-ħarifa tal-2004. Biex jagħmel dan, ir-Reġjun Ústí ħabbar il-ftuħ ta' eżerċizzju ta' ġbir ta' informazzjoni biex jikseb għarfien biżżejjed fuq il-prezzijiet tas-suq mistennija għall-għoti ta' dawk is-servizzi. Ir-riżultati ta' dak l-eżerċizzju finalment ma wasslux għall-konklużjoni ta' kuntratti ġodda.

(21)

Minflok, l-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí ddeċidew li jestendu l-kuntratti eżistenti sat-30 ta' April 2005 billi kkonkludew addenda mal-operaturi li ġejjin: ČSAD BUS Ústí nad Labem a.s. (minn hawn 'il quddiem “ČSAD”) (11), Dopravní podnik města Ústí nad Labem a.s. (minn hawn 'il quddiem “DP Ústí”), Dopravní podnik Teplice, s.r.o. (minn hawn 'il quddiem “DP Teplice”), Dopravní podnik měst Chomutova a Jirkova a.s. (minn hawn 'il quddiem “DP Chomutov”), Dopravní podnik města Děčín, a.s. (minn hawn 'il quddiem “DP Děčín”), Dopravní podnik měst Mostu a Litvínova a.s. (minn hawn 'il quddiem “DP Most”), Autobusová doprava, s.r.o., Podbořany (minn hawn 'il quddiem “Podbořany”), Miroslav Ohem — SADO (minn hawn 'il quddiem “Miroslav Ohem”), Petr Frommel — FOBUS (minn hawn 'il quddiem “Petr Frommel”), u Petr Stejskal — SPORTBUS (minn hawn 'il quddiem “Petr Stejskal”).

(22)

Fir-rebbiegħa tal-2005, ġew konklużi aktar addenda li estendew il-validità tal-kuntratti sal-31 ta' Diċembru 2005. Dawk l-addenda ġew konklużi mal-istess operaturi bħal dawk elenkati fil-premessa ta' hawn fuq, bl-eċċezzjoni ta' Petr Frommel, li ma baqax interessat li jipprovdi servizzi tat-trasport fir-reġjun. Minflok, ġie konkluż kuntratt ġdid ma' Vilém Graupner, stroj. a stav. údržba (minn hawn 'il quddiem “Vilém Graupner”).

(23)

It-Tabella 1 tipprovdi l-parametri inklużi fl-addenda li servew bħala l-bażi għall-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu għal kull wieħed minn dawk l-operaturi għall-2005.

Tabella 1  (12)

Ħarsa ġenerali lejn il-kuntratti fl-2005

(Ċifri kkoreġuti mogħtija mir-Repubblika Ċeka wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ)


2005

Numru ta' km

Prezz mistenni tas-servizzi tat-trasport (13) f'CZK/km

Prezz globali mistenni tas-servizzi tat-trasport f'CZK

Dħul previst (14) f'CZK/km

Dħul globali previst f'CZK

Telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km

Telf globali li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK

ČSAD

11 279 177,68

30,59

345 071 757,00

14,47

163 224 589,00

16,12

181 847 168,00

DP Ústí

150 696,60

37,16

5 599 878,00

20,01

3 015 435,00

17,15

2 584 443,00

DP Teplice

409 412,40

33,35

13 653 903,00

17,56

7 191 006,00

15,79

6 462 897,00

DP Chomutov

1 155 060,00

30,40

35 113 824,00

11,55

13 340 905,00

18,85

21 772 919,00

DP Děčín

636 830,00

29,24

18 619 839,30

13,71

8 729 066,00

15,53

9 890 772,00

DP Most

229 878,90

34,51

7 933 109,00

14,25

3 275 769,00

20,26

4 657 340,00

Podbořany

395 081,00

27,06

10 689 652,00

13,65

5 392 773,00

13,41

5 296 879,00

Miroslav Ohem

68 936,00

29,00

1 999 144,00

11,54

795 642,00

17,46

1 203 502,00

Petr Frommel

14 868,00

24,00

356 832,00

7,27

108 125,00

16,73

248 707,00

Petr Stejskal

11 144,00

21,70

241 825,00

6,92

77 105,00

14,78

164 720,00

Vilém Graupner

20 492,00

21,50

440 578,00

4,63

94 878,00

16,87

345 700,00

(24)

Il-prezz globali mistenni tas-servizzi tat-trasport huwa mnaqqas bid-dħul mistenni tal-kumpanija bbażat prinċipalment fuq il-biljetti u dħul ieħor. It-telf li tista' tingħata prova tiegħu li jirriżulta, li jinkludi qligħ raġonevoli, jikkostitwixxi l-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, limitu massimu obbligatorju u vinkolanti għall-kumpens għal servizz pubbliku li r-Reġjun Ústí jista' jħallas lill-operatur, kif spjegat fil-premessa 17.

(25)

Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-kumpens attwali mħallas għall-2005 kien kif ġej:

Tabella 2

Kumpensi attwali għat-telf fl-2005

Operatur

CZK

ČSAD

181 106 734,73

DP Ústí

2 584 442,98

DP Teplice

5 972 688,46

DP Chomutov

21 024 546,00

DP Děčín

8 792 202,00

DP Most

4 491 342,03

Podbořany

5 189 441,00

Miroslav Ohem

1 203 502,00

Petr Frommel

248 707,00

Petr Stejskal

95 823,00

Vilém Graupner

338 807,50

(26)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ċeki, DP Ústí rċeviet kumpensi addizzjonali tas-servizz pubbliku għall-2005 li jammontaw għal CZK 7 335 000 u CZK 4 591 200. Madankollu, kif iċċarat mill-awtoritajiet Ċeki fir-risposta għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, dawk il-kumpensi kienu pprovduti mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem u kienu relatati esklussivament mat-trasport pubbliku muniċipali fi ħdan dik il-muniċipalità. Għalhekk, dawk il-kumpensi mhumiex relatati u huma separati b'mod ċar mill-kumpensi tas-servizz pubbliku pprovduti mir-Reġjun Ústí għas-servizzi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja u għalhekk mhumiex relatati mal-miżuri eżaminati taħt din id-Deċiżjoni.

(27)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ċeki, DP Teplice rċeviet ukoll kumpensi għal servizz pubbliku addizzjonali għall-2005 li ammontaw għal CZK 34 500 000. Barra minn hekk, żewġ ftehimiet ta' kiri bejn il-Muniċipalità ta' Teplice u DP Teplice ġew konklużi fl-2003 u addenda magħhom ġew iffirmati fil-5 ta' Mejju 2006 u t-18 ta' Ottubru 2006 għall-kiri ta' trolley-buses ġodda għall-qadi tal-obbligi tas-servizz pubbliku. Madankollu, kif iċċarat mill-awtoritajiet Ċeki fir-risposta għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, dak il-kumpens għal servizz pubbliku u dawk il-kirjiet ta' dawk it-trolley-buses relatati esklussivament għat-trasport pubbliku muniċipali fi ħdan il-Muniċipalità ta' Teplice. Dawk il-miżuri mhumiex relatati u huma separati b'mod ċar mill-kumpensi tas-servizz pubbliku pprovduti mir-Reġjun Ústí għas-servizzi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja u għalhekk mhumiex relatati mal-miżuri eżaminati taħt din id-Deċiżjoni.

(28)

Fl-2006, l-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí kkonkludew addenda oħrajn mal-operaturi kollha li pprovdew servizzi tat-trasport bejn Mejju u Diċembru 2005, bl-eċċezzjoni ta' DPÚK. Matul in-negozjati li wasslu għal dawk l-addenda, DPÚK talbet żieda fir-rimunerazzjoni, li ġiet miċħuda mill-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí. Konsegwentement, fil-31 ta' Jannar 2006, ir-Reġjun Ústí temm il-kuntratt tiegħu ma' DPÚK. Il-perjodu ta' avviż ta' tliet xhur stipulat minn dak il-kuntratt spiċċa fl-1 ta' Mejju 2006. F'dak il-perjodu, id-DPÚK ipprovdiet servizzi ta' trasport li rċeviet kumpens għalihom.

(29)

L-awtoritajiet Ċeki pprovdew lill-Kummissjoni bil-parametri inklużi fl-addenda meqjusa għall-istima tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu fir-rigward tal-operaturi li ġejjin fl-2006:

Tabella 3  (15)

Ħarsa ġenerali lejn il-kuntratti fl-2006

(Ċifri kkoreġuti mogħtija mir-Repubblika Ċeka wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ)


2006

Numru ta' km

Prezz mistenni tas-servizzi tat-trasport f'CZK/km

Prezz globali mistenni tas-servizzi tat-trasport f'CZK

Dħul previst f'CZK/km

Dħul globali previst f'CZK

Telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km

Telf globali li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK

DP Ústí

151 905,00

40,49

6 150 388,18

20,39

3 097 230,55

17,49

2 657 274,00

DP Teplice

407 085,00

34,54

14 060 716,00

18,43

7 502 577,00

16,11

6 558 140,00

DP Chomutov

1 114 320,00

31,34

34 922 789,00

12,09

13 467 600,00

19,25

21 455 189,00

DP Děčín

648 974,00

32,90

21 351 245,00

14,77

9 582 505,00

16,40

10 640 675,00

DP Most

233 195,00

37,89

8 835 760,00

15,60

3 637 843,00

20,67

4 819 011,00

Podbořany

410 802,00

28,03

11 515 089,00

15,44

6 343 433,00

12,59

5 171 656,00

Miroslav Ohem

68 322,00

29,00

1 981 338,00

11,50

785 703,00

17,50

1 195 635,00

Petr Stejskal

11 032,00

30,30

334 270,00

12,69

139 996,00

17,34

191 295,00

Vilém Graupner

35 556,00

21,50

764 454,00

4,63

164 624,00

16,87

599 830,00

(30)

Ir-rimunerazzjoni attwali mħallsa lil dawk l-operaturi biex jipprovdu servizzi fl-2006 ammontat għal:

Tabella 4

Kumpensi attwali għal telf fl-2006

Operatur

CZK

DP Ústí

2 657 274,00

DP Teplice

6 558 140,00

DP Chomutov

21 455 189,00

DP Děčín

10 640 675,00

DP Most

4 819 011,00

Podbořany

5 035 557,00

Miroslav Ohem

1 195 635,00

Petr Stejskal

191 294,80

Vilém Graupner

599 830,00

(31)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ċeki, DP Teplice rċeviet kumpensi addizzjonali għal servizz pubbliku għall-2006 mill-Muniċipalità ta' Teplice li ammontaw għal CZK 35 514 000. Madankollu, kif iċċarat mill-awtoritajiet Ċeki fir-risposta għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, dak il-kumpens kien relatat esklussivament mat-trasport pubbliku muniċipali fi ħdan dik il-muniċipalità. Għalhekk, dak il-kumpens mhux relatat u huwa separat b'mod ċar mill-kumpensi għal servizz pubbliku pprovduti mir-Reġjun Ústí għal servizzi tat-trasport reġjonali bil-karozza tal-linja u għalhekk mhux relatat mal-miżuri eżaminati taħt din id-Deċiżjoni.

(32)

Kif spjegat fil-premessa 28, id-DPÚK irċeviet kumpens għas-servizz pubbliku li wettqet bejn Jannar u April 2006. Skont l-awtoritajiet Ċeki, dak il-kumpens ammonta għal CZK 92 172 509,24. Dik is-somma ġiet ikkalkulata fuq il-bażi tal-parametri li ġejjin stipulati fl-addendum:

Tabella 5

Kumpensi mħallsa lid-DPÚK għal Jan-Apr. 2006

Jannar - April 2006

Numru ta' km

Prezz mistenni f'CZK/km

Prezz globali mistenni f'CZK

Dħul previst f'CZK/km

Dħul globali previst f'CZK

Telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km

Telf globali li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK

DPÚK

3 828 910,45

39,63

151 744 748,24

15,56

59 572 239,00

24,07

92 172 509,24

(33)

Bħala konsegwenza tal-irtirar tad-DPÚK mill-kuntratt, l-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí nedew proċedura ta' offerti li kellha l-għan li tagħżel operaturi lesti li jipprovdu servizzi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja fuq linji mħaddma preċedentement mid-DPÚK. Bħala riżultat ta' dik il-proċedura, ČSAD Česká Lípa kienet magħżula biex tħaddem dawk il-linji. Sadanittant, id-DPÚK xorta pprovdiet servizzi tat-trasport, iżda ma tħallsux kumpensi għal dak il-perjodu, b'tali mod li d-DPÚK waqqfet is-servizzi tagħha fir-reġjun Ústí fl-1 ta' Awwissu 2006. Peress li ČSAD Česká Lípa ma setgħetx tibda immedjatament tħaddem il-linji f'dik id-data, l-awtoritajiet imponew obbligu unilateralment fuq id-DPÚK biex tipprovdi aktar servizzi tat-trasport mit-8 ta' Awwissu 2006 sat-8 ta' Settembru 2006 fuq il-bażi tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Sar ħlas bil-quddiem lid-DPÚK biex ikopri telf għat-twettiq tal-obbligu li jirriżulta minn dik l-impożizzjoni.

2.3.   KUMPENSI GĦALL-QADI TA' OBBLIGI TAS-SERVIZZ PUBBLIKU FIL-PERJODU MID-9 TA' SETTEMBRU 2006 SAT-2 TA' ĠUNJU 2007

(34)

Fit-8 ta' Settembru 2006, id-DPÚK waqqfet definittivament is-servizzi tat-trasport fir-Reġjun Ústí. Fid-9 ta' Settembru 2006, ČSAD Česká Lípa kellha tibda l-operazzjonijiet fuq il-linji mħaddma qabel mid-DPÚK, iżda għal darb'oħra naqset milli tagħmel dan, b'tali mod li l-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí ddeċidew li jikkonkludu kuntratti għall-għoti ta' dawk is-servizzi ma' dawk l-operaturi li l-offerti tagħhom ma kinux ġew magħżula wara l-proċedura mnedija li jiġu sostitwiti s-servizzi tad-DPÚK. L-għażla ta' dawk l-operaturi saret fuq il-bażi tal-offerta l-aktar vantaġġuża wara dik sottomessa minn ČSAD Česká Lípa, fi kliem ieħor, it-tieni l-aqwa offerta. Dan kien possibbli f'disgħa minn total ta' ħmistax-il żona fejn ČSAD Česká Lípa kienet inizjalment ġiet magħżula mir-Reġjun Ústí biex tissostitwixxi lil DPÚK.

(35)

It-Tabella 6 telenka l-operaturi li magħhom ir-Reġjun Ústí kkonkluda kuntratti għal servizz pubbliku biex jipprovdu servizzi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja fuq il-linji mħaddma qabel mid-DPÚK u l-parametri kkunsidrati biex jiġi ddeterminat l-ammont ta' rimunerazzjoni fuq il-bażi tal-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu li jirriżulta mill-għoti ta' dawk is-servizzi bejn id-9 ta' Settembru 2006 u t-2 ta' Ġunju 2007.

Tabella 6

Ħarsa ġenerali lejn il-kuntratti fid-9.2006-6.2007  (16)

(Ċifri kkoreġuti mogħtija mir-Repubblika Ċeka wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ)


9 Settembru 2006 - 2 ta' Ġunju 2007

Numru ta' km

Prezz mistenni tas-servizzi tat-trasport f'CZK/km

Prezz globali mistenni tas-servizzi tat-trasport f'CZK

Dħul previst f'CZK/km

Dħul globali previst f'CZK

Telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km

Telf globali li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK

ZDAR, a.s.

391 462,00

31,50

12 331 053,00

16,10

6 300 903,59

15,40

6 030 149,41

DP Most

453 962,00

29,80

13 528 067,60

9,40

4 269 395,10

20,40

9 258 672,50

DP Most

646 065,00

29,80

19 252 737,00

11,13

7 192 416,86

18,67

12 060 320,14

Autobusy Kavka, a.s.

569 514,00

27,85

15 860 964,90

13,62

7 755 780,81

14,23

8 105 184,09

Autobusy Karlovy Vary, a.s.

334 582,00

32,30

10 806 998,60

14,68

4 911 462,09

17,62

5 895 536,51

Autobusy Karlovy Vary, a.s.

199 218,50

32,70

6 514 444,95

12,44

2 479 272,62

20,26

4 035 172,33

Autobusy Karlovy Vary, a.s.

740 074,00

31,50

23 312 331,00

13,94

10 319 904,50

17,56

12 992 426,50

ČSAD Slaný a.s.

374 460,00

27,90

10 447 434,00

12,36

4 628 845,79

15,54

5 818 588,21

ČSAD Slaný a.s.

798 764,50

28,40

22 684 911,80

13,77

11 002 327,62

14,63

11 682 584,18

ZDAR, a.s.

536 733,00

31,50

16 907 089,50

13,70

7 352 493,40

17,80

9 554 596,10

(36)

It-Tabella 7 turi li l-ħlasijiet attwali magħmula lil dawk l-operaturi ma kinux jaqbżu l-ammonti stabbiliti bħala l-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu.

Tabella 7

Kumpensi ta' telf reali mħallsa taħt il-kuntratti għall-perjodu 9.9.2006-2.6.2007

Operatur

CZK

ZDAR, a.s.

3 485 619,00

DP Most

4 300 909,19

DP Most

5 802 759,25

Autobusy Kavka, a.s.

4 893 192,50

Autobusy Karlovy Vary, a.s.

2 857 950,00

Autobusy Karlovy Vary, a.s.

2 042 809,00

Autobusy Karlovy Vary, a.s.

6 653 077,00

ČSAD Slaný a.s.

2 443 620,50

ČSAD Slaný a.s.

5 059 228,25

ZDAR, a.s.

2 613 935,34

2.4.   KUMPENSI GĦALL-QADI TA' OBBLIGI TAS-SERVIZZ PUBBLIKU FIL-PERJODU MID-9 TA' SETTEMBRU 2006 SAL-31 TA' DIĊEMBRU 2006

(37)

F'sitta mill-ħmistax-il żona li ČSAD Česká Lípa kienet inizjalment aċċettat li tieħu minn idejn id-DPÚK, ma kien hemm ebda offerent fit-tieni post li r-Reġjun Ústí seta' jikkonkludi miegħu kuntratt ta' servizz pubbliku. Għal dawk iż-żoni, ir-Reġjun Ústí fetaħ sensiela ta' konċessjonijiet oħra, iżda offerent wieħed biss ipparteċipa. Konsegwentement, ġew magħżula operaturi biex iħaddmu dawk il-linji skont il-proċeduri nnegozjati u ġew konklużi kuntratti ma' dawk l-operaturi biss u esklussivament għall-perjodu wara t-terminazzjoni tas-servizz mid-DPÚK u n-nuqqas sussegwenti ta' ČSAD Česká Lípa li tiżgura kontinwazzjoni bla xkiel tas-servizzi tagħha (17), jiġifieri sa tmiem l-2006, sabiex ikun żgurat livell suffiċjenti ta' servizzi tat-trasport għall-abitanti tar-reġjun (18).

(38)

It-Tabella 8 telenka l-operaturi addizzjonali li r-Reġjun Ústí kkonkluda kuntratti magħhom u l-parametri meqjusa biex jiġi stmat il-livell tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu:

Tabella 8

Ħarsa ġenerali lejn il-kuntratti fid-9.9.2006-31.12.2006  (19)

(Ċifri kkoreġuti mogħtija mir-Repubblika Ċeka wara d-Deċiżjoni ta' Ftuħ)


9 ta' Settembru-31 ta' Diċembru 2006

Numru ta' km

Prezz mistenni tas-servizzi tat-trasport f'CZK/km

Prezz globali mistenni tas-servizzi tat-trasport f'CZK

Dħul previst f'CZK/km

Dħul globali previst f'CZK

Telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km

Telf globali li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK

ČSAD Semily, a.s.

359 299,00

32,00

11 497 568,00

12,58

4 518 992,15

19,42

6 978 575,85

DP Děčín

20 572,00

32,90

676 818,80

8,87

182 496,40

24,03

494 322,40

ČSAD Střední Čechy, spol. sr.o.

82 189,00

32,00

2 630 048,00

7,18

590 203,09

24,82

2 039 844,91

DP Teplice

70 240,60

34,54

2 426 110,32

16,11

1 131 576,06

18,43

1 294 534,26

DP Ústí

22 654,00

38,17

864 703,18

16,72

378 774,88

21,45

485 928,30

DP Chomutov

35 443,00

31,34

1 110 783,62

6,10

216 070,92

25,24

894 712,70

Dopravní podnik Mladá Boleslav, s.r.o.

86 360,00

33,00

2 849 880,00

7,20

622 061,90

25,80

2 227 818,10

(39)

It-Tabella 9 turi li r-rimunerazzjoni attwali rċevuta minn dawk l-operaturi kienet anqas mill-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu.

Tabella 9

Kumpensi għal telf reali mħallsa taħt il-kuntratti għall-perjodu 9.9.2006-31.12.2006

Operatur

CZK

ČSAD Semily, a.s.

5 253 038,00

DP Děčín

484 084,00

ČSAD Střední Čechy, spol. sr.o.

1 726 387,00

DP Teplice

921 868,68

DP Ústí

437 498,00

DP Chomutov

823 855,10

Dopravní podnik Mladá Boleslav, s.r.o.

2 227 818,00

2.5.   GARANZIJI U ŻIDIET FL-INVESTIMENT TA' KAPITAL GĦAD-DP ÚSTÍ

(40)

Fit-23 ta' Lulju 2004 u l-11 ta' April 2005, il-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem pprovdiet żewġ garanziji favur id-DP Ústí li jiżguraw self bankarju ta' CZK 35 000 000 u CZK 5 000 000 rispettivament. Dak is-self ingħata minn Komerční banka, a.s. (20). L-awtoritajiet Ċeki infurmaw lill-Kummissjoni li dawk il-garanziji, li jkopru 100 % tas-self, ingħataw fir-rigward ta' self allokat esklussivament għall-kostruzzjoni ta' linja ta' trolley-bus biex tissostitwixxi s-servizzi tal-karozzi tal-linja li jiswew anqas imma li jniġġsu aktar fil-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem.

(41)

Fl-2006, il-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem żiedet il-kapital tal-ekwità tad-DP Ústí b'CZK 160 000 000. Iż-żieda tal-kapital ġiet ipprovduta esklussivament biex tiffinanzja l-bini ta' rotta tat-trolley-bus tad-DP Ústí (Ústí nad Labem — Střekov) skont l-objettiv strateġiku fit-tul tal-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem għall-elettrifikazzjoni tat-trasport. Ir-riżorsi miż-żieda tal-kapital imsemmija nżammu f'kont separat.

3.   ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ

(42)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni vvalutat il-miżuri li ġejjin imqajma mill-ilmentatur:

(a)

kumpensi tas-servizz pubbliku mogħtija lil ċerti impriżi tat-trasport għall-għoti ta' servizzi reġjonali tal-karozzi tal-linja għall-2005-2006;

(b)

kumpensi tas-servizz pubbliku mogħtija lil ċerti impriżi tat-trasport għall-għoti ta' servizzi reġjonali tal-karozzi tal-linja mid-9 ta' Settembru 2006 sat-2 ta' Ġunju 2007;

(c)

kumpensi tas-servizz pubbliku mogħtija lil ċerti impriżi tat-trasport għall-għoti ta' servizzi reġjonali tal-karozzi tal-linja mid-9 ta' Settembru 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006;

(d)

żewġ garanziji li jiżguraw self li jiswa CZK 35 miljun u CZK 5 miljun favur id-DP Ústí;

(e)

żieda tal-kapital ta' CZK 160 miljun favur id-DP Ústí;

(f)

self ta' CZK 3,5 miljun favur DP Chomutov;

(g)

inkarigar ta' DP DECIN bit-tħaddim tal-miters tal-parkeġġ;

(h)

kirja ta' vetturi lid-DP Teplice (vetturi addizzjonali mill-2006);

(i)

kumpensi tas-servizz pubbliku mogħtija lil ċerti impriżi tat-trasport għall-għoti ta' servizzi reġjonali tal-karozzi tal-linja għall-2004;

(j)

garanzija għal DP Ústí li tiswa CZK 30 miljun;

(k)

garanzija għal DP Chomutov li tiswa CZK 5,2 miljun;

(l)

sussidju lil DP Most ta' CZK 245 000;

(m)

il-kiri ta' stazzjon tal-karozzi tal-linja lil DP Děčín;

(n)

sussidju lil DP Teplice ta' CZK 13,7 miljun;

(o)

il-kiri ta' vetturi lil DP Teplice mill-2003;

(p)

sussidju lil DP Most ta' CZK 455 000.

