|
ISSN 1977-074X |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Leġiżlazzjoni |
Volum 57 |
|
Werrej |
|
II Atti mhux leġiżlattivi |
Paġna |
|
|
|
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI |
|
|
|
|
2014/782/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
REGOLAMENTI |
|
|
|
* |
||
|
|
|
||
|
|
|
DEĊIŻJONIJIET |
|
|
|
|
2014/783/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2014/784/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2014/785/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2014/786/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2014/787/UE |
|
|
|
* |
||
|
|
|
2014/788/UE |
|
|
|
* |
|
|
|
Rettifika |
|
|
|
* |
||
|
|
* |
|
MT |
L-Atti li t-titoli tagħhom huma stampati b'tipa ċara huma dawk li għandhom x'jaqsmu mal-maniġment ta' kuljum ta' materji agrikoli, u li ġeneralment huma validi għal perijodu limitat. It-titoli ta'l-atti l-oħra kollha huma stampati b'tipa skura u mmarkati b'asterisk quddiemhom. |
II Atti mhux leġiżlattivi
FTEHIMIET INTERNAZZJONALI
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta' Ottubru 2014
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw
(2014/782/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill approva, permezz tar-Regolament (KE) Nru 241/2008 (1), il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim skada fil-15 ta' Ġunju 2012. |
|
(3) |
L-Unjoni u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw innegozjaw Protokoll ġdid (“the Protokoll”) li joffri lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet ta' sajd fl-ibħra li fihom ir-Repubblika tal-Ginea Bissaw teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sajd. |
|
(4) |
Fl-aħħar ta' dawk in-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fl-10 ta' Frar 2012. |
|
(5) |
Biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, il-Protokoll għandu japplika fuq bażi provviżorja tiegħu mid-data tal-iffirmar tiegħu, kif previst fl-Artikolu 18 tal-Protokoll. |
|
(6) |
Il-Protokoll għandu jiġi ffirmat u applikat b'mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (il-Protkoll) huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.
It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar lill-persuna(i) mogħtija s-setgħa biex jiffirmaw il-Protokoll f'isem l-Unjoni.
Artikolu 3
Il-Protokoll għandu jiġi applikat b'mod provviżorju, skont l-Artikolu 18 tiegħu, mid-data tal-iffirmar tiegħu (2), sakemm jitlestew il-proċeduri għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. POLETTI
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 241/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49).
(2) Id-data tal-firma tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/3 |
PROTOKOLL
li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw
Artikolu 1
Perjodu ta' applikazzjoni u opportunitajiet ta' sajd
1. Għal perjodu ta' 3 snin, l-opportunitajiet ta' sajd mogħtija lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd huma stabbiliti kif ġej:
|
— |
Krustaċji u speċi demersali:
|
|
— |
Speċi b'tendenza kbira li jpassu ħafna (l-ispeċi elenkati fl-Anness 1 għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982):
|
2. Il-paragrafu 1 japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7 u 9 ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 2
Kontribuzzjoni finanzjarja — Modalitajiet ta' ħlas
1. Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1 ta' dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd hija ffissata fl-ammont ta' EUR 9 200 000 fis-sena.
2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:
|
(a) |
ammont annwali ta' EUR 6 200 000 għall-aċċess għar-riżorsi tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva tal-Ginea Bissaw (ŻEE); u |
|
(b) |
ammont speċifiku ta' EUR 3 000 000 fis-sena għall-appoġġ tal-politika settorjali tas-sajd tal-Ginea Bissaw |
3. Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 7, 9, 14, 15 u 17.
4. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja kif imsemmi fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 għandu jsir mhux aktar tard minn 30 jum wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin sussegwenti.
5. L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 hija kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw.
6. Il-ħlasijiet ipprovduti f'dan l-Artikolu għandhom jitħallsu f'kont uniku tat-Teżor Pubbliku miftuħ fil-Bank Ċentrali tal-Ginea Bissaw, li r-referenzi tiegħu għandhom jiġu pprovduti kull sena mis-Segretarju tal-Istat għas-Sajd.
Artikolu 3
Promozzjoni ta' sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw
1. Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll, il-Partijiet għandhom jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit fl-Artikolu 10 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, dwar Programm Settorjali multiannwali u r-regoli dettaljati tiegħu, b'mod partikolari:
|
(a) |
il-linji gwida fuq bażi annwali u multiannwali li fuqhom sejra tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2; |
|
(b) |
l-għanijiet, li għandhom jintlaħqu fuq bażi annwali u multiannwali sabiex jinkiseb, fuq medda ta' żmien, sajd sostenibbli u responsabbli, skont il-prijoritajiet espressi mill-Ginea Bissaw fil-politika tas-sajd nazzjonali jew politiki oħrajn marbuta ma' jew li jaffettwaw l-istabbiliment ta' sajd responsabbli u sostenibbli; |
|
(c) |
il-kriterji u l-proċeduri li għandhom jintużaw sabiex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba, fuq bażi annwali. |
2. Kull bidla proposta fil-programm settorjali multiannwali għandha tiġi approvata mill-Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.
3. Il-Kumitat Konġunt huwa responsabbli għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm settorjali multiannwali. Jekk ikun meħtieġ, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan il-monitoraġġ wara li jintemm dan il-Protokoll, sakemm tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika kollha prevista fil-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2.
Artikolu 4
Kooperazzjoni xjentifika għas-sajd responsabbli
1. Iż-żewġ Partijiet b'dan jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Ginea Bissaw, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni bejn id-diversi flotot tas-sajd preżenti f'dawk l-ibħra, u fuq il-bażi tal-prinċipji ta' ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u tal-ekosistemi tal-baħar.
2. Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Ginea Bissaw għandhom jikkooperaw sabiex isegwu l-iżviluppi fl-istat tar-riżorsi u tas-sajd fiż-ŻEE tal-Ginea Bissaw.
3. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu r-rispett tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn fl-Atlantiku (ICCAT) u tal-Kumitat tas-Sajd għaċ-Ċentru u l-Lvant tal-Atlantiku (CECAF), kif ukoll il-kooperazzjoni fil-livell tas-sottoreġjun rigward il-ġestjoni responsabbli tas-sajd, b'mod partikolari fi ħdan il-Kummissjoni Subreġjonali tas-Sajd (SRFC).
4. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw flimkien fi ħdan il-Kumitat Konġunt sabiex jadottaw, jekk ikun il-każ u bi qbil, miżuri ġodda li jwasslu għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.
Artikolu 5
Kumitat xjentifiku konġunt
1. Il-Kumitat Xjentifiku Konġunt huwa kompost minn xjenzati, b'numru ugwali maħtura minn kull waħda miż-żewġ Partijiet. Fuq deċiżjoni taż-żewġ Partijiet, il-parteċipazzjoni fil-Kumitat Xjentifiku Konġunt tista' tiġi estiża għal osservaturi, b'mod partikolari rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd, bħaċ-CECAF.
2. Il-Kumitat Xjentifiku Konġunt għandu jiltaqa' mill-inqas darba fis-sena, skont l- Artikolu 4(1) tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd. Fil-prinċipju, il-laqgħat għandhom isiru alternattivament fil-Ginea Bissaw u fl-Unjoni Ewropea. Il-laqgħat jistgħu jissejħu fuq talba ta' waħda mill-Partijiet. Il-laqgħat għandhom ikunu ppreseduti alternattivament miż-żewġ Partijiet.
3. Il-missjonijiet tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt għandhom jinkludu l-attivitajiet li ġejjin:
|
(a) |
il-ġbir tad-dejta dwar l-isforzi tas-sajd u l-qabdiet tal-flotot nazzjonali u barranin, li joperaw fiż-ŻEE tal-Ginea Bissaw u li jistadu speċi koperti minn dan il-Protokoll; |
|
(b) |
il-proposta, is-segwitu u l-analiżi tal-kampanji ta' valutazzjoni annwali li jikkontribwixxu għall-proċess ta' valutazzjoni tal-istokk u li jippermettu li jiġu ddeterminati l-opportunitajiet ta' sajd u l-għażliet ta' użu li jiggarantixxu l-konservazzjoni tar-riżorsi u tal-ekosistema tagħhom; |
|
(c) |
abbażi ta' dan, it-tħejjija ta' rapport xjentifiku annwali dwar is-sajd kopert minn dan il-Ftehim; |
|
(d) |
l-għoti, fuq inizjattiva tiegħu stess jew b'risposta għal talba mill-Kumitat Konġunt jew minn waħda mill-Partijiet, ta' kwalunkwe parir xjentifiku dwar il-miżuri ta' ġestjoni li jitqiesu meħtieġa għall-użu sostenibbli tal-istokk u tas-sajd taħt dan il-Protokoll. |
Artikolu 6
Għeluq tas-sajd mill-Ginea Bissaw
1. F'każ li l-Ginea Bissaw, fuq bażi ta' parir tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt, tiddeċiedi li tagħlaq is-sajd skont miżura ta' konservazzjoni tar-riżorsi, il-Kumitat Konġunt għandu jiltaqa' sabiex janalizza l-bażi ta' din id-deċiżjoni, jivvaluta l-impatt ta' dan l-għeluq fuq l-attività tal-bastimenti tal-UE fil-kuntest tal-Ftehim u jiddeċiedi dwar miżuri korrettivi possibbli.
2. Fil-każijiet previsti fil-paragrafu 1, il-Kumitat Konġunt għandu jaqbel dwar it-tnaqqis proporzjonali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Ftehim imħallsa mill-Unjoni Ewropea u, fejn applikabbli, dwar kumpens offrut lis-sidien tal-bastimenti.
3. Kull għeluq tas-sajd deċiż mill-Ginea Bissaw wara parir xjentifiku għandu jiġi applikat b'mod nondiskriminatorju għall-bastimenti kollha involuti f'dan is-sajd, inklużi l-bastimenti nazzjonali u dawk li jtajru l-bandiera ta' pajjiż terz.
Artikolu 7
Reviżjoni tal-opportunitajiet ta' sajd bi ftehim reċiproku
L-opportunitajiet ta' sajd stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu riveduti bi ftehim reċiproku fil-Kumitat Konġunt u skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat Xjentifiku Konġunt. F'każ bħal dan, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 għandha tkun riveduta proporzjonalment u pro rata temporis u jsiru l-emendi meħtieġa għal dan il-Protokoll u għall-Anness għalih.
Artikolu 8
Sajd sperimentali
1. Il-kampanji tas-sajd sperimentali għandhom l-għan li jittestjaw il-fattibbiltà teknika u l-vijabbiltà ekonomika ta' sajd ġdid.
2. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw it-talbiet għal-liċenzji tas-sajd sperimentali fuq il-bażi ta' fajl tekniku li jispeċifika:
|
— |
il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment, |
|
— |
il-livell ta' għarfien tal-uffiċjali tal-bastiment fis-sajd ikkonċernat, |
|
— |
il-proposta dwar il-parametri tekniċi tal-kampanja (tul, apparat, reġjuni ta' esplorazzjoni, eċċ.). |
3. Il-kampanji tas-sajd sperimentali m'għandhomx idumu aktar minn sitt xhur. Dawn huma soġġetti għall-ħlas ta' tariffa ffissata mill-Ginea Bissaw.
4. Osservatur xjentifiku tal-Istat tal-bandiera u osservatur magħżul mill-Ginea Bissaw għandhom ikunu preżenti abbord tul il-kampanja kollha.
5. Il-qabdiet awtorizzati skont il-kampanja tas-sajd sperimentali għandhom ikunu stabbiliti mill-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw. Il-qabdiet li jsiru skont u matul il-kampanja ta' esplorazzjoni jibqgħu l-proprjetà ta' sid il-bastiment. Ma jistax jinżamm abbord jew jinbiegħ il-ħut ta' daqs illegali jew li s-sajd tiegħu mhuwiex awtorizzat mil-liġi tal-Ginea Bissaw fis-seħħ.
6. Id-dettalji tar-riżultati tal-kampanja għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat Konġunt u lill-Kumitat Xjentifiku Konġunt, għall-analiżi.
Artikolu 9
Opportunitajiet ġodda ta' sajd
F'każ li l-bastimenti tas-sajd tal-UE jkunu interessati f'attivitajiet tas-sajd li mhumiex indikati fl-Artikolu 1, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-Kumitat Xjentifiku Konġunt. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar il-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet ġodda tas-sajd u jagħmlu l-emendi għal dan il-Protokoll u għall-Anness għalih.
Artikolu 10
Integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-Unjoni Ewropea fis-settur tas-sajd fil-Ginea Bissaw
1. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-Unjoni Ewropea fl-industrija kollha tas-sajd fil-Ginea Bissaw, b'mod partikolari l-kiri (chartering) tal-bastimenti tal-UE jew il-ħolqien ta' impriżi konġunti.
2. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkooperaw sabiex iqajmu l-għarfien fost l-operaturi privati tal-UE rigward l-opportunitajiet kummerċjali u industrijali, b'mod partikolari f'termini ta' investimenti diretti, fl-industrija kollha tas-sajd fil-Ginea Bissaw.
3. Għall-istess għan, il-Ginea Bissaw għandha tipprovdi inċentivi lill-operaturi li jinvolvu ruħhom f'investimenti bħal dawn.
4. Il-Partijiet għandhom, bejn issa sa tmiem is-sena 2012, jistabbilixxu grupp ta' studju li fih ikunu mistiedna l-operaturi ekonomiċi sabiex jidentifikaw ix-xkiel għall-investimenti diretti tal-operaturi fl-industrija tas-sajd u l-miżuri sabiex dan jingħeleb. Il-grupp għandu jagħmel proposti ta' forom possibbli ta' finanzjament għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet identifikati.
Artikolu 11
Kompjuterizzazzjoni tal-iskambji
1. Il-Ginea Bissaw u l-Unjoni Ewropea jaqblu li jistabbilixxu fl-inqas żmien possibbli s-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.
2. Il-verżjoni elettronika ta' kwalunkwe dokument għandha f'kull każ titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata tagħha.
3. Il-Ginea Bissaw u l-Unjoni Ewropea għandhom minnufih jinfurmaw lil xulxin rigward kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F'dan il-każ l-informazzjoni u d-dokumenti marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim jiġu awtomatikament sostitwiti mill-verżjoni stampata tagħhom skont il-modalitajiet definiti fl-Anness.
Artikolu 12
Kunfidenzjalità tad-dejta
Il-Ginea Bissaw tintrabat li d-dejta personali kollha dwar il-bastimenti tal-UE u l-attivitajiet tagħhom tas-sajd miksuba fil-kuntest tal-Ftehim tiġi ttrattata f'kull ħin b'mod kunfidenzjali, skont il-prinċipji ta' kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.
Artikolu 13
Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali
1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd li joperaw fl-ilmijiet tal-Ginea Bissaw għanhom ikunu rregolati mil-leġiżlazzjoni applikabbli fil-Ginea Bissaw, ħlief jekk il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, f'dan il-Protokoll u fl-Anness u l-appendiċijiet għalih jipprovdu mod ieħor.
2. L-awtoritajiet tal-Ginea Bissaw għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea dwar kull tibdil jew kull liġi ġdida li tirrigwarda l-industrija tas-sajd.
Artikolu 14
Sospensjoni u reviżjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 tista' tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt f'każ li tkun issodisfata kondizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:
|
(a) |
ċirkostanzi mhux normali, minbarra fenomeni naturali, jimpedixxu t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd fiż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tal-Ginea Bissaw; |
|
(b) |
wara bidliet sinifikanti fil-linji gwida politiċi li wasslu għall-konklużjoni ta' dan il-Protokoll, waħda mill-Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bl-għan li jsiru emendi fihom; |
|
(c) |
l-Unjoni Ewropea tinnota li fil-Ginea Bissaw hemm ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi kif previsti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou. |
2. L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tirrevedi jew tissospendi, parzjalment jew totalment, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2(2) ta' dan il-Protokoll:
|
(a) |
meta r-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-ipprogrammar wara evalwazzjoni mill-Kumitat Konġunt; u/jew |
|
(b) |
f'każ li ma titwettaqx din il-kontribuzzjoni finanzjarja. |
3. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara l-konsultazzjoni u l-qbil bejn iż-żewġ Partijiet hekk kif terġa' tiġi stabbilita s-sitwazzjoni preċedenti għall-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fil-punt (b) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2 ma tistax titħallas wara perjodu ta' 6 xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.
4. Il-liċenzji tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-UE jistgħu jiġu sospiżi flimkien mas-sospensjoni tal-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont il-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2. F'każ li l-attivitajiet jibdew mill-ġdid, il-validità ta' dawn il-liċenzji tas-sajd għandha tiġi estiża għall-istess tul ta' żmien tal-perjodu ta' sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd.
Artikolu 15
Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll
1. L-implimentazzjoni ta' dan il-Protokoll tista' tiġi sospiża fuq inizjattiva ta' waħda miż-żewġ Partijiet wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk isseħħ xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ċirkostanzi mhux normali, minbarra fenomeni naturali, jimpedixxu t-twettiq tal-attivitajiet tas-sajd fiż-ŻEE tal-Ginea Bissaw; |
|
(b) |
wara bidliet sinifikanti fil-linji gwida politiċi li wasslu għall-konklużjoni ta' dan il-Protokoll, waħda mill-Partijiet titlob ir-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu bl-għan li jsiru emendi fihom; |
|
(c) |
waħda miż-żewġ Partijiet twettaq ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji demokratiċi kif previsti fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou; |
|
(d) |
l-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fil-punt (a) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 2, għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 14; |
|
(e) |
ikun hemm tilwima persistenti bejn iż-żewġ Partijiet li ma tkunx tista' tiġi solvuta fi ħdan il-kumitat konġunt; |
|
(f) |
waħda miż-żewġ Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll. |
2. Meta l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll tiġi sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika l-intenzjoni tagħha bil-miktub u tal-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha għandha sseħħ din is-sospensjoni. Is-sospensjoni ta' dan il-Protokoll għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandha tapplika minnufih wara li tittieħed id-deċiżjoni ta' sospensjoni.
3. F'każ ta' sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu jikkonsultaw lil xulxin bil-ħsieb li jsibu soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom. Meta tinstab din is-soluzzjoni, l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll għandha tibda mill-ġdid u l-ammont tal-kumpens finanzjarju jitnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skont kemm tkun damet sospiża l-applikazzjoni ta' dan il-Protokoll.
Artikolu 16
Tul ta' żmien
Dan il-Protokoll u l-Anness għalih għandhom japplikaw għal perjodu ta' 3 snin mid-data tal-applikazzjoni provviżorja tiegħu skont l-Artikolu 18, ħlief f'każ ta' terminazzjoni skont l-Artikolu 17.
Artikolu 17
Terminazzjoni
1. F'każ ta' terminazzjoni ta' dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data effettiva tat-terminazzjoni.
2. Il-kunsinna tan-notifika kif imsemmija fil-paragrafu preċedenti, għandha tagħti bidu għall-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.
Artikolu 18
Applikazzjoni provviżorja
Dan il-Protokoll għandu japplika b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu.
Artikolu 19
Dħul fis-seħħ
Dan il-Protokoll u l-Anness għalih għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin dwar it-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.
Għall-Unjoni Ewropea
Għar-Repubblika tal-Ginea Bissaw
ANNESS
IL-KONDIZZJONIJIET GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-GINEA BISSAW
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet Ġenerali
1. Ħatra tal-awtorità kompetenti
Għall-finijiet ta' dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (UE) jew għall-Ginea Bissaw bħala awtorità kompetenti tindika:
|
(i) |
għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn xieraq permezz tad-delegazzjoni tal-UE; |
|
(ii) |
għall-Ginea Bissaw: id-dipartiment tal-gvern responsabbli għas-sajd. |
2. ŻEE nazzjonali
Il-Ginea Bissaw għandha tikkomunika lill-UE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll il-koordinati ġeografiċi taż-ŻEE tagħha kif ukoll tal-linji bażi.
3. Ħatra ta' aġent lokali
Ħlief għall-bastimenti tat-tonn, kull bastiment tal-UE li jixtieq jikseb liċenzja għas-sajd taħt dan il-Protokoll għandu jkun irrappreżentat minn aġent residenti fil-Ginea Bissaw.
4. Kont bankarju
Il-Ginea Bissaw għandha tikkomunika lill-UE qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan il-Protokoll id-dettalji tal-kont(ijiet) bankarju/i li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom dovuti mill-bastimenti tas-sajd bħala parti mill-Ftehim. L-ammonti dovuti bħala trasferimenti bankarji huma taħt ir-responsabbiltà tas-sidien tal-bastimenti.
KAPITOLU II
Liċenzji tas-sajd
1. Prerekwiżit biex tinkiseb liċenzja tas-sajd — bastimenti eliġibbli
Il-liċenzji tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim jinħarġu biss jekk il-bastiment ikun irreġistrat fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE, u jekk l-obbligi preċedenti relatati mas-sid, mal-kaptan jew mal-bastiment innifsu, li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Ginea Bissaw bħala parti mill-Ftehim, ikunu ġew issodisfati.
2. Applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd
|
2.1. |
L-UE għandha tippreżenta lill-Ginea Bissaw applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd għal kull bastiment li jixtieq jistad taħt il-Ftehim, mill-inqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-validità mitluba, bl-użu tal-formola f'appendiċi għal dan l-Anness. |
|
2.2. |
Għal kull l-ewwel applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd taħt il-Protokoll fis-seħħ, jew wara bidla teknika fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:
|
|
2.3. |
Meta tiġġedded il-liċenzja tas-sajd taħt dan il-Protokoll, fil-każ ta' bastiment li l-karatteristiċi tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandha tkun akkumpanjata biss mill-prova tal-pagament tal-ħlas u, jekk ikun il-każ, tal-kontribuzzjoni fissa għall-ispejjeż marbuta mal-osservatur. |
3. Ħlas fiss bil-quddiem
|
3.1. |
L-ammont tal-ħlas fiss għandu jkun stabbilit fuq bażi ta' rata annwali ddeterminata għal kull kategorija ta' bastimenti fl-iskedi tekniċi kif jinstabu f'appendiċi għal dan l-Anness. Dan għandu jinkludi t-taxxi nazzjonali u lokali kollha, minbarra t-taxxi tal-port, u l-ispejjeż għas-servizzi. |
|
3.2. |
Meta l-validità tal-liċenzja tkun għal inqas minn sena, l-ammont tal-ħlas fiss għandu jkun adattat pro rata għat-tul tal-validità mitluba. Dan għandu jiżdied, jekk ikun il-każ, biż-żieda dovuta għat-trimestru jew semestru, skont l-iskali stabbiliti fl-iskedi tekniċi korrispondenti. |
4. Lista provviżorja tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd
|
4.1. |
Malli tirċievi l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd, il-Ginea Bissaw għandha tistabbilixxi fl-iqsar żmien possibbli, għal kull kategorija ta' bastimenti, il-lista provviżorja tal-bastimenti li jkunu applikaw. Din il-lista għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE. |
|
4.2. |
L-UE għandha tibgħat il-lista provviżorja lis-sid jew lill-aġent tagħha. F'każ li l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Ginea Bissaw tista' tibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, u tibgħat kopja tagħha lill-UE. |
5. Ħruġ tal-liċenzja tas-sajd
|
5.1. |
Il-Ginea Bissaw għandha toħroġ il-liċenzja tas-sajd lill-UE fi żmien 20 jum wara li tirċievi l-fajl tal-applikazzjoni komplut. |
|
5.2. |
F'każ ta' tiġdid ta' liċenzja tas-sajd matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-Protokoll, il-liċenzja l-ġdida għandu jkun fiha referenza ċara għal-liċenzja inizjali tas-sajd. |
|
5.3. |
L-UE għandha tibgħat il-liċenzja tas-sajd lil sid il-bastiment jew lill-aġent tiegħu. F'każ li l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Ginea Bissaw tista' tibgħat il-liċenzja tas-sajd direttament lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, u tibgħat kopja lill-UE. |
6. Lista tal-bastimenti awtorizzati għas-sajd
Mal-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd, il-Ginea Bissaw għandha tistabbilixxi fl-iqsar żmien possibbli u għal kull kategorija ta' bastimenti l-lista definittiva tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Ginea Bissaw. Din il-lista għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE u għandha tissostitwixxi l-lista provviżorja msemmija hawn fuq.
7. Tul tal-validità tal-liċenzja tas-sajd
|
7.1. |
Il-liċenzji tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti għal perjodu ta' tliet xhur, sitt xhur jew sena. |
|
7.2. |
Sabiex ikun jista' jiġi ddeterminat il-bidu tal-perjodu tal-validità, perjodu ta' sena jfisser:
|
|
7.3. |
Perjodu ta' validità ta' tlieta jew sitt xhur jibda fl-ewwel jum ta' kull xahar. Il-validità tal-liċenzji tas-sajd madankollu ma tistax taqbeż il-31 ta' Diċembru tas-sena li fiha jinħarġu. |
8. Żamma tal-liċenzja tas-sajd abbord
|
8.1. |
Il-liċenzja tas-sajd għandha tinżamm abbord f'kull ħin. |
|
8.2. |
Madankollu, il-bastimenti tat-tonn u dawk bil-konz tal-wiċċ huma awtorizzati li jistadu malli jkunu mniżżla fuq il-lista provviżorja msemmija hawn fuq. Dawn il-bastimenti għandhom dejjem iżommu l-lista provviżorja abbord sa ma toħroġ il-liċenzja tas-sajd tagħhom. |
9. Trasferiment tal-liċenzja tas-sajd
|
9.1. |
Il-liċenzja tas-sajd għandha tkun stabbilita għal bastiment speċifiku u mhijiex trasferibbli. |
|
9.2. |
Madankollu, fil-każ ta' force majeure u fuq talba tal-UE, il-liċenzja tas-sajd għandha tiġi ssostitwita minn liċenzja tas-sajd ġdida, maħruġa f'isem bastiment ieħor simili għall-bastiment li ser ikun sostitwit. |
|
9.3. |
It-trasferiment għandu jsir billi sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu jagħti lura l-liċenzja tas-sajd li se tkun sostitwita lill-Ginea Bissaw, u bl-istabbiliment fl-iqsar żmien possibbli mill-Ginea Bissaw tal-liċenzja ta' sostituzzjoni. Il-liċenzja ta' sostituzzjoni għandha tintbagħat fl-iqsar żmien possibbli lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, meta tintbagħat lura l-liċenzja li sejra tkun sostitwita. Il-liċenzja tas-sajd għandha tidħol fis-seħħ fl-istess jum li tintbagħat lura l-liċenzja li se tkun sostitwita. |
|
9.4. |
Għall-bastimenti tat-tkarkir, jekk it-tunnellaġġ (GRT) tal-bastiment li jissostitwixxi jkun akbar minn dak tal-bastiment sostitwit, il-ħlas addizzjonali jiġi kkalkulat pro rata skont id-differenza fit-tunnellaġġ u l-perjodu ta' validità li jifdal. Dan il-ħlas addizzjonali għandu jitħallas minn sid il-bastiment meta jsir it-trasferiment tal-liċenzja tas-sajd. |
|
9.5. |
Il-Ginea Bissaw għandha taġġorna fl-iqsar żmien possibbli l-lista tal-bastimenti awtorizzati li jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE. |
10. Bastimenti ta' appoġġ
|
10.1. |
Fuq talba tal-UE, il-Ginea Bissaw għandha tawtorizza lill-bastimenti tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd sabiex ikunu mgħejjuna minn bastimenti ta' appoġġ. Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom itajru l-bandiera ta' Stat Membru tal-UE, jew ikunu parti minn kumpanija Ewropea, u ma jistgħux ikunu mgħammra biex jaqbdu l-ħut. |
|
10.2. |
Il-Ginea Bissaw għandha tistabbilixxi l-lista ta' bastimenti ta' appoġġ awtorizzati u tikkomunikaha fl-iqsar żmien possibbli lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE. |
|
10.3. |
Il-bastimenti ta' appoġġ għandhom iżommu liċenzja għal dan il-għan, maħruġa skont il-liġi tal-Ginea Bissaw. |
11. Spezzjoni teknika (bastimenti tat-tkarkir)
|
11.1. |
Darba fis-sena, jew wara xi tibdil fit-tunnellaġġ tal-bastiment, jew meta l-użu ta' rkaptu tas-sajd ieħor ikun jinvolvi bidla fil-kategorija tas-sajd, kull bastiment tat-tkarkir tal-UE għandu jidħol f'port tal-Ginea Bissaw għal spezzjoni teknika, skont il-liġi tal-Ginea Bissaw fis-seħħ. |
|
11.2. |
L-ispezzjoni teknika għandha l-għan li tivverifika l-konformità tal-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment u tal-irkaptu tas-sajd li jkun abbord, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar l-imbark tal-baħrin nazzjonali. |
|
11.3. |
Il-Ginea Bissaw għandha tagħmel l-ispezzjoni teknika obbligatorja sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara l-wasla tal-bastiment tat-tkarkir fil-port. |
|
11.4. |
Wara l-ispezzjoni teknika, il-Ginea Bissaw għandha tagħti minnufih ċertifikat ta' konformità lill-kaptan tal-bastiment, u tibgħat kopja tiegħu lill-UE. |
|
11.5. |
Iċ-ċertifikat ta' konformità huwa validu għal sena. Madankollu, kull tibdil ta' sajd minn jew lejn il-kategorija tal-gambli jeħtieġ ċertifikat ġdid ta' konformità. Barra minn hekk, jeħtieġ ċertifikat ġdid ta' konformità f'każ li l-bastiment jitlaq miż-ŻEE tal-Ginea Bissaw għal perjodu ta' aktar minn 45 jum. |
|
11.6. |
Iċ-ċertifikat ta' konformità għandu jinżamm abbord il-bastiment f'kull ħin. |
|
11.7. |
L-ispejjeż marbuta mal-ispezzjoni teknika għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment u huma ugwali għall-ammont iffissat mill-iskala inkluża fil-leġiżlazzjoni tal-Ginea Bissaw. Dawn l-ispejjeż ma jistgħux jaqbżu l-ammonti mħallsa għall-istess servizz mill-bastimenti nazzjonali jew mill-bastimenti li jtajru bandiera ta' pajjiż terz. |
KAPITOLU III
Miżuri tekniċi
|
1. |
Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom liċenzja tas-sajd, li jirrigwardaw iż-żona, l-irkaptu tas-sajd u l-qbid inċidentali, huma speċifikati għal kull kategorija tas-sajd fl-iskedi tekniċi kif jinstabu f'appendiċi għal dan l-Anness. |
|
2. |
Il-bastimenti tat-tonn u dawk bil-konz tal-wiċċ għandhom jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha adottati mill-ICCAT. |
KAPITOLU IV
Dikjarazzjoni tal-qabdiet
1. Ġurnal tas-sajd
|
1.1. |
Il-kaptan ta' bastiment tal-UE li jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal tas-sajd, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija tas-sajd jinsab f'appendiċi għal dan l-Anness. Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li l-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. |
|
1.2. |
Il-kaptan għandu jikteb kuljum fil-ġurnal tas-sajd il-kwantità ta' kull speċi, identifikata permezz tal-kodiċi tagħha Alfa 3 tal-FAO, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f'kilogrammi ta' piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f'numri individwali. Il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll f'każ li ma jinqabad xejn minn kwalunkwe speċi ewlenija. |
|
1.3. |
Jekk ikun il-każ, il-kaptan għandu jirreġistra wkoll kuljum fil-ġurnal tas-sajd il-kwantitajiet ta' kull speċi mitfugħin lura fil-baħar, espressi f'kilogrammi ta' piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, f'numri individwali. |
|
1.4. |
Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela b'mod ċar, b'ittri kbar, u jkun iffirmat mill-kaptan. |
|
1.5. |
Il-preċiżjoni tal-informazzjoni rreġistrata fil-ġurnal tas-sajd taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-kaptan. |
2. Dikjarazzjoni tal-qabdiet
|
2.1. |
Il-kaptan għandu jiddikjara l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat il-ġurnali tas-sajd tiegħu lill-Ginea Bissaw għall-perjodu tal-preżenza tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw. |
|
2.2. |
Il-ġurnali tas-sajd għandhom jintbagħtu skont it-termini li ġejjin:
|
|
2.3. |
Jekk il-Ginea Bissaw tkun tista' tirċievi r-rapporti tal-qabdiet permezz tal-posta elettronika, il-kaptan għandu jibgħat il-ġurnali tas-sajd lill-Ginea Bissaw fl-indirizz elettroniku kkomunikat mill-Ginea Bissaw. Il-Ginea Bissaw għandha tikkonferma minnufih li rċeviet il-ġurnali permezz ta' risposta bil-posta elettronika. |
|
2.4. |
Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali tas-sajd kollha lill-UE. Fil-każ tal-bastimenti tat-tonn u bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali kollha tas-sajd lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:
|
|
2.5. |
Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tal-Ginea Bissaw waqt il-perjodu tal-validità tal-liċenzja tas-sajd tiegħu għandu jagħti lok għal rapport ġdid tal-attivitajiet u l-qabdiet. |
|
2.6. |
F'każ li d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu ma jiġux irrispettati, il-Ginea Bissaw tista' tissospendi l-liċenzja tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tikseb ir-rapporti neqsin tal-qabdiet u tissanzjona lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet previsti għal dan mil-liġi nazzjonali fis-seħħ. F'każ ta' ksur ripetut, il-Ginea Bissaw tista' tirrifjuta t-tiġdid tal-liċenzja tas-sajd. Il-Ginea Bissaw għandha tinforma minnufih lill-UE dwar kwalunkwe sanzjoni applikata f'dan il-kuntest. |
3. Tranżizzjoni lejn sistema elettronika
Mill-1 ta' Jannar 2013, il-bastimenti tas-sajd tal-UE għandhom jirreġistraw u jikkomunikaw lill-Ginea Bissaw it-tagħrif kollu dwar l-operazzjonijiet ta' sajd mwettqa skont il-Ftehim permezz tal-posta elettronika, skont id-dispożizzjonijiet kif kif jinstabu f'appendiċi għal dan l-Anness.