(43)

Rigward il-miżuri elenkati fil-premessa 42 taħt (i) sa (o), il-Kummissjoni sabet fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li dawk il-miżuri kienu bbażati fuq kuntratti konklużi qabel l-1 ta' Mejju 2004, jiġifieri qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kellha ebda kompetenza biex tevalwa dawn il-miżuri. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li l-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (p) ingħatat fl-ambitu ta' skema ta' għajnuna eżistenti.

(44)

Fir-rigward tal-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (f), il-Kummissjoni kkonkludiet li s-self ta' CZK 3,5 miljun favur DP Chomutov ma jinvolvix għajnuna mill-Istat.

(45)

B'mod simili, fir-rigward tal-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (g), il-Kummissjoni kkonkludiet li kwalunkwe vantaġġ potenzjali involut fit-tħaddim ta' miters tal-parkeġġ mid-DP Děčín ma jistax ifixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri peress li dik il-miżura tissodisfa l-kundizzjonijiet għal għajnuna de minimis b'mod konformi mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 (21).

(46)

F'dak li jirrigwarda l-miżura msemmija fil-premessa (42) taħt (h), il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kellhiex il-kompetenza biex tevalwa l-kiri ta' trolley-buses lid-DP Teplice mill-Muniċipalità ta' Teplice fuq il-bażi tal-ftehim oriġinali tal-10 ta' Diċembru 2003. Madankollu, peress li l-ftehim ta' kiri ġie emendat darbtejn — fil-5 ta' Mejju 2006 u fit-18 ta' Ottubru 2006 — biex ikopri l-kiri ta' trolley-buses addizzjonali, il-Kummissjoni tista' tevalwa l-kiri li jirriżulta minn dawk l-emendi. Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni spjegat li peress li dawk il-vetturi ntużaw biss għall-qadi ta' obbligi tas-servizz pubbliku, l-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-kuntratt tal-kiri għandhom ikunu kkunsidrati bħala parti mill-kumpens għal servizz pubbliku. Madankollu, kif indikat fil-premessa 27, dawk il-kirjiet ta' trolley-buses kienu relatati esklussivament mat-trasport pubbliku muniċipali fi ħdan il-Muniċipalità ta' Teplice, b'tali mod li dawk il-miżuri mhumiex relatati u huma b'mod ċar separati mill-kumpensi għal servizz pubbliku għat-trasport reġjonali tal-karozzi tal-linja pprovdut mir-Reġjun Ústí u għalhekk mhumiex relatati mal-miżuri analizzati taħt din id-Deċiżjoni.

(47)

Fir-rigward tal-kumpensi għal servizz pubbliku mogħtija lil ċerti operaturi tat-trasport għall-perjodi differenti elenkati fil-premessa (42) taħt (a), (b) u (c), il-Kummissjoni eżaminat fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ jekk dawk il-miżuri kinux jinvolvu għajnuna mill-Istat taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Altmark  (22). Peress li l-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk it-tieni, it-tielet u r-raba' kundizzjonijiet ta' Altmark ġewx issodisfati, hija kkonkludiet li ma setax jiġi eskluż li l-kumpensi jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tat-Trattat.

(48)

F'dak li jirrigwarda l-miżuri elenkati fil-premessa 42 taħt (d) u (e), il-Kummissjoni analizzat jekk il-garanziji u ż-żieda fil-kapital tal-ekwità għad-DP Ústí kinux jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u, b'mod partikolari, jekk dawn jistgħux jiġu kkunsidrati bħala konformi mal-prinċipju tal-investitur f'ekonomija tas-suq (“MEIP”). Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma setax jiġi eskluż li dawk il-miżuri ma jikkonformawx mal-MEIP u għalhekk li dawn jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tat-Trattat.

(49)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-miżuri elenkati fil-premessa 42 taħt (a) sa (e) jistgħux jiġu kkunsidrati kompatibbli mas-suq intern.

(50)

Fir-rigward tal-kumpensi għal servizz pubbliku msemmija fil-premessa 42 taħt (a), (b) u (c), il-Kummissjoni ddikjarat li ma setgħetx tikkonkludi fl-istadju tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ li l-ammont ta' kumpens ma qabiżx dak li kien meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż magħmula fil-qadi tal-obbligi tas-servizz pubbliku, filwaqt li tqis l-irċevuti rilevanti u qligħ raġonevoli għall-qadi ta' dawk l-obbligi.

(51)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji rigward il-kunċett ta' spejjeż mhux prevedibbli u l-metodoloġija użata għall-kalkolu tiegħu, speċjalment peress li wassal għal ħlasijiet li jaqbżu l-limitu mistenni tar-rimunerazzjoni għad-DP Teplice u d-DP Ústí fl-2005 u l-2006. Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-metodoloġija applikata biex tivverifika jekk il-livell tal-prezzijiet mistennija mill-operaturi jikkorrispondix għall-ispeċifiċitajiet tas-servizzi pprovduti. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji dwar jekk il-prezzijiet kinux jinkludu qligħ li jista' jiġi kkunsidrat raġonevoli.

(52)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm dubji dwar jekk il-kumpensi għal servizz pubbliku kinux kompatibbli mat-Trattat. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali, b'mod partikolari rigward il-metodoloġija użata biex jiġu kkalkulati l-kumpensi (rigward l-istabbiliment tal-livell tal-prezzijiet mistennija, il-kalkolu ta' qligħ raġonevoli u l-kunċett ta' “spejjeż mhux prevedibbli”).

(53)

Rigward il-miżuri msemmija fil-premessa 42 taħt (d) u (e), il-Kummissjoni spjegat fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li l-awtoritajiet Ċeki ma kinux ipprovdew biżżejjed informazzjoni biex tkun tista' tikkonkludi jekk iż-żieda tal-kapital u ż-żewġ garanziji kinux neċessarji u proporzjonati sabiex jintlaħaq għan ta' interess komuni, u bħala tali ma kkaġunawx distorsjonijiet żejda tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk esprimiet dubji dwar jekk dawn il-miżuri jistgħux jiġu kkunsidrati bħala kompatibbli mat-Trattat.

4.   KUMMENTI MIR-REPUBBLIKA ĊEKA

(54)

Flimkien mar-risposta tagħhom għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, l-awtoritajiet Ċeki ressqu t-tliet dokumenti li ġejjin: dikjarazzjoni mir-Reġjun Ústí, dikjarazzjoni mill-Muniċipalità ta' Teplice u dikjarazzjoni mid-DP Ústí (wieħed mill-allegati benefiċjarji). Hija użat l-opportunità wkoll biex tikkoreġi l-informazzjoni pprovduta fit-Tabelli 1, 3, 6 u 7 tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. L-iżbalji f'dawk it-tabelli kienu dovuti għal nuqqas ta' inklużjoni ta' ċerti servizzi tat-trasport u minħabba traskrizzjoni żbaljata tad-dejta. Id-dejta kkoreġuta issa hija pprovduta fit-tabelli 1, 3, 6 u 8 ta' hawn fuq.

4.1.   KUMMENTI DWAR L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA FIR-RIGWARD TAL-KUMPENSI GĦAL SERVIZZ PUBBLIKU

(55)

Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-kumpensi għal servizz pubbliku mogħtija mir-Reġjun Ústí lill-operaturi tat-trasport reġjonali elenkati fil-premessa 42 taħt (a), (b) u (c) jikkonformaw mal-erba' kriterji ta' Altmark u għalhekk ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat.

(56)

Rigward l-ewwel kundizzjoni Altmark, l-awtoritajiet Ċeki ddikjaraw li l-Kummissjoni diġà kkonkludiet fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li dik il-kundizzjoni kienet issodisfata għall-kuntratti kollha tas-servizz pubbliku eżaminati.

(57)

Rigward it-tieni kundizzjoni ta' Altmark, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li, taħt il-kuntratti kollha tas-servizz pubbliku eżaminati, ir-Reġjun Ústí kopra t-telf li tista' tingħata prova tiegħu tal-operaturi kkalkulat bħala differenza bejn (a) l-ispiża tas-servizz tat-trasport li tirriżulta mill-kuntratt tas-servizz pubbliku u (b) id-dħul miksub mill-fornitur tat-trasport. L-ispiża tas-servizzi tat-trasport inkludiet (i) l-ispejjeż tal-fornitur tat-trasport f'konformità mal-ispejjeż ta' impriża tipika, u (ii) qligħ raġonevoli. Dawk il-kriterji ġew stabbiliti bil-quddiem b'mod trasparenti u oġġettiv, fejn il-livell massimu ta' kumpens kien mill-bidu limitat mill-opinjoni esperta. L-awtoritajiet reġjonali kellhom ukoll setgħat biex jiċċekkjaw li d-dejta użata għal stimi bħal dawn tkun korretta u tikkorrispondi għas-sitwazzjoni ta' dak l-operatur partikolari.

(58)

Fir-rigward tal-prezzijiet differenti għal kull kilometru użat għal kull wieħed mill-operaturi, li l-Kummissjoni esprimiet dubji b'rabta magħhom fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, l-awtoritajiet Ċeki wieġbu li dawk il-prezzijiet huma marbutin mal-ispejjeż tal-fornituri differenti tas-servizz bil-karozza tal-linja, mal-linja rilevanti u mal-ħin tal-operat, u speċifiċitajiet oħra relatati ma' linja waħda. Bħala argument ulterjuri, l-awtoritajiet Ċeki ppreżentaw riżultati tal-konċessjonijiet standard fit-tul fejn il-prezz offrut ivarja bejn CZK 25,48/km fiż-żoni rurali u CZK 45,79/km fiż-żoni suburbani.

(59)

L-awtoritajiet Ċeki għalhekk jemmnu li t-tieni kundizzjoni ta' Altmark ġiet issodisfata fir-rigward tal-kuntratti kollha tas-servizz pubbliku.

(60)

Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni ta' Altmark, l-awtoritajiet Ċeki fakkru li l-kuntratti tas-servizz pubbliku konklużi mir-Reġjun Ústí pprovdew stima oġġettiva preliminari tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu. Skont it-taqsima 19b(3) tal-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq, ir-reġjun għandu jirrimborsa t-telf li tista' tingħata prova tiegħu sa ammont li ma jaqbiżx dik l-istima, miżjud biss bi spejjeż mhux prevedibbli. Għalhekk, jekk l-ammont tat-telf reali għall-perjodu inkwistjoni jkun ogħla mill-istima preliminari, ir-Reġjun Ústí jirrimborsa telf biss sal-ammont tal-istima, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż mhux prevedibbli.

(61)

F'dak ir-rigward, l-awtoritajiet Ċeki nnotaw li ebda fornitur tat-trasport ma rċieva kumpens għas-servizzi bażiċi tat-trasport tiegħu ogħla mil-livell tal-istima oġġettiva preliminari tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu inkluż fil-kuntratti tas-servizz pubbliku fl-2005 u l-2006. Barra minn hekk, fl-2006 it-tliet fornituri tat-trasport li jservu ħames żoni tar-Reġjun Ústí għamlu telf ekonomiku. Id-dokumenti pprovduti mill-awtoritajiet Ċeki juru li dawk it-tliet fornituri ppruvaw jiksbu kumpensi addizzjonali mir-Reġjun Ústí. Ir-Reġjun Ústí madankollu ma pprovda ebda kumpens żejjed u għalhekk ġiegħel lil dawk il-fornituri tat-trasport jerfgħu r-riskji tan-negozju tagħhom. L-awtoritajiet Ċeki nnotaw ukoll li l-fornitur tat-trasport ma jistax jiddeċiedi unilateralment biex iwaqqaf l-għoti tas-servizzi tat-trasport fuq ċerti linji jew jinfluwenza l-ambitu u l-frekwenza tas-servizz offrut. Jekk il-fornitur tat-trasport ma żgurax is-servizz bażiku tat-trasport stipulat fil-kuntratt tiegħu, ir-Reġjun Ústí jkun intitolat li jimponi multi kuntrattwali.

(62)

Madankollu, l-awtoritajiet Ċeki rrikonoxxew, li l-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq ma tipprovdix definizzjoni aktar dettaljata ta' “spejjeż mhux prevedibbli” u li d-definizzjoni ta' dan il-kunċett hija f'idejn ix-xerrejja individwali tas-servizzi tat-trasport. Il-kunċett ta' spejjeż mhux prevedibbli ġie stabbilit f'aktar dettall fil-kuntratti tas-servizz pubbliku konklużi mir-Reġjun Ústí mal-operaturi individwali tat-trasport. Spejjeż mhux prevedibbli jirreferu għal sitwazzjonijiet li huma indipendenti mill-maniġment tal-kumpaniji, bħal diżastri naturali, interventi fil-prezz mill-Istat, bidliet fit-taxxi tas-sisa, VAT, eċċ. L-awtoritajiet Ċeki pprovdew lill-Kummissjoni l-estratti rilevanti tal-kuntratti tas-servizz pubbliku.

(63)

Finalment, rigward ir-raba' kundizzjoni ta' Altmark, ir-raġunament tal-awtoritajiet Ċeki rigward kull waħda mit-tliet miżuri ta' kumpens għal servizz pubbliku kien kemxejn differenti u sejjer jiġi spjegat separatament.

(64)

Fir-rigward tal-kuntratti tas-servizz pubbliku għall-2005 u l-2006 (miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (a)), l-awtoritajiet Ċeki argumentaw li permezz tal-paragun tal-prezz tas-servizzi tat-trasport fir-Reġjun Ústí fl-2005 u dawk offruti fuq il-bażi tal-offerti ta' konċessjoni fl-2007 u 'l quddiem, dawk il-kuntratti għandhom jiġu kkunsidrati bħala konformi ma' dik il-kundizzjoni. Peress li l-offerti ta konċessjoni fl-2007 kienu trasparenti, miftuħa u nondiskriminatorji, il-prezzijiet offruti b'risposta għal dawk l-offerti kienu prezzijiet tas-suq fejn il-prezz tas-servizz tat-trasport inkluda biss l-ispejjeż ta' operatur razzjonali tipiku u qligħ raġonevoli. Analiżi tad-differenzi fil-prezzijiet turi li l-prezz medju tas-servizzi tat-trasport kien CZK 30,60/km fl-2005 u CZK 30,24/km fl-2007. Fl-2005, il-prezz tas-servizzi tat-trasport reġjonali varja bejn CZK 21,50/km u CZK 37,16/km. Fl-2007, wara li tlestew il-proċeduri tal-għażla tal-konċessjoni fit-tul, il-prezzijiet varjaw bejn CZK 25,48/km u CZK 45,79/km. L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li jirriżulta minn dak il-paragun li l-prezz ma varjax b'mod sinifikanti u li l-varjazzjonijiet fil-prezz bejn iż-żoni differenti kienu saħansitra ogħla fl-2007 milli fl-2005. L-istess analiżi turi li l-profitti wkoll ma kinux varjaw b'mod sinifikanti bejn il-kuntratti tal-2005 u tal-2007. Għalhekk, il-profitti ġġenerati minn fornituri tat-trasport fil-perjodu eżaminat għandhom jiġu kkunsidrati konformi mar-raba' kundizzjoni ta' Altmark.

(65)

Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki ssottomettew opinjoni esperta mwassla mill-professuri tal-Università Teknika ta' Praga (České vysoké učení technické v Praze) li turi li l-ispejjeż tal-fornituri tas-servizz kienu dawk ta' operaturi prudenzjali. L-unika eċċezzjoni kien l-ilmentatur DPÚK, li kellu prezz għoli b'mod inadegwat għas-servizzi reġjonali tat-trasport tiegħu, u żewġ operaturi lokali li l-prezz tagħhom instab li kien baxx wisq.

(66)

Rigward il-kuntratti għall-perjodu bejn id-9 ta' Settembru 2006 u t-2 ta' Ġunju 2007 (il-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (b)) u bejn id-9 ta' Settembru 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006 (il-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (c)), l-awtoritajiet Ċeki ddikjaraw li r-Reġjun Ústí ddefinixxa b'mod preċiż l-ambitu tas-servizzi mitluba u pprovda lill-fornituri tat-trasport interessati bi stimi rilevanti ta' dħul ibbażati fuq dejta storika. L-opinjoni esperta kellha tiġi pprovduta mill-fornitur tat-trasport. L-opinjoni esperta tal-fornitur tat-trasport magħżul hija mbagħad vinkolanti għall-perjodu kuntrattwali kollu. Konsegwentement, l-uniku kriterju meta ttieħdet id-deċiżjoni kien il-prezz offrut mill-fornituri tat-trasport interessati.

(67)

Fir-rigward tal-kumpensi għal servizz pubbliku għal servizzi tal-karozzi tal-linja mid-9 ta' Settembru 2006 sat-2 ta' Ġunju 2007 (il-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (b)), l-awtoritajiet Ċeki argumentaw li l-kuntratti tas-servizz pubbliku, li l-kumpensi tħallsu fuq il-bażi tagħhom, ingħataw wara proċedura ta' offerta miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet. Il-fatt li t-tieni l-aqwa offerent finalment kellu jintgħażel minħabba li r-rebbieħ tal-offerti rrifjuta li jipprovdi s-servizzi meħtieġa ma jtellifx in-natura miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet tal-proċedura tal-offerti.

(68)

Il-prezz offrut fl-ewwel sensiela tal-għażla kien il-prezz oġġettivament miksub permezz tal-proċedura tal-għażla u dak il-prezz għalhekk jissodisfa t-tielet u r-raba' kundizzjonijiet ta' Altmark, peress illi dan jiżgura li l-fornitur tas-servizz mhux sejjer jikseb profitti eċċessivi mit-twettiq tas-servizz. Il-kuntratti taħt il-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (b) ġew konklużi għal perjodu tranżitorju ta' disa' xhur fir-rigward ta' disgħa minn ħmistax-il żona tar-Reġjun Ústí.

(69)

Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ewwel leg tar-raba' kundizzjoni ta' Altmark ma jkunx imwettaq fir-rigward tal-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (b), l-awtoritajiet Ċeki argumentaw li t-tieni leg tal-kundizzjoni ta' Altmark għandu jiġi kkunsidrat bħala mwettaq peress li l-għażla tal-fornitur tas-servizz saret skont l-analiżi tal-ispejjeż ta' fornitur tas-servizz tipiku li jopera bi qligħ raġonevoli.

(70)

Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kumpensi għal servizz pubbliku mogħtija mir-Reġjun Ústí għas-servizzi tal-karozzi tal-linja fil-perjodu bejn id-9 ta' Settembru 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006 permezz ta' negozjati diretti (il-miżura msemmija fil-premessa 42 taħt (c)), l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li r-Reġjun Ústí żgura sa fejn ikun possibbli li s-servizzi tat-trasport pubbliku fil-ħames żoni li fihom ma kienx hemm it-tieni l-aqwa offerent kienu offruti għall-aktar prezz baxx possibbli. Ġiet organizzata sensiela oħra ta' konċessjonijiet biex tiżgura servizzi bażiċi tat-trasport pubbliku sakemm tkun tista' tiġi organizzata għażla ta' konċessjoni standard (mhux aċċellerata). It-tħabbir tat-tieni sensiela ta' konċessjonijiet ġie ppubblikat fis-16 ta' Awwissu 2006 f'diversi gazzetti Ċeki importanti ta' kuljum (23). L-awtoritajiet Ċeki pprovdew dokumentazzjoni għat-tieni sensiela ta' konċessjoni. Peress li dawk il-kuntratti kellhom jiġu konklużi fi żmien ġimagħtejn minħabba l-irtirar mhux mistenni ta' ČSAD Česká Lípa, u meta wieħed jikkunsidra li kwalunkwe konċessjonijiet kienu se jingħataw għal perjodu temporanju ta' anqas minn erba' xhur, ir-Reġjun Ústí inkluda bħala parametru tal-għażla fil-proċedura tal-għażla ta' konċessjoni li l-fornitur rebbieħ tat-trasport għandu jiżgura l-bidu ta' servizzi tat-trasport mid-9 ta' Settembru 2006, jiġifieri fi żmien ġimagħtejn mit-tħabbir tal-proċedura tal-għażla tal-konċessjoni.

(71)

Madankollu, peress li ma kienx possibbli li jiġu konklużi kuntratti fuq il-bażi tat-tieni sensiela ta' konċessjonijiet, peress li kien irċieva offerta waħda biss għas-sitt żoni (24), ir-Reġjun Ústí ikkonkluda kuntratti direttament ma' fornituri tat-trasport disponibbli. Skont l-awtoritajiet Ċeki, ma kienx hemm żmien biex tiġi organizzata t-tielet proċedura ta' għażla tal-konċessjoni minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali relatati mal-konklużjoni ta' dawk il-kuntratti u l-istess restrizzjonijiet taż-żmien ma kinux jippermettu li tingħata opinjoni esperta. L-awtoritajiet Ċeki enfasizzaw ukoll li, fi kwalunkwe każ, il-prezz għas-servizz tat-trasport ma kienx differenti b'mod sinifikanti mill-prezz miksub permezz tal-ewwel u t-tieni sensiela ta' konċessjoniet. Id-differenza fl-ammont ta' madwar 7 % tista' tiġi kkunsidrata standard fid-dawl tal-fatt li l-allokazzjoni temporanja ta' riżorsi umani u kapitali għall-perjodu ta' 4 xhur kienet tiswa aktar milli għal perjodu itwal.

4.2.   KUMMENTI DWAR L-EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT RIGWARD IL-GARANZIJI U Ż-ŻIEDA FL-INVESTIMENT TAL-KAPITAL FAVUR DP ÚSTÍ

4.2.1.   Garanziji

(72)

Fir-rigward tal-garanziji ta' CZK 5 miljun u CZK 35 miljun ipprovduti mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem li jiżguraw self bankarju miksub mid-DP Ústí, l-awtoritajiet Ċeki argumentaw li d-DP Ústí kien ikun kapaċi jikseb is-self mingħajr il-garanziji. L-awtoritajiet Ċeki jinnotaw li d-DP Ústí kiseb self ta' CZK 40 miljun fl-2007 għall-finalizzazzjoni tal-bini tal-linja tat-trolley-bus Ústí nad Labem — Střekov u għax-xiri ta' żewġ karozzi tal-linja. Dak is-self ingħata minn Komerční banka, a.s., jiġifieri, l-istess istituzzjoni finanzjarja li tat self darbtejn lid-DP Ústí darba fl-2004 u darba fl-2005 li għalihom il-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem tat il-garanziji kkontestati. Il-kollateral għal dak is-self ta' CZK 40 miljun ġie ffurmat minn assi tad-DP Ústí. Il-fornitur tas-self intgħażel f'offerta miftuħa li bħala riżultat tagħha ntgħażlet l-aħjar offerta mingħajr distinzjoni bejn l-għażliet ta' żgurar tas-self, jiġifieri jew permezz ta' garanzija pprovduta mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem jew garanzija fil-forma tal-assi tal-kumpanija. Dan juri, skont l-awtoritajiet Ċeki, li l-kundizzjonijiet tas-self fl-2007 ma kinux jiddependu fuq il-forma tas-sigurtà u li d-DP Ústí kien kapaċi jikseb is-self fuq l-istess kundizzjonijiet anki mingħajr il-garanzija. L-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li dan kien ukoll il-każ għas-self li sar fl-2004 u dak li sar fl-2005 u li l-garanzija għalhekk ma pprovdiet ebda vantaġġ ekonomiku lid-DP Ústí.

(73)

Fi kwalunkwe każ, il-fondi miksuba mis-self ma setgħux jintużaw għal skopijiet oħra minbarra l-bini tal-linja tat-trolley bus. Ir-Reġjun Ústí huwa żona ta' kwalità ambjentali baxxa u l-proġett serva l-iskop tat-titjib ta' dik is-sitwazzjoni fir-reġjun. Kieku s-self bankarju ma ngħatax lid-DP Ústí, id-DP Ústí kien ikun obbligat li jkompli s-servizz tat-trasport bil-karozzi tal-linja tiegħu. Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-miżura effettivament tat prijorità lill-ħarsien ambjentali u mhux lill-ispejjeż ogħla assoċjati mal-bini tal-linja tat-trolley-bus u għandha għalhekk tiġi kkunsidrata kompatibbli mat-Trattat.

4.2.2.   Żieda fil-kapital tal-ekwità għad-DP Ústí

(74)

L-awtoritajiet Ċeki spjegaw li r-riżorsi miż-żieda fil-kapital tal-ekwità ta' CZK 160 miljun ġew allokati għall-użu esklussiv fl-iffinanzjar tal-bini tal-linja tat-trolley-bus Ústí nad Labem — Střekov. Huma nżammu fuq kont separat tad-DP Ústí, minn fejn saru ħlasijiet għall-bini tal-linja tat-trolley-bus Ústí nad Labem — Střekov.