4. Stqarrija tal-ħlasijiet għall-bastimenti tat-tonn u bil-konz tal-wiċċ
|
4.1. |
L-UE għandha tistabbilixxi għal kull bastiment tas-sajd tat-tonn bit-tartarun u bil-konz tal-wiċċ, stqarrija finali tal-ħlasijiet dovuti mill-bastiment fil-kuntest tal-perjodu annwali ta' attività tas-sena preċedenti bbażata fuq ir-rapporti tal-qabdiet tiegħu kkonfermati mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq. |
|
4.2. |
L-UE għandha tikkomunika din l-istqarrija finali lill-Ginea Bissaw u lil sid il-bastiment qabel il-15 ta' Ġunju tas-sena ta' wara dik li fiha jkunu saru l-qabdiet. |
|
4.3. |
Jekk l-istqarrija finali tkun ogħla mill-ħlas fiss mħallas qabel għall-kisba tal-liċenzja tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas minnufih il-bilanċ lill-Ginea Bissaw. Jekk l-istqarrija finali tkun inqas mis-somma fissa mħallsa qabel, sid il-bastiment ma jistax jirkupra s-somma li jifdal. |
KAPITOLU V
Żbark u trasbord
|
1. |
Il-kaptan ta' bastiment tal-UE li jixtieq jiżbarka f'port tal-Ginea Bissaw, jew jittrasborda qabdiet magħmula fiż-żona tal-Ginea Bissaw għandu jinnotifika lill-Ginea Bissaw, mill-inqas 24 siegħa qabel l-iżbark jew it-trasbord:
|
|
2. |
F'każ ta' trasbord, il-kaptan għandu jkun żgur li l-bastiment destinatarju jkollu liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti għal operazzjoni bħal din. |
|
3. |
L-operazzjoni ta' trasbord għandha ssir fl-ilmijiet ta' port tal-Ginea Bissaw. Mhuwiex permess it-trasbord fuq il-baħar. |
|
4. |
Jekk id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati għandhom jiġu applikati s-sanzjonijiet previsti għal dan mil-liġi tal-Ginea Bissaw. |
KAPITOLU VI
Sistema ta' Monitoraġġ bis-Satellita (VMS)
1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti — sistema VMS
|
1.1. |
Meta jkunu fiż-żona tal-Ginea Bissaw, il-bastimenti tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b'sistema ta' monitoraġġ bis-satellita (Vessel Monitoring System — VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f'kull ħin, liċ-Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd (Fisheries Monitoring Center — FMC) tal-Istat tal-bandiera. |
|
1.2. |
Kull messaġġ ta' pożizzjoni għandu:
|
|
1.3. |
Il-pożizzjoni rreġistrata mad-dħul fiż-żona tal-Ginea Bissaw għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha sussegwenti għandhom ikunu identifikati bil-kodiċi “POS”, minbarra l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Ginea Bissaw, li għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”. |
|
1.4. |
L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jipprovdi l-ipproċessar awtomatiku u, f'dak il-każ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta' pożizzjoni. Il-messaġġi ta' pożizzjoni għandhom ikunu rreġistrati b'mod sigur u miżmuma għal perjodu ta' tliet snin. |
2. Trażmissjoni mill-bastiment f'każ ta' ħsara tas-sistema VMS
|
2.1. |
Il-kaptan għandu jiżġura f'kull ħin li s-sistema VMS tal-bastiment tiegħu hija għal kollox operattiva u li l-messaġġi ta' pożizzjoni jkunu trażmessi b'mod korrett lill-FMC tal-Istat tal-bandiera. |
|
2.2. |
F'każ ta' ħsara, is-sistema VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tiġi sostitwita fi żmien xahar. Wara dan iż-żmien u jekk ma tissewwiex il-ħsara, il-bastiment ma jkunx awtorizzat aktar li jidħol jistad fiż-żona tal-Ginea Bissaw. |
|
2.3. |
Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tal-Ginea Bissaw b'sistema VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi ta' pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika, permezz tar-radju jew tal-fax lill-FMC tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba' sigħat, billi jagħtu l-informazzjoni kollha ddettaljata fil-paragrafu 1.2. |
3. Komunikazzjoni sikura tal-messaġġi ta' pożizzjoni lill-FMC tal-Ginea Bissaw
|
3.1. |
Malli l-Ginea Bissaw tkun stabbilixxiet FMC operattiv, l-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti awtomatikament il-messaġġi ta' pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati lill-FMC tal-Ginea Bissaw. L-FMCs tal-Istat tal-bandiera u tal-Ginea Bissaw għandhom jiskambjaw bejniethom l-indirizzi elettroniċi ta' kuntatt u jinfurmaw lil xulxin minnufih bi kwalunkwe tibdil f'dawn l-indirizzi. |
|
3.2. |
It-trażmissjoni tal-messaġġi ta' pożizzjoni bejn l-FMCs tal-Istat tal-bandiera u tal-Ginea Bissaw għandha ssir b'mod elettroniku skont sistema ta' komunikazzjoni sikura. |
|
3.3. |
L-FMCs tal-Ginea Bissaw u tal-Istat tal-bandiera għandhom jinfurmaw lil xulxin minnufih dwar kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi ta' pożizzjoni konsekuttivi ta' bastiment li jkollu liċenzja tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona. |
4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta' komunikazzjoni
|
4.1. |
Il-Ginea Bissaw għandha tassigura l-kompatibbiltà tat-tagħmir elettroniku tagħha ma' dak tal-FMC tal-Istat tal-bandiera u tinforma minnufih lill-UE dwar kull ħsara fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi ta' pożizzjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni teknika fl-inqas żmien possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun mgħarraf rigward kwalunkwe tilwima li tista' tinqala'. |
|
4.2. |
Il-kaptan jitqies responsabbli għal kull manipulazzjoni fis-sistema VMS tal-bastiment bil-ħsieb li tfixkel il-funzjonament tagħha jew tiffalsifika l-messaġġi ta' pożizzjoni. Kull ksur ikun soġġett għas-sanzjonijiet previsti mil-liġi fis-seħħ tal-Ginea Bissaw. |
5. Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi ta' pożizzjoni
|
5.1. |
Fuq il-bażi ta' elementi fondati li jipprovdu evidenza ta' ksur, il-Ginea Bissaw tista' titlob lill-FMC tal-Istat tal-bandiera, b'kopja lill-UE, li jnaqqas l-intervall ta' trażmissjoni tal-messaġġi ta' pożizzjoni ta' bastiment għal intervall ta' tletin minuta għal perjodu ta' investigazzjoni. Dawn l-elementi ta' evidenza għandhom ikunu trażmessi mill-Ginea Bissaw lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih lill-Ginea Bissaw il-messaġġi ta' pożizzjoni skont l-intervall ta' ħin imnaqqas. Il-Ginea Bissaw għandha tinforma minnufih lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE meta ttemm il-proċedura ta' investigazzjoni. |
|
5.2. |
Wara l-perjodu ta' investigazzjoni, il-Ginea Bissaw għandha tinforma lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE dwar monitoraġġ li jista' jkun meħtieġ. |
KAPITOLU VII
Kontroll
1. Dħul u ħruġ miż-żona
|
1.1. |
Kull dħul jew ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw ta' bastiment tal-UE li jkollu liċenzja tas-sajd għandu jkun innotifikat lill-Ginea Bissaw fi żmien 24 siegħa qabel id-dħul jew il-ħruġ. Dan il-ħin huwa mnaqqas għal sitt sigħat għall-bastimenti tat-tonn u dawk bil-konz tal-wiċċ. |
|
1.2. |
Meta jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jikkomunika b'mod partikolari
|
|
1.3. |
In-notifikazzjoni għandha ssir preferibbilment permezz tal-posta elettronika, jew inkella, b'fax jew bir-radju, f'indirizz elettroniku, numru tat-telefown jew fuq frekwenza mogħtija mill-Ginea Bissaw. Il-Ginea Bissaw għandha tikkomunika minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE kwalunkwe tibdil fl-indirizz elettroniku, in-numru tat-telefown jew il-frekwenza ta' trażmissjoni. |
|
1.4. |
Kull bastiment li jinqabad jistad fiż-żona tal-Ginea Bissaw mingħajr ma jkun avża minn qabel il-preżenza tiegħu jitqies bħala bastiment mingħajr liċenzja tas-sajd. |
2. Spezzjonijiet
|
2.1. |