(75)

Dik il-linja hija parti integrali mis-sinsla tat-trasport pubbliku urban fil-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem, magħmula minn trasport ta' kapaċità kbira u u ekoloġiku bit-trolley-bus, li nbniet fil-muniċipalità mill-1984 u bdiet titħaddem gradwalment mill-1988. Il-bini tal-linja jirrappreżenta l-istadju finali tal-bini tas-sistema, li t-tlestija tagħha sejra tgħaqqad parti ewlenija tax-xatt tal-lemin tal-muniċipalità mat-trasport tas-sinsla tat-trolley-bus. Din l-estensjoni tas-sistema ilha ppjanata mill-1996.

(76)

Skont l-awtoritajiet Ċeki, l-investiment sejjer jirriżulta f'titjib sinifikanti fil-kundizzjonijiet ambjentali fil-muniċipalità, prinċipalment tnaqqis fit-tniġġis tal-arja fin-naħa tax-xatt tal-lemin tal-belt, tnaqqis fil-livelli ta' storbju tat-trasport fuq il-linji affettwati permezz tal-użu ta' trolley-buses minflok karozzi tal-linja (fuq kollox, li joperaw bil-lejl), tnaqqis tal-emissjonijiet fuq il-linji affettwati u tnaqqis tar-riskju ta' smog fotokimiku fiż-żona ta' Střekov.

(77)

Għaldaqstant, l-awtoritajiet Ċeki qalu li ż-żieda tal-kapital hija koperta minn eżenzjoni prevista fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 (25). L-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) huma milħuqa peress li (i) il-bini tan-netwerk tat-trolley-bus jimmira lejn il-koordinazzjoni u l-ottimizzazzjoni tat-trasport, (ii) jinvolvi spejjeż infrastrutturali li operaturi oħrajn li jużaw tipi oħrajn ta' trasport bit-triq m'għandhomx għalfejn jagħmlu, u (iii) m'hemmx alternattiva oħra, finanzjarjament anqas ta' piż biex jintlaħaq l-għan tal-politika komuni (jiġifieri l-koordinazzjoni tat-trasport u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2).

4.3.   KUMMENTI DWAR MIŻURI ADDIZZJONALI MOGĦTIJA LID-DP ÚSTÍ U D-DP TEPLICE

(78)

Fl-2005, id-DP Ústí kisbet żewġ kumpensi addizzjonali ta' CZK 4 591 200 u CZK 7 335 000 fil-kuntest tal-obbligi tas-servizz pubbliku tagħha. Madankollu, l-awtoritajiet Ċeki ċċaraw li dawk il-kumpensi, ipprovduti mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem, kienu jikkonċernaw esklussivament trasport muniċipali fi ħdan dik il-muniċipalità u li huma ma kinux relatati mal-kumpensi tat-trasport reġjonali mogħtija mir-Reġjun Ústí li huma s-suġġett tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.

(79)

Rigward il-miżuri mogħtija lid-DP Teplice, l-awtoritajiet Ċeki ċċaraw li l-kumpensi mogħti mill-Muniċipalità ta' Teplice kif ukoll il-kiri ta' vetturi kienu jikkonċernaw esklussivament obbligi tas-servizz pubbliku relatati mat-trasport f'dik il-muniċipalità. Huma għalhekk ma kinux relatati mal-kumpensi tat-trasport reġjonali mogħtija mir-Reġjun Ústí li huma s-suġġett tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Fi kwalunkwe każ, minħabba s-separazzjoni tal-kont implimentata mid-DP Teplice, ma kien hemm ebda riskju li dawk il-kumpensi jistgħu b'xi mod jikkonsistu f'issussidjar inkroċjat tal-attivitajiet reġjonali tat-trasport tad-DP Teplice. Fl-aħħar nett, min-natura tagħhom, it-trolley-buses ma jistgħux jintużaw barra mil-linji tat-trolley-buses ġewwa l-Muniċipalità ta' Teplice biex jipprovdu servizzi ta' trasport reġjonali.

5.   KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI

(80)

Id-DPÚK kienet l-uniku parti interessata li ressqet kummenti bi tweġiba għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.

(81)

Id-DPÚK ressqet kummenti ġenerali dwar il-qafas legali għal kumpens għall-obbligi tas-servizz pubbliku fis-settur tas-servizzi tal-karozzi tal-linja reġjonali fir-Repubblika Ċeka. Id-DPÚK sostniet li ma kienx hemm liberalizzazzjoni tas-settur tat-trasport pubbliku fir-Repubblika Ċeka. Skont id-DPÚK, dan kien ifisser li l-obbligi tal-operaturi ġew stabbiliti b'mod ċar fid-deċiżjonijiet amministrattivi li jagħtu liċenzji lill-operaturi peress li l-leġiżlazzjoni Ċeka hija bbażata fuq sistema ta' “obbligi ta' servizz pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u mhux “kuntratti ta' servizz pubbliku” fis-sens tal-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament. Id-DPÚK ssostni li l-valutazzjoni tal-kumpensi għal servizz pubbliku fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ hija affettwata minn interpretazzjoni żbaljata tal-qafas legali rilevanti. Hija ssostni wkoll li s-sentenza Altmark ma tistax tiġi applikata f'dan il-każ minħabba li dik is-sentenza kienet tikkonċerna sistema bbażata fuq kuntratti għal servizz pubbliku u mhux obbligi ta' servizz pubbliku bħal f'dan il-każ.

(82)

Fuq dik il-bażi, id-DPÚK sostniet li l-obbligi ta' servizz pubbliku u l-livell ta' kumpens ma setgħux ikunu suġġetti għal negozjati bejn l-awtoritajiet reġjonali u l-operaturi. Huma ma setgħux ikunu suġġetti għal kompetizzjoni bejn l-operaturi, peress li dan kien impossibbli f'sistema bbażata fuq obbligi ta' servizz pubbliku, u l-kumpens ma kien jirrappreżenta ebda prezz kuntrattwali tas-servizzi tat-trasport ipprovduti, iżda kien telf dovut għat-twettiq tal-obbligi rilevanti li rriżultaw mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, kien indipendenti mir-rieda tal-operatur u l-awtoritajiet u għalhekk ma setax jiġi nnegozjat. Id-DPÚK qalet ukoll li r-Reġjun Ústí kiser il-leġiżlazzjoni eżistenti billi kkonkluda kuntratti ta' servizz pubbliku mal-operaturi magħżula fuq il-bażi ta' proċeduri kważi-offerti. Id-DPÚK sostniet li tentattivi bħal dawn biex jiġu applikati prinċipji ta' kompetizzjoni jmorru kontra s-sistema bbażata fuq l-obbligi ta' servizz pubbliku u għalhekk huma illegali. Id-DPÚK argumentat li l-operaturi li jkunu għadhom kif intgħażlu ngħataw liċenzji u rċevew kumpensi għal servizz pubbliku illegalment, peress li d-DPÚK hija d-detentur tal-liċenzji primarji għall-istess linji tal-karozzi tal-linja. L-approċċ tal-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí kien immotivat min-nuqqas ta' rieda tagħhom li jħallsu lill-operaturi stabbiliti l-kumpensi li huma intitolati għalihom fuq il-bażi tal-liġi u l-operaturi stabbiliti li mhumiex lesti li jaċċettaw sussidji operattivi aktar baxxi huma bbulijati u sostitwiti minn operaturi ġodda permezz ta' psewdo-offerti illegali. Id-DPÚK talbet li s-sitwazzjoni tiġi rettifikata u li titħalla tieħu f'idejha l-karozzi tal-linja u l-impjegati mill-operaturi attwali magħżula illegalment u li tirritorna għat-twettiq tal-obbligi imposti oriġinarjament ta' servizz pubbliku li kienu sejrin jiskadu biss fl-2011. Barra minn hekk, id-DPÚK sostniet li d-dejta għall-2006-2008 tat prova tal-affermazzjoni tagħha li l-ispejjeż finali tal-iżgurar tas-servizzi reġjonali tal-karozzi tal-linja mill-operaturi l-ġodda jkunu aktar għoljin.

(83)

Fl-aħħar nett, id-DPÚK innotat li l-operaturi magħżula ġodda huma f'ħafna każijiet operaturi muniċipali tas-servizz tal-karozzi tal-linja, proprjetà tal-muniċipalitajiet rilevanti u ssussidjati minnhom, b'tali mod li teżisti kompetizzjoni inġusta bejn dawk l-operaturi u l-operaturi fis-suq tat-trasport reġjonali tal-passiġġieri. Id-DPÚK argumentat li huwa inaċċettabbli li l-operaturi lokali tal-karozzi tal-linja jitħallew joperaw linji reġjonali lil hinn miż-żona tal-muniċipalità tagħhom.

(84)

Fir-rigward tal-garanzija u ż-żieda tal-ekwità mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem, id-DPÚK sostniet li kienet ipproponiet lill-awtoritajiet alternattiva ferm irħas għal servizz tat-trasport lokali favur l-ambjent fuq il-linja Ústí nad Labem — Střekov (ibbażata fuq il-karozzi tal-linja CNG minflok it-trolley-buses tad-DP Ústí), iżda li dik l-alternattiva ġiet miċħuda.

(85)

Rigward il-miżuri li skont id-Deċiżjoni ta' Ftuħ ingħataw qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni, id-DPÚK sostniet li kollha għandhom effett fit-tul li jmur ferm lil hinn mid-data tal-adeżjoni.

(86)

F'dak li jirrigwarda l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tat-trasferiment tal-operat tal-miters tal-parkeġġ għad-DP Děčín, id-DPÚK sostniet li l-analiżi fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ hija żbaljata peress li l-limitu de minimis ma kienx japplika fis-settur tat-trasport pubbliku.

(87)

Id-DPÚK ma kkummentatx fuq il-kunċett tal-ispejjeż mhux prevedibbli. Hija ma kkummentatx lanqas fuq il-fatt li l-istabbiliment minn qabel ta' prezz massimu għal kumpens ibbażat fuq analiżi statistika nazzjonali jista' jiggarantixxi li ma jkunx hemm kumpens żejjed għall-operaturi.

6.   KUMMENTI TAR-REPUBBLIKA ĊEKA DWAR IL-KUMMENTI MILL-PARTI INTERESSATA

(88)

L-awtoritajiet Ċeki ma qablux mal-interpretazzjoni tal-qafas legali għal kumpensi għall-obbligi ta' servizz pubbliku fis-settur tas-servizzi tal-karozzi tal-linja reġjonali fir-Repubblika Ċeka kif deskritt mid-DPÚK fis-sottomissjonijiet tagħha. L-awtoritajiet Ċeki ma qablux ukoll mal-pretensjoni tad-DPÚK li s-servizzi tat-trasport pubbliku kienu għadhom ma ġewx liberalizzati fir-Repubblika Ċeka.

(89)

L-awtoritajiet Ċeki argumentaw li l-qafas leġiżlattiv nazzjonali inkluda żewġ possibbiltajiet sabiex isiru arranġamenti għat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linji taħt ir-reġim tal-obbligu ta' servizz pubbliku: (i) fuq il-bażi ta' kuntratt ta' servizz pubbliku bbażat fuq it-Taqsima 19 tal-Att dwar it-Trasport bit-Triq u l-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 u (ii) fuq il-bażi ta' deċiżjoni unilaterali li timponi obbligu ta' servizz pubbliku. It-tieni tip, madankollu, tintuża biss b'mod marġinali. Fir-Reġjun Ústí, l-operazzjonijiet reġjonali kollha tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja bħalissa huma bbażati fuq kuntratti li jirriżultaw minn proċeduri ta' offerti miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorji. L-awtoritajiet Ċeki argumentaw li minkejja ċerti differenzi fit-termini użati, il-kuntratti ta' servizz pubbliku kienu jikkorrispondu għal kuntratti ta' servizz pubbliku skont it-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Dan kien ċar mill-qari tal-Att dwar it-Trasport bit-Triq kif ukoll mill-interpretazzjoni tiegħu f'diversi deċiżjonijiet tal-awtoritajiet rilevanti.

(90)

L-awtoritajiet Ċeki ċċaraw ukoll li l-liċenzja għall-operat tas-servizzi tat-trasport bil-karozzi tal-linja kienet awtorizzazzjoni li tippermetti lill-operatur jipprovdi servizzi tat-trasport bil-karozzi tal-linja fuq linji individwali iżda ma kienet tirrappreżenta ebda affidament ta' obbligi ta' servizz pubbliku. Dawk l-obbligi ġew fdati lill-operaturi permezz ta' kuntratti ta' servizz pubbliku bejn l-operatur rispettiv u l-awtorità rilevanti (ir-Reġjun Ústí f'dan il-każ). Jista' jkun hemm aktar operaturi b'liċenzja għal ċertu linja ta' karozzi tal-linja, iżda l-kumpens għal servizz pubbliku ngħata biss lill-operatur li kien ikkonkluda l-kuntratt għal dik il-linja mal-awtoritajiet reġjonali jew li l-obbligu ġie impost fuqu permezz ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet. Barra minn hekk, il-liċenzja ma setgħetx tirrappreżenta deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta' obbligi ta' servizz pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69, peress li ma pprovdietx biex jingħata kumpens rigward il-piż finanzjarju li jirriżulta mill-obbligu kif meħtieġ mill-Artikolu 6 ta' dak ir-Regolament.

(91)

L-awtoritajiet Ċeki kkunsidraw ukoll li l-kumpensi mħallsa fuq il-bażi tal-kuntratti ta' servizz pubbliku ssodisfaw il-kriterji Altmark u għal dik ir-raġuni ma ġewx notifikati lill-Kummissjoni.

(92)

L-awtoritajiet Ċeki qalu li minħabba l-proċeduri tal-għażla miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorji, is-servizzi tat-trasport bil-karozzi tal-linja fil-qafas tal-obbligu ta' servizz pubbliku fir-Reġjun Ústí kienu ġew ipprovduti għal prezzijiet li kienu ferm aktar vantaġġużi minn qabel. Dan wassal għal użu aktar effiċjenti ta' riżorsi tar-Reġjun Ústí milli kieku kellu jħallas kumpens għat-telf unilateralment meħtieġ mid-DPÚK.

(93)

F'dak li jirrigwarda l-argumenti tad-DPÚK dwar il-garanzija u ż-żieda ta' ekwità mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem, l-awtoritajiet Ċeki ċċaraw li kien hemm netwerk eżistenti tat-trolley-buses f'dik il-muniċipalità u li dawk il-miżuri kienu użati għall-interkonnessjoni ta' żewġ netwerks eżistenti ta' trunk trolley-buses. Għalhekk, il-linji ġodda tat-trolley-buses issupplimentaw biss in-netwerk eżistenti tat-trolley-buses li ġew introdotti gradwalment mill-1988. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Ċeki qalu li ma kien hemm ebda rekord uffiċjali ta' xi sottomissjoni formali mid-DPÚK ta' proġett alternattiv għall-iżgurar ta' trasport ekoloġiku fil-muniċipalità. Il-proġett mehmuż mas-sottomissjoni tad-DPÚK huwa datat Ġunju 2001 u għalhekk ma kienx rilevanti fiż-żmien tal-miżuri vvalutati.

7.   VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI

(94)

Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi Statali fi kwalunkwe forma li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-forniment ta' ċerti oġġetti għandha tkun inkompatibbli mas-suq komuni, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(95)

Il-kwalifika ta' miżura bħala għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat għalhekk teħtieġ li jintlaħqu l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: (i) il-miżura għandha tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz tar-riżorsi tal-Istat; (ii) għandha tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju tagħha; (iii) dak il-vantaġġ għandu jkun selettiv; u (iv) il-miżura għandha tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni u jkollha l-potenzjal li tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

(96)

Il-Kummissjoni sejra teżamina jekk kull waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ġewx issodisfati fir-rigward tal-ħames miżuri li ġejjin:

(a)

kumpensi għall-qadi ta' obbligi ta' servizz pubbliku mogħtija mir-Reġjun Ústí lil ČSAD, DP Ústí, DP Teplice, DP Chomutov, DP Děčín, DP Most, Podbořany, Miroslav Ohem, Petr Frommel, Petr Stejskal u Vilém Graupner biex jipprovdu servizzi tat-trasport reġjonali fl-2005 u l-2006;

(b)

kumpensi għall-qadi ta' obbligi ta' servizz pubbliku mogħtija mir-Reġjun Ústí lil Autobusy Karlovy Vary, a.s, Autobusy Kavka, a.s., ČSAD Slaný a.s., DP Most u ZDAR, a.s. biex jipprovdu servizzi tat-trasport reġjonali fil-perjodu bejn id-9 ta' Settembru 2006 u t-2 ta' Ġunju 2007;

(c)

kumpensi għall-qadi ta' obbligi ta' servizz pubbliku mogħtija mir-Reġjun Ústí lil ČSAD Semily, DP Děčín, ČSAD Střední Čechy, DP Teplice, DP Ústí, DP Chomutov u DP Mladá Boleslav biex jipprovdu servizzi tat-trasport reġjonali fil-perjodu bejn id-9 ta' Settembru 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006;

(d)

garanziji datati 23 ta' Lulju 2004 u l-11 ta' April 2005 mogħtija mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem favur DP Ústí biex jiżguraw self li jiswa CZK 35 miljun u CZK 5 miljun rispettivament;

(e)

żieda fil-kapital tal-ekwità tad-DP Ústí minn CZK 160 miljun mogħtija mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem fl-2006.

7.1.   EŻISTENZA TA' GĦAJNUNA MILL-ISTAT

7.1.1.   Kumpensi għall-qadi ta' obbligi ta' servizz pubbliku (miżuri msemmija fil-premessa 96 taħt (a), (b) u (c))

7.1.1.1.   Riżorsi tal-Istat

(97)

Il-kumpensi għal servizz pubbliku għall-għoti ta' servizzi tat-trasport tħallsu fuq il-bażi ta' kuntratti konklużi bejn l-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí u l-operaturi elenkati fil-premessa 96 taħt (a), (b) u (c) u tħallsu mill-baġit pubbliku ta' dawk l-awtoritajiet. Dawk il-kumpensi għalhekk huma imputabbli lill-Istat u jingħataw permezz ta' riżorsi tal-Istat.

7.1.1.2.   Vantaġġ ekonomiku

(98)

Mis-sentenza Altmark jirriżulta li l-kumpens mogħti mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat lill-impriżi għall-qadi ta' obbligi tas-servizz pubbliku ma jagħtix vantaġġ lill-impriżi kkonċernati, u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, sakemm jiġu ssodisfati erba' kundizzjonijiet kumulattivi:

(a)

l-impriża benefiċjarja għandu jkollha effettivament obbligi tas-servizz pubbliku xi twettaq u dawk l-obbligi għandhom ikunu definiti b'mod ċar;

(b)

il-parametri li abbażi tagħhom jiġi kkalkulat il-kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti;

(c)

il-kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti minnhom magħmula fil-qadi tal-obbligi tas-servizz pubbliku, filwaqt li jitqiesu l-irċevuti rilevanti u qligħ raġonevoli għall-qadi ta' dawk l-obbligi;

(d)

meta, f'każ speċifiku, l-impriza li għandha twettaq l-obbligi tas-servizz pubbliku ma tintgħażilx skont proċedura ta' akkwist pubbliku li tippermetti l-għażla tal-offerent li kapaċi jipprovdi dawk is-servizzi bl-anqas spiża għall-komunità, il-livell ta' kumpens meħtieġ għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija sew u pprovduta kif xieraq b'mezzi tat-trasport sabiex tkun tista' tissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa tas-servizz pubbliku, kienet tagħmel meta twettaq dawk l-obbligi, filwaqt li jitqies id-dħul rilevanti u qligħ raġonevoli għall-qadi tal-obbligi.

(99)

Sabiex tiġi eskluża l-preżenza ta' vantaġġ ekonomiku meta jingħata kumpens lill-impriżi b'kunsiderazzjoni għall-qadi ta' obbligi tas-servizz pubbliku, is-sentenza Altmark tirrikjedi li l-erba' kundizzjonijiet kollha jiġu ssodisfati b'mod kumulattiv.

(100)

Rigward l-ewwel kundizzjoni, obbligu ta' servizz pubbliku fil-qasam tat-trasport fuq l-art huwa rekwiżit biex jiġu żgurati servizzi tat-trasport fl-interess ġenerali li operatur, li kieku kellu jqis l-interessi kummerċjali tiegħu stess, ma jassumix jew ma jassumix sal-istess punt jew taħt l-istess kundizzjonijiet mingħajr kumpens (26). F'dawk il-konfini, l-Istati Membri għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-definizzjoni ta' obbligi tas-servizz pubbliku skont il-ħtiġijiet tal-utenti finali. Il-kompitu tal-Kummissjoni f'każijiet bħal dawn huwa li tiżgura li dak il-marġni ta' diskrezzjoni jiġi applikat mingħajr żball ċar f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta' obbligu tas-servizz pubbliku.

(101)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni diġà nnotat li l-awtoritajiet Ċeki kienu pprovdewlha l-kuntratti li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet reġjonali ta' Ústí rranġaw għat-twassil ta' obbligi tas-servizz pubbliku mal-operaturi. Dawk il-kuntratti jiddefinixxu l-ambitu tal-obbligu tas-servizz pubbliku biex jiġu pprovduti servizzi tat-trasport. B'mod aktar speċifiku, dawk il-kuntratti jiddefinixxu l-linji li joperaw fuqhom il-fornituri tat-trasport tal-karozzi tal-linja, l-iskedi u l-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu. Il-fatt li dawk il-linji ma jistgħux jitħaddmu fuq bażi kummerċjali jintwera permezz ta' paragun tat-telf mistenni li tista' tingħata prova tiegħu u t-telf reali għal dawk il-linji kif previst fit-Tabelli 1 sa 9 ta' hawn fuq. Barra minn hekk, l-operaturi ma jistgħux jiddeċiedu unilateralment biex iwaqqfu l-operat tal-linji li ma jħallux qligħ; u lanqas jistgħu jinfluwenzaw l-ambitu u l-frekwenza tas-servizzi fuq il-linji li joperaw. Huma għalhekk għandhom ċertu grad ta' riskju tan-negozju li tirriżulta mill-fatt li jistgħu jiffaċċjaw telf ekonomiku jekk it-telf operattiv tagħhom ikun akbar minn dak li kien stabbilit minn qabel mill-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fir-rigward tal-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a), (b) u (c), jeżistu obbligi ġenwini tas-servizz pubbliku li kienu ddefiniti b'mod ċar minn qabel. L-ewwel kundizzjoni ta' Altmark hija għalhekk issodisfata.

(102)

Rigward it-tieni kundizzjoni ta' Altmark, il-parametri li jservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-kumpens għandhom jiġu stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti sabiex jiżguraw li ma jagħtux vantaġġ ekonomiku li jista' jiffavorixxi l-impriża benefiċjarja fuq impriżi li jikkompetu. Il-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-parametri ta' kumpens bil-quddiem ma tfissirx li l-kumpens għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' formula speċifika. Pjuttost, dak li jgħodd huwa li jkun ċar mill-bidu kif il-kumpens għandu jiġi determinat.

(103)

Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpens għal servizz pubbliku ġie kkalkulat skont il-kuntratti fuq il-bażi ta' prezz mistenni għal kull kilometru u d-dħul previst. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li tali metodoloġija tista' tiżgura kalkolu ex ante tal-kumpens b'mod oġġettiv u trasparenti. Madankollu, il-Kummissjoni ma kinitx irċeviet biżżejjed informazzjoni dwar il-metodoloġija użata biex tistabbilixxi l-livell tal-prezzijiet mistennija għal kull kilometru f'dan il-każ u għalhekk ma setgħetx tikkonkludi jekk it-tieni kundizzjoni ta' Altmark ġietx issodisfata jew le.

(104)

L-awtoritajiet Ċeki sadanittant spjegaw li l-leġiżlazzjoni Ċeka applikabbli tistipula l-parametri kollha li fuq il-bażi tagħhom għandhom jiġu kkalkulati l-pagamenti tal-kumpens, b'mod partikolari l-ispejjeż tas-servizzi, id-dħul u l-qligħ raġonevoli. Sussegwentement, kull kuntratt konkluż bejn ir-Reġjun Ústí u l-operatur inkluda l-parametri rilevanti użati għall-kalkolu tal-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu. Dik l-istima hija bbażata fuq id-differenza bejn (a) il-prezz għal kull kilometru miftiehem fil-kuntratt u (b) id-dħul tal-operatur għas-servizzi rilevanti. Il-prezz għal kull kilometru kien jinkludi (i) l-ispejjeż tal-operazzjonijiet u (ii) qligħ raġonevoli.