Il-kaptani tal-bastimenti tal-Unjoni Ewropea involuti fl-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra tal-Ginea Bissaw għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u l-qadi tad-dmirijiet ta' kwalunkwe uffiċjal awtorizzat tal-Ginea Bissaw inkarigat mill-ispezzjoni tal-attivitajiet tas-sajd. |
|
2.2. |
Il-preżenza abbord ta' dawn l-uffiċjali m'għandhiex tkun itwal minn kemm meħtieġ sabiex iwettqu l-kompitu tagħhom. |
|
2.3. |
Fl-aħħar ta' kull spezzjoni, jingħata rapport tal-ispezzjoni uffiċjali lill-kaptan tal-bastiment. |
KAPITOLU VIII
Ksur
1. Trattament tal-ksur
|
1.1. |
Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-UE li għandu liċenzja tas-sajd fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness għandu jissemma f'rapport ta' spezzjoni. |
|
1.2. |
L-iffirmar tar-rapport ta' spezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta' sid il-bastiment fil-konfront tal-ksur denunzjat. |
2. Waqfien tal-bastiment — Laqgħa ta' informazzjoni
|
2.1. |
Fejn ikun permess, skont il-leġislazzjoni nazzjonali fir-rigward ta' ksur denunzjat, kull bastiment tal-UE involut fil-ksur jista' jkun imġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, meta l-bastiment ikun fuq il-baħar, li jidħol lura f'port tal-Ginea Bissaw. |
|
2.2. |
Il-Ginea Bissaw għandha tinnotifika lill-UE, fi żmien massimu ta' 48 siegħa, kull waqfien ta' bastiment tal-UE li jkollu liċenzja tas-sajd. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata mill-elementi ta' evidenza tal-ksur iddenunzjat. |
|
2.3. |
Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura fil-konfront tal-bastiment, tal-kaptan, jew tat-tagħbija, minbarra l-miżuri maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi, il-Ginea Bissaw għandha torganizza fuq talba tal-UE, fi żmien ġurnata tax-xogħol wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment, laqgħa ta' informazzjoni sabiex tispjega l-fatti li jkunu wasslu għall-waqfien tal-bastiment u tispjega kwalunkwe konsegwenza. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista' jattendi għal din il-laqgħa ta' informazzjoni. |
3. Piena għall-ksur — Proċedura ta' kompromess
|
3.1. |
Il-piena għall-ksur iddenunzjat għandha tkun stabbilita mill-Ginea Bissaw skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fis-seħħ. |
|
3.2. |
Meta s-soluzzjoni tal-ksur tinvolvi proċedura ġudizzjarja, qabel ma din tinbeda għandha tinfetaħ proċedura ta' kompromess bejn il-Ginea Bissaw u l-UE sabiex ikunu ddeterminati t-termini u l-livell tal-piena. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista' jattendi għal din il-proċedura ta' kompromess. Il-proċedura ta' kompromess tintemm sa mhux aktar tard minn erbat ijiem wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment. |
4. Proċedura ġudizzjarja — Garanzija bankarja
|
4.1. |
Jekk il-proċedura ta' kompromess ma tirnexxix u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment involut fil-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja fil-bank magħżul mill-Ginea Bissaw u li l-ammont tagħha, stabbilit mill-Ginea Bissaw, ikopri l-ispejjeż marbuta mal-waqfien tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja tibqa' marbuta sakemm tintemm il-proċedura ġudizzjarja. |
|
4.2. |
Il-garanzija bankarja għandha tiġi rilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment minnufih wara li tingħata s-sentenza:
|
|
4.3. |
Il-Ginea Bissaw għandha tinforma lill-UE dwar ir-riżultati tal-proċedura ġudizzjarja fi żmien 8 ijiem mill-għoti tas-sentenza. |
5. Rilaxx tal-bastiment
Il-bastiment u l-kaptan tiegħu għandhom jitħallew jitilqu mill-port hekk kif tkun ġiet skontata l-piena tal-proċedura ta' kompromess, jew wara d-depożitu tal-garanzija bankarja.
KAPITOLU IX
Imbark tal-baħrin
1. Għadd ta' baħrin li għandhom ikunu imbarkati
|
1.1. |
Sakemm iddum valida l-liċenzja tas-sajd tiegħu, kull bastiment tat-tkarkir tal-UE għandu jtella' abbord baħrin mill-Ginea Bissaw fil-limiti li ġejjin:
|
|
1.2. |
Is-sidien tal-bastimenti tal-UE għandhom jagħmlu minn kollox sabiex itellgħu abbord baħrin oħrajn mill-Ginea Bissaw. |
2. Għażla ħielsa tal-baħrin
|
2.1. |
Il-Ginea Bissaw għandu jkollha lista li tindika l-baħrin ikkwalifikati sabiex jittellgħu abbord il-bastimenti tal-UE. |
|
2.2. |
Sid il-bastiment, jew l-aġent tiegħu, għandu jagħżel b'mod ħieles minn din il-lista l-baħrin li se jtella' abbord u jinnotifika lill-Ginea Bissaw dwar ir-reġistrazzjoni tagħhom fost l-ekwipaġġ. |
3. Kuntratti
|
3.1. |
Il-kuntratt ta' xogħol tal-baħrin huwa stabbilit minn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-baħri, fejn ikun il-każ irrappreżentat mill-union tiegħu, flimkien mal-Ginea Bissaw. B'mod partikolari, dan għandu jippreċiża d-data u l-port tal-imbark. |
|
3.2. |
Il-kuntratt jiggarantixxi lill-baħri l-benefiċċju tal-iskema tas-sigurtà soċjali applikabbli għalih fil-Ginea Bissaw. Għandu jinkludi assigurazzjoni tal-ħajja, tas-saħħa u tal-inċidenti. |
|
3.3. |
Kopja tal-kuntratt għandha tingħata lill-firmatarji. |
|
3.4. |
Id-drittijiet fundamentali fuq ix-xogħol stabbiliti mid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) għandhom japplikaw għall-baħrin mill-Ginea Bissaw. B'mod partikolari din tirrigwarda l-liberta' ta' assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tax-xogħol. |
4. Salarju tal-baħrin
|
4.1. |
Is-salarju tal-baħrin mill-Ginea Bissaw għandu jitħallas minn sid il-bastiment. Dan għandu jiġi stabbilit qabel ma tinħareġ il-liċenzja tas-sajd u bi qbil komuni bejn is-sid jew l-aġent tiegħu u l-Ginea Bissaw. |
|
4.2. |
Is-salarju ma jistax ikun inferjuri għal dak applikabbli għall-ekwipaġġi tal-bastimenti tal-Ginea Bissaw, u lanqas għall-istandards tal-ILO. |
5. Obbligi tal-baħri
Il-baħri għandu jirrapporta lill-kaptan tal-bastiment indikat lilu lejliet id-data ta' imbark stipulata fil-kuntratt tiegħu. Il-kaptan għandu jinforma lill-baħri dwar id-data u l-ħin tal-imbark. Jekk il-baħri ma jirrappurtax fid-data u l-ħin previsti għall-imbark, il-kuntratt ta' dan il-baħri jaqa'. Dan jiġi ssostitwit minn baħri ieħor tal-Ginea Bissaw, mingħajr ma jittardja l-ħin tat-tluq tal-bastiment.
KAPITOLU X
Osservaturi
1. Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd
|
1.1. |
Il-bastimenti li jkollhom liċenzja għas-sajd ikunu soġġetti għal sistema ta' osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd tagħhom skont il-Ftehim. |
|
1.2. |
Għall-bastimenti tat-tonn u bil-konz tal-wiċċ, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw fl-iqsar żmien possibbli mal-pajjiżi rilevanti dwar id-definizzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali u l-għażla tal-organizzazzjoni tas-sajd kompetenti. |
|
1.3. |
Il-bastimenti l-oħrajn għandhom itellgħu abbord osservatur magħżul mill-Ginea Bissaw. |
2. Bastimenti u osservaturi magħżula
|
2.1. |
Meta tinħareġ il-liċenzja tas-sajd, il-Ginea Bissaw għandha tinforma lill-UE u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, dwar il-bastimenti u l-osservaturi magħżula, kif ukoll iż-żmien tal-preżenza tal-osservatur abbord kull bastiment. Il-Ginea Bissaw għandha tinforma minnufih lill-UE u lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu, dwar kwalunkwe tibdil fil-bastimenti u l-osservaturi magħżula. |
|
2.2. |
L-osservatur m'għandux jibqa' abbord il-bastiment għal aktar żmien minn kemm meħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu. |
3. Kontribuzzjoni finanzjarja fissa
Mal-pagament tal-ħlas fiss, sid il-bastiment għandu jħallas lill-Ginea Bissaw ammont fiss ta' EUR 6 000 fis-sena, għal kull bastiment, adattat pro rata temporis skont il-validità tal-liċenzja tas-sajd tal-bastimenti magħżula.
4. Salarju tal-osservatur
Is-salarju u l-ispejjeż soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-Ginea Bissaw.