(105)

Fir-rigward tad-differenzi fil-prezz għal kull kilometru għal kull wieħed mill-operaturi, l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li dawn jirriflettu s-sitwazzjoni differenti ta' kull operatur (pereżempju l-ispejjeż għal kull kilometru huma naturalment differenti fiż-żoni rurali u suburbani). Fi kwalunkwe każ, il-parametri kollha għall-kalkolu tal-prezzijiet għal kull wieħed mill-operaturi kienu stabbiliti b'mod ċar bil-quddiem fil-kuntratti individwali. L-awtoritajiet reġjonali kellhom ukoll is-setgħa li jivverifikaw li d-dejta użata għal dawn l-istimi kienet korretta u tikkorrispondi għas-sitwazzjoni ta' dak l-operatur partikolari.

(106)

Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-parametri għall-kalkolu tal-kumpens għal kull operatur ġew stabbiliti minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti. It-tieni kundizzjoni ta' Altmark għalhekk ġiet issodisfata rigward il-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a), (b) u (c).

(107)

Fir-rigward tat-tielet kundizzjoni ta' Altmark, il-Kummissjoni tinnota li s-saldu finali u l-ħlas tal-kumpens isir biss ladarba l-operatur speċifiku jkun ipprovda prova dokumentata tat-telf reali li jsir fit-twettiq tas-servizz. Fl-istess ħin, l-ammont massimu tal-kumpens huwa limitat minn qabel bi stima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, li hija inkluża fil-kuntratt.

(108)

Skont it-taqsima 19b(3) tal-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq, l-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu tikkostitwixxi limitu stabbilit minn qabel li l-awtorità kompetenti ma tistax tagħti kumpens għal telf reali ogħla minn dan il-limitu (27). Għalhekk, jekk operatur jitlob kumpens għal telf ogħla wara l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet pubbliċi ma jistgħux ikopru dak it-telf. Jekk, b'kuntrast, it-telf reali jkun anqas mit-telf stmat mistenni, it-telf reali biss jiġi kkumpensat.

(109)

Dan huwa evidenzjat mill-fatt li l-kumpens attwali mħallas lill-operaturi, kif indikat fit-Tabella 2, it-Tabella 4, it-Tabella 7 u t-Tabella 9, huwa f'ħafna każijiet aktar baxx mit-telf imbassar speċifikat fil-kuntratt, kif indikat taħt l-intestatura “telf ġenerali li tista' tingħata prova tiegħu” fit-Tabella 1, it-Tabella 3, it-Tabella 6 u t-Tabella 8.

(110)

Żieda ta' dawk il-limiti hija possibbli biss jekk ikun hemm spejjeż mhux prevedibbli, li, madankollu, ma kien il-każ f'ebda wieħed mill-kuntratti tat-trasport reġjonali eżaminati taħt din id-Deċiżjoni. Fir-rigward tal-kunċett ta' “spejjeż mhux prevedibbli”, li b'rabta magħhom il-Kummissjoni esprimiet dubji fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha, dak il-kunċett jirrigwarda spejjeż li huma indipendenti mid-deċiżjonijiet ta' ġestjoni tal-kumpaniji, bħal dawk relatati ma' diżastri naturali, interventi fil-prezz mill-Istat, bidliet fid-dazji tas-sisa, VAT, eċċ. Biex jitolbu kumpens, l-operaturi għandhom jagħtu prova li dawk l-ispejjeż ġenwinament saru fil-qadi tal-obbligi tas-servizz pubbliku. L-eżistenza ta' dik l-eċċezzjoni għal-limitu massimu fuq il-kumpens, madankollu, ma tikkompromettix il-ħila tal-mekkaniżmu ta' kumpens biex jiżgura li l-kumpens aħħari rċevut mill-operatur ma jaqbiżx it-telf reali tiegħu.

(111)

Rigward id-determinazzjoni tal-qligħ raġonevoli, li jifforma parti mill-kalkolu tal-ispejjeż u li b'rabta magħhom il-Kummissjoni esprimiet ukoll dubji fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, l-awtoritajiet Ċeki wrew li l-profitt medju fl-2005 ammonta għal CZK 1,53 għal kull kilometru. Bi prezz medju għal kull kilometru fl-2005 li ammonta għal CZK 30,60 għal kull kilometru, il-marġni ta' profitt medju ammonta għal madwar 5 %, li l-Kummissjoni tqis li huwa raġonevoli. Fl-2007, il-profitt medju ammonta għal CZK 0,97 għal kull kilometru u l-prezz medju għal kull kilometru kien CZK 30,24 għal kull kilometru. Il-marġni ta' profitt medju għalhekk ammontat għal madwar 3,2 %. L-awtoritajiet Ċeki ma pprovdewx il-figuri medji ta' profitt għas-sena 2006. Madankollu, il-marġni medju ta' profitt għall-2006 x'aktarx li jkun fl-istess firxa bħal dak għall-2005 u l-2007 peress li l-figuri rilevanti l-oħrajn (bħall-prezz medju għal kull kilometru li ammonta fl-2007 għal CZK 31,72, telf medju li tista' tingħata prova tiegħu għal kull kilometru li jammonta għal CZK 17,49) baqgħu fl-istess firxa u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-qligħ raġonevoli kienet l-istess (ara n-nota f'qiegħ il-paġna 9).

(112)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tielet kundizzjoni ta'Altmark ġiet osservata rigward miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a), (b) u (c).

(113)

Fl-aħħar nett, ir-raba' kundizzjoni ta' Altmark teħtieġ li l-fornitur tas-servizzi pubbliċi jintgħażel fi proċedura ta' akkwist pubbliku jew li l-ispejjeż għall-għoti ta' dak is-servizz jiġu limitati għall-ispejjeż ta' impriża tipika mmexxija tajjeb permezz ta' valutazzjoni komparattiva.

(114)

Skont l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Ċeki fir-rigward tal-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c), ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn ir-Reġjun Ústí u l-operaturi għall-2005 u l-2006 kienu stabbiliti billi sempliċiment ġew estiżi l-kuntratti eżistenti, filwaqt li l-kuntratti għall-perjodu mid-9 ta' Settembru 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006 ġew konklużi wara proċeduri nnegozjati. Fiż-żewġ proċeduri, operaturi oħrajn ma tħallewx jissottomettu l-offerti tagħhom biex jipprovdu servizzi tat-trasport għall-perjodu inkwistjoni u ebda minnhom ma tikkostitwixxi proċedura ta' akkwist pubbliku li tippermetti l-għażla ta' offerti li jirriflettu l-kundizzjonijiet tas-suq kif meħtieġ mill-ewwel fergħa tar-raba' kundizzjoni ta' Altmark  (28).

(115)

Konsegwentement, il-Kummissjoni għandha teżamina jekk it-tieni fergħa tal-alternattiva stipulata fir-raba' kundizzjoni ta' Altmark hix ssodisfata fir-rigward tal-kuntratti inkwistjoni. Skont dik l-alternattiva, il-livell ta' kumpens għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż ta' impriża tipika, ġestita sew u mgħammra b'mod adegwat (valutazzjoni komparattiva).

(116)

L-awtoritajiet Ċeki jsostnu li l-livell ta' kumpens għall-operaturi fl-2005 u l-2006 jikkorrispondi għall-ispejjeż ta' impriża tipika, ġestita sew u mgħammra b'mod adegwat. Huma jargumentaw li dan huwa ppruvat billi jitqabblu l-prezzijiet fl-2005 u l-2006 mal-prezzijiet li jirriżultaw mill-proċeduri ta' offerti miftuħa u trasparenti għas-servizzi sa mill-2007. Filwaqt li fl-2005, il-prezz medju kien jikkorrispondi għal CZK 30.60 għal kull kilometru (bi spejjeż medji ta' CZK 29.06 għal kull kilometru), il-prezz medju li jirriżulta mill-offerti tal-2007 ammonta għal CZK 30.24 għal kull kilometru (spejjeż medji ta' CZK 29.22 għal kull kilometru). Barra minn hekk, filwaqt li l-firxa ta' prezzijiet għall-operaturi differenti kienet bejn CZK 21.50 u CZK 37.16 għal kull kilometru fl-2005, dan varja bejn CZK 25.48 u CZK 45.79 għal kull kilometru fl-2007. L-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li peress li l-livell medju tal-prezz għal kull kilometru u l-firxa ta' prezzijiet individwali ma varjawx materjalment bejn l-2005 u l-2007, il-prezzijiet fl-2005 għandhom jitqiesu bħala li jikkorrispondu għall-ispejjeż ta' impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta adegwatament b'mezzi tat-trasport. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki ssottomettew opinjoni esperta li tagħti xhieda illi, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż eċċezzjonalment għolja tal-ilmentatur, l-ispejjeż l-oħra kollha tal-operaturi kkorrispondew għall-ispejjeż ta' impriża tipika, immexxija tajjeb u pprovduta adegwatament b'mezzi tat-trasport.

(117)

Il-Kummissjoni tinnota li l-użu ta' dejta statistika deskritta fil-premessa preċedenti għandu l-għan li jistabbilixxi li l-prezz kien determinat b'referenza għall-ispejjeż ta' impriża tipika. Madankollu, kif diġà ġie nnotat fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, l-użu ta' spejjeż storiċi tal-istatistika ma jwassalx għal konklużjoni li l-operaturi li aċċettaw li jipprovdu s-servizzi fil-livell tal-ispejjeż tal-2005 għandhom jiġu kkunsidrati bħala operaturi mmexxija sewwa. Tabilħaqq, l-iffissar tal-livell tal-ispejjeż fil-passat ma jipprovdix inċentiv għall-effiċjenza fil-ġestjoni tal-ispejjeż tal-operaturi tat-trasport. Min-naħa l-oħra, jekk jinbidlu xi parametri importanti tal-ispejjeż (bħall-prezz tal-fjuwil) id-dejta storika dwar l-ispejjeż issir skaduta minnufih. Barra minn hekk, meta identifikaw il-valutazzjonijiet komparattivi l-awtoritajiet Ċeki ma applikaw ebda kriterji oġġettivi li huma ekonomikament rikonoxxuti bħala li jirrappreżentaw ġestjoni sodisfaċenti u ma bbażawx l-analiżi tagħhom fuq xi proporzjonijiet analitiċi li jirrappreżentaw il-produttività jew li għandhom x'jaqsmu mal-kwalità tal-provvista (29).

(118)

Fir-rigward tal-miżura msemmija fil-premessa 96 taħt (c), l-awtoritajiet Ċeki ma pprovdew ebda informazzjoni lill-Kummissjoni li tindika li l-livell ta' kumpens għall-kuntratti fil-perjodu mid-9 ta' Settembru 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006 ġie ddeterminat fuq il-bażi ta' analiżi tal-ispejjeż ta' impriża tipika, ġestita sew u mgħammra b'mod adegwat.

(119)

Għaldaqstant, peress li mhux ir-rekwiżiti tat-tieni alternattiva tar-raba' kundizzjoni ta' Altmark ġew issodisfati, il-Kummissjoni ma tistax tikkonkludi li l-ammont ta' kumpens li jirriżulta mill-miżuri msemmija fil-premessa 96 taħt (a) u (c) ġie stabbilit f'livell li jiggarantixxi li ma ngħata ebda vantaġġ lil ċerti operaturi. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra li l-kumpensi għal servizz pubbliku mogħtija bħala riżultat tal-miżuri msemmija fil-premessa 96 taħt (a) u (c) taw vantaġġ ekonomiku lill-operaturi reġjonali tat-trasport pubbliku msemmija f'dik l-istess premessa.

(120)

Fir-rigward tal-miżura msemmija fil-premessa 96 taħt (b), il-kuntratti tas-servizz pubbliku konklużi għall-perjodu bejn id-9 ta' Settembru 2006 u t-2 ta' Ġunju 2007 ġew konklużi wara proċedura ta' offerti. Dik il-proċedura ta' offerti qasmet lir-Reġjun Ústí fi ħmistax-il żona li l-operaturi setgħu jagħmlu offerta fuqhom separatament. It-tħabbir tal-offerta ġie ppubblikat fuq websajt, fuq il-bord tal-avviżi pubbliċi tar-Reġjun Ústí u fuq żewġ gazzetti ta' kuljum li jkopru r-Repubblika Ċeka kollha. Tlieta u għoxrin partijiet interessati ġabru d-dokumentazzjoni tal-offerta. Il-kriterji ta' allokazzjoni saru magħrufa minn qabel: l-għażla kellha ssir biss fuq il-prezz, ma saritx evalwazzjoni tal-parametri kwalitattivi u r-rebbieħ tal-offerta kien l-operatur li offra l-orħos prezz għal kull kilometru. Il-proċedura tal-offerta għalhekk kienet ippubbliċizzata b'mod suffiċjenti, miftuħa u trasparenti.

(121)

Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-prezz offrut kien fil-medda ta' CZK 27,57/km u CZK 43,73/km. Jekk titneħħa l-offerta li saret mid-DPÚK, il-firxa tal-prezzijiet offruti tkun bejn CZK 27,57/km u CZK 33,5/km. Il-prezzijiet għal kull km kienu offruti mill-operaturi għall-oqsma li ddeċidew li jagħmlu offerta fihom. ČSAD Česká Lípa rebaħ ħmistax-il proċedura ta' offerti. Peress li l-operatur ma setax finalment jipprovdi s-servizz, ir-Reġjun Ústí kkonkluda kuntratti ta' servizz pubbliku mal-offerenti li ġew it-tieni f'dawk il-każijiet fejn dan kien possibbli (dan kien il-każ f'disa' oqsma). L-għażla tat-tieni l-ogħla offerent f'każ fejn l-ogħla offerent jonqos milli jwettaq is-servizzi ma tinvalidax il-konstatazzjoni li l-offerta magħżula finalment f'dawn id-disa' oqsma kienet magħżula b'mod konformi ma' proċedura ta' sejħiet għall-offerti ppubbliċizzata sew, miftuħa u trasparenti b'mod konformi mal-ewwel fergħa tar-raba' kundizzjoni ta' Altmark.

(122)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li l-kumpens għal servizz pubbliku mogħti mir-Reġjun Ústí bħala riżultat tal-miżura msemmija fil-premessa 96 taħt (b) ma jagħtix vantaġġ lill-operaturi elenkati f'dik il-premessa u għalhekk ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Peress li sejba ta' għajnuna mill-Istat taħt dik id-dispożizzjoni ssegwi biss jekk ikunu preżenti l-erba' kundizzjonijiet kollha elenkati fil-premessa (95), m'hemmx bżonn li tkompli tiġi eżaminata l-miżura elenkata fil-premessa 96 taħt (b) fin-nuqqas ta' vantaġġ.

7.1.1.3.   Selettività

(123)

Il-vantaġġ mogħti bħala riżultat tal-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c) huwa selettiv peress li ċerti impriżi biss jibbenefikaw minn dawk il-kumpensi.

7.1.1.4.   Tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri

(124)

Miżura mogħtija mill-Istat titqies li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni meta tkun kapaċi ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbla ma' impriżi oħra li jikkompeti magħhom (30). Għalhekk, għall-finijiet prattiċi kollha, wieħed jassumi tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat malli l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kompetizzjoni (31).

(125)

Għajnuna mogħtija lill-operaturi f'suq jew settur li għadu ma għaddiex minn proċess ta' liberalizzazzjoni permezz tal-ftuħ ta' dak is-suq għall-kompetizzjoni barranija titqies li ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) peress li ma taffettwax il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Kif innotat fis-sentenza Altmark, b'effett mill-1995 diversi Stati Membri bdew jiftħu ċerti swieq tat-trasport għall-kompetizzjoni minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn, b'mod li għadd ta' impriżi diġà qed joffru s-servizzi tagħhom tat-trasport urban, suburban jew reġjonali fi Stati Membri li mhumiex l-Istat ta' oriġini tagħhom. Kif spjegat fil-premessa 14, taħt il-leġiżlazzjoni Ċeka fis-seħħ mill-2004, servizzi reġjonali tal-karozzi tal-linja pprovduti taħt kuntratt ta' servizz pubbliku jistgħu jiġu żgurati minn kwalunkwe operatur li għandu liċenzja għal linja partikolari, ikun kiseb awtorizzazzjoni ġenerali (“koncese”) taħt l-Att dwar il-Liċenzjar tan-Negozji (“živnostenský zákon”) għal attivitajiet tat-trasport pubbliku bil-karozzi tal-linja u jirrispetta skeda li jkun sar qbil dwarha. Kif innotat ulterjorment f'dik il-premessa, is-servizzi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja ġew liberalizzati kompletament fir-Reġjun Ústí matul il-perjodu investigat peress li kwalunkwe operatur minn Stat Membru ieħor li ssodisfa l-kundizzjonijiet għall-kisba ta' liċenzja seta' jipprovdi servizzi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja fir-Repubblika Ċeka matul il-perjodu investigat.

(126)

Għaldaqstant, kwalunkwe kumpens mogħti lil fornituri tas-servizzi reġjonali tal-karozzi tal-linja għandu jitqies bħala li jista' jgħawewġ il-kompetizzjoni għall-għoti ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bil-karozzi tal-linja.

(127)

Barra minn hekk, vantaġġ mogħti lil impriża li topera f'suq li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni normalment għandu jkun preżunt li jaffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri. Tabilħaqq, “meta l-għajnuna finanzjarja mill-Istat issaħħaħ il-pożizzjoni ta' impriża meta mqabbla ma' impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati mill-għajnuna (32). Il-miżuri msemmija fil-premessa 96 taħt (a) u (c) għandhom għalhekk jiġu kkunsidrati bħala li jistgħu jaffettwaw in-negozju bejn l-Istati Membri sal-punt li dawn ikollhom impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-impriżi tat-trasport stabbiliti fi Stati Membri oħra biex joffru s-servizzi tagħhom fir-Repubblika Ċeka u jsaħħu l-pożizzjoni fis-suq tal-benefiċjarji tal-kumpens għal servizz pubbliku.

7.1.2.   Garanziji favur id-DP Ústí (miżura msemmija fil-premessa 96 taħt (d))

(128)

Id-DP Ústí kisbet garanziji mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem għall-iżgurar ta' self bankarju ta' CZK 35 miljun u CZK 5 miljun fl-2004 u l-2005. Dak is-self inkiseb għall-finalizzazzjoni tal-bini tal-linja tat-trolley-bus Ústí nad Labem — Střekov.

(129)

Biex dawn il-garanziji jikkostitwixxu għajnuna, għandhom jagħtu vantaġġ lill-benefiċjarju. F'dak ir-rigward, għandha ssir referenza għall-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji (33).

(130)

L-Avviż dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji jistipula li taħt ċerti ċirkostanzi, li għandhom jidhru b'mod kumulattiv, garanziji mogħtija mill-Istat ma jistgħux jitqiesu bħala għajnuna mill-Istat.

(131)

L-ewwel nett, min jissellef ma għandux ikun f'diffikultà finanzjarja. Il-Kummissjoni analizzat il-kontijiet tad-DP Ústí u kkonkludiet li l-kumpanija ma kinitx f'diffikultà fl-2004 u l-2005, jiġifieri fiż-żmien li fih kisbet il-garanziji.

(132)

It-tieni, il-limitu tal-garanzija għandu jitkejjel kif suppost fiż-żmien li fih jingħata. Dan ifisser li l-garanzija għandha tkun marbuta ma' tranżazzjoni finanzjarja speċifika, għal ammont massimu fiss u tkun limitata fiż-żmien. Il-Kummissjoni tinnota li f'dan il-każ il-garanzija kienet tabilħaqq tista' titkejjel peress li kienet marbuta direttament ma' żewġ każijiet ta' self bankarju ta' CZK 35 miljun u CZK 5 miljun. Barra minn hekk, dak is-self inkiseb strettament għall-finanzjament tal-infrastruttura tat-trasport pubbliku — il-bini tal-linja addizzjonali tat-trolley-bus f'Ústí nad Labem. Il-garanziji kienu limitati fiż-żmien peress li ngħataw għall-perjodu tal-ħlas lura tas-self (jiġifieri sat-30 ta' Ġunju 2009 għas-self ta' CZK 35 miljun u sal-31 ta' Marzu 2010 għas-self ta' CZK 5 miljun).

(133)

It-tielet, il-garanzija ġeneralment ma għandhiex tkopri aktar minn 80 % tas-self pendenti. Għalkemm nuqqas ta' konformità ma' dan ir-rekwiżit ma jfissirx li garanzija titqies awtomatikament bħala għajnuna mill-Istat (punt 4.4 tal-Avviż dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji), il-Kummissjoni għandha madankollu teżamina kwalunkwe garanziji li jkopru l-intier (jew kważi l-intier) tat-tranżazzjoni finanzjarja, bħal dik ipprovduta mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem.

(134)

Il-Kummissjoni tinnota li d-DP Ústí, sussidjarja kompletament proprjetà tal-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem, idderivat aktar minn 95 % tad-dħul tagħha mill-qadi ta' servizzi pubbliċi għat-trasport muniċipali bil-karozzi tal-linja u t-tram. Dawk is-servizzi pubbliċi kienu fdati lid-DP Ústí mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem permezz ta' kuntratt tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, iż-żewġ każijiet ta' self koperti mill-garanziji kienu esklussivament riżervati għall-finanzjament tal-bini ta' linja tat-trolley-bus biex titħaddem taħt l-obbligi tas-servizz pubbliku tad-DP Ústí. Għalhekk, is-self kopert kien esklussivament riżervat għall-attivitajiet tas-servizz pubbliku tad-DP Ústí. Barra minn hekk, id-DP Ústí hija kumpanija li l-attività tagħha hija kostitwita kważi biss minn obbligu ta' servizz pubbliku fdat kif suppost.

(135)

Għal dawk ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li l-kopertura 100 % tal-garanziji hija konformi mal-punt 3.4 tal-Avviż dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat KE dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji.

(136)

Ir-raba', għall-garanzija għandu jitħallas prezz orjentat għas-suq. Tabilħaqq, il-ġarr tar-riskju għandu normalment jiġi rimunerat permezz ta' primjum xieraq fuq l-ammont garantit. Meta l-prezz imħallas għall-garanzija jkun mill-anqas għoli daqs il-garanzija primjum korrispondenti tal-valutazzjoni komparattiva li tista' tinstab fis-swieq finanzjarji, dik il-garanzija ma tkunx tinkludi għajnuna.

(137)

F'dan il-każ, il-miżata ta' garanzija tammonta għal 2,3 %. Peress li l-benefiċjarju tal-għajnuna huwa operatur żgħir tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja mhuwiex possibbli li jinstab primjum xieraq ta' valutazzjoni komparattiva. Madankollu, l-awtoritajiet Ċeki pprovdew evidenza li r-rimunerazzjoni għall-garanzija ġiet stabbilita dak iż-żmien fuq il-bażi ta' opinjoni esperta indipendenti u kienet tirrifletti kundizzjonijiet tas-suq standard.

(138)

Fl-aħħar nett, min jissellef għandu, fil-prinċipju, jkun kapaċi jikseb self b'kundizzjonijiet tas-suq mis-swieq finanzjarji mingħajr ebda intervent mill-Istat. F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Ċeki ssottomettew offerta għal self ieħor mill-istess bank ta' Awwissu 2008 fejn dak il-bank offra lid-DP Ústí self li jammonta għal CZK 40 miljun b'żewġ kollaterali alternattivi possibbli: jew garanzija mill-muniċipalità ta' Ústí nad Labem jew rahan fuq l-assi tad-DP Ústí. Il-kundizzjonijiet tas-self kienu l-istess taħt iż-żewġ alternattivi, li huwa wkoll espressament ikkonfermat permezz ta' ittra mill-bank. Dan juri li d-DP Ústí setgħet tikseb is-self taħt l-istess kundizzjonijiet anke mingħajr il-garanzija.

(139)

Għalkemm dak is-self ġie pprovdut wara s-self kopert mill-garanziji evalwati f'dan il-każ, m'hemmx indikazzjonijiet li s-sitwazzjoni finanzjarja tad-DP Ústí kienet differenti b'mod sinifikanti f'dawn iż-żewġ perjodi. Skont il-karta tal-bilanċ tad-DP Ústí tal-31 ta' Diċembru 2004, il-kapital proprju tad-DP Ústí ammonta għal CZK 668 miljun filwaqt li d-djun totali tagħha ammontaw għal CZK 122 miljun biss (inkluż is-self garantit ta' CZK 35 miljun). Għalhekk, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, id-DP Ústí kienet tkun kapaċi tipprovdi kollateral suffiċjenti anke fl-2004/2005.