5. Kondizzjonijiet tal-imbark
|
5.1. |
Il-kondizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur għandhom jiġu definiti bi qbil komuni bejn sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu u l-Ginea Bissaw. |
|
5.2. |
Abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni abbord tal-osservatur għandha tikkunsidra l-istruttura teknika tal-bastiment. |
|
5.3. |
L-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel abbord il-bastiment għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. |
|
5.4. |
Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jassigura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur. |
|
5.5. |
L-osservatur għandu jingħata l-faċilitajiet kollha meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu. Huwa għandu jkollu aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni, għad-dokumenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b'mod partikolari l-ġurnal tas-sajd u l-ktieb tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbuta direttament mal-kompiti tiegħu. |
6. Obbligu tal-osservatur
Matul il-preżenza tiegħu abbord, l-osservatur għandu:
|
(a) |
jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex la jinterrompi u lanqas itellef l-attivitajiet tas-sajd; |
|
(b) |
jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm fuq il-bastiment; |
|
(c) |
jirrispetta l-kunfidenzjalità ta' kull dokument tal-bastiment. |
7. Imbark u żbark tal-osservatur
|
7.1. |
L-imbark tal-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment. |
|
7.2. |
Sid il-bastiment jew l-aġent tiegħu għandu jikkomunika lill-Ginea Bissaw, b'avviż bil-quddiem ta' 10 ijiem qabel l-imbark, id-data, il-ħin u l-port għall-imbark tal-osservatur. F'każ li l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tiegħu biex jasal fil-port tal-imbark jitħallsu minn sid il-bastiment. |
|
7.3. |
Meta l-osservatur ma jitniżżilx f'port tal-Ginea Bissaw, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur lura lejn il-Ginea Bissaw fl-iqsar żmien possibbli. |
8. Kompiti tal-osservatur
L-osservatur għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:
|
(a) |
josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment; |
|
(b) |
jivverifika l-pożizzjoni tal-bastiment waqt l-attivitajiet tas-sajd; |
|
(c) |
iwettaq attivitajiet fil-kuntest tal-programmi xjentifiċi, inkluż teħid ta' kampjun bijoloġiku; |
|
(d) |
jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat; |
|
(e) |
jivverifika l-informazzjoni rrappurtata fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fiż-żona tal-Ginea Bissaw; |
|
(f) |
jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali skont dak li huwa definit fl-iskedi għal kull kategorija u jagħmel stima tal-qabdiet mormija; |
|
(g) |
jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, mill-inqas darba fil-ġimgħa, inkluż il-volum abbord tal-qabdiet ewlenin u sekondarji. |
9. Rapport tal-osservatur
|
9.1. |
Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jippreżenta rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu d-dritt li jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jingħata kopja tar-rapport mill-osservatur. |
|
9.2. |
L-osservatur għandu jagħti r-rapport tiegħu lill-Ginea Bissaw. L-informazzjoni dwar il-qabdiet u r-rimjiet għandhom ikunu kkomunikati lill-Istitut Xjentifiku (CIPA) tal-Ginea Bissaw li, wara li jipproċessaha u janalizzaha, għandu jippreżentaha lill-Kumitat Xjentifiku Konġunt. |
Appendiċijiet
|
1 — |
Formola ta' applikazzjoni għal-liċenzja tas-sajd |
|
2 — |
Statistika tal-qabdiet u tal-isforz |
|
3 — |
Ġurnal tas-sajd tal-bastimenti tat-tonn |
|
4 — |
Rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd |
|
5 — |
Komunikazzjoni tal-messaġġi VMS lill-Ginea Bissaw |
|
6 — |
Skedi tekniċi skont il-kategorija |
Appendiċi 4
RAPPURTAR ELETTRONIKU TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD
Sistema ta' reġistrazzjoni u ta' komunikazzjoni elettronika
|
1. |
Kull bastiment tal-UE li jistad taħt dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b'sistema ta' reġistrazzjoni u ta' komunikazzjoni elettronika, minn hawn 'il quddiem imsejħa “sistema ERS” (ERS — Electronic Reporting System), li taħdem tajjeb u li tista' tirreġistra u titrażmetti d-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd, minn hawn 'il quddiem imsejħa “dejta ERS”, tul il-preżenza kollha tal-bastiment fl-ibħra tal-Ginea Bissaw. Bastiment tal-UE li ma jkunx mgħammar bis-sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma taħdimx, mhuwiex awtorizzat li jiżvolġi attivitajiet ta' sajd fl-ibħra tal-Ginea Bissaw. |
|
2. |
L-Istat Membru tal-bandiera u l-Ginea Bissaw għandhom jassiguraw li ċ-ċentru ta' monitoraġġ tas-sajd nazzjonali tagħhom (FMC) huwa mgħammar b'tagħmir elettroniku u għandu s-softwer meħtieġ għat-trażmissjoni awtomatika tad-dejta ERS f'format XML disponibbli fuq http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm u għall-ħażna elettronika tad-dejta ERS għal perjodu ta' mill-inqas tliet snin. Kwalunkwe bidla jew aġġornament tal-format għandu jiġi identifikat u datat, u jidħol fis-seħħ wara perjodu ta' sitt xhur. |
|
3. |
It-trażmissjoni tad-dejta ERS tuża l-mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea, f'isem l-UE. |
|
4. |
Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-dejta ERS tinħażen b'mod sekwenzjali. |
|
5. |
L-Istat Membru tal-bandiera u l-Ginea Bissaw għandhom jassiguraw li l-FMCs tagħhom jgħaddu lil xulxin l-ismijiet, l-indirizzi elettroniċi u n-numri tat-telefown u tal-fax li jkunu meħtieġa. Kwalunkwe bidla oħra ta' din id-dejta għandha tkun ikkomunikata fl-iqsar żmien possibbli. |
Trażmissjoni tad-dejta ERS
|
6. |
Kull bastiment tal-UE li jistad fil-kuntest ta' dan il-Protokoll għandu:
|
|
7. |
Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta ERS irreġistrata u trażmessa. |
|
8. |
L-Istat tal-bandiera għandu jassigura li l-FMC tiegħu jitrażmetti mingħajr dewmien id-dejta ERS lill-FMC tal-Ginea Bissaw skont il-proċeduri u l-format indikati fil-paragrafu 2. |
|
9. |
L-FMC tal-Ginea Bissaw:
|
Ħsara teknika
|
10. |
L-Istat tal-bandiera ta' bastiment tal-UE għandu jiżgura li l-kaptan, is-sid, jew l-aġent tiegħu, ikun infurmat mill-aktar fis possibbli rigward kwalunkwe ħsara teknika fis-sistema ERS installata fil-bastiment tiegħu. |
|
11. |
F'każ ta' ħsara teknika tas-sistema ERS, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li s-sistema ERS tissewwa jew tiġi mibdula sa mhux aktar tard minn xahar wara li sseħħ il-ħsara. |
|
12. |
Kull bastiment tal-UE li jinstab b'sistema ERS difettuża għandu jitrażmetti kuljum qabel il-23.59 UTC id-dejta ERS lill-FMC tal-Istat tal-bandiera tiegħu permezz ta' kwalunkwe mezz elettroniku ieħor ta' komunikazzjoni disponibbli. |
Meta ma tasalx dejta ERS
|
13. |
L-FMC tal-Ginea Bissaw għandu jinnotifika mill-aktar fis lill-FMC tal-Istat tal-bandiera kompetenti u lill-UE rigward kwalunkwe interruzzjoni fit-trażmissjoni tad-dejta ERS ta' bastiment tal-UE li jkun qed jistad skont dan il-Protokoll. |
|
14. |
Kif jirċievi din in-notifika, l-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika mingħajr telf ta' żmien ir-raġunijiet li għalihom id-dejta ERS ma ġietx trażmessa u għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex isolvi din il-problema. L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-FMC tal-Ginea Bissaw u lill-UE dwar il-kawżi identifikati u dwar il-miżuri korrettivi korrispondenti. |
|
15. |
L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta ERS nieqsa lill-FMC tal-Ginea Bissaw. |
|
16. |
F'każ li l-FMC tal-Ginea Bissaw ma jkunx qed jaħdem, l-UE għandha tikkomunika kull xahar lill-Ginea Bissaw id-dejta ERS miġbura tal-bastimenti tal-UE li jkunu stadu fl-ibħra tagħha. |
Appendiċi 5
KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI VMS LILL-GINEA BISSAW
|
Informazzjoni |
Kodiċi taż-żona |
Obbligatorju/Fakultattiv |
Kummenti |
|
Bidu tar-reġistrazzjoni |
SR |
O |
Dejta dwar is-sistema — tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni |
|
Indirizz |
AD |
O |
Dejta dwar il-messaġġ; Kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa 3 tad-destinatarju |
|
Speditur |
FR |
O |
Dejta dwar il-messaġġ; Kodiċi tal-pajjiż ISO Alfa 3 tal-ispeditur |
|
Numru tar-reġistrazzjoni |
RN |
F |
Dejta dwar il-messaġġ; numru kronoloġiku tar-reġistrazzjoni għas-sena rilevanti |
|
Data tar-reġistrazzjoni |
RD |
F |
Dejta dwar il-messaġġ; data tat-trażmissjoni |
|
Ħin tar-reġistrazzjoni |
RT |
F |
Dejta dwar il-messaġġ; ħin tat-trażmissjoni |
|
Tip ta' Messaġġ |
TM |
O |
Dejta dwar il-messaġġ; tip ta' messaġġ: “ENT”, “POS” jew “EXI” |
|
Isem tal-bastiment |
NA |
F |
Isem tal-bastiment |
|
Numru tar-reġistrazzjoni esterna |
XR |
F |
Dejta dwar il-bastiment — numru li jidher fuq il-ġenb tal- bastiment |
|
Kodiċi tar-radju |
RC |
O |
Dejta dwar il-bastiment; kodiċi tar-radju internazzjonali tal-bastiment |
|
Isem il-Kaptan |
MA |
O |
L-isem tal-kaptan tal-bastiment |
|
Numru ta' referenza interna |
IR |
O |
Dejta dwar il-bastiment; numru uniku tal-bastiment: kodiċi ISO Alfa-3 tal-Istat tal-bandiera segwit min-numru |
|
Latitudni |
LT |
O |
Dejta dwar il-pożizzjoni ġeografika; pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84) |
|
Lonġitudni |
LG |
O |
Dejta dwar il-pożizzjoni ġeografika; pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84) |
|
Veloċità |
SP |
O |
Dejta dwar il-pożizzjoni ġeografika; veloċità tal-bastiment f'għexieren ta' mili nawtiċi |
|
Rotta |
CO |
O |
Dejta dwar il-pożizzjoni ġeografika; rotta tal-bastiment fuq skala ta' 360° |
|
Data |
DA |
O |
Dejta dwar il-pożizzjoni ġeografika; data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ) |
|
Ħin |
TI |
O |
Dejta dwar il-pożizzjoni ġeografika; ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM) |
|
Tmiem tar-reġistrazzjoni |
ER |
O |
Dejta dwar is-sistema; tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni |
Format tal-preżentazzjoni
It-trażmissjoni tal-informazzjoni għandha tkun strutturata b'dan il-mod:
|
— |
-linja mmejla doppja (//) u l-ittri “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ, |
|
— |
linja mmejla doppja (//) u kodiċi jindikaw il-bidu ta' informazzjoni, |
|
— |
linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi mill-informazzjoni, |
|
— |
spazju jifred dejta doppja, |
|
— |
l-ittri “ER” u linja mmejla doppja (//) jindikaw tmiem it-trażmissjoni. |
Appendiċi 6
SKEDA 1 — KATEGORIJA TAS-SAJD 1:
BASTIMENTI BI FRIŻA GĦAS-SAJD BIT-TKARKIR TAL-ĦUT U Ċ-ĊEFALOPODI
| 1. Żona tas-sajd |
|||||||||
|
Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linja bażi, inkluża ż-żona ta' ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268°. |
|||||||||
| 2. Irkaptu awtorizzat |
|||||||||
|
|||||||||
| 3. Daqs minimu tal-malji awtorizzat |
|||||||||
|
70 mm |
|||||||||
| 4. Qabdiet inċidentali |
|||||||||
|
Skont ir-regolamentazzjoni tal-Ginea Bissaw:
|
|||||||||
| 5. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi |
|||||||||
|
3 500 GRT fis-sena |
||||||||
|
EUR 256/GRT/fis-sena Fil-każ ta' liċenzji trimestrali jew semestrali, l-imposti jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda b'4 % jew 2,5 % rispettivament. |
||||||||
SKEDA 2 — KATEGORIJA TA' SAJD 2:
BASTIMENTI TAT-TKARKIR GĦALL-GAMBLI
| 1. Żona tas-sajd |
|||||||||
|
Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta' ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268°. |
|||||||||
| 2. Irkaptu awtorizzat |
|||||||||
|
|||||||||
| 3. Daqs minimu tal-malji awtorizzat |
|||||||||
|
50 mm. |
|||||||||
| 4. Qabdiet inċidentali |
|||||||||
|
Skont ir-regolamentazzjoni tal-Ginea Bissaw:
|
|||||||||
| 5. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi |
|||||||||
|
3 700 GRT fis-sena |
||||||||
|
EUR 344/GRT/fis-sena Fil-każ ta' liċenzji trimestrali jew semestrali, l-imposti jiġu kkalkulati pro rata temporis u miżjuda b'4 % jew 2.5 % rispettivament. |
||||||||
SKEDA 3 — KATEGORIJA TA' SAJD 3:
BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIL-QASAB U X-XLIEF
| 1. Żona tas-sajd: |
|||||
|
|||||
| 2. Irkaptu awtorizzat: |
|||||
|
|||||
| 3. Qabdiet inċidentali: |
|||||
|
|||||
| 4. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi: |
|||||
|
EUR 25/tunnellata |
||||
|
EUR 550 għal 22 tunnellata kull bastiment |
||||
|
12-il bastiment |
||||
SKEDA 4 — KATEGORIJA TA' SAJD 4:
BASTIMENTI BI FRIŻA LI JISTADU GĦAT-TONN BIT-TARTARUN U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ
| 1. Żona tas-sajd: |
|||
|
Lil hinn mit-12-il mil nawtiku mil-linji bażi, inkluża ż-żona ta' ġestjoni komuni bejn il-Ginea Bissaw u s-Senegal, mit-Tramuntana sal-ażimut 268°. |
|||
| 2. Irkaptu awtorizzat: |
|||
|
Għeżula bil-borża u konz tal-wiċċ |
|||
| 3. Qabdiet inċidentali: |
|||
|
F'konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Ispeċi Migratorji u mar-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT, is-sajd tal-ispeċi selaċju (Cetorhinus maximus), tal-kelb il-baħar abjad (Carcharodon carcharias), tal-kelb il-baħar thresher alalunga (Alopias superciliosus), tal-kurazz tar-razza Sphyrnidae (minbarra l-kurazz tiburo), tal-kelb il-baħar tal-pinen bojod (Carcharhinus longimanus) u tal-kelb il-baħar bil-ħarir (Carcharhinus falciformis) mhux permess. Is-sajd tat-tawru (Carcharias taurus) u tal-kelb il-baħar żgħir (Galeorhinus galeus) mhux permess. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw din il-lista abbażi tar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi. |
|||
| 4. Tonnellaġġ awtorizzat/Ħlasijiet: |
|||
|
EUR 35/tunnellata |
||
|
EUR 3 500 għal 100 tunnellata kull bastiment |
||
|
28 bastiment |
||
Kunċett ta' vjaġġ:
It-tul ta' vjaġġ ta' bastiment tal-UE għall-finijiet ta' dan l-Appendiċi huwa definit kif ġej:
|
— |
jew iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul u l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw; |
|
— |
jew il-perjodu li jgħaddi bejn d-dħul u l-ħruġ fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw u attività ta' trasbord; |
|
— |
jew il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Ginea Bissaw u attività ta' żbark fil-Ginea Bissaw. |
REGOLAMENTI
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/33 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1210/2014
tas-16 ta' Ottubru 2014
dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet ta' sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fis-17 ta' Marzu 2008, il-Kunsill approva, permezz tar-Regolament (KE) Nru 241/2008 (1) il-konklużjoni tail-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (“il-Ftehim”). |
|
(2) |
Fl-10 ta' Frar 2012 ġie inizjalat Protokoll ġdid għall-Ftehim (“il-Protokoll”). Il-Protokoll jagħti opportunitajiet ta' sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika tal-Ginea Bissaw teżerċita s-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tagħha fir-rigward tas-sajd. |
|
(3) |
Fis-16 ta' Ottubru 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/782/UE (2), dwar l-iffirmar tal-Protokoll u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll. |
|
(4) |
Il-mod li bih jiġu allokati l-opportunitajiet ta' sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għall-perjodu ta' applikazzjoni tal-Protokoll. |
|
(5) |
Jekk jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni taħt il-Protokoll ma ġewx użati totalment, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 (3). F'każ li ma tintbagħatx risposta fl-iskadenza li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill, dan għandu jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhumiex qed jużaw għalkollox l-opportunitajiet ta' sajd tagħhom matul il-perjodu partikolari kkonċernat. Dik l-iskadenza għandha tiġi stabbilita. |
|
(6) |
Biex tkun żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni, il-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni tiegħu mill-Partijiet b'mod provviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu. Dan ir-Regolament għandu għalhekk japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-opportunitajiet ta' sajd imniżżla fil-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta' sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (“il-Protokoll”) għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:
|
(a) |
bastimenti bi friża għas-sajd bit-tkarkir għall-gambli:
|
|
(b) |
bastimenti bi friża għas-sajd bit-tkarkir għall-ħut u ċ-ċefalopodi:
|
|
(c) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ:
|
|
(d) |
bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-qasab u x-xlief:
|
2. Ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-Ftehim.
3. Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd imniżżla fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tqis l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor f'konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.
4. L-iskadenza li fiha l-Istati Membri jridu jikkonfermaw li mhumiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lilhom taħt il-Ftehim, kif previst fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008, hija ffissata għal għaxart ijiem tax-xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tikkomunikalhom din l-informazzjoni.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu japplika mid-data tal-iffirmar tal-Protokoll.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
G. POLETTI
(1) Regolament (KE) Nru 241/2008 tas-17 ta' Marzu 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Ginea Bissaw (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 49).
(2) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33).
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/35 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1211/2014
tat-12 ta' Novembru 2014
li jistabbilixxi l-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tas-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (2) u b'mod partikolari l-Artikolu 136(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jistipula, skont ir-riżultat tan-negozjati kummerċjali multilaterali taċ-Ċiklu tal-Urugwaj, il-kriterji li bihom il-Kummissjoni tiffissal-valuri standard għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, għall-prodotti u għall-perjodi stipulati fl-Anness XVI, il-Parti A tiegħu. |
|
(2) |
Il-valur standard tal-importazzjoni huwa kkalkulat kull ġurnata tax-xogħol skont l-Artikolu 136(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, billi jqis id-dejta varjabbli ta' kuljum. Għalhekk dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-valuri standard tal-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 136 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 huma stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
ANNESS
Il-valuri standard tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta' dħul ta' ċertu frott u ħxejjex
|
(EUR/100 kg) |
||
|
Kodiċi tan-NM |
Kodiċi tal-pajjiż terz (1) |
Valur standard tal-importazzjoni |
|
0702 00 00 |
AL |
83,5 |
|
MA |
81,5 |
|
|
MK |
67,1 |
|
|
ZZ |
77,4 |
|
|
0707 00 05 |
AL |
79,4 |
|
JO |
194,1 |
|
|
MK |
74,3 |
|
|
TR |
120,0 |
|
|
ZZ |
117,0 |
|
|
0709 93 10 |
AL |
65,0 |
|
MA |
51,9 |
|
|
TR |
125,2 |
|
|
ZZ |
80,7 |
|
|
0805 20 10 |
MA |
130,7 |
|
TR |
74,4 |
|
|
ZZ |
102,6 |
|
|
0805 20 30 , 0805 20 50 , 0805 20 70 , 0805 20 90 |
MK |
74,3 |
|
TR |
78,7 |
|
|
ZZ |
76,5 |
|
|
0805 50 10 |
AR |
78,7 |
|
TR |
91,5 |
|
|
ZZ |
85,1 |
|
|
0806 10 10 |
BR |
291,5 |
|
LB |
302,8 |
|
|
PE |
365,7 |
|
|
TR |
144,3 |
|
|
US |
312,5 |
|
|
ZZ |
283,4 |
|
|
0808 10 80 |
AR |
153,3 |
|
BA |
46,1 |
|
|
BR |
53,1 |
|
|
CA |
136,0 |
|
|
CL |
87,2 |
|
|
NZ |
145,8 |
|
|
US |
192,5 |
|
|
ZA |
134,5 |
|
|
ZZ |
118,6 |
|
|
0808 30 90 |
CN |
75,6 |
|
ZZ |
75,6 |
|
(1) In-nomenklatura tal-pajjiżi stabbilita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1106/2012 tas-27 ta' Novembru 2012 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-aġġornament tan-nomenklatura tal-pajjiżi u t-territorji (ĠU L 328, 28.11.2012, p. 7). Il-kodiċi “ZZ” jirrappreżenta “ta' oriġini oħra”.