(140)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, għalkemm il-garanzija kopriet 100 % tas-self, l-awtoritajiet Ċeki ssottomettew biżżejjed evidenza li l-garanziji ma pprovdew ebda vantaġġ ekonomiku lid-DP Ústí. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-garanziji favur id-DP Ústí ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.1.3.   Żieda fil-kapital tal-ekwità fid-DP Ústí (miżura msemmija fil-premessa 96 taħt (e))

7.1.3.1.   Riżorsi tal-Istat

(141)

Iż-żieda fil-kapital tal-ekwità tad-DP Ústí twettqet mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem. Għalhekk, riżorsi tal-Istat kienu involuti f'dik l-operazzjoni.

7.1.3.2.   Vantaġġ ekonomiku

(142)

Fir-rigward taż-żieda fil-kapital, l-awtoritajiet Ċeki jargumentaw li l-għan tagħha kien li tipprovdi finanzjament għall-aħħar stadju tal-bini ta' netwerk ta' trolley-bus li kien ilu jinbena mill-1984. Dak l-investiment addizzjonali fl-elettrifikazzjoni tan-netwerk tat-trasport muniċipali ta' Ústí nad Labem, skont l-awtoritajiet Ċeki, itejjeb il-kundizzjonijiet ambjentali fil-muniċipalità.

(143)

Fin-nuqqas ta' evidenza li d-DP Ústí kienet tkun kapaċi tikseb finanzjament simili minn sorsi oħra jew li investitur privat ipotetiku kien jipprovdi tali żieda fil-kapital ukoll, iż-żieda fil-kapital għandha titqies li tipprovdi vantaġġ lid-DP Ústí.

7.1.3.3.   Selettività

(144)

Iż-żieda fil-kapital hija selettiva billi ngħatat lil kumpanija waħda biss, id-DP Ústí.

7.1.3.4.   Tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u effett fuq in-negozju bejn l-Istati Membri

(145)

Miżura mogħtija mill-Istat titqies li tgħawweġ jew thedded li tgħawweġ il-kompetizzjoni meta tkun kapaċi ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju meta mqabbel ma' impriżi oħrajn li jikkompeti magħhom. Għall-finijiet prattiċi kollha, tgħawwiġ tal-kompetizzjoni fis-sens tat-tifsira tal-Artikolu 107 tat-Trattat huwa għalhekk preżunt malli l-Istat jagħti vantaġġ finanzjarju lil impriża f'settur liberalizzat fejn hemm, jew jista' jkun hemm, kompetizzjoni.

(146)

Barra minn hekk, vantaġġ mogħti lil impriża li topera f'suq li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni normalment ikun preżunt li jaffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri. Anki sussidju pubbliku mogħti lil impriża li tipprovdi biss servizzi lokali jew reġjonali u ma tipprovdi ebda servizzi barra mill-Istat ta' oriġini tagħha jista' madankollu jkollu effett fuq in-negozju bejn Stati Membri fejn l-impriżi minn Stati Membri oħra jistgħu jipprovdu tali servizzi. Għalhekk, meta awtorità pubblika tagħti żieda fil-kapital lil impriża li tipprovdi servizzi tat-trasport, il-provvista ta' dawk is-servizzi tista', bis-saħħa ta' dik iż-żieda, tinżamm jew tiżdied bir-riżultat li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn ikollhom anqas ċans li jipprovdu s-servizzi tat-trasport tagħhom fis-suq ta' dak l-Istat Membru (34).

(147)

Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żieda tal-kapital favur id-DP Ústí aktarx li tgħawweġ il-kompetizzjoni u taffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri.

7.1.3.5.   Konklużjoni

(148)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żieda fil-kapital tal-ekwità tad-DP Ústí mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

7.1.4.   Kumpensi addizzjonali/miżuri oħrajn mogħtija lid-DP Ústí u d-DP Teplice fl-2005 u l-2006

(149)

Kif spjegat fil-premessi (26), (27) u (31), il-kumpensi addizzjonali mogħtija lid-DP Ústí mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem u l-kumpensi addizzjonali u t-tliet kirjiet ta' trolley-buses mogħtija lid-DP Teplice mill-Muniċipalità ta' Teplice huma relatati esklussivament mas-servizzi muniċipali tat-trasport pubbliku f'dawk il-muniċipalitajiet, b'tali mod li dawk il-miżuri ma jkunux relatati u huma separati b'mod ċar mill-kumpensi għal servizz pubbliku għat-trasport reġjonali tal-karozzi tal-linja pprovdut mir-Reġjun Ústí eżaminat fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ u f'din id-Deċiżjoni.

7.1.5.   L-affidament lid-DP Děčín bl-operat tal-miters tal-parkeġġ

(150)

Għalkemm il-Kummissjoni espliċitament ikkonkludiet fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li kwalunkwe vantaġġ potenzjali involut fl-affidament lid-DP Děčín bl-operat tal-miters tal-parkeġġ ma jistax ifixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa n-negozju bejn l-Istati Membri, peress li jissodisfa l-kundizzjonijiet għal għajnuna de minimis skont ir-Regolament (KE) Nru 69/2001, id-DPÚK ikkontestat dik il-konstatazzjoni billi argumentat li l-limitu de minimis ma japplikax fis-settur tat-trasport pubbliku.

(151)

Bi tweġiba għal dik l-affermazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-operat tal-miters tal-parkeġġ ma jistax jiġi kkunsidrat bħala attività ta' trasport. Għalkemm id-DP Děčín hija fornitur ta' servizzi tal-passiġġieri bil-karozzi tal-linja u attiva fis-settur tat-trasport, il-fatt li kienet topera miters tal-parkeġġ bħala attività sekondarja ma jfissirx li l-operat tal-miters tal-parkeġġ għandu jikkwalifika bħala attività tat-trasport eskluża mil-limitu de minimis. Il-Kummissjoni għalhekk issostni l-konklużjoni tagħha li l-pagamenti rċevuti mid-DP Děčín għall-operat tal-miters tal-parkeġġ jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 69/2001.

7.2.   KUMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA

(152)

L-Artikolu 93 tat-Trattat jipprovdi li “[m]iżuri ta' għajnuna meħtieġa għall-koordinament tat-trasport, jew li jikkorrispondu ma' rimborżi dwar ċerti piżijiet li jeżistu fil-prinċipju ta' servizz pubbliku għandhom ikunu kompatibbli mat-Trattati.” Dak l-Artikolu jikkostitwixxi lex specialis rigward l-Artikoli 106 u 107 tat-Trattat. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (35), l-għajnuna għat-trasport fuq l-art tista' tiġi ddikjarata kompatibbli fuq il-bażi tal-Artikolu 93 tat-Trattat biss f'każijiet definiti sewwa li ma jipperikolawx l-interessi ġenerali tal-Unjoni.

(153)

Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a), (c) u (e) jikkostitwixxu għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. F'dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà ta' dawn il-miżuri mas-suq intern, il-Kummissjoni sejra teżamina l-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c) flimkien, peress li tnejn jikkonċernaw kumpens mogħtija mir-Reġjun Ústí għall-qadi ta' obbligi tas-servizz pubbliku, filwaqt li l-miżura taħt (e) tikkonċerna żieda fil-kapital tad-DP Ústí mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem.

7.2.1.   Kumpensi għall-qadi ta' obbligi tas-servizz pubbliku mogħtija għall-provvista ta' servizzi tat-trasport (il-miżuri msemmija fil-premessa 96 taħt (a) u (c))

(154)

Peress li l-kumpens għal servizz pubbliku fil-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c) jirriżulta mill-konklużjoni ta' kuntratti ta' servizz pubbliku bejn ir-Reġjun Ústí u l-operaturi magħżula, pjuttost milli mill-impożizzjoni unilaterali ta' obbligi tas-servizz pubbliku, l-awtoritajiet Ċeki ma jistgħux jiddependu fuq l-eżenzjoni minn notifika minn qabel lill-Kummissjoni pprovduta mill-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69. Mis-sentenza Combus joħroġ li l-kunċett ta' “kumpens għal servizz pubbliku” fis-sens ta' dik id-dispożizzjoni għandu jiġi interpretat b'mod ristrett ħafna (36). L-eżenzjoni min-notifika pprovduta fl-Artikolu 17(2) tkopri biss kumpens għal obbligi tas-servizz pubbliku imposti unilateralment fuq impriża, skont l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament, li huwa kkalkulat permezz tal-metodu deskritt fl-Artikoli 10 sa 13 ta' dak ir-Regolament (il-proċedura ta' kumpens komuni), u mhux għal kuntratti tas-servizz pubbliku kif definiti mill-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament. B'kuntrast, il-kumpens imħallas skont kuntratt ta' servizz pubbliku kif definit mill-Artikolu 14 tar-Regolament (KEE) Nru 1191/69 li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat għandu jkun ġie notifikat lill-Kummissjoni qabel ma jkun daħal fis-seħħ. Nuqqas ta' dan jirriżulta fil-fatt li dak il-kumpens jitqies bħala għajnuna implimentata illegalment (37).

(155)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-eżami tal-kompatibbiltà tal-kumpensi għal servizz pubbliku għandu jsir skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (38). Hija ġurisprudenza stabbilita li r-regoli, il-prinċipji u l-kriterji ta' evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat fis-seħħ fid-data li fiha l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha jistgħu, bħala regola, jitqiesu bħala adattati aħjar għall-kuntest tal-kompetizzjoni (39). Ir-Regolament (KEE) Nru 1191/69 m'għadux applikabbli għal servizzi tat-trasport bit-triq tal-passiġġieri bħala riżultat tar-revoka tiegħu mir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fit-3 ta' Diċembru 2009. Għalhekk, kwalunkwe valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżura għandha ssir fuq il-bażi tar-regoli fis-seħħ fiż-żmien li l-Kummissjoni tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar jekk l-għajnuna għandhiex tiġi rkuprata bħala riżultat tal-fatt li tkun inkompatibbli mas-suq intern (40), f'dan il-każ, ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, li jirregola l-għoti ta' kuntratti tas-servizz pubbliku fil-qasam tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri bit-triq u bil-ferrovija.

(156)

Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 “[k]umpens għal servizz pubbliku għall-operat ta' servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri jew għall-konformità ma' obbligi ta' tariffa stabbiliti permezz ta' regoli ġenerali mħallsa skont dan ir-Regolament għandu jkun kompatibbli mas-suq [intern]. Tali kumpens għandu jkun eżenti mill-ħtieġa ta' notifika minn qabel imniżżla fl-Artikolu [108(3)] tat-Trattat”. Biex il-kumpens għal servizz pubbliku jiġi kkunsidrat bħala mħallas skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandhom jintlaħqu numru ta' kundizzjonijiet. L-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament jipprovdi li fil-każ ta' kuntratti ta' servizz pubbliku mogħtija direttament, il-kumpens għandu jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness għal dak ir-Regolament biex jiġi żgurat li l-kumpens ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jitwettaq l-obbligu tas-servizz pubbliku.

(157)

Kif spjegat fit-taqsimiet 2.2 u 2.4, il-kuntratti tas-servizz pubbliku konklużi b'rabta mal-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c) ma ngħatawx skont sejħa għall-offerti (41), iżda ngħataw direttament lill-operaturi inkwistjoni. Għalhekk, biex il-kumpens li jirriżulta minn dawk il-kuntratti jiġi kkunsidrat f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u għalhekk kompatibbli mas-suq intern u eżenti minn notifika minn qabel lill-Kummissjoni, dak il-kumpens għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament u l-Anness tiegħu.

(158)

L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jistabbilixxi l-kontenut obbligatorju tal-kuntratti għal servizz pubbliku u jistipula regoli ġenerali:

(a)

L-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jirrikjedi li l-obbligu ta' servizz pubbliku jiġi definit b'mod ċar. Barra minn hekk, biex jaqgħu fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, l-obbligi ta' servizz pubbliku stipulati minn dawk il-kuntratti għandhom jikkonformaw mad-definizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(e) tiegħu (42). Kif innotat fil-premessa 101, il-kuntratti li fuq il-bażi tagħhom l-awtoritajiet tar-Reġjun Ústí rranġaw il-forniment tal-obbligi ta' servizz pubbliku mal-operaturi tat-trasport elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c) jiddefinixxu l-ambitu tal-obbligu ta' servizz pubbliku biex jiġu pprovduti servizzi tat-trasport. Barra minn hekk, kif intwera permezz ta' paragun tat-telf mistenni li tista' tingħata prova tiegħu u t-telf reali għal dawk il-linji kif stipulat fit-Tabelli 1 sa 9 ta' hawn fuq, dawk il-linji ma jistgħux jitħaddmu fuq bażi kummerċjali sabiex operatur, kieku kellu jikkunsidra l-interessi kummerċjali tiegħu stess, ma jassumix l-operat tal-linji jew ma jassumix dan sal-istess punt jew taħt l-istess kundizzjonijiet mingħajr kumpens. Il-Kummissjoni għalhekk issib li kien hemm konformità mal-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 rigward il-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c).

(b)

L-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi li l-parametri li abbażi tagħhom il-kumpens jiġi kkalkulat għandu jiġi stabbilit minn qabel b'mod oġġettiv u trasparenti b'mod li jevita l-kumpens żejjed. Fil-valutazzjoni tagħha tat-tieni kundizzjoni ta' Altmark fil-premessi 102 sa 106, il-Kummissjoni nnotat li l-parametri kollha għall-kalkolu tal-prezzijiet għal kull wieħed mill-operaturi ġew stabbiliti b'mod ċar minn qabel fil-kuntratti individwali. Barra minn hekk, il-livell massimu ta' kumpens ġie stabbilit minn qabel u limitat mill-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu sabiex jiġi evitat kumpens żejjed. Bħala tali, il-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c) jikkonformaw mal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament.

(c)

L-Artikolu 4(1)(c) u l-Artikolu 4(2) tar-Regolament fihom arranġamenti rigward l-allokazzjoni tal-ispejjeż u d-dħul. Il-Kummissjoni tinnota li l-ispejjeż ekonomikament sostanzjati ddikjarati mill-operatur ġew determinati skont l-Artikolu 4(1)(c) u li l-kuntratti għal servizz pubbliku relatati mal-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c) jistipulaw li d-dħul mill-bejgħ ta' biljetti jinżamm mill-operatur. Ir-rekwiżit tal-Artikolu 4(2) huwa għalhekk ssodisfat ukoll.

(d)

L-Artikolu 4(3) tar-Regolament jeħtieġ li t-tul tal-kuntratti għal servizz pubbliku jkun limitat għal 10 snin għas-servizzi bil-karozzi tal-linja u bil-kowċ. Il-kuntratti għal servizzi pubbliċi taħt kunsiderazzjoni jkopru perjodi ta' mhux aktar minn sena.

(e)

L-Artikolu 4(6) tar-Regolament fih ir-rekwiżit tal-konformità ma' ċerti standards ta' kwalità. Tabilħaqq, il-Kummissjoni tinnota li r-rekwiżiti għall-istandards ta' kwalità (pereżempju obbligi li jiġu pprovduti servizzi skont l-iskeda approvata, li jiġi żgurat ċertu livell ta' sigurtà għall-passiġġieri, li jiġu ppubblikati skedi u mmarkati karozzi tal-linja bl-ismijiet tal-linji eċċ.) kienu stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli u debitament inklużi fid-dokumenti tal-offerti u fil-kuntratti għal servizz pubbliku. Għalhekk, hemm konformità mal-Artikolu 4(6).

Fid-dawl ta' dawk l-osservazzjonijiet, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dispożizzjonijiet obbligatorji kollha tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ġew rispettati fir-rigward tal-kuntratti għal servizz pubbliku konklużi b'rabta mal-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c).

(159)

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jipprovdi li l-kumpens ma jistax jaqbeż ammont li jikkorrispondi għall-ammont finanzjarju li jikkonsisti mill-fatturi li ġejjin: spejjeż li jsiru b'rabta ma' obbligu ta' servizz pubbliku bit-tnaqqis tad-dħul mill-biljetti, bit-tnaqqis ta' kwalunkwe effetti finanzjarji pożittivi ġenerati fin-netwerk imħaddem taħt l-obbligu ta' servizz pubbliku, biż-żieda ta' qligħ raġonevoli (punt 2 tal-Anness). Il-punt 6 tal-Anness jiddefinixxi qligħ raġonevoli bħala “rata ta' dħul fuq il-kapital li hija normali għas-settur fi Stat Membru partikolari u li tqis ir-riskju, jew in-nuqqas ta' riskju, li jkun għamel l-operatur ta' servizz pubbliku permezz tal-intervent tal-awtorità pubblika”.

(160)

Rigward il-miżuri elenkati fil-premessa 96 taħt (a) u (c), il-kumpens żejjed ġie evitat permezz ta' verifika ex post tal-ispejjeż attwali magħmula u d-dħul riċevut. F'każ li t-telf reali kien aktar baxx mill-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, l-operaturi ġew ikkumpensati biss għall-ammont tat-telf reali. F'każ li t-telf reali kien ogħla, il-kumpens kien limitat għall-ammont tal-istima oġġettiva preliminari tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, bil-possibbiltà ta' provvediment għal spejjeż mhux prevedibbli. Fi kwalunkwe każ, il-kumpens ma jistax ikun ogħla mit-telf reali magħmul mill-operatur.

(161)

Fir-rigward tal-“qligħ raġonevoli”, il-kalkolu tiegħu taħt il-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq (43) huwa marbut mal-ħtieġa ta' investimenti tal-operaturi tal-karozzi tal-linja fil-vetturi ferrovjarji tagħhom. B'mod aktar speċifiku, huwa definit bħala “l-ammont li — wara t-tassazzjoni […] — ma jaqbiżx 12.5 % tal-prezz tal-karozzi tal-linja normalment użati għat-trasport tal-passiġġieri b'linja pubblika li jipprovdu s-servizzi tat-traffiku fil-qafas tat-twettiq tal-obbligu ta' servizz pubbliku, bit-tnaqqis tas-somma tad-deprezzament reali totali ta' dawk il-karozzi tal-linja, u s-somma minfuqa għal investimenti relatati mat-tħaddim tat-trasport tal-passiġġieri b'linja pubblika, sakemm l-awtorità rilevanti tkun esprimiet l-approvazzjoni tagħha għall-investiment għall-iskop tal-inkorporazzjoni tagħha fil-kalkolu tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu.” Il-Kummissjoni tinnota li f'dan il-każ il-qligħ raġonevoli inkluż fil-kalkoli tal-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu kien ta' madwar 5 % fil-kuntratti kkunsidrati u li tali profitt jitqies raġonevoli għas-settur tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja tar-Repubblika Ċeka (44). Għalhekk, il-kalkolu tal-qligħ raġonevoli fil-kuntratti kkunsidrati jikkonforma mar-rekwiżiti tal-punt 6 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

(162)

Il-punt 4 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jeħtieġ li l-ispejjeż u d-dħul jiġu kkalkulati skont ir-regoli tal-kontabbiltà u tat-taxxa fis-seħħ (il-punt 4 ta' dak l-Anness). Barra minn hekk, għal raġunijiet ta' trasparenza, għandu jkun hemm separazzjoni tal-kontijiet (il-punt 5 ta' dak l-Anness).

(163)

L-awtoritajiet Ċeki kkonfermaw li l-kalkolu tal-ispejjeż u d-dħul twettaq skont ir-regoli tat-taxxa u tal-kontabbiltà fis-seħħ u li l-qafas legali applikabbli għall-operaturi kollha f'termini ta' standards tal-kontabbiltà u regoli nazzjonali dwar il-kompetizzjoni kien jeħtieġ l-impriża żżomm kontijiet separati għall-attivitajiet differenti tagħha, b'tali mod li r-rekwiżit tas-separazzjoni tal-kontijiet kien rispettat ukoll. L-awtoritajiet Ċeki kkonfermaw li l-pagamenti kuntrattwali magħmula lill-operaturi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja fir-Reġjun Ústí fuq il-bażi tal-kuntratti għal servizz pubbliku ddaħħlu fil-kontijiet separatament mill-attivitajiet l-oħra mwettqa fuq bażi purament kummerċjali, biex b'hekk tiġi evitata kwalunkwe forma ta' sussidjar inkroċjat.

(164)

Fl-aħħar nett, il-punt 7 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jeħtieġ li l-metodu tal-kumpens jippromwovi l-manteniment jew l-iżvilupp ta' ġestjoni effettiva mill-operatur ta' servizz pubbliku, li tista' tkun suġġetta għal valutazzjoni oġġettiva. Huwa jeħtieġ ukoll li jiġi promoss l-għoti ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ta' standard għoli biżżejjed. Il-metodu ta' kumpens fil-kuntratti taħt kunsiderazzjoni jippromwovi l-manteniment ta' ġestjoni effettiva kif ukoll l-għoti ta' servizzi tat-trasport tal-passiġġieri ta' standard għoli biżżejjed, b'mod partikolari minħabba li l-kumpensi ma jistgħux jaqbżu l-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu. Għalhekk, l-operaturi tat-trasport għandhom inċentiv biex jamministraw l-operazzjonijiet tagħhom b'mod effettiv u jipprovdu standard għoli biżżejjed għall-passiġġieri għax jekk l-operatur jiġġenera telf addizzjonali li jaqbeż l-istima oġġettiva tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu, dak it-telf mhux sejjer jiġi kkumpensat. L-istandards ta' kwalità tas-servizzi pprovduti huma żgurati mir-rekwiżiti ta' kwalità inklużi fil-kuntratti tal-obbligi ta' servizz pubbliku mal-operaturi. Il-metodu ta' kumpens għalhekk jikkonforma mal-punt 7 tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

(165)

Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-rekwiżiti kollha tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 ġew issodisfati.

(166)

Bħala konsegwenza, il-Kummissjoni tqis li l-kumpens mogħti lil ċerti operaturi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja u msemmija fil-premessa 96 taħt (a) u (c) jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, b'tali mod li skont l-Artikolu 9 tiegħu l-għajnuna għandha titqies bħala kompatibbli mas-suq intern u eżenti minn notifika minn qabel.

7.2.2.   Żieda fil-kapital tal-ekwità għad-DP Ústí (miżura msemmija fil-premessa 96 taħt (e))

(167)

Skont l-awtoritajiet Ċeki, iż-żieda fil-kapital tal-ekwità tad-DP Ústí b'CZK 160 000 000 imwettqa mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem fl-2006 hija kompatibbli mas-suq intern bħala miżura li tissodisfa l-bżonnijiet ta' koordinament tat-trasport f'konformità mal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1107/70 (45). Taħt dik l-eżenzjoni, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport hija kompatibbli mas-suq intern meta dik “l-għajnuna tingħata lil intrapriżi li jridu jġorru spejjeż li għandhom x'jaqsmu mal-infrastruttura użata minnhom, waqt li intrapriżi oħrajn mhumiex soġġetti għal piż bħal dan. Waqt li jiġi stabbilit l-ammont ta' għajnuna mogħti b'dan il-mod wieħed għandu jqis l-ispejjeż ta' infrastruttura li mezzi tat-trasport rivali ma jridux iġorru.”

(168)

Ir-Regolament (KEE) Nru 1107/70 tħassar bir-Regolament (KE) Nru 1370/2007, sabiex issal-kompatibbiltà ta' għajnuna għall-bini ta' infrastruttura tat-trasport tista' tiġi eżaminata direttament skont l-Artikolu 93 tat-Trattat. Il-Kummissjoni tqis li ż-żieda tal-kapital ipprovduta mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem biex tiffinanzja l-bini mid-DP Ústí ta' rotta ta' trolley-bus tikkostitwixxi attività ta' koordinazzjoni skont it-tifsira ta' dik id-dispożizzjoni peress li għandha l-għan li ċċaqlaq l-attivitajiet tat-trasport minn mezz wieħed għall-ieħor.

(169)

B'mod konformi mal-prattika deċiżjonali tagħha (46), l-għajnuna mogħtija lill-impriżi għall-koordinazzjoni tat-trasport hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 93 TFUE, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-għajnuna tikkontribwixxi għal oġġettiv ta' interess komuni

(b)

L-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonata

(c)

L-aċċess għall-infrastruttura inkwistjoni huwa miftuħ għall-utenti kollha fuq bażi nondiskriminatorja

(d)

L-għajnuna ma twassalx għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni kontra l-interess komuni

7.2.2.1.   Oġġettiv ta' interess ġenerali

(170)

L-Unjoni ilha xi żmien issegwi politika mmirata lejn l-ibbilanċjar ta' mezzi tat-trasport differenti kif ukoll lejn it-tisħiħ tal-kompetittività tat-trasport intermodali vis-à-vis it-trasport bit-triq. L-għan ewlieni tal-politika tat-trasport intermodali tal-Unjoni huwa li toħloq bidla modali mit-triq għal mezzi oħra tat-trasport. Il-White Paper dwar il-politika Ewropea tat-trasport (47) tinkoraġġixxi l-użu ta' mezzi tat-trasport ekoloġiċi biex isiru alternattivi kompetittivi għat-trasport bit-triq.