DEĊIŻJONIJIET
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/37 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Novembru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Programm tas-Saħħa)
(2014/783/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 168(5) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3) |
|
(5) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 282/2014 jibdew mill-1 ta' Jannar 2014 irrispettivament minn metad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE annessa ma' din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(6) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE annessa ma' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni sakemm id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata. |
|
(7) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar it-twaqqif tat-tielet Programm għal azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tibda mill-1 ta' Jannar 2014, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, ikun innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(3) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE sakemm din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata. |
|
(4) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 16 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
|
“— |
32014 R 0282: Ir-Regolament (UE) Nru 282/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-istabbiliment tat-tielet programm ta' azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1350/2007/KE (ĠU L 86, 21.3.2014, p. 1). L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni taħt il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja konċernati dment li d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/2014 tal-… tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni. Il-Liechtenstein għandu jiġi eżentat mill-parteċipazzjoni f'dan il-programm u milli jagħti kontribut finanzjarju għalih.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Hija għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(*1) [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/41 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Novembru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (il-Linji Baġitarji 02.03.01 u 12.02.01)
(2014/784/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti rigward il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fil-Ftehim ŻEE tkompli fl-azzjonijiet iffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-“Operat u l-iżvilupp tas-suq intern, partikolarment fl-oqsma tan-notifikazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali” u l-“implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern”. |
|
(5) |
Huwa xieraq, li skont l-Artikolu 1(8) tal-Protokoll 32 tal-Ftehim ŻEE, li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2013, irrispettivament minn metatiġi adottata d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE annessa ma' din id-Deċiżjoni jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(6) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fl-attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE annessa ma' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni sakemm id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tidħol fis-seħħ qabel ma tintemm l-azzjoni konċernata. |
|
(7) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li l-estensjoni ta' din il-kooperazzjoni tkompli anke wara l-31 ta' Diċembru 2013. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta fil-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim taż-ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE fl-azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-Suq Intern. |
|
(2) |
Huwa xieraq li din il-kooperazzjoni tkompli wara l-31 ta' Diċembru 2013, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tkun adottata jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(3) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw fl-attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE, sakemm din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel ma tintemm l-azzjoni konċernata. |
|
(4) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli għaddejja wara l-31 ta' Diċembru 2013, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 8: “9. L-Istati tal-EFTA, mill-1 ta' Jannar 2014, jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Unjoni relatati mal-linji baġitarji li ġejjin, imdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014:
L-ispejjeż imġarrba għal attivitajiet li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli mill-bidu tal-azzjoni taħt il-ftehim tal-għotja jew id-deċiżjoni tal-għotja konċernati, dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/2014 ta' … tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-azzjoni.” |
|
2. |
Il-kliem “paragrafi 5, 6, 7 u 8” fil-paragrafi 3 u 4 huma ssostitwiti bil-kliem “paragrafi 5 sa 9”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(*1) [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/45 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Novembru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward tal-emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (il-protezzjoni tal-konsumatur)
(2014/785/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 169 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (3) |
|
(5) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tibda mill-1 ta' Jannar 2014, irrispettivament minn meta d-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuża ma' din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innnotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(6) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuża ma' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni sakemm id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata. |
|
(7) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni li jinsab mehmuż. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-20 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE (ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE sabiex tkopri r-Regolament (UE) Nru 254/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar programm pluriennali tal-konsumaturi għas-snin 2014-20 u li jħassar id-Deċiżjoni (KE) Nru 1926/2006/KE (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 254/2014 jibdew mill-1 ta' Jannar 2014, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tiġi adottata jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, jiġix innnotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(3) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati biex jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE dment li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata. |
|
(4) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 6 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE jiġi emendat kif ġej:
|
1. |
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 3a: “3b. L-Istati tal-EFTA, b'effett mill-1 ta' Jannar 2014, jipparteċipaw f'dan il-programm li ġej:
|
|
2. |
It-test tal-paragrafu 4 huwa ssostitwit b'li ġej: “L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribuwixxu b'mod finanzjarju għall-attivitajiet imsemmija fil-paragrafi 3, 3a u 3b b'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim.” |
|
3. |
It-test tal-paragrafu 5 huwa ssostitwit b'li ġej: “L-Istati tal-EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fl-attivitajiet li hemm referenza għalihom fil-paragrafi 3, 3a u 3b, jipparteċipaw b'mod sħiħ, mingħajr id-dritt li jivvutaw, fil-kumitati tal-KE u korpi oħra li jgħinu lill-Kummissjoni tal-KE fl-immaniġġar jew l-iżvilupp ta' dawn l-attivitajiet.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 84, 20.3.2014, p. 42.
(*1) [L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati.] [Ħtiġijiet kostituzzjonali indikati.]
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Novembru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Galileo)
(2014/786/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE sabiex jinkludi d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Id-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
In-Norveġja ħadet sehem u kkontribwixxiet finanzjarjament għall-attivitajiet tal-Programmi tal-GNSS Ewropej li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) u se tkompli tipparteċipa u tikkontribwixxi finanzjarjament għall-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 (2) permezz tal-inklużjoni ta' dawk ir-Regolamenti fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
In-Norveġja u l-Islanda għandhom interess fis-servizzi kollha li se jiġu offruti mis-sistema stabbilita skont il-programm Galileo, inkluż is-Servizz Pubbliku Regolat (“PRS”). |
|
(3) |
Huwa għalhekk xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1104/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar ir-regoli ta' aċċess għas-servizz pubbliku regolat offrut mis-sistema dinjija ta' navigazzjoni bis-satellita li ġiet stabbilita taħt il-programm Galileo (3). |
|
(4) |
In-Norveġja tista' ssir parteċipanta fil-PRS soġġett għall-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(5) tad-Deċiżjoni 1104/2011/UE. |
|
(5) |
Il-Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta' sigurtà għall-iskambju ta' informazzjoni klassifikata (4), li ġie ffirmat fit-22 ta' Novembru 2004, japplika mill-1 ta' Diċembru 2004. |
|
(6) |
Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (5), li ġie ffirmat fit-22 ta' Settembru 2010, japplika provviżorjament mill-1 ta' Mejju 2011. |
|
(7) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti din il-kooperazzjoni estiża. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 8c fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
|
“8d. |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE u fis-Supplement taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 287, 4.11.2011, p. 1.
(4) ĠU L 362, 9.12.2004, p. 29.
(5) ĠU L 283, 29.10.2010, p. 12.
(*1) [Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/52 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Novembru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f'isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Navigazzjoni bis-Satellita)
(2014/787/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta li saret mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE fih dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE sabiex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tibda mill-1 ta' Jannar 2014 irrispettivament minn meta d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE annessa ma' din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġix innnotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(6) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE annessa ma' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata. |
|
(7) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u partikolarment l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
In-Norveġja ħadet sehem u kkontribwixxiet finanzjarjament għall-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) permezz tal-inklużjoni ta' dak ir-Regolament fil-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE. |
|
(2) |
Huwa xieraq li tiġi estiża l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim ŻEE sabiex jiġi inkluż ir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(3) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 1285/2013 jibdew mill-1 ta' Jannar 2014, irrispettivament minn meta din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, jiġix innotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(4) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE dment li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata. |
|
(5) |
Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar in-Navigazzjoni bis-Satellita bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha u r-Renju tan-Norveġja (3), li ġie ffirmat fit-22 ta' Settembru 2010, japplika provviżorjament mill-1 ta' Mejju 2011. |
|
(6) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014. Madanakollu, minħabba problemi ekonomiċi, il-parteċipazzjoni tal-Islanda fil-programmi għandha tiġi sospiża temporanjament, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dan li ġej huwa mdaħħal wara l-paragrafu 8a tal-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
|
“8aa. |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim taż-ŻEE (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 196, 24.7.2008, p. 1.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 1.
(3) ĠU L 283, 29.10.2010, p. 12.
(*1) [L-ebda rekwiżit kostituzzjonali mhu indikat.] [Ir-rekwiżiti kostituzzjonali indikati.]
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-7 ta' Novembru 2014
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta' emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet (Programm Copernicus)
(2014/788/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 189(2) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta' Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1994. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim taż-ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE jista' jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, il-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE jinkludi dispożizzjonijiet u arranġamenti dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba' libertajiet. |
|
(4) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE tiġi estiża biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
|
(5) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 377/2014 jibdew mill-1 ta' Jannar 2014 anki jekk id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuża ma' din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tal-ħtiġijiet kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE, jekk ikun hemm, jiġi notifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(6) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati li jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuża ma' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-Unjoni dment li d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tidħol fis-seħħ qabel ma tintemm l-azzjoni konċernata. |
|
(7) |
Għalhekk, il-Protokoll 31 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha għalhekk tkun ibbażata fuq l-abbozz ta' Deċiżjoni li jinsab mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet, tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
P. C. PADOAN
(1) ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44).
ABBOZZ
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru …/2014
ta'
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra mill-erba' libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tiġi estiża għall-Ftehim ŻEE biex tinkludi r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u jħassar ir-Regolament (UE) Nru 911/2010 (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li l-parteċipazzjoni tal-Istati tal-EFTA fl-attivitajiet li jirriżultaw mir-Regolament (UE) Nru 377/2014 jibdew mill-1 ta' Jannar 2014 anke jekk din id-Deċiżjoni tiġi adottata, jew jekk it-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali għal din id-Deċiżjoni, jekk ikun hemm, jiġi nnotifikat wara l-10 ta' Lulju 2014. |
|
(3) |
Entitajiet stabbiliti fl-Istati tal-EFTA għandhom ikunu intitolati biex jipparteċipaw f'attivitajiet li jibdew qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni. L-ispejjeż imġarrba għal dawn l-attivitajiet, li l-implimentazzjoni tagħhom tibda wara l-1 ta' Jannar 2014, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli taħt l-istess kundizzjonijiet bħal dawk applikabbli għal spejjeż imġarrba minn entitajiet stabbiliti fl-Istati Membri tal-UE dment li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ qabel it-tmiem tal-azzjoni kkonċernata. |
|
(4) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-paragrafu li jmiss jiddaħħal wara l-paragrafu 8c fl-Artikolu 1 tal-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE:
|
“8d. |
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu.
Magħmul fi Brussell,
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji
għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L 122, 24.4.2014, p. 44.
(*1) [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.] [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.]
Rettifika
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/60 |
Rettifika tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 740/2014 tat-8 ta' Lulju 2014 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 200 tad-9 ta' Lulju 2014 )
F'paġna 2, l-Anness, il-punt II, l-entrata unika:
minflok:
|
|
“Isem |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
|
|
Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
|
|
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' allegat vjolazzjonijiet tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov biss. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu |
9.7.2014” |
aqra:
|
|
“Isem |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Raġunijiet |
|
233. |
Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
Волкаў, Віталь Мiкалаевiч |
Волков, Виталий Николаевич |
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' vjolazzjonijiet allegati tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu” |
|
13.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/61 |
Rettifika tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/439/PESK tat-8 ta' Lulju 2014 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 200 tad-9 ta' Lulju 2014 )
F'paġna 14, l-Anness, il-punt II, l-entrata unika:
minflok:
|
|
“Isem |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Raġunijiet |
Data ta' elenkar |
|
|
Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
|
|
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' allegat vjolazzjonijiet tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov biss. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu |
9.7.2014” |
aqra:
|
|
“Isem |
Isem (Ortografija Bjelorussa) |
Isem (Ortografija Russa) |
Raġunijiet |
|
233. |
Volkov, Vitaliy Nikolayevich |
Волкаў, Віталь Мiкалаевiч |
Волков, Виталий Николаевич |
Imħallef fil-qorti reġjonali fi Shklov. F'Jannar 2012 iddeċieda li jittrasferixxi lill-kandidat Presidenzjali preċedenti u attivist tal-oppożizzjoni N. Statkevich lejn ħabs tat-tip magħluq f'Mogilov sempliċement abbażi ta' vjolazzjonijiet allegati tar-regoli ta' priġunerija fil-kolonja penali IK-17 fi Shklov. Għalhekk din id-deċiżjoni wasslet għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ta' N. Statkevich inkluż in-nuqqas ta' rqad u t-theddid għal saħħtu” |