(171)

Il-Kummissjoni tfakkar li s-settur tat-trasport huwa affettwat minn esternalitajiet negattivi minħabba l-fatt li l-mezzi differenti ma jħallsux l-ispiża reali li jimponu fuq is-soċjetà. Minn dan isegwi li l-kompetizzjoni intermodali hija mgħawwġa u tinvolvi fallimenti tas-suq. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li jista' jkun neċessarju li l-Istat jintervjeni billi jikkoordina miżuri fis-settur tat-trasport.

(172)

Iż-żieda tal-kapital inkwistjoni ġiet ipprovduta esklussivament biex tiffinanzja l-bini mid-DP Ústí ta' rotta tat-trolley-bus (Ústí nad Labem — Střekov) bil-għan li jittejbu l-flussi tat-traffiku bejn dawk iż-żewġ punti ġeografiċi u jitnaqqas it-tniġġis ambjentali. Għalhekk l-għajnuna għandha l-għan li tippromwovi l-intermodalità u ttejjeb l-istandards ambjentali tat-trasport fir-reġjun Ústí, li huwa konformi mal-interess ġenerali tal-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura tgħin sabiex jintlaħaq oġġettiv ta' interess ġenerali definit b'mod ċar.

7.2.2.2.   Neċessità u proporzjonalità tal-għajnuna

(173)

Il-Kummissjoni tqis li l-miżura hija meħtieġa biex jinkiseb l-għan tat-trasferiment ta' parti mill-attività tat-trasport minn linja standard ta' karozzi tal-linja għal linja ta' trolley-bus, filwaqt li jiġi inkoraġġit trasport pubbliku intermodali u aktar ekoloġiku. Fin-nuqqas ta' għajnuna, tali bidla ma sseħħx u t-trasport fuq il-linja inkwistjoni jkompli jitwettaq minn trasport bil-karozzi tal-linja anqas ekoloġiku.

(174)

Il-Kummissjoni tinnota li d-DPÚK fil-kummenti tagħha sostniet li kienet ipproponiet lill-awtoritajiet alternattiva ferm irħas għal tip ta' trasport lokali favur l-ambjent fuq il-linja Ústí nad Labem — Střekov (ibbażat fuq karozzi tal-linja CNG minflok it-trolley-buses tad-DP Ústí), iżda li dik l-alternattiva ġiet irrifjutata. Madankollu, l-awtoritajiet Ċeki m'għandhomx rekord uffiċjali ta' sottomissjoni formali mid-DPÚK ta' proġett alternattiv biex jiġi żgurat trasport aktar ekoloġiku fil-muniċipalità. Il-proġett mehmuż mas-sottomissjoni tad-DPÚK huwa datat Ġunju 2001 u għalhekk ma kienx rilevanti fil-mument taż-żieda vvalutata tal-kapital. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Ċeki jsostnu li l-linja Ústí nad Labem — Střekov kienet parti integrali mis-sistema tat-trolley-bus li bdiet tinbena gradwalment mill-1984 u ilha taħdem mill-1988.

(175)

Għalhekk, il-linja Ústí nad Labem — Střekov kienet mibnija bħala parti integrali mis-sistema eżistenti tat-trolley-bus proprjetà tad-DP Ústí u operata minnha. Barra minn hekk, m'hemm ebda evidenza ċara li kienet teżisti xi alternattiva raġonevoli u disponibbli fiż-żmien taż-żieda tal-kapital. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe soluzzjonijiet alternattivi għal din il-parti partikolari tan-netwerk mill-fornituri li jikkompetu ma kinux alternattiva raġonevoli li għandha titqies mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem.

(176)

Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżura, il-Kummissjoni awtorizzat għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura tat-trasport fil-passat sa intensità ta' għajnuna ta' 50 % (48). Dan l-aħħar, meta l-Istati Membri wrew il-ħtieġa ekonomika għal intensità ta' għajnuna aktar għolja, il-Kummissjoni kienet lesta li taċċetta tali intensitajiet aktar għoljin f'każijiet iġġustifikati kif xieraq (49).

(177)

F'dan il-każ, il-miżura msemmija fil-premessa 96 taħt (e) tipprovdi għal intensità ta' għajnuna ta' 89 % favur id-DP Ústí: l-ispejjeż totali tal-kostruzzjoni tal-linja tat-trolley-bus ammontaw għal madwar CZK 179.3 miljun, filwaqt CZK 160 miljun minnhom kienu ffinanzjati miż-żieda fil-kapital. Madankollu, il-Kummissjoni tqis iż-żieda tal-kapital proporzjonata biex jintlaħaq l-għan iddikjarat ta' interess ġenerali għar-raġunijiet li ġejjin:

Kuntrarjament għall-għajnuna fil-forma ta' għotja diretta, l-għajnuna inkwistjoni ngħatat permezz ta' żieda fil-kapital. Dan ifisser li l-ammont attwali tal-għajnuna involuta fl-operazzjoni hija aktar baxxa b'mod sinifikanti mill-valur taż-żieda tal-kapital, peress li l-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem hija l-unika azzjonista tad-DP Ústí kemm qabel kif ukoll wara ż-żieda tal-kapital. Bħala azzjonista 100 % tad-DP Ústí, il-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem żżomm sjieda indiretta tal-linja tat-trolley-bus ffinanzjata miż-żieda fil-kapital u sejra tkun tista' tgawdi qligħ mit-tħaddim tagħha jew minn bejgħ eventwali tagħha peress li l-valur tad-DP Ústí jkun żdied minħabba dan l-investiment. Għalhekk, il-forniment ta' finanzjament fil-forma ta' żieda fil-kapital jiżgura li l-intensità attwali tal-għajnuna hija anqas minn dik li tirriżulta minn paragun sempliċi taż-żieda tal-kapital u l-ispejjeż totali tal-proġett.

Fir-rigward tal-effett tal-inċentiv, minħabba l-ammont tal-investiment f'dan il-proġett jidher improbabbli li d-DP Ústí tkun tista' twettaq dawn l-investimenti mingħajr kapital addizzjonali. Il-Kummissjoni tinnota f'dan ir-rigward li l-bini ta' partijiet oħrajn, anqas sinifikanti tan-netwerk tas-sistema tat-trolley-bus f'Ústí nad Labem kien iffinanzjat permezz ta' mezzi oħrajn (eż. self bankarju li jammonta għal CZK 5 miljun u CZK 35 miljun fl-2004 u l-2005 jew għal CZK 40 miljun fl-2007 — ara hawn fuq it-taqsima 7.1.2). Madankollu, il-linja tat-trolley-bus Ústí nad Labem — Střekov kienet l-aħħar parti sinifikanti pendenti tas-sistema tan-netwerk tat-trolley-bus li qed tinbena f'Ústí nad Labem mill-1984.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li r-riżorsi miż-żieda fil-kapital tal-ekwità ta' CZK 160 miljun huma strettament marbutin għal użu esklussiv fl-iffinanzjar tal-bini tal-linja tat-trolley-bus Ústí nad Labem — Střekov. Ir-riżorsi miż-żieda fil-kapital jinżammu f'kont separat tad-DP Ústí, li minnu jsiru l-pagamenti għall-bini tal-linja tat-trolley-bus. Il-flus għalhekk ma jistax jintuża għal sussidjar inkroċjat possibbli tal-operat tat-trasport ta' DP Ústí.

Fl-aħħar nett, l-ammont li jifdal tal-ispejjeż tal-bini tal-linja tat-trolley-bus ta' CZK 19,3 miljun ġie ffinanzjat mir-riżorsi proprji tad-DP Ústí. Għalhekk, l-għajnuna kienet limitata għall-ammont minimu meħtieġ biex tingħalaq id-diskrepanza ta' finanzjament tal-proġett.

(178)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna hija proporzjonata biex jintlaħaq l-għan iddikjarat ta' interess ġenerali.

7.2.2.3.   L-aċċess għall-infrastruttura inkwistjoni huwa miftuħ għall-utenti kollha fuq bażi nondiskriminatorja

(179)

Bħala parti mis-sistema tat-trasport pubbliku, l-użu tat-trolley-buses sejjer ikun miftuħ għall-passiġġieri kollha fuq bażi nondiskriminatorja.

7.2.2.4.   L-għajnuna m'għandhiex tikkontribwixxi għal tgħawwiġ tal-kompetizzjoni kontra l-interess ġenerali

(180)

It-trasport bit-trolley-bus jeħtieġ ċertu infrastruttura bażika sabiex jikkostitwixxi alternattiva vijabbli għat-trasport bit-triq. Minħabba li ż-żieda tal-kapital hija limitata għall-ispejjeż addizzjonali neċessarji għall-bini tal-linja tat-trolley-bus u ma jkoprix l-ispejjeż operattivi tad-DP Ústí, il-miżura msemmija fil-premessa 96 taħt (e) mhux sejra tirriżulta fit-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni vis-à-vis it-trasport bil-karozza tal-linja sa punt li jmur kontra l-interess ġenerali.

(181)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għajnuna mill-Istat li tirriżulta minn dik l-operazzjoni tista' titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 93 tat-Trattat.

8.   KONKLUŻJONI

(182)

Fid-dawl ta' dak t'hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpensi mogħtija mir-Reġjun Ústí lil ċerti operaturi tat-trasport reġjonali bil-karozzi tal-linja għall-qadi ta' obbligu ta' servizz pubbliku fil-perjodu mid-9 ta' Settembru 2006 sat-2 ta' Ġunju 2007 u l-garanziji mogħtija mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem favur id-DP Ústí għall-iżgurar ta' self ta' CZK 35 miljun u CZK 5 miljun ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

(183)

Il-Kummissjoni tikkonkludi wkoll li l-kumpensi mogħtija mir-Reġjun Ústí lil ċerti operaturi tat-trasport reġjonali bil-karozza tal-linja għall-qadi ta' obbligu ta' servizz pubbliku fil-perjodu tal-2005-2006 u kumpensi mogħtija mir-Reġjun Ústí lil ċerti operaturi tat-trasport reġjonali bil-karozza tal-linja għall-qadi ta' obbligu ta' servizz pubbliku fil-perjodu bejn id-9 ta' Settembru 2006 u l-31 ta' Diċembru 2006 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat li huwa kompatibbli mas-suq intern u eżenti mir-rekwiżit tan-notifika minn qabel stabbilit fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

(184)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkonkludi li ż-żieda tal-kapital ta' CZK 160 miljun mill-Muniċipalità ta' Ústí nad Labem favur id-DP Ústí tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Ċeka implimentat illegalment bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Madankollu, l-għajnuna mill-Istat li tirriżulta minn dik l-operazzjoni tista' titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 93 tat-Trattat.

(185)

Għaldaqstant, il-Kummissjoni,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Ċeka implimentat favur ČSAD BUS Ústí nad Labem a.s., Dopravní podnik města Ústí nad Labem a.s., Dopravní podnik Teplice, s.r.o., Dopravní podnik měst Chomutova a Jirkova a.s., Dopravní podnik města Děčín, a.s., Dopravní podnik měst Mostu a Litvínova a.s., Autobusová doprava, s.r.o., Podbořany, Miroslav Ohem — SADO, Petr Frommel — FOBUS, Petr Stejskal — SPORTBUS u Vilém Graupner, stroj. a stav. údržba fil-forma ta' kumpensi għal servizz tat-trasport pubbliku fil-perjodu bejn l-2005 u l-2006 hija kompatibbli mas-suq intern skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u għalhekk l-Artikolu 93 tat-Trattat.

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Ċeka implimentat favur ČSAD Semily a.s., Dopravní podnik města Děčín, a.s., ČSAD Střední Čechy, spol. s r.o., Dopravní podnik Teplice, s.r.o., Dopravní podnik města Ústí nad Labem a.s., Dopravní podnik měst Chomutova a Jirkova a.s. u Dopravní podnik Mladá Boleslav, s.r.o. fil-forma ta' kumpensi għas-servizz tat-trasport pubbliku fil-perjodu mid-9 ta' Settembru 2006 sal-31 ta' Diċembru 2006 hija kompatibbli mas-suq intern skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 u għalhekk l-Artikolu 93 tat-Trattat.

L-għajnuna mill-Istat li r-Repubblika Ċeka implimentat illegalment bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat favur Dopravní podnik města Ústí nad Labem a.s. fil-forma ta' żieda fil-kapital li tammonta għal CZK 160 miljun hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 93 tat-Trattat.

Artikolu 2

Il-miżura li r-Repubblika Ċeka implimentat għal Autobusy Karlovy Vary, a.s., Autobusy Kavka, a.s., ČSAD Slaný a.s., Dopravní podnik měst Mostu a Litvínova, a.s. and ZDAR, a.s. fil-forma ta' kumpensi għas-servizz tat-trasport pubbliku fil-perjodu mid-9 ta' Settembru 2006 sat-2 ta' Ġunju 2007 u għal Dopravní podnik města Ústí nad Labem a.s. fil-forma ta' garanziji li jammontaw għal CZK 35 miljun u CZK 5 miljun ma jikkostitwixxux għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Joaquín ALMUNIA

Viċi President


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' April 2008 (ĠU C 187, 24.7.2008, p. 14).

(2)  Ara n-nota f'qiegħ il-paġna 1.

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1).

(4)  Skont l-awtoritajiet Ċeki, il-maġġoranza tas-suq tat-trasport bil-karozzi tal-linja tal-passiġġieri pubbliku huwa pprovdut fuq il-bażi ta' kuntratti għal obbligi ta' servizz pubbliku.

(5)  Xi dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar it-Trasport bit-Triq, b'mod partikolari rigward l-obbligu tas-servizz pubbliku, ġew imħassra minn Lulju 2010 mill-Att Nru 194/2010 Coll., dwar is-servizzi pubbliċi fit-trasport tal-passiġġieri, u sostitwiti minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-att imsemmi l-aħħar. Madankollu, il-qafas legali msemmi f'din it-taqsima jirrifletti s-sitwazzjoni fil-perjodu rilevanti għall-valutazzjoni tal-miżuri tal-allegata għajnuna mill-Istat, jiġifieri s-snin 2004-2007.

(6)  Qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni, il-kumpens għat-telf mill-obbligi tat-trasport pubbliku kien żgurat permezz ta' kuntratti bejn il-muniċipalità u l-fornitur ewlieni tat-trasport pubbliku. Dawk il-kuntratti, għalkemm mhux formalment kuntratti ta' obbligi tas-servizz pubbliku f'dak li jirrigwarda l-forma tagħhom, issodisfaw in-natura sostanzjali ta' tali kuntratti. Il-bażi għall-kalkolu tal-kumpens kienet opinjoni esperta tat-telf previst mill-operat tal-linja tat-trasport pubbliku kif determinat mill-obbligu tas-servizz pubbliku. Jekk it-telf reali kien differenti b'mod sinifikanti mit-telf previst mill-opinjoni esperta, is-saldi finali saru fi tmiem is-sena kalendarja. L-istess prinċipju applika għal kumpensi eċċessivi possibbli.

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1191/69 tas-26 ta' Ġunju 1969 dwar azzjoni mill-Istati Membri dwar l-obbligi inerenti fil-kunċett ta' servizz pubbliku fit-trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 156, 28.6.1969, p. 1).

(8)  Skont il-liġi Ċeka, il-kumpens għal kuntratti tas-servizz pubbliku huwa ekwivalenti għall-kunċett ta' telf li tista' tingħata prova tiegħu. Għal każ simili, ara wkoll id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 3/08 (ex NN 102/05) tas-26 ta' Novembru 2008 — Ir-Repubblika Ċeka — Kumpensi tas-servizz pubbliku għal Southern Moravia Bus Companies (ĠU L 97, 16.4.2009, p. 14), jew id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1627 finali N 495/07 tat-30 ta' April 2008 — Ir-Repubblika Ċeka — Program pořízení a obnovy železničních kolejových vozidel (ĠU C 152, 18.6.2008, p. 21).

(9)  Il-qligħ adegwat huwa mifhum f'dan ir-Regolament bħala ‘l-ammont li — wara t-taxxa […] — ma jaqbiżx 1/8 tal-prezz tal-karozzi tal-linja użati normalment għat-trasport tal-linja pubbliku tal-passiġġieri li jipprovdu s-servizzi tat-traffiku billi jissodisfaw l-obbligu tas-servizz pubbliku mnaqqas mis-somma tad-deprezzament reali totali ta' dawn il-karozzi tal-linja u mill-ammont li jkun intnefaq f'investimenti relatati mal-operat tat-trasport tal-linja pubbliku tal-passiġġieri, kemm-il darba l-awtorità rilevanti tkun esprimiet l-approvazzjoni tagħha għall-investiment sabiex dan ikun inkorporat fil-kalkolu tat-telf li tista' tingħata prova tiegħu’.

(10)  Id-Digriet tal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet Nru 50/1998 Coll., dwar it-telf li tista' tingħata prova tiegħu fit-trasport tal-linja pubbliku tal-passiġġieri, ġie sostitwit mir-Regolament Nru 493/2004 Coll. mill-21 ta' Settembru 2004. Ir-Regolament Nru 493/2004 Coll. baqa' fis-seħħ sal-1 ta' Lulju 2010, jiġifieri matul il-perjodu meta ngħataw il-kumpensi investigati.

(11)  Il-fornitur tat-trasport reġjonali bil-karozza tal-linja eżistenti u li qabel kien tal-Istat għar-Reġjun Ústí u r-Reġjun Liberec fl-2004. DPÚK hija waħda mis-suċċessuri legali ta' ČSAD wara x-xoljiment tagħha f'żewġ kumpaniji reġjonali tal-karozzi tal-linja: waħda għar-Reġjun Ústí (DPÚK) u waħda għar-Reġjun Liberec.

(12)  Anke biċ-ċifri kif ġew korretti mill-awtoritajiet Ċeki, l-ammonti indikati fit-tabella ma jikkorrispondux totalment għall-formula mogħtija f'xi każijiet (it-telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km mmultiplikat bin-numru ta' kilometri ma jaqbilx kompletament mat-telf globali li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK). Madankollu, id-differenzi huma marġinali biss u fil-każijiet kollha l-ammonti ppreżentati fit-Tabella 2 (kumpens attwalment mogħti) huma anqas mir-riżultati tal-formoli loġiċi.

(13)  Il-prezz mistenni tas-servizzi tat-trasport huwa t-total tal-ispejjeż ekonomikament ammissibbli li għandhom isiru minn operatur li jwettaq obbligi tas-servizz pubbliku tat-trasport u qligħ raġonevoli relatat ma' tali nefqa.

(14)  Dħul mistenni huwa l-irċevuti u d-dħul li għandhom jinkisbu mill-operatur meta jwettaq l-obbligu tas-servizz pubbliku tat-trasport inkluż id-dħul mill-biljetti.

(15)  F'xi każijiet, l-ammonti indikati fit-tabella ma jikkorrispondux kompletament għall-formuli matematiċi (il-prezz globali mistenni tas-servizzi tat-trasport ikkalkulat bħala n-numru ta' km mmultiplikat mill-prezz globali mistenni tas-servizzi tat-trasport; id-dħul globali previst ikkalkulat bħala n-numru ta' km mmultiplikat mid-dħul previst f'CZK/km; it-telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km ikkalkulat bħala l-prezz mistenni tas-servizzi tat-trasport f'CZK/km mingħajr id-dħul previst f'CZK/km, eċċ.) Skont l-awtoritajiet Ċeki, it-telf li tista' tingħata prova tiegħu ġie nnegozjat ma' ċerti fornituri tat-trasport biex ikun aktar baxx mid-differenza bejn il-prezz mistenni tas-servizzi tat-trasport u d-dħul previst.

(16)  Ir-raġuni għala ċerti ismijiet jidhru aktar minn darba hija li hemm diversi kuntratti li jinvolvu l-istess fornitur tas-servizz. F'ċerti każijiet, l-ammonti indikati fit-tabella ma jikkorrispondux kompletament għall-formola mogħtija (it-telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km immoltiplikat bin-numru ta' kilometri ma jaqbilx kompletament mat-telf globali li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK). Madankollu, id-differenzi huma marġinali biss u fil-każijiet kollha l-ammonti ppreżentati fit-tabella 7 ta' hawn taħt (kumpens mogħti attwalment) huma aktar baxxi mir-riżultati tal-formoli matematiċi.

(17)  Wara t-terminazzjoni tas-servizz minn DPÚK fit-8 ta' Settembru 2006 u bħala riżultati tal-fatt li l-operatur magħżul bħala s-sostitut fis-sejħa għall-offerti naqas milli jiżgura s-servizz.

(18)  Kuntratti sussegwenti għal dawn il-linji, li ma jiffurmawx is-suġġett ta' din id-Deċiżjoni, ġew konklużi wara proċedura ta' għoti miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet bl-uniku kriterju tal-prezz tas-servizz offrut. Dawk il-kuntratti ġew konklużi għal perjodu ta' tmien snin.

(19)  F'xi każijiet, l-ammonti indikati fit-tabella ma jikkorrispondux kompletament mal-formula mogħtija (it-telf li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK/km mmultiplikat bin-numru ta' kilometri ma jaqbilx kompletament mat-telf globali li tista' tingħata prova tiegħu f'CZK). Madankollu, id-differenzi huma marġinali biss u fil-każijiet kollha l-ammonti ppreżentati fit-tabella 9 ta' hawn taħt (kumpens attwalment mogħti) huma anqas mir-riżultati tal-formoli matematiċi.

(20)  Bank li jappartjeni lis-Société Générale Group.

(21)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 69/2001 tat-12 ta' Jannar 2001 dwar it-tħaddim tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE dwar għajnuna de minimis (ĠU L 10, 13.1.2001, p. 30).

(22)  Kawża C-280/00 Altmark Trans GmbH and Regierungspräsidium Magdeburg v Nahverkehrsgesellschaft Altmark GmbH [2003] Ġabra I-7747. Għall-erba' kundizzjonijiet ta' Altmark, ara l-premessa (98).

(23)  L-awtoritajiet Ċeki nnotaw ukoll li l-fatt li r-Reġjun Ústí ppubblika t-tieni sensiela ta' konċessjonijiet juri l-approċċ miftuħ u trasparenti tiegħu peress li fil-każ inkwistjoni l-kundizzjonijiet għall-akkwist pubbliku taħt proċedura mhux pubblika jkunu ssodisfati (b'mod konformi mal-Artikolu 31(1)(c) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114)).

(24)  Zdar, a.s. żgurat servizz bażiku tat-trasport pubblikuf'żona waħda tar-Reġjun Ústí.

(25)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1107/70 tal-4 ta' Ġunju 1970 dwar l-għoti ta' għajnuniet għal trasport bil-ferrovija, bit-triq u bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 130, 15.6.1970, p. 1). Għalkemm ir-Regolament ġie rrevokat fit-3 ta' Diċembru 2009, kien applikabbli fiż-żmien taż-żieda tal-kapital tal-2006.

(26)  Dak l-approċċ huwa konsistenti mal-approċċ ġenerali tal-Kummissjoni għas-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali f'setturi oħra. Ara, b'mod partikolari, il-punt 48 tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-għoti ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).

(27)  Ara l-premessa 17.

(28)  Din il-konklużjoni hija mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni rigward l-akkwist pubbliku.

(29)  F'dan ir-rigward, ara wkoll il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għal kumpensi mogħtija għall-għoti ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, imsemmija fin-nota f'qiegħ il-paġna 32, taqsima 3.6.2.

(30)  Kawża 730/79 Philip Morris [1980] Ġabra 2671, paragrafu 11; Kawżi Konġunti T-298/97, T-312/97, T-313/97, T-315/97, T-600/97 sa 607/97, T-1/98, T-3/98 sa T-6/98 u T-23/98 Alzetta [2000] Ġabra II-2319, paragrafu 80.

(31)  Alzetta, paragrafi 141 sa 147; Altmark Trans.

(32)  Kawża T-288/97 Friuli-Venezia Giulia [2001] Ġabra II-1619, paragrafu 41.

(33)  ĠU C 71, 11.3.2000, p. 14.

(34)  Altmark Trans, paragrafi 77 u 78.

(35)  Kawża 156/77 Il-Kummissjoni vs il-Belġju [1978] Ġabra I-1881, paragrafu 10.

(36)  Kawża T-157/01 Danske Busvognmænd [2004] Ġabra II-917, paragrafi 77 sa 79.

(37)  Kawża C-504/07 Antrop and Others [2009] Ġabra I-3867.

(38)  Il-Kummissjoni tirreferi wkoll f'dan ir-rigward għar-raġunament żviluppat fil-premessi 307 sa 313 tad-Deċiżjoni tagħha C (2010) 975 finali tal-24 ta' Frar 2010 fil-Kawża C 41/08 (ex NN 35/08) dwar il-kuntratti għal servizz tat-trasport pubbliku bejn il-Ministeru Daniż tat-Trasport u Danske Statsbaner (ĠU L 7, 11.1.2011, p. 1). Din id-Deċiżjoni ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-92/11 Jørgen Andersen vs Il-Kummissjoni [2013] Ġabra II-0000. Is-sentenza attwalment hija appellata quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-303/13 P.

(39)  Kawża C-334/07 Ρ Commission vs Freistaat Sachsen [2008] Ġabra 1-9465, paragrafu 51.

(40)  Kawżi Konġunti C-465/09 Ρ sa C-470/09 Ρ Diputación Foral de Vizcaya u Oħrajn vs il-Kummissjoni [2011] Ġabra I-83, paragrafi 125 u 128. Aktar riċentement, il-Kawża T-570/08 RENV Deutsche Post vs il-Kummissjoni [2013] Ġabra II-0000, paragrafu 167.

(41)  L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jistabbilixxi r-regoli dwar l-għoti ta' kuntratti għal servizz tat-trasport pubbliku. Madankollu, skont l-Artikolu 8(2), “Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, l-għoti ta' kuntratti għal servizz pubbliku bil-ferrovija u bit-triq għandu jikkonforma mal-Artikolu 5 mit-3 ta' Diċembru 2019”. Fuq dik il-bażi, il-kuntratti għal servizz tat-trasport pubbliku inkwistjoni jistgħu jingħataw direttament. Fi kwalunkwe każ, għal kuntratti konklużi wara l-31 ta' Diċembru 2006 l-awtoritajiet Ċeki spjegaw li l-operaturi ntgħażlu skont proċedura tal-għoti miftuħa, trasparenti u mingħajr kundizzjonijiet bl-unika kriterju tal-prezz tas-servizz offrut. Dawk il-kuntratti ġew konklużi għal perjodu ta' tmien snin, u għalhekk ir-Reġjun Ústí diġà ħa miżuri biex jikkonforma gradwalment mal-Artikolu 5 tar-Regolament.

(42)  L-Artikolu 2(e) tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jiddefinixxi l-“obbligu ta' servizz pubbliku” bħala “rekwiżit definit jew determinat minn awtorità kompetenti sabiex jiġu żgurati servizzi tat-trasport pubbliku għall-passiġġieri fl-interess ġenerali li operatur, li kieku kellu jqis l-interessi kummerċjali tiegħu, ma jassumix jew ma jassumix sal-istess punt jew taħt l-istess kundizzjonijiet mingħajr kumpens”.

(43)  Id-Digriet tal-Ministeru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni Nru 50/1998 Coll., dwar it-telf li tista' tingħata prova tiegħu fit-trasport tal-passiġġieri tal-linja pubblika, ġie sostitwit bir-Regolament Nru 493/2004 Coll. fil-21 ta' Settembru 2004. Ir-Regolament Nru 493/2004 Coll. baqa' fis-seħħ sal-1 ta' Lulju 2010, jiġifieri matul il-perjodu meta ngħataw il-kumpensi investigati.

(44)  Ara eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C 3/08 (ex NN 102/05) tas-26 ta' Novembru 2008 — ir-Repubblika Ċeka — Kumpensi tas-servizz pubbliku għal Southern Moravia Bus Companies (ĠU L 97, 16.4.2009, p. 14), premessa 71.

(45)  L-eżenzjoni taħt l-Artikolu 3(1)(b) intużat fil-passat f'numru ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jinvolvu skemi ta' għajnuna mill-Istat. Ara eż. id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 3394 finali tat-18 ta' Lulju 2007 fil-każ N 720/06 — Port ta' Brussell (ĠU C 307, 18.12.2007, p. 10), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2002) 3248 finali tat-18 ta' Settembru 2002 każ N 308/02 — Skema għall-għoti ta' għajnuna għall-investiment għall-infrastruttura ferrovjarja f'Saxony-Anhalt (ĠU C 277, 14.11.2002, p. 2.). Fir-rigward tal-miżuri ad hoc, l-eżenzjoni ġiet applikata fil-każ ta' għajnuna għall-investiment favur Stora Enso Langerbrugge; ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2004) 3351 tat-8 ta' Settembru 2004 fil-każ C 73/03 — Għajnuna għall-investiment favur Stora Enso Langerbrugge (ĠU L 53, 26.2.2005, p. 66.). Il-kundizzjonijiet użati f'dik id-Deċiżjoni għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà jinkludu: kwalifika tal-miżura bħala koordinazzjoni tat-trasport, spejjeż infrastrutturali aktar għoljin meta mqabbla ma' mezzi kompetittivi tat-trasport, intensità massima tal-għajnuna ta' 50 % u l-eżistenza ta' effett ta' inċentiv.

(46)  Ara l-punt 52, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Novembru 2011, SA.32632 (2011/N), Belġju, Intermodal Container Terminal Genk (ĠU C 82, 21.3.2012, p. 2); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ġunju 2011, SA.32224, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Iżvilupp tal-Alblasserdam Container Transferium (ĠU C 215, 21.7.2011, p. 22.); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Lulju 2010, C 17/10, l-Italja, Firmin Srl (ĠU C 278, 15.10.2010, p. 28); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2012, SA.34056 (12/N), ir-Renju Unit, Cable Car for London (ĠU C 220, 25.7.2012, p. 6.); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2012, SA.34501, il-Ġermanja, Estensjoni tal-port intern ta' Königs Wusterhausen/Wildau (ĠU C 176, 2013.6.21, p. 1.); Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Marzu 2013, SA.37402 (2013/N), l-Ungerija, L-iżvilupp intermodali tal-Freeport ta' Budapest (ĠU C 141, 2014.9.5, p. 5).

(47)  White paper: Politika Ewropea tat-trasport għall-2010 (http://europa.eu/legislation_summaries/environment/tackling_climate_change/l24007_en.htm)

(48)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2001 fil-Każ N 597/2000, il-Pajjiżi l-Baxxi — Subsidieregeling voor bijzondere bedrijfsaansluitingen op vaarwegen (ĠU C 102, 31.3.2001, p. 8), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2001 fil-każ N 208/2000, il-Pajjiżi l-Baxxi — SOIT (ĠU C 315, 4.11.2000, p. 22), id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Novembru 2000 fil-każ N 755/1999, l-Italja — Bolzano (ĠU C 71, 3.3.2001, p. 19), u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2010 fil-każ N 490/10, il-Belġju — Verlenging van steunregeling N 550/2001 inzake publiek-private samenwerking voor de bouw van laad- en losinstallaties langs de waterwegen in het Vlaams Gewest (ĠU C 122, 20.4.2011, p. 2).

(49)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2011 fil-każ S.A.33434, Franza — Aide au financement d'un chantier multimodal sur le Grand port maritime du Havre (ĠU C 53, 23.2.2012, p. 2.); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ottubru 2012 fil-każ SA.34501, il-Ġermanja — Estensjoni tal-port intern ta' Königs Wusterhausen/Wildau (ĠU C 176, 21.6.2013, p. 1.); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' Ġunju 2013 fil-każ SA.35738, il-Greċja — Għajnuna għat-titjib tal-port ta' Katakolo (ĠU C 204, 18.7.2013, p. 3.); id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2013 fil-każ SA.35418, Greċja — Estensjoni tal-port ta' Piraeus (ĠU C 256, 5.9.2013, p. 2).


14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/68


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta' Novembru 2014

dwar is-Sistema ta' Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi

(2014/792/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u partikolarment l-Artikolu 56(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 215/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-Għaxar Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet li saru mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 (3), u partikolarment l-Artikoli 7(6) u 11 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u ta' kwalunkwe fondi oħra ġestiti mill-Unjoni b'kunsiderazzjoni dovuta tal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda stipulat fl-Artikoli 30 sa 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, hija obbligata li tiġġieled kontra l-frodi u kontra kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Sabiex tiżgura li l-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi huma infurmati b'mod sħiħ dwar it-theddid għall-interess finanzjarju tal-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu tistabbilxxti regoli interni flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2784 (4).

(2)

Bil-għan li tiġi miġġielda l-frodi u jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kummissjoni tuża l-Bażi tad-Dejta Ċentrali tal-Esklużjonijiet (CED) msemmija fl-Artikolu 108 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1302/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjonijiet (5) u s-Sistema ta' Twissija Bikrija (EWS) tad-Deċiżjoni 2008/969/KE, Eurarom tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar is-Sistema ta' Twissija Bikrija għall-użu tal-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi (6). Soġġett għall-adozzjoni mill-awtorità leġiżlattiva tal-proposta dwar l-emenda tar-Regolament Finanzjarju (7), huwa meħtieġ li jiġi żgurat li s-STB tibqa' effiċjenti.

(3)

Fil-perjodu interim, l-għan tas-STB għandu jibqa' l-istess fis-sustanza. Hija għandha tiżgura, fi ħdan il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi tagħha, iċ-ċirkolazzjoni ta' informazzjoni ristretta permezz tar-reġistrazzjoni ta' twissijiet fis-STB dwar persuni li jistgħu jirrappreżentaw theddida għall-interessi u r-reputazzjoni finanzjarji tal-Unjonijew għal kwalunkwe fond ieħor ġestit mill-Unjoni.

(4)

Minħabba li d-Diretturi tal-aġenziji eżekuttivi jgawdu status ta' uffiċjal awtorizzanti b'delegazzjoni tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, huma għandu jkollhom aċċess għas-STB bl-istess mod li għandhom is-servizzi tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet amministrattivi u operazzjoanli.

(5)

Minħabba li l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega tal-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għandhom l-istatus ta' uffiċjal awtorizzanti b'delega tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, dawn għandu jkollhom aċċess għas-STB bl-istess mod bħas-servizzi tal-Kummissjoni għall-ġestjoni tal-approprjazzjonijeit amministrattivi u operazzjonali.

(6)

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu l-obbligu, skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 li jipprovdi informazzjoni mingħajr dewmien lis-servizzi tal-Kummissjoni kkonċernati dwar investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin fejn juru li jista' jkun xieraq li jittieħdu miżuri amminisstrattivi ta' prekawzjoni biex ikunu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 huwa għandu wkoll l-obbligu li jfassal rapport malli titlesta investigazzjoni u li jagħmel rakkomandazzjonijiet li jindikaw, fejn xieraq, kwalunkwe azzjoni li għandha tittieħed, b'mod partikolari mill-istituzzjonijiet. Sabiex l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun f'pożizzjoni li jitlob twissija, hu neċessarju li jiġi stabbilit liema informazzjoni l-OLAF għandu jressaq quddiem il-Kummissjoni.

(7)

L-OLAF għandu jkollu aċċess għaSTB biex iwettaq il-kompiti ta' investigazzjoni regolatorja tiegħu u l-attivitajiet tiegħu ta' intelligence u l-prevenzjoni tal-frodi eżerċitati skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

(8)

Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, il-funzjonament taS-STB għandu jiġi ssimplifikat, in-numru ta' kategoriji ta' twissija għandu jitnaqqas, l-ambitu tagħhom ċċarat u l-ismijiet tat-twissijiet għandhom ikunu awtospjegattivi.

(9)

It-twissijiet ta' verifika bbażati fuq l-informazzjoni mibgħuta mill-OLAF għandom jiġu proposti mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli wara konsultazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit u s-Servizz Legali, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF.

(10)

It-twissijiet ta' esklużjoni għandhom jiġu proposti mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli lill-Kummissjoni u għandhom jiġu ivvalutati b'mod ċentralizzat mid-Direttorat Ġenerali għall-baġit u s-Servizz Legali fejn xieraq. Meta dawn it-twissijiet ta' esklużjoni jiġu proposti fuq il-bażi ta' informazzjoni mibgħuta mill-OLAF, għandhom jiġu vvalutati b'kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF. L-istess proċedura għandha tapplika meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun fi ħsiebu jieħu kwalunkwe azzjoni li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-persuna kkonċernata.

(11)

L-uffiċjal Awtorizzanti responsabbli għandu jiddeċiedi dwar il-konsegwenzi meħtieġa għall-protezzjoni tal-interess finanzjarju tal-Unjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF u għandu jinfurma lill-OLAF dwar din id-deċiżjoni.

(12)

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jkun responsabbli mit-talba biex jiddaħħlu, jkunu modifikati jew jitneħħew jew jiġġeddu twissijiet. Sabiex jiġi ppreservat livell adegwat ta' kontroll, talbiet bħal dawn għandhom isiru fuq il-livell ġerarkiku stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)2784.

(13)

L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jiżgura l-arranġamenti tekniċi xierqa għall-applikazzjoni effettiva tas-STB permezz tas-sistema ċentrali tal-kontabilità tal-Kummissjoni.

(14)

Informazzjoni dettaljata dwar ordnijiet ta' rkupru u ordnijiet ta' sekwestru għandha tkun disponibbli għas-servizzi kollha tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi permezz tas-sistema ċentrali tal-kontabilità tal-Kummissjoni. It-twissijiet W3a (ordni ta' sekwestru) u W4 (ordni ta' irkupru) previsti skont id-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom għandhom jieqfu. Din l-iformazzjoni waħedha ma tiġġustifikax twissija sistematikament. Dan jirrikjedi analiżi taċ-ċirkustanzi kollha fattwali tal-każ mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli sabiex jiddeċiedi jekk it-twissija hix meħtieġa jew le.

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dik id-dejta (8) jistipula li l-ipproċessar ta' dejta personali mill-Kummissjoni jrid jirrispetta r-rekwiżiti leġittimi tal-ipproċessar u r-rekwiżiti marbuta mat-trasferiment tad-dejta stabbiliti fih, u li dan l-ipproċessar huwa soġġett għal iċċekkjar minn qabel mill-Kontrollur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta li jsegwi wara notifika mill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta tal-Kummissjoni.

(16)

Id-dispożizzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta għandhom jistipulaw x'inhuma d-drittijiet tal-persuni li d-dejta tagħhom hi jew tista' tkun imdaħħla fis-STB

(17)

Ċerti drittijiet ta' protezzjoni tad-dejta huma soġġetti għal eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, li għandhom jitqiesu każ b'każ u li għandhom jiġu applikati fuq bażi temporanja. Is-servizz responsabbli għat-talba ta' dħul, il-modifika, inkluż retifika jew tneħħija ta' informazzjoni rilevanti għandu jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni ta' dawn l-eċċezzjonijiet.

(18)

Il-persuna li tkun soġġett ta' mandat ta' twissija ta' esklużjoni possibbli għandha tingħata l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha bil-miktub qabel issir it-talba ta' reġistrazzjoni ta' twissija dwar dik il-persuna fis-STB. L-istess opportunità għandha tingħata meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun fi ħsiebu jieħu kwalunkwe azzjoni li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-persuna kkonċernata.

(19)

Din l-opportunità għandha tiġi eċċezzjonalment diferita sabiex tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti legali nazzjonali jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi obbligatorji.

(20)

Id-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom għandha tibqa' tapplika sal-1 ta' Lulju 2015, sa fejn dan huwa neċessarju biex jiġi żgurat ir-rispett tar-regolamenti tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi, meħuda fuq il-bażi tal-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sakemm il-kontabilità bbażata fuq id-dovuti (ABAC) tikkunsidra l-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-dejta tas-servizz responsabbli tal-Istrumenti tal-Politika Barranija. Din tieħu l-forma tar-reġistrazzjoni ta' twissija W5b imsemmija fid-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom.

(21)

Id-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom għandha tibqa' tapplika għat-twissijiet W3a u W4 sal-1 ta' Lulju 2015, li sa dak iż-żmien għandhom ikunu assimilati ma' twissijiet ta' verifika għall-applikazzjoni tat-Taqsima 4 ta' din id-Deċiżjoni.

(22)

L-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni teħtieġ valutazzjoni regolari tal-funzjonament tas-STB u l-kontribut effettiv tagħha għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett, ambitu u skop

1.   Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi Sistema ta' Twissija Bikrija (“STB”) għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi meta dawn jimplimentaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u għal kull fond ieħor ġestit mill-Unjoni.

2.   L-STB tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u s-salvagwardja tal-immaġni tal-Unjoni, il-ġlieda kontra l-frodi u l-ġestjoni finanzjarja soda.

3.   L-għan tas-STB huwa li:

(a)

permezz ta' reġistrazzjoni ta' twissijiet tinforma lill-uffiċjali awtorizzanti responsabbli tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi li persuna tista' tirrappreżenta theddida għall-interessi finanzjarji u l-immaġni tal-Unjoni jew għal kull fond ieħor ġestit mill-Unjoni; kif ukoll

(b)

tippermetti lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li jagħmel verifiki jew jieħu miżuri xierqa, inklużi dawk imsemmija fit-Taqsima 4 abbażi ta' twissijiet.

4.   L-informazzjoni tikkontribwixxi biex tiżgura:

(a)

l-prevenzjoni tar-riskji permezz ta' mezzi ta' verifika abbażi ta' informazzjoni bikrija dwar persuna għal suspett jew sejbiet relatati ma' xi wieħed mill-atti li ġejjin:

errur sostanzjali jew irregolarità;

imġiba professjonali ħażina;

ksur serju tal-kuntratt; jew

frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 141 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012 (9);

(b)

L-esklużjoni ta' persuna skont l-Artikoli 106(1) u 109(1), tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (l-“FR”).

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' din id-deċiżjoni, jiġu applikati d-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“l-uffiċjal tal-kontabilità” tfisser l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jew membru subordinat tal-persunal li lilu l-uffiċjal tal-kontabilità jkun iddelega ċerti kompiti skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(b)

“l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli” tfisser l-uffiċjal awtorizzanti b'delega tal-Kummissjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 responsabbli skont ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (il-“baġit”), inklużi d-diretturi tal-aġenziji eżekuttivi, l-uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega skont it-tifsira tal-Artikolu 65 ta' dak ir-Regolament li jeżerċitaw il-funzjoni ta' direttur, u l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni li jkunu qed jaġixxu bħala uffiċjali awtorizzanti b'sottodelega tal-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 56(2) ta' dak ir-Regolament;

(c)

“suġġett tad-dejta” tfisser persuna identifikabbli kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta;

(d)

“riżultati” tfisser fatti stabbiliti misjuba matul l-implimentazzjoni ta' impenn legali, jew irreġistrati fil-kuntest ta' awditi jew investigazzjonijiet imwettqa mill-Qorti tal-Awdituri, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) jew kull awditu jew kontroll ieħor li jsir taħt ir-responsabbiltà tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli;

(e)

“impenn legali” ifisser impenn meħud mill-Kummissjoni fit-Titoli V sa VIII tal-Parti 1, u Parti 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(f)

“persuna” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika kif elenkati hawn taħt:

riċevitur kif definit fl-Artikolu 2(i) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012,

kandidat jew offerent,

applikant għall-għotja,

parteċipant f'kompetizzjoni bi premju

espert estern remunerat skont l-Artikolu 204(i) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012,

persuna b'setgħat ta' rappreżentanza, teħid ta' deċiżjonijiet jew kontroll fuq persuna ġuridika oħra msemmija fl-Artikolu 106(1)(b) u (e) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(g)

“imġiba ħażina professjonali” tfisser ksur ta' liġijiet jew regolamenti jew standards etiċi tal-professjoni li tappartjeni għaliha l-persuna, kif ukoll kwalunkwe aġir illegali li għandu impatt fuq l-kredibilità professjonali tagħha;

(h)

“Subkuntrattur” tfisser operatur ekonomiku li huwa propost minn kandidat jew offerent jew kuntrattur biex iwettaq parti minn kuntratt, filwaqt li l-awtorità kontraenti m'għandha l-ebda impenn legali dirett miegħu;

(i)

“errur sostanzjali jew irregolarità” tfisser errur sostanzjali jew irregolarità kif definiti fl-Artikolu 166(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012;

(j)

“persuna ta' kuntatt tat-twissija” tfisser il-persuna fi ħdan is-servizz responsabbli għat-talba li hi inkarigata mill-fajl tat-twissija sakemm titneħħa;

Artikolu 3

Il-Funzjonament tas-STB

1.   L-uffiċjal tal-kontabilità jiżgura l-arranġamenti tekniċi xierqa għal funzjonament effettiv tas-STBS u l-monitoraġġ tagħha.

L-uffiċjal tal-kontabilità jdaħħal, jimmodifika, iġedded jew ineħħi t-twissijiet tas-STB mitluba mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli.

2.   L-uffiċjal tal-kontabilità jadotta miżuri ta' implimentazzjoni li jikkonċernaw l-aspetti tekniċi u jiddefinixxi proċeduri assoċjati, inkluż fil-qasam tas-sigurtà.

L-uffiċjal tal-kontabilità javża lis-servizzi tal-Kummissjoni u lill-aġenziji eżekuttivi dwar dawn il-miżuri.

Artikolu 4

Is-setgħa li wieħed jitlob, jimmodifika, iġedded jew ineħħi twissija

1.   Huma biss l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li jistgħu jitlobu r-reġistrazzjoni, il-modifika, it-tiġdid jew it-tneħħija ta' twissija.

2.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jindirizzaw it-talba għar-reġistrazzjoni, il-modifika, it-tiġdid jew it-tneħħija ta' twissijiet lill-uffiċjal tal-kontabilità. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli juża l-formola stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

3.   Il-persuna ta' kuntatt tat-twissija imsemmi fl-Artikolu 8 jivverifika li r-rekwiżiti tal-Artikoli 11 jew 12 jiġu ssodisfatti qabel ma jibgħat it-talba lill-uffiċjal tal-kontabilità.

Artikolu 5

Aċċess għas-STB

Is-servizzi tal-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi jkollhom aċċess dirett għall-informazzjoni li tinsab fis-STB permezz tas-sistema ċentrali ta' kontabilità pprovduta mill-Kummissjoni.

Is-servizz tal-Kummissjoni jew l-aġenzija eżekuttiva responsabbli għal sistema lokali jistgħu jużaw din is-sistema biex jiksbu aċċess għad-dejta maħżuna fis-STB, dment li tiġi garantita konsistenza fid-dejta bejn is-sistema lokali u s-sistema ċentrali ta' kontabilità.

Artikolu 6

L-użu tas-STB

Informazzjoni maħżuna fis-sistema ta' twissija bikrija tista' tintuża biss għall-iskop tal-implimentazzjoni tal-baġit jew ta' kwalunkwe fond ieħor ġestit mill-Unjoni. Dan m'għandux jaffettwa l-informazzjoni li tinsab fil-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni (minn hawn' il quddiem “CED”) imsemmija fl-Artikolu 1(2) u 1 (3) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1302/2008 (10).

L-OLAF jista' juża l-informazzjoni li tinsab fis-STB u CED għall-investigazzjonijiet tiegħu skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 (“ir-Regolament OLAF”), u għall-attivitajiet ta' prevenzjoni tal-frodi, inkluż l-analiżi tar-riskji.

Artikolu 7

L-għażla ta' żmien tal-konsultazzjoni tas-STB

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jivverifika jekk hemmx twissija fis-STB li tikkonċerna terzi persuni fl-istadji li ġejjin:

(a)

qabel ma jiddaħħal impenn baġitarju individwali;

(b)

qabel ma jiddaħħal impenn baġitarju globalijekk il-persuna tkun magħrufa f'dak l-istadju;

(c)

fil-każ ta' impenji baġitarji proviżorji, qabel ma jiġi konkluż l-impenn legali li jagħti lok għal intitolament ta' ħlasijiet sussegwenti sakemm ma jikkonċernawx il-ħlas tal-persunal u rimbors tal-ispejjeż tal-ivjaġġar relatati ma' parteċipazzjoni f'laqgħat u kompetizzjonijiet;

(d)

fil-każ ta' proċeduri ta' akkwist jew għotja, kompetizzjonijiet bi premju u sejħiet għal espressjoni ta' interess, mhux aktar tard minn qabel id-deċiżjoni tal-għotja;

(e)

fil-każ ta' akkwist, jekk l-awtorità kontraenti tillimita n-numru ta' kandidati mistiedna biex jissottomettu offerta, qabel l-għażla tal-kandidati tkun tlestiet;

(f)

qabel kwalunkwe ħlas sakemm ma jikkonċernax il-ħlas tal-persunal u rimbors tal-ispejjeż tal-ivjaġġar relatati ma' parteċipazzjoni f'laqgħat u kompetizzjonijiet.

Artikolu 8

Persuna ta' kuntatt ta' twissija

Il-persuna ta' kuntatt ta' twissija għandha:

(a)

tħejji t-talba għal reġistrazzjoni ta' twissija;

(b)

tgħaddi t-talba u kwalunkwe informazzjoni oħra relatata mat-twissija lill-uffiċjal tal-kontabilità;

(c)

tipprovdi l-informazzjoni li tippermetti lill-uffiċjali awtorizzanti responsabbli li jagħmel verifiki jew tiddeċiedi dwar il-konsegwenzi msemmija fit-Taqsima 4.

TAQSIMA 2

INFORMAZZJONI MDAĦĦLA fis-STB

Artikolu 9

Kategoriji ta' twissijiet

1.   It-twissijiet tas-STB jinqasmu fiż-żewġ kategoriji li ġejjin:

(a)

“twissijiet ta' verifika”, meta persuna tkun suspettata jew soġġetta għal sejbiet ta' frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 141 ta' Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012, ta' erruri sostanzjali jew irregolarità, ta' mġiba professjonali ħażina jew ta' ksur serju tal-kuntratt;

(b)

“twissijiet ta' esklużjoni”, fejn persuna hija eskluża skont il-motivi ta' esklużjoni previsti fl-Artikoli 106 (1) u 109 (1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

2.   Persuna tista' tkun soġġetta għal twissijiet reġistrati distinti għal raġunijiet differenti.

Artikolu 10

Informazzjoni li tinsab fit-twissijiet tas-STB

It-twissijiet tas-STB jinkludu l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identifikazzjoni tal-persuna;

(b)

it-tip ta' twissija;

(c)

it-tul ta' żmien tat-twissija;

(d)

ir-raġunijiet li għalihom il-persuna tirrappreżenta theddida għall-interessi finanzjarji u l-immaġni tal-Unjoni jew għal kwalunkwe fond ieħor ġestit mill-Unjoni;

(e)

l-informazzjoni relatata ma' proċedura kontradittorja;

(f)

l-isem tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli;

(g)

l-isem tal-persuna ta' kuntatt ta' twissija msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 11

Twissijiet ta' verifika

1.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jitlob twissija ta' verifika fejn tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

L-OLAF ikun informa lill-uffiċċjal awtorizzanti responsabbli skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, meta l-investigazzjonijiet tiegħu juru li jista' jkun xieraq li jittieħdu miżuri biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(b)

il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tkun għaddiet informazzjoni lill-Kummissjoni jew l-IAS tkun għaddiet informazzjoni lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li tindika frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 141 ta' Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012, jew erruri sostanzjali jew irregolarità, jew mġiba professjonali ħażina jew ta' ksur serju ta' kuntratt fir-rigward ta' persuna;

(c)

l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jkun wettaq verifika, awditu jew kontroll li jindika frodi, korruzzjoni, kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 141 ta' Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012, erruri sostanzjali, irregolaritajiet jew kondotta professjonali ħażina jew ta' ksur serju ta' kuntratt fir-rigward ta' persuna jew ikun irċieva informazzjoni dwar tali verifika, awditu jew kontroll.

2.   Twissija ta' verifika jkollha durata massima ta' sena. Hija titneħħa meta tintalab twissija ta' esklużjoni, jew meta ma jkunx hemm aktar bżonn ta' verifika.

3.   Fi tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 2, it-twissija ta' verifika titneħħa awtomatikament

4.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jitlob it-tiġdid tat-twissija ta' verifika fejn l-OLAF jinformah li l-konklużjonijiet dwar l-investigazzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1 għadhom ma ġewx ikkompilati iżda li l-investigazzjonijiet jiġġustifikaw iż-żamma ta' twissija ta' verifika. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' wkoll jitlob it-tiġdid tat-twissija ta' verifika meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 (b) u (c), għadhom issodisfati.

5.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jipprovdi r-raġunijiet għaliex it-tiġdid huwa neċessarju għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u l-immaġni tal-Unjoni.

6.   Tiġdid ikun meqjus bħala talba ġdida għal twissija ta' verifika.

Artikolu 12

Twissijiet ta' esklużjoni

1.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jitlob twissija ta' esklużjoni għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 106(1) jew 109(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

2.   It-twissija ta' esklużjoni titneħħa fi tmiem il-perjodu tal-esklużjoni.

3.   It-twissija ta' esklużjoni tiddaħħal b'mod awtomatiku fis-CED mis-STB.

Artikolu 13

Informazzjoni trażmessa mill-OLAF

Meta l-OLAF jittrażmetti informazzjoni skont l-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 biex jassisti lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli biex jiddeċiedi li jieħu miżuri ta' prekawzjoni biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jew f'konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, din l-informazzjoni tinkludi:

(a)

l-identità tal-persuna kkonċernata;

(b)

sommarju tal-fatti rilevanti u tar-riskji identifikati mill-investigazzjoni. Is-sommarju jkun biżżejjed biex jippermetti l-persuna biex tinstema' b'mod effettiv skont l-Artikolu 16 ta' din id-Deċiżjoni;

(c)

kwalunkwe miżuri speċjali ta' kunfidenzjalità rakkomandati f'każijiet partikolari li jinvolvu l-użu ta' miżuri investigattivi li jaqgħu fil-kompetenza ta' awtorità ġudizzjarja nazzjonali jew, fil-każ ta' investigazzjoni esterna, fil-kompetenza ta' awtorità nazzjonali, skont ir-regoli nazzjonali applikabbli għal investigazzjonijiet.

TAQSIMA 3

DISPOŻIZZJONIJIET PROĊEDURALI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA' TWISSIJA

Artikolu 14

Konsultazzjoni minn qabel ta' servizzi ċentrali għal twissijiet ta' verifika

Qabel ma jiddeċiedi li jitlob reġistrazzjoni ta' twissija ta' verifika fuq il-bażi tal-informazzjoni mibgħuta mill-OLAF skont l-Artikoli 7(6) u 11 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jikkonsulta mad-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (servizz finanzjarju ċentrali) u, fejn xieraq, is-Servizz Legali, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

Artikolu 15

Valutazzjoni tat-twissijiet ta' esklużjoni mis-servizzi ċentrali

Qabel ma tintalab twissija ta' esklużjoni għall-każijiet imsemmija fl-Artikoli 106(1) (b), (c), (e) u Artikolu 109(1) proposta mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u tul ta' żmien xieraq tagħha trid issir valutazzjoni ċentralizzata mid-Direttorat Ġenerali għall-Baġit u s-Servizz Legali. Meta t-twissija ta' esklużjoni proposta mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli hija bbażata fuq informazzjoni mibgħuta mill-OLAF, din il-valutazzjoni ssir b'kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF.

Artikolu 16

Dritt tas-smigħ

1.   Ir-reġistrazzjoni ta' twissijiet hija soġġetta għar-regoli li ġejjin:

(a)

Kull meta l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jipprevedi li jitlob reġistrazzjoni ta' twissija ta' esklużjoni jew jikkunsidra li jieħu kwalunkwe azzjoni li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-persuna kkonċernata, huwa -ewwel jagħti lill-persuna kkonċernata l-opportunità li tesprimi l-opinjonijiet tagħha bil-miktub. l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jagħti lill-persuna mill-inqas 14-il jum kalendarju biex tagħmel dan. Fl-istess ħin, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jinforma lill-persuna li, fin-nuqqas ta' tweġiba, it-twissija tiġi rreġistrata.

Fejn ikun xieraq, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jagħti lill-persuna l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-OLAF.

(b)

Jekk il-persuna tippreżenta kummenti li ma jbiddlux il-valutazzjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, dan tal-aħħar jitlob lill-uffiċjal tal-kontabilità biex jattiva t-twissija.

Jekk il-persuna tippreżenta kummenti li, fil-fehma tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, jrendu twissija sproporzjonata jew mhux neċessarja, it-twissija ma tkunx attivata u l-persuna tiġi mgħarrfa kif xieraq.

L-Uffiċjal tal-Kontabilità jikkonferma r-reġistrazzjoni tat-twissija fis-STB lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, kif xieraq.

(c)

L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jinnotifika lill-persuna bl-attivazzjoni tat-twissija u bit-tul tagħha. Madankollu, in-notifika ma tkunx meħtieġa jekk il-persuna ma tweġibx għall-istedina biex tippreżenta l-kummenti tagħha bil-miktub.

2.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jitlob ir-reġistrazzjoni ta' twissija ta' esklużjoni għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 106(1)(e) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 sakemm tittieħed deċiżjoni dwar it-tul taż-żmien tal-esklużjoni, diġà qabel ma tingħata lill-persuna l-opportunità li tesprimi l-fehmiet tagħha. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jagħti lill-persuna l-opportunità li tippreżenta l-fehmiet tagħha dwar it-tul taż-żmien tal-esklużjoni.

3.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jitlob ir-reġistrazzjoni ta' twissija ta' esklużjoni għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 106(1)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 diġà qabel ma tingħata lill-persuna l-opportunità li tesprimi l-fhemiet tagħha jekk ikollha dokument uffiċjali li jistabbilixxi s-sitwazzjoni. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jinnotifika lill-persuna bir-reġistrazzjoni tat-twissija ta' esklużjoni.

4.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista', b'mod eċċezzjonali, jipposponi l-opportunità mogħtija lill-persuna li tesprimi l-fhemiet tagħha bil-miktub qabel it-talba għal reġistrazzjoni ta' twissija ta' esklużjoni jew qabel jieħu kwalunkwe azzjoni li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-persuna kkonċernata, sakemm hemm raġunijiet leġittimi obbligatorji li tiġi ppreservata l-kunfidenzjalità tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti legali nazzjonali filwaqt li jkompli jipproċedi bir-reġistrazzjoni tat-twissija.

5.   Meta l-OLAF jinforma lill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli skont l-Artikolu 13, huwa jindika jekk hux meħtieġ li tinżamm il-kunfidenzjalità tal-proċedura tal-investigazzjoni jew dik ta' proċediment ġudizzjarju nazzjonali u jekk hux meħtieġ li l-opportunità mogħtija lill-persuna li tesprimi l-opinjonijiet tiġi differita.

6.   Il-persuna tingħata l-opportunità li tesprimi l-opinjonijiet tagħha hekk kif ir-raġunijiet għall-protezzjoni ta' investigazzjoni jew proċeduri legali nazzjonali ma jibqgħux jeżistu.

Artikolu 17

Il-protezzjoni tad-dejta u d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta

1.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jinforma lis-suġġetti tad-dejta li d-dejta dwarhom tista' tiġi inkluża fis-STB u li lil min id-dejta tista' tiġi kkomunikata. Din l-informazzjoni ġenerali tkun ikkomunikata bil-miktub, b'mod partikolari, fis-sejħiet għall-offerti, sejħiet għall-proposti, kompetizzjonijiet bi premju u fl-assenza ta' sejħiet, qabel ma jingħataw il-kuntratti jew l-għotjiet.

2.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli li jitlob ir-reġistrazzjoni ta' twissija jkun responsabbli għar-relazzjonijiet mal-persuna li d-dejta tagħha tiddaħħal fis-STB. Hu jwieġeb għal talbiet magħmula mill-persuna kkonċernata biex tiġi retifikata dejta personali mhux akkurata jew kompluta u għal kull talba jew mistoqsija oħra minn din il-persuna.

3.   Persuna tista' wkoll titlob bil-miktub informazzjoni mingħand l-uffiċjal tal-kontabilità dwar jekk hiex irreġistrata fis-STB.

L-uffiċjal tal-kontabilità jipprovdi din l-informazzjoni sakemm l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, fejn addattat bi ftehim mal-OLAF, ma jiddeċiedix li japplikaw ir-restrizzjonijiet tal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

4.   It-twissijiet imneħħija jkunu aċċessibbli għall-finijiet ta' awditu u investigazzjoni biss u m'għandhomx ikunu viżibbli għall-utenti tas-STB.

Madankollu, id-dejta personali li jkun fihom it-twissijiet li jirreferu għal persuni fiżiċi tibqa' aċċessibbli għal dawn il-finijietgħal ħames snin biss wara li tkun tneħħiet it-twissija.

Artikolu 18

Rieżami tat-twissija

Jekk il-persuna li għaliha hija rreġistrata twissija fis-STB tipprovdi elementi ġodda li juru li r-raġunijiet għar-reġistrazzjoni ma għadhomx jeżistu, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jitlob it-tneħħija tat-twissija.

Il-persuna li għaliha twissija ta' esklużjoni hija rreġistrata fis-STB tista' tilmenta mal-Ombudsman u tfittex stħarriġ ġudizzjarju.

TAQSIMA 4

KONSEGWENZI TAT-TWISSIJIET

Artikolu 19

Regoli ġenerali li jirregolaw il-konsegwenzi

1.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jitlob kull informazzjoni rilevanti mill-persuna ta' kuntatt tat-twissija sabiex ikun jista' jiddeċiedi dwar il-konsegwenzi stabbiliti f'din it-taqsima.

2.   Meta, fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija mill-OLAF l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jitlob reġistrazzjoni ta' twissija ta' verifika skont l-Artikolu 11, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jsegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 14 jew 15 ta' din id-deċiżjoni u jiddeċiedi dwar il-konsegwenzi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-OLAF f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

3.   Meta jkun qed jiddeċiedi dwar il-konsegwenzi, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jqis il-kriterji li ġejjin għat-twissijiet kollha:

(a)

ir-riskji għall-interessi finanzjarji u l-immaġni tal-Unjoni;

(b)

l-ammont u t-tul ta' żmien tal-impenn legali;

(c)

l-urġenza fl-implimentazzjoni tal-impenn legali;

(d)

in-natura tal-fatti;

(e)

is-serjetà tal-fatti; kif ukoll

(f)

il-konsegwenzi possibbli tal-implimentazzjoni tal-impenn legali;

Għat-twissijiet ta' esklużjoni, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jqis ukoll in-natura u l-gravità tan-nuqqas ta' raġunijiet għall-esklużjoni u l-ħtieġa ta' kontinwità tas-servizz.

4.   L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, f'kull każ, jiġġustifika d-deċiżjoni tiegħu dwar il-konsegwenzi bil-miktub.

Artikolu 20

Konsegwenza tat-twissijiet ta' verifika

1.   Fil-każ ta' proċeduri ta' akkwist jew aġġudikazzjoni ta' għotja jew kompetizzjonijiet għall-premjijiet, il-verifika mseemmija tista' tkun dan li ġej:

(a)

l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista' jitlob dokumenti ta' sostenn addizzjonali kif stabbilit fil-proċedura ta' akkwist jew aġġudikazzjoni ta' għotja jew kompetizzjonijiet għall-premjijiet;

(b)

għal proċedura ta' għotja, analiżi tar-riskju relatata mal-prefinanzjament.

2.   Fil-każ ta' impenn legali, il-verifika msemmija tista' tkun dan li ġej:

(a)

verifika li l-azzjoni hija konformi mal-impenn legali, inkluż ir-rispett tal-iskadenzi u l-kontenut ta' riżultati tanġibbli;

(b)

għal għotjiet eżistenti, il-verifika tal-eliġibbiltà tal-kostijiet qabel il-ħlas jew it-twettiq ta' awditjar jew kontrolli fuq il-post.

Artikolu 21

Id-dritt tas-smigħ wara twissija ta' verifika

Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 ta' din id-Deċiżjoni u d-dritt ta' smigħ stabbilit fl-Artikolu 16 ta' din id-Deċiżjoni japplika wkoll meta uffiċjal awtorizzanti responsabbli wara twissija ta' verifika jipprevedi li jieħu kwalunkwe azzjoni li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet tal-persuna kkonċernata.

Artikolu 22

Konsegwenzi tat-twissijiet ta' esklużjoni dwar proċeduri u impenji legali

1.   Fil-każ ta' proċeduri ta' akkwist jew aġġudikazzjoni ta' għotja jew kompetizzjonijiet bi premju, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jeskludi persuna soġġetta għal twissija ta' esklużjoni milli tipparteċipa fi proċeduri ta' akkwist jew għotja, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 106(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 jiġu ssodisfati, meta persuna tkun f'sitwazzjoni ta' monopolju.

2.   F'każ ta' impenji legali eżistenti, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jiddeċiedi dwar il-konsegwenzi, inkluż kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(a)

li jipproċedi bl-implimentazzjoni tal-kuntratt jew tas-sussidju u jagħmel kull verifika xierqa;

(b)

li jissospendi l-limitu ta' żmien għall-pagament f'konformità mal-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(c)

li jissospendi l-pagamenti f'konformità mal-Artikolu 208 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1268/2012;

(d)

li jissospendi l-implimentazzjoni tal-kuntratt jew għotja f'konformità mal-Artikoli 116 u 135(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012;

(e)

li jittermina l-impenn legali jekk il-forniment tal-impenn legali jipprevedi t-terminazzjoni abbażi tal-informazzjoni li għaliha t-twissija kienet ġiet irreġistrata.

3.   Jekk il-persuna hija subkuntrattur, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jitlob lill-offerent jew il-kandidat jew l-offerent biex jissostitwixxi s-sottokuntrattur.

Artikolu 23

Kosengwenzi tat-twissijiet ta' esklujoni fuq tranżazzjonijiet baġitarji

1.   F'każ ta' twissija ta' esklużjoni, fejn ikun xieraq, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jikkonferma fis-sistema ta' kontabilità li l-ħlas għandu jsir minkejja l-eżistenza tat-twissija.

2.   Fejn tkun irreġistrata twissija ta' esklużjoni, ma jsiru l-ebda impenn baġitarju, l-ebda reġistrazzjoni ta' impenn legali individwali fil-kontijiet baġitarji fuq il-bażi ta' impenn globali u l-ebda konklużjoni ta' impenn legali fuq il-bażi ta' impenn proviżorju, ħlief meta persuna tkun f'sitwazzjoni ta' monopolju skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 106(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

TAQSIMA 5

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 24

Tħassir

Id-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom dwar is-Sistema ta' Twissijiet Bikrija għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi hija mħassra.

Artikolu 25

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   It-twissijiet ta' esklużjoni rreġistrati fid-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom jibqgħu attivi sa tmiem it-tul tagħhom skont dik id-Deċiżjoni.

2.   It-twissijiet W1, W2 u W3b rreġistrati skont id-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom jitqiesu bħala twissijiet ta' verifika skont din id-Deċiżjoni.

3.   It-twissijiet W3a u W4 jibqgħu jiġu rreġistrati sal-1 ta' Lulju 2015 skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom. Għall-applikazzjoni tat-Taqsima 4 ta' din id-Deċiżjoni, it-twissijiet W3a u W4 jitqiesu bħala twissijiet ta' verifika skont din id-Deċiżjoni. Id-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom tkompli tapplika għat-twissijiet W5b sal-1 ta' Lulju 2015.

Artikolu 26

Pubblikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Novembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Kristalina GEORGIEVA

Viċi President


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 78, 19.3.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014)2784 tat-30 ta' April 2014 dwar ir-Regoli Interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea (it-taqsima tal-Kummissjoni Ewropea) għall-attenzjoni tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

(5)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 12.

(6)  ĠU L 344, 20.12.2008, p. 125.

(7)  COM(2014)358 tas-18.6.2014.

(8)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 1302/2008 tas-17 ta' Diċembru 2008 dwar il-bażi tad-dejta ċentrali tal-esklużjoni (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 12).


ANNESSI

FORMOLA STANDARD

Talba minn uffiċjal awtorizzanti responsabbli għal dħul ta' dejta fis-Sistema ta' Twissija Bikrija (EWS) jew tal-Bażi tad-Dejta Ċentrali tal-Esklużjoni (CED), il-modifikazzjoni jew tneħħija tagħha, biex tindirizza lill-uffiċjal tal-kontabilità:

NB: rikjesta waħda għal kull twissija

Suġġett: Talba għal [reġistrazzjoni/tneħħija/modifikazzjoni ta' twissija fil-bażi tad-dejta ċentrali ta' esklużjoni/EWS

Isem l-Uffiċjal:

Isem il-persuna ta' kuntatt imwissija:

Talba għal

reġistrazzjoni ta' twissija

tneħħija ta' twissija (1) li l-introduzzjoni tagħha intalbet permezz ta' avviż Ares [xx], datat:

modifikazzjoni ta' twissija (2) (inkluż it-tiġdid ta' reġistrazzjoni eżistenti) li l-introduzzjoni tagħha intalbet permezz ta' avviż Ares [xx], datat:

rigward il-persuna li ġejja:

Isem (u, fejn il-persuna hija persuna naturali, l-isem mogħti) tal-persuna:

Forma ġuridika (jekk entità ġuridika):

Isem, isem tal-persuna(i) b'poter ta' rappreżentazzjoni tal-persuna ġuridika:

Indirizz (jekk persuna ġuridika, l-indirizz tal-kwartieri ġenerali): it-triq/in-nru./il-kodiċi postali/il-post/il-pajjiż

L-informazzjoni marbuta mal-Fajl tal-Entitajiet Ġuridiċi (LEF):

Din l-entità diġà teżisti fl-LEF taħt it-tast(i) li ġejjin: 6

Ir-rikjesta għall-validazzjoni ta' din l-entità fl-LEF diġà saret.

Qed nehmeż l-iskrin ABAC stampat tar-rikjesta li saret, li għandha t-tast li ġej (normalment tibda bl-“ABC”): Hu mehmuż dokument ta' appoġġ għall-validazzjoni tar-rikjesta.

Ir-rikjesta tikkonċerna l-entità li ma teżistix fl-LEF u li l-informazzjoni fuqha ġejja minn awtorità jew korp tal-implimentazzjoni skont l- Artikolu 108(2) u (3) tar-Regolament Finanzjarju (mehmuż).

1)

Nitlob introduzzjoni tat-twissija li ġejja:

twissija ta' verifikazzjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

Jekk meħtieġ, indika referenza għal konsultazzjoni mad-DĠ BUDG u, fejn xieraq, is-servizz legali:

Esklużjoni skont ir-Regolament Finanzjarju (RF)

Artikolu 106 (1) a FR

Artikolu 106 (1) b FR

Indika d-denominazzjoni tal-qorti li tat is-sentenza li għandha l-forza ta' res judicata:

Indika d-data tas-sentenza li għandha l-forza ta' res judicata: JJ/XX/SSSS

Indika r-referenza għall-valutazzjoni tal-LS u d-DĠ BUDG:

Indika r-referenza għall-proċedura kontradittorja:

Artikolu 106 (1) c FR

Indika r-referenza għall-valutazzjoni tal-LS u d-DĠ BUDG:

Indika r-referenza għall-proċedura kontradittorja:

Artikolu 106 (1) d FR

Indika r-referenza għall-proċedura kontradittorja:

Artikolu 106 (1) e FR

Indika r-referenza għall-valutazzjoni tal-LS u d-DĠ BUDG:

Indika r-referenza għall-proċedura kontradittorja:

Indika d-denominazzjoni tal-qorti li tat is-sentenza li għandha l-forza ta' res judicata:

Indika d-data tas-sentenza li għandha l-forza ta' res judicata: JJ/XX/SSSS

Artikolu 106 (1) f FR (Penali tal-Artikolu 109 (1) FR)

Indika r-referenza għall-valutazzjoni tal-LS u d-DĠ BUDG:

Indika r-referenza għall-proċedura kontradittorja u r-referenza għad-deċiżjoni tal-AOR u data:

2)

Deskrizzjoni tar-raġunijiet għat-tlaba ta' twissija  (3) :

3)

Reġistrazzjoni tat-tul ta' żmien  (4) :

Niċċertifika li l-informazzjoni kkomunikata kienet stabbilita u trażmessa skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

[Firma tal-persuna awtorizzata li titlob introduzzjoni, tneħħija jew modifikazzjoni tat-twissija]

Kopja:


(1)  Timliex it-taqsimiet 1 sa 4.

(2)  Imla t-taqsimiet kollha, mhux biss dik li tirrigwarda r-rikjesta għal modifikazzjoni.

(3)  Fejn ma tkunx tista' tingħata deskrizzjoni skont ir-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, indika: “mhux żvelat”.

(4)  It-tul ta' żmien tal-esklużjoni skont l-Artikolu 106(1) punti b), c), e), f) tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi deċiż mill-Uffiċjal tal-Awtorizzazzjoni skont it-tifsira tal- Artikolu 2 tad-Deċiżjoni dwar is-sistema ta' twissija bikrija. It-tul ta' żmien tal-esklużjoni skont l-Artikolu 106(1) punti a) u d) tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi rreġistrat għal perjodu massimu ta' 5 snin.


Rettifika

14.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 329/81


Rettifika għad-Direttiva tal-Kunsill 2002/63/KE tal-11 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta' teħid ta' kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta' residwi ta' pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej L 187 tas-16 ta' Lulju 2002 )

(Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 03, Volum 036)

F'paġna 228, fit-titolu:

minflok:

“Id-Direttiva tal-Kunsill”;

aqra:

“Id-Direttiva tal-Kummissjoni”